ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 161

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
18 ta' Ġunju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar l-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja

1

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra

1

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/971 tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' ftehim fil-forma tad-Dikjarazzjoni dwar l-Espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA)

2

 

 

Dikjarazzjoni dwar l-Espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni

4

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/972 tas-17 ta' Ġunju 2016 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCTC 10423BP bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

18

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/973 tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bislisinat taż-żingu bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

21

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/974 tas-17 ta' Ġunju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

25

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/975 tas-17 ta' Ġunju 2016 li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

27

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/976 tas-17 ta' Ġunju 2016 li jiffissa l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur li ġej mill-Istati Uniti tal-Amerika

29

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/977 tas-17 ta' Ġunju 2016 li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2077 għall-bajd, il-prodotti tal-bajd u l-albumina li joriġinaw mill-Ukrajna

31

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/978 tas-17 ta' Ġunju 2016 li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael

33

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/979 tal-20 ta' Mejju 2016 rigward l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni li tfasslet fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/980 tal-14 ta' Ġunju 2016 li taħtar ħames membri u sitt membri supplenti proposti mir-Repubblika tal-Bulgarija fil-Kumitat tar-Reġjuni

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/981 tas-16 ta' Ġunju 2016 li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/982 tas-17 ta' Ġunju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

40

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/1


Informazzjoni dwar l-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja

Il-Protokoll imsemmi hawn fuq bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu ġie ffirmat fit-28 ta' April 2016 fi Brussell.


18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Georgia, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta' Ġunju 2014 (1), jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016, f'konformità mal-Artikolu 431(2) tal-Ftehim, billi l-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni ġie ddepożitat fit-23 ta' Mejju 2016.


(1)  ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.


18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta' Ġunju 2014 (1), jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016, f'konformità mal-Artikolu 464(2) tal-Ftehim, billi l-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni ġie ddepożitat fit-23 ta' Mejju 2016.


(1)  ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.


18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/971

tas-17 ta' Ġunju 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' ftehim fil-forma tad-Dikjarazzjoni dwar l-Espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Id-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar il-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni, ġeneralment magħrufa bħala l-Ftehim dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni (“ITA” — Information Technology Agreement), ġiet adottata f'Singapore fit-13 ta' Diċembru 1996. Il-paragrafu 3 tal-Anness għall-ITA jistipula li l-parteċipanti għandhom jiltaqgħu perjodikament taħt l-awspiċji tal-Kunsill tal-Kummerċ tal-Oġġetti tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) biex jirrieżaminaw il-kopertura tal-prodotti bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim b'kunsens, dwar jekk huwiex opportun li jiġu mmodifikati l-Hemżiet għal dak l-Anness sabiex jiġu inkorporati prodotti addizzjonali fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, l-esperjenza fl-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tariffarji jew bidliet fin-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata.

(2)

Fit-8 ta' Lulju 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja rieżami tal-ITA bil-għan li tiġi estiża l-kopertura tal-prodott tagħha biex tirrifletti l-iżviluppi teknoloġiċi u l-konverġenza.

(3)

In-negozjati dwar l-espansjoni tal-ITA tmexxew mill-Kummissjoni f'konsultazzjoni mal-kumitat speċjali stabbilit skont l-Artikolu 207(3) tat-Trattat.

(4)

Fit-28 ta' Lulju 2015, il-parteċipanti fin-negozjati ħarġu Dikjarazzjoni dwar l-Espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (“id-Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-ITA”), li tirreġistra r-riżultati tan-negozjati.

(5)

Matul l-10 Konferenza Ministerjali tad-WTO li saret f'Nairobi mill-15 u sat-18 ta' Diċembru 2015, il-parteċipanti fin-negozjati ħarġu d-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-Espansjoni tal-Kummerċ fil-Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 (WT/MIN 15/25) (“id-Dikjarazzjoni Ministerjali”) li tapprova u tiftaħ għall-aċċettazzjoni d-Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-ITA, skont il-paragrafu 9 tagħha. Id-Dikjarazzjoni Ministerjali tirreġistra wkoll il-qbil tal-parteċipanti fin-negozjati mal-iskedi abbozzati ppreżentati minn kull wieħed minnhom skont il-paragrafu 5 tad-Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-ITA, li huma inklużi fid-dokument tad-WTO G/MA/W/117.

(6)

Il-ftehim fil-forma tad-Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-ITA għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni, flimkien mal-iskeda tal-Unjoni u l-iskedi ppreżentati mill-parteċipanti l-oħra fin-negozjati, li huma inklużi fid-dokument tad-WTO G/MA/W/117.

(7)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-ITA, l-Unjoni għandha tippreżenta lid-WTO l-modifiki meħtieġa għall-iskeda tagħha annessa għall-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (“GATT 1994”), kif stipulat fl-iskeda tal-Unjoni CLXXIII (G/MA/TAR/RS/357/corr.1),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-ITA u l-iskedi preżentati skont il-paragrafu 5 tagħha huma b'dan approvati f'isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tad-Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-ITA, u l-Hemżiet magħha huma mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni qiegħda b'dan tiġi awtorizzata tippreżenta lill-Organizzazzjoni għall-Kummerċ Dinji l-modifiki meħtieġa fl-Iskeda tal-Unjoni annessa mal-GATT 1994 kif stipulat fl-iskeda tal-Unjoni CLXXIII (G/MA/TAR/RS/357/corr.1).

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew persuni bis-setgħa li jiddepożitaw, f'isem l-Unjoni, l-istrument ta' aċċettazzjoni previst fil-paragrafu 9 tad-Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-ITA (2).

Artikolu 4

Id-Dikjarazzjoni dwar l-espansjoni tal-ITA ma għandhiex tiġi interpretata bħala li tagħti xi drittijiet jew timponi xi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati tal-Unjoni jew ta' Stat Membru.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Kunses tat-8 ta' Ġunju 2016 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Dikjarazzjoni ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/4


DIKJARAZZJONI DWAR L-ESPANSJONI TAL-KUMMERĊ FIL-PRODOTTI TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-INFORMAZZJONI

Il-Membri li ġejjin tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) li qablu fuq l-espansjoni tal-kummerċ dinji fil-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni (“il-partijiet”).

 

L-Albanija

 

L-Awstralja

 

Il-Kanada

 

Iċ-Ċina

 

Il-Costa Rica

 

L-Unjoni Ewropea

 

Il-Gwatemala

 

Ħong Kong, iċ-Ċina

 

L-Iżlanda

 

L-Iżrael

 

Il-Ġappun

 

Il-Korea

 

Il-Malasja

 

Il-Montenegro

 

In-New Zealand

 

In-Norveġja

 

Il-Filippini

 

Singapor

 

L-Iżvizzera (1)

 

It-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu

 

It-Tajlandja

 

L-Istati Uniti

Jiddikjaraw kif ġej:

1.

Kull parti għandha tikkonsolida u telimina d-dazji doganali u dazji u imposti oħra ta' kull tip, fit-tifsira tal-Artikolu II:1(b) tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, kif stabbilit hawn taħt, b'rabta ma' dan li ġej:

(a)

il-prodotti kollha kklassifikati ma' Sistema Armonizzata (“SA”) 2007 subintestaturi elenkati fl-Hemża A ma' din id-Dikjarazzjoni; u

(b)

il-prodotti kollha speċifikati fl-Hemża B ma' din id-Dikjarazzjoni, kemm jekk inklużi jew jekk m'humiex fl-Hemża A.

Stazzjonar

2.

Il-Partijiet għandhom japplikaw stazzjonar ta' tliet snin għal erba' stadji ta' tnaqqis annwali indaqs tad-dazji doganali mill-2016 sal-2019, bħala stazzjonar standard, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-partijiet, filwaqt li wieħed jirrikonoxxi li f'ċirkostanzi limitati tista' tkun meħtieġa l-estensjoni tal-istazzjonar tat-tnaqqis. Ir-rata mnaqqsa għandha f'kull stadju tkun irrotondjata sal-ewwel punt deċimali. Kull Parti għandha tinkorpora l-impenji fuq l-istadji għal kull prodott fl-Iskeda tagħha tal-Konċessjonijiet tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (“Skeda ta' Konċessjonijiet”).

Implimentazzjoni

3.

Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, u soġġett għat-tlestija ta' rekwiżiti proċedurali nazzjonali, kull Parti għandha tneħħi d-dazji doganali kollha u dazji u imposti oħra ta' kull tip minn fuq il-prodotti elenkati fl-Hemżiet kif ġej:

(a)

l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fi stadji indaqs, l-ewwel tali rata ta' tnaqqis tkun effettiva mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2016, it-tieni tali rata ta' tnaqqis sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2017, it-tielet tali rata ta' tnaqqis sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2018, u l-eliminazzjoni ta' dazji doganali għandha ssir effettiva mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2019; u

(b)

l-eliminazzjoni ta' dawk id-dazji u imposti oħra ta' kull tip, fit-tifsira tal-Artikolu II:1(b) tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, għandha titlesta sal-1 ta' Lulju 2016.

Implimentazzjoni aċċellerata

4.

Il-Partijiet jinkoraġġixxu l-eliminazzjoni awtonoma immedjata tad-dazji doganali jew l-implimentazzjoni aċċellerata qabel id-dati stabbiliti fil-paragrafu 3 hawn fuq, pereżempju għal prodotti b'dazji doganali relattivament baxxi.

Skeda ta' żmien

5.

Kemm jista' jkun kmieni, u mhux aktar tard mit-30 ta' Ottubru 2015, kull parti għandha tipprovdi lill-partijiet l-oħra kollha b'abbozz ta' skeda li tinkludi (a) id-dettalji dwar kif it-trattament xieraq tad-dazju għandu jkun previst fl-Iskeda ta' Konċessjonijiet tagħha u (b) lista tas-subintestaturi tas-SA iddettaljati involuti għall-prodotti speċifikati fl-Hemża B, li għandha tinkludi wkoll nota tal-bidu li tiddikjara li tali prodotti għandhom jiġu pprovduti bi trattament ta' mingħajr dazju kull fejn huma kklassifikati fis-SA. Kull abbozz ta' skeda għandu jiġi rieżaminat u approvat mill-partijiet fuq bażi kunsenswali filwaqt li jiġu kkunsidrati l-problemi espressi mill-partijiet fin-negozjati. Dan il-proċess ta' rieżami għandu jitlesta sa mhux aktar tard mill-4 ta' Diċembru 2015.

6.

Wara li jitlesta dan il-proċess ta' rieżami għal kwalunkwe tali abbozz ta' skeda ta' Parti, dik il-Parti għandha tippreżenta skeda approvata, soġġett għat-tlestija ta' rekwiżiti proċedurali nazzjonali, bħala modifika għall-Iskeda ta' Konċessjonijiet tagħha, skont id-Deċiżjoni tas-26 ta' Marzu 1980 dwar il-Proċeduri għall-Modifika u Rettifika tal-Iskedi tal-Koċessjonijiet dwar it-Tariffi (BISD 27S/25).

7.

Kull Parti għandha timplimenta l-paragrafi 3 u 6 ta' din id-Dikjarazzjoni ladarba l-partijiet jirrieżaminaw u japprovaw fuq bażi kunsenswali l-abbozzi ta' skeda li jirrappreżentaw madwar 90 fil-mija tal-kummerċ dinji (2) fil-prodotti koperti b'din id-dikjarazzjoni.

Abbozz ta' format ta' skedi ta' konċessjonijiet

8.

Biex jimplimentaw ir-rabtiet u l-eliminazzjoni tad-dazji doganali u dazji u imposti oħra ta' kull tip fuq prodotti elenkati fl-Hemżiet, il-modifiki ta' kull parti fl-Iskeda ta' Konċessjonijiet tagħhom għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodotti kklassifikati bis-subintestaturi tas-SA 2007 elenkati fl-Hemża A, joħolqu, fejn ikun xieraq, suddiviżjonijiet fl-Iskeda tagħha ta' Konċessjonijiet fil-livell ta' tariffa nazzjonali; u

(b)

fil-każ ta' prodotti speċifikati fl-Hemża B, jehmżu anness mal-Iskeda tagħha ta' Konċessjonijiet li jinkludi l-prodotti kollha fl-Hemża B, li għandu jispeċifika l-klassifikazzjoni tariffarja dettaljata għal dawk il-prodotti jew fil-livell ta' tariffa nazzjonali jew il-livell SA “6-digit”.

Aċċettazzjoni

9.

Id-Dikjarazzjoni għandha tkun miftuħa għall-aċċettazzjoni mill-Membri kollha tad-WTO. L-aċċettazzjoni għandha tkun notifikata bil-miktub lid-Direttur Ġenerali tad-WTO li għandu jwassalha lill-parteċipanti kollha.

Ostakli mhux tariffarji

10.

Il-Partijiet jaqblu li jintensifikaw il-konsultazzjonijiet dwar l-ostakli mhux tariffarji fis-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni. Għal dan il-għan, il-Partijiet jappoġġaw l-iżvilupp possibbli ta' programm ta' ħidma aġġornat fuq ostakli mhux tariffarji.

Kunsiderazzjonijiet finali

11.

Il-Partijiet għandhom jiltaqgħu perjodikament, u mill-inqas sena qabel l-emendi regolari għan-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, u mhux aktar tard minn Jannar tal-2018, biex jevalwaw il-kopertura tal-prodotti speċifikati fl-Hemżiet u jikkunsidraw jekk, fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, l-esperjenza fl-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tariffarji, jew it-tibdil għan-nomenklatura SA, l-Hemżiet għandhomx jiġu aġġornati biex jinkorporaw prodotti addizzjonali.

12.

Il-Partijiet jagħrfu li r-riżultati ta' dawn in-negozjati jinvolvu konċessjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati fin-negozjati multilaterali dwar l-aċċess għas-suq mhux agrikolu li għaddejjin bħalissa fil-qafas tal-Aġenda ta' Żvilupp ta' Doha.

Hemżiet ma' din id-Dikjarazzjoni:

Hemża A telenka s-subintestaturi SA 2007 jew partijiet minnhom li jridu jkunu koperti minn din id-Dikjarazzjoni.

Hemża B telenka l-prodotti speċifiċi li għandhom ikunu koperti minn din id-Dikjarazzjoni kull fejn ikunu kklassifikati fis-SA 2007.


(1)  F'isem l-unjoni doganali tal-Iżvizzera u l-Liechtenstein.

(2)  Biex jiġi kkalkulat mis-Segretarjat tad-WTO u kkomunikat lill-partijiet fuq il-bażi tal-aktar data reċenti disponibbli.


HEMŻA A

Partita

SA 2007

ex  (*)

Deskrizzjoni tal-Prodott

001

350691

ex

Adeżivi free-film ottikament ċari u adeżivi likwidi kurabbli ottikament ċari tat-tip użati biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' displej fuq pjanċa ċatta jew skrins sensittivi għall-mess

002

370130

 

Pjanċi oħrajn u film, b'xi ġenb aktar minn 255 mm

003

370199

 

Oħrajn

004

370590

 

Oħrajn

005

370790

 

Oħrajn

006

390799

ex

Kopolimeri kristalli likwidi termoplastiċi tal-polijester aromatiċi

007

841459

ex

Fannijiet ta' tip użat biss jew prinċipalment għat-tkessiħ tal-mikroproċessuri, apparat tat-telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data u unitajiet ta' magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data

008

841950

ex

Unitajiet ta' trasferiment ta' sħana magħmula mil-fluworopolimeri u b'bor tat-tubu tad-dħul u tal-ħruġ b'dijametru fuq ġewwa ta' 3 ċm jew inqas

009

842010

ex

Laminaturi bir-romblu tat-tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' sottostrati għal ċirkwiti stampati jew ċirkwiti stampati

010

842129

ex

Makkinarju u apparat li jiffiltra jew isaffi l-likwidu magħmul minn fluworopolimeri u bil-filtru jew membrana li ssaffi mhux eħxen minn 140 microns

011

842139

ex

Makkinarju u apparat li jiffiltra jew isaffi gassijiet, b'housing tal-azzar li ma jissaddadx, u b'bor tat-tubu tad-dħul u tal-ħruġ b'dijametru fuq ġewwa mhux akbar minn 1,3 ċm

012

842199

ex

Partijiet minn makkinarju u apparat li jiffiltra jew isaffi l-likwidi, magħmula minn fluworopolimeri bil-filtru jew membrana li ssaffi mhux eħxen minn 140 microns; partijiet minn makkinarju u apparat li jiffiltra jew isaffi gassijiet, b'housing tal-azzar li ma jissaddadx, b'bor tat-tubu tad-dħul u tal-ħruġ b'dijametru fuq ġewwa li mhux akbar minn 1,3 ċm

013

842320

ex

Mwieżen għal użin kontinwu ta' oġġetti fuq trasportaturi permezz ta' mezzi elettroniċi li jkejlu piżijiet

014

842330

ex

Mwieżen għal piż kostanti u mwieżen biex joħorġu piż predeterminat ta' materjal f'borża jew f'kontenitur, inklużi mwieżen tad-delu permezz ta' mezzi elettroniċi li jkejlu piżijiet

015

842381

ex

Makkinarju ieħor ta' użin, b'kapaċità massima ta' użin mhux aktar minn 30 kg bl-użu ta' mezzi elettroniċi li jkejlu piżijiet

016

842382

ex

Makkinarju ieħor ta' użin, b'kapaċità massima ta' użin li taqbeż it-30 kg imma mhux aktar minn 5 000  kg permezz ta' mezzi elettroniċi li jkejlu piżijiet, minbarra magni li jiżnu l-vetturi bil-mutur

017

842389

ex

Makkinarju ieħor ta' użin, b'kapaċità massima ta' użin li taqbez il-5 000  kg permezz ta' mezzi elettroniċi li jkejlu piżijiet

018

842390

ex

Partijiet ta' makkinarju ieħor ta' użin permezz ta' mezzi elettroniċi li jkejlu piżijiet, minbarra magni li jiżnu l-vetturi bil-mutur

019

842489

ex

Apparat mekkaniku għall-projezzjoni, dispersjoni jew traxxix ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' ċirkwiti stampati jew assemblaġġi ta' ċirkwiti stampati

020

842490

ex

Partijiet ta' apparat mekkaniku għall-projezzjoni, dispersjoni jew traxxix ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' ċirkwiti stampati jew assemblaġġi ta' ċirkwiti stampati

021

844230

 

Makkinarju, apparat u tagħmir

022

844240

 

Partijiet tal-makkinarju, apparat jew tagħmir imsemmi fuq

023

844250

 

Pjanċi, ċilindri u komponenti oħra ta' stampar; pjanċi, ċilindri u ġebel litografiku, imħejjija għall-għanijiet ta' stampar (pereżempju, illixxjati, ivvinati jew illustrati)

024

844331

 

Magni li jwettqu żewġ funzjonijiet jew aktar ta' stampar, ikkupjar jew trasmissjoni tal-faksimile, li huma kapaċi jaqbdu ma' magna awtomatika tal-ipproċessar ta' data jew ma' netwerk

025

844332

 

Oħrajn, kapaċi jaqbdu ma' magna awtomatika tal-ipproċessar ta' data jew ma' netwerk

026

844339

 

Oħrajn

027

844391

 

Partijiet u aċċessorji ta' makkinarju tal-istampar użat għall-istampar permezz ta' folji, ċilindri u komponenti oħra tal-istampar ta' titlu 84.42

028

844399

 

Oħrajn

029

845610

ex

Għodod tal-magni imħaddmin bil-lejżer jew bi proċessi tad-dawl jew tar-raġġi foton oħrajn ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' ċirkwiti stampati, assemblaġġi ta' ċirkwiti stampati, partijiet ta' intestatura 8517 , jew partijiet ta' magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data

030

846693

ex

Għodod tal-magni imħaddmin bil-lejżer jew bi proċessi tad-dawl jew tar-raġġi foton oħrajn ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' ċirkwiti stampati, assemblaġġi ta' ċirkwiti stampati, partijiet ta' intestatura 8517 , jew partijiet ta' magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data; Partijiet u aċċessorji ta' għodod tal-magni imħaddmin bi proċessi ultrasoniċi ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' ċirkwiti stampati, assemblaġġi ta' ċirkwiti stampati, partijiet ta' intestatura 8517 , jew partijiet ta' magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data; Partijiet u aċċesorji ta' magni ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' partijiet ta' intestatura 8517 , jew partijiet ta' magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data; Partijiet u aċċessorji ta' (tornijiet oħra) ikkontrollati numerikament ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' partijiet ta' intestatura 8517 , jew partijiet ta' magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data; Partijiet u aċċessorji ta' (drillijiet oħra) ikkontrollati numerikament ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' partijiet ta' intestatura 8517 , jew partijiet ta' magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data; Partijiet u aċċessorji ta' (magni oħra tat-tħin) ikkontrollati numerikament ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' partijiet ta' intestatura 8517 , jew partijiet ta' magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data; Partijiet u aċċessorji ta' magni tal-isserrar jew qtugħ ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' partijiet ta' intestatura 8517 , jew partijiet ta' magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data; Partijiet u aċċessorji ta' għodod tal-magni imħaddmin bi proċessi ta' elettro skariku ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' ċirkwiti stampati, assemblaġġi ta' ċirkwiti stampati, partijiet ta' intestatura 8517 , jew partijiet ta' magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data

031

847210

 

Duplikaturi

032

847290

 

Oħrajn

033

847310

 

Partijiet u aċċessorji tal-magni ta' titolu 8469

034

847340

 

Partijiet u aċċessorji tal-magni ta' titlu 8472

035

847521

 

Magni biex jagħmlu fibri ottiċi u forom preliminari tagħhom

036

847590

ex

Partijiet ta' magni ta' subintestatura 847521

037

847689

ex

Magni li jsarrfu l-flus

038

847690

ex

Partijiet ta' magni li jsarrfu l-flus

039

847989

ex

Magni għat-tqegħid awtomatizzat ta' komponenti elettroniċi ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' assemblaġġi ta' ċirkwiti stampati

040

847990

ex

Partijiet ta' magni għat-tqegħid awtomatizzat ta' komponenti elettroniċi ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' assemblaġġi ta' ċirkwiti stampati

041

848610

 

Magni u apparat għall-manifattura ta' boules jew wejfers

042

848620

 

Magni u tagħmir għall-manifattura ta' mezzi semikondutturi jew ta' ċirkwiti integrati elettroniċi

043

848630

 

Magni u apparat għall-manifattura ta' displejs fuq pjanċi ċatti

044

848640

 

Magni u tagħmir speċifikati f'Nota 9 (C) għal dan il-Kapitolu;

045

848690

 

Partijiet u aċċessorji

046

850440

 

Konverters statiċi

047

850450

 

Inductors oħrajn

048

850490

 

Partijiet

049

850590

ex

Elettrokalamiti ta' tip użat biss jew prinċipalment għal apparat għat-teħid ta' immaġnijiet b'reżonanza manjetika għajr elettrokalamiti tal-intestatura 90.18

050

851430

ex

Fuklari u fran ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' ċirkwiti stampati jew assemblaġġi ta' ċirkwiti stampati

051

851490

ex

Partijiet ta' fuklari u fran oħra ta' tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' ċirkwiti stampati jew assemblaġġi ta' ċirkwiti stampati

052

851519

ex

Magni oħra saldaturi tat-tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' assemblaġġi ta' ċirkwiti stampati

053

851590

ex

Partijiet minn magni oħra saldaturi tat-tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' assemblaġġi ta' ċirkwiti stampati

054

851761

 

Stazzjonijiet bażi

055

851762

 

Magni għar-riċezzjoni, konverżjoni u trasmissjoni jew riġenerazzjoni ta' vuċi, immaġini jew dejta oħra, inkluż tagħmir għall-qlib tal-linji u routing:

056

851769

 

Oħrajn

057

851770

 

Partijiet

058

851810

 

Mikrofoni u stands għalihom

059

851821

 

Lawdspikers singli, immuntati fil-kaxex tagħhom

060

851822

 

Lawdspikers multipli, immuntati fl-istess kaxxa

061

851829

 

Oħrajn

062

851830

 

Headphones u earphones, kombinati ma' mikrofonu jew le, u settijiet magħmulin minn mikrofonu u lawdspiker wieħed jew aktar

063

851840

 

Amplifikaturi elettriċi tal-frekwenza awdjo;

064

851850

 

Settijiet ta' amplifikaturi tal-ħoss tal-elettriku

065

851890

 

Partijiet

066

851981

 

Li juża mezzi manjetiċi, ottiċi, jew ta' semikondutturi

067

851989

 

Oħrajn

068

852110

 

Tip b'tejp manjetiku

069

852190

 

Oħrajn

070

852290

 

Oħrajn

071

852321

 

Kards li fihom strixxa manjetika

072

852329

 

Oħrajn

073

852340

 

Mezzi ottiċi

074

852351

 

Strumenti li jaħżnu l-memorja li mhumiex volatili u li huma fi stat solidu

075

852352

 

“Kards smart”

076

852359

 

Oħrajn

077

852380

 

Oħrajn

078

852550

 

Apparat ta' trasmissjoni

079

852560

 

Tagħmir ta' trasmissjoni li fih tagħmir ta' riċezzjoni

080

852580

 

Kameras tat-televiżjoni, kameras diġitali u vidjowkameras li jirrekordjaw:

081

852610

 

Apparat tar-radar

082

852691

 

Apparat tar-radju għal għajnuna għan-navigazzjoni

083

852692

 

Apparat tar-radju bil-kontroll mill-bogħod

084

852712

 

Radio cassette-players tal-but

085

852713

 

Tagħmir ieħor ikkumbinat ma' tagħmir li jirrekordja jew jirriproduċi l-ħoss:

086

852719

 

Oħrajn

087

852721

ex

Riċevituri għax-xandir bir-radju li ma jistgħux jaħdmu mingħajr sors estern ta' enerġija, tat-tip li jintużaw fil-vetturi bil-mutur, flimkien ma' apparat li jirrekordja jew jirriproduċi l-ħoss li jista' jirċievi u jiddekowdja sinjali tas-sistema ta' data tar-radju diġitali

088

852729

 

Oħrajn

089

852791

 

Ikkumbinat ma' tagħmir li jirrekordja jew jirriproduċi l-ħoss

090

852792

 

Li mhumiex ikkumbinati ma' tagħmir li jirrekordja jew jirriproduċi l-ħoss iżda kkumbinati ma' arloġġ

091

852799

 

Oħrajn

092

852849

 

Oħrajn

093

852871

 

Li mhuwiex iddiżinjat sabiex jinkorpora fih display jew skrin tal-vidjow

094

852910

 

Antenni u rifletturi ta' antenni ta' kull tip; bċejjeċ tajbin għal użu magħhom

095

852990

ex

Oħrajn, esklużi moduli tad-dijodu li jemettu d-dawl pannelli organiċi li jemettu d-dawl għal apparat ta' subintestaturi 8528.72 jew 8528.73

096

853180

ex

Apparat ieħor minbarra qniepen tal-bieb, qniepen intunati, bażers u simili

097

853190

 

Partijiet

098

853630

 

Apparat ieħor biex jipproteġi ċirkuwiti elettriċi

099

853650

 

Swiċċijiet oħrajn

100

853690

ex

Apparat ieħor, minbarra batteriji klamp ta' tip użati għal vetturi bil-mutur ta' intestatura 8702 , 8703 , 8704 , jew 8711

101

853810

 

Bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn għall-oġġetti ta' titolu 8537 , mhux armati bl-apparat tagħhom

102

853939

ex

Bozoz fluworexxenti b'katodu kiesaħ (CCFLs) għal dawl minn wara ta' displays fuq pjanċa ċatta

103

854231

 

Proċessuri u kontrolluri, kemm jekk ikkumbinati ma' memorji, konvertituri, ċirkuwiti loġiċi, amplifikaturi, ċirkuwiti bl-arloġġ jew bil-ħin, jew ċirukwiti oħrajn, u kemm jekk mhumiex

104

854232

 

Memorji

105

854233

 

Amplifikaturi

106

854239

 

Oħrajn

107

854290

 

Partijiet

108

854320

 

Apparat li jiġġenera s-sinjali

109

854330

ex

Magni oħra tal-iggalvanizzar u l-elettroliżi tat-tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' ċirkwiti stampati

110

854370

ex

Artikoli ddisinjati speċifikament għal konnessjoni ma' apparat telefoniku jew telegrafiku jew strumenti jew għal netwerks telefoniċi jew telegrafiċi

111

854370

ex

Amplifikaturi tal-microwave

112

854370

ex

Apparat bla fili ta' kontroll remot bl-infra-aħmar għall-consoles tal-video games

113

854370

ex

Reġistraturi diġitali tad-data tat-tijiriet

114

854370

ex

Apparat portabbli li jaħdem bil-batteriji għall-qari elettroniku għar-reġistrazzjoni u r-riproduzzjoni ta' test, stampa fissa jew fajl awdjo

115

854370

ex

Apparat għall-ipproċessar diġitali ta' sinjali li kapaċi jaqbdu ma' netwerk bil-fili jew mingħajr fili għat-taħlit tal-ħoss

116

854390

 

Partijiet

117

880260

ex

Satelliti tat-telekomunikazzjoni

118

880390

ex

Partijiet ta' satelliti tat-telekomunikazzjoni

119

880521

 

Simulaturi ta' taqbid fl-ajru u partijiet tagħhom

120

880529

 

Oħrajn

121

900120

 

Folji u plakki ta' materjal li jippolarizza

122

900190

 

Oħrajn

123

900219

 

Oħrajn

124

900220

 

Filtri

125

900290

 

Oħrajn

126

901050

 

Apparat u tagħmir ieħor għal laboratorji fotografiċi (inklużi ċinematografiċi); negatoskopji

127

901060

 

Skrins għall-projezzjoni

128

901090

ex

Partijiet u aċċessorji ta' oġġetti tas-subintestaturi 901050 u 901060

129

901110

 

Mikroskopji stereoskopiċi

130

901180

 

Mikroskopji oħrajn

131

901190

 

Partijiet u aċċessorji

132

901210

 

Mikroskopji ħlief mikroskopji ottiċi; apparat ta' difrazzjoni

133

901290

 

Partijiet u aċċessorji

134

901310

ex

Teleskopji maħsubin biex ikunu parti minn magni, tagħmir, strumenti jew apparat ta' dan il-Kapitolu jew Taqsima XVI

135

901320

 

Lejżers, ħlief dajowds tal-lejżer

136

901390

ex

Partijiet u aċċessorji, għajr għal miri teleskopiċi biex jitwaħħlu ma' armi jew għal periskopji

137

901410

 

Boxxli biex wieħed isib id-direzzjoni

138

901420

 

Strumenti u tagħmir għal navigazzjoni aeronawtika jew spazjali (ħlief boxxli)

139

901480

 

Strumenti u tagħmir oħrajn

140

901490

 

Partijiet u aċċessorji

141

901510

 

Telemetri

142

901520

 

Teodoliti u takimetri (takeometri)

143

901540

 

Strumenti u tagħmir għal kejl tal-art (surveying), fotogrammetriċi

144

901580

 

Strumenti u tagħmir oħrajn

145

901590

 

Partijiet u aċċessorji

146

901811

 

Elettrokardjografiċi

147

901812

 

Apparat ta' skannjar ultrasoniku

148

901813

 

Apparat ta' ikkupjar (imaging) b'reżonanza manjetika

149

901819

 

Oħrajn

150

901820

 

Apparat ultravjola jew infra-aħmar

151

901850

 

Strumenti u apparat oħrajn oftalmiċi

152

901890

ex

Strumenti u apparat elettrokirurġiku jew elettromediku, u partijiet u aċċessorji tagħhom

153

902150

 

Pacemakers biex jistimulaw il-muskoli tal-qalb (ħlief partijiet u aċċessorji)

154

902190

 

Oħrajn

155

902212

 

Apparat għal tomografija komputata

156

902213

 

Oħrajn, għal użi dentali

157

902214

 

Oħrajn, għal użi mediċi, kirurġiċi jew veterinarji

158

902219

 

Għal użi oħrajn

159

902221

 

Għal użi mediċi, kirurġiċi, dentali jew veterinarji

160

902229

 

Għal użi oħrajn

161

902230

 

Tubi tar-raġġi-X

162

902290

ex

Partijiet u aċċessorji għal apparat ibbażat fuq l-użu ta' raġġi-X

163

902300

 

Strumenti, apparat u mudelli, maħsubin għal għanijiet ta' wiri (pereżempju, fl-edukazzjoni jew eżibizzjonijiet), mhux tajbin għal użi oħrajn.

164

902410

 

Magni u tagħmir biex ikunu eżaminati metalli

165

902480

 

Magni u apparat ieħor

166

902490

 

Partijiet u aċċessorji

167

902519

 

Oħrajn

168

902590

 

Partijiet u aċċessorji

169

902710

 

Apparat għal analiżi ta' gass jew duħħan

170

902780

 

Strumenti u apparat ieħor

171

902790

 

Mikrotomi; partijiet u aċċessorji

172

902830

 

Arloġġi tal-elettriku

173

902890

 

Partijiet u aċċessorji

174

903010

 

Strumenti u apparat għal kejl jew qbid ta' radjazzjonijiet jonizzanti

175

903020

 

Oxxilloskopji u oxxillografi

176

903031

 

Multimiters mingħajr mezz ta' rrekordjar

177

903032

 

Multimiters b'mezz ta' rrekordjar

178

903033

ex

Oħrajn, mingħajr mezz ta' rrekordjar, esklużi strumenti tal-kejl tar-reżistenza

179

903039

 

Oħrajn, b'mezz ta' rrekordjar

180

903084

 

Oħrajn, b'mezz ta' rrekordjar

181

903089

 

Oħrajn

182

903090

 

Partijiet u aċċessorji

183

903110

 

Magni biex jibbilanċjaw partijiet mekkaniċi

184

903149

 

Oħrajn

185

903180

 

Strumenti, tagħmir u magni oħrajn:

186

903190

 

Partijiet u aċċessorji

187

903220

 

Manostati

188

903281

 

Idrawliċi jew pnewmatiċi

189

950410

 

Logħob tal-vidjow ta' tip użat ma' riċevitur tat-televiżjoni

190

950430

ex

Logħob ieħor, li jaħdem bil-muniti, karti tal-flus, kards tal-bank, token, jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta' ħlas, ħlief tagħmir awtomatiku tal-bowling u l-logħob tal-ażżard li jirriproduċi minnufih premjijiet fi flus

191

950490

ex

Pannelli għall-kontroll (consoles) u magni ta' logħob tal-vidjow, għajr dawk taħt is-subintestatura 950430


(*)  Subintestaturi parzjalment koperti huma identifikati permezz tas-simbolu “ex”.


HEMŻA B

192

Ċirkwiti integrati b'ħafna komponenti (MCO): kombinazzjoni ta' ċirkwiti integrati monolitiċi, ibridi, jew b'ħafna ċippijiet b'tal-inqas wieħed minn dawn il-komponenti: sensuri bbażati fuq is-silikon, attwaturi, oxxillaturi, reżonaturi jew kombinazzjonijiet tagħhom, jew komponenti li jwettqu l-funzjonijiet ta' oġġetti klassifikabbli taħt l-intestatura 8532 , 8533 , 8541 , jew indutturi klassifikabbli taħt l-intestatura 8504 . essenzjalment iffurmati f'korp wieħed li ma jinqasamx, bħal ċirkwit integrat, bħala komponent tat-tip użat għall-assemblaġġ fuq bord taċ-ċirkwit stampat (PCB) jew ġarr ieħor, permezz tal-konnessjoni b'pinnijiet, b'ċombiet, b'boċċi, b'landijiet, b'tumbati, jew b'peddijiet.

Għall-finijiet ta' din id-definizzjoni, l-espressjonijiet li ġejjin ifissru:

1.Il-komponenti jistgħu jkunu diskreti, manifatturati b'mod indipendenti imbagħad armati fuq il-bqija tal-MCO, jew integrati f'komponenti oħra.2.Ibbażati fuq is-silikon tfisser mibnija fuq substrat tas-silikon, jew magħmul minn materjali tas-silikon, jew manifatturati fuq damma (die) taċ-ċirkwit integrat.

(a).

“Sensuri bbażati fuq is-silikon” jikkonsistu minn strutturi mikroelettroniċi jew mekkanici li huma maħluqa fil-massa jew fuq il-wiċċ ta' semikonduttur u li għandhom il-funzjoni li jsibu kwantitajiet fiżiċi jew kimiċi u jittrasduċuhom f'sinjali elettriċi, li huma kkawżati minn varjazzjonijiet li jirriżultaw fil-proprjetajiet elettriċi jew fi spostament ta' struttura mekkanika.

“Kwantitajiet fiżiċi jew kimċi” tirrigwarda fenomeni tad-dinja reali, bħal pressjoni, il-mewġ akustiku, l-aċċellerazzjoni, il-vibrazzjoni, il-moviment, l-orjentazzjoni, it-tensjoni, is-saħħa tal-kamp manjetiku, is-saħħa tal-kamp elettriku, id-dawl, ir-radjoattività, l-umdità, il-fluss, il-konċentrazzjoni ta' kimiċi, eċċ.

3(b).

“Attwaturi bbażati fuq is-silikon” jikkonsistu minn strutturi mikroelettroniċi u mekkaniċi li huma maħluqa fil-massa jew fuq il-wiċċ ta'semikonduttur u li għandhom il-funzjoni li jikkonvertu sinjali elettriċi f'moviment fiżiku.

3(c).

“Reżonaturi bbażati fuq is-silikon” huma komponenti li jikkonsistu minn strutturi mikroelettroniċi u mekkaniċi li huma maħluqa fil-massa jew fuq il-wiċċ ta' semikonduttur u li għandhom il-funzjoni li jiġġeneraw oxxillazzjoni mekkanika jew elettrika ta' frekwenza predefinita li tiddependi fuq il-ġeometrija fiżika ta' dawn l-istrutturi b'reazzjoni għall-input estern.

3(d).

“Oxxillaturi bbażati fuq is-silikon” huma komponenti attivi li jikkonsistu minn strutturi mikroelettroniċi u mekkaniċi li huma maħluqa fil-massa jew fuq il-wiċċ ta' semikonduttur u li għandhom il-funzjoni li jiġġeneraw oxxillazzjoni mekkanika jew elettrika ta' frekwenza predefinita li tiddependi fuq il-ġeometrija fiżika ta' dawn l-istrutturi.

193

Moduli tad-dawl minn wara tad-dajowd li jarmi d-dawl (LED), li huma sorsi ta' dawl li jikkonsistu f'LED waħda jew aktar minn waħda, u konnettur wieħed jew aktar u li jkunu mmuntati fuq ċirkwit stampat jew sottostrat simili oħra, u komponenti passivi oħrajn, kemm jekk ikkumbinati ma' komponenti ottiċi jew dajowds ta' protezzjoni u kemm jekk le, u li jintużaw bħala illuminazzjonijiet minn wara fl-iskrins tal-kristalli likwidi (LCD)

194

Apparat sensittiv għall-mess għall-inputtjar tad-data (l-hekk imsejħa touch screens) mingħajr kapaċitajiet ta' display, għall-inkorporazzjoni f'apparat li jkollu display, li jaħdem billi tiġi individwata l-preżenza u l-post ta' mess fi ħdan l-erja tad-display. Is-sensittività tal-mess tista' tinkiseb permezz ta' reżistenza, kapaċità elettrostatika, rikonoxximent ta' impulsi akustiċi, dwal infra-ħomor, jew teknoloġija oħra sensittiva għall-mess

195

Cartridges tal-linka (bi jew mingħajr print head integrat) biex tiddaħħal f'apparat ta' subintestaturi SA 844331 , 844332 jew 844339 , u li jinkorpora komponenti mekaniċi jew elettriċi; cartridges tat-toner elettrostatiċi jew termoplastiċi (b'partijiet li jiċċaqalqu jew mingħajrhom) biex jiddaħħlu f'apparat ta' subintestaturi tas-SA 844331 , 844332 jew 844339 ; linka solida f'forom artifiċjali għall-inserzjoni f'apparat ta' subintestaturi tal-AS 844331 , 844332 jew 844339

196

Materjal stampat li jagħti d-dritt għal aċċess, stallazzjoni, riproduzzjoni jew b'xi mod ieħor jużaw softwer (inkluż logħob), data, kontenut tal-Internet (inkluż kontenut fil-logħba fl-application) jew servizzi, jew servizzi tat-telekomunikazzjoni (inkluż servizzi mobbli) (**)

197

Kuxxinetti tal-illostrar li jeħlu waħedhom tat-tip użat fil-manifattura ta' wejfers tas-semikonduttur

198

Kaxxi, kaxxetti, ċestuni u oġġetti simili, tal-plastik, b'forma speċjali jew immodifikati għall-ġarr jew l-ippakkjar ta' wejfers ta' semikondutturi, maskri jew retikoli, tas-subintestatura 392310 jew 848690

199

Pompi tal-vakwu tat-tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta' semikondutturi jew displej fuq pjanċa ċatta

200

Magni tat-tindif plażma li jeliminaw il-kontaminanti organiċi minn kampjuni tal-elettron mikroskopiċi u detenturi tal-kampjuni

201

Apparati elettroniċi portabbli interattivi għall-edukazzjoni primarjament iddisinjati għat-tfal


(**)  It-tneħħija tat-tariffi għall-materjal stampat għandha taffettwa biss id-drittijiet u l-obbligi fir-rigward tal-kummerċ fl-oġġetti, jiġifieri, ma għandhiex taffettwa l-aċċess għas-suq apparti mit-tariffi tal-parteċipanti. Xejn fil-ftehim tal-espansjoni tal-ITA ma għandu jimpedixxi membru tal-ITA milli jirregola l-kontenut ta' tali oġġetti, inkluż kontenut tal-Internet, fost affarijiet oħra. Xejn fil-ftehim tal-espansjoni tal-ITA ma għandu jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-aċċess għas-suq ta' membru dwar il-kummerċ fis-servizzi jew jimpedixxi lil Membru milli jirregola s-suq tas-servizzi tiegħu.


REGOLAMENTI

18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/972

tas-17 ta' Ġunju 2016

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCTC 10423BP bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina bħala addittiv fl-għalf. Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Din l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCTC 10423BP bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjoni tagħha tal-1 ta' Diċembru 2015 (2) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-L arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCTC 10423BP ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent u li hija sors effettiv tal-amminoaċidu arġinina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali; għal-L-arġinina supplimentari biex tkun effikaċi għalkollox fir-ruminanti, jenħtieġ li tiġi protetta mid-degradazzjoni fil-kirxa. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta' dik is-sustanza turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din is-sustanza jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  The EFSA Journal 2016; 14(1):4345.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imluħa u l-analogi tagħhom.

3c361

L-arġinina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Trab b'kontenut minimu ta' L-arġinina ta' 98 % (abbażi ta' materja niexfa) u kontenut massimu ta' umdità ta' 10 %

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

L-arġinina ((S)-2-ammino-5-aċidu gwanidinopentanojku) prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCTC 10423BP

Formula kimika: C6H14N4O2

Numru CAS: 74-79-3

Metodu analitiku  (1)

Għall-karatterizzazzjoni tal-L-arġinina fl-addittiv fl-għalf:

Il-Codex tal-Kimiċi tal-Ikel “Monografija tal-L-arġinina”.

Għall-kwantifikazzjoni tal-arġinina fl-addittiv fl-għalf:

kromatografija bi skambju tal-joni bid-derivatizzazzjoni postkolonna u d-detezzjoni fotometrika (IEC-VIS).

Għall-kwantifikazzjoni tal-arġinina fit-taħlitiet lesti minn qabel, fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

kromatografija bi skambju ta' joni flimkien ma' derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS) — ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2)

L-ispeċijiet kollha

 

 

 

1.

Il-kontenut ta' umdità għandu jkun indikat fuq it-tikketta tal-addittiv.

2.

L-L-arġinina tista' titqiegħed fis-suq u tintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

It-8 ta' Lulju 2026


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).


18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/973

tas-17 ta' Ġunju 2016

dwar l-awtorizzazzjoni tal-bislisinat taż-żingu bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-L-Lisinat HCl akkumpanjata mid-dettalji u mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-L-Lisinat bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tal-20 ta' Ottubru 2015 (2), ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-kelat taż-żingu tal-L-Lisinat HCl ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali u tal-konsumatur, u li ma hemm l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti sakemm jittieħdu l-miżuri xierqa ta' protezzjoni.

(5)

Fir-rigward tal-impatti fuq l-ambjent, b'mod partikolari d-drenaġġ u ż-żingu li jiskula fl-ilma tal-wiċċ, l-Awtorità rrakkomandat fl-opinjoni tagħha tat-8 ta' April 2014 (3) li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-kontenut massimu ta' żingu fl-għalf komplet għal diversi speċijiet fil-mira. Madankollu, sabiex ma jkunx hemm riskju li ma jiġux issodisfati l-bżonnijiet fiżjoloġiċi tal-annimali anki f'perjodi speċjali ta' ħajjithom jew kwalunkwe impatt negattiv ieħor fuq is-saħħa tal-annimali, it-tnaqqis tal-kontenut ta' żingu rrakkomandat mill-Awtorità, ma jenħtieġx li jiġi introdott fi stadju wieħed. Sabiex jiżguraw tnaqqis ulterjuri, l-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-istituti tar-riċerka għandhom jitħeġġu jiġbru dejta xjentifika ġdida dwar il-bżonnijiet fiżjoloġiċi tal-ispeċijiet differenti tal-annimali.

(6)

L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-kelat taż-żingu tal-L-Lisinat HCl jista' jitqies bħala sors effikaċi ta' żingu għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u rrakkomandat li dik is-sustanza tingħata l-isem ta' bislisinat taż-żingu. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf permezz tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Il-valutazzjoni tal-bislisinat taż-żingu turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dik is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' mikroelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2015;13(11):4267.

(3)  EFSA Journal 2014;12(5):3668.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Zn) f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: komposti ta' mikroelementi

3b613

Bislisinat taż-żingu

Karatterizzazzjoni tal-addittiv

Trab jew granulat b'kontenut minimu ta' 13,5 % ta' żingu u kontenut minimu ta' 85,0 % ta' lisina.

Żingu f'għamla ta' kelat taż-żingu tal-bislisinat HCl: minimu ta' 85 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Kelat taż-żingu tal-bislisinat HCl

Formula kimika:

Zn(C6H13N2O2)2 × 2HCl × 2H2O

Numru CAS: 23333-98-4

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut ta' Lisina fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

kromatografija bi skambju tal-joni flimkien ma' derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-UV/FD), jew

VDLUFA 4.11.6 jew EN ISO 17180.

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut totali ta' żingu fl-addittiv fl-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15510, jew

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara d-diġestjoni tal-pressjoni, (ICP-AES) — EN 15621.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15510, jew

Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara d-diġestjoni tal-pressjoni, (ICP-AES) — EN 15621, jew

Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS) — Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

Klieb u qtates: 200 (total)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (total)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (total)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (total)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Il-bislisinat taż-żingu jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzattivi xierqa sabiex jiġu indirizzati r-riskji potenzjali marbuta mal-inalazzjoni, mal-kuntatt mal-ġilda jew mal-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali xieraq.

it-8 ta' Lulju 2026


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).


18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/974

tas-17 ta' Ġunju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

134,8

ZZ

134,8

0709 93 10

TR

133,0

ZZ

133,0

0805 50 10

AR

169,6

BR

92,5

MA

179,9

TR

151,6

UY

147,6

ZA

163,6

ZZ

150,8

0808 10 80

AR

127,0

BR

97,3

CL

131,1

CN

66,5

NZ

157,2

US

120,4

ZA

116,2

ZZ

116,5

0809 10 00

TR

267,2

ZZ

267,2

0809 29 00

TR

397,4

ZZ

397,4

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

174,9

ZZ

174,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/975

tas-17 ta' Ġunju 2016

li jistabbilixxi l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jixraq li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016

(f'piż ekwivalenti għall-bajd bil-qoxra f'kg)

09.4015

27 000 000

09.4401

1 400 000

09.4402

3 875 000


18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/976

tas-17 ta' Ġunju 2016

li jiffissa l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur li ġej mill-Istati Uniti tal-Amerika

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li ġejjin mill-Istati Uniti tal-Amerika.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 536/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016

(f'kg)

09.4169

5 336 250


18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/977

tas-17 ta' Ġunju 2016

li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2077 għall-bajd, il-prodotti tal-bajd u l-albumina li joriġinaw mill-Ukrajna

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2077 (2) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina li joriġinaw mill-Ukrajna.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Jixraq, għalhekk, li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2077, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2077 tat-18 ta' Novembru 2015 li jiftaħ u fih previst l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' bajd, prodotti tal-bajd u albumina li joriġinaw fl-Ukrajna (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 57).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016

(f'piż ekwivalenti għall-bajd bil-qoxra f'kg)

09.4275

1 012 500

09.4276

2 250 000


18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/33


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/978

tas-17 ta' Ġunju 2016

li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 (2) fetaħ il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Ġunju 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1384/2007, li għandhom jiżdiedu għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 tas- 26 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 40).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2016

(f'kg)

09.4091

420 000

09.4092

2 800 000


DEĊIŻJONIJIET

18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/979

tal-20 ta' Mejju 2016

rigward l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni li tfasslet fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) u (5) tiegħu,

Wara li kkunsidra ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni mfassla fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (2) (“il-Konvenzjoni”) ġiet iffirmata fi Brussell fit-18 ta' Diċembru 1997. Din tidħol fis-seħħ 90 jum wara n-notifika tat-tlestija tal-proċeduri kostituzzjonali għall-adozzjoni tal-Konvenzjoni minn dak l-Istat, Membru tal-Unjoni Ewropea fil-mument tal-adozzjoni mill-Kunsill tal-Att li jistabbilixxi l-Konvenzjoni, li jkun l-aħħar wieħed li jikkompleta dik il-formalità.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 32(4) tal-Konvenzjoni, sa meta l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ, kull Stat Membru jista', meta jagħti n-notifika msemmija fl-Artikolu 32(2) tal-Konvenzjoni, jew fi kwalunkwe żmien ieħor wara dan, jiddikjara li sa fejn ikun ikkonċernat, il-Konvenzjoni għandha tapplika għar-relazzjonijiet tiegħu mal-Istati Membri li jkunu għamlu l-istess dikjarazzjoni.

(3)

L-Artikolu 3(4) tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja (“l-Att tal-Adeżjoni”) jistipula li l-Kroazja għandha taderixxi mal-konvenzjonijiet u l-protokolli elenkati fl-Anness I għall-Att tal-Adeżjoni. Dawk il-konvenzjonijiet u protokolli jinkludu, fost l-oħrajn, il-Konvenzjoni. Il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Kroazja fid-data determinata mill-Kunsill.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 3(5) tal-Att tal-Adeżjoni, il-Kunsill għandu jiddeċiedi li jagħmel l-aġġustamenti kollha li huma meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-konvenzjonijiet u mal-protokolli elenkati fl-Anness I tal-Att tal-Adeżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Kroazja fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-test tal-Konvenzjoni (3) bil-Kroat għandu jkun awtentiku taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testijiet tal-Konvenzjoni bil-lingwi l-oħra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

K.H.D.M. DIJKHOFF


(1)  L-Opinjoni tat-28 ta' April 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 24, 23.1.1998, p. 2.

(3)  It-test bil-Kroat ġie ppubblikat f'edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali (Kapitolu 19, Volum 14, paġna 156).


18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/980

tal-14 ta' Ġunju 2016

li taħtar ħames membri u sitt membri supplenti proposti mir-Repubblika tal-Bulgarija fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Bulgaru,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Vladimir KISSIOV, is-Sur Krassimir KOSTOV, is-Sur Madzhid MANDADZHA, is-Sur Krasimir MIREV u s-Sinjura Detelina NIKOLOVA, saru vakanti s-siġġijiet ta' ħames membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Stanislav BLAGOV, is-Sur Nikolay IVANOV, is-Sinjura Dimitranka KAMENOVA, is-Sinjura Anastasiya MLADENOVA u s-Sur Emil NAIDENOV, saru vakanti s-siġġijiet ta' ħames membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sinjura Malina Edreva AUDOIN bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membri:

is-Sinjura Malina Edreva AUDOIN, Councillor, Sofia Municipal Council,

is-Sur Rumen Iliev GUNINSKI, Mayor of Pravets Municipality,

is-Sinjura Diana Dimitrova OVCHAROVA, Mayor of Ivaylovgrad Municipality,

is-Sur Stefan Nikolov RADEV, Mayor of Sliven Municipality,

is-Sur Nikolay Jordanov ZAYCHEV, Mayor of Peshtera Municipality,

u

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sinjura Lyubka Veselinova ALEKSANDROVA, Mayor of Levski Municipality,

is-Sur Georgi Aleksandrov CHAKAROV, Mayor of Polski Trambesh Municipality,

is-Sur Dobromir Stoykov DOBREV, Mayor of Gorna Oryahovitsa Municipality,

is-Sur Emil Stanev KABAIVANOV, Mayor of Karlovo Municipality,

is-Sinjura Korneliya Dobreva MARINOVA, Mayor of Lovech Municipality,

is-Sur Georg Leonidov SPARTANSKI, Mayor of Pleven Municipality,

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/981

tas-16 ta' Ġunju 2016

li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Repubblika tal-Litwanja,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-mandat tas-Sinjura Rasa BUDBERGYTĖ skada fis-6 ta' Mejju 2016.

(2)

Għandha għalhekk issir ħatra ġdida,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Rimantas ŠADŽIUS huwa b'dan maħtur membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mis-16 ta' Ġunju 2016 sal-15 ta' Ġunju 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

L.F. ASSCHER


(1)  L-Opinjoni tas-7 ta' Ġunju 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/982

tas-17 ta' Ġunju 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/386/PESK (1).

(2)

Il-Kunsill ma jirrikonoxxix, u jkompli jikkundanna, l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u ser jibqa' impenjat li jimplimenta b'mod sħiħ il-politika tiegħu ta' nonrikonoxximent.

(3)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-23 ta' Ġunju 2017.

(4)

Id-Deċiżjoni 2014/386/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-23 ta' Ġunju 2017.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 70).