|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/888
tas-6 ta' Ġunju 2016
li jemenda r-Regolament (UE) 2015/323 dwar ir-Reoglament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp rigward il-pagament tal-ħlasijiet parzjali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) (“il-Ftehim Intern”), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (2),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta' Ġunju 2014, il-Bank Ċentrali Ewropew adotta Deċiżjoni (3) li tipprovdi rata negattiva ta' mgħax, li tinvolvi obbligu ta' ħlas għad-detentur tad-depożitu lill-bank ċentrali nazzjonali rilevanti (BĊN) inkluż id-dritt ta' dak il-BĊN li jiddebita l-kont ta' depożitu rilevanti tal-gvern skont dan. BĊE oħrajn fejn il-fondi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għandhom jinżammu f'konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 (4) adottaw deċiżjonijiet simili. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2015/323, il-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ għandhom jiġu kkreditati minn kull Stat Membru f'kont speċjali bl-isem “Kummissjoni Ewropea — Fond Ewropew għall-Iżvilupp” miftuħ mal-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-istituzzjoni finanzjarja rilevanti maħtura minnu. |
|
(3) |
Dawk il-kontijiet speċjali miftuħin mill-Istati Membri f'isem il-Kummissjoni, sabiex fihom jiġu ddepożitati l-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ għandhom jinżammu ħielsa minn kwalunkwe imposta jew imgħax sakemm ikun hemm il-ħtieġa li jintużaw għal pagamenti, biex b'hekk jiġu evitati telf għall-baġit tal-FEŻ. L-applikazzjoni ta' imposti jew imgħax negattiv tnaqqas il-baġit tal-FEŻ u twassal għat-trattament inugwali tal-Istati Membri. Għalhekk, fejn jiġi applikat imgħax negattiv fil-kontijiet tal-FEŻ, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkreditaw ammont li jkun daqs l-ammont ta' dak l-imgħax negattiv. Peress illi wħud mill-Istati Membri ma għandhomx il-possibbiltà li jevitaw l-impatt finanzjarju tal-obbligu li jikkreditaw dawn l-ammonti ta' mgħax negattiv fil-kontijiet tal-FEŻ, huwa xieraq li l-Kummissjoni, meta tkopri l-ħtiġijiet tagħha ta' pagament, timmira li tnaqqas dak l-impatt billi tiġbed bi prijorità mill-ammonti kkreditati fil-kontijiet ikkonċernati. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2015/323 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2015/323 jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 22
Pagament tal-ħlasijiet parzjali
1. Talbiet għall-kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stabbiliti għal Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti, f'ordni kronoloġiku.
2. Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għandhom ikunu espressi f'euro u għandhom ikunu mħallsa f'euro.
3. Il-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 21(7) għandha tiġi kkreditata minn kull Stat Membru f'kont speċjali bl-isem “Kummissjoni Ewropea — Fond Ewropew għall-Iżvilupp” miftuħ mal-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-istituzzjoni finanzjarja rilevanti maħtura minnu. L-ammont ta' dawn il-kontribuzzjonijiet għandu jibqa' f'dawk il-kontijiet speċjali sakemm ikun jeħtieġ li jsiru l-pagamenti.
4. Il-kont imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jinżamm mingħajr ebda imposta u mgħax.
5. Meta jiġi applikat imgħax negattiv għall-kont imsemmi fil-paragrafu 3, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mhux aktar tard mid-data tal-pagament ta' kull ħlas parzjali msemmi fl-Artikolu 21 jikkredita l-kont, b'ammont li jikkorrispondi għall-ammont ta' tali mgħax negattiv applikat sal-ewwel jum tax-xahar li jippreċedi l-pagament tal-ħlas parzjali.
6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tagħmel kwalunkwe ġbid ta' flus mill-kontijiet speċjali b'tali mod li żżomm distribuzzjoni tal-assi f'dawk il-kontijiet li tikkorrispondi għall-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern.
7. Meta tkun qed tkopri l-ħtiġijiet f'riżorsi ta' flus kontanti tal-FEŻ b'konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha timmira sabiex tnaqqas l-impatt tal-obbligu tal-Istati Membri li jikkreditaw l-ammonti ta' mgħax negattiv skont il-paragrafu 5 billi tiġbed bi prijorità fuq l-ammonti ikkreditati fil-kontijiet ikkonċernati.
8. Il-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 21(7) għandha tiġi kkreditata minn kull Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 53(1).”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
H.G.J. KAMP
(3) Deċiżjoni BĊE/2014/23 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2014 dwar ir-remunerazzjoni ta' depożiti, bilanċi u holdings ta' eċċess ta' riżervi (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 115).
(4) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17).
|
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/889
tas-6 ta' Ġunju 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
259,4 |
|
MA |
125,8 |
|
|
TR |
66,0 |
|
|
ZZ |
150,4 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
130,1 |
|
ZZ |
130,1 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
186,6 |
|
MA |
160,2 |
|
|
TR |
75,0 |
|
|
ZA |
189,0 |
|
|
ZZ |
152,7 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
121,1 |
|
BR |
114,8 |
|
|
CL |
131,0 |
|
|
CN |
102,3 |
|
|
NZ |
153,4 |
|
|
PE |
111,0 |
|
|
US |
168,9 |
|
|
UY |
107,2 |
|
|
ZA |
125,8 |
|
|
ZZ |
126,2 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
257,1 |
|
ZZ |
257,1 |
|
|
0809 29 00 |
TR |
564,8 |
|
US |
721,3 |
|
|
ZZ |
643,1 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/890
tas-6 ta' Ġunju 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropeafil-Mali (EUCAP Sahel Mali)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' April 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/219/PESK (1) dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali). |
|
(2) |
Fit-18 ta' Jannar 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/50 (2) li tipprevedi ammont ta' referenza lil EUCAP Sahel Mali sal-14 ta' Jannar 2017. |
|
(3) |
Il-EUCAP Sahel Mali għandha tieħu miżuri ta' sigurtà msaħħa u n-numru tal-persunal għandu jiġi adattat. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2014/219/PESK għandha tiġi emendata sabiex l-ammont ta' referenza għal EUCAP Sahel Mali jiġi adattat. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' April 2014 sal-14 ta' Jannar 2015 għandu jkun ta' EUR 5 500 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' Jannar 2015 sal-14 ta' Jannar 2016 għandu jkun ta' EUR 11 400 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' Jannar 2016 sal-14 ta' Jannar 2017 għandu jkun ta' EUR 19 775 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
H.G.J. KAMP
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/50 tat-18 ta' Jannar 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 12, 19.1.2016, p. 48).