ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 162

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
21 ta' Ġunju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/983 tal-20 ta' Ġunju 2016 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/984 tas-7 ta' Ġunju 2016 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Krupnioki śląskie (IĠP))

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/985 tas-7 ta' Ġunju 2016 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Agneau de Pauillac (IĠP))

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/986 tat-13 ta' Ġunju 2016 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Γλυκό Τριαντάφυλλο Αγρού (Glyko Triantafyllo Agrou) (IĠP)]

5

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/987 tal-20 ta' Ġunju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

6

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/988 tal-20 ta' Ġunju 2016 li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 442/2009 fis-settur tal-laħam tal-majjal

8

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2016/989 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni minn Franza — EGF/2015/010 FR/MoryGlobal)

10

 

*

Deċiżjoni (UE) 2016/990 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Greċja — EGF/2015/011 GR/Supermarket Larissa)

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/991 tad-9 ta' Ġunju 2016 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

14

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/992 tas-16 ta' Ġunju 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fir-rigward ta' Sri Lanka

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/993 tal-20 ta' Ġunju 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA)

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/994 tal-20 ta' Ġunju 2016 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/995 tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.24571 — 2009/C (ex C 1/09, ex NN 69/08) mogħtija mill-Ungerija lil MOL Nyrt. (notifikata bid-dokument C(2015) 7324)  ( 1 )

22

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/983

tal-20 ta' Ġunju 2016

li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/994 tal-20 ta' Ġunju 2016 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Mejju 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, bir-Riżoluzzjoni 2288 (2016), iddeċieda li jtemm, b'effett immedjat, l-embargo fuq l-armi fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Liberja.

(2)

Fl-20 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/994 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja.

(3)

Hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 (2) huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Ara paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali..

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 tal-10 ta' Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1030/2003 (ĠU L 40, 12.2.2004, p. 1).


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/984

tas-7 ta' Ġunju 2016

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Krupnioki śląskie (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni tal-Polonja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Krupnioki śląskie” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Krupnioki śląskie” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Krupnioki śląskie” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 67, 20.2.2016, p. 17.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/985

tas-7 ta' Ġunju 2016

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Agneau de Pauillac (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Agneau de Pauillac” irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 637/2004 (3).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda għall-Ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward id-denominazzjoni “Agneau de Pauillac” (IĠP) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar l-iskrizzjoni ta' ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 637/2004 tal-5 ta' April 2004 li jissupplimenta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (Agneau de Pauillac u Agneau du Poitou-Charentes) (ĠU L 100, 6.4.2004, p. 31.)

(4)  ĠU C 61, 17.2.2016, p. 26.


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/986

tat-13 ta' Ġunju 2016

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Γλυκό Τριαντάφυλλο Αγρού (Glyko Triantafyllo Agrou) (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Ċipru għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Γλυκό Τριαντάφυλλο Αγρού” (Glyko Triantafyllo Agrou) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Γλυκό Τριαντάφυλλο Αγρού” (Glyko Triantafyllo Agrou) għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Γλυκό Τριαντάφυλλο Αγρού” (Glyko Triantafyllo Agrou) (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 52, 11.2.2016, p. 19.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/987

tal-20 ta' Ġunju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

132,7

ZZ

132,7

0709 93 10

TR

137,2

ZZ

137,2

0805 50 10

AR

169,4

BR

92,5

MA

179,9

TR

151,6

UY

147,6

ZA

174,3

ZZ

152,6

0808 10 80

AR

117,9

BR

88,5

CL

125,6

CN

66,5

NZ

156,7

SA

114,4

US

120,4

ZA

115,7

ZZ

113,2

0809 10 00

TR

265,2

ZZ

265,2

0809 29 00

TR

389,4

ZZ

389,4

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

143,1

ZZ

143,1

0809 40 05

TR

180,1

ZZ

180,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/988

tal-20 ta' Ġunju 2016

li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 442/2009 fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal. Il-kwoti li jidhru fl-Anness I, il-parti B tar-Regolament imsemmi huma amministrati skont il-metodu tal-eżami simultanju.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat 30 ta' Settembru 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 442/2009, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 tas-27 ta' Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tal-majjal (ĠU L 129, 28.5.2009, p. 13).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016

(f'kg)

09.4038

8 516 250

09.4170

1 230 500

09.4204

1 156 000


DEĊIŻJONIJIET

21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/10


DEĊIŻJONI (UE) 2016/989 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni minn Franza — EGF/2015/010 FR/MoryGlobal)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom u li l-attività tagħhom tkun intemmet minħabba bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ dinji kkawżati mill-globalizzazzjoni, jew minħabba l-issoktar tal-kriżi finanzjarja u ekonomika dinjija, jew minħabba kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u biex jgħinhom biex jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Fid-19 ta' Novembru 2015, Franza ressqet l-applikazzjoni EGF/2015/010 FR/MoryGlobal għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara li ngħataw is-sensji mill-MoryGlobal SAS fi Franza. Din kienet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mobilizzat biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 5 146 800 għall-applikazzjoni ppreżentata minn Franza.

(5)

Biex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien biex jiġi mobilizzat il-FEG, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jagħti s-somma ta' EUR 5 146 800 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tapplika mit-8 ta' Ġunju 2016.

Magħmula fi Strasburgu, 8 ta' Ġunju 2016,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/12


DEĊIŻJONI (UE) 2016/990 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Greċja — EGF/2015/011 GR/Supermarket Larissa)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-Punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat tal-issoktar tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Fis-26 ta' Novembru 2015, il-Greċja ressqet l-applikazzjoni FEG/2015/011 GR/Supermarket Larissa għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara li ngħataw is-sensji fis-Supermarket Larissa ABEE fil-Greċja. Din kienet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, il-Greċja ddeċidiet li tipprovdi wkoll servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil 543 żagħżugħ u żagħżugħa barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs).

(5)

Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mobilizzat sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 6 468 000 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Greċja.

(6)

Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, din id-deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni huwa mobilizzat biex jagħti s-somma ta' EUR 6 468 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tapplika mit-8 ta' Ġunju 2016.

Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta' Ġunju 2016

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/991

tad-9 ta' Ġunju 2016

li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Nhar id-9 ta' Ottubru 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1915 (4), is-Sur Esteban MAS PORTELL ġie sostitwit mis-Sur Marc PONS i PONS bħala membru supplenti.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Marc PONS i PONS, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sinjura Pilar COSTA i SERRA, Consejera de Presidencia del Gobierno de las Islas Baleares.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G.A. VAN DER STEUR


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1915 tad-9 ta' Ottubru 2015 li taħtar żewġ membri Spanjoli u tliet membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 280, 24.10.2015, p. 26)


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/15


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/992

tas-16 ta' Ġunju 2016

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fir-rigward ta' Sri Lanka

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 34(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistabbilixxi sistema tal-Unjoni li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).

(2)

Il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistabbilixxi l-proċedura fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx u l-proċeduri politiċi fir-rigward ta' pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, u jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, il-proċedura għat-tneħħija mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, u jipprovdi għall-pubblikazzjoni tal-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx u kull miżura ta' emerġenza.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, permezz tad-Deċiżjoni tal-15 ta' Novembru 2012 (2) ('id-Deċiżjoni tal-15 ta' Novembru 2012'), il-Kummissjoni nnotifikat tmien pajjiżi terzi dwar il-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi li l-Kummissjoni qieset bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. Fost dawk il-pajjiżi kien hemm ir-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka.

(4)

Fid-Deċiżjoni tal-15 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni inkludiet informazzjoni dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jsostnu dik il-possibbiltà.

(5)

Ukoll fil-15 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lit-tmien pajjiżi terzi permezz ta' ittri separati li hija kienet qiegħda tikkonsidra l-possibbiltà li tidentifikahom bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. Is-Sri Lanka kienet fost dawk il-pajjiżi.

(6)

Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/715/UE (3), il-Kummissjoni identifikat lis-Sri Lanka bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-Kummissjoni ddikjarat ir-raġunijiet li għalihom qieset li s-Sri Lanka naqset milli taqdi dmirijietha taħt id-dritt internazzjonali, bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, li tieħu azzjoni biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU.

(7)

F'konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/200 (4), emenda l-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU billi żied fiha s-Sri Lanka.

(8)

Konsegwentement għal dik l-emenda, il-Kummissjoni offriet l-opportunità lis-Sri Lanka biex tkompli d-djalogu f'konformità mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li hija qieset neċessarja, inklużi kummenti bil-fomm u bil-miktub, bil-għan li tagħti lis-Sri Lanka l-opportunità biex tirrettifika s-sitwazzjoni li wasslet għall-elenkar tagħha, u biex tieħu miżuri konkreti li jistgħu jwasslu għar-rimedjar tan-nuqqasijiet li ġew identifikati. Dak il-proċess irriżulta fir-rikonoxximent mill-Kummissjoni li s-Sri Lanka rrettifikat is-sitwazzjoni u ħadet azzjoni ta' rimedju.

(9)

F'konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-Kunsill għandu għaldaqstant jemenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE (5) billi jneħħi lis-Sri Lanka mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx.

(10)

Mal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni li tneħħi lis-Sri Lanka mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/715/UE li tidentifika lis-Sri Lanka bħala pajjiż terz li ma jikkooperax ma għandhiex tibqa' rilevanti.

2.   IT-TNEĦĦIJA TAS-SRI LANKA MIL-LISTA TA' PAJJIŻI TERZI LI MA JIKKOOPERAWX

(11)

Konsegwentement għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/715/UE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/200, il-Kummissjoni kompliet id-djalogu tagħha mas-Sri Lanka. B'mod partikolari, is-Sri Lanka tidher li implimentat l-obbligi tagħha taħt id-dritt internazzjonali u adottat qafas legali adegwat biex tiġġieled kontra s-sajd IUU. Hija introduċiet skema adegwata u effiċjenti ta' monitoraġġ, kontroll u spezzjoni billi introduċiet ġurnali ta' abbord biex tiġi reġistrata dejta dwar il-qbid, flimkien ma' sinjali tas-sejħa tar-radju għall-bastimenti tas-sajd u armat il-flotta kollha tal-ibħra miftuħa b'Sistema għall-Monitoraġġ tal-Bastimenti (“VMS”, Vessel Monitoring System). Hija wkoll ħolqot sistema ta' sanzjonijiet ta' deterrent, irrevediet il-qafas legali tagħha dwar is-sajd u żgurat l-implimentazzjoni korretta tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-qbid. Barra minn hekk, is-Sri Lanka kompliet ittejjeb il-konformità tagħha mal-obbligi internazzjonali tagħha, inklużi dawk derivanti minn riżoluzzjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (“RFMO”, Regional Fisheries Management Organisations), bħal miżuri ta' Kontroll mill-Istat tal-Port u t-traspożizzjoni tar-regoli tal-RFMO fil-liġi tas-Sri Lanka u adottat Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali tagħha stess kontra s-sajd IUU, f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti kontra s-Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat.

(12)

Il-Kummissjoni rrivediet il-qagħda tal-konformità tas-Sri Lanka mal-obbligi internazzjonali tagħha bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq skont il-konklużjonijiet fid-Deċiżjoni tal-15 ta' Novembru 2012, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/715/UE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/200, u skont informazzjoni rilevanti pprovduta mis-Sri Lanka. Hija qieset ukoll il-miżuri meħuda biex tiġi rettifikata s-sitwazzjoni kif ukoll il-garanziji pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tas-Sri Lanka.

(13)

Il-Kummissjoni kkonkludiet, abbażi ta' dak li ssemma hawn fuq, li l-azzjonijiet meħudin mis-Sri Lanka fid-dawl tad-dmirijiet tagħha bħala Stat tal-bandiera huma suffiċjenti biex tkun konformi mal-Artikoli 94, 117 u 118 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar u mal-Artikoli 18, 19, 20 u 23 tal-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istokkijiet tal-Ħut. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-elementi mressqa mis-Sri Lanka juru li s-sitwazzjoni li wasslet biex is-Sri Lanka tiġi inkluża fil-lista ġiet irrettifikata u li s-Sri Lanka ħadet miżuri konkreti li jistgħu jwasslu għal titjib dejjiemi tas-sitwazzjoni.

(14)

Fid-dawl ta' dawk iċ-ċirkostanzi kollha u skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-Kunsill għandu jikkonkludi li s-Sri Lanka għandha titneħħa mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(15)

Din id-Deċiżjoni ma tipprekludi ebda pass sussegwenti li jista' jittieħed mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, skont il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, f'każ li xi elementi fattwali kellhom jiżvelaw li s-Sri Lanka naqset milli taqdi d-dmirijiet li hija għandha taħt id-dritt internazzjonali, bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, li tieħu azzjoni biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU.

(16)

Fid-dawl tal-konsegwenzi negattivi kkawżati mill-inklużjoni fil-lista bħala pajjiż terz li ma jikkooperax, jeħtieġ li b'effett immedjat is-Sri Lanka titneħħa mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sri Lanka titneħħa mill-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

L.F. ASSCHER


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2012 dwar in-notifika lill-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tqis bħala possibbli li jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU C 354, 17.11.2012, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/715/UE tal-14 ta' Ottubru 2014 li tidentifika pajjiż terz li l-Kummissjoni tqis li huwa pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU L 297, 15.10.2014, p. 13).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/200 tas-26 ta' Jannar 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fir-rigward tas-Sri Lanka (ĠU L 33 10.2.2015, p. 15).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/170/UE tal-24 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir- Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU L 91, 27.3.2014, p. 43).


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/993

tal-20 ta' Ġunju 2016

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 (1).

(2)

Fit-23 ta' Mejju 2016, il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA, laqa' r-rieda espressa mill-President tal-Kunsill Presidenzjali tal-Gvern Libjan ta' Kunsens Nazzjonali li jikkoopera mal-Unjoni abbażi ta' dawk il-konklużjonijiet, aċċetta li jestendi l-mandat tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA b'sena u, filwaqt li jinżamm il-fokus fuq il-mandat prinċipali tagħha, li jżid żewġ kompiti ta' sostenn ulterjuri:

tisħiħ tal-kapaċitajiet u taħriġ ta', u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni ma', il-Gwardja Kostali u l-Flotta Navali Libjani, abbażi ta' talba mill-awtoritajiet Libjani leġittimi filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa għal sjieda Libjana;

kontribut għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-embargo tal-armi tan-NU fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja abbażi ta' Riżoluzzjoni ġdida tal-Kunsill tas-Sigutà tan-NU.

(3)

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti impona, immodifika u afferma mill-ġdid embargo tal-armi fuq il-Libja permezz tar-Riżoluzzjonijiet tiegħu (UNSCR) 1970 (2011), 1973 (2011), 2009 (2011), 2040 (2012), 2095 (2013), 2144 (2014), 2174 (2014), 2213 (2015), 2214 (2015) u 2278 (2016).

(4)

Fl-14 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni UNSCR 2292 (2016) dwar l-embargo tal-armi fuq il-Libja filwaqt li esprima b'mod partikolari t-tħassib tiegħu li s-sitwazzjoni fil-Libja qed tiħżien bil-kuntrabandu ta' armi illegali u materjal relatat.

(5)

Il-Kunsill jemfasizza l-urġenza għall-bidu tal-implimentazzjoni operazzjonali taż-żewġ kompiti ta' sostenn qabel it-tmiem tal-mandat inizjali tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA.

(6)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit minn dan li ġej:

“1.   L-Unjoni għandha tmexxi operazzjoni militari ta' maniġġar ta' kriżi li tikkontribwixxi biex tisfratta l-mudell kummerċjali tan-netwerks ta' faċilitazzjoni ta' dħul klandestin u traffikar ta' bnedmin fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFORMED operazzjoni SOPHIA), billi twettaq sforzi sistematiċi għall-identifikazzjoni, il-qbid u r-rimi ta' bastimenti u assi użati jew suspettati li qed jintużaw mill-faċilitaturi tad-dħul klandestin u mit-traffikanti, f'konformità mad-dritt internazzjonali applikabbli, inkluż l-UNCLOS u kwalunkwe Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Għal dak il-għan, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tipprovdi wkoll taħriġ lill-Gwardja Kostali u l-Flotta Navali Libjani. Barra minn hekk, l-operazzjoni għandha tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-armi fiż-żona tal-operazzjoni miftiehma tagħha f'konformità mal-UNSCR 1970 (2011) u Riżoluzzjonijiet sussegwenti dwar l-embargo tal-armi fuq il-Libja, inkluż UNSCR 2292 (2016).”;

(2)

Fl-Artikolu 2(2), l-ewwel sentenza hija sostitwita minn dan li ġej:

“Fir-rigward tal-kompiti prinċipali tagħha relattivament għall-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin u t-traffikar tal-bnedmin, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha titmexxa f'fażijiet sekwenzjali, u f'konformità mar-rekwiżiti tad-dritt internazzjonali.”;

(3)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 2a

Tisħiħ tal-kapaċitajiet u taħriġ tal-Gwardja Kostali u l-Flotta Navali Libjani

1.   Bħala kompitu ta' sostenn, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tassisti fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet u fit-taħriġ tal-Gwardja Kostali u l-Flotta Navali Libjani fil-kompiti ta' infurzar tal-liġi fuq il-baħar, b'mod partikolari biex jipprevjenu l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin u t-traffikar tal-bnedmin.

2.   Meta l-KPS jiddeċiedi li jkunu saru t-tħejjijiet meħtieġa, partikolarment fir-rigward tal-ġenerazzjoni tal-forzi u l-proċeduri għall-eżami ta' dawk li jitħarrġu, il-kompitu ta' sostenn imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq fl-ibħra miftuħa fiż-żona tal-operazzjoni miftiehma, kif definita fid-dokumenti rilevanti tal-ippjanar, tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA.

3.   Il-kompitu ta' sostenn imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jitwettaq ukoll fit-territorju, inklużi l-ibħra territorjali, tal-Libja jew ta' Stat terz ospitanti viċin tal-Libja fejn il-KPS jiddeċiedi hekk wara valutazzjoni mill-Kunsill fuq il-bażi ta' stedina mil-Libja jew mill-Istat ospitanti kkonċernat, u f'konformità mad-dritt internazzjonali.

4.   Fid-dawl tar-rekwiżiti operazzjonali eċċezzjonali, parti mill-kompitu ta' sostenn imsemmi fil-paragrafu 1 tista' titwettaq, fuq stedina, fi Stat Membru, inkluż f'ċentri ta' taħriġ rilevanti.

5.   Sa fejn ikun meħtieġ għall-kompitu ta' sostenn imsemmi fil-paragrafu 1, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA tista' tiġbor, taħżen u tikkondividi mal-Istati Membri, l-UNSMIL, l-EUROPOL u l-Frontex l-informazzjoni, inkluża data personali, miġbura għall-fini tal-proċeduri għall-eżami ta' dawk bil-possibbiltà li jitħarrġu, dment li dawn ikunu taw il-kunsens tagħhom bil-miktub. Barra minn hekk, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA tista' tiġbor u taħżen l-informazzjoni medika u d-data bijometrika meħtieġa dwar dawk li jitħarrġu bil-kunsens bil-miktub tagħhom.

Artikolu 2b

Kontribut għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-implimentazzjoni tal-embargo tal-armi tan-NU fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja

1.   Bħala parti mill-kompitu ta' sostenn tagħha biex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-embargo tal-armi tan-NU fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tiġbor u tikkondividi informazzjoni ma' sħab u aġenziji rilevanti permezz tal-mekkaniżmi fid-dokumenti tal-ippjanar sabiex tikkontribwixxi għal għarfien tas-sitwazzjoni marittima komprensiva fiż-żona tal-operazzjoni miftiehma kif definita fid-dokumenti rilevanti tal-ippjanar. Fejn tali informazzjoni tkun klassifikata sal-livell ta' ‘RESTREINT UE/EU RESTRICTED’, din tista' tiġi kondiviża mas-sħab u aġenziji rilevanti f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE u abbażi ta' Arranġamenti konklużi bejn ir-RGħ u dawk is-sħab, b'rispett sħiħ tal-prinċipji tar-reċiproċità u l-inklużività. L-informazzjoni klassifikata riċevuta għandha tiġi trattata mill-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA mingħajr ebda distinzjoni bejn il-persunal tagħha u unikament fuq il-bażi ta' rekwiżiti operazzjonali.

2.   Meta l-KPS jiddeċiedi li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet rilevanti, l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tibda, fiż-żona tal-operazzjoni miftiehma, kif definita fid-dokumenti rilevanti tal-ippjanar, fl-ibħra miftuħa 'l barra mill-kosta tal-Libja, bl-ispezzjonijiet ta' bastimenti li jkunu sejrin lejn il-Libja jew ġejjin mil-Libja fejn hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li tali bastimenti qed iġorru armi jew materjal relatat lejn, jew minn, il-Libja, direttament jew indirettament bi ksur tal-embargo tal-armi fuq il-Libja u għandha tieħu l-azzjoni rilevanti bil-għan li taqbad u tiddisponi minn tali oġġetti, inkluż bil-ħsieb li titbiddel ir-rotta ta' tali bastimenti u l-ekwipaġġi tagħhom lejn port adatt biex tiġi ffaċilitata tali dispożizzjoni, bil-kunsens tal-Istat tal-port, f'konformità mar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluża l-UNSCR 2292 (2016).

3.   F'konformità mar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluża l-UNSCR 2292 (2016), l-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA tista', matul l-ispezzjonijiet imwettqa f'konformità mal-paragrafu 2, tiġbor evidenza direttament relatata mal-ġarr ta' oġġetti pprojbiti taħt l-embargo tal-armi fuq il-Libja. Hija tista' tibgħat tali evidenza lill-awtoritajiet rilevanti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u/jew il-korpi kompetenti tal-Unjoni.”;

(4)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa sostitwit minn dan li ġej:

“2.   Għall-perijodu mit-18 ta' Mejju 2015 sas-27 ta' Lulju 2016, l-ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandu jkun ta' EUR 11,82 miljun. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 70 % f'impenji u 40 % għal pagamenti.”;

(5)

Fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Għall-perijodu mit-28 ta' Lulju 2016 sas-27 ta' Lulju 2017, l-ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni ta' EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandu jkun ta' EUR 6 700 000. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 0 % f'impenji u 0 % għal pagamenti.”;

(6)

Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3a.   F'każ ta' bżonn operazzjonali speċifiku, ir-RGħ hija awtorizzata tirrilaxxa lill-awtoritajiet Libjani leġittimi kwalunkwe informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” iġġenerata għall-finijiet tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan l-iskop bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Libja.”;

(7)

Fl-Artikolu 13, it-tieni paragrafu huwa sostitwit minn dan li ġej:

“L-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tintemm fis-27 ta' Lulju 2017.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31).


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/994

tal-20 ta' Ġunju 2016

li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Liberja li pprevedew embargo fuq l-armi.

(2)

Fil-25 ta' Mejju 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 2288 (2016) fir-rigward tal-Liberja, li ttemm, b'effett immedjat, il-miżuri dwar l-armi preċedentement stipulati fil-paragrafu 2 tal-UNSCR 1521 (2003) u mmodifikati mill-paragrafi 1 u 2 tal-UNSCR 1683 (2006), mill-paragrafu 1(b) tal-UNSCR 1731 (2006), mill-paragrafi 3, 4, 5 u 6 tal-UNSCR 1903 (2009), mill-paragrafu 3 tal-UNSCR 1961 (2010) u mill-paragrafu 2(b) tal-UNSCR 2128 (2013).

(3)

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK għandha għalhekk titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK hija mħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/109/PESK tat-12 ta' Frar 2008 dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (ĠU L 38, 13.2.2008, p. 26).


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/995

tas-26 ta' Ottubru 2015

dwar l-għajnuna mill-Istat SA.24571 — 2009/C (ex C 1/09, ex NN 69/08) mogħtija mill-Ungerija lil MOL Nyrt.

(notifikata bid-dokument C(2015) 7324)

(It-test bl-Ungeriż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-għajnuna SA.24571 (ex C-1/09, ex NN 69/08) (1),

Wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet iċċitati hawn fuq, u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   SFOND

1.1.   Miżuri Kkonċernati

(1)

Ir-regoli ġenerali li jirregolaw l-attivitajiet tal-estrazzjoni minerarja fl-Ungerija huma stabbiliti fl-Att dwar il-Minjieri (2) tal-1993 (“l-Att dwar il-Minjieri”). L-Att dwar il-Minjieri jiddistingwi l-attivitajiet ta' estrazzjoni minerarja eżerċitati fuq il-bażi ta' żewġ strumenti ġuridiċi differenti: (i) il-konċessjoni (3) u (ii) l-awtorizzazzjoni (4). Fiż-żewġ każijiet, l-estrazzjoni ta' riżorsi minerali hija soġġetta għal tariffa ta' estrazzjoni minerarja pagabbli lill-Istat li tikkostitwixxi persentaġġ tal-valur tal-minerali estratti.

(2)

L-Att dwar il-Minjieri jistipula li meta kumpanija tal-minjieri li tkun kisbet l-awtorizzazzjoni ta' estrazzjoni minerarja ma tibdiex l-estrazzjoni fi żmien ħames snin mid-data tal-awtorizzazzjoni, id-dritt ta' estrazzjoni minerarja jittieħed. Madankollu, skont it-Taqsima 26/A (5) tal-Att dwar il-Minjieri, din l-iskadenza tista' tiġi estiża bi ftehim bejn l-awtorità tal-minjieri u l-kumpanija tal-minjieri. F'każ bħal dan, il-kumpanija tal-minjieri għandha tħallas tariffa li tkun ogħla mit-tariffa applikata fiż-żmien tal-applikazzjoni oriġinali iżda mhux iktar minn 1,2 darba mil-livell oriġinali.

(3)

Hungarian Oil & Gas Plc (Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt.; “MOL”) akkwistat diversi awtorizzazzjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi. Billi MOL ma bdietx l-estrazzjoni tal-idrokarburi fi żmien ħames snin mid-data tal-awtorizzazzjonijiet, fit-22 ta' Diċembru 2005, il-Ministru kompetenti kkonkluda ftehim ta' estensjoni (“il-ftehim tal-2005”) ma' MOL. Il-ftehim tal-2005 ippreveda tariffa ta' estensjoni kkalkulata fuq bażi annwali sal-2020 billi uża t-tariffa tal-estrazzjoni minerarja oriġinali ta' 12 % u multiplikatur li jvarja bejn 1,020 u 1,050.

(4)

Fuq il-bażi tal-emenda tal-Att dwar il-Minjieri li daħal fis-seħħ fit-8 ta' Jannar 2008, it-tariffa tal-estrazzjoni minerarja għall-awtorizzazzjonijiet ta' estrazzjoni tal-idrokarburi żdiedet minn 12 % għal 30 % tal-valur tal-minerali estratti (5) (“l-emenda tal-2008 tal-Att dwar il-Minjieri”). Iż-żieda fit-tariffa ma kinitx applikabbli għal dawk l-operaturi li l-awtorizzazzjonijiet tal-estrazzjoni minerarja tagħhom kienet ġiet estiża preċedentement.

1.2.   Ftuħ tal-Investigazzjoni Formali

(5)

Fit-13 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi l-proċedura ta' investigazzjoni formali stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (6) (“TFUE”) fil-proċeduri stabbiliti mill-Ungerija li allegatament ikkostitwixxu għajnuna mill-Istat favur MOL. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2009 rigward il-kawża SA.24571 (ex C 1/09; ex NN 69/08) (“id-deċiżjoni ta' ftuħ”) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-28 ta' Marzu 2009 (7).

(6)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ il-Kummissjoni esprimiet it-tħassib tagħha dwar jekk is-sekwenza kkombinata ta' azzjonijiet li ħadet l-Ungerija wasslux għal vantaġġ selettiv li ngħata lil MOL. Is-sekwenza ta' azzjonijiet kienet komposta minn żewġ elementi: il-ftehim tal-2005 u l-emenda tal-2008 tal-Att dwar il-Minjieri. Fil-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Ungeriżi trattaw lil MOL b'mod aktar favorevoli mill-kompetituri tagħha li joperaw taħt l-istess reġim ta' awtorizzazzjoni.

1.3.   Għeluq tal-Investigazzjoni Formali

(7)

Permezz tad-Deċiżjoni 2011/88/UE tagħha (8) dwar l-għajnuna mill-Istat SA.24571 (ex C 1/09; ex NN 69/08) li ngħatat mill-Ungerija lil MOL (“id-deċiżjoni kkontestata”), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura favur MOL, jiġifieri l-kombinazzjoni tal-ftehim tal-2005 u l-emenda tal-2008 tal-Att dwar il-Minieri, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li mhijiex kompatibbli mas-suq intern fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-Kummissjoni talbet li l-Ungerija tirkupra l-għajnuna minn MOL sabiex terġa' tistabbilixxi s-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel ma ngħatat (9).

1.4.   Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Novembru 2013 fil-Każ T-499/10, MOL NYRT vs il-Kummissjoni Ewropea

(8)

Wara azzjoni minn MOL, bis-sentenza tagħha tat-12 ta' Novembru 2013 fil-Każ T-499/10 (10), il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi li s-selettività tal-miżura ma kinitx ġiet stabbilita.

(9)

Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-ftehim tal-2005 ma kienx selettiv. Il-Qorti Ġenerali stabbiliet li l-ambitu tad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet Ungeriżi ppermettielhom li jippreżervaw trattament ugwali bejn il-kumpaniji tal-minjieri f'sitwazzjoni paragunabbli. Għaldaqstant, fid-dawl tal-Qorti Ġenerali, jekk il-kundizzjonijiet li huma esterni għall-ftehim li ma ġiex involut fl-għajnuna mill-Istat jinbidlu aktar tard b'tali mod li l-parti għal dan il-ftehim tkun f'pożizzjoni vantaġġuża fil-konfront ta' operaturi oħrajn li ma kkonkludewx ftehim simili, dan ma jkunx biżżejjed biex il-ftehim u l-modifika sussegwenti tal-kundizzjonijiet esterni ta' dak il-ftehim jitiqesu bħala li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

1.5.   Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Ġunju 2015 fil-Kawża C-15/14 P, il-Kummissjoni Ewropea vs MOL Nyrt.

(10)

Permezz tas-sentenza tagħha tal-4 ta' Ġunju 2015 fil-Kawża C-15/14 P (11), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali u annullat id-deċiżjoni kkontestata.

(11)

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-valutazzjoni tal-Qorti Ġenerali li n-natura selettiva tal-ftehim tal-2005 ma kinitx stabbilita u li l-kombinazzjoni tal-ftehim tal-2005 u tal-emenda tal-2008 tal-Att dwar il-Minjieri ma setgħetx tiġi kategorizzata bħala miżura unika ta' għajnuna mill-Istat għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(12)

Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li hemm differenza fundamentali bejn il-valutazzjoni tas-selettività ta' skemi ġenerali għall-eżenzjoni jew għall-ħelsien li skont id-definizzjoni jikkonferixxu vantaġġ u l-valutazzjoni tas-selettività ta' dispożizzjonijiet fakultattivi tal-liġi nazzjonali li tippreskrivi l-impożizzjoni ta' ħlasijiet addizzjonali. F'każijiet fejn l-awtoritajiet nazzjonali jimponu ħlasijiet addizzjonali sabiex iżommu trattament indaqs bejn l-operaturi, is-sempliċi fatt li dawn l-awtoritajiet igawdu minn setgħa diskrezzjonali ddefinita bil-liġi, u mhijiex limitata, ma jistax ikun biżżejjed biex jistabbilixxu li l-iskema li tikkorrispondi hija selettiva.

(13)

Għar-raġuni msemmija hawn fuq, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, dan il-każ jista' jkun distint minn każijiet li fihom l-eżerċizzju ta' dan il-marġini huwa marbut mal-għotja ta' vantaġġ favur operatur ekonomiku speċifiku (12).

(14)

Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikkjarat li l-qafas ġuridiku li bih l-awtoritajiet nazzjonali jimponu ħlasijiet addizzjonali sabiex iżommu trattament indaqs bejn l-operaturi jista' jitqies biss bħala selettiv jekk l-awtoritajiet nazzjonali, waqt li jeżerċitaw il-marġini ta' valutazzjoni tagħhom, jiffavorixxu ċerti operaturi mingħajr l-ebda raġuni oġġettiva.

(15)

Il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li f'dan il-każ ma kien hemm l-ebda evidenza li l-awtoritajiet Ungeriżi, meta eżerċitaw is-setgħa tagħhom biex iżidu t-tariffi tal-estrazzjoni minerarja fil-każ ta' estensjoni tal-awtorizzazzjoni, trattaw lil MOL b'mod mhux ġustifikat u favorevoli (13).

(16)

Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-qafas ġuridiku li jirregola l-konklużjoni tal-ftehimiet tal-estensjoni ma jistax jitqies bħala selettiv f'dan il-każ.

(17)

B'referenza għas-sekwenza kkombinata ta' azzjonijiet li jikkostitwixxu miżura unika ta' għajnuna mill-Istat, il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għall-ġurisprudenza billi ddikjarat li miżura unika ta' għajnuna mill-Istat tista' tikkonsisti f'elementi kkombinati bil-kundizzjoni li, fir-rigward tal-kronoloġija tagħhom, l-iskop tagħhom u ċ-ċirkustanzi tal-impenn fil-ħin tal-intervent tagħhom, huma marbutin ħafna ma' xulxin tant li huma inseparabbli minn ma' xulxin (14).

(18)

Madankollu, f'dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li ż-żieda fit-tariffi tal-estrazzjoni minerarja, li daħlet fis-seħħ fl-2008, seħħet f'kuntest ta' żieda fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt grezz, jiġifieri l-Istat eżerċita s-setgħa regolatorja tiegħu b'mod oġġettivament ġustifikat wara evoluzzjoni tas-suq. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-ftehim tal-2005 kien ġie konkluż b'antiċipazzjoni tal-emenda tal-2008 (15).

(19)

Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda rabta kronoloġika u/jew funzjonali bejn il-ftehim tal-2005 u l-emenda tal-2008 tal-Att dwar il-Minjieri li setgħet tippermettilhom li jiġu interpretati bħala miżura unika ta' għajnuna mill-Istat.

2.   PROĊEDURA

(20)

Fid-dawl tas-sentenza ta' annullament tad-deċiżjoni kkontestata mill-Qorti, il-proċedura ta' investigazzjoni formali għadha miftuħa. Fil-fatt, la l-Qorti Ġenerali u lanqas il-Qorti tal-Ġustizzja ma qiesu li d-deċiżjoni tal-ftuħ f'dan il-każ kienet vizzjata b'xi żball. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni finali li tirrimedja d-difetti identifikati mill-Qrati tal-UE.

3.   VALUTAZZJONI

(21)

L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jipprevedi li kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern. Dawn il-kundizzjonijiet huma kumulattivi. Jekk waħda minnhom ma tkunx issodisfata, il-miżura inkwistjoni ma tikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(22)

Fiċ-ċirkustanzi ta' dan il-każ, huwa xieraq li l-valutazzjoni tal-kundizzjoni tas-selettività tiġi limitata.

3.1.   Selettività

(23)

Sabiex titqies bħala għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun speċifika jew selettiva fis-sens li tiffavorixxi biss ċerti impriżi jew ċerti produtturi.

(24)

Kif spjegat aktar 'il quddiem fil-premessi 12 u 13, it-Taqsima 26/A (5) tal-Att dwar il-Minjieri ma tikkostitwix skema ġenerali għal eżenzjoni jew ħelsien ipprovduti għal ċerti impriżi. Għall-kuntrarju, dan jippermetti li l-awtoritajiet Ungeriżi jimponu tariffa ogħla ta' estensjoni għall-estensjoni ta' awtorizzazzjonijiet ta' estrazzjoni minerarja. L-istess patti u kundizzjonijiet huma applikati għall-operaturi kollha f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli.

(25)

Kif spjegat aktar 'il quddiem fil-premessi 14 u 15, ma hemm l-ebda evidenza ta' trattament favorevoli mhux ġustifikat ta' MOL mill-awtoritajiet Ungeriżi fir-rigward ta' kwalunkwe operatur ieħor li seta' kien potenzjalment f'sitwazzjoni paragunabbli. Il-fatt li l-awtoritajiet Ungeriżi igawdu ċertu livell ta' diskrezzjoni li huwa definit bil-liġi iżda mhuwiex limitat meta tiġi ffissata t-tariffa ta' estensjoni ma jistax ikun suffiċjenti sabiex jistabbilixxi li l-qafas ġuridiku stabbilit skont it-Taqsima 26/A (5) tal-Att dwar il-Minjiera huwa selettiv.

(26)

B'referenza għall-effetti kkombinati tal-ftehim tal-2005 u tal-emenda tal-2008 dwar l-Att dwar il-Minjieri, il-Kummissjoni tinnota li, f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, miżura unika ta' għajnuna mill-Istat tista' tikkonsisti f'elementi kkombinati bil-kundizzjoni li, fir-rigward tal-kronoloġija tagħhom, l-iskop tagħhom u ċ-ċirkustanzi tal-impenn fil-ħin tal-intervent tagħhom, huma marbutin ħafna ma' xulxin tant li huma inseparabbli minn ma' xulxin (16).

(27)

Madankollu, f'dan il-każ, kif deskritt aktar 'il quddiem fil-premessa 18, ma hemm l-ebda evidenza li l-Ungerija ffirmat il-ftehim tal-2005 waqt li dak iż-żmien diġà kellha l-ħsieb li sussegwentement iżżid it-tariffa tal-estrazzjoni minerarja għad-detriment ta' operaturi oħrajn tas-suq diġà preżenti fis-suq fid-data meta l-ftehim ġie ffirmat jew ta' operaturi ġodda. Iż-żieda fit-tariffi ta' estrazzjoni minerarja imposta fuq il-bażi tal-emenda tal-2008 tal-Att dwar il-Minjieri seħħet f'kuntest ta' żieda fil-prezzijiet internazzjonali.

(28)

Għaldaqstant, kif deskritt aktar 'il quddiem fil-premessa 19, ladarba ma hemm l-ebda rabta kronoloġika u/jew funzjonali bejn il-ftehim tal-2005 u l-emenda tal-2008 tal-Att dwar il-Minjieri, dawn ma jistgħux jiġu interpretati bħala miżura unika ta' għajnuna mill-Istat.

3.2.   Konklużjoni dwar il-valutazzjoni

(29)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal aktar 'il quddiem, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sekwenza ta' azzjonijiet imwettqa mill-Ungerija, jiġifieri l-ftehim ta' estensjoni tal-2005 u l-emenda sussegwenti tal-Att dwar il-Minjieri, ma kinux selettivi favur MOL.

(30)

Meta wieħed iqis li s-sekwenza ta' azzjonijiet komposta fil-ftehim tal-2005 u l-emenda sussegwenti tal-Att dwar il-Minjieri mhijiex selettiva, mhuwiex neċessarju li jiġi vvalutat jekk jeżistux il-kundizzjonijiet l-oħrajn għall-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

4.   KONKLUŻJONI

(31)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-valutazzjoni mill-ġdid tal-għajnuna allegata li kienet l-oġġett tad-deċiżjoni ta' ftuħ twassal għall-konklużjoni li l-miżura favur MOL li qiegħda tiġi eżaminata, jiġifieri l-kombinazzjoni tal-ftehim tal-2005 tal-emenda tal-2008 tal-Att dwar il-Minjieri ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kombinazzjoni tat-tariffa fissa tal-estrazzjoni minerarja ddefinita fil-ftehim tal-estensjoni konkluż bejn l-Istat Ungeriż u MOL Nyrt. fit-22 ta' Diċembru 2005 u l-emendi sussegwenti tal-Att XLVIII tal-1993 dwar il-Minjieri ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat lil MOL Nyrt. fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lejn l-Ungerija.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 74, 28.3.2009, p. 63.

(2)  1993. évi XLVIII. Törvény a bányászatról (Att Nru XLVIII tal-1993 dwar il-Minjieri).

(3)  Il-konċessjonijiet jirrigwardaw l-hekk imsejħa “żoni magħluqin” meqjusin bħala rikki fil-minerali u prezzjużi ħafna. Il-konċessjonijiet jingħataw mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-offerenti li jirbħu l-kuntratt wara proċedura miftuħa tal-offerti.

(4)  L-awtorizzazzjonijiet jirrigwardaw l-hekk imsejħa “żoni magħluqin” meqjusin bħala rikki fil-minerali u prezzjużi ħafna. L-awtorizzazzjonijiet ma jistgħux jiġu rifjutati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jekk l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti bil-liġi.

(5)  Din iż-żieda kkonċernat l-oqsma li tpoġġew fil-produzzjoni bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-1 ta' Jannar 2008.

(6)  ĠU C 115, 9.5.2008, p. 92.

(7)  Ara n-nota' ta' qiegħ il-paġna 1.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/88/UE tad-9 ta' Ġunju 2010 dwar l-għajnuna mil-Istat C 1/09 (ex NN 69/08) mogħtija mill-Ungerija lil MOL Nyrt. (ĠU L 34, 9.2.2011, p. 55).

(9)  L-ammont li kellu jiġi rkuprat kien ta' HUF 28 444,7 miljun għall-2008 u HUF 1 942,1 miljun għall-2009. Għall-2010, fir-rigward tal-pagamenti tat-tariffi tal-estrazzjoni minerarja li diġà saru, l-ammont li kellu jiġi rkuprat kellu jiġi kkalkulat mill-Ungerija, bl-istess mod bħal għall-2008 u għall-2009, sakemm il-miżura ġiet abolita.

(10)  Il-Kawża T-499/10 MOL vs il-Kummissjoni, EU:T:2013:592.

(11)  Il-Kawża C-15/14 Il-Kummissjoni vs MOL, EU:T:2015:362.

(12)  Is-sentenza fil-Kawża C-15/14 P; ara n-nota f'qiegħ il-paġna 11 aktar 'il quddiem; il-paragrafi 64, 65 u 69.

(13)  Is-sentenza fil-Kawża C-15/14 P; ara n-nota f'qiegħ il-paġna 11 aktar 'il quddiem; il-paragrafi 66 u 69.

(14)  Is-sentenza fil-Kawża C-15/14 P; ara n-nota f'qiegħ il-paġna 11 aktar 'il quddiem; il-paragrafu 92.

(15)  Is-sentenza fil-Kawża C-15/14 P; ara n-nota f'qiegħ il-paġna 11 aktar 'il quddiem; il-paragrafi 96 u 98.

(16)  Il-Kawżi Magħquda C-399/10 P u C-401/10 P Bouygues SA u Bouygues Télécom vs il-Kummissjoni u oħrajn, EU C 2013 175, il-paragrafi 103 u 104.