ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 159

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
16 ta' Ġunju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/949 tas-6 ta' Ġunju 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/950 tal-15 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-DB, beta-cyfluthrin, carfentrazone ethyl, Coniothyrium minitans ir-Razza CON/M/91-08 (DSM 9660), cyazofamid, deltamethrin, dimethenamid-P, ethofumesate, fenamidone, flufenacet, flurtamone, foramsulfuron, fosthiazate, imazamox, iodosulfuron, iprodione, isoxaflutole, linuron, maleic hydrazide, mesotrione, oxasulfuron, pendimethalin, picoxystrobin, silthiofam u trifloxystrobin ( 1 )

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/951 tal-15 ta' Ġunju 2016 li japprova s-sustanza attiva b'riskju baxx Trichoderma atroviride tar-razza SC1, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/952 tal-15 ta' Ġunju 2016 li japprova s-sustanza attiva ta' riskju baxx Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

10

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/953 tat-15 ta' Ġunju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/954 tad-9 ta' Ġunju 2016 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati

16

 

*

Deċiżjoni (UE) 2016/955 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/54 dwar il-proċeduri ta' akkreditazzjoni għal manifatturi ta' oġġetti tal-euro siguri u oġġetti tal-euro (BĊE/2016/12)

19

 

*

Deċiżjoni (UE) 2016/956 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2016 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/245 (BĊE/2016/2) li tistabbilixxi r-regoli dwar l-akkwisti (BĊE/2016/17)

21

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

16.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/949

tas-6 ta' Ġunju 2016

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, għandha tiġi miftiehma bil-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim. Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni, għandha tapplika proċedura simplifikata għal tali adeżjoni, li permezz tagħha għandu jiġi konkluż protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u mill-pajjiżi terzi kkonċernati.

(2)

Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess mal-Mongolja permezz ta' note verbale datata t-2 ta' Diċembru 2014.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (1) huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

H.G.J. KAMP


(1)  It-test tal-Protokoll se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

16.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/950

tal-15 ta' Ġunju 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-DB, beta-cyfluthrin, carfentrazone ethyl, Coniothyrium minitans ir-Razza CON/M/91-08 (DSM 9660), cyazofamid, deltamethrin, dimethenamid-P, ethofumesate, fenamidone, flufenacet, flurtamone, foramsulfuron, fosthiazate, imazamox, iodosulfuron, iprodione, isoxaflutole, linuron, maleic hydrazide, mesotrione, oxasulfuron, pendimethalin, picoxystrobin, silthiofam u trifloxystrobin

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2012 (3) jidderoga mill-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi carfentrazone ethyl, cyazofamid, ethofumesate, fenamidone, foramsulfuron, imazamox, isoxaflutole, linuron, mesotrione, oxasulfuron, pendimethalin u trifloxystrobin. L-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se tiskadi fil-31 ta' Lulju 2016.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 823/2012 jidderoga mill-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-DB, beta-cyfluthrin, Coniothyrium minitans ir-Razza CON/M/91-08 (DSM 9660), deltamethrin, dimethenamid-P, flufenacet, flurtamone, fosthiazate, iodosulfuron, iprodione, maleic hydrazide, picoxystrobin u silthiofam. L-approvazzjoni ta' dawn is-sustanzi se tiskadi fil-31 ta' Ottubru 2016.

(4)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi ġew ippreżentati f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (4).

(5)

Minħabba l-fatt li l-valutazzjoni tas-sustanzi ma laħqitx saret fil-ħin għal raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi x'aktarx li se jiskadu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk tinħtieġ estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tagħhom.

(6)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipola li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma hemmx konformità mal-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiffissa data ta' skadenza bħall-istess data prevista qabel dan ir-Regolament jew inkella, jekk din id-data tiġi aktar tard, fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx. Fir-rigward ta' każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tistabbilixxi, kif xieraq u skont iċ-ċirkostanzi, l-aktar data ta' applikazzjoni kmieni possibbli.

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 irid jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 trid tiġi emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2012 tal-14 ta' Settembru 2012 li jagħti deroga mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tad-dati tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-DB, l-aċidu benżojku, il-beta-ċiflutrin, l-etil tal-karfentrażon, ir-razza Coniothyrium minitans CON/M/91-08 (DSM 9660), iċ-ċjażofammid, iċ-ċiflutrin, id-deltametrina, id-dimetenammid-P, l-etofumesat, l-etossisulfuron, il-fenamidon, il-flażasulfuron, il-flufenaket, il-flurtamon, il-foramsulfuron, il-fostijażat, l-imażamoks, l-iodosulfuron, l-iprodion, l-isossaflutol, il-linuron, l-idrażidu malejku, il-mekoprop, il-mekoprop-P, il-meżosulfuron, il-meżotrion, l-ossadiarġil, l-ossasulfron, il-pendimetalina, il-pikossistrobin, il-piraklostrobin, il-propikonażol, il-propineb, il-propossikarbażon, il-propiżammid, is-siltofamu, it-triflossistrobin, il-warfarin u ż-żossammid (ĠU L 250, 15.9.2012, p. 13).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 29, Ethofumesate, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2017”;

(2)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 40, Deltamethrin, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2017”;

(3)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 41, Imazamox, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2017”;

(4)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 42, Oxasulfuron, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2017”;

(5)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 44, Foramsulfuron, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2017”;

(6)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 46, Cyazofamid, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2017”;

(7)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 47, 2,4-DB, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2017”;

(8)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 48, Beta-cyfluthrin, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2017”;

(9)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 50, Iprodione, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2017”;

(10)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 51, Linuron, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2017”;

(11)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 52, Maleic hydrazide, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2017”;

(12)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 53, Pendimethalin, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2017”;

(13)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 59, Trifloxystrobin, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2017”;

(14)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 60, Carfentrazone ethyl, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2017”;

(15)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 61, Mesotrione, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2017”;

(16)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 62, Fenamidone, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2017”;

(17)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 63, Isoxaflutole, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2017”;

(18)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 64, Flurtamone, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2017”;

(19)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 65, Flufenacet, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2017”;

(20)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 66, Iodosulfuron, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2017”;

(21)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 67, Dimethenamid-P, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2017”;

(22)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 68, Picoxystrobin, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2017”;

(23)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 69, Fosthiazate, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2017”;

(24)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 70, Silthiofam, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2017”;

(25)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 71, Coniothyrium minitans ir-Razza CON/M/91-08 (DSM 9660), id-data tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2017”.


16.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/951

tal-15 ta' Ġunju 2016

li japprova s-sustanza attiva b'riskju baxx Trichoderma atroviride tar-razza SC1, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fis-6 ta' Novembru 2012 Franza rċeviet applikazzjoni mingħand BI-PA NV għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Trichoderma atroviride tar-razza SC1. F'konformità mal-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, bħala l-Istat Membru relatur, fil-5 ta' Frar 2013 Franza għarrfet lill-Kummissjoni bl-ammissibbiltà tal-applikazzjoni.

(2)

Fis-27 ta' Mejju 2014, l-Istat Membru relatur ressaq abbozz ta' rapport tal-valutazzjoni lill-Kummissjoni u għadda kopja lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”), li jivvaluta jekk din is-sustanza attiva hix mistennija tissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(3)

L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. F'konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità talbet lill-applikant biex jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru relatur tressqet lill-Awtorità fl-għamla ta' abbozz aġġornat ta' rapport tal-valutazzjoni fi Frar tal-2015.

(4)

Fil-21 ta' April 2015, l-Awtorità kkomunikat il-konklużjoni tagħha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar jekk is-sustanza attiva Trichoderma atroviride tar-razza SC1 hix mistennija tissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2). L-Awtorità ppubblikat il-konklużjoni tagħha.

(5)

Fl-10 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport tar-reviżjoni dwar is-sustanza attiva Trichoderma atroviride tar-razza SC1 lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, flimkien ma' abbozz ta' Regolament li jistipula li s-sustanza attiva Trichoderma atroviride tar-razza SC1 hija approvata.

(6)

L-applikant ingħata l-possibbiltà jippreżenta l-kummenti dwar ir-rapport tar-reviżjoni.

(7)

Fejn jidħol xi wieħed jew uħud mill-użi rappreżentattivi ta' mill-anqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport tar-reviżjoni, ġie stabbilit li l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk qed jitqies li dawk il-kriterji għall-approvazzjoni ġew issodisfati. Għaldaqstant jixraq li Trichoderma atroviride tar-razza SC1 tiġi approvata.

(8)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis ukoll li Trichoderma atroviride tar-razza SC1 hija sustanza attiva b'riskju baxx skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. It-Trichoderma atroviride tar-razza SC1 mhix sustanza ta' tħassib u tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. It-Trichoderma atroviride tar-razza SC1 hi razza tat-tip selvaġġ u iżolata mill-injam immermer tal-ġellewż fl-Italja. Din mhix patoġenika jew virulenti għall-bnedmin jew għall-annimali. L-esponiment addizzjonali tal-bnedmin, tal-annimali u tal-ambjent għall-użi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa mistenni jkun negliġibbli meta mqabbel mal-esponiment mistenni f'sitwazzjonijiet naturali realistiċi.

(9)

Għaldaqstant jixraq li t-Trichoderma atroviride tar-razza SC1 tiġi approvata bħala sustanza b'riskju baxx għal ħmistax-il sena. F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva b'riskju baxx

Is-sustanza attiva Trichoderma atroviride tar-razza SC1, kif jispeċifika l-Anness I, hija approvata bil-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  L-EFSA Journal 2015;13(4):4092. Jinsab fuq: www.efsa.europa.eu.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

L-Isem Komuni, In-Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Id-data tal-approvazzjoni

L-iskadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Trichoderma atroviride tar-razza SC1

In-numru tal-adeżjoni CBS 122089 fil-ġbir ta' Centraalbureau voor Schimmelcultures (CBS) f'Utrecht, in-Netherlands

Nru CIPAC: 988

Mhux applikabbli

konċentrazzjoni minima ta' 1 × 1010 CFU/g

Is-6 ta' Lulju 2016

Is-6 ta' Lulju 2031

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar it-Trichoderma atroviride tar-razza SC1, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema, u jagħrfu li l-mikroorganiżmi huma meqjusin bħala sensitizzaturi potenzjali. Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

Il-produttur għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet ambjentali jinżammu b'mod strett u li matul il-proċess tal-manifattura ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tar-reviżjoni.


ANNESS II

Fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

 

L-Isem Komuni, In-Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (*1)

Id-data tal-approvazzjoni

L-iskadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“7

Trichoderma atroviride tar-razza SC1

In-numru tal-adeżjoni CBS 122089 fil-ġbir ta' Centraalbureau voor Schimmelcultures (CBS) f'Utrecht, in-Netherlands

Nru CIPAC: 988

Mhux applikabbli

konċentrazzjoni minima ta' 1 × 1010 CFU/g

Is-6 ta' Lulju 2016

Is-6 ta' Lulju 2031

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar it-Trichoderma atroviride tar-razza SC1, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema, u jagħrfu li l-mikroorganiżmi huma meqjusin bħala sensitizzaturi potenzjali. Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

Il-produttur għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet ambjentali jinżammu b'mod strett u li matul il-proċess tal-manifattura ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità.”


(*1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tar-reviżjoni.


16.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/952

tal-15 ta' Ġunju 2016

li japprova s-sustanza attiva ta' riskju baxx Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fid-9 ta' April 2013 Franza rċeviet applikazzjoni mingħand Agro-Levures et Dérivés għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02. F'konformità mal-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, Franza, bħala l-Istat Membru relatur, innotifikat lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni tal-15 ta' Ottubru 2013.

(2)

Fl-4 ta' Diċembru 2014, l-Istat Membru relatur issottometta abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni, b'kopja lill-Awtorità, li fih ġie vvalutat jekk dik is-sustanza attiva hix mistennija li tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(3)

L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. F'konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, talbet li l-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru relatur ġiet sottomessa quddiem l-Awtorità fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni fl-14 ta' Settembru 2015.

(4)

Fit-3 ta' Diċembru 2015, l-Awtorità kkomunikat lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar jekk is-sustanza attiva Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02 hix mistennija tissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2). L-Awtorità għamlet il-konklużjonijiet tagħha disponibbli għall-pubbliku.

(5)

Fis-7 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' rieżami għal Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02 lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, kif ukoll abbozz ta' Regolament li fih previst li Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02 hija approvata bħala sustanza attiva ta' riskju baxx.

(6)

L-applikant ingħata l-possibbiltà li jissottometti kummenti dwar ir-rapport ta' rieżami.

(7)

Ġie stabbilit li l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar, ta' mill-anqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta' rieżami. Għalhekk, dawk il-kriterji għall-approvazzjoni jistgħu jitqiesu li huma ssodisfati. Huwa għalhekk xieraq li Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02 tiġi approvata.

(8)

Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni tqis ukoll li Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02 hija sustanza attiva ta' riskju baxx. Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02 mhix sustanza ta' tħassib u tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02 hija ħmira li tokkorri b'mod naturali, li tintuża ħafna fl-ikel. Hija wkoll preżenti b'mod mifrux fl-ambjent. L-esponiment addizzjonali tal-bnedmin, l-annimali u l-ambjent mill-użi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa mistenni li jkun negliġibbli meta mqabbel mal-esponiment mistenni minn sitwazzjonijiet naturali realistiċi.

(9)

Jixraq għalhekk li Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02 tiġi approvata bħala sustanza ta' riskju baxx għal perjodu ta' 15-il sena. F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza attiva ta' riskju baxx

Is-sustanza attiva Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2015;13(12):4322. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02

Numru tal-adeżjoni fil-ġbir tal-“Collection Nationale de Cultures de Microorganismes” (CNCM) tal-Istitut Pasteur: CNCM I-3936

Mhux applikabbli

Konċentrazzjoni minima: 1 × 1013 CFU/kg

Is-6 ta' Lulju 2016

Is-6 ta' Lulju 2031

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema, filwaqt li jitqies li Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02 hija kkunsidrata bħala sensitizzatur potenzjali. Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

Il-produttur għandu jiżgura li jkun hemm manutenzjoni stretta tal-kundizzjonijiet ambjentali kif ukoll analiżi tal-kontrolli tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' rieżami.


ANNESS II

Fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (*1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“6

Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02

Numru tal-adeżjoni fil-ġbir tal-“Collection Nationale de Cultures de Microorganismes” (CNCM) tal-Istitut Pasteur: CNCM I-3936

Mhux applikabbli

Konċentrazzjoni minima: 1 × 1013 CFU/kg

Is-6 ta' Lulju 2016

Is-6 ta' Lulju 2031

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema, filwaqt li jitqies li Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02 hija kkunsidrata bħala sensitizzatur potenzjali. Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

Il-produttur għandu jiżgura li jkun hemm manutenzjoni stretta tal-kundizzjonijiet ambjentali kif ukoll analiżi tal-kontrolli tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura.”


(*1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' rieżami.


16.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/953

tat-15 ta' Ġunju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-15 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

119,0

TR

69,0

ZZ

94,0

0709 93 10

TR

147,7

ZZ

147,7

0805 50 10

AR

147,8

MA

179,9

TR

153,1

ZA

166,3

ZZ

161,8

0808 10 80

AR

124,3

BR

97,2

CL

130,5

CN

102,3

NZ

151,6

US

120,4

ZA

113,2

ZZ

119,9

0809 10 00

TR

262,4

ZZ

262,4

0809 29 00

TR

467,4

US

888,6

ZZ

678,0

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

107,9

ZZ

107,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

16.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/954

tad-9 ta' Ġunju 2016

li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 329(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-talbiet li saru mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Iżvezja,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni stabbilixxiet għaliha stess l-għan li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja fejn ikun żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Biex dan l-ispazju jiġi stabbilit progressivament, l-Unjoni trid tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili b'implikazzjonijiet transkonfinali.

(2)

Skont l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), dawk il-miżuri jridu jinkludu l-promozzjoni tal-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri dwar il-kunflitt tal-liġijiet, inklużi miżuri li jikkonċernaw il-liġi tal-familja b'implikazzjonijiet transkonfinali.

(3)

Fis-16 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali, u proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati.

(4)

Fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Diċembru 2015, il-Kunsill ikkonkluda li ma kienx possibbli li jinstab qbil fi żmien raġonevoli mill-Unjoni bħala entità waħda għall-adozzjoni tar-regolamenti.

(5)

F'dawn iċ-ċirkostanzi, Malta, il-Kroazja u l-Belġju sussegwentement indirizzaw talbiet lill-Kummissjoni b'ittri datati l-14 ta' Diċembru 2015, il-15 ta' Diċembru 2015 u s-17 ta' Diċembru 2015 rispettivament, u l-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Portugall, is-Slovenja u l-Iżvezja b'ittri datati t-18 ta' Diċembru 2015, biex indikaw li xtaqu jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali u l-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati u li l-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill għal dak l-għan. Ir-Repubblika Ċeka, in-Netherlands, il-Bulgarija, l-Awstrija u l-Finlandja indirizzaw l-istess talbiet lill-Kummissjoni b'ittri datati t-28 ta' Jannar 2016, it-2 ta' Frar 2016, id-9 ta' Frar 2016, is-16 ta' Frar 2016 u s-26 ta Frar rispettivament. B'ittra lill-Kummissjoni datata t-18 ta' Marzu 2016, Ċipru indika x-xewqa tiegħu li jipparteċipa fl-istabbiliment ta' kooperazzjoni msaħħa; Ċipru tenna din ix-xewqa matul ix-xogħol tal-Kunsill. B'kollox, 18-il Stat Membru talbu tali kooperazzjoni msaħħa.

(6)

Il-kooperazzjoni msaħħa għandha tipprovdi qafas legali ċar u komprensiv fil-qasam tar-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li jkopri kemm ir-reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, fl-Istati Membri parteċipanti, tiżgura soluzzjonijiet adegwati għaċ-ċittadini f'termini ta' ċertezza legali, prevedibbiltà u flessibbiltà, u tiffaċilita ċ-ċirkolazzjoni ta' deċiżjonijiet u strumenti awtentiċi bejn l-Istati Membri parteċipanti.

(7)

B'konformità mat-talbiet tal-Istati Membri għall-istabbiliment ta' kooperazzjoni msaħħa, żewġ atti sostantivi għandhom jimplimentaw il-kooperazzjoni msaħħa, wieħed li jikkonċerna reġimi tal-proprjetà matrimonjali u l-ieħor li jikkonċerna l-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati. Sabiex ikun kopert il-kamp ta' applikazzjoni kollu tal-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tar-reġimi tal-proprjetà ta' koppji internazzjonali u biex tkun żgurata n-nondiskriminazzjoni taċ-ċittadini, jinħtieġ li ż-żewġ atti ta' implimentazzjoni sostantivi jiġu adottati simultanjament.

(8)

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fl-Artikoli 326 sa 329 tat-TFUE huma sodisfatti.

(9)

Il-qasam rilevanti ta' kooperazzjoni msaħħa, jiġifieri l-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fil-materja ta' reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, huwa identifikat mill-punti (a) u (c) tal-Artikolu 81(2) u mill-Artikolu 81(3) tat-TFUE bħala wieħed mill-oqsma koperti mit-Trattati. Dan mhuwiex qasam ta' kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

(10)

Ir-rekwiżit tal-aħħar għażla fl-Artikolu 20(2) tat-TUE huwa sodisfatt billi fit-3 ta' Diċembru 2015 il-Kunsill ikkonkluda li l-għanijiet tar-regolamenti proposti ma setgħux jinkisbu fi żmien raġonevoli mill-Unjoni bħala entità waħda.

(11)

Il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fil-materja ta' reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati għandha l-għan li tiżviluppa kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li għandhom implikazzjonijiet transkonfinali bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi, u li tiżgura l-kompatibilità tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri li jikkonċernaw il-kunflitt tal-liġijiet. Għaldaqstant, hija tippromwovi l-għanijiet tal-Unjoni, tħares l-interessi tagħha u ssaħħaħ il-proċess ta' integrazzjoni tagħha kif meħtieġ mill-Artikolu 20(1) tat-TUE.

(12)

Il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fil-materja ta' reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati tikkonforma mat-Trattati u mal-liġi tal-Unjoni, u ma timminax is-suq intern jew il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Hija ma tikkostitwixxix ostaklu għall-kummerċ jew diskriminazzjoni fih bejn l-Istati Membri u ma twassalx għal distorsjoni tal-kompetizzjoni bejniethom.

(13)

B'mod partikolari, il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fil-materja ta' reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni dwar kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, peress li l-kooperazzjoni msaħħa ma taffettwax l-acquis f'dan il-qasam.

(14)

Il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fil-materja ta' reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati tirrispetta l-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligi ta' dawk l-Istati Membri li jipparteċipawx fiha. Ir-regoli komuni dwar il-ġuriżdizzjoni, il-kunflitt tal-liġijiet u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni fl-Istati Membri parteċipanti ma jaffettwawx ir-regoli tal-Istati Membri mhux parteċipanti. Il-qrati tal-Istati Membri mhux parteċipanti se jkomplu japplikaw ir-regoli domestiċi eżistenti tagħhom biex jiddeterminaw il-ġuriżdizzjoni u l-liġi applikabbli u għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fil-materja ta' reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm ir-reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati.

(15)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari dawk fl-Artikoli 9 u 21 tagħha.

(16)

Il-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fil-materja ta' reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati hija miftuħa, fi kwalunkwe mument, għall-Istati Membri kollha, skont l-Artikolu 328 tat-TFUE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Iżvezja huma b'dan awtorizzati jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fil-materja ta' reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, billi japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G.A. VAN DER STEUR


(1)  Kunsens tas-7 ta' Ġunju 2016 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).


16.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/19


DEĊIŻJONI (UE) 2016/955 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-6 ta' Mejju 2016

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/54 dwar il-proċeduri ta' akkreditazzjoni għal manifatturi ta' oġġetti tal-euro siguri u oġġetti tal-euro (BĊE/2016/12)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 16 u l-Artikolu 34.3,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2157/1999 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Settembru 1999 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4) (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 128(1) tat-Trattat u l-Artikolu 16 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jipprovdu li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv li jawtorizza l-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Unjoni. Dan id-dritt jinkludi l-kompetenza biex jieħu miżuri biex jipproteġi l-integrità ta' karti tal-flus tal-euro bħala mezz ta' pagament.

(2)

Wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni BĊE/2013/54 (3), beda jidher ċar li s-setgħa tal-BĊE li jimponi penali xierqa u proporzjonati, inklużi penali finanzjarji, f'każ ta' nuqqas ta' konformità, għandha tiġi msaħħa sabiex tkopri x-xenarji kollha li jistgħu jeħtieġu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet skont l-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/54.

(3)

Għalhekk, id-Deċiżjoni BĊE/2013/54 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 20 tad-Deċizjoni BĊE/2013/54 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 20

Penali finanzjarji f'każ ta' diskrepanzi fil-kwantitajiet ta' karti tal-flus tal-euro jew karta tal-karti tal-flus

1.   B'konformità mar-rekwiżiti ta' sigurtà sostantivi, manifattur li jwettaq produzzjoni ta' karta tal-karti tal-flus tal-euro jew ta' karti tal-flus tal-euro għandu jirrapporta lill-BĊE kull diskrepanza identifikata fil-kwantitajiet ta' karta tal-karti tal-flus tal-euro jew fil-kwantitajiet ta' karti tal-flus tal-euro stampati kollha jew partijiet minnhom matul attività tal-euro sigura fis-sit ta' manifattura akkreditat tiegħu.

2.   Jekk matul attività tal-euro sigura fis-sit tal-manifattura akkredita isseħħ diskrepanza fil-kwantitajiet ta' karta tal-karti tal-flus tal-euro jew fil-kwantitajiet ta' karti tal-euro stampati totalment jew parzjalment, u jekk dik id-diskrepanza ma tiġix indirizzata mill-manifattur skont ir-rekwiżiti ta' sigurtà sostantivi, il-BĊE jista' jimponi penali finanzjarja kontra l-manifattur.

3.   Is-serjetà tad-diskrepanza għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni f'kull każ meta tittieħed deċiżjoni dwar l-ammont tal-penali finanzjarja. B'mod partikolari, il-valur nominali tal-karti tal-flus li jikkostitwixxu d-diskrepanza u s-serjetà tal-ksur tar-rekwiżiti tas-sigurtà sostantivi għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni. Jekk l-imsemmi valur nominali jkun jaqbeż EUR 50 000, il-BĊE għandu jimponi kontra l-manifattur penali finanzjarja ugwali għal dak il-valur nominali, ħlief jekk iċ-ċirkustanzi tal-każ ikunu jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta' penali differenti. Jekk il-valur nominali jkun inqas minn EUR 50 000, il-BĊE għandu jimponi penali ta' EUR 50 000 kontra l-manifattur, ħlief jekk iċ-ċirkustanzi tal-każ ikunu jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta' penali aktar baxxa. Il-penali finanzjarji m'għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jaqbżu EUR 500 000.

4.   Penali finanzjarja għandha tapplika biss meta ksur tar-rekwiżiti tas-sigurtà sostantivi minn manifattur ikun ivverifikat b'mod ċar. Id-deċiżjonijiet dwar il-penali finanzjarji għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2532/98 u r-Regolament (KE) Nru 2157/1999 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/1999/4) (*1). Minbarra l-penali finanzjarji, il-BĊE jista' jiddeċiedi li joħroġ deċiżjoni ta' twissija, jew li jirrevoka jew jissospendi l-akkreditazzjoni provviżorja jew l-akkreditazzjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.

Għandha tapplika mill-1 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil manifatturi ta' oġġetti tal-euro siguri u oġġetti tal-euro u lill-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, kull meta dawn iwettqu kontrolli tal-istokks, kontrolli fuq il-qerda jew kontrolli fuq it-trasport.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta' Mejju 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.

(2)   ĠU L 264, 12.10.1999, p. 21.

(3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2013/54 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2013 dwar il-proċeduri ta' akkreditazzjoni għal manifatturi ta' oġġetti tal-euro siguri u oġġetti tal-euro u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2008/3 (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 29).


16.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/21


DEĊIŻJONI (UE) 2016/956 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta' Ġunju 2016

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/245 (BĊE/2016/2) li tistabbilixxi r-regoli dwar l-akkwisti (BĊE/2016/17)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.6 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Għall-finijiet taċ-ċarezza, uħud mir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2016/245 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (BĊE/2016/2) (2) għandhom jiġu rraffinati iktar.

(2)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2016/245 (BĊE/2016/2) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/245 (BĊE/2016/2) hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.   Il-BĊE jista' jordna mill-kuntrattur inizjali provvisti, servizzi jew xogħlijiet addizzjonali, irrispettivament mill-valur tagħhom, sakemm l-emendi meħtieġa għall-kuntratt inizjali ma jkunux sostanzjali.

L-emendi għandhom jiġu kkunsidrati sostanzjali jekk jibdlu n-natura kumplessiva tal-kuntratt, partikolarment fejn kundizzjoni waħda jew iżjed milli ġejjin jiġu ssodisfatti:

(a)

l-emenda tintroduċi kundizzjonijiet li, kieku kienu parti mill-proċedura ta' akkwist inizjali, kienu jippermettu d-dħul ta' kandidati oħrajn minbarra dawk magħżula inizjalment, jew għall-aċċettazzjoni ta' offerta li mhix dik aċċettata oriġinarjament jew li kienu jattiraw parteċipanti addizzjonali fil-proċedura ta' akkwist;

(b)

l-emenda tbiddel il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt favur il-kuntrattur b'mod li ma kienx previst fil-kuntratt inizjali;

(c)

l-emenda testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-kuntratt b'mod konsiderevoli;

(d)

kuntrattur ġdid jissostitwixxi lil dak li jkun ingħata l-kuntratt inizjali f'każijiet minbarra dawk stabbiliti fil-paragrafu 4.

Emendi għandhom jiġu kkunsidrati li mhumiex sostanzjali fi kwalunkwe ċirkustanza jekk il-valur kumulattiv tagħhom jibqa' taħt (a) il-livelli rilevanti previst fl-Artikolu 4(3), u (b) 10 % tal-valur inizjali tal-kuntratt għal kuntratti ta' provvista u servizz jew 15 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għal kuntratti ta' xogħlijiet.”;

2.

Fl-Artikolu 11, l-aħħar sentenza tal-paragrafu 3 hija mħassra;

3.

Fl-Artikolu 12, l-aħħar sentenza tal-paragrafu 4 hija mħassra;

4.

Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 1 huwa mħassar.

5.

fl-Artikolu 30, il-paragrafu 7 huwa mibdul b'li ġej:

“7.   Meta kandidat jew offerent, jew impriża relatata ma' kandidat, ikunu involuti fit-tħejjija ta' proċedura ta' akkwisti, pereżempju billi jagħtu pariri dwar l-istrateġija tal-akkwisti jew l-iżvilupp ta' speċifikazzjonijiet, il-BĊE għandu jieħu miżuri xierqa sabiex jiżgura li l-kompetizzjoni mhijiex distorta bil-parteċipazzjoni ta' dak il-kandidat jew offerent. Il-BĊE jista' jeskludi lill-kandidat jew lill-offerent ikkonċernat mill-proċedura, jekk dan ikun meħtieġ għal dawk il-finijiet. Qabel l-esklużjoni, il-kandidat jew l-offerent għandhom jingħataw l-opportunità biex iressqu prova li l-involviment preċedenti tagħhom ma joħloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni.”;

6.

fl-Artikolu 35, punt 3 huwa mibdul b'li ġej:

“3.

Il-BĊE għandu jagħżel il-fornituri mistiedna biex jipparteċipaw fil-proċedura ta' sejħa għal offerti jew minn fost l-offerenti ammessi għal sistema ta' xiri dinamika jew, meta ma jkunx hemm sistema bħal din fis-seħħ, minn lista ta' fornituri adattati mħejjija wara sejħa għal espressjonijiet ta' interess. Meta ebda lista ta' dan it-tip ma tiġi stabbilita, il-BĊE għandu jagħżel il-fornituri li għandhom jiġu mistiedna skont id-diskrezzjoni tiegħu, fuq il-bażi ta' analiżi tas-suq kif suppost, waqt li jitqies kwalunkwe interess transkonfinali, hekk kif jikkonferma l-adegwatezza tal-fornituri u l-interess tagħhom biex jipparteċipaw fil-proċedura. L-analiżi tas-suq tista' tinkludi pubblikazzjoni tal-opportunità ta' kuntratt f'sistema ta' akkwisti elettronika. Alternattivament, il-BĊE jista' jippubblika avviż ta' kuntratt fuq il-websajt tiegħu jew juża mezzi oħra xierqa. F'dak il-każ, il-fornituri mistiedna biex jipparteċipaw fil-proċedura ta' sejħa għal offerti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tar-risposti riċevuti. Fornituri oħrajn li jissodisfaw l-istess kriterji jistgħu wkoll jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fil-proċedura ta' sejħa għal offerti.”;

7.

fl-Artikolu 35, punt 4 huwa mibdul b'li ġej:

“4.

Jekk il-valur ta' kuntratt ta' servizz imsemmi fl-Artikolu 6(2) imnaqqsal-VAT ikun iktar minn jew ta' EUR 750 000 jew aktar, il-BĊE għandu jippubblika avviż ta' kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali. Il-fornituri mistiedna biex jipparteċipaw fil-proċedura ta' sejħa għal offerti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tar-risposti riċevuti. Fornituri oħrajn li jissodisfaw l-istess kriterji jistgħu wkoll jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fil-proċedura ta' sejħa għal offerti.”;

8.

fl-Artiklu 41, l-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 hija mibdula b'li ġej:

“Proċeduri ta' akkwisti li jkunu nbdew qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu kkompletati skont id-Deċiżjoni BĊE/2007/5.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016.

Magħmula fi Frankfurt am Main, is-7 ta' Ġunju 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)   ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.

(2)  Deċiżjoni (UE) 2016/245 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Frar 2016 li tistabbilixxi r-regoli dwar l-akkwisti (BĊE/2016/2), ĠU L 45, 20.2.2016, p. 15.