ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 151

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
8 ta' Ġunju 2016

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/891 tas-6 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

1

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/892 tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

4

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/893 tas-7 ta' Ġunju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

6

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/894 tat-12 ta' Mejju 2016 li tikkostitwixxi Rakkomandazzjoni għal kontroll temporanju fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jqiegħdu l-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen f'riskju

8

Rettifika

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/780 tad-19 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea ( ĠU L 131, 20.5.2016 )

12

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/891

tas-6 ta' Ġunju 2016

li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (1) jistabbilixxi għall-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)

Għall-finijiet tal-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell fid-diviżjonijiet IIa, IIIa tal-ICES u fis-subżona IV tal-ICES, l-Anness IID tar-Regolament (UE) 2016/72 jiddefinixxi seba' żoni ta' ġestjoni li fihom japplikaw il-limiti ta' qbid.

(3)

Bis-saħħa tar-Regolament (UE) 2016/72, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/458 (2), il-qabda totali permissibbli (TAC) għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni fid-diviżjonijiet tal-ICES IIa, IIIa u fis-subżona IV tal-ICES hija ffissata għal 87 219 tunnellata, filwaqt li l-limitu ta' qbid għaċ-ċiċċirell fiż-żona ta' ġestjoni 1 huwa ffissat għal 13 000 tunnellata sabiex id-Danimarka tkun tista' twettaq eżerċizzju ta' monitoraġġ f'ħin reali biex tinkiseb indikazzjoni aħjar tad-daqs attwali tal-istokk, abbażi ta' parir tal-ICES rigward talba speċjali.

(4)

Jirriżulta mill-analiżi tar-riżultati tal-monitoraġġ f'ħin reali tad-daqs tal-istokk li l-limitu ta' qbid għaċ-ċiċċirell fiż-żona 1 missu nżamm għal limitu ta' qbid ta' 5 000 tunnellata kif oriġinarjament irrakkomandat mill-ICES għal din iż-żona.

(5)

F'dawk iċ-ċirkustanzi, it-TAC għandu jitnaqqas bi 8 000 tunnellata. Abbażi ta' impenn mid-Danimarka qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/458, dak it-tnaqqis għandu jiġi operat fir-rigward tas-subkwota tad-Danimarka fiż-żona ta' ġestjoni 3. Dak it-tnaqqis jikkostitwixxi soluzzjoni ad hoc fid-dawl tat-tnaqqis sostanzjali mhux mistenni fl-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell indikat fil-parir xjentifiku tal-ICES u fid-dawl tal-impenji speċifiċi mill-Istat Membru kkonċernat. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-indiċi ta' stabbiltà relattiva u ma għandux jistabbilixxi preċedent għal każijiet futuri.

(6)

Il-bijomassa u r-reklutaġġ tal-istokk tal-inċova fil-Golf tal-Biskalja huma fost l-ogħla fis-sensiela ta' żmien storika, u b'hekk jippermettu livell ogħla ta' TAC prekawzjonali fl-2016 skont l-istrateġija ta' ġestjoni vvalutata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) fl-2014.

(7)

Ir-Regolament (UE) 2016/72 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Billi l-modifika tal-limiti ta' qbid għandha influwenza fuq l-attivitajiet ekonomiċi u fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

(9)

Il-limiti ta' qbid previsti fir-Regolament (UE) 2016/72 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-limiti ta' qbid għandhom japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni ta' aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness 1 A għar-Regolament (UE) 2016/72

(a)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni IIa, IIIa u IV tinbidel b'din li ġejja:

“Speċi:

Ċiċċirell

Ammodytes spp.

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIa u IV (3)

Id-Danimarka

74 273  (4)

Ir-Renju Unit

1 799  (4)

Il-Ġermanja

126 (4)

L-Iżvezja

3 021  (4)

L-Unjoni

79 219

TAC

79 219

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

(b)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova f'VIII tinbidel b'din li ġejja:

“Speċi:

Inċova

Engraulis encrasicolus

Żona:

VIII

(ANE/08.)

Spanja

29 700

Franza

3 300

L-Unjoni

33 000

TAC

33 000

TAC analitika”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

H.G.J. KAMP

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/458 tat-30 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd (ĠU L 80, 31.3.2016, p. 1).

(3)  Esklużi l-ilmijiet sa sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f'Shetland, Fair Isle u Foula.

(4)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabdiet tal-barbun komuni, tal-merlangu u tal-kavalli jistgħu jingħaddu ma' mhux iżjed minn 2 % tal-kwota (OT1/*2A3A4), diment li dawn il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji ta' dawk l-ispeċijiet li jingħaddu skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'kollox ma jirrappreżentawx iżjed minn 9 % ta' din il-kwota taċ-ċiċċirell.

Kondizzjoni speċjali: fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell li ġejjin, kif huwa ddefinit fl-Anness IID:

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell

1

2

3

4

5

6

7

(SAN/234_1)

(SAN/234_2)

(SAN/234_3)

(SAN/234_4)

(SAN/234_5)

(SAN/234_6)

(SAN/234_7)

Id-Danimarka

12 263

4 717

51 428

5 659

0

206

0

Ir-Renju Unit

268

103

1 299

124

0

5

0

Il-Ġermanja

19

7

91

9

0

0

0

L-Iżvezja

450

173

2 182

208

0

8

0

L-Unjoni

13 000

5 000

55 000

6 000

0

219

0

Totali

13 000

5 000

55 000

6 000

0

219

0”;

8.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/4

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/892

tas-7 ta' Ġunju 2016

dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 497(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi evitat tfixkil fis-swieq finanzjarji internazzjonali u sabiex ma jitħalliex li l-istituzzjonijiet ikunu ppenalizzati billi jiġu soġġetti għal rekwiżiti ogħla ta' fondi proprji waqt il-proċessi ta' awtorizzazzjoni u rikonoxximent ta' kontropartijiet ċentrali eżistenti (“CCPs”), il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 497 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 stabbilixxew perjodu tranżizzjonali li matulu l-kontropartijiet ċentrali kollha li istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni jikklerjaw it-tranżazzjonijiet magħhom jistgħu jitqiesu mill-istituzzjonijiet bħala kontropartijiet ċentrali kwalifikanti.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 emenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2) fir-rigward ta' ċerti inputs għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' istituzzjonijiet għal skoperturi għal CCPs. Għaldaqstant, l-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jobbliga ċerti CCPs jirrappurtaw, għal perjodu ta' żmien limitat, l-ammont totali tal-marġni inizjali li huma jkunu rċevew mill-membri tal-ikklerjar tagħhom. Dan il-perjodu tranżizzjonali jirrifletti l-perjodu stabbilit fl-Artikolu 497 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(3)

Iż-żewġ perjodi ta' tranżizzjoni kienu previsti li jiskadu fil-15 ta' Ġunju 2014.

(4)

L-Artikolu 497(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex f'ċirkostanzi eċċezzjonali tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex il-perjodu tranżizzjonali għar-rekwiżiti ta' fondi proprji jiġi estiż b'sitt xhur. Din l-estensjoni għandha tapplika wkoll fir-rigward tal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dawk il-perjodi tranżizzjonali ġew estiżi sal-15 ta' Ġunju 2016 bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 591/2014 (3), (UE) Nru 1317/2014 (4), (UE) 2015/880 (5) u (UE) 2015/2326 (6).

(5)

Il-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-kontropartijiet ċentrali eżistenti stabbiliti fl-Unjoni jinsab għaddej iżda mhux se jitlesta sal-15 ta' Ġunju 2016. Għad fadal żewġ CCPs stabbiliti fl-Unjoni li għad iridu jiġu awtorizzati. Jekk il-perjodu tranżizzjonali ma jiġix estiż, istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni li għandhom skoperturi għal dawn iż-żewġ CCPs jaraw żidiet sinifikanti fir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal dawk l-iskoperturi. Filwaqt li dawn iż-żidiet jistgħu jkunu biss temporanji, dawn jistgħu potenzjalment iwasslu għall-irtirar ta' dawk l-istituzzjonijiet bħala parteċipanti diretti f'dawk is-CCPs jew għall-waqfien, mill-inqas temporanju, tal-provvediment ta' servizzi ta' kklerjar lill-klijenti ta' dawk l-istituzzjonijiet u b'hekk jinħoloq tfixkil fis-swieq li fihom joperaw dawk is-CCPs, u potenzjalment is-swieq tal-Unjoni inġenerali.

(6)

Fir-rigward ta' CCPs stabbiliti f'pajjiżi terzi li s'issa applikaw għar-rikonoxximent, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) diġà rrikonoxxiet 17-il CCP. Minn dawn, sitt CCPs mill-Kanada, il-Messiku, l-Afrika t'Isfel u l-Iżvizzera ġew rikonoxxuti wara l-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2326. Barra minn hekk, CCPs mill-Korea t'Isfel u l-Istati Uniti tal-Amerka jistgħu jiġu rikonoxxuti abbażi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2038 (7) u (UE) 2016/377 (8), rispettivament. Madankollu, is-CCPs ta' pajjiżi terzi li fadal għadhom qegħdin jistennew ir-rikonoxximent u l-proċess ta' rikonoxximent mhuwiex se jkun lest sal-15 ta' Ġunju 2016. Is-swieq serviti mis-CCPs li fadal jistgħu jkunu wkoll imfixkla severament fil-każ li l-perjodu tranżizzjonali għall-istituzzjonijiet li għandhom skoperturi għal dawk is-CCPs ma jiġix estiż, għall-istess raġunijiet li jeżistu fil-każ li ma jiġux estiżi l-perjodi tranżizzjonali għas-CCPs stabbiliti fl-Unjoni.

(7)

Għaldaqstant, wara li l-estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2326 tiskadi, tibqa' l-ħtieġa li jiġi evitat it-tfixkil fi swieq ġewwa u barra l-Unjoni li preċedentement wasslet għall-estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 497 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Estensjoni ulterjuri tal-perjodu tranżizzjonali għandha tippermetti lill-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni (jew lis-sussidjarji tagħhom stabbiliti lil hinn mill-Unjoni) biex jevitaw żieda sinifikanti fir-rekwiżiti ta' fondi proprji minħabba li ma jkunux tlestew il-proċessi ta' awtorizzazzjoni jew rikonoxximent għal CCPs li jipprovdu, b'mod vijabbli u aċċessibli, it-tip ta' servizzi ta' kklerjar li istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni (jew is-sussidjarji tagħhom stabbiliti barra l-Unjoni) jeħtieġu. Għalhekk jixraq li l-perjodi tranżizzjonali jittawlu b'sitt xhur oħra.

(8)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Banek Ewropej,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-perjodi ta' 15-il xahar imsemmijin paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 497 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5a tal-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, rispettivament, kif diġà estiżi skont l-Artikolu 1 tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 591/2014, (UE) Nru 1317/2014, (UE) 2015/880 u (UE) 2015/2326, jittawlu b'sitt xhur oħra sal-15 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 591/2014 tat-3 ta' Ġunju 2014 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 4.6.2014, p. 31).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1317/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 355, 12.12.2014, p. 6).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/880 tal-4 ta' Ġunju 2015 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 9.6.2015, p. 7).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2326 tal-11 ta' Diċembru 2015 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 12.12.2015, p. 108).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2038 tat-13 ta' Novembru 2015 dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tar-Repubblika tal-Korea għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 25).

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/377 tal-15 ta' Marzu 2016 dwar l-ekwivalenza tal-qafas regolatorju tal-Istati Uniti tal-Amerka għall-kontropartijiet ċentrali li huma awtorizzati u li ssirilhom superviżjoni mill-Commodity Futures Trading Commission mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2016, p. 32).

8.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/6

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/893

tas-7 ta' Ġunju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

259,4

MA

124,3

TR

66,0

ZZ

149,9

0709 93 10

TR

140,4

ZZ

140,4

0805 50 10

AR

173,4

IL

134,0

MA

160,2

TR

75,0

ZA

179,5

ZZ

144,4

0808 10 80

AR

121,1

BR

114,8

CL

126,5

CN

102,3

NZ

144,9

PE

111,0

US

152,4

UY

107,2

ZA

115,8

ZZ

121,8

0809 10 00

TR

256,6

ZZ

256,6

0809 29 00

TR

550,9

US

721,3

ZZ

636,1

(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.

DEĊIŻJONIJIET

8.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/8

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/894

tat-12 ta' Mejju 2016

li tikkostitwixxi Rakkomandazzjoni għal kontroll temporanju fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jqiegħdu l-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen f'riskju

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-UE għaddejja minn kriżi migratorja u tar-refuġjati mingħajr preċedent wara żieda qawwija ta' flussi migratorji mħallta sa mill-2015. Dan wassal għal diffikultajiet serji f'dak li għandu x'jaqsam mal-garanzija ta' kontroll effikaċi fil-fruntieri esterni f'konformità mal-acquis ta' Schengen u fl-akkoljenza u l-ipproċessar ta' migranti li jaslu. Saru evidenti wkoll nuqqasijiet strutturali usa' fil-mod kif il-fruntieri esterni tal-Unjoni qed jiġu protetti f'din il-kriżi.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika, prinċipalment minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tagħha, qed tintlaqat b'mod partikolari minn dawn l-iżviluppi u ffaċċjat żieda drammatika fl-għadd ta' migranti li qed jaslu fuq il-gżejjer tal-Eġew.

(3)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (2) u l-programm ta' evalwazzjoni annwali għall-2015 (3), twettqet żjara mhux imħabbra fil-post mill-10 sat-13 ta' Novembru 2015 biex tiġi evalwata l-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntiera esterna mir-Repubblika Ellenika fil-fruntiera fuq l-art (Orestiada, Fylakio, Kastanies, Nea Vyssa) u l-fruntiera marittima tagħha (il-Gżejjer ta' Chios u ta' Samos) mat-Turkija.

(4)

Fit-2 ta' Frar 2016, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tistabbilixxi rapport tal-evalwazzjoni tar-Repubblika Ellenika dwar l-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni (4) li jikkonkludi li hemm nuqqasijiet serji fit-twettiq ta' kontroll tal-fruntieri esterni li għandhom jiġu indirizzati u ttrattati mill-awtoritajiet Elleniċi.

(5)

Fit-12 ta' Frar 2016, il-Kunsill adotta rakkomandazzjonijiet biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet serji identifikati matul l-evalwazzjoni u identifika l-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tagħhom. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa mill-awtoritajiet Elleniċi biex jiġi żgurat li fil-fruntieri esterni kollha tagħha, isir il-kontroll tal-fruntieri esterni u jinġieb f'konformità mal-Acquis ta' Schengen biex ma jipperikolax il-funzjonament taż-żona Schengen.

(6)

Fl-24 ta' Frar 2016, il-Kummissjoni adottat rakkomandazzjonijiet dwar miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu mir-Repubblika Ellenika wara r-rapport ta' evalwazzjoni tat-2 ta' Frar 2016 sabiex tiġi żgurata konformità mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016.

(7)

Fit-12 ta' Marzu 2016, ir-Repubblika Ellenika nnotifikat il-Pjan ta' Azzjoni tagħha biex jiġu rimedjati n-nuqqasijiet identifikati fir-rapport ta' evalwazzjoni u soġġett għar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. Fit-12 ta' April 2016 il-Kummissjoni ppreżentat il-valutazzjoni tagħha tal-adegwatezza tal-Pjan ta' Azzjoni lill-Kunsill. Filwaqt li l-Kummissjoni kkonkludiet li sar progress sinifikanti mill-Greċja, huwa meħtieġ aktar titjib għall-Pjan ta' Azzjoni sabiex jiġu indirizzati b'mod adegwat u komprensiv in-nuqqasijiet identifikati fir-Rapport ta' Evalwazzjoni. Hija talbet lill-Greċja biex tipprovdi elementi u kjarifiki addizzjonali fir-rigward tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha sas-26 ta' April.

(8)

Fis-26 ta' April 2016, ir-Repubblika Ellenika pprovdiet lill-Kummissjoni bl-elementi u l-kjarifiki addizzjonali mitluba fir-rigward tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha. Fid-29 ta' April 2016, ir-Repubblika Ellenika bagħtet lill-Kummissjoni r-Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013.

(9)

Bejn l-10 u s-16 ta' April 2016, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 u mal-programm ta' evalwazzjoni annwali għall-2016, saret żjara fil-post imħabbra fir-Repubblika Ellenika (5).

(10)

L-għadd rekord ta' migranti li qed jaslu fl-Unjoni Ewropea mill-2015 u n-nuqqasijiet f'partijiet tal-fruntiera esterna tal-Unjoni identifikati matul il-valutazzjoni ta' Novembru 2015 rriżultaw f'movimenti sekondarji importanti. li kkawżaw theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna f'diversi Stati Membri.

(11)

Bħalissa ħames Stati Schengen (l-Awstrija, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Iżvezja u n-Norveġja) qed iwettqu kontrolli fil-fruntieri interni b'reazzjoni għal theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna li kienet ikkawżata minn movimenti sekondarji ta' migranti irregolari skattati minn nuqqasijiet serji ta' kontrolli fil-fruntieri esterni. Dan id-dħul mill-ġdid ta' kontrolli fil-fruntieri interni jipprovdu rispons adegwat għat-theddida identifikata għas-sigurtà interna u għall-ordni pubbliku f'konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, u dawn il-miżuri huma meħtieġa u jitqiesu bħala proporzjonati.

Fit-23 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni ħarġet Opinjoni dwar in-neċessità u l-proporzjonalità tal-kontrolli fil-fruntieri interni li ddaħħlu mill-ġdid mill-Ġermanja u l-Awstrija (6) li tikkonkludi li d-dħul mill-ġdid ta' kontrolli, kif ukoll l-estensjonijiet tagħhom, kienu konformi mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

(12)

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Lura lejn Schengen — Pjan ta' Direzzjoni” (7),il-Kummissjoni rreferiet għall-ħtieġa, jekk il-pressjonijiet migratorji u n-nuqqasijiet serji fil-kontroll fil-fruntieri esterni jkomplu jippersistu wara t-12 ta' Mejju 2016, li tippreżenta proposta skont l-Artikolu 29(2) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen lill-Kunsill li tirrakkomanda approċċ koerenti tal-Unjoni għall-kontrolli fil-fruntieri interni sakemm in-nuqqasijiet strutturali fil-kontroll tal-fruntieri esterni jittaffew jew sakemm jinstab rimedju għalihom. Il-Komunikazzjoni tistabbilixxi l-passi li jridu jittieħdu biex ikun hemm ritorn lejn funzjonament normali taż-żona Schengen sa mhux aktar tard minn tmiem l-2016.

(13)

Ir-Repubblika Ellenika għamlet progress sinifikanti fl-indirizzar ta' bosta min-nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni tagħha identifikati matul il-valutazzjoni ta' Novembru 2015. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni inizjali tad-Dikjarazzjoni tat-18 ta' Marzu 2016 bejn l-UE u t-Turkija (8), flimkien mal-operazzjonijiet li għaddejjin ta' Frontex u n-NATO, wasslu għal tnaqqis qawwi fl-għadd ta' migranti irregolari u ta' persuni li jfittxu ażil li jaqsmu mit-Turkija lejn ir-Repubblika Ellenika. Dan it-tnaqqis sostanzjali fil-flussi ta' migranti irregolari u ta' persuni li jfittxu ażil lejn ir-Repubblika Ellenika, flimkien mal-appoġġ ipprovdut minn Aġenziji tal-UE u Stati Membri oħra fil-hotspots, ippermettew lir-Repubblika Ellenika ttejjeb b'mod sinifikanti r-reġistrazzjoni ta' migranti irregolari u ta' persuni li jfittxu l-ażil li jkunu għadhom kif jaslu. Is-sostenibbiltà tat-tnaqqis sostanzjali tal-fluss migratorju jeħtieġ li tiġi kkonfermata.

(14)

Minkejja l-progress konsiderevoli li sar, mhux in-nuqqasijiet serji identifikati kollha jistgħu jiġu indirizzati b'mod adegwat u komprensiv fil-limitu ta' żmien ta' tliet xhur stipulat fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2016/399. Uħud min-nuqqasijiet serji fil-kontroll tal-fruntieri esterni għadhom qed jippersistu, u jqiegħdu f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. B'mod partikolari, in-nuqqasijiet strutturali fil-kontroll tal-fruntieri esterni relatati mas-sistema globali ta' ġestjoni tal-fruntieri, mas-sorveljanza tal-fruntieri u mal-għarfien tas-sitwazzjoni, għadhom ma ġewx irrimedjati. Barra minn hekk, għadd ta' persuni li joqogħdu b'mod irregolari fit-territorju tar-Repubblika Ellenika ma ġewx irreġistrati u dawn jistgħu jfittxu li jitilqu b'mod irregolari lejn Stati Membri oħra. Dan ir-riskju ta' movimenti sekondarji huwa partikolarment għoli għal dawk il-migranti irregolari li ma jingħatawx akkomodazzjoni f'faċilitajiet ta' akkoljenza xierqa. Fl-aħħar nett, filwaqt li l-Kunsill irrakkomanda li r-Repubblika Ellenika għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li fil-fruntieri esterni kollha tagħha, jitwettaq kontroll tal-fruntieri esterni u li dan jinġieb f'konformità mal-Acquis ta' Schengen, is-sorveljanza tal-fruntieri fil-fruntiera mal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għadha mhijiex kompletament konformi mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen. Dan iżid ir-riskju ta' movimenti sekondarji ta' migranti lejn Stati Membri oħra.

(15)

Konsegwentement, qed jippersistu wħud minn nuqqasijiet serji fil-kontrolli fil-fruntieri esterni li skattaw movimenti sekondarji ta' migranti irregolari u li wasslu biex diversi Stati Membri introduċew mill-ġdid b'mod temporanju kontrolli fil-fruntieri interni għal raġunijiet marbuta mal-ordni pubbliku jew mas-sigurtà interna, u dan ipoġġi f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. Dan ir-riskju persistenti ta' movimenti sekondarji jirrikjedi approċċ koerenti, koordinat u sostenibbli ta' kontrolli temporanji fil-fruntieri interni.

(16)

Billi l-miżuri l-oħra kollha kienu ineffettivi fit-tnaqqis tat-theddida serja identifikata, jirriżulta li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 29 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen bħala l-aħħar rikors huma ssodisfati.

(17)

Għalhekk, għandha tiġi indirizzata rakkomandazzjoni biex jitwettqu kontrolli fil-fruntieri interni skont l-Artikolu 29 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, lil dawk l-Istati Membri li attwalment qed iwettqu kontrolli fil-fruntieri interni b'reazzjoni għal theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna li kienet ikkawżata minn movimenti sekondarji ta' migranti irregolari, jiġifieri l-Ġermanja, id-Danimarka, l-Awstrija u l-Iżvezja u l-pajjiż assoċjat in-Norveġja. Dawn l-Istati Membri għandhom jingħataw permess li jkomplu jwettqu dawn il-kontrolli billi dawn il-kontrolli jindirizzaw b'mod adegwat it-theddida serja għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà interna relatata mal-movimenti sekondarji ta' migranti irregolari. Il-fruntieri interni attwalment affettwati mill-kontrolli jikkorrispondu mar-rotot migratorji u mat-theddid identifikati, b'enfasi fuq oqsma speċifiċi tal-fruntiera tal-art jew portijiet speċifiċi.

(18)

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jwettqu kontroll fil-fruntieri interni wara din ir-Rakkomandazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni kif xieraq.

(19)

Il-kontrolli skont l-Artikolu 29 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen għandhom jitwettqu biss sa fejn ikun meħtieġ, għandhom ikunu limitati fl-intensità ta' kontrolli tagħhom għall-minimu assolut neċessarju u għandhom jimpedixxu mill-inqas possibbli il-qsim tal-fruntieri interni rispettivi għall-pubbliku ġenerali. Għal dan l-għan, għandhom jitwettqu biss kontrolli mmirati. In-neċessità ta' dawn il-kontrolli, flimkien mat-taqsimiet tal-fruntieri affettwati, għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid regolarment f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati.

(20)

Il-kontroll fil-fruntiera għandu jitwettaq biss sakemm ikun meħtieġ biex jindirizza t-theddida għall-ordni pubbliku u s-sigurtà interna. Bosta inizjattivi leġiżlattivi u azzjonijiet meħuda mill-Unjoni biex issaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tagħha (il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, ir-ritorn għal applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-ażil tal-UE mir-Repubblika Ellenika, it-tħaffif tal-implimentazzjoni tal-iskema ta' rilokazzjoni ta' emerġenza, id-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija) għandhom ukoll ikunu fis-seħħ u operattivi għal kollox mingħajr dewmien biex b'hekk jikkontribwixxu għal aktar tnaqqis sostanzjali fil-movimenti sekondarji ta' migranti irregolari.

(21)

Il-Kunsill jieħu nota li l-Kummissjoni ser tissorvelja l-applikazzjoni ta' din ir-rakkomandazzjoni u, fejn ikun meħtieġ u proporzjonat, tipproponi adattamenti biex jirriflettu bidliet fiċ-ċirkostanzi speċifiċi li wasslu għall-adozzjoni ta' din ir-rakkomandazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

(22)

Il-Kummissjoni ħabbret ukoll li ser tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill wara erba' xhur mid-data tal-adozzjoni ta' din ir-rakkomandazzjoni dwar l-applikazzjoni tagħha, jew qabel jekk possibbli, u f'dik l-okkażjoni tista' tipproponi emendi għal din ir-rakkomandazzjoni fid-dawl tal-esperjenza miksuba u ċ-ċirkostanzi,

B'DAN JIRRAKKOMANDA:

1.

L-Awstrija, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Iżvezja u n-Norveġja jibqgħu jwettqu kontrolli proporzjonati u temporanji fil-fruntieri għal perjodu massimu ta' sitt xhur, li jibda mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, fil-fruntieri interni li ġejjin

l-Awstrija fil-fruntiera fuq l-art bejn l-Awstrija u l-Ungerija u fil-fruntiera fuq l-art bejn l-Awstrija u s-Slovenja;

il-Ġermanja fil-fruntiera fuq l-art bejn il-Ġermanja u l-Awstrija;

id-Danimarka fil-portijiet Daniżi b'konnessjonijiet bil-lanċa lejn il-Ġermanja u fil-fruntiera fuq l-art bejn id-Danimarka u l-Ġermanja;

l-Iżvezja fil-portijiet Żvediżi fir-Reġjun tal-Pulizija tan-Nofsinhar u tal-Punent u fuq il-pont Öresund;

in-Norveġja fil-portijiet Norveġiżi b'konnessjonijiet bil-lanċa lejn id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvezja.

Qabel jiddaħħlu dawn il-kontrolli, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel skambju ta' fehmiet mal-Istat(i) Membru/i ġirien rilevanti bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-kontrolli tal-fruntieri interni jsiru biss f'dawk il-partijiet tal-fruntiera interna fejn huwa meqjus neċessarju u proporzjonat, skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

2.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni kif xieraq.

3.

Il-kontrolli fil-fruntiera għandhom ikunu immirati u limitati fl-ambitu, fil-frekwenza, fil-post u fil-ħin, għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-indirizzar tat-theddid serju u s-salvagwardja tal-ordni pubbliku u s-sigurtà interna. L-Istat Membru li jwettaq kontrolli fil-fruntieri interni skont din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandu jirrevedi regolarment il-ħtieġa, il-frekwenza, il-post u l-ħin tal-kontrolli, jaġġusta l-kontrolli għal-livell tat-theddida indirizzata, filwaqt li jneħħihom b'mod progressiv kull fejn xieraq, u jirrapporta lill-Kummissjoni kull xahrejn.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI

(1)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 8377 tal-14 ta' Novembru 2014 li tistabbilixxi l-programm ta' evalwazzjoni annwali għal żjarat fil-post mhux imħabbra għall-2015 skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen.

(4)  C(2016) 450 tat-2 ta' Frar 2016.

(5)  C(2015) 8537 tad-9 ta' Diċembru 2015.

(6)  C(2015) 7100 tat-23 ta' Ottubru 2015.

(7)  C(2016) 120 final.

(8)  SN 38/16 tat-18.3.2016.

Rettifika

8.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/12

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/780 tad-19 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU L 131 tal-20 ta' Mejju 2016 )

fl-Anness V:

(1)

f'paġna 56, taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)” għall-entrati 15 sa 32,

minflok:

“15.

CHOE Kyong-song

Ġeneral Kurunell fl-Armata tar-RDPK. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

16.

CHOE Yong-ho

Ġeneral Kurunell fl-Armata tar-RDPK. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-Forzi tal-Ajru. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

17.

HONG Sung Mu

(magħruf bħala HUNG Sung Mu)

Data tat-Twelid: 1.1.1942

Il-Viċi Direttur tal-Machine-Building Industry Department (MBID). Inkarigat mill-iżvilupp ta' programmi dwar armi konvenzjonali u missili, inklużi l-missili ballistiċi. Wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għall-programmi għall-iżvilupp industrijali tal-armi nukleari. Responsabbli mill-programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

18.

JO Chun Ryong

(magħruf bħala CHO Chun Ryo'ng, JO Chun Ryong, JO Cho Ryong)

Data tat-Twelid: 4.4.1960

President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (SEC) sa mill-2014 u responsabbli mill-ġestjoni tal-fabbriki ta' munizzjon u siti ta' produzzjoni tar-RDPK. Is-SEC ġiet indikata taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment tagħha f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK, ir-responsabbiltà tagħha għas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tar-RDPK u għall-ġestjoni tal-attivitajiet tal-KOMID — l-entità ewlenija tar-RDPK dwar il-kummerċ tal-armi. Membru tal-Kumitat Nazzjonali tad-Difiża. Ipparteċipa f'diversi programmi li għandhom x'jaqsmu ma' missili ballistiċi. Wieħed mill-prinċipali ewlenin fl-industrija tal-armi tar-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

19.

JO Kyongchol

Ġeneral fl-Armata tar-RDPK. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand Militari tas-Sigurtà. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

20.

KIM Chun sam

Ġeneral Logutenent, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Militari tal-Armata tar-RDPK u l-ewwel viċi kap tal-Kwartieri Militari. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

21.

KIM Chun sop

Membru tal-Kummissjoni għad-Difiża Nazzjonali li huwa l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

22.

KIM Jong gak

Data tat-Twelid: 20.7.1941

Post tat-Twelid: Pyongyang

Viċi Marixall, membru tal-armata tar-RDPK, eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

23.

KIM Rak Kyom

(magħruf bħala KIM Rak gyom)

Ġeneral b'erba' stilel, Kmandant tal-Istrategic Forces (magħrufa wkoll bħala Strategic Rocket Forces) li jidher li issa jikkmanda erba' unitajiet strateġiċi u tekniċi tal-missili, inkluża l-brigata KN08 (ICBM). L-Istati Uniti indikat l-Istrategic Forces minħabba li wettqu attivitajiet li kkontribwixxew b'mod materjali għall-proliferazzjoni ta' armi tal-qerda tal-massa jew il-mezz ta' forniment tagħhom. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Rapporti fil-mezzi tax-xandir identifikaw lil KIM bħala li attenda t-test tal-magni tal-ICBM li sar f'April 2016 ma' KIM Jung Un. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

24.

KIM Won hong

Data tat-Twelid: 7.1.1945

Post tat-Twelid: Pyongyang

Numru tal-passaport: 745310010

Ġeneral, Direttur tad-Dipartiment għas-Sigurtà tal-Istat. Ministru tas-Sigurtà tal-Istat. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kummissjoni għad-Difiża Nazzjonali li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet dwar id-difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

25.

PAK Jong chon

Ġeneral Kurunell fl-armata tar-RDPK, Kap tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean, Viċi Kap tal-Persunal u Direttur tad-Dipartiment tal-Forzi tal-Attakk. Kap tal-Kwartieri Militari u Direttur tad-Dipartiment tal-Kmand tal-Artillerija. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

26.

RI Jong su

Viċi Ammirall. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Kap Kmandant tal-Forzi Navali Koreani li huma involuti fl-iżvilupp ta' programmi ta' Missili Ballistiċi u fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

27.

SON Chol ju

Ġeneral Kurunell tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean u direttur Politiku tal-Forzi tal-Ajru u ta' Kontra l-Ajru, li tissorvelja l-iżvilupp ta' missili modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

28.

YUN Jong rin

Ġeneral, eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kumissjoni għad-Difiża Nazzjonali li huma l-korpi ewlenin għad-difiża nazzjonali. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

29.

PAK Yong sik

Ġeneral b'erba' stilel, membru tad-Dipartiment għas-Sigurtà tal-Istat, Ministru tad-difiża. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kummissjoni għad-Difiża Nazzjonali li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet dwar id-difiża nazzjonali fir-RDPK. Kien preżenti għall-ittestjar tal-missili ballistiċi f'Marzu 2016. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

30.

HONG Yong Chil

Il-Viċi Direttur tal-Machine-Building Industry Department (MBID). Id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet — elenkat mill-KSNU fit-2 ta' Marzu 2016 — huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Il-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż it-Taepo Dong 2, il-produzzjoni tal-armi u programmi ta' riċerka u żvilupp (R&Ż). It-Tieni Kumitat Ekonomiku u s-Second Academy of Natural Sciences — ukoll indikati f'Awwissu 2010 — huma subordinati għall-MID. Fis-snin riċenti l-MID ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM. HONG akkumpanja lil KIM Jong Un f'għadd ta' attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-programmi tal-armi nukleari u tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hu mifhum li kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK tas-6 ta' Jannar 2016. Viċi Direttur tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

31.

RI Hak Chol

(magħruf bħala RI Hak Chul, RI Hak Cheol)

Data tat-Twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966

Numru tal-passaport: 381320634, PS 563410163

President tal-Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, il-Green Pine ħadet f'idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet elenkata mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni ta' armi tar-RPDK u wkoll l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir marbuta mal-missili ballistiċi u l-armi konvenzjonali. Il-Green Pine hija responsabbli wkoll għal kważi nofs l-armi u l-materjal esportati mir-RDPK. Il-Green Pine ġiet identifikata minħabba l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Il-Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedos u assistenza teknika lill-impriżi Iranjani relatati mad-difiża. Il-Green Pine ġiet elenkata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

32.

YUN Chang Hyok

Data tat-Twelid: 9.8.1965

Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, in-National Aerospace Development Administration (NADA). In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK ta' xjenza u teknoloġija tal-ispazju, inkluż it-tlugħ ta' satelliti u rokits li jġorru missili. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat it-tlugħ tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016 minħabba l-użu ta' teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), u 2094 (2013). Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.”

aqra:

“15.

CHOE Kyong-song

Ġeneral Kurunell fl-Armata tar-RDPK. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

16.

CHOE Yong-ho

Ġeneral Kurunell fl-Armata tar-RDPK. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-Forzi tal-Ajru. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

17.

HONG Sung-Mu

(magħruf bħala HUNG Sung Mu)

Data tat-Twelid: 1.1.1942

Il-Viċi Direttur tal-Machine-Building Industry Department (MBID). Inkarigat mill-iżvilupp ta' programmi dwar armi konvenzjonali u missili, inklużi l-missili ballistiċi. Wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għall-programmi għall-iżvilupp industrijali tal-armi nukleari. Responsabbli mill-programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

18.

JO Chun Ryong

(magħruf bħala CHO Chun Ryo'ng, JO Chun-Ryong, JO Cho Ryong)

Data tat-Twelid: 4.4.1960

President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (SEC) sa mill-2014 u responsabbli mill-ġestjoni tal-fabbriki ta' munizzjon u siti ta' produzzjoni tar-RDPK. Is-SEC ġiet indikata taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment tagħha f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK, ir-responsabbiltà tagħha għas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tar-RDPK u għall-ġestjoni tal-attivitajiet tal-KOMID — l-entità ewlenija tar-RDPK dwar il-kummerċ tal-armi. Membru tal-Kumitat Nazzjonali tad-Difiża. Ipparteċipa f'diversi programmi li għandhom x'jaqsmu ma' missili ballistiċi. Wieħed mill-prinċipali ewlenin fl-industrija tal-armi tar-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

19.

JO Kyongchol

Ġeneral fl-Armata tar-RDPK. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand Militari tas-Sigurtà. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

20.

KIM Chun-sam

Ġeneral Logutenent, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Militari tal-Armata tar-RDPK u l-ewwel viċi kap tal-Kwartieri Militari. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

21.

KIM Chun-sop

Membru tal-Kummissjoni għad-Difiża Nazzjonali li huwa l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

22.

KIM Jong-gak

Data tat-Twelid: 20.7.1941

Post tat-Twelid: Pyongyang

Viċi Marixall, membru tal-armata tar-RDPK, eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

23.

KIM Rak Kyom

(magħruf bħala KIM Rak-gyom)

Ġeneral b'erba' stilel, Kmandant tal-Istrategic Forces (magħrufa wkoll bħala Strategic Rocket Forces) li jidher li issa jikkmanda erba' unitajiet strateġiċi u tekniċi tal-missili, inkluża l-brigata KN08 (ICBM). L-Istati Uniti indikat l-Istrategic Forces minħabba li wettqu attivitajiet li kkontribwixxew b'mod materjali għall-proliferazzjoni ta' armi tal-qerda tal-massa jew il-mezz ta' forniment tagħhom. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Rapporti fil-mezzi tax-xandir identifikaw lil KIM bħala li attenda t-test tal-magni tal-ICBM li sar f'April 2016 ma' KIM Jung Un. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

24.

KIM Won-hong

Data tat-Twelid: 7.1.1945

Post tat-Twelid: Pyongyang

Numru tal-passaport: 745310010

Ġeneral, Direttur tad-Dipartiment għas-Sigurtà tal-Istat. Ministru tas-Sigurtà tal-Istat. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kummissjoni għad-Difiża Nazzjonali li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet dwar id-difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

25.

PAK Jong-chon

Ġeneral Kurunell fl-armata tar-RDPK, Kap tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean, Viċi Kap tal-Persunal u Direttur tad-Dipartiment tal-Forzi tal-Attakk. Kap tal-Kwartieri Militari u Direttur tad-Dipartiment tal-Kmand tal-Artillerija. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

26.

RI Jong-su

Viċi Ammirall. Eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Kap Kmandant tal-Forzi Navali Koreani li huma involuti fl-iżvilupp ta' programmi ta' Missili Ballistiċi u fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

27.

SON Chol-ju

Ġeneral Kurunell tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean u direttur Politiku tal-Forzi tal-Ajru u ta' Kontra l-Ajru, li tissorvelja l-iżvilupp ta' missili modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

28.

YUN Jong-rin

Ġeneral, eks-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kumissjoni għad-Difiża Nazzjonali li huma l-korpi ewlenin għad-difiża nazzjonali. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

29.

PAK Yong-sik

Ġeneral b'erba' stilel, membru tad-Dipartiment għas-Sigurtà tal-Istat, Ministru tad-difiża. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kummissjoni għad-Difiża Nazzjonali li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet dwar id-difiża nazzjonali fir-RDPK. Kien preżenti għall-ittestjar tal-missili ballistiċi f'Marzu 2016. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

30.

HONG Yong Chil

Il-Viċi Direttur tal-Machine-Building Industry Department (MBID). Id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet — elenkat mill-KSNU fit-2 ta' Marzu 2016 — huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Id-DIM huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluża t-Taepo Dong-2, il-produzzjoni ta' armi u ta' programmi ta' Riċerka u Żvilupp. It-Tieni Kumitat Ekonomiku u s-Second Academy of Natural Sciences — ukoll indikati f'Awwissu 2010 — huma subordinati għall-MID. Fis-snin riċenti l-MID ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM. HONG akkumpanja lil KIM Jong Un f'għadd ta' attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-programmi tal-armi nukleari u tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hu mifhum li kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK tas-6 ta' Jannar 2016. Viċi Direttur tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

31.

RI Hak Chol

(magħruf bħala RI Hak Chul, RI Hak Cheol)

Data tat-Twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966

Numru tal-passaport: 381320634, PS 563410163

President tal-Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, il-Green Pine ħadet f'idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet elenkata mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni ta' armi tar-RPDK u wkoll l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir marbuta mal-missili ballistiċi u l-armi konvenzjonali. Il-Green Pine hija responsabbli wkoll għal kważi nofs l-armi u l-materjal esportati mir-RDPK. Il-Green Pine ġiet identifikata minħabba l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Il-Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedos u assistenza teknika lill-impriżi Iranjani relatati mad-difiża. Il-Green Pine ġiet elenkata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

32.

YUN Chang Hyok

Data tat-Twelid: 9.8.1965

Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, in-National Aerospace Development Administration (NADA). In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK ta' xjenza u teknoloġija tal-ispazju, inkluż it-tlugħ ta' satelliti u rokits li jġorru missili. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat it-tlugħ tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016 minħabba l-użu ta' teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), u 2094 (2013). Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.”

(2)

f'paġna 59, taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 6(2)(a)”,

minflok:

“17.

Il-Forzi tal-Missili Strateġiċi

Fi ħdan il-forzi armati nazzjonali tar-RDPK, din l-entità hija involuta fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni operattiva ta' programmi li għandhom x'jaqsmu ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.”

aqra:

“17.

Il-Forzi tal-Missili Strateġiċi

Fi ħdan il-forzi armati nazzjonali tar-RDPK, din l-entità hija involuta fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni operattiva ta' programmi li għandhom x'jaqsmu ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.”

(3)

f'paġna 59, taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)”,

minflok:

“3.

CHU Kyu Chang

(magħruf bħala JU Kyu Chang)

Data tat-Twelid: 25.11.1928

Post tat-Twelid: Il-Provinċja ta' Hamgyo'ng ta' Nofsinhar

Membru tal-Kummissjoni għad-Difiża Nazzjonali li huwa l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Eks-direttur tad-dipartiment tal-munizzjon tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

9.

PAEK Se bong

Sena tat-twelid: 1946

Eks-President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli mill-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kumitat Nazzjonali tad-Difiża.”

Aqra:

“3

CHU Kyu-Chang

(magħruf bħala JU Kyu-Chang)

Data tat-Twelid: 25.11.1928

Post tat-Twelid: Il-Provinċja ta' Hamgyo'ng ta' Nofsinhar

Membru tal-Kummissjoni għad-Difiża Nazzjonali li huwa l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Eks-direttur tad-dipartiment tal-munizzjon tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda tal-massa.

9.

PAEK Se-bong