|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1017 tat-23 ta' Ġunju 2016 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-imluħa tal-ammonju inorganiku ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
24.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1017
tat-23 ta' Ġunju 2016
li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-imluħa tal-ammonju inorganiku
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 68(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-14 ta' Awwissu 2013, b'konformità mal-klawsola ta' salvagwardja tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ir-Repubblika Franċiża infurmat lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) u lill-Istati Membri l-oħra li hija kienet adottat miżura provviżorja fil-21 ta' Ġunju 2013 (2) sabiex il-pubbliku jiġi protett minn esponiment għal ammonju rilaxxat minn materjali ta' iżolament magħmula minn materjal artab taċ-ċelluloża użat fil-bini flimkien mal-imluħa tal-ammonju. |
|
(2) |
Il-miżura provviżorja ġiet awtorizzata sal-14 ta' Ottubru 2016 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/505/UE (3), adottata skont l-Artikolu 129(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 129(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ir-Repubblika Franċiża tat bidu lill-proċedura ta' restrizzjoni permezz tal-preżentazzjoni ta' dossier skont l-Anness XV lill-Kummissjoni fit-18 ta' Ġunju 2014. |
|
(4) |
Id-dossier skont l-Anness XV (4) ippropona restrizzjoni fuq l-imluħa tal-ammonju inorganiku li jiġu miżjuda mal-materjali ta' iżolament magħmula miċ-ċelluloża bħala ritardanti tal-fjammi, peress li taħt ċerti kundizzjonijiet dawn iwasslu għal emissjonijiet ta' gass tal-ammonju. Minflok stabbilixxa limitu għall-kontenut ta' mluħa tal-ammonju fil-materjali ta' iżolament magħmula miċ-ċelluloża, id-dossier ippropona l-limitu ta' 3 ppm għall-emissjonijiet ta' ammonju minn materjali ta' iżolament magħmula miċ-ċelluloża trattati b'imluħa tal-ammonju inorganiku. Id-dossier juri li jeħtieġ li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni. |
|
(5) |
Fit-3 ta' Marzu 2015, il-Kumitat tal-Aġenzija għall-Valutazzjoni tar-Riskju (“RAC”) adotta opinjoni dwar ir-restrizzjoni proposta fid-dossier skont l-Anness XV u kkonkluda li jeżisti riskju għas-saħħa tal-bniedem minħabba r-rilaxx ta' ammonju minn taħlitiet u oġġetti għall-iżolament magħmula miċ-ċelluloża, u li dan ir-riskju għandu jiġi indirizzat. L-RAC stqarr ukoll li r-restrizzjoni proposta, kif modifikata mill-RAC, hija l-aktar miżura xierqa għall-Unjoni kollha sabiex jiġu indirizzati r-riskji identifikati f'termini ta' effettività fit-tnaqqis ta' dawn ir-riskji. |
|
(6) |
L-RAC ippropona li r-restrizzjoni tkopri t-tqegħid fis-suq ta' materjali ta' iżolament magħmula miċ-ċelluloża li fihom imluħa tal-ammonju inorganiku, kemm f'forma ta' taħlitiet kif ukoll f'forma ta' oġġetti. L-RAC rrakkomanda li r-restrizzjoni għandha tobbliga lill-fornituri ta' taħlitiet ta' materjali ta' iżolament magħmula miċ-ċelluloża li dawn jikkomunikaw, 'l isfel fil-katina ta' provvista u fl-aħħar mill-aħħar lill-utenti aħħarin (utenti professjonali u konsumaturi), ir-rata ta' tagħbija massima permissibbli (5) tat-taħlitiet għall-iżolament magħmula miċ-ċelluloża użati fit-test imwettaq qabel it-tqegħid fis-suq biex tintwera l-konformità, pereżempju permezz ta' dokumentazzjoni li takkumpanja t-taħlitiet jew permezz tat-tikkettar. Ir-restrizzjoni għandha teħtieġ ukoll li r-rata ta' tagħbija massima permissibbli, ikkomunikata mill-fornitur, ma tinqabiżx meta t-taħlitiet ta' iżolament magħmula miċ-ċelluloża jintużaw mill-utenti downstream, b'tali mod li l-emissjonijiet ta' ammonju ma jaqbżux il-livell stipulat fit-test imwettaq qabel it-tqegħid fis-suq. L-RAC irrakkomanda wkoll li permezz ta' deroga, it-taħlitiet ta' iżolament magħmula miċ-ċelluloża li jintużaw biss għall-produzzjoni ta' oġġetti għall-iżolament magħmula miċ-ċelluloża ma għandhomx għalfejn ikunu konformi mal-limitu stabbilit għall-emissjonijiet ta' ammonju, minħabba li l-oġġett stess għandu jkun konformi mal-valur ta' limitu tal-emissjonijiet meta jitqiegħed fis-suq jew meta jintuża. |
|
(7) |
Fl-10 ta' Ġunju 2015, il-Kumitat tal-Aġenzija għall-Analiżi Soċjoekonomika (“SEAC”) adotta opinjoni dwar ir-restrizzjoni proposta fid-dossier skont l-Anness XV, u indika li r-restrizzjoni proposta, kif modifikata mill-SEAC, hija l-aktar miżura xierqa għall-Unjoni kollha sabiex jiġu indirizzati r-riskji identifikati f'termini tal-proporzjonalità tal-benefiċċji soċjoekonomiċi tagħha meta mqabbel mal-ispejjeż soċjoekonomiċi tagħha. |
|
(8) |
L-SEAC ikkonkluda li l-operaturi ekonomiċi għandhom jingħataw sentejn minflok is-sena waħda proposta fid-dossier skont l-Anness XV, u dan sabiex ikollhom biżżejjed żmien biex jiġi żgurat li l-emissjonijiet ta' ammonju minn materjali ta' iżolament magħmula miċ-ċelluloża li fihom l-imluħa tal-ammonju inorganiku ma jaqbżux il-valur ta' limitu speċifikat tal-emissjonijiet. |
|
(9) |
L-RAC u l-SEAC qablu mar-Repubblika Franċiża dwar il-fatt li ma għandhiex tingħata eżenzjoni għal materjali ta' iżolament magħmula miċ-ċelluloża trattati b'imluħa tal-ammonju inorganiku għal użu estern. |
|
(10) |
Il-Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar tal-Aġenzija ġie kkonsultat waqt il-proċess ta' restrizzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu ġew ikkunsidrati. |
|
(11) |
Fil-25 ta' Ġunju 2015 l-Aġenzija ppreżentat l-opinjonijiet tal-RAC u l-SEAC (6) lill-Kummissjoni. Abbażi ta' dawn l-opinjonijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li materjali ta' iżolament magħmula miċ-ċelluloża trattati b'imluħa tal-ammonju inorganiku jippreżentaw riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem meta l-emissjonijiet ta' ammonju jilħqu jew jaqbżu konċentrazzjoni ta' 3 ppm fil-kundizzjonijiet speċifikati ta' ttestjar. |
|
(12) |
Bħalissa ma hemm disponibbli ebda metodu speċifiku għall-kejl tal-emissjonijiet ta' ammonju minn materjali ta' iżolament magħmula miċ-ċelluloża trattati b'imluħa tal-ammonju inorganiku. Għalhekk, għandu jiġi adattat għall-użu l-metodu eżistenti ta' ttestjar, jiġifieri l-Ispeċifikazzjoni Teknika CEN/TS 16516, u dan biex issir id-determinazzjoni tal-konformità mar-restrizzjoni fuq l-imluħa tal-ammonju inorganiku sakemm jiġi żviluppat metodu speċifiku. |
|
(13) |
Il-partijiet ikkonċernati għandhom jingħataw żmien biżżejjed biex jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-emissjonijiet ta' ammonju ma jaqbżux il-limitu speċifiku f'każ li fil-materjali ta' iżolament magħmul miċ-ċelluloża jintużaw imluħa tal-ammonju inorganiku. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tar-restrizzjoni fuq l-imluħa tal-ammonju inorganiku għandha tiġi diferita. Madankollu, fl-interess tal-kontinwità u taċ-ċertezza legali, ir-restrizzjoni għandha tapplika minnufih wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fi Stat Membru li diġà għandu fis-seħħ miżuri nazzjonali li jirrestrinġu l-imluħa tal-ammonju f'materjali ta' iżolament magħmula miċ-ċelluloża li ġew awtorizzati mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta' salvagwardja REACH. |
|
(14) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(15) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Journal Officiel de la République Française, it-3 ta' Lulju 2013, “Ordni tal-21 ta' Ġunju 2013 dwar il-projbizzjoni rigward it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, il-bejgħ, id-distribuzzjoni jew il-manifattura ta' materjali ta' iżolament magħmula minn materjal artab taċ-ċelluloża b'addittivi ta' mluħa tal-ammonju”. L-abbozz ta' Ordni ġie oriġinarjament sottomess lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi.
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/505/UE tal-14 ta' Ottubru 2013 li tawtorizza l-miżura provviżorja meħuda mir-Repubblika Franċiża skont l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) li jirrestrinġi l-użu tal-imluħa tal-ammonju f'materjali ta' insulazzjoni magħmula minn materjal artab ta' ċelluloża (ĠU L 275, 16.10.2013, p. 52).
(4) http://echa.europa.eu/documents/10162/999a106c-6baf-48c7-8764-0c55576a2517
(5) Ir-rata ta' tagħbija ta' iżolament magħmul miċ-ċelluloża (indikata pereżempju f'kg/m2), hija espressa bħala ħxuna (indikata pereżempju f'm) u densità (indikata pereżempju f'kg/m3).
(6) http://echa.europa.eu/documents/10162/522a9f94-058a-4bef-9818-f265a1d2d64d
ANNESS
Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
|
|
24.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1018
tat-23 ta' Ġunju 2016
li jemenda għall-246 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-20 ta' Ġunju 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) iddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan. |
|
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” titħassar:
“Farid Aider (magħruf ukoll bħala (a) Achour Ali, (b) Terfi Farid, (c) Abdallah). Data tat-twelid: 12.10.1964. Post tat-twelid: Alġeri, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi Fiskali Taljan DRAFRD64R12Z301; (b) Mandat ta' arrest maħruġ mill-awtoritajiet Taljani fis-16.11.2007; (c) Meqjus maħrub mill-ġustizzja mill-awtoritajiet Taljani sa mill-14.12.2007. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.3.2004.”
|
24.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1019
tat-23 ta' Ġunju 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
135,3 |
|
ZZ |
135,3 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
120,5 |
|
ZZ |
120,5 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
164,2 |
|
CL |
136,1 |
|
|
MA |
100,9 |
|
|
TR |
151,6 |
|
|
ZA |
173,5 |
|
|
ZZ |
145,3 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
118,6 |
|
BR |
109,7 |
|
|
CL |
138,2 |
|
|
CN |
75,7 |
|
|
NZ |
156,6 |
|
|
SA |
114,4 |
|
|
US |
160,2 |
|
|
ZA |
114,0 |
|
|
ZZ |
123,4 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
238,5 |
|
ZA |
254,4 |
|
|
ZZ |
246,5 |
|
|
0809 29 00 |
TR |
397,6 |
|
ZZ |
397,6 |
|
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
148,5 |
|
ZZ |
148,5 |
|
|
0809 40 05 |
TR |
148,6 |
|
ZZ |
148,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
|
24.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1020
tat-23 ta' Ġunju 2016
dwar il-prezz massimu għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tieni sejħa individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/826
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/826 (2) fetaħ ix-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura tas-sejħa għall-offerti għall-perjodu li jiskadi fit-30 ta' Settembru, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 (3). |
|
(2) |
Abbażi tal-offerti li waslu bi tweġiba għal stediniet individwali għall-preżentazzjoni tal-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz massimu għax-xiri sfurzat, skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-offerti li saru b'risposta għat-tieni sejħa individwali għall-offerti, jeħtieġ li għandu jiġi ffissat prezz massimu għax-xiri sfurzat. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għat-tieni stedina individwali għall-preżentazzjoni tal-offerti għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tal-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/826, li għaliha ż-żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti skada fil-21 ta' Ġunju 2016, il-prezz massimu tax-xiri sfurzat għandu jkun ta' EUR 169,80/100 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/826 tal-25 ta' Mejju 2016 li jagħlaq ix-xiri sfurzat b'intervent ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss għal perjodu ta' intervent li jintemm fit-30 ta' Settembru 2016 u li jiftaħ il-proċedura tas-sejħa għall-offerti għax-xiri sfurzat ĠU L 137, 26.5.2016, p. 19).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).
DEĊIŻJONIJIET
|
24.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/10 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/1021 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-8 ta' Ġunju 2016
dwar it-twaqqif ta' Kumitat ta' Inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, is-setgħat, kif ukoll id-daqs numeriku u l-mandat tiegħu
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba mressqa minn 337 Membru għat-twaqqif ta' kumitat ta' inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta' April 1995 dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE (5), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (6), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet (7), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (8), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, l-ingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni (9), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (10), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (11), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (12), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (13), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (14), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE u d-Direttivi 2005/56/KE u 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpanniji (15), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/771/UE tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw standards minimi ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa (16) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/772/UE tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva (17), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 2016 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar strateġija esterna għal tassazzjoni effettiva (COM(2016)0024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
1.
Jiddeċiedi li jwaqqaf Kumitat ta' Inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa,
2.
Jiddeċiedi li l-Kumitat ta' Inkjesta għandu:|
— |
jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżegwixxi, u min-naħa tal-Istati Membri li jimplimentaw u jeżegwixxu b'mod effikaċi, id-Direttiva 2005/60/KE, fid-dawl tal-obbligu tal-implimentazzjoni f'waqtha u effikaċi tad-Direttiva (UE) 2015/849; |
|
— |
jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-awtoritajiet tal-Istati Membri li japplikaw il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra lill-istituzzjonijiet responsabbli għal ksur serju ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2005/60/KE, kif tirrikjedi d-Direttiva 2013/36/UE; |
|
— |
jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżegwixxi, u min-naħa tal-awtoritajiet tal-Istati Membri li jimplimentaw b'mod effikaċi, id-Direttiva 2011/16/UE, speċjalment l-Artikolu 9(1) tagħha dwar il-komunikazzjoni spontanja ta' informazzjoni fil-qasam tat-taxxa lil Stat Membru ieħor f'każijiet li fihom ikun hemm raġunijiet biex jitqies li jista' jkun hemm telf ta' taxxa, fid-dawl tal-obbligu tal-implimentazzjoni f'waqtha u effikaċi tad-Direttiva 2014/107/UE; għal dan l-iskop u għall-investigazzjonijiet fuq bażijiet ġuridiċi oħrajn fir-rigward tal-allegati każijiet ta' kontravvenzjonijiet jew amministrazzjoni ħażina li sar riferiment għalihom hawn fuq, il-Kumitat għandu jagħmel użu mill-aċċess għad-dokumenti rilevanti kollha tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta li nkisbu mill-kumitati speċjali TAXE 1 u TAXE 2; |
|
— |
jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Istati Membri li jeżegwixxu l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, rilevanti għall-iskop tal-inkjesta prevista f'din id-deċiżjoni; |
|
— |
jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżegwixxi, u min-naħa tal-Istati Membri li jimplimentaw, id-Direttiva 2014/91/UE; |
|
— |
jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżegwixxi, u min-naħa tal-Istati Membri li jimplimentaw, id-Direttiva 2011/61/UE u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013; |
|
— |
jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżegwixxi, u min-naħa tal-Istati Membri li jimplimentaw, id-Direttiva 2009/138/KE; |
|
— |
jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżegwixxi, u min-naħa tal-Istati Membri li jimplimentaw u jeżegwixxu b'mod effikaċi, id-Direttiva 2006/43/KE, fid-dawl tal-obbligu tal-implimentazzjoni f'waqtha u effikaċi tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 u tad-Direttiva 2014/56/UE; |
|
— |
jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Istati Membri li jittrasponu d-Direttiva 2013/34/UE; |
|
— |
jinvestiga l-allegat nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżegwixxi, u min-naħa tal-Istati Membri li jimplimentaw b'mod effikaċi, id-Direttiva 2012/17/UE; |
|
— |
jinvestiga l-ksur potenzjali tad-dmir ta' kooperazzjoni leali stabbilit mill-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea min-naħa tal-Istati Membri u tat-territorji assoċjati u dipendenti tagħhom, sakemm ikun rilevanti għall-ambitu tal-inkjesta prevista f'din id-deċiżjoni; għal dan il-għan, jivvaluta partikolarment jekk ksur eventwali ta' dan it-tip jistax ikun dovut għall-allegat nuqqas ta' adozzjoni tal-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-użu ta' veikoli finanzjarji li jippermettu lis-sidien benefiċjarji aħħarin tagħhom jaħbuhom mill-istituzzjonijiet finanzjarji u minn intermedjarji, avukati, fornituri ta' servizzi relatati ma' kumpaniji u trusts oħrajn jew l-operat ta' kwalunkwe veikolu jew intermedjarju ieħor li jippermetti l-aġevolazzjoni tal-ħasil ta' flus, kif ukoll l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa fi Stati Membri oħrajn (inkluż l-eżami tar-rwol tat-trusts u tal-kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata b'membru uniku u tal-muniti virtwali), fid-dawl ukoll tal-programmi ta' ħidma attwali li qed jitwettqu fil-livell tal-Istati Membri u li għandhom l-għan li jaffrontaw tali kwistjonijiet u jtaffulhom l-effetti; |
|
— |
jifformula r-rakkomandazzjonijiet li jqis neċessarji f'dan il-kuntest, inkluż dwar l-implimentazzjoni min-naħa tal-Istati Membri tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 hawn fuq imsemmija dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lil pajjiżi terzi japplikaw standards minimi ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa u tal-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva, kif ukoll jivvaluta l-aktar żviluppi reċenti tal-istrateġija esterna tal-Kummissjoni għal tassazzjoni effettiva u r-rabtiet bejn il-qafas ġuridiku tal-Unjoni u tal-Istati Membri u s-sistemi tat-taxxa ta' pajjiżi terzi (pereżempju, ftehimiet dwar it-taxxa doppja, ftehimiet dwar l-iskambju ta' informazzjoni, ftehimiet ta' kummerċ ħieles), kif ukoll l-isforzi li saru għall-promozzjoni, f'livell internazzjonali (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, G20, Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja u Nazzjonijiet Uniti) tat-trasparenza tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja; |
3.
Jiddeċiedi li l-Kumitat ta' Inkjesta għandu jippreżenta r-rapport finali tiegħu fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni;
4.
Jiddeċiedi li l-Kumitat ta' Inkjesta għandu jqis f'ħidmitu kwalunkwe żvilupp rilevanti fil-kompetenza tiegħu li jfeġġu matul il-mandat tiegħu;
5.
Jiddeċiedi li kwalunkwe rakkomandazzjoni imfassla mill-Kumitat ta' Inkjesta u mill-kumitat speċjali TAXE 2 għandhom ikunu ittrattati fi ħdan il-kumitati permanenti rilevanti;
6.
Jiddeċiedi li l-Kumitat ta' Inkjesta għandu jkollu 65 Membru;
7.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiżgura li din id-deċiżjoni tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 113, 19.5.1995, p. 1.
(2) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
(3) ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.
(4) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(6) ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1.
(7) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 186.
(10) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
(11) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.
(12) ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77.
(13) ĠU L 158, 27.5.2014, p. 196.
(14) ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19.
(15) ĠU L 156, 16.6.2012, p. 1.
|
24.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1022
tas-17 ta' Ġunju 2016
li tabroga d-Deċiżjoni 2010/401/UE dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv f'Ċipru
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta' Lulju 2010, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/401/UE (1) abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda, skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li f'Ċipru kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li, skont id-data nnotifikata mill-awtoritajiet Ċiprijotti f'April 2010, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika f'Ċipru kien jilħaq is-6,1 % tal-PDG fl-2009, li kien ogħla mill-valur referenzjarju tal-PDG skont it-Trattat ta' 3 % tal-PDG. Id-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika kien ippjanat li jilħaq it-62 % tal-PDG fl-2010, li kien għola mill-valur referenzjarju tal-PDG skont it-Trattat ta' 60 % tal-PDG. |
|
(2) |
Fit-13 ta' Lulju 2010, skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (2), il-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, indirizza rakkomandazzjoni lil Ċipru bl-għan li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv tal-gvern tinġieb fi tmiemha sal-2012. Dik ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ġiet ippubblikata. |
|
(3) |
Fis-27 ta' Jannar 2011, il-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli f'dak iż-żmien, Ċipru kienet ħadet azzjoni li tirrappreżenta progress adegwat lejn il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kunsill. Fil-11 ta' Jannar 2012, il-Kummissjoni reġgħet ikkonfermat li Ċipru kienet ħadet azzjoni effettiva biex tikkoreġi b'mod sostenibbli u f'waqtu d-defiċit eċċessiv. |
|
(4) |
L-awtoritajiet Ċiprijotti talbu għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni, mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) bl-għan li jiġi appoġġat ir-ritorn tal-ekonomija ta' Ċipru lejn it-tkabbir sostenibbli. Fil-25 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/236/UE (3) indirizzata lil Ċipru, dwar miżuri speċifiċi għal Ċipru biex terġa' lura għal stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli. B'mod parallel, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) ta faċilità ta' assistenza finanzjarja lil Ċipru. F'dak il-kuntest, fis-26 ta' April 2013 l-awtoritajiet Ċiprijotti u l-Kummissjoni, li taġixxi f'isem il-MES, iffirmaw Memorandum ta' Qbil dwar il-Kondizzjonijiet Speċifiċi ta' Politika Ekonomika. |
|
(5) |
Fis-16 ta' Mejju 2013, f'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, il-Kunsill ikkonkluda li Ċipru kienet ħadet azzjoni effettiva iżda li, wara li kienet ġiet adottata r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2010, seħħew żviluppi ekonomiċi negattivi mhux mistennija li kellhom konsegwenzi żvantaġġużi kbar fuq il-finanzi pubbliċi. Għaldaqstant, il-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, qies li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 ġew issodisfati u adotta rakkomandazzjoni ġdida indirizzata lil Ċipru skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE, bl-għan li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sal-2016. |
|
(6) |
Fis-6 ta' Settembru 2013, il-Kummissjoni kkonkludiet li Ċipru kienet ħadet azzjoni effettiva biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv sal-2016, kif kien irrakkomandat mill-Kunsill fis-16 ta' Mejju 2013. |
|
(7) |
F'konformità mal-Artikolu 10(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), Ċipru kienet eżenti minn rekwiżit ta' rappurtar separat skont il-proċedura ta' defiċit eċċessiv u minflok irrapportat fil-qafas tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku tagħha. |
|
(8) |
F'Marzu 2016, Ċipru ħarġet mill-programm ta' aġġustament ekonomiku ta' tliet snin tagħha li kien jinkludi l-implimentazzjoni ta' aġenda ta' riforma ambizzjuża u kkontribwiet biex tiżgura stabbiltà finanzjarja, ittejjeb il-finanzi pubbliċi u jerġa' jkun hemm tkabbir ekonomiku sostenibbli. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, il-Kummissjoni tipprovdi d-data għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta' dak il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw data dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern tagħhom kif ukoll dwar varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta' April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (5). |
|
(10) |
Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni biex tiġi abroga deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fuq il-bażi tad-data notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata biss jekk it-tbassir tal-Kummissjoni jindika li d-defiċit ma jkunx se jaqbeż il-valur referenzjarju ta' 3 % tal-PDG skont it-Trattat, tul il-perjodu ta' tbassir (6). |
|
(11) |
Abbażi tad-data pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009, wara n-notifika minn Ċipru f'April 2016, u abbażi tal-Programm ta' Stabbiltà tal-2016 u t-tbassir tar-rebbiegħa tal-2016 tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:
|
|
(12) |
Mill-2016, li hija s-sena ta' wara dik li fiha saret il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, Ċipru hija soġġetta għall-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u għandha tiżgura konformità mal-objettiv ta' terminu medju tagħha, inkluż billi tirrispetta l-valur referenzjarju tal-infiq, u tagħmel biżżejjed progress biex tikkonforma mal-kriterju tad-dejn skont l-Artikolu 2(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. F'dak il-kuntest, jidher li Ċipru hija mistennija tikkonforma mal-objettiv ta' terminu medju tagħha fl-2016 filwaqt li hija mistennija ftit devjazzjoni fl-2017. Il-bilanċ strutturali ta' Ċipru huwa mbassar li jiddeterjora aktar minn dak li huwa permess skont ir-regola tranżitorja tad-dejn. Se jkun hemm bżonn ta' miżuri ulterjuri fl-2017. |
|
(13) |
Skont l-Artikolu 126(12) tat-TFUE, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata meta, fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat ikun ġie kkoreġut. |
|
(14) |
Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv f'Ċipru ġie kkoreġut, u għaldaqstant id-Deċiżjoni 2010/401/UE għandha tiġi abrogata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn din l-evalwazzjoni ġenerali, jista' jiġi konkluż li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv f'Ċipru ġiet ikkoreġuta.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2010/401/UE hija abrogata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Ċipru.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
J.R.V.A. DIJSSELBLOEM
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/401/UE tat-13 ta' Lulju 2010 dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv f'Ċipru (ĠU L 186, 20.7.2010, p. 30).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236/UE tal-25 ta' April 2013 indirizzata lil Ċipru dwar miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta' stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli (ĠU L 141, 28.5.2013, p. 32).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).
(6) F'konformità ma' “Specifications on the implementation of the Stability and Growth Pact and Guidelines on the format and content of Stability and Convergence Programmes” tat-3 ta' Settembru 2012. Ara: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/pdf/coc/code_of_conduct_en.pdf
|
24.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1023
tas-17 ta' Ġunju 2016
li tabroga d-Deċiżjoni 2010/289/UE dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fis-Slovenja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-2 ta' Diċembru 2009, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/289/UE (1) abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda, f'konformità mal-Artikolu 126(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li kien jeżisti defiċit eċċessiv fis-Slovenja. Il-Kunsill innota li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ppjanat għall-2009 kien ta' 5,9 % u għalhekk iktar mill-valur referenzjarju skont it-Trattat ta' 3 % tal-PDG. Id-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika kien mistenni li jilħaq l-34,2 % tal-PDG fl-2009, għalhekk 'l isfel mill-valur referenzjarju skont it-Trattat ta' 60 % tal-PDG. |
|
(2) |
Fit-2 ta' Diċembru 2009, skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (2), il-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, bagħat rakkomandazzjoni lis-Slovenja bl-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sal-2013. Dik ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ġiet ippubblikata. |
|
(3) |
Fil-21 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill ikkonkluda li s-Slovenja kienet ħadet azzjoni effettiva bi qbil mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2009 skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE iżda li kienu seħħew ċerti avvenimenti ekonomiċi negattivi u mhux mistennija b'konsegwenzi ta' żvantaġġ kbir għall-finanzi pubbliċi wara l-adozzjoni ta' dik ir-Rakkomandazzjoni. Għaldaqstant, il-Kunsill, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, qies li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 kienu ġew issodisfati, u adotta rakkomandazzjoni ġdida indirizzata lis-Slovenja skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE, bl-għan li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sal-2015. Dik ir-rakkomandazzjoni l-ġdida tal-Kunsill ġiet ippubblikata. |
|
(4) |
Fil-5 ta' Marzu 2014, f'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fid-dawl tar-riskji biex tinkiseb korrezzjoni fit-tul tad-defiċit eċċessiv sal-2015, il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjoni lis-Slovenja bl-għan li tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex tiżgura konformità sħiħa mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013, b'mod partikolari billi tissodisfa l-isforz fiskali rrakkomandat mill-Kunsill. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, il-Kummissjoni tipprovdi d-data għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta' dak il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw data dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern kif ukoll dwar varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta' April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (4). |
|
(6) |
Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni biex tiġi abrogata d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fuq il-bażi tad-data notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata biss jekk it-tbassir tal-Kummissjoni jindika li d-defiċit ma jkunx ser jaqbeż il-valur referenzjarju skont it-Trattat ta' 3 % tal-PDG tul il-perjodu ta' tbassir (5). |
|
(7) |
Abbażi tad-data pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009, wara n-notifika mis-Slovenja f'April 2016, u abbażi tal-Programm ta' Stabbiltà tal-2016 u t-tbassir tar-rebbiegħa 2016 tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:
|
|
(8) |
Mill-2016, li hija s-sena ta' wara dik li fiha saret il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, is-Slovenja hija soġġetta għall-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, u għandha timxi lejn l-objettiv tat-terminu l-medju tagħha b'pass xieraq, inkluż billi tirrispetta l-livell referenzjarju tal-infiq, u tikkonforma mal-kriterju tad-dejn skont l-Artikolu 2(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. F'dak il-kuntest, jidher li hemm ir-riskju ta' xi devjazzjoni mill-aġġustament meħtieġ ta' 0,6 % tal-PDG lejn l-objettiv ta' terminu medju fl-2016. Fl-2017, taħt politiki mingħajr tibdil, jidher li hemm ir-riskju ta' xi devjazzjoni mill-aġġustament rakkomandat ta' 0,6 % tal-PDG lejn l-objettiv ta' terminu medju. Huwa mbassar li s-Slovenja tkun konformi mar-regola tad-dejn tranżizzjonali fl-2016 u ġeneralment konformi fl-2017. Għalhekk, se jinħtieġu iktar miżuri fl-2016 u l-2017. |
|
(9) |
F'konformità mal-Artikolu 126(12) tat-TFUE, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata meta, fil-fehma tal-Kunsill, tkun saret korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat. |
|
(10) |
Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fis-Slovenja ġie kkoreġut, u għaldaqstant id-Deċiżjoni 2010/289/UE għandha tiġi abrogata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn valutazzjoni globali jsegwi li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fis-Slovenja ġiet ikkoreġuta.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2010/289/UE hija abrogata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
J.R.V.A. DIJSSELBLOEM
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/289/UE tat-2 ta' Diċembru 2009 dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fis-Slovenja (ĠU L 125, 21.5.2010, p. 46).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).
(3) Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11).
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).
(5) B'konformità mal-Ispeċifikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Linji Gwida dwar il-format u l-kontenut ta' Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza.