ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 144

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
1 ta' Ġunju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/859 tal-4 ta' Marzu 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha,min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar- Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/860 tal-4 ta' Frar 2016 li jispeċifika aktar iċ-ċirkostanzi meta esklużjoni mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' tniżżil fil-valur jew ta' konverżjoni hija meħtieġa skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment

11

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/861 tat-18 ta' Frar 2016 li jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq u li jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni ( 1 )

21

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/862 tal-31 ta' Mejju 2016 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' indikazzjoni tas-saħħa dwar ikel, għajr dak li jirreferi għal tnaqqis ta' riskju ta' mard u għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal ( 1 )

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/863 tal-31 ta' Mejju 2016 li jemenda l-Annessi VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-korrużjoni jew tal-irritazzjoni tal-ġilda, tal-ħsara serja lill-għajnejn jew tal-irritazzjoni tal-għajnejn u tat-tossiċità akuta ( 1 )

27

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/864 tal-31 ta' Mejju 2016 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva triasulfuron, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

32

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/865 tal-31 ta' Mejju 2016 li jniedi investigazzjoni dwar l-evażjoni possibbli tal-miżuri kontra d-dumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/2384 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, permezz ta' importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju kemm kemm immodifikati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

35

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/866 tat-31 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

42

 

*

Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2016 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13)

44

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2016/868 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/6 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2016/14)

99

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

1.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/859

tal-4 ta' Marzu 2016

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha,min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-17 ta' Ġunju 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006.

(2)

Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013.

(3)

Skont it-termini tal-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja għall-Ftehim għandha tiġi miftiehma permezz ta' Protokoll għall-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill, li jaġixxi f'isem l-Unjoni u unanimament f'isem l-Istati Membri, u r-Repubblika Libaniża.

(4)

Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati mar-Repubblika Libaniża. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess meta ġie inizjalat Protokoll mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

(5)

L-Artikolu 7 tal-Protokoll jipprevedi l-applikazzjoni proviżorja tiegħu qabel ma jidħol fis-seħħ.

(6)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat, soġġett għall-konkluzjoni tiegħu f'data aktar 'il quddiem, u għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha tal-Protokoll għal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja, skont l-Artikolu 7 tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

S.A.M. DIJKSMA


(1)   ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2.


1.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/3


PROTOKOLL

għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar- Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, u

L-UNJONI EWROPEA, minn issa 'l quddiem imsejħa “l-Unjoni Ewropea”,

minn-naħa l-waħda, u

IR-REPUBBLIKA LIBANIŻA minn hawn 'il quddiem “il-Libanu”

min-naħa l-oħra,

minn issa 'l quddiem imsejħa flimkien “il-Partijiet Kontraenti” għall-finijiet ta' dan il-Protokoll

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-17 ta' Ġunju 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006.

(2)

It-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2013.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tagħha għall-Ftehim għandha tiġi miftiehma bil-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim.

(4)

Il-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 22(2) tal-Ftehim saru biex ikun żgurat li jkunu ġew ikkunsidrati l-interessi reċiproċi tal-Unjoni Ewropea u tal-Libanu,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Kroazja b'dan taċċedi bħala Parti għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, u għandha tadotta u tieħu nota rispettivament, bl-istess mod tal-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti u d-Dikjarazzjonijiet.

KAPITOLU I

EMENDI LIT-TEST TAL-FTEHIM, INKLUŻ L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU

Artikolu 2

Regoli tal-oriġini

Il-Protokoll 4 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 18(4) tiżdied il-frażi li ġejja: “Izdano naknadno”.

2.

L-Anness V huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   ANNESS V

TEST TAD-DIKJARAZZJONI FUQ FATTURA

Id-dikjarazzjoni tal-fattura, li t-test tagħha jidher hawn taħt, għandha ssir skont in-noti ta' qiegħ il-paġna. Madankollu, mhuwiex neċessarju li n-noti ta' qiegħ il-paġna jiġu riprodotti.

Verżjoni bil-Bulgaru

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1) декларира, че освен където е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

Verżjoni bl-Ispanjol

El exportador de los productos incluidos en el presente documento [autorización aduanera no … (1)] declara que, salvo indicación expresa en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2).

Verżjoni biċ-Ċek

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (2).

Verżjoni bid-Daniż

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2).

Verżjoni bil-Ġermaniż

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anders angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind.

Verżjoni bl-Estonjan

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti luba nr … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul, kui on selgelt näidatud teisiti.

Verżjoni bil-Grieg

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο [άδεια τελωνείου υπ' αριθ. … (1)] δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2).

Verżjoni bl-Ingliż

The exporter of the products covered by this document (customs authorisation No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin.

Verżjoni bil-Franċiż

L'exportateur des produits couverts par le présent document [autorisation douanière no … (1)] déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle … (2).

Verżjoni bil-Kroat

Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. … (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi … (2) preferencijalnog podrijetla.

Verżjoni bit-Taljan

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento [autorizzazione doganale n. … (1)] dichiarache, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

Verżjoni bil-Latvjan

To produktu eksportētājs, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas atļauja Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir preferenciāla izcelsme … (2).

Verżjoni bil-Litwan

Šiame dokumente išvardintų produktų eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr. … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinės kilmės produktai.

Verżjoni bl-Ungeriż

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy egyértelmű eltérő jelzés hiányában az áruk preferenciális … (2) származásúak.

Verżjoni bil-Malti

L-esportatur tal-prodotti koperti b'dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana Nru. … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b'mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta' oriġini preferenzjali … (2).

Verżjoni bl-Olandiż

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (2).

Verżjoni bil-Pollakk

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają … (2) preferencyjne pochodzenie.

Verżjoni bil-Portugiż

O exportador dos produtos abrangidospelo presente documento [autorização aduaneira n.o … (1)], declara que, salvo declaração expressa em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2).

Verżjoni bir-Rumen

Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document [autorizația vamală nr. … (1)] declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (2).

Verżjoni bis-Sloven

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št. … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo.

Verżjoni bis-Slovakk

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente [číslo povolenia … (1)] vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2).

Verżjoni bil-Finlandiż

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa N:o … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … (2) alkuperätuotteita.

Verżjoni bl-Iżvediż

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2).

Verżjoni bl-Għarbi

Image 1

… (3)

(Post u data)

… (4)

(Firma tal-esportatur; barra minn hekk, l-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni jrid jiġi indikat b'kitba ċara)

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

Artikolu 3

Merkanzija fi tranżitu

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jistgħu jiġu applikati lill-merkanzija esportata jew mil-Libanu lejn il-Kroazja jew mill-Kroazja lejn il-Libanu li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4 tal-Ftehim u li fid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja tkun jew en route jew maħżuna temporanjament f'maħżen doganali jew f'żona ħielsa fil-Libanu jew fil-Kroazja.

F'każijiet bħal dawn jista' jingħata trattament preferenzjali, soġġett għas-sottomissjoni lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur, fi żmien erba' xhur mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, ta' prova tal-oriġini maħruġa retrospettivament mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż esportatur.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U ĠENERALI

Artikolu 4

Il-Libanujimpenja ruħu li ma jressaq l-ebda pretensjoni, talba jew referenza u lanqas jibdel jew jirtira xi konċessjoni skont l-Artikoli XXIV.6 u XXVIII tal-GATT 1994, f'dak li jikkonċerna dan it-tkabbir tal-Unjoni.

Artikolu 5

Fi żmien debitu wara l-inizjalar ta' dan il-Protokoll, l-Unjoni tikkomunika lill-Istati Membri tagħha u lil-Libanu, il-verżjoni tal-Ftehim bil-lingwa Kroata. Soġġett għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, il-verżjoni bil-lingwa msemmija fl-ewwel sentenza ta' dan l-Artikolu ssir awtentika bl-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Għarbija, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża tal-Ftehim.

Artikolu 6

Dan il-Protokoll jifforma parti integrali tal-Ftehim.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll ikun approvat mill-Unjoni, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mil-Libanu, skont il-proċeduri tagħhom stess. Il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri neċessarji għal dak l-għan. L-istrumenti ta' approvazzjoni jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-Partijiet kollha jkunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan.

Sakemm tasal id-data tad-dħul fis-seħħ, il-Protokoll japplika proviżorjament b'effett mill-1 ta' Lulju 2013.

Artikolu 8

Dan il-Protokoll sar f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Għarbija, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku indaqs.

B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, debitament awtorizzati għal dan l-effett, iffirmaw dan il-Protokoll.

Съставено в Брюксел на двадесет и осми април през две хиляди и шестнадесета година.

Hecho en Bruselas, el veintiocho de abril de dos mil dieciséis.

V Bruselu dne dvacátého osmého dubna dva tisíce šestnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den otteogtyvende april to tusind og seksten.

Geschehen zu Brüssel am achtundzwanzigsten April zweitausendsechzehn.

Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta aprillikuu kahekümne kaheksandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι οκτώ Απριλίου δύο χιλιάδες δεκαέξι.

Done at Brussels on the twenty eighth day of April in the year two thousand and sixteen.

Fait à Bruxelles, le vingt huit avril deux mille seize.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset osmog travnja godine dvije tisuće šesnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì ventotto aprile duemilasedici.

Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada divdesmit astotajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų balandžio dvidešimt aštuntą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év április havának huszonnyolcadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tmienja u għoxrin jum ta’ April fis-sena elfejn u sittax.

Gedaan te Brussel, achtentwintig april tweeduizend zestien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego ósmego kwietnia roku dwa tysiące szesnastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e oito de abril de dois mil e dezasseis.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și opt aprilie două mii șaisprezece.

V Bruseli dvadsiateho ôsmeho apríla dvetisícšestnásť.

V Bruslju, dne osemindvajsetega aprila leta dva tisoč šestnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäkahdeksantena päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.

Som skedde i Bryssel den tjugoåttonde april år tjugohundrasexton.

Image 2

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Za države članice

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā –

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu Państw Członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

För medlemsstaterna

Image 3

Image 4

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 5

Image 6

За Ливанската република

Por la República Libanesa

Za Libanonskou republiku

For Den Libanesiske Republik

Für die Libanesische Republik

Liibanoni Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Λιβάνου

For the Lebanese Republic

Pour la République libanaise

Za Libanonsku Republiku

Per la Repubblica libanese

Libānas Republikas vārdā –

Libano Respublikos vardu

A Libanoni Köztársaság részéről

Għar-Repubblika Libaniża

Voor de Republiek Libanon

W imieniu Republiki Libańskiej

Pela República Libanesa

Pentru Republica Libaneză

Za Libanonskú republiku

Za Libanonsko republiko

Libanonin tasavallan puolesta

För Republiken Libanon

Image 7

Image 8


(1)  Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura ssir minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jridu jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt.

(2)  L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura hija relatata parzjalment jew kollha kemm hi, ma' prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla skont it-tifsira tal-Artikolu 38 tal-Protokoll, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni, permezz tas-simbolu “CM”.

(3)  awn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tinsab fid-dokument innifsu.

(4)  Ara l-Artikolu 22(5) tal-Protokoll. F'każijiet fejn l-esportatur ma għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni tal-firma timplika wkoll l-eżenzjoni tal-isem tal-firmatarju.”


REGOLAMENTI

1.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/11


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/860

tal-4 ta' Frar 2016

li jispeċifika aktar iċ-ċirkostanzi meta esklużjoni mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' tniżżil fil-valur jew ta' konverżjoni hija meħtieġa skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u, b'mod partikulari, l-Artikolu 44 (11) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-kuntest ta' riżoluzzjoni, huwa essenzjali li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom gwida suffiċjenti biex jiżguraw li l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tiġi applikata b'mod adegwat u konsistenti madwar l-Unjoni. Il-prinċipju li l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tkun tista' tiġi applikata għall-obbligazzjonijiet kollha ħlief jekk dawn huma espliċitament esklużi skont l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE huwa predominanti. Għal din ir-raġuni, l-ebda obbligazzjoni ma għandha tiġi preżunta li hija dejjem eskluża mir-rikapitalizzazzjoni interna sakemm ma taqax fil-lista ta' obbligazzjonijiet espliċitament esklużi skont dik id-dispożizzjoni. Fil-fatt, saħansitra fl-istadju tal-ippjanar ta' riżoluzzjoni u valutazzjoni ta' riżolvibbiltà, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha timmira li timminimizza l-esklużjonijiet mir-rikapitalizzazzjoni interna bil-għan li jiġi rrispettat il-prinċipju li l-azzjonisti u l-kreditur se jassorbu l-kostijiet tar-riżoluzzjoni.

(2)

Prinċipju ġenerali li jirregola r-riżoluzzjoni huwa li l-azzjonisti u l-kredituri għandhom jassorbu t-telf f'riżoluzzjoni skont l-ordni ta' prijorità tal-pretensjonijiet tagħhom skont proċeduri normali ta' insolvenza. Barra minn hekk, il-kredituri tal-istess klassi għandhom jiġu ttrattati b'mod ekwu. F'dan l-isfond, id-diskrezzjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jeskludu kompletament jew parzjalment ċertu obbligazzjonijiet mir-rikapitalizzazzjoni interna u jgħaddu dan it-telf lil kredituri oħra jew, fejn meħtieġ, lill-fondi ta' riżoluzzjoni għandha tkun definita b'mod ċar. Għalhekk, iċ-ċirkustanzi li jippermettu lill-kredituri li jiġu esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna jeħtieġ li jkunu ċċarati b'mod strett u kwalunkwe devjazzjoni mill-prinċipju ta' trattament ekwu ta' kredituri tal-istess grad (l-hekk imsejjaħ prinċipju pari-passu) għandhom ikunu proporzjonati, ġustifikati mill-interess pubbliku u mhux diskriminatorji.

(3)

Huwa importanti li jiġi pprovdut qafas għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni waqt li jeżerċitaw is-setgħa tagħhom li jeskludu obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet minn rikapitalizzazzjoni interna, skont iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali stipulati fl-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE, sabiex ikun hemm iktar ċarezza fix-xenarju ta' riżoluzzjoni partikolari. Madankollu, huwa meħtieġ ċertu grad ta' flessibbiltà biex l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jivvalutaw jekk l-esklużjonijiet humiex strettament meħtieġa u proporzjonati, abbażi ta' każ b'każ.

(4)

Id-deċiżjoni li tintuża l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna (jew għodod oħra ta' riżoluzzjoni) għandha tittieħed sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' riżoluzzjoni fl-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 2014/59/UE. Bl-istess mod, dawk l-għanijiet ta' riżoluzzjoni għandhom janimaw ukoll id-deċiżjonijiet dwar l-użu tal-għodda, inkluża d-deċiżjoni li jiġu esklużi obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet mill-applikazzjoni tar-rikapitalizzazzjoni interna f'każ partikolari.

(5)

F'konformità ma' dawn il-prinċipji, l-abbiltà li teskludi jew parzjalment teskludi ċertu obbligazzjonijiet mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' tniżżil fil-valur jew ta' konverżjoni skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE għandha tkun limitata għall-minimu neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet li jiġġustifikaw l-esklużjoni. Għal dan l-għan, kull fejn ikun possibbli, l-għażla li parzjalment teskludi obbligazzjoni billi jiġi limitat t-tniżżil fil-valur tagħha sa fejn ikun biżżejjed biex jintlaħaq l-għan għandha tiġi ippreferuta mill-esklużjoni totali tagħha mir-rikapitalizzazzjoni interna.

(6)

L-użu eċċezzjonali tas-setgħa li jeskludu, totalment jew parzjalment, obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet m'għandux jaffettwa r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biex jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-gruppi huma riżolvibbli, u li dawn ikollhom biżżejjed fondi sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) sabiex jassorbu t-telf f'riżoluzzjoni u biex tiġi żgurata rikapitalizzazzjoni skont il-pjan ta' riżoluzzjoni. Tabilħaqq, skont l-Artikolu 45(6)(c) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti għandhom jieħdu kont ta' kwalunkwe esklużjoni probabbli meta jkunu qegħdin jiżguraw li istituzzjoni jkollha kapaċità suffiċjenti ta' assorbiment ta' telf u ta' rikapitalizzazzjoni. Sa fejn l-esklużjoni ta' ċerti obbligazzjonijiet mir-rikapitalizzazzjoni interna tista' tnaqqas b'mod sostanzjali l-livell ta' din il-kapaċità disponibbli f'riżoluzzjoni, il-ħtieġa probabbli għal tali esklużjonijiet għandha tiġi indirizzata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni meta tistabbilixxi l-MREL skont l-Artikolu 45(6)(c) tad-Direttiva 2014/59/UE.

(7)

Minħabba n-natura eċċezzjonali tal-possibbiltà li l-awtorità ta' riżoluzzjoni teskludi obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet mir-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-evalwazzjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha jkollha sisien sodi. Fejn tali esklużjonijiet jimplikaw l-użu tal-fond ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tipprovdi spjegazzjoni soda dwar iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jwasslu għall-esklużjoni. Din l-ispjegazzjoni hija essenzjali biex il-Kummissjoni tkun tista' twettaq il-mandat tagħha skont l-Artikolu 44(12) tad-Direttiva 2014/59/UE, skont liema l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, fi żmien 24 siegħa tan-notifika mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tad-deċiżjoni li teskludi ċerti obbligazzjonijiet, jekk għandhiex tipprojbixxi jew titlob emenda għall-esklużjoni proposta. L-ispjegazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tkun proporzjonata, u l-ħtieġa għall-espedjent kif ġustifikat miċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ għandhom jiġu kkunsidrati.

(8)

F'każ ta' riżoluzzjoni, l-obbligazzjonijiet magħduda lejn l-MREL għandhom, fil-prinċipju, ikunu dejjem rikapitalizzati internament sal-punt neċessarju biex jiġi assorbit it-telf u tiġi rikapitalizzata l-istituzzjoni, sakemm l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fiż-żmien tal-ippjanar ta' riżoluzzjoni fil-fatt jipprevedu li dawk l-obbligazzjonijiet jikkontribwixxu b'mod kredibbli u fattibbli għal assorbiment ta' telf u rikapitalizzazzjoni. F'każijiet eċċezzjonali fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni teħtieġ li tagħmel użu minn esklużjoni skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE li ma ġietx ikkunsidrata fl-ippjanar tar-riżoluzzjoni, u fejn tali esklużjonijiet jimplikaw l-użu tal-fond ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tispjega liem ċirkostanzi eċċezzjonali jiġġustifikaw l-esklużjoni, u r-raġunijiet għaliex dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali ma setgħux ikunu previsti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni waqt l-ippjanar ta' riżoluzzjoni. Il-ħtieġa li jiġu spjegati dawn il-fatturi għandha tkun applikata b'mod proporzjonat u xieraq fir-rigward tal-ħtieġa għal azzjoni ta' riżoluzzjoni f'waqtha.

(9)

L-abbiltà li jiġu esklużi obbligazzjonijiet mir-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE għandha tiġi eżerċitata b'rispett sħiħ għall-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u, b'mod partikolari, m'għandiex taffettwa s-salvagwardji li jipproteġu kredituri oħra, jiġifieri l-prinċipju li l-ebda kreditur ma għandu jġarrab telf akbar minn dak li kien iġarrab kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta' insolvenza (il-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar” (NCWO)). L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom ikunu konxji mill-ħtieġa li jirrispettaw dawn is-salvagwardji u r-riskju ta' kumpens lill-kredituri marbut mal-ksur ta' dawn is-salvagwardji meta jagħmlu esklużjonijiet skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE, u waqt it-tħejjija tal-pjan ta' riżoluzzjoni. Madankollu, il-fatt li l-qrati jistgħu jirrieżaminaw id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li teskludi obbligazzjoni m'għandiex tkun l-unika raġuni għal esklużjoni addizzjonali. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju li tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta lil deċiżjonijiet preċedenti tal-qorti rigward azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fejn huma rilevanti għall-każ speċifiku.

(10)

Il-kapaċità ġenerali tal-awtorità tar-riżoluzzjoni li tagħmel esklużjonijiet hija limitata mill-fatt li telf li ma jkunx assorbit kompletament mill-kredituri minħabba esklużjonijiet jista' jkun kopert mill-arranġament ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni biss meta l-azzjonisti u l-kredituri jkunu kkontribwew ammont ugwali għal mill-inqas 8 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni, inklużi l-fondi proprji.

(11)

Esklużjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati abbażi ta' każ b'każ permezz ta' analiżi ta' kunsiderazzjonijiet rilevanti skont kull waħda mir-raġunijiet potenzjali għal esklużjoni skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE, aktar milli billi tiġi kkunsidrata n-natura speċifika tal-istituzzjonijiet ikkonċernati f'iżolament. Dan l-approċċ għandu jiżgura kunsiderazzjoni konsistenti ta' ċirkustanzi eċċezzjonali u jevita kull tip ta' distorsjoni fil-kompetizzjoni. Il-karatteristiċi ta' istituzzjoni (bħalma huma d-daqs, l-interkonnettività jew il-kumplessità) għandu jittieħed kont tagħhom, fejn rilevanti, sabiex jiġi vvalutat jekk iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw esklużjoni ta' obbligazzjoni mir-rikapitalizzazzjoni interna humiex issodisfatti. Madankollu, dawk il-karatteristiċi m'għandhomx awtomatikament jiġġustifikaw eżenzjonijiet ta' obbligazzjonijiet tali ta' istituzzjoni milli jiġu rikapitalizzati internament.

(12)

Xi fatturi ġenerali, bħall-kundizzjonijiet tas-suq, ċirkostanzi ta' falliment jew il-livell tat-telf imġarrab mill-istituzzjoni, jistgħu jaffettwaw il-probabbiltà li ċirkostanzi eċċezzjonali, kif definit fl-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE, jinqalgħu. Madankollu tali fatturi ġenerali ma għandhomx jikkostitwixxu raġunijiet indipendenti ulterjuri għal esklużjoni lil hinn minn dawk elenkati fl-Artikolu 44(3)(a) sa (d) tad-Direttiva 2014/59/UE.

(13)

Meta tiġi biex tikkunsidra jekk ċirkostanza waħda jew aktar li jiġġustifikaw esklużjonijiet mir-rikapitalizzazzjoni interna humiex issodisfatti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-ammont ta' żmien li warajh il-falliment imminenti ta' istituzzjoni ma setax jibqa' jiġi ġestit b'mod ordnat. Fejn il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-MREL għal kull istituzzjoni jkunu ġew definiti u l-impedimenti għar-riżoluzzjoni jkunu ġew indirizzati, huwa mistenni li l-istituzzjoni għandu jkollha l-kapaċità meħtieġa li tassorbi t-telf u tiġi rikapitalizzata. Fil-fatt, l-iskema tar-riżoluzzjoni għandha ssegwi l-pjan ta' riżoluzzjoni, inkluża l-istrateġija ta' riżoluzzjoni, sakemm filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi tal-każ, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tivvaluta li l-għanijiet tar-riżoluzzjoni jkunu se jinkisbu b'mod aktar effikaċi bit-teħid ta' azzjonijiet mhux previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni.

(14)

Matul il-perjodu li fih il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-MREL ikunu għadhom ma ġewx adottati, u fejn kien hemm żmien limitat disponibbli biex ikun hemm deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni dettaljata tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, huwa aktar probabbli li se jkun hemm każijiet fejn ma jkunx possibbli li tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għal kull obbligazzjoni eliġibbli fi żmien raġonevoli. Id-determinazzjoni ta' x'jikkostitwixxi “żmien raġonevoli” għandha tkun marbuta mal-ħeffa u ċ-ċertezza meħtieġa biex tiġi ffinalizzata r-rikapitalizzazzjoni interna sa ċerta data sabiex effettivament tiġi stabbilizzata d-ditta. Meta ma jkunx fattibbli li jitwettqu l-kompiti kollha meħtieġa għar-rikapitalizzazzjoni interna ta' ċerti obbligazzjonijiet sa dik id-data, ir-rikapitalizzazzjoni interna “fi żmien raġonevoli” għandha titqies li mhix possibbli ssir. Id-deċiżjoni dwar meta “diffiċli” ssarraf f'“impossibbli” għandha ssir abbażi tal-kriterji li jiddefinixxu “żmien raġonevoli”.

(15)

Fil-prinċipju, obbligazzjonijiet irregolati mil-liġi ta' pajjiż terz tista' ssirilhom rikapitalizzazzjoni interna sakemm mhumiex esklużi skont l-Artikolu 44(2). Il-mekkaniżmu previst skont l-Artikolu 55 huwa intiż li jżid il-probabbiltà li dawk l-obbligazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu rikapitalizzati internament fi żmien raġonevoli. Daqstant ieħor importanti, l-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/59/UE jagħti lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni d-diskrezzjoni li jirrikjedu li l-amministratur, ir-riċevitur jew kwalunkwe persuna oħra li teżerċita kontroll fuq l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' obbligazzjonijiet rregolati mil-liġi ta' pajjiż terz issir effettiva. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li tali obbligazzjonijiet mhumiex irregolati mil-liġi tal-UE, riskju residwu jibqa' li f'każi eċċezzjonali minkejja l-aħjar sforzi min-naħa tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, inkluż l-eżerċizzju ta' diskrezzjoni skont l-Artikolu 67, se jinqalgħu problemi bl-abbiltà ta' rikapitalizzazzjoni interna ta' tali obbligazzjonijiet f'perjodu raġonevoli.

(16)

Ostakolu prattiku għar-rikapitalizzazzjoni interna ta' ċerti obbligazzjonijiet jistgħu jinkludu l-fatt li l-ammont tal-obbligazzjoni ma jkunx iddeterminat jew ikun diffiċli li jiġi ddeterminat fil-mument meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tapplika l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. Dan jista' jkun il-każ għal obbligazzjonijiet iggarantiti li jaqbżu l-valur tal-kollateral rilevanti, jew obbligazzjonijiet li huma kontinġenti fuq avvenimenti inċerti fil-futur, bħal elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ jew impenji mhux prelevati. Tali ostakli jistgħu jingħelbu permezz ta' valwazzjoni xierqa, bħat-tħassir tal-obbligazzjoni u d-determinazzjoni tal-valur permezz ta' stima, bl-użu ta' metodoloġija ta' valwazzjoni rilevanti, jew bl-applikazzjoni ta' proporzjon “virtwali” tal-perċentwali ta' telf impost fuq il-kredituri.

(17)

Filwaqt li huwa minnu li f'xi każijiet jista' jkun diffiċli għal derivati li jiġu rikapitalizzati internament, l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/59/UE jistipula b'mod ċar kif derivati għandhom jiġu rikapitalizzati internament, jiġifieri wara close-out. Il-fatt li jista' jkun diffiċli li jiġi ddeterminat l-ammont innettjat wara l-close-out fi żmien qasir m'għandux iwassal għal esklużjoni awtomatika minħabba li din tista' tiġi indirizzata wkoll permezz ta' metodoloġiji ta' valwazzjoni rilevanti kif stabbiliti mill-Kummissjoni bl-Artikolu 49(5) ta' Direttiva 2014/59/UE, speċjalment fl-istadju ta' valwazzjoni proviżorja. B'mod simili, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu meħtieġa li juru li huma kapaċi li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex titwettaq valwazzjoni għall-finijiet ta' riżoluzzjoni. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikunu f'pożizzjoni li jipproduċu l-informazzjoni aġġornata meħtieġa fil-perjodu ta' żmien skont l-istrateġija ta' riżoluzzjoni, b'mod partikolari għall-appoġġ ta' valwazzjoni kredibbli kemm qabel kif ukoll matul ir-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2014/59/UE. Barra minn hekk, il-linji gwida jistipulaw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jirrikjedu lill-istituzzjonijiet li jċedu l-assi li jxekklu b'mod sinifikanti l-fattibbiltà tal-valwazzjoni.

(18)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/59/UE jiddefinixxi l-kunċett ta' funzjonijiet kritiċi u linji operatorji ewlenin. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta att delegat sabiex tispeċifika aktar iċ-ċirkostanzi li taħthom ċerti attivitajiet, servizzi u operazzjonijiet jistgħu jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' funzjoni kritika jew linja operatorja ewlenija. F'dan ir-rigward, il-profittabbiltà ta' linja operatorja mhix fiha innifisha raġuni suffiċjenti biex obbligazzjonijiet relatati ma' dik il-linja operatorja jiġu esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna. Madankollu l-esklużjoni tista' tiġi ġġustifikata, fejn iż-żamma ta' linja operatorja ewlenija hija kruċjali biex jinkisbu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni, inkluż iż-żamma ta' funzjonijiet kritiċi, fejn dawn huma avvanzati mill-kontinwazzjoni ta' operazzjonijiet, servizzi u tranżazzjonijiet ewlenin.

(19)

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeskludu biss obbligazzjonijiet li huma meħtieġa għall-fini ta' ġestjoni ta' riskju (iħħeġġjar) fil-kuntest ta' funzjonijiet kritiċi, jekk il-ġestjoni ta' riskji (iħħeġġjar) hija rikonoxxuta għal finijiet prudenzjali u hija essenzjali għaż-żamma ta' operazzjonijiet relatati ma' funzjonijiet kritiċi, b'tali mod li jekk l-iħħeġġjar jiġi xolt, il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tkun ipperikolata b'mod serju.

(20)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeskludu biss obbligazzjonijiet li huma meħtieġa għall-finijiet ta' ġestjoni ta' riskju (iħħeġġjar) fil-kuntest ta' funzjonijiet kritiċi jekk, li kieku l-miżura tal-immaniġġjar tar-riskji tiġi xolta, ma jkunx possibbli għall-istituzzjoni li tissostitwiha b'termini raġonevoli fi ħdan iż-żmien meħtieġ għaż-żamma tal-funzjonijiet kritiċi, pereżempju minħabba firxiet jew inċertezza fil-valwazzjoni.

(21)

Il-prevenzjoni tal-kontaġju sabiex jiġi evitat kwalunkwe effett ħażin fuq is-sistema finanzjarja hija għan ieħor tar-riżoluzzjoni li jista' jiġġustifika esklużjoni mill-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna. F'kull każ, l-esklużjoni fuq din il-bażi għandha sseħħ biss fejn huwa strettament meħtieġ u proporzjonat, iżda wkoll fejn il-kontaġju jkun tant serju li jkun mifrux u jfixkel gravament il-funzjonament tas-swieq finanzjarji b'mod li jista' jikkawża tfixkil serju fl-ekonomija ta' Stat Membru jew tal-Unjoni.

(22)

Ċertu riskju ta' xi kontaġju jista' jkun inerenti fl-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna. Id-deċiżjoni leġiżlattiva li tinkorpora l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna fid-Direttiva 2014/59/UE bħala għodda ewlenija ta' riżoluzzjoni, flimkien mal-prinċipju li l-kredituri u l-azzjonisti għandhom iġarrbu t-telf, tfisser li r-riskju inerenti ta' kontaġju li tista' tinvolvi r-rikapitalizzazzjoni interna m'għandux awtomatikament jitqies bħala raġuni biex obbligazzjonijiet jiġu esklużi. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom, għalhekk, jevalwaw bir-reqqa dawn ir-raġunijiet u jispjegaw l-esklużjoni ta' obbligazzjoni mir-rikapitalizzazzjoni interna abbażi tal-probabbiltà ogħla tagħha li tikkawża kontaġju mifrux tat-tip deskritt fl-Artikolu 44(3)(c) tad-Direttiva 2014/59/UE minn dawk li ma humiex esklużi. Għal dak l-għan, għandhom jibbażaw il-valwazzjoni tagħhom fuq metodoloġiji xierqa inkluża analiżi kwantitattiva sabiex jiġu ddeterminati r-riskju u s-severità ta' kontaġju mifrux u ta' tfixkil serju fl-ekonomija ta' Stat Membru jew tal-Unjoni.

(23)

Il-ħtieġa għal esklużjoni abbażi tar-riskju ta' kontaġju mifrux tista' tkun affettwata minn kundizzjonijiet tas-suq fiż-żmien tar-rikapitalizzazzjoni interna, b'mod partikolari meta l-falliment tad-ditta jseħħ meta s-sistema finanzjarja tkun taħt pressjoni sinifikanti jew tkun qed tbati minn nuqqas ta' fiduċja. Ir-riskju li l-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat ta' riżoluzzjoni jista' jkollha effett negattiv dirett jew indirett sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-fiduċja fis-suq għandu jiġi indirizzati fil-valutazzjoni ta' riżolvibbiltà kif mitlub fil-punt 26 tat-Taqsima C tal-Anness tad-Direttiva 2014/59/UE. Għaldaqstant, meta obbligazzjoni tiġi eskluża mir-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) ta' dik id-Direttiva abbażi tar-riskju ta' kontaġju mifrux, l-awtorità ta' riżoluzzjoni hija mistennija li tispjega għalfejn l-ostakoli għar-rikapitalizzazzjoni interna ma ġewx indirizzati matul l-ippjanar ta' riżoluzzjoni fejn dawk l-esklużjonijiet jammontaw għal impediment għar-riżolvibbiltà. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta wkoll jekk l-effett ta' kontaġju jirriżultax minn, jew huwiex b'mod sinifikanti aggravat minħabba, l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għall-obbligazzjonijiet inkwistjoni, jew jekk fil-fatt jirriżultax mill-falliment tal-istituzzjoni fih innifsu.

(24)

Ir-riskju ta' kontaġju wiesa' jista' jkun dirett, meta t-telf dirett li jkollu jiġġarrab mill-kontropartijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jwasslu għal inadempjenza jew kwistjonijiet tas-solvenza gravi għal dawk il-kontropartijiet u, konsegwentement, għall-kontropartijiet tagħhom. Il-possibbiltà ta' falliment f'istituzzjoni finanzjarja waħda jew iktar li tfalli jew li tiġi f'diffikultà bħala konsegwenza diretta tar-rikapitalizzazzjoni interna m'għandhiex twassal awtomatikament għall-esklużjoni ta' obbligazzjonijiet mir-rikapitalizzazzjoni interna. Deċiżjonijiet dwar esklużjonijiet għandhom isiru bi proporzjon mar-riskji sistematiċi li jista' jqajjem il-kontaġju dirett.

(25)

Ir-riskju ta' kontaġju mifrux jista' wkoll ikun indirett, pereżempju minħabba t-telf ta' fiduċja ta' ċerti parteċipanti fis-suq, bħalma huma d-depożituri jew permezz ta' effetti tal-prezzijiet tal-assi. Mezz importanti ta' kontaġju indirett jista' jkun it-telf ta' fiduċja fis-swieq ta' finanzjament (kemm fil-livell tal-operaturi kif ukoll tal-konsumaturi) — tnaqqis drastiku fil-provvista, rekwiżiti tal-marġini ogħla b'mod ġenerali jew għal istituzzjonijiet b'karatteristiċi simili għall-istituzzjoni li qed tfalli, jew il-bejgħ bl-għaġġla ta' assi minn istituzzjonijiet b'nuqqas ta' likwidità.

(26)

Meta ċerti obbligazzjonijiet ikunu qegħdin jiġu rikapitalizzati internament, il-qerda ta' valur tista' sseħħ f'każ li dawk l-obbligazzjonijiet jifformaw parti minn linja operatorja ta' suċċess li mod ieħor iżżid valur sinifikanti lill-bank, bħal f'bejgħ lil xerrej mis-settur privat. Biex l-awtorità ta' riżoluzzjoni teskludi obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet mir-rikapitalizzazzjoni interna, il-valur miżmum ikun meħtieġ li jkun suffiċjenti biex (potenzjalment) itejjeb is-sitwazzjoni ta' kredituri li mhumiex esklużi għall-kuntrarju tas-sitwazzjoni tagħhom li kieku l-obbligazzjonijiet inkwistjoni ma kinux esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna. Għaldaqstant, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeskludu obbligazzjoni mir-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3)(d) tad-Direttiva 2014/59/UE fejn il-benefiċċju tal-esklużjoni għal kredituri oħra jkun se jiżboq il-kontribuzzjoni tagħhom għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni li kieku l-esklużjoni ma saritx. Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, fejn il-valur miżmum jista' jiġi identifikat ċarament minn żieda korrispondenti ta' korrispettiv imħallas minn xerrej mis-settur privat.

(27)

Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-benefiċċji potenzjali f'termini ta' żamma tal-valur ta' esklużjoni mir-rikapitalizzazzjoni interna, l-Artikolu 36(16) u l-Artikolu 49(5) tad-Direttiva 2014/59/UE rispettivament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji li jirrigwardaw valwazzjoni għall-finijiet ta' riżoluzzjoni, u għall-valutazzjoni ta' derivati. Skont il-metodoloġija applikabbli, telf addizzjonali jista' jsir attwali mill-close-out ta' derivati u jaqbeż il-potenzjal tar-rikapitalizzazzjoni interna tal-obbligazzjoni korrispondenti, u jikkawża telf ulterjuri li jista' jżid il-piż ta' rikapitalizzazzjoni interna għal kredituri oħra tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. Telf addizzjonali jista' jirriżulta minn kostijiet ta' sostituzzjoni imġarrba mill-kontroparti, jew kostijiet imġarrba mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni biex jiġu stabbiliti mill-ġdid ħeġġijiet li tħallew miftuħa li mhumiex riflessi fil-valur tan-negozju avvjat ta' derivati. F'tali ċirkostanzi, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tevalwa jekk-it-tnaqqis fil-valur ifissirx li t-telf imġarrab minn kredituri mhux esklużi ikunx ogħla jekk l-obbligazzjoni inkwistjoni kienet eskluża mir-rikapitalizzazzjoni interna. Aspettattivi purament spekulattivi ta' żieda potenzjali fil-valur ma jistgħux iservu bħala raġuni għall-esklużjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jispeċifikaw aktar iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali previsti fl-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE, fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' teskludi, jew parzjalment teskludi, ċerti obbligazzjonijiet mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fejn tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati minn awtorità tar-riżoluzzjoni maħtura minn Stat Membru skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE, u mill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompiti u tas-setgħat tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-entitajiet imsemmija fil-paragrafi (a) sa (e) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(1)

“Kontaġju dirett” tfisser sitwazzjoni fejn it-telf dirett tal-kontropartijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, li jirriżulta minn tniżżil fil-valur tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni, iwassal għall-inadempjenza jew probabbiltà ta' inadempjenza imminenti għal dawk il-kontropartijiet.

(2)

“Kontaġju indirett” tfisser sitwazzjoni fejn it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni ta' obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni tikkawża reazzjoni negattiva minn parteċipanti fis-suq li twassal għal xkiel gravi fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal li jkun ta' ħsara għall-ekonomija reali.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet komuni

1.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx jeskludu obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet mir-rikapitalizzazzjoni interna sakemm mhumiex fil-lista ta' obbligazzjonijiet fl-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE

2.   Deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni biex teskludi obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet mill-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE għandha tkun ibbażata fuq analiżi ta' każ b'każ tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u m'għandhiex tkun awtomatika.

3.   Meta tikkunsidra l-esklużjonijiet skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE u qabel teskludi kompletament obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet mir-rikapitalizzazzjoni interna, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha l-ewwel tikkunsidra l-għażla li teskludi parzjalment dik l-obbligazzjoni billi jiġi llimitat l-ammont ta' tniżżil fil-valur tagħhom kull fejn ikun possibbli.

4.   Meta tkun qed tiddetermina jekk obbligazzjoni għandhiex tkun eskluża skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tevalwa jekk il-kundizzjonijiet fihom humiex issodisfatti fiż-żmien tal-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna għall-istituzzjoni. Dik il-valutazzjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li ssegwi l-pjan ta' riżoluzzjoni kif stipulat fl-Artikolu 87 tad-Direttiva 2014/59/UE.

5.   Id-deċiżjoni dwar l-esklużjoni ta' obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet mill-applikazzjoni tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE għandha tkun ibbażata fuq mill-inqas wieħed mill-għanijiet ta' riżoluzzjoni deskritt skont l-Artikolu 31(2) ta' dik id-Direttiva.

6.   Id-deċiżjoni dwar l-esklużjoni sħiħa jew parzjali ta' obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet mill-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE li timplika l-użu tal-fond ta' riżoluzzjoni, għandha tkun iġġustifikata kif xieraq, b'kont meħud tal-ħtieġa għar-rakkomandabbiltà kif ġustifikata miċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku.

7.   Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun assumiet li obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet kredibbilment u fattibbilment ikunu se jikkontribwixxu għall-assorbiment ta' telf u r-rikapitalizzazzjoni, u li dawk l-obbligazzjonijiet ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għal esklużjoni skont l-Artikolu 44(3), dik l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tispjega kull wieħed minn dawn li ġejjin jekk imbagħad tiddeċiedi li teskludi jew parzjalment teskludi obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 44(3) li jinvolvi li t-telf jingħadda għall-fond ta' riżoluzzjoni:

(a)

iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li huma differenti minn dawk fil-mument tal-ippjanar ta' riżoluzzjoni b'mod li dawk l-obbligazzjonijiet jeħtiġilhom jiġu esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna fil-mument li tittieħed l-azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(b)

għala hemm ħtieġa ta' esklużjoni u, b'mod partikolari, iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li wasslu għaliha ma setgħux ikunu previsti matul l-ippjanar tar-riżoluzzjoni.

(c)

jekk il-ħtieġa għal esklużjoni kinitx prevista fil-pjan ta' riżoluzzjoni, kif l-awtorità ta' riżoluzzjoni indirizzat din il-ħtieġa sabiex tevita li tikkostitwixxi impediment għar-riżolvibbiltà

8.   Meta tkun qiegħda tiddeċiedi jekk għandhiex teskludi jew parzjalment teskludi obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 44(3)(a) tad-Direttiva 2014/59/UE, jekk l-esklużjoni tkun tinvolvi li t-telf jgħaddi għall-fond ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tispjega wkoll:

(a)

kif/jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 ta' dan ir-Regolament huma ssodisfatti; kif ukoll

(b)

għala l-bżonn ta' esklużjoni ma setax jiġi indirizzat permezz ta' metodu xieraq ta' valwazzjoni skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2014/59/UE;

9.   Meta tiddeċiedi jekk għandhiex teskludi jew parzjalment teskludi obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet sabiex iżżomm il-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi jew linji operatorji ewlenin skont l-Artikolu 44(3)(b) tad-Direttiva 2014/59/UE, jekk l-esklużjoni tkun tinvolvi li t-telf jgħaddi għall-fond ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tispjega wkoll:

(a)

kif/jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament huma ssodisfatti;

(b)

għala l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu esklużi huma aktar rilevanti għall-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi u linji operatorji ewlenin speċifikati ċarament minn obbligazzjonijiet li ma jkunux se jiġu esklużi.

10.   Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni teskludi jew parzjalment teskludi obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet sabiex tevita kontaġju mifrux skont l-Artikolu 44(3)(c) tad-Direttiva 2014/59/UE, jekk l-esklużjoni tkun tinvolvi li t-telf jgħaddi għall-fond ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tispjega wkoll:

(a)

kif/jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament huma ssodisfatti;

(b)

ir-raġunijiet għala l-obbligazzjonijiet esklużi għandhom probabbiltà akbar li jikkawżaw kontaġju mifrux tat-tip deskritt fl-Artikolu 44(3)(c) tad-Direttiva 2014/59/UE minn dawk li mhumiex esklużi;

11.   Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni teskludi jew parzjalment teskludi obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 44(3)(d) tad-Direttiva 2014/59/UE, jekk l-esklużjoni tkun tinvolvi li t-telf jgħaddi għall-fond ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tispjega wkoll kif/jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament huma ssodisfatti.

Artikolu 5

Esklużjoni għal raġunijiet ta' impossibbiltà ta' rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3)(a) tad-Direttiva 2014/59/UE

1.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeskludu biss obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet mill-eżerċizzju tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna fejn l-ostakoli invokati għal tali eżerċizzju ma jippermettux li jseħħ fi żmien raġonevoli, minkejja l-aħjar sforzi tal-awtorità ta' riżoluzzjoni.

2.   Fir-rigward tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom, b'mod partikolari, jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin qabel jiddeċiedu dwar l-esklużjoni msemmija hemm:

(a)

l-obbligu tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li fil-pjan ta' riżoluzzjoni tipprovdi deskrizzjoni tal-proċessi biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' żmien xieraq tat-tagħrif meħtieġ għall-għanijiet ta' valwazzjoni skont l-Artikoli 36 u 49 tad-Direttiva 2014/59/UE.

(b)

l-obbligu tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li tindirizza kwalunkwe impediment għar-riżolvibbiltà tal-istituzzjoni inklużi ċ-ċirkustanzi li jwasslu għal esklużjoni potenzjali li jistgħu jiġu previsti fil-proċess tal-ippjanar ta' riżoluzzjoni potenzjali meta dawk l-esklużjonijiet potenzjali jammontaw għal impedimenti għar-riżolvibilità.

Artikolu 6

Żmien raġonevoli

1.   Meta jkunu qiegħdin ifittxu li jeskludu obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet mir-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3)(a) tad-Direttiva 2014/59/UE, u sabiex jiġi determinat x'jikkostitwixxi “żmien raġonevoli”, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw dan li ġej:

(a)

meta l-ammont tat-tniżżil fil-valur għandu jkun finalment stabbilit;

(b)

sa meta jeħtieġu jsiru l-kompiti kollha meħtieġa sabiex issir ir-rikapitalizzazzjoni interna ta' dawn l-obbligazzjonijiet sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni b'kont meħud tas-sitwazzjoni fil-mument tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni.

2.   Meta jkunu qegħdin jiddeterminaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw dan li ġej:

(a)

il-ħtieġa li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni ta' rikapitalizzazzjoni interna u li jiġi ddeterminat l-ammont tar-rikapitalizzazzjoni interna u l-allokazzjoni finali għad-diversi klassijiet ta' kredituri;

(b)

il-konsegwenzi tad-dewmien ta' tali deċiżjoni għall-fiduċja fis-suq, ir-reazzjonijiet potenzjali tas-suq, bħal flussi ta' ħruġ ta' likwidità, u l-effettività ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni, filwaqt li jittieħed kont ta' dan li ġej:

(i)

jekk il-parteċipanti tas-suq ikunux jafu bid-diffikultà u r-riskju ta' falliment tal-istituzzjoni;

(ii)

il-viżibbiltà tal-konsegwenzi tad-diffikultà jew il-falliment potenzjali tal-istituzzjoni għall-parteċipanti tas-suq;

(c)

il-ħinijiet tal-ftuħ tas-swieq sakemm jistgħu jħallu impatt fuq il-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi u effetti ta' kontaġju;

(d)

id-data(i) ta' referenza sa meta r-rekwiżiti kapitali għandhom jiġu mħarsa;

(e)

id-dati sa meta l-ħlasijiet tal-istituzzjoni jkunu dovuti, u l-maturità tal-obbligazzjonijiet ikkonċernati.

Artikolu 7

Esklużjoni għal raġunijiet ta' żamma ta' ċerti funzjonijiet kritiċi u linji ewlenin operatorji skont l-artikolu 44(3)(b) tad-Direttiva 2014/59/UE

1.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeskludu obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet abbażi li l-esklużjoni tkun meħtieġa u proporzjonata sabiex jiġu miżmuma ċerti funzjonijiet kritiċi fejn dawn jikkunsidraw dik l-obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet tkun marbuta ma' funzjoni kritika li għall-kontinwità tagħha dawk l-obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet m'għandhomx jiġu rikapitalizzati internament, fejn wieħed minn dawn iż-żewġ elementi li ġejjin ikun issodisfatt:

(a)

ir-rikapitalizzazzjoni interna tal-obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet tkun se timmina l-funzjoni minħabba d-disponibbiltà ta' finanzjament jew id-dipendenza fuq kontropartijiet, bħal kontropartijiet li jiħħeġġjaw, fuq l-infrastruttura jew fuq il-fornituri tas-servizz lill-istituzzjoni, li jistgħu ikunu impediti minn jew ma jkunux iridu jkomplu tranżazzjonijiet mal-istituzzjoni wara rikapitalizzazzjoni interna;

(b)

il-funzjoni kritika inkwistjoni hija servizz ipprovdut mill-istituzzjoni lil partijiet terzi li jiddependi fuq il-prestazzjoni mhux interrotta tal-obbligazzjoni.

2.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeskludu biss obbligazzjonijiet li huma meħtieġa għall-fini ta' ġestjoni ta' riskju (iħħeġġjar) fil-kuntest ta' funzjonijiet kritiċi fejn jiġu ssodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ġestjoni ta' riskju (iħħeġġjar) hija rikonoxxuta għal finijiet prudenzjali u hija essenzjali għaż-żamma ta' operazzjonijiet relatati ma' funzjonijiet kritiċi;

(b)

ikun impossibbli għall-istituzzjoni li tissostitwixxi miżura ta' ġestjoni ta' riskju xolta skont termini raġonevoli fiż-żmien meħtieġ għaż-żamma tal-funzjonijiet kritiċi.

3.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeskludu biss obbligazzjonijiet għall-finijiet taż-żamma ta' relazzjoni ta' finanzjament fejn jiġu ssodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità ta' riżoluzzjoni tivvaluta li l-finanzjament huwa essenzjali għaż-żamma ta' funzjoni kritika;

(b)

fid-dawl tal-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, ikun impossibbli għall-istituzzjoni li tissostitwixxi l-finanzjament fiż-żmien meħtieġ għaż-żamma tal-funzjoni kritika.

4.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni m'għandhomx jeskludu obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet abbażi biss ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

il-maturità tagħha;

(b)

l-istennija ta' żieda fil-kostijiet tal-finanzjament li ma tipperikolax il-kontinwità tal-funzjoni kritika;

(c)

l-istennija ta' profitt potenzjali futur.

5.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeskludu obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet abbażi li jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex tiġi miżmuma linja operatorja ewlenija fejn l-esklużjoni ta' dik l-obbligazzjoni tkun kritika biex tinżamm l-abbiltà tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li tkompli bl-operazzjonijiet, is-servizzi u t-tranżazzjonijiet ewlenin, u biex tilħaq l-għanijiet ta' riżoluzzjoni stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 8

Esklużjoni għal raġunijiet ta' evitar ta' kontaġju mifrux skont l-artikolu 44(3)(c) tad-Direttiva 2014/59/UE

1.   Meta jikkunsidraw esklużjonijiet abbażi tar-riskju ta' kontaġju dirett skont l-Artikolu 44(3)(c) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw, sal-limitu massimu possibbli, l-interkonnettività tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni mal-kontropartijiet tagħha.

Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tinkludi kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

konsiderazzjoni ta' skoperturi għal kontropartijiet rilevanti fir-rigward tar-riskju li r-rikapitalizzazzjoni interna ta' tali skoperturi tista' tikkawża fallimenti indiretti;

(b)

l-importanza sistemika ta' kontropartijiet li huma f'riskju li jfallu, b'mod partikolari fir-rigward ta' parteċipanti oħra fis-suq finanzjarju u fornituri tal-infrastruttura tas-suq finanzjarju.

2.   Meta tikkunsidra esklużjonijiet abbażi tar-riskju ta' kontaġju indirett skont l-Artikolu 44(3)(c) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta, sal-limitu massimu possibbli, il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-esklużjoni abbażi ta' indikaturi rilevanti ta' għanijiet multipli. Indikaturi li jistgħu jkunu rilevanti għall-każ jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

l-għadd, id-daqs u l-interkonnettività ta' istituzzjonijiet b'karatteristiċi simili bħall-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, inkwantu dan jista' jwassal għal nuqqas ta' kunfidenza mifrux fis-settur bankarju jew fis-sistema finanzjarja inġenerali;

(b)

l-għadd ta' persuni naturali affettwati direttament u indirettament mir-rikapitalizzazzjoni interna, il-viżibbiltà u rappurtaġġ mill-istampa dwar l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, sakemm dan ikun riskju sinifikanti ta' ħsara għall-fiduċja ġenerali fis-sistema bankarja jew finanzjarja usa';

(c)

l-għadd, id-daqs u l-interkonnettività ta' kontropartijiet affettwati mir-rikapitalizzazzjoni interna, inklużi l-parteċipanti fis-suq mis-settur mhux bankarju, u l-importanza ta' funzjonijiet kritiċi mwettqa minn dawn il-kontropartijiet;

(d)

l-abbiltà tal-kontropartijiet li jaċċessaw fornituri tas-servizzi alternattivi għal funzjonijiet li ġew ivvalutati bħala sostitwibbli, minħabba s-sitwazzjoni speċifika;

(e)

jekk għadd sinifikanti ta' kontropartijiet humiex se jirtiraw il-finanzjament jew jieqfu milli jagħmlu tranżazzjonijiet ma' istituzzjonijiet oħra wara r-rikapitalizzazzjoni interna, jew jekk is-swieq hux se jieqfu jaħdmu sewwa bħala konsegwenza tar-rikapitalizzazzjoni interna ta' tali parteċipanti fis-suq, b'mod partikolari f'każ ġeneralizzat ta' nuqqas ta' fiduċja fis-suq jew paniku;

(f)

l-irtirar mifrux ta' finanzjament fuq terminu qasir jew depożiti f'ammonti sinifikanti;

(g)

l-għadd, id-daqs u s-sinifikat ta' istituzzjonijiet li huma fir-riskju li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal intervent bikri, jew li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jfallu jew probabbli li jfallu skont l-Artikolu 32(4) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(h)

ir-riskju ta' interruzzjoni sinifikanti ta' funzjonijiet kritiċi jew żieda sinifikanti fil-prezzijiet għall-forniment ta' dawn il-funzjonijiet, [bħalma hu evidenti minn bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq għal tali funzjonijiet jew id-disponibbiltà tagħhom], jew l-istennija ta' kontropartijiet u parteċipanti oħra fis-suq;

(i)

tnaqqis sinifikanti mifrux fil-prezzijiet tal-ishma ta' istituzzjonijiet jew fil-prezzijiet ta' assi tal-istituzzjonijiet, b'mod partikolari fejn dawn jistgħu jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-kapital ta' istituzzjonijiet;

(j)

tnaqqis sinifikanti ġenerali u mifrux ta' finanzjament fuq terminu qasir jew medju disponibbli għal istituzzjonijiet;

(k)

ħsara sinifikanti fil-funzjonament tas-suq tal-finanzjament interbankarju, kif jidher minn żieda sinifikanti ta' rekwiżiti tal-marġini u tnaqqis ta' kollateral disponibbli għall-istituzzjonijiet;

(l)

żidiet mifruxa u sinifikanti fil-prezzijiet tal-assigurazzjoni għall-inadempjenza tal-kreditu jew deterjorament fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet jew parteċipanti oħra tas-suq li huma rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja ta' istituzzjonijiet.

Artikolu 9

Esklużjoni għal raġunijiet ta' evitar ta' tnaqqis fil-valur skont l-Artikolu 44(3)(d) tad-Direttiva 2014/59/UE

1.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeskludu obbligazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet minn rikapitalizzazzjoni interna fejn tali esklużjoni tevita l-qerda tal-valur sabiex id-detenturi tal-obbligazzjonijiet mhux esklużi jkunu aħjar milli kienu jkunu kieku dawn tal-ewwel ikunu ġew rikapitalizzati internament.

2.   Sabiex jiġi evalwat jekk il-kundizzjoni fil-paragrafu 1 tintlaħaqx, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jqabblu u jevalwaw l-eżitu għall-kredituri kollha li jirriżulta minn rikapitalizzazzjoni interna u n-nuqqas ta' rikapitalizzazzjoni interna, skont l-Artikolu 36(16) u l-Artikolu 49(5) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 10

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-4 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.

(2)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).


1.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/21


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/861

tat-18 ta' Frar 2016

li jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq u li jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 94(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2), u b'mod partikulari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 329(3) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 352(6) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 358(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 329(3), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 352(6) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 358(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprovdu lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) li tiżviluppa firxa ta' metodi sabiex jirriflettu riskji oħra, minbarra r-riskju tdelta, fir-rekwiżiti tal-fondi proprji ta' istituzzjonijiet, b'mod proporzjonat mal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fl-opzjonijiet u ċ-ċertifikati. Għaldaqstant, l-ABE żviluppat abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni approvat u adottat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2014 (3).

(2)

Il-qafas għal superviżjoni prudenzjali stabbilit mid-Direttiva 2013/36/UE jitlob li l-istituzzjonijiet kollha jidentifikaw il-membri kollha tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Skont l-Artikolu 94(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-ABE żviluppat abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni approvat u adottat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 (4).

(3)

Fir-Regolament Delegat (UE) Nru 528/2014 u r-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014 saru xi żbalji li jridu jiġu kkoreġuti.

(4)

Skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 528/2014, approċċ simplifikat għandu jkun disponibbli biss għal dawk l-istituzzjonijiet li jixtru esklużivament opzjonijiet u ċertifikati, iżda huma m'għandhomx ikunu obbligati jużaw dan l-approċċ. Huwa, għalhekk, xieraq li tiġi kkoreġuta l-formulazzjoni tal-kliem tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 528/2014 li tobbliga lil dawk l-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ simplifikat u ma tipprevjenix lill-istituzzjonijiet l-oħra milli jużaw dan l-approċċ ukoll.

(5)

L-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014 għandu jiġi emendat kif xieraq biex jikkwalifika kull membru tal-persunal li r-remunerazzjoni totali tiegħu tpoġġih fl-istess livell bħal tal-maniġers superjuri u dawk li jieħdu r-riskju bħala “dawk li jieħdu r-riskju materjali”, jiġifieri, dawk li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-ABE lill-Kummissjoni.

(7)

L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz oriġinali tal-istandards tekniċi regolatorji li jikkoreġi dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-istandards tekniċi regolatorji jistgħu jiġu applikati b'mod korrett kemm jista' jkun malajr, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Korrezzjoni tar-Regolament Delegat (UE) Nru 528/2014

L-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 528/2014 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Huma biss l-istituzzjonijiet li jixtru esklużivament opzjonijiet u ċertifikati li jistgħu jużaw l-approċċ simplifikat.”

Artikolu 2

Korrezzjoni tar-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014

Fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 604/2014, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

il-membru tal-persunal kien fis-sena finanzjarja preċedenti mogħti rimunerazzjoni totali li hija ugwali għal, jew ikbar mill-inqas rimunerazzjoni totali mogħtija f'dik is-sena finanzjarja lil membru tal-maniġment superjuri jew lil mebru tal-persunal li jissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji fil-punti (1), (5), (6), (8), (11), (12), (13) jew (14) tal-Artikolu 3.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji tal-opzjonijiet fl-approċċ standardizzat tar-riskju tas-suq (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 29)

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 604/2014 tal-4 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-istandards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (ĠU L 167, 6.6.2014, p. 30)

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


1.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/862

tal-31 ta' Mejju 2016

li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' indikazzjoni tas-saħħa dwar ikel, għajr dak li jirreferi għal tnaqqis ta' riskju ta' mard u għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-indikazzjonijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa huma pprojbiti sakemm ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament u ma jkunux inklużi f'lista ta' indikazzjonijiet permessi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jipprevedi wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jistgħu jitressqu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tibgħat l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, għal valutazzjoni xjentifika, kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex tinfurmahom.

(3)

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità. F'ċerti każi l-evalwazzjoni xjentifika tar-riskji waħidha ma tistax tipprovdi l-informazzjoni kollha li fuqha trid tiġi bbażata deċiżjoni ta' ġestjoni tar-riskji, u għalhekk jafu jkunu jridu jiġu kkunsidrati wkoll fatturi leġittimi oħra għall-kwistjoni li qed tiġi eżaminata.

(4)

Wara applikazzjoni minn Oy Karl Fazer AB, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni marbuta ma' indikazzjoni dwar is-saħħa fir-rigward ta' ħobż tas-segala b'ħafna fibra bl-għaġina ffermentata u tnaqqis tar-reazzjoni glikimika ta' wara l-ikel (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2014-00012 (2)). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Il-konsum tal-ħobż tas-segala b'ħafna fibra bl-għaġina ffermentata jikkontribwixxi għal tnaqqis tar-reazzjoni glimika ta' wara l-ikel akkumpanjat minn tnaqqis tar-reazzjoni tal-insulina wara ikla”. Fuq talba tal-Awtorità, l-applikant speċifika li fir-rigward tal-effett mistqarr il-ħobż tas-segala b'ħafna fibra bl-għaġina ffermentata għandu jitqabbel bil-glukożju.

(5)

Fit-8 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mill-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ġiet stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' kważi kull ikel u tnaqqis tar-reazzjoni glimika ta' wara l-ikel meta mqabbel bil-glukożju.

(6)

Skont l-Artikoli 6(1) u 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa għandhom ikunu bbażati fuq evidenza xjentifika ġeneralment aċċettata. Awtorizzazzjoni tista' tkun irrifjutata b'mod leġittimu jekk l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa ma jikkonformawx ma' rekwiżiti oħra ġenerali u speċifiċi tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, anke fil-każ ta' valutazzjoni xjentifika favorevoli mill-Awtorità. Fl-opinjoni xjentifika tagħha l-Awtorità nnutat li, meta jiġu ttestjatji ammonti komparabbli ta' karboidrati disponibbli minn ikel differenti li fih il-karboidrati, kważi kull ikel li fih il-karboidrati jwassal għal tnaqqis ta' reazzjonijiet glimiċi ta' wara l-ikel meta mqabbel bir-reazzjonijiet tal-glukożju fid-demm miġjuba bil-konsum tal-glukożju. Barra minn hekk, l-Awtorità nnutat li ikel li fih ammonti żgħar ta' karboidrati jew li ma fihx karboidrati jwassal ukoll għal reazzjonijiet glimiċi ta' wara l-ikel aktar baxxi meta mqabbla bil-glukożju.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jiddefinixxi “indikazzjoni” bħala kwalnukwe messaġġ jew rappreżentazzjoni li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li xi ikel għandu karatteristiċi partikolari. Indikazzjoni dwar il-ħobż tas-segala b'ħafna fibra bl-għaġina ffermentata u reazzjonijiet glimiċi ta' wara l-ikel tkun tissuġġerixxi li l-ħobż tas-segala bl-għaġina ffermentata b'ħafna fibra għandu karatteristiċi partikolari b'rabta mat-tnaqqis ta' reazzjonijiet glimiċi ta' wara l-ikel meta mqabbla bil-glukożju, meta fil-verità kważi l-ikel kollu għandu dan l-effett. Il-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jipprevedi li l-użu ta' indikazzjonijiet tas-saħħa ma għandhomx ikunu qarrieqa. Indikazzjoni li tissuġġerixxi li ikel partikolari għandu ċerti proprjetajiet tajbin meta fil-fatt kważi l-ikel kollu għandu dawn il-karatteristiċi tkun qarrieqa.

(8)

Fid-dawl ta' dan, l-indikazzjoni dwar il-konsum ta' ħobż tas-segala b'ħafna fibra bl-għaġina ffermentata u t-tnaqqis ta' reazzjonijiet glimiċi ta' wara l-ikel ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u għaldaqstant ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista ta' indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi.

(9)

Il-kummenti mill-applikant li rċeviet il-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 ġew ikkunsidrati fit-tfassil tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament.

(10)

L-Istati Membri ġew ikkonsultati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-indikazzjoni dwar is-saħħa stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta' indikazzjonijiet permessi kif previst fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  EFSA Journal 2014;12(10):3837.


ANNESS

Indikazzjoni dwar is-saħħa miċħuda

Applikazzjoni — Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Nutrijent, sustanza, ikel jew kategorija tal-ikel

Indikazzjoni

Referenza tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA

Indikazzjoni dwar is-saħħa tal-Artikolu 13(5) ibbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata

Ħobż tas-segala b'ħafna fibra bl-għaġina ffermentata

It-tnaqqis tar-reazzjonijiet glikimiċi ta' wara l-ikel meta mqabbel bil-glukożju

Q-2014-00012


1.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/863

tal-31 ta' Mejju 2016

li jemenda l-Annessi VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-korrużjoni jew tal-irritazzjoni tal-ġilda, tal-ħsara serja lill-għajnejn jew tal-irritazzjoni tal-għajnejn u tat-tossiċità akuta

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 131 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistipula li l-metodi ta' ttestjar użati biex tiġi ġġenerata informazzjoni dwar il-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi meħtieġa minn dak ir-Regolament, għandhom jiġu eżaminati u mtejba regolarment biex jitnaqqas l-ittestjar fuq l-annimali vertebrati u l-għadd ta' annimali involuti. Hekk kif il-metodi ta' ttestjar validati u xierqa jkunu disponibbli, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 (2) u l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jiġu emendati, jekk ikunu rilevanti, biex jissostitwixxu, inaqqsu jew jirfinaw l-ittestjar fuq l-annimali. Għandhom jitqiesu wkoll il-prinċipji tas-sostituzzjoni, tat-tnaqqis u tal-irfinar, minquxa fid-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistabbilixxi r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tas-sustanzi manifatturati jew importati fl-Unjoni waħedhom, f'taħlitiet jew f'oġġetti. Kif xieraq, ir-reġistranti jridu jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, hemm bżonn ta' studji in vivo biex tiġi ġġenerata informazzjoni dwar l-irritazzjoni tal-ġilda u tal-għajnejn fil-punti 8.1 u 8.2 tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(4)

F'dawn l-aħħar snin, sar progress xjentifiku sinifikanti fl-iżvilupp ta' metodi ta' ttestjar alternattivi għall-korrużjoni jew l-irritazzjoni u għall-ħsara serja lill-għajnejn jew l-irritazzjoni tal-għajnejn. L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (l-OECD) qablet fuq livell internazzjonali ma' għadd ta' linji gwida ta' ttestjar għall-metodi ta' ttestjar alternattivi li ġew inklużi fir-Regolament (KE) Nru 440/2008.

(5)

Għall-korrużjoni jew l-irritazzjoni tal-ġilda, l-informazzjoni adegwata għall-klassifikazzjoni u għall-valutazzjoni tar-riskji ta' sustanza, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet tista' tinkiseb abbażi ta' studji in vitro. Tista' tintlaħaq konklużjoni b'test wieħed in vitro, jekk ir-riżultat jippermetti li tittieħed deċiżjoni affidabbli u immedjata dwar il-klassifikazzjoni jew in-nuqqas ta' klassifikazzjoni, jew b'taħlita ta' żewġ testijiet in vitro, wieħed għall-irritazzjoni tal-ġilda u l-ieħor għall-korrużjoni tal-ġilda. F'xi każijiet eċċezzjonali, xorta jisgħu jkunu meħtieġa l-istudji in vivo għas-sustanzi manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' 10 tunnellati jew aktar, pereżempju meta s-sustanza ttestjata ma taqax fid-dominju tal-applikabbiltà tal-metodi ttestjati in vitro jew meta ma jkunux jistgħu jinkisbu riżultati konklużivi minn sett komprensiv ta' testijiet in vitro.

(6)

Għall-ħsara serja lill-għajnejn jew għall-irritazzjoni tal-għajnejn, jeżisti sett ta' metodi ta' ttestjar in vitro li f'ħafna każijiet ikun biżżejjed biex tinkiseb informazzjoni adegwata għall-klassifikazzjoni u għall-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanzi. Tista' tintlaħaq konklużjoni dwar il-potenzjal ta' sustanza li tikkawża dawn l-effetti fuq l-għajnejn b'test wieħed, jekk ir-riżultat jippermetti deċiżjoni affidabbli u immedjata dwar il-klassifikazzjoni jew in-nuqqas ta' klassifikazzjoni, jew b'taħtlita ta' żewġ testijiet jew aktar. F'xi każijiet, xorta jisgħu jkunu meħtieġa l-istudji in vivo għas-sustanzi manifatturati jew importati fi kwantitajiet ta' 10 tunnellati jew aktar, pereżempju meta s-sustanza ttestjata ma taqax fid-dominju tal-applikabbiltà tal-metodi ttestjati jew meta ma jkunux jistgħu jinkisbu riżultati konklużivi minn sett komprensiv ta' testijiet in vitro.

(7)

Għalhekk, il-punti 8.1 u 8.2 tal-Anness VIII għandhom jiġu emendati biex jitneħħa r-rekwiżit ta' informazzjoni standard għall-istudji in vitro filwaqt li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li skonthom ikun xorta meħtieġ studju in vivo għall-korrużjoni jew l-irritazzjoni tal-ġilda u għall-ħsara serja lill-għajnejn jew l-irritazzjoni tal-għajnejn. Madankollu, l-informazzjoni adegwata mill-istudji eżistenti in vivo għall-irritazzjoni tal-ġilda jew għall-irritazzjoni tal-għajnejn xorta tista' tintuża biex tissodisfa r-rekwiżit ta' informazzjoni f'kull livell ta' tunnellaġġ.

(8)

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta' informazzjoni standard u r-regoli ta' adattament fil-punti 8.1 u 8.2 tal-Anness VII, u r-regoli ta' adattament fil-punti 8.1 u 8.2 tal-Anness VIII għandhom jiġu riveduti biex jitneħħew ir-regoli żejda li huma diġà stabbiliti fl-Anness VI u fl-Anness XI u fil-partijiet introduttorji tal-Annessi VII u VIII dwar l-eżami tad-dejta disponibbli, ir-rinunzja tal-istudji għal punt ta' tmiem tossikoloġiku jekk l-informazzjoni disponibbli tindika li s-sustanza tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni għal dak il-punt ta' tmiem tossikoloġiku, jew biex tiġi ċċarata t-tifsira maħsuba dwar ir-rinunzja tal-istudji għas-sustanzi li jieħdu n-nar taħt ċerti kundizzjonijiet. Meta ssir referenza għall-klassifikazzjoni tas-sustanzi, ir-regoli ta' adattament għandhom jiġu aġġornati biex jirriflettu t-terminoloġija użata fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(9)

Għat-tossiċità akuta, barra mit-test mir-rotta orali (l-Anness VII, il-punt 8.5.1), il-punt 8.5 tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi rekwiżit ta' informazzjoni standard għas-sustanzi li mhumiex gassużi b'mill-inqas rotta waħda oħra (bl-inalazzjoni jew mir-rotta dermali) skont ir-rotta l-aktar probabbli għall-esponiment uman. Analiżi xjentifika riċenti tad-dejta disponibbli mill-istudji in vivo dwar it-tossiċità akuta wriet li hemm probabbiltà kbira li s-sustanzi li mhumiex tossiċi mir-rotta orali ma jkunux tossiċi mir-rotta dermali. Għalhekk, l-ittestjar ta' dawk is-sustanzi permezz tar-rotta dermali ma jipprovdix informazzjoni essenzjali għall-valutazzjoni tas-sikurezza tagħhom. Għaldaqstant, il-punt 8.5 tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat biex jinkludi l-possibbiltà li jiġi rinunzjat it-test dermali għal dawn is-sustanzi.

(10)

L-ECHA, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, għandha tiżviluppa aktar id-dokumenti ta' gwida għall-applikazzjoni tal-metodi ta' ttestjar u tal-possibilitajiet ta' rinunzja għar-rekwiżiti ta' informazzjoni standard stabbiliti b'dan ir-Regolament għall-fini tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. B'hekk, l-ECHA għandha tqis b'mod sħiħ ix-xogħol imwettaq fl-OECD, kif ukoll fi gruppi xjentifiċi u ta' esperti rilevanti oħrajn.

(11)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta' ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).

(4)  Ir- Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).


ANNESS

L-Annessi VII u VIII mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huma emendati kif ġej:

(1)

Il-punti 8.1 u 8.2 tal-Anness VII għandu jinbidel b'dan li ġej:

“8.1.

Korrużjoni/irritazzjoni tal-ġilda

8.1.

L-istudji ma għandhomx isiru jekk:

is-sustanza tkun aċidu qawwi (pH ≤ 2,0) jew bażi (pH ≥ 11,5) u l-informazzjoni disponibbli tindika li għandha tkun klassifikata bħala korrużjoni tal-ġilda (Kategorija 1), jew

is-sustanza tkun fjammabbli b'mod spontanju fl-arja jew meta tmiss mal-ilma jew mal-umdità f'temperatura ambjentali, jew

is-sustanza tkun klassifikata bħala tossiċità akuta mir-rotta dermali (Kategorija 1), jew

studju tat-tossiċità akuta mir-rotta dermali ma jindikax irritazzjoni tal-ġilda sal-livell massimu tad-doża (2 000  mg/kg ta' piż tal-ġisem).

Jekk ir-riżultati minn wieħed miż-żewġ studji taħt il-punti 8.1.1 jew 8.1.2 diġà jippermettu li tittieħed deċiżjoni konklużiva dwar il-klassifikazzjoni ta' sustanza jew dwar in-nuqqas potenzjali tal-irritazzjoni tal-ġilda, ma hemmx għalfejn isir it-tieni studju.

8.1.1.

Korrużjoni tal-ġilda, in vitro

 

8.1.2.

Korrużjoni tal-ġilda, in vitro

 

8.2.

Ħsara serja lill-għajnejn/irritazzjoni tal-għajnejn

8.2.

L-istudji ma għandhomx isiru jekk:

is-sustanza tkun klassifikata bħala korrużjoni tal-ġilda u tkun ikklassifikata bħala ħsara serja lill-għajnejn (Kategorija 1), jew

is-sustanza tkun klassifikata bħala irritazzjoni tal-ġilda u l-informazzjoni disponibbli tindika li għandha tkun klassifikata bħala irritazzjoni tal-għajnejn (Kategorija 2), jew

is-sustanza tkun aċidu qawwi (pH ≤ 2,0) jew bażi (pH ≥ 11,5) u l-informazzjoni disponibbli tindika li għandha tkun klassifikata bħala ħsara serja lill-għajnejn (Kategorija 1), jew

is-sustanza tkun fjammabbli b'mod spontanju fl-arja jew meta tmiss mal-ilma jew mal-umdità f'temperatura ambjentali.

8.2.1.

Ħsara serja lill-għajnejn/irritazzjoni tal-għajnejn, in vitro

8.2.1.

Jekk ir-riżultati mill-ewwel studju in vitro ma jippermettux li tittieħed deċiżjoni konklużiva dwar il-klassifikazzjoni ta' sustanza jew dwar in-nuqqas potenzjali tal-irritazzjoni tal-għajnejn, għandhom jitqiesu studji oħra in vitro għal dan il-punt ta' tmiem.”

(2)

Il-punti 8.1 u 8.2 tal-Anness VIII għandu jinbidel b'dan li ġej:

“8.1.

Korrużjoni/irritazzjoni tal-ġilda

8.1.

Studju in vivo għall-korrużjoni/irritazzjoni tal-ġilda għandu jitqies biss jekk l-istudji in vitro taħt il-punti 8.1.1 u 8.1.2 fl-Anness VII ma jkunux applikabbli jew jekk ir-riżultati ta' dawn l-istudji ma jkunux adegwati għall-klassifikazzjoni u għall-valutazzjoni tar-riskju.

L-istudju ma għandux isir jekk:

is-sustanza tkun aċidu qawwi (pH ≤ 2,0) jew bażi (pH ≥ 11,5), jew

is-sustanza tkun fjammabbli b'mod spontanju fl-arja jew meta tmiss mal-ilma jew mal-umdità f'temperatura ambjentali, jew

is-sustanza tkun klassifikata bħala tossiċità akuta mir-rotta dermali (Kategorija 1), jew

studju tat-tossiċità akuta mir-rotta dermali ma jindikax irritazzjoni tal-ġilda sal-livell massimu tad-doża (2 000  mg/kg ta' piż tal-ġisem).

8.2.

Ħsara serja lill-għajnejn/irritazzjoni tal-għajnejn

8.2.

Studju in vivo għall-korrużjoni/irritazzjoni tal-għajnejn għandu jitqies biss jekk l-istudji in vitro taħt il-punt 8.2.1 fl-Anness VII ma jkunux applikabbli jew jekk ir-riżultati miksuba minn dawn l-istudji ma jkunux adegwati għall-klassifikazzjoni u/jew għall-valutazzjoni tar-riskju.

L-istudju ma għandux isir jekk:

is-sustanza tkun klassifikata bħala korrużjoni tal-ġilda, jew

is-sustanza tkun aċidu qawwi (pH ≤ 2,0) jew bażi (pH ≥ 11,5), jew

is-sustanza tkun fjammabbli b'mod spontanju fl-arja jew meta tmiss mal-ilma jew mal-umdità f'temperatura ambjentali.”

(3)

Il-punt 8.5 tal-Anness VIII għandu jinbidel b'dan li ġej:

“8.5.

Tossiċità akuta

8.5.

Ġeneralment, l-istudji ma għandhomx isiru jekk

is-sustanza tkun klassifikata bħala korrużjoni tal-ġilda.

Minbarra r-rotta orali (il-punt 8.5.1 tal-Anness VII) għas-sustanzi li mhumiex gassijiet, l-informazzjoni msemmija fil-punti 8.5.2 sa 8.5.3 għandha tiġi provduta għal mill-inqas rotta waħda oħra. L-għażla għat-tieni rotta tiddependi fuq in-natura tas-sustanza u r-rotta probabbli ta' esponiment tal-bniedem. Jekk hemm rotta waħda biss ta' esponiment, għandha tiġi provduta biss l-informazzjoni għal dik ir-rotta.

8.5.2.

Bl-inalazzjoni

8.5.2.

L-ittestjar mir-rotta tal-inalazzjoni huwa xieraq jekk l-esponiment tal-bnedmin bl-inalazzjoni probabbilment iqis il-pressjoni tal-fwar tas-sustanza u/jew il-possibbiltà ta' esponiment għall-aerosols, il-partikuli jew il-qtar żgħar ta' daqs inalabbli.

8.5.3.

Mir-rotta dermali

8.5.3.

L-ittestjar mir-rotta dermali huwa xieraq jekk:

(1)

l-inalazzjoni tas-sustanza tkun improbabbli; u

(2)

il-kuntatt mal-ġilda fil-produzzjoni u/jew fl-użu jkun improbabbli; u

(3)

il-proprjetajiet fiżikokimiċi u tossikoloġiċi jissuġġerixxu potenzjal għal rata sinifikanti ta' assorbiment mill-ġilda.

L-ittestjar mir-rotta dermali ma għandux isir jekk:

is-sustanza ma tissodisfax il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala tossiċità akuta jew STOT SE mir-rotta orali, u

fl-istudji in vivo mal-esponiment dermali ma jiġi osservat l-ebda effett sistemiku (eż. l-irritazzjoni tal-ġilda, is-sensitizzazzjoni tal-ġilda) jew fin-nuqqas ta' studju in vivo mir-rotta orali, ma jiġu mbassra l-ebda effetti sistematiċi wara l-esponiment dermali abbażi tal-approċċi li ma jużawx annimali (eż. ir-read across, l-istudji QSAR).”


1.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/864

tal-31 ta' Mejju 2016

li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva triasulfuron, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/66/KE (2) inkludiet t-triasulfuron bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva triasulfuron tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2016.

(4)

Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-triasulfuron fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (5), u fil-perjodu previst f'dak l-Artikolu.

(5)

L-applikant ressaq id-dossiers supplimentari meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1141/2010. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem: “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-14 ta' Ottubru 2013.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll is-sommarju tad-dossier supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(8)

Fit-8 ta' Jannar 2015 l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (6) dwar jekk jistax jiġi mistenni li t-triasulfuron jissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-Awtorità kkonkludiet li minħabba l-valutazzjoni inkompluta tal-ġenotossiċità tat-triasulfuron u l-impurità tal-manifattura tiegħu CGA 150829, ma kienx possibbli li jiġu stabbiliti l-valuri ta' referenza tossikoloġiċi bbażati fuq is-saħħa. B'konsegwenza ta' dan, il-valutazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi, l-operaturi, il-ħaddiema u l-persuni li jkunu fil-qrib ma setgħetx titwettaq. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li f'sitwazzjonijiet ġeoklimatiċi speċifiċi, hemm potenzjal elevat li għall-użi rappreżentattivi vvalutati jkun hemm riżutat ta' esponiment tal-ilma ta' taħt l-art ogħla mil-limitu tal-ilma tax-xorb parametriku ta' 0,1μg/L, jew permezz tat-triasulfuron innifsu jew permezz tal-metabolit tal-ħamrija tiegħu CGA 150829. Barra minn hekk, ġie identifikat ukoll riskju għoli għall-pjanti akkwatiċi.

(9)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, f'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1141/2010, dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa.

(10)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib imsemmi fil-premessa 8 ma setax jiġi eliminat.

(11)

Għaldaqstant, ma ġiex stabbilit li wieħed jista' jistenna li, fir-rigward ta' wieħed jew iktar mill-użi rappreżentattivi ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih t-triasulfuron, il-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva triasulfuron ma għandhiex tiġġedded.

(12)

L-Istati Membri għandhom jingħataw iż-żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-triasulfuron.

(13)

Fir-rigward ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-triasulfuron, meta l-Istati Membri jkunu taw perjodu ta' grazzja f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dak il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2017.

(14)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta' applikazzjoni oħra għat-triasulfuron f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(15)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva triasulfuron mhix imġedda.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-triasulfuron bħala sustanza attiva sat-30 ta' Settembru 2016.

Artikolu 3

Perjodi ta' grazzja

Kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar mit-30 ta' Settembru 2017.

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, titħassar ir-ringiela 9 dwar it-triasulfuron.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/66/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 li tinkludi sustanza attiva (triasulfuron) fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill (91/414/KEe) li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 276, 28.10.2000, p. 35).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).

(6)  EFSA (L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2015. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance ażimsulfuron. EFSA Journal 2015;13(1):3958, 78 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.3958


1.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/865

tal-31 ta' Mejju 2016

li jniedi investigazzjoni dwar l-evażjoni possibbli tal-miżuri kontra d-dumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/2384 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, permezz ta' importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju kemm kemm immodifikati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattament dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) u 14(5) tiegħu,

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

A.   TALBA

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta' evażjoni tal-miżuri antidumping imposti fuq ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) permezz ta' importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju kemm kemm immodifikati li joriġinaw mir-RPĊ, u biex dawn l-importazzjonijiet isiru soġġetti għal reġistrazzjoni.

(2)

It-talba ġiet imressqa fit-18 ta' April 2015. L-applikant talab l-anonimità u ssostanzjaha kif xieraq fit-talba. Il-Kummissjoni tikkunsidra li hemm raġunijiet suffiċjenti biex tingħata l-kunfidenzjalità tal-identità tal-applikant.

B.   PRODOTT

(3)

Il-prodott ikkonċernat huwa fojl tal-aluminju ta' ħxuna mhux inqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm, mhux rinforzata, mhux maħduma ulterjorment apparti milli rrumblata, f'rombli ta' wisa' mhux aktar minn 650 mm u ta' piż aktar minn 10 kg, li toriġina mir-RPĊ, li bħalissa taqa' taħt il-kodiċi NM ex 7607 11 19 (kodiċi TARIC 7607111910) (“il-prodott ikkonċernat”). Dan huwa l-prodott li għalih il-miżuri fis-seħħ bħalissa japplikaw.

(4)

Il-prodotti taħt investigazzjoni għal evażjoni possibbli għandhom l-istess karatteristiċi essenzjali bħall-prodott ikkonċernat iddefinit fil-premessa preċedenti. Madankollu, jistgħu ikunu ittemprati jew le, u jiġu ppreżentati wkoll għall-importazzjoni bħala:

fojl tal-aluminju ta' ħxuna mhux anqas minn 0,007 mm u anqas minn 0,008 mm, indipendentement mill-wisa' tar-rombli, jew

fojl tal-aluminju ta' ħxuna mhux anqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm u f'rombli b'wisa' li jaqbeż is-650 mm, jew

fojl tal-aluminju ta' ħxuna ta' aktar minn 0,018 mm u anqas minn 0,021 mm indipendentement mill-wisa' tar-rombli, jew

fojl tal-aluminju ta' ħxuna mhux anqas minn 0,021 mm u mhux aktar minn 0,045, meta ppreżentati b'tal-anqas żewġ saffi, indipendentement mill-wisa' tar-rombli.

(5)

L-ewwel tliet prodotti deskritti aktar 'il fuq jaqgħu fl-ambitu tal-istess kodiċi NM bħall-prodott ikkonċernat, iżda taħt kodiċijiet TARIC differenti (7607111930, 7607111940 u 7607111950).

(6)

L-aħħar wieħed jaqa' taħt kodiċi NM differenti mill-prodott ikkonċernat (jiġfieri l-kodiċi NM ex 7607 11 90) u l-kodiċijiet TARIC 7607119045 u 7607119080.

(7)

Il-prodotti kollha deskritti aktar 'il fuq joriġinaw ukoll fir-RPĊ (“il-prodotti investigati”).

C.   MIŻURI EŻISTENTI

(8)

Il-miżuri attwalment fis-seħħ u li possibilment qed jiġu evażi huma miżuri ta' antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2384 (2) (“il-miżuri eżistenti”).

D.   RAĠUNIJIET

(9)

It-talba tinkludi evidenza prima facie suffiċjenti li l-miżuri antidumping imposti fuq il-prodott ikkonċernat qed ikunu evażi permezz ta' prattiki, proċessi jew ħidma li ma hemmx raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika biżżejjed għalihom ħlief l-impożizzjoni tad-dazju antidumping.

(10)

L-evidenza prima facie li ġiet ippreżentata hija din:

(11)

Abbażi tal-istatistika tal-esportazzjoni Ċiniża u l-istatistika tal-importazzjoni tal-Eurostat, l-applikant iddetermina l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet ta' kull wieħed mill-prodotti kemm kemm immodifikati li qiegħdin jiġu investigati għal perjodu li jibda fl-2008 u jispiċċa fl-2015. Meta qabbel l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mal-importazzjonijiet tal-prodotti kemm kemm immodifikati investigati, l-applikant evidenzja tkabbir b'saħħtu ta' importazzjonijiet ta' prodott kemm kemm immodifikat taħt investigazzjoni, kif ukoll tnaqqis parallel tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. B'mod partikolari, l-applikant wera li l-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodotti kemm kemm immodifikati taħt investigazzjoni kienu simili għal dawk tal-prodott ikkonċernat qabel l-adozzjoni tal-miżuri antidumping inizjali mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 (3). L-applikant, għalhekk, wera bidla fit-tendenza tal-kummerċ.

(12)

Barra minn hekk, għal kull prattika ta' evażjoni, l-applikant ipprovda evidenza dettaljata dwar l-eżistenza mifruxa ta' tali prattiki u l-assenza ta' kull kawża dovuta jew ġustifikazzjoni ekonomika lil hinn mill-impożizzjoni tad-dazju għal tali prattiki.

(13)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, l-applikant wera li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-prodotti kemm kemm immodifikati investigati li joriġinaw fir-RPĊ, skont kull waħda mill-prattiki ta' evażjoni, iwaqqgħu b'mod sinfikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Konsegwentement, l-importazzjonijiet tal-prodott kemm kemm immodifikat taħt investigazzjoni li joriġina fir-RPĊ idgħajfu l-effetti remedjali tal-miżuri ta' antidumping f'termini ta' prezzijiet, kif ukoll bħala kwantitajiet.

(14)

Finalment, abbażi tal-informazzjoni raġonevolment disponibbli lilu, l-applikant stabbilixxa kalkoli tal-marġni tad-dumping li juru li l-prodotti kemm kemm immodifikati investigati, skont kull prattika ta' evażjoni, jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet ta' dumping.

E.   PROĊEDURA

(15)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjonijiet tal-prodotti investigati soġġetti għal reġistrazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(a)   Kwestjonarji

(16)

Sabiex tikseb tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa tal-esportaturi/produtturi fir-RPĊ, lill-importaturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta' importaturi fl-Unjoni u lill-awtoritajiet tar-RPĊ. Jekk ikun meħtieġ, jista' wkoll jintalab tagħrif mingħand l-industrija tal-Unjoni.

(17)

F'kull eventwalità, il-partijiet interessati kollha għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, u mhux iktar tard mil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, u jitolbu kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, sakemm il-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament ikun japplika għall-partijiet interessati kollha.

(18)

L-awtoritajiet tar-RPĊ se jiġu nnotifikati bil-bidu tal-investigazzjoni.

(b)   Ġbir ta' tagħrif u seduti ta' smigħ

(19)

Il-partijiet kollha interessati huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

(c)   Eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri

(20)

F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodotti investigati jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tkunx tikkostitwixxi ċirkomvenzjoni.

(21)

Billi l-possibbiltà ta' evażjoni tista' ssir barra mill-Unjoni, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, lill-produtturi tal-prodotti investigati fir-RPĊ li jistgħu juru li mhuma relatati (4) ma' ebda produttur suġġett għall-miżuri (5) u li jinstab li ma jkunux involuti fi prattiki ta' evażjoni kif iddefinit fl-Artikoli 13(1) u 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom iressqu talba sostnuta kif dovut minn evidenza fil-limitu ta' żmien indikat fl-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament.

F.   REĠISTRAZZJONI

(22)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodotti investigati ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk l-investigazzjoni tikkonkludi li jkun hemm evażjoni, ikun jista' jiġi impost ammont xieraq ta' dazji antidumping mid-data li fiha tkun ġiet imposta r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet bħal dawn.

G.   LIMITI TA' ŻMIEN

(23)

Sabiex ikun hemm amministrazzjoni tajba, għandhom jiġu ddikjarati l-limiti ta' żmien li fihom:

il-partijiet interessati jkunu jistgħu jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-eżistenza tagħhom, jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor li għandu jitqies matul l-investigazzjoni,

il-produtturi fir-RPĊ jistgħu jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew tal-miżuri,

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni,

(24)

Ta' min jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċitar tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tgħarraf lill-Kummissjoni bl-eżistenza tagħha fil-limiti ta' żmien indikati fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

H.   NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI

(25)

Jekk jagħti l-każ li xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' żmien, jew tfixkel b'mod sinifikattiv l-investigazzjoni, il-konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, ikunu jistgħu jintlaħqu fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(26)

Fejn jinstab illi xi parti interessata tkun ipprovdiet tagħrif mhux minnu jew qarrieqi, tali tagħrif ma jitqiesx u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

(27)

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment, u s-sejbiet ikunu għalhekk imsejsa fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

(28)

In-nuqqas li tingħata risposta kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta' kooperazzjoni, dejjem jekk il-parti interessata turi li biex tippreżenta r-risposta kif mitlub ikun ifisser piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih.

I.   SKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI

(29)

L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa' xhur minn dakinhar li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

J.   PROĊESSAR TAD-DEJTA PERSONALI

(30)

Ta' min jinnota li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

K.   UFFIĊJAL TAS-SEDUTA

(31)

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' interfaċċja bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b'mod sħiħ.

(32)

It-talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi l-partijiet u li jippermetti li jitressqu fehmiet differenti u argumenti kuntrarji.

(33)

Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-Internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed tinfetaħ investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, biex jiġi ddeterminat jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta':

fojl tal-aluminju ta' ħxuna mhux anqas minn 0,007 mm u anqas minn 0,008 mm, mhux rinfurzata, mhux maħduma ulterjorment barra milli rromblata, f'rombli, ta' piż li jaqbeż l-10 kg, indipendentement mill-wisa', kemm jekk ittemprata kif ukoll jekk le, jew

fojl tal-aluminju ta' ħxuna mhux anqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm, mhux rinfurzata, mhux maħduma ulterjorment barra milli rromblata, f'rombli, ta' piż li jaqbeż l-10 kg u wisa' li jaqbeż is-650 mm, kemm jekk ittemprata kif ukoll jekk le, jew

fojl tal-aluminju ta' ħxuna mhux aktar minn 0,018 mm u anqas minn 0,021 mm, mhux rinfurzata, mhux maħduma ulterjorment barra milli rromblata, f'rombli, ta' piż li jaqbeż l-10 kg, indipendentement mill-wisa', kemm jekk ittemprata kif ukoll jekk le, jew

fojl tal-aluminju ta' ħxuna ta' mhux anqas minn 0,021 mm u ta' mhux aktar minn 0,045 mm, mhux rinfurzata, mhux maħduma ulterjorment barra milli rromblata, f'rombli, ta' piż li jaqbeż l-10 kg, indipendentement mill-wisa', kemm jekk ittemprata kif ukoll jekk le, meta ppreżentata b'tal-anqas żewġ saffi,

li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li fil-preżent jaqgħu fl-ambitu tal-kodiċijiet NM ex 7607 11 19 (il-kodiċijiet TARIC 7607111930, 7607111940 u 7607111950) u ex 7607 11 90 (il-kodiċijiet TARIC 7607119045 u 7607119080) qed jevadu l-miżuri imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2384.

Artikolu 2

L-awtoritajiet Doganali, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Ir-reġistrazzjoni tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' regolament, titlob lill-awtoritajiet Doganali jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' prodotti manifatturati minn produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkunu nstabu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' eżenzjoni.

Artikolu 3

1.   Il-kwestjonarji jridu jintalbu mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.   Biex ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati waqt l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kwalunkwe informazzjoni oħra fi żmien 37 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

3.   Il-produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri jridu jibagħtu talba debitament sostnuta b'evidenza fl-istess limitu taż-żmien ta' 37 jum.

4.   Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 37 jum.

5.   L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta' partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b'mod espliċitu a) lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta' dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f'għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

6.   Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'dan ir-Regolament, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li jkun intalab trattament kunfidenzjali għalihom jiġu mmarkati “Limited” (Ristretti) (7).

7.   Il-partijiet interessati li jagħtu informazzjoni “Limited” (Ristretta) huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b'mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista' tiġi injorata.

8.   Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta' ittra elettronika u jinkludu dokumenti skenjati ta' prokuri u ta' ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' tweġibiet voluminużi li għandhom jitressqu fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta' ittra reġistrata. Permezz ta' ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F'KAŻIJIET TA' DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali li jiffunzjona u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta' kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu ta' posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1040 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: TRADE-AC-ALU-FOIL@ec.europa.eu

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2384 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li jtemm il-proċediment għall-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw fil-Brażil wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 63).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 262, 6.10.2009, p. 1).

(4)  F'konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558), żewġ persuni għandhom jitqiesu li huma relatati jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) terza persuna li direttament jew indirettament għandha s-sjieda, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-istokk jew tal-ishma bid-dritt għall-vot tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien huma jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; (h) huma membri tal-istess familja. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1), “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika, u kull assoċjazzjoni ta' persuni li mhijiex persuna ġuridka iżda li hija rikonoxxuta taħt id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li għandha l-kapaċità li twettaq atti ġuridiċi.

(5)  Madankollu, anki jekk il-produtturi huma relatati skont kif imsemmi hawn fuq ma' kumpaniji soġġetti għall-miżuri stabbiliti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, xorta waħda tista' tingħata eżenzjoni jekk ma jkunx hemm evidenza li r-relazzjoni mal-kumpaniji soġġetti għall-miżuri oriġinali kienet stabbilita jew użata biex ikun hemm evażjoni tal-miżuri oriġinali.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(7)  Dokument “ Limited ” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


1.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/42


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/866

tat-31 ta' Mejju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-31 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

428,2

MA

98,3

TR

62,1

ZZ

196,2

0707 00 05

TR

99,6

ZZ

99,6

0709 93 10

TR

159,6

ZZ

159,6

0805 50 10

AR

174,2

TR

143,1

ZA

190,8

ZZ

169,4

0808 10 80

AR

111,7

BR

106,4

CL

134,0

CN

90,2

NZ

141,8

PE

106,8

US

192,9

ZA

115,7

ZZ

124,9

0809 29 00

TR

614,6

US

870,3

ZZ

742,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


1.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/44


REGOLAMENT (UE) 2016/867 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta' Mejju 2016

dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 127(2) u (5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5.1 u 34.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2),

Billi:

(1)

Il-mikrodejta dwar il-kreditu u dwar ir-riskju ta' kreditu (iktar 'il quddiem id-“dejta dwar il-kreditu”) tinkludi informazzjoni dettaljata u individwali dwar strumenti li jagħtu lok għal riskju ta' kreditu għal korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti, korporazzjonijiet finanzjarji minbarra korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti jew vetturi tal-ġestjoni tal-assi, li huma lkoll involuti f'tislif fuq skala sinifikanti. Din l-informazzjoni ddettaljata hija meħtieġa għat-twettiq ta' kompiti tal-Eurosistema, tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku, inklużi analiżi tal-politika monetarja u operazzjonijiet tal-politika monetarja, il-ġestjoni tar-riskju, is-sorveljanza tal-istabbiltà finanzjarja u l-politika makroprudenzjali u r-riċerka. Din id-dejta tkun utli wkoll għall-finijiet ta' superviżjoni bankarja fil-kuntest tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU).

(2)

L-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) jeħtieġ li l-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), jiġbor l-informazzjoni statistika neċessarju jew mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mill-aġenti ekonomiċi sabiex jitwettqu l-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeħtieġ li l-BĊE jispeċifika l-popolazzjoni attwali ta' rapportar fil-limiti tal-popolazzjoni ta' rapportar ta' referenza u jintitolah sabiex jeżenta totalment jew parti minn klassijiet speċifiċi ta' aġenti li jirrapportaw mir-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tiegħu.

(3)

Id-dejta dwar il-kreditu se tikkontribwixxi b'mod sostanzjali biex ittejjeb l-istatistika tas-SEBĊ eżistenti, billi tipprovdi rendikonti u dettalji importanti li mhumiex disponibbli minn sorsi ta' dejta użati bħalissa, bħal informazzjoni dwar l-istruttura u l-mudelli ta' riskju ta' kreditu mogħtija mis-settur finanzjarju. Pereżempju, id-dejta tal-kreditu ser tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex iżżid il-kwalità tal-istatistika dwar: (a) self skont id-daqs tal-korporazzjonijiet, karatteristika ewlenija għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-għoti ta' kreditu lil impriżi ta' daqs żgħir u medju; (b) linji ta' kreditu mqassma skont is-settur tal-kontroparti; (c) self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji mqassmin skont l-attività ekonomika; (d) self iggarantit b'ipoteki fuq proprjetà immobbli; u (e) self transkonfinali u dħul relatat bħala parti mill-istatistika tal-bilanċ ta' pagamenti tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(4)

Id-disponibblità ta' dejta dwar il-kreditu ser ittejjeb l-utilizzabbiltà tal-informazzjoni f'livell mikro li bħalissa tinġabar fuq ħruġ ta' titoli u statistika dwar parteċipazzjonijiet, u tikkontribwixxi għall-monitoraġġ u t-trawwim tal-integrazzjoni u l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni. Finalment, dejta dwar il-kreditu relatata ma' friegħi li huma residenti barra ż-żona tal-euro, u li l-uffiċċji prinċipali tagħhom huma residenti fi Stat Membru li jirrapporta huma importanti għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ, b'mod partikolari għall-analiżi tal-politika monetarja u kompiti ta' stabbiltà finanzjarja. Barra minn hekk, id-dejta tista' tappoġġa kompiti ta' sorveljanza makroprudenzjali bħall-analiżijiet superviżorji, valutazzjonijiet tar-riskju u testijiet tal-istress. L-Artikoli 8(1)(d) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 issa jippermettu speċifikament l-użu ta' dejta statistika miġbura skont l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ għal finijiet superviżorji.

(5)

Sett komprensiv ta' dejta dwar il-kreditu analitika u armonizzata għandu jimminimizza l-piż ta' rapportar billi tiżdied l-istabbiltà tar-rekwiżiti tar-rapportar matul iż-żmien. Dan huwa importanti għaliex l-inkorporazzjoni ta' bidliet fis-sistemi awtomatizzati ħafna tal-ipproċessar ta' dejta ta' aġenti li jirrapportaw tista' tiswa għali ħafna. Is-sett armonizzat ta' dejta se jipprovdi wkoll dettall akbar, biex b'hekk jitnaqqas il-bżonn ta' talbiet addizzjonali indirizzati lill-aġenti li jirrapportaw

(6)

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/6 (3) tistabbilixxi l-proċedura għall-iżvilupp ta' qafas fit-tul għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu bbażat fuq rekwiżiti ta' rapportar statistiku armonizzat tal-BĊE. Għandha l-għan li tiżgura l-istabbiliment ta': (a) settijiet ta' mikrodejta dwar il-kreditu nazzjonali mħaddma mill-BĊNi tal-Eurosistema skont standards minimi nazzjonali; u (b) dejtabase komuni fuq kreditu analitiku granulari (iktar 'il quddiem “AnaCredit”) maqsum bejn il-membri tal-Eurosistema, inkluża dejta mdaħħla mill-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro.

(7)

Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2014/7 (4) tħeġġeġ lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, iżda li qed jippreparaw biex jingħaqdu fil-qafas fit-tul, biex japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni BĊE/2014/6. AnaCredit għandha tkun miftuħa, fuq bażi volontarja, għall-Istati Membri barra ż-żona tal-euro, partikolarment dawk li qed jipparteċipaw fl-MSU, sabiex jitwessa' l-ambitu ġeografiku u tad-dejta tiegħu, u biex tiżdied l-armonizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni.

(8)

Filwaqt li l-miżuri preparatorji skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/6 kellhom l-għan li jiddefinixxu “grupp ewlieni ta' settijiet ta' mikrodejta [dejta granulari] dwar il-kreditu armonizzati li jridu jiġu pprovduti lill-BĊE mill-BĊNi għal żmien twil”, l-eżitu tal-proċedura tal-merti u tal-ispejjeż wera rekwiżiti tal-utenti b'saħħithom ħafna biex b'hekk ġie enfasizzat il-bżonn mhux biss għal “grupp ewlieni ta' settijiet ta' mikrodejta [dejta granulari]”, imma wkoll għal lista komprensiva ta' attributi tad-dejta u miżuri li jikkaratterizzaw l-istrumenti li jżidu r-riskju tal-kreditu għall-popolazzjoni li tirrapporta. Barra minn dan, l-armonizzazzjoni mtejba li tirriżulta għandha żżid il-paragunabbiltà tad-dejta bejn il-pajjiżi u bejn l-istituzzjonijiet, biex b'hekk tiġi żgurata dejta ta' kwalità ogħla għall-analiżi.

(9)

AnaCredit għandha l-għan li tipprovdi, flimkien ma' oqfsa statistiċi oħrajn li jiġbru informazzjoni granulari, ħarsa analitika tar-riskju tal-kreditu tal-aġenti li jirrapportaw irrispettivament mill-istrument finanzjarju, it-tip ta' skopertura jew il-klassifikazzjoni fil-kontabbiltà. F'dan ir-rigward, ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom l-għan li jiżguraw li aġenti jirrapportaw sett komuni ta' informazzjoni armonizzata lill-BĊNi.

(10)

AnaCredit għandha tiġi stabilita fi tliet stadji, billi l-eteroġeneità sinjifikanti tal-ġbir attwali tad-dejta dwar il-kreditu fost il-pajjiżi parteċipanti tista' tiġi armonizzata biss b'mod gradwali.. Dan l-approċċ ta' pass wara pass iqis ukoll iż-żmien meħtieġ għall-aġenti li jirrapportaw biex jikkonformaw mad-diversi rekwiżiti ta' dejta. B'mod ġenerali, l-ambitu u l-kontenut tad-dejta li għandha tinġabar matul l-istadji differenti għandhom jiġu ddefiniti kmieni kemm jista' jkun, sabiex l-aġenti li jirrapportaw kollha jippreparaw għall-użu ta' sett armonizzat ta' kunċetti u definizzjonijiet. B'hekk, il-Kunsill Governattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fuq kull stadju sussegwenti ta' mill-inqas sentejn qabel ma tiġi implimentata. Bil-għan li jiġu mminimizzati l-ispejjeż u x-xogħol għall-aġenti li jirrapportaw, ser tiġi esplorata fi stadju sussegwenti l-għoti ta' informazzjoni dwar self għal djar fuq il-bażi ta' teknika ta' teħid ta' kampjuni.

(11)

Filwaqt li wieħed mill-għanijiet ewlenin fit-tul ta' Anacredit hija l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tar-rapportar u l-implimentazzjoni ta' prattiċi, l-eteroġenjetà tal-prattiċi tal-ġbir ta' dejta kurrenti teħtieġ il-preservazzjoni tad-diskrezzjoni tal-BĊN f'ċerti oqsma, pereżempju fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-BĊN dwar derogi għal aġenti li jirrapportaw resident żgħar. Dawn l-oqsma ta' diskrezzjoni tal-BĊN għandhom jiġu rivalutati f'kull stadju futur sabiex jiġi ddeterminat jekk tistax tintlaħaq iktar armonizzazzjoni ġewwa pajjiżi parteċipanti.

(12)

F'termini tal-kamp ta' applikazzjoni, l-ewwel stadju ta' rapportar taħt AnaCredit għandu jinkludi kreditu mogħti minn istituzzjonijiet ta' kreditu lil entitajiet ġuridiċi. Korporazzjonijiet li jaċċettaw depożiti minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu, veikoli għall-ġestjoni ta' assi u korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn, ilkoll involuti f'attivitajiet ta' tislif, kif ukoll sussidjarji barranin ta' dawn l-entitajiet jistgħu jiġu inklużi fil-popolazzjoni li tirrapporta attwali fi stadju sussegwenti. Fir-rigward ta' strumenti, il-kamp ta' applikazzjoni tar-rapportar granulari jista' jiġi estiż għal derivattivi, kontijiet oħrajn riċevibbli, elementi mhux fuq il-karta tal-bilanċ (bħal garanziji finanzjarji) u kreditu estiż lil persuni li ma humiex persuni legali, inklużi proprjetarji uniċi. L-ebda dejta personali, kif definita mir-regoli ta' protezzjoni tad-dejta applikabbli, m'għandha tinġabar fl-ewwel stadju, inklużi krediti multidebituri li jinvolvu persuni naturali bħala debituri huma affiljati ma' strumenti rapportati lil AnaCredit. Jekk l-ambitu tar-rapportar jiġi estiż biex jinkludi din id-dejta personali fi stadji sussegwenti, għandha tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni naturali fir-rigward tal-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. Barra minn hekk, stadji sussegwenti jistgħu jinkorporaw rekwiżiti ta' rapportar fuq bażi kkonsolidata. Kull estensjoni tal-popolazzjoni li tirrapporta għandha tqis id-dritt tal-BĊE li jagħti derogi lil aġenti li jirrapportaw żgħar u għandha tiġi adottata ta' mill-inqas sentejn qabel ma tiddaħħal sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex tiġi implimentata mill-aġenti li jirrapportaw u l-BĊNi.

(13)

Fit-tħejjija ta' stadji futuri, estensjoni tal-popolazzjoni li tirrapporta kif ukoll introduzzjoni ta' rekwiżiti ta' rapportar addizzjonali għandha tkun ibbażata fuq analiżi mill-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ (iktar 'il quddiem l-“STC”), waqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti, il-kosti stmati tal-aġenti li jirrapportaw u tal-BĊNi, l-iżviluppi tas-suq u l-esperjenza miksuba fl-ewwel stadju.

(14)

L-obbligi ta' rapportar ta' dejta dwar il-kreditu għandhom jiġu ddefiniti wara li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità, biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta' piż indebitu ta' rapportar b'mod partikolari fuq aġenti żgħar li jirrapportaw bi skopertura ta' kreditu totali limitata. Għall-istess raġuni, il-BĊNi għandu jkollhom id-dritt li jagħtu derogi lil aġenti li jirrapportaw żgħar.

(15)

Sabiex jiġi żgurat rapportar effiċjenti u interoperabbiltà adegwata ma' oqfsa ta' rapportar eżistenti jew ġodda oħrajn, il-BĊNi għandhom jitħallew jiġbru informazzjoni li tiġi trażmessa lill-BĊE bħala parti mill-qafas ta' rapportar nazzjonali iktar estiż u biex jestendu r-rapportar ta' dejta dwar il-kreditu lil hinn mill-ambitu spjegat f'dan ir-Regolament, għall-finijiet statutorji tagħhom, skont id-dritt nazzjonali rilevanti.

(16)

Biex jikkontribwixxu għal AnaCredit, il-BĊNi għandhom ikunu jistgħu jużaw id-databases tagħhom, id-dejta rċevuta minn aġenti li jirrapportaw u kull sors ieħor, inklużi databases ta' referenza rilevanti. Il-BĊNi għandu jkollhom id-diskrezzjoni biex jiddeċiedu jekk jidħlux fi ftehim ta' kooperazzjoni mal-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs), jew l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (AKN) għas-superviżjoni tal-aġenti li jirrapportaw jew kull awtorità nazzjonali oħra, sakemm id-dejta pprovduta tissodisfa l-istandards ta' kwalità stipulati f'dan ir-Regolament. Minħabba l-arranġamenti nazzjonali differenti li huma fis-seħħ bħalissa, u biex jitnaqqas il-piż ta' rapportar taħt dan ir-Regolament, hija mħeġġa l-kollaborazzjoni effettiva u effiċjenti mal-NSIs, l-AKN u awtoritajiet nazzjonali oħrajn.

(17)

Il-qafas għall-ġbir ta' dejta dwar il-kreditu għandu jiġi stabbilit sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ma' reġistri ċentrali tal-kreditu (RĊK) u settijiet tal-kreditu rilevanti oħrajn stabbiliti mill-entitajiet tas-settur pubbliku, inklużi databases fuq statistiċi ta' titoli kif ukoll id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati tas-SEBĊ.

(18)

Il-BĊNi għandhom jitħallew jużaw is-sett ta' dejta granulari u analitika dwar il-kreditu b'aktar minn skop wieħed sabiex jiġu stabbiliti ċirkwiti ta' feedback mal-aġenti li jirrapportaw jew biex jissaħħu ċ-ċirkwiti ta' feedback eżistenti u servizzi ta' informazzjoni oħrajn mill-RĊK lejn aġenti li jirrapportaw. Dawn iċ-ċirkwiti ta' feedback ser itejbu l-kontribut tas-SEBĊ lejn l-istabbiltà tas- sistema finanzjarja b'mod konformi mal-mandat statutorju tiegħu skont l-Artikolu 127(5) tat-Trattat dwar il- Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċirkwiti ta' feedback se jipprovdu lill-aġenti ta-rapportar b'bażi usa' għal valutazzjonijiet tal-affidabbiltà tal-kreditu aktar wiesgħin, b'mod partikolari fir-rigward tad-debituri transkonfinali u jippermettu l-armonizzazzjoni ta' definizzjonijiet u attributi tad-dejta fi ħdan il-prattiki ta' self tagħhom. Dawn se jtejbu l-immaniġġjar ta' riskju tal-kreditu tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ta' mutwanti oħrajn. B'mod partikolari, u se jappoġġaw istituzzjonijiet ta' kreditu biex tiġi evitata dipendenza żejda fuq klassifikazzjonijiet ta' kreditu esterni għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà tal-kreditu. ċirkwit ta' feedback għandu jsegwi l-aħjar prattiki u jiżgura standards minimi tal-kwalità tad-dejta. Is-subsett tad-dejta analitika dwar il-kreditu li jista' jiġi kondiviż bejn il-BĊNi għall-finijiet ta' ċirkuwiti ta' feedback għandu jiġi ddefinit wara li jitqies il-livell ta' kunfidenzjalità speċifiku tal-attributi tad-dejta rilevanti u r-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità korrispondenti, kif ukoll iż-żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni. Iktar dettalji dwar l-ambitu u l-implimentazzjoni ta' ċirkuwiti ta' feedback jistgħu jiġu stabbiliti f'att legali separat u l-BĊNi jistgħu jidħlu f'memoranda ta' ftehim, fuq il-bażi tal-oqfsa legali applikabbli, dwar il-kooperazzjoni rispettiva tagħhom fiċ-ċirkuwiti ta' feedback. Filwaqt li wħud mill-BĊNi li joperaw RĊK diġà jaqsmu ma' xulxin mikrodejta tal-kreditu u riskju tal-kreditu transkonfinali fuq bażi bilaterali (5), oħrajn jistgħu, għal raġunijiet legali, jeħtieġu ċertu perijodu ta' żmien biex jimplimentaw il-kondiviżjoni ta' informazzjoni transkonfinali biex jgħaddu din id-dejta lil istituzzjonijiet finanzjarji li jirrapportaw lilhom. It-twaqqif u l-implimentazzjoni taċ-ċirkwiti ta' feedback għandhom iqisu dispożizzjonijiet legali nazzjonali dwar kif tiġi ttrattata informazzjoni statistika kunfidenzjali.

(19)

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw l-istandards għall-protezzjoni u l-użu ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali kif stipulat fl-Artikoli 8 sa 8c tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.

(20)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jipprovdi illi l-BĊE għandu l-poter jimponi sanzjonijiet fuq aġenti li jirrapportaw li jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti għar-rapportar tal-istatistika ddefiniti jew imposti fir-regolamenti jew fid-deċiżjonijiet tal-BĊE. Din is-setgħa sanzjonati hija indipendenti mid-dritt tal-BĊNi li jissanzjonaw aġenti li jirrapportaw li ma jikkonformawx mal-obbligi statistiċi jew ta' rapportar ieħor li japplika għalihom taħt il-qafas legali nazzjonali rispettiv.

(21)

Huwa neċessarju li tiġi stabbilita proċedura biex isiru emendi tekniċi fl-annessi ta' dan ir-Regolament b'mod effettiv, iżda dawn la għandhom jibdlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma għandhom jaffettwaw il-piż ta' rapportar fuq l-aġenti li jirrapportaw fl-Istati Membri. Jeħtieġ li din il-proċedura tippermetti li l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ jiġu kkunsidrati.

(22)

L-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika obbligu li jitfasslu u jiġu implimentati fil-livell nazzjonali tal-miżuri kollha li l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jikkunsidraw xierqa: (a) biex isir il-ġbir tal-informazzjoni statistika meħtieġa biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' rapportar statistiku tal-BĊE; u (b) għal preparazzjonijiet f'waqthom fil-qasam tal-istatistika sabiex dawn l-Istati Membri jsiru Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(23)

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-ġbir ta' dejta tal-kreditu skont il-qafas tal-MSU,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(1)

“Stat Membru li jirrapporta” ifisser Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro; Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jistgħu jiddeċiedu li jsiru Stat Membru li jirrapporta billi jinkorporaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fid-dritt nazzjonali tagħhom jew altrimenti jimponu rekwiżiti ta' rapportar rilevanti skont id-dritt nazzjonali tagħhom; dan jista' jinkludi b'mod partikolari, Stati Membri li jipparteċipaw fl-MSU permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (6);

(2)

“residenti” għandha l-istess tifsira kif iddefinita f'Artiklu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

(3)

“istituzzjoniji ta' kreditu” għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 2.12 u 2.13 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(4)

“fergħa barranija” tfisser unità istituzzjonali li hija legalment parti dipendenti ta' entità ġuridika residenti f'pajjiż differenti fejn l-entità ġuridika hija inkorporata skont il-kunċett ta' “fergħa waħda” li jsemmi l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

(5)

“entità ġuridika” tfisser kwalunkwe entità li skont il-liġi nazzjonali li hija suġġetta għaliha, tista' tikseb drittijiet u obbligi legali;

(6)

“identifikatur ta' entità ġuridika” (LEI) tfisser kodiċi ta' referenza alfanumeriku skont l-istandard ISO17442 (8) mogħti lil entità ġuridika;

(7)

“identifikatur nazzjonali” tfisser kodiċi ta' identifikazzjoni użat b'mod komuni li jippermetti l-identifikazzjoni mingħajr ambigwità ta' kontroparti ġewwa l-pajjiż ta' residenza tagħha;

(8)

“aġent li jirrapporta” tfisser jew entità ġuridika jew inkella fergħa barranija li tkun residenti fi Stat Membru li jirrapporta u li tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' rapportar tal-BĊE skont dan ir-Regolament;

(9)

“aġent osservat” tfisser unità istituzzjonali li l-attività tagħha bħala krediturjew serviser hija rrapportata mill-aġent li jirrapporta. L-aġent osservat huwa jew:

(a)

l-unità istituzzjonali residenti fl-istess pajjiż bħala l-aġent li jirrapporta li tifforma parti minnha; jew

(b)

il-fergħa barranija ta' aġent li jirrapporta, li tkun residenti fi Stat Membru li jirrapporta; jew

(c)

il-fergħa barranija ta' aġent li jirrapporta, li ma tkunx residenti fi Stat Membru li jirrapporta.

(10)

“kontroparti” tfisser unità istituzzjonali li hija parti fi strument jew għandha affiljazzjoni ma' parti fi strument;

(11)

“kreditur” tfisser il-kontroparti li terfa' r-riskju tal-kreditu ta' strument, imma li ma tkunx fornitur ta' protezzjoni;

(12)

“debitur” tfisser kontroparti li għandha l-obbligu mhux kundizzjonat li tagħmel ħlasijiet lura li jiġu mill-istrument;

(13)

“fornitur ta' protezzjoni” tfisser il-kontroparti li tagħti l-protezzjoni kontra avveniment ta' kreditu negattiv miftiehem kuntrattwalment u li terfa' r-riskju tal-kreditu ta' avveniment ta' kreditu negattiv;

(14)

“serviser” tfisser il-kontroparti responsabbli mill-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja ta' strument;

(15)

“bank(banek) ċentrali nazzjonali” jew “BĊNi” tfisser il-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri tal-Unjoni Ewropea;

(16)

“BĊN rilevanti” tfisser il-BĊN tal-Istat Membru li jirrapporta fejn l-aġent li jirrapporta huwa residenti;

(17)

“reġistru ċentrali tal-kreditu (RĊK)” tfisser reġistru tal-kreditu mħaddem minn BĊN li jirċievi rapporti minn u jipprovdi appoġġ lil mutwanti fis-settur finanzjarju billi jipprovdilhom informazzjoni dwar il-kreditu u r-riskju ta' kreditu;

(18)

“istituzzjoniji ta' kreditu” għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

(19)

“istituzzjoni” għandha l-istess tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(20)

“assi” għandha l-istess tifsira kif iddefinita fil-paragrafu 7.15 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013;

(21)

“riskju tal-kreditu” ifisser ir-riskju li l-kontroparti tonqos milli tagħmel kwalunkwe ħlas li hija kuntrattwalment obbligata li tagħmel;

(22)

“kuntratt” tfisser ftehim legalment vinkolanti bejn żewġ partijiet jew iżjed li taħtu jinħolqu strument wieħed jew multipli;

(23)

“strument” tfisser kull partita speċifikata fl-attribut tad-dejta “tip ta' strument”, kif iddefinit fl-Anness IV.

(24)

“protezzjoni” tfisser assigurazzjoni jew skopertura kontra avveniment ta' kreditu negattiv, permezz ta' kwalunkwe element elenkat fl-attribut ta' dejta “tip ta' protezzjoni” kif iddefinit fl-Anness IV;

(25)

“ammont tal-impenn” ifisser is-somma tal-attributi tad-dejta “ammont nominali pendenti” u “ammont li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ” kif iddefinit fl-Anness IV;

(26)

“fuq bażi individwali” tfisser breferenza għal unità istituzzjonali unika, inklużi unitajiet istituzzjonali li huma parti minn entità ġuridika.

Artikolu 2

Stadji ta' implimentazzjoni u l-ewwel rapportar

1.   Is-sett ta' dejta analitika dwar il-kreditu, li huwa kondiviż u għal diversi skopijiet skont dan ir-Regolament għandu jiġi stabbilit fi stadji. L-ewwel stadju għandu jibda fl-1 ta' Settembru 2018. L-ewwel rapportar ta' kull xahar u trimestrali f'dan l-istadju u skont dan ir-Regolament għandu jibda b'dejta għat-30 ta' Settembru 2018;

2.   Sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni xierqa tal-kontropartijiet, il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE l-ewwel sett tad-dejta ta' referenza tal-kontroparti, skont il-Mudell 1 tal-Anness I, sitt xhur qabel l-ewwel trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Sabiex ikunu jistgħu jsiru l-preparazzjonijiet organizzazzjonali u tekniċi neċessarji għat-trażmissjoni tad-dejta ta' referenza tal-kontroparti msemmija fil-paragrafu 2, il-BĊNi jistgħu jeżiġu li l-aġenti li jirrapportaw jipprovdu dejta ta' referenza parzjali jew kompluta dwar kontropartijiet u dejta dwar il-kreditu mill-31 ta' Diċembru 2017 'il quddiem.

Artikolu 3

Popolazzjoni attwali li tirrapporta

1.   Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tikkonsisti f'istituzzjonijiet ta' kreditu u friegħi barranin ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu residenti, irrispettivament jekk ikunux jew le istituzzjonijiet taħt superviżjoni taħt id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

2.   Aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw dejta dwar il-kreditu fuq bażi individwali skont l-Artikoli 4 u 6.

3.   L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-BĊN rilevanti.

Artikolu 4

Rekwiżiti ta' rapportar statistiku

1.   L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw dejta tal-aġent osservat skont l-Artikolu 6 għall-istrumenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet iddefiniti fl-Artikolu 5.

(a)

meta kwalunkwe data ta' referenza tar-rapportar fil-perijodu ta' referenza tal-istrument:

(i)

jagħti lok għal riskju ta' kreditu għall-aġent osservat, jew

(ii)

huwa assi tal-aġent osservat, jew

(iii)

ikun rikonoxxut taħt l-istandard ta' kontabbiltà rilevanti użat mill-entità ġuridika tal-aġent osservat u jkun ta lok għal riskju tal-kreditu għall-aġent osservat fil-passat, jew

(iv)

huwa sservisjat minn aġent osservat residenti fi Stat Membru li jirrapporta; u

i.

ngħata lil unitajiet istituzzjonali oħrajn tal-istess entità ġuridika li l-aġen tosservat huwa parti minnha, jew

ii.

huwa miżmum minn entità ġuridika li mhijiex istituzzjoni ta' kreditu residenti ġewwa stat membru tar-rapportar li huwa differenti mill-aġent osservat; u

(b)

fejn mill-inqas debitur wieħed huwa entità ġuridika jew huwa parti minn entità ġuridika kif iddefinit fl-Artikolu 1(5).

2.   Għal data ta' referenza partikolari, il-perijodu ta' referenzafil-perijodu li jibda fl-aħħar data ta' referenza tar-rapportar tat-trimestru li jiġi qabel id-data tar-referenza tar-rapportar u tispiċċa f'dik id-data ta' referenza ta' rapportar.

Artikolu 5

Limiti minimi ta' rapportar

1.   Għandha tiġi rraportata dejta tal-kreditu għal strumenti speċifikati fl-Artikolu 4 fejn l-ammont tal-impenn tad-debitur huwa daqs jew ikbar minn EUR 25 000 jew kull data ta' referenza ta' rapportar fil-perijodu ta' referenza.

2.   L-ammont tal-impenn tad-debitur, kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-ammonti tal-impenn għall-istrumenti kollha tad-debitur fir-rigward tal-aġent osservat fuq il-bażi tal-ambitu tal-Artikolu 4 u l-istrumenti ddefinit fih.

Artikolu 6

Rekwiżiti ta' rapportar statistiku fuq bażi individwali

1.   Aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw dejta dwar il-kreditu fuq bażi individwali skont il-mudelli fl-Anness I.

2.   Aġenti li jirrapportaw li huma entitajiet legali għandhom jirrapportaw fir-rigward tal-aġenti osservati kollha li huma parti mill-entità ġuridika. Aġenti li jirrapportaw li huma friegħi barranin għandhom jirrapportaw fir-rigward tal-attività tagħhom stess.

3.   Bla ħsara għall-koordinament bejn il-BĊNi rilevanti kemm entità ġuridika kif ukoll il-fergħa barranija tagħha jkunu residenti fi Stati Membri li jirrapportaw, sabiex jiġi evitat rapportar doppju:

(a)

il-BĊN rilevanti tal-entità ġuridika jista' jiddeċiedi li ma jiġbor ebda attribut ta' dejta jew jiġbor biss parti minnhom kif elenkati fil-Mudell 1 tal-Anness I mill-entità ġuridika, meta dawk l-istrumenti jinżammu jew jiġu servisjati mill-fergħa barranija;

(b)

il-BĊN rilevanti tal-fergħa barranija tista' tiddeċiedi li ma tiġbor l-ebda attribut ta' dejta jew tiġbor biss parti minnhom kif elenkati fil-Mudell 2 tal-Anness I mill-fergħa jew friegħi barranin.

4.   Il-BĊN rilevanti jista' jiddeċiedi li ma jiġborx informazzjoni fir-rigward ta' friegħi barranin li mhumiex residenti fi Stat Membru li jirrapporta u li huma kkontrollati minn entità ġuridika li tkun l-aġent li jirrapporta.

Artikolu 7

Rekwiżiti speċifiċi tar-rapportar statistiku

Ir-rekwiżiti tar-rapportar statistiku ddefiniti fl-Artikolu Artikolu 6 għandhom jitnaqqsu fir-rigward tad-dejta tal-kreditu kif indikat fl-Anness II.

Artikolu 8

Rekwiżiti ġenerali għar-rapportar imsaħħaħ

1.   L-aġenti li jirrapportaw u l-friegħi barranin tagħhom li mhumiex residenti fi Stat Membru li jirrapporta għandhom jistabbilixxu l-istruttura organizzattiva meħtieġa u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni xierqa biex jiżguraw li d-dejta li għandha tiġi rrapportata fuq bażi individwali taħt dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 6, tiġi pproċessata u mibgħuta debitament.

2.   Friegħi barranin li mhumiex residenti fi Stat Membru li jirrapporta mhumiex aġenti li jirrapportaw taħt dan ir-Regolament. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jiżguraw li dawn il-friegħi barranin jimplimentaw arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi biex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tar-rekwiżiti ta' rapportar fuq bażi individwali.

3.   Ir-rekwiżiti ta' rapportar statistiku skont dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għal kull rekwiżit ieħor tar-rapportar attwali jew fil-futur fir-rigward ta' dejta dwar il-kreditu skont id-dritt nazzjonali jew oqfsa ta' rapportar oħrajn.

4.   Il-BĊNi jistgħu jiġbru l-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa lill-BĊE bħala parti mill-qafas ta' rapportar nazzjonali iktar wiesa' li jikkonforma mad-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali rilevanti. Dawn l-oqfsa ta' rapportar usa' jistgħu jinkludu informazzjoni li sservi għanijiet oħrajn minbarra finijiet statistiċi, bħall-bżonnijiet superviżorji.

5.   Il-BĊNi jistgħu jiksbu dejta tal-kreditu minn sorsi oħrajn.

6.   Ir-rekwiżiti minimi għal armonizzazzjoni, kompletezza, livell ta' dettall u identifikazzjoni tal-kontropartijiet tad-dejta tal-kreditu huma stabbiliti fil-mudelli fl-Anness I.

Artikolu 9

Identifikazzjoni tal-kontropartijiet

1.   Għall-finijiet tar-rapportar skont dan ir-Regolament, l-aġenti li jirrapportaw u l-BĊNi għandhom jidentifikaw lill-kontropartijiet billi jużaw:

(a)

LEI, meta jkun ġie assenjat dan l-identifikatur; jew

(b)

jekk ma jkun ġie assenjat l-ebda LEI, identifikatur nazzjonali, kif huwa spjegat f'aktar dettall fl-Anness IV.

2.   Il-BĊNi jistgħu jiksbu kull informazzjoni relatata mal-identifikazzjoni ta' kontropartijiet kif iddefiniti fl-Anness III permezz ta' rapportar dirett mill-aġenti li jirrapportaw jew permezz ta' memoranda ta' ftehim jew arranġamenti simili mal-NSIs, AKN u awtoritajiet nazzjonali oħrajn. Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu l-identifikaturi uniċi li huma meħtieġa għall-identifikazzjoni xierqa tal-kontropartijiet fuq il-bażi tal-ambitu tal-informazzjoni mogħtija fl-Anness III.

Artikolu 10

Aċċess għal u użu ta' dejta dwar il-kreditu

1.   Il-BĊE u l-BĊNi għandhom jużaw dejta dwar il-kreditu irrapportata taħt dan ir-regolament, u jagħtu aċċess għal din id-dejta lil terzi, safejn u għall-finijiet iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 2533/98. B'mod partikolari, din id-dejta tista' tintuża biex tistabbilixxi u żżomm ċirkwit ta' feedback skont l-Artikolu 11.

2.   Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe użu eżistenti u futur tad-dejta dwar il-kreditu li huwa permess jew meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali, jew memoranda ta' ftehim inklużi skambji transkonfinali.

Artikolu 11

Ċirkwit ta' feedback lill-aġenti li jirrapportaw

1.   Il-BĊNi għandhom id-dritt li jipprovdu dejta ta' kreditu, inkluża dejta miġbura minn BĊN ieħor lil aġenti li jirrapportaw billi jistabbilixxu jew itejbu ċirkwiti ta' feedback jew servizzi oħrajn ta' informazzjoni minn CCRs lil aġenti li jirrapportaw. Huma jistgħu jipprovdu subsett tad-dejta dwar il-kreditu miġbura taħt dan ir-Regolament, skont l-aħjar prattiki u sal-punt awtorizzat mir-reġim legali applikabbli dwar il-konfidenzjalità. L-aġenti li jirrapportaw jistgħu jużaw id-dejta esklużivament għall-ġestjoni tar-riskju ta' kreditu u jtejbu l-kwalità tal-informazzjoni ta' kreditu disponibbli għalihom fir-rigward ta' strumenti eżistenti jew prospettivi. M'għandhomx jaqsmu d-dejta ma' partijiet oħra, sakemm ma jkunx strettament meħtieġ il-qsim tad-dejta għal dawn il-finijiet u d-dejta tintuża biss fir-rigward tal-aġent tar-rapportar u l-aġent li jirrapporta jiżgura protezzjoni tal-kunfidenzjalità xierqa skont ftehim kuntrattwali li jeskludi kull użu ieħor tad-dejta, u jipprovdi, għall-anonimizzazzjoni tad-dejta kull meta jkun possibbli u t-tħassir tad-dejta hekk kif jintlaħaq l-iskop li għalih nqasmet. Kull trażmissjoni ulerjuri tad-dejta mill-fornitur tas-servizz, u kull taqsim tad-dejta ma' fornituri kummerċjali ta' dejta tal-kreditu huma pprojbiti.

2.   Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu l-ambitu tad-dejta li għandha tiġi pprovduta, il-proċedura biex jiġi pprovdut l-aċċess għad-dejta u kull restrizzjoni addizzjonali fuq l-użu ta' din id-dejta, waqt li jitqies il-qafas legali nazzjonali u kull restrizzjoni oħra marbuta man-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni.

3.   Dan l-Artikolu ma jagħti ebda dritt lill aġenti li jirraportaw għal ċirkwit ta' feedback, jew li jirċievu informazzjoni speċifika minn ċirkwit ta' feedback jew servizzi oħrajn ta' informazzjoni minn CCRs lil aġenti li jirrapportaw.

4.   Il-BĊNi għandhom id-dritt li jiċħdu l-aċċess fuq bażi temporanja lil aġent li jirrapporta għal dejta dwar il-kriterju speċifika minn ċirkwit ta' feedback meta l-aġent li jirrapporta ma jkunx ikkonforma mal-obbligi statistiċi tiegħu stess taħt dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità u l-preċiżjoni tad-dejta, u fil-każijiet fejn l-aġent tar-rapportar ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu stabbiliti fil-paragrafu 1.

5.   BĊNi għandhom dritt li jiċħdu l-aċċess għal BĊNi oħrajn għad-dejta tal-kreditu granulari li huma jiġbru għall-finijiet ta' ċirkwit ta' feedback. BĊNi għandhom id-dritt li jeħtieġu r-reċiproċità fir-rigward tal-għoti tad-dejta ta' kreditu granulari ma' kwalunkwe BĊN li jeħtieġ dejta minn BĊN ieħor għall-finijiet taċ-ċirkwit ta' feedback. Informazzjoni fuq unità istituzzjonali ta' aġent li jirrapporta stabbilit fi Stat Membru ta' rapportar tista' dejjem tintuża għaċ-ċirkuwiti ta' feedback mill-BĊN rilevanti tal-aġent li jirrapporta, irrispettivament minn fejn hija residenti l-unità istituzzjonali.

Artikolu 12

Aċċess minn entitajiet ġuridiċi

1.   Entitajiet ġuridiċi jew partijiet ta' entitajiet ġuridiċi li dwarhom ġiet irrapportata dejta tal-kreditu huma intitolati li jkollhom aċċess għal din id-dejta fil-BĊN rilevanti. Barra minn hekk, l-entitajiet ġuridiċi jistgħu jitolbu li l-aġenti li jirrapportaw jirrettifikaw dejta skorretta li tkun relatata magħhom.

2.   BĊNi jistgħu jiċħdu lil entità ġuridika jew partijiet minn entitajiet ġuridiċi milli jkollhom aċċess għad-dejta tal-kreditu rrapportata fir-rigward tagħhom, imma sa fejn biss:

(a)

dak l-aċċess jikser l-interessi ta' kunfidenzjalità leġittimi tal-aġent li jirrapporta, pereżempju fir-rigward tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-kreditu intern, jew ta' terzi partijiet, b'mod partikolari, l-entitajiet ġuridiċi li dwarhom dejta tal-kreditu ġiet rrapportata; jew

(b)

id-dejta ma ġietx użata biex tistabbilixxi jew issaħħaħ ċirkwit ta' feedback skont l-Artikolu 11 u mhumiex meħtieġa li jagħtu aċċess għal din id-dejta taħt kwalunkwe dritt ieħor tal-Unjoni jew nazzjonali.

Artikolu 13

Tempestività

1.   L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw dejta dwar il-kreditu kif irreġistrata fid-dati ta' referenza tar-rapportar li ġejjin:

(a)

għal trażmissjonijiet ta' kull xahar, fl-aħħar jum ta' kull xahar;

(b)

għal trażmissjonijiet trimestrali, fl-aħħar jum ta' Marzu, Ġunju, Settembru u Diċembru.

2.   Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu meta u kemm ta' spiss għandhom jirċievu d-dejta mingħand l-aġenti li jirrapportaw sabiex jissodisfaw l-iskadenza għar-rapportar tagħhom lill-BĊE, u għandhom jinformaw lill-aġenti li jirrapportaw kif meħtieġ.

3.   Il-BĊNi għandhom jinfurmaw lill-aġenti li jirrapportaw dwar l-obbligi li jirrapportaw mill-inqas 18-il xahar qabel l-ewwel data ta' referenza ta' rapportar li għalihom dawn l-aġenti għandhom jirrapportaw dejta bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, bla ħsara għal kull rekwiżit ta' rapportar ieħor skont id-dritt nazzjonali jew oqfsa ta' rapportar oħrajn.

4.   Għal aġenti osservati li huma residenti fi Stat Membru li jirrapporta, il-BĊNi għandhom jibagħtu dejta dwar il-kreditu kull xahar lill-BĊE sa ħin għeluq tal-uffiċċju fit-30 jum tax-xogħol wara l-aħħar tax-xahar li miegħu hija relatata d-dejta.

5.   Għal aġenti osservati li huma residenti fi Stat Membru li jirrapporta, il-BĊNi għandhom jibagħtu dejta dwar il-kreditu kull tliet xhur lill-BĊE sa ħin għeluq tal-uffiċċju fil-15-il jum tax-xogħol wara d-dati ta' rimessa kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (11).

6.   Għal aġenti osservati li huma friegħi barranin mhux residenti fi Stat Membru li jirrapporta, il-BĊNi għandhom jibagħtu dejta dwar il-kreditu kull xahar lill-BĊE sa ħin għeluq tal-uffiċċju fil-35 jum tax-xogħol wara l-aħħar tax-xahar li miegħu hija relatata d-dejta.

7.   Għal aġenti osservati li huma friegħi barranin mhux residenti fi Stat Membru li jirrapporta, il-BĊNi għandhom jibagħtu dejta dwar il-kreditu kull tliet xhur lill-BĊE sa ħin għeluq tal-uffiċċju fil-20-il jum tax-xogħol wara d-dati ta' rimessa kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

8.   Il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE dejta ta' referenza tal-kontroparti għall-kontropartijiet kollha skont it-taqsima 1 tal-Mudell 1 tal-Anness I flimkien mal-ewwel trażmissjoni tad-dejta tal-kreditu. Meta sseħħ bidla, il-BĊNi għandhom jaġġornaw id-dejta sa mhux aktar tard mit-trażmissjoni tad-dejta dwar il-kreditu li tkun relevanti għall-ewwel data ta' rapportar li fiha jew qabilha tkun daħlet fis-seħħ il-bidla. Sakemm il-BĊNi jinfurmaw lill-aġenti ta' rapportar li kisbu dejta ta' referenza tal-kontroparti aġġornata minn sorsi oħrajn, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jaġġornaw dik id-dejta billi jinfurmaw lill-BĊNi dwar kull tibdil fil-ħin mitlub mill-BĊN rilevanti, imma mhux iktar tard mid-data meta d-dejta tal-kreditu hija rrapportata lill-BĊN rilevanti għall-ewwel data ta' referenza ta' rapportar wara d-data meta ġiet fis-seħħ il-bidla.

Artikolu 14

Standards minimi u arranġamenti ta' rapportar nazzjonali

1.   L-aġenti li jirrapportaw għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-rapportar statistiku li għalihom huma suġġetti b'konformità mal-istandards minimi komuni għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, l-identifikazzjoni preċiża tal-kontropartijiet u l-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet kif speċifikat fl-Anness V.

2.   Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li għandhom jiġu segwiti mill-aġenti li jirrapportaw skont dan ir-Regolament u mal-oqfsa legali nazzjonali tagħhom sa fejn ma jikkonfliġġux mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti ta' rapportar: (a) jipprovdu l-informazzjoni statistika meħtieġa; u (b) jippermettu verifika tal-fatt li ġew issodisfatti l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness V.

3.   Il-BĊNi jistgħu jużaw informazzjoni miksuba minn kwalunkwe sors ieħor, skont l-Artikolu 8(5), għat-trażmissjoni tad-dejta tal-kreditu tagħhom lill-BĊN, sa fejn dik l-informazzjoni tissodisfa l-istandards ta' kwalità u tempestività li japplikaw għal dan ir-Regolament għal dejta miġbura minn aġenti li jirrapportaw. B'mod partikolari, għandhom jiġu ssodisfatti l-istandards minimi għat-trażmissjoni, preċiżjoni, konformità mal-kunċetti u reviżjonijiet speċifikati fl-Anness V.

Artikolu 15

Għaqdiet, diviżjonijet u riorganizzazzjonijiet

1.   Fil-każ ta' għaqda, diviżjoni jew riorganizzazzjoni li tista' taffettwa li jiġu ssodisfati l-obbligi statistiċi tagħhom, l-aġenti li jirraportaw ikkonċernati għandhom jinformaw lill-BĊN rilevanti bil-proċeduri li huma ppjanati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-rapportar statistiku stabbiliti f'dan ir-Regolament, hekk kif tkun ġiet ippubblikata l-intenzjoni li tiġi implimentata l-għaqda, diviżjoni jew riorganizzazzjoni u qabel ma tidħol fis-seħħ.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi previsti fil-paragrafu preċedenti, il-BĊN rilevanti jista' jawtorizza l-istituzzjoni akkwirenti biex twettaq l-obbligu tagħha ta' rapportar statistiku permezz ta' proċeduri temporanji. Din l-eżenzjoni mill-proċeduri ta' rapportar normali m'għandhiex tkun itwal minn sitt xhur mid-data meta tkun seħħet il-għaqda, diviżjoni jew riorganizzazzjoni. Din l-eżenzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-istituzzjoni akkwirenti li tosserva l-obbligi ta' rapportar tagħha skont dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Derogi u frekwenza ta' rapportar imnaqqsa

1.   Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-obbligi tar-rapportar stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-BĊN relevanti jista' jagħti derogi lil aġenti li jirrapportaw żgħar, iżda l-kontribuzzjoni kkombinata tal-aġenti kollha ta' rapportar li jingħataw deroga għall-ammont pendenti totali tas-self irrapportat bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (12) mill-aġenti kollha li jirraportaw residenti fl-Istat Membru li jirrapporta ma taqbiżx it-2 %. Id-derogi jistgħu jkopru wħud jew ir-rekwiżiti ta' rapportar kollha ddefiniti f'dan ir-Regolament.

2.   Biex jappoġġa l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' rapportar, il-BĊN relevanti jista' jippermetti lil aġenti li jirrapportaw żgħar id-dritt li jirrapportaw dejta tal-kreditu dwar id-dati ta' referenza tar-rapportar qabel l-1 ta' Jannar 2021 fuq bażi trimestrali minflok kull xahar, iżda l-kontribuzzjoni kkombinata tal-aġenti kollha ta' rapportar li jirrapportaw fuq bażi trimestrali għall-ammont pendenti totali tas-self rrapportat bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE2013/33) mill-aġenti kollha li jirraportaw residenti fl-Istat Membru li jirrapporta ma taqbiżx l-4 %, bla ħsara għad-dejta tal-kreditu tagħhom li jirrapportaw taħt kull qafas legali ieħor.

3.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-aġenti li jirrappurtaw sa fejn il-BĊNi jiksbu dejta minn sorsi oħrajn tal-kwalità u tat-tempestività meħtieġa skont l-Artikolu 14(3).

4.   Il-BĊNi għandhom jinfurmaw lill-aġenti li jirrapurtaw li ġejjin dwar l-obbligi li jirraportaw tagħhom skont l-Artikolu 13(3)

(a)

agenti li jirrapportaw li ngħataw deroga skont il-paragrafu 1;

(b)

l-aġenti li jirrapportaw li jistgħu jirrapportaw fuq frekwenza tar-rapportar imnaqqsa skont il-paragrafu 2;

(c)

l-aġenti li jirrapportaw li ma jissodisfawx iktar il-kundizzjonijiet għal deroga jew frekwenza rapportar imnaqqsa skont il-paragrafu (1) jew (2).

Artikolu 17

Verifika u ġbir obbligatorju u standards ta' kwalità minimi

Il-BĊNi għandhom jivverifikaw u, safejn huwa meħtieġ, jagħmlu l-ġbir obbligatorju tal-informazzjoni li l-aġenti li jirraportaw huma meħtieġa jipprovdu skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊE li jeżerċita huwa stess dawn id-drittijiet. B'mod partikolari, il-BĊNi għandhom jeżerċitaw dan id-dritt meta aġent li jirrapporta ma jissodisfax l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità kunċettwali u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness V.

Artikolu 18

Sanzjonijiet

Il-BĊE jista' jimponi sanzjonijiet fuq aġenti li jirrapportaw li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi ta' rapportar ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98. L-aġenti li jirrapportaw m'għandhomx ikunu suġġetti għal sanzjonijiet sa fejn juru li huma preklużi milli jirrapportaw l-informazzjoni meħtieġa skont id-dritt nazzjonali ta' pajjiż fejn hija residenti l-fergħa li dwarha huma meħtieġa li jirrapportaw informazzjoni. Is-setgħa tal-BĊE li jimponi sanzjonijiet għal nuqqas ta' konformità mal-obbligi ta' rapportar ta' dan ir-Regolament hija indipendenti mid-dritt ta' sanzjonar tal-BĊN, skont id-dritt nazzjonali tiegħu, nuqqas ta' konformità ma' obbligi ta' rapportar oħrajn li japplikaw għal aġenti li jirrapportaw taħt il-qafas legali nazzjonali rispettiv skont l-Artikolu 8(3).

Artikolu 19

Dispożizzjoni tranżitorja

Il-BĊNi jistgħu jipposponu l-ewwel trasmissjoni lill-BĊN tad-dejta tal-kreditu dwar id-dati ta' referenza ta' rapportar qabel l-1 ta' Frar 2019 iżda għandhom jittrażmettu dik id-dejta lill-BĊN mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu 2019.

Artikolu 20

Proċedura ta' emenda simplifikata

Waqt li jitqiesu l-fehmiet tal-STC, il-Bord Eżekuttiv jista' jagħmel emendi tekniċi fl-Annessi ta' dan ir-Regolament, iżda dawk l-emendi la għandhom jibdlu l-qafas konċettwali sottostanti u lanqas ma għandhom jaffettwaw il-piż ta' rapportar fuq l-aġenti li jirrapportaw. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma mingħajr dewmien żejjed lill-Kunsill Governattiv b'kull emenda bħal din.

Artikolu 21

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-31 ta' Diċembru 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  Opinjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Awwissu 2015 dwar l-abbozz ta' Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-ġbir tad-dejta granulari dwar il-kreditu u dwar ir-riskju ta' kreditu (ĠU C 261, 8.8.2015, p. 1).

(3)  Deċiżjoni BĊE/2014/6 tal-24 ta' Frar 2014 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ĠU L 104, 8.4.2014, p. 72).

(4)  Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Frar 2014 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2014/7) (ĠU C 103, 8.4.2014, p. 1).

(5)  Memorandum of Understanding on the exchange of information among national central credit registers for the purpose of passing it on to reporting institutions [Memorandum ta' Ftehim dwar l-Iskambju ta' Informazzjoni bejn reġistri ċentrali tal-kreditu nazzjonali biex tingħadda lil istituzzjonijiet li jirrapportaw]. Jinsab fis-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(6)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(7)  Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(8)  Disponibbli fis-sit elettroniku tal-International Organization for Standardizations (ISO) fuq www.iso.org.

(9)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(10)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(11)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rapportar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).


ANNESS I

Dejta li għandha tiġi rrapportata u mudelli

1.   Id-dejta li tiġi rrapportata skont dan ir-Regolament tirriferi għal elementi multipli, eż. kredituri, debituri, strumenti, protezzjoni, eċċ. li huma interkonnessi. Pereżempju, debitur wieħed jista' jingħata iktar minn self wieħed jew protezzjoni waħda tista' tipproteġi strumenti multipli. Sett ta' dejta għar-rapportar tal-informazzjoni speċifika għal kull wieħed minn dawn l-elementi huwa stipulat f'dan l-Anness.

2.   L-informazzjoni għal kull sett ta' dejta tirreferi għal element individwali, eż. strument, jew għal taħlita ta' diversi elementi, eż. “protezzjoni ta' strument”, biex b'hekk jiġi stabbilit il-livell ta' granularità li għandha tiġi pprovduta f'kull sett ta' dejta. Is-settijiet ta' dejta huma organizzati f'żewġ mudelli.

3.   Ir-rekwiżiti tar-rapportar għall-attributi tad-dejta inklużi f'kull mudell jidhru fl-Annessi II u III.

4.   L-attributi tad-dejta inklużi f'kull mudell huma ddefiniti fl-Anness IV.

5.   L-ammonti huma rrapportati f'unitajiet ta' euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE jiġifieri l-mid-rate fid-data ta' referenza ta' rapportar.

Mudell 1

1.   Dejta ta' referenza tal-kontroparti

1.1

Il-livell ta' granularità għad-dejta ta' referenza tal-kontroparti huwa l-kontroparti. Kull rekord huwa identifikat b'mod uniku b'taħlita tal-attributi tad-dejta li ġejjin: (a) identifikatur tal-aġent ta' rapportar; u (b) identifikatur tal-kontroparti.

1.2

Kull identifikatur tal-kontroparti għandu jkun uniku għal kull kontroparti rapportat mill-istess aġent li jirrapporta u kull kontroparti għandu dejjem jiġi identifikat mill-aġent li jirrapporta bl-użu tal-identifikatur tal-kontroparti uniku tiegħu. Dan l-identifikatur m'għandu jerġa' jintuża mill-istess aġent li jirrapporta fl-ebda okkażjoni oħra biex tiġi identifikata kontroparti differenti. Il-BĊNi jistgħu jeħtieġu li aġenti li jirraportaw jużaw identifikaturi tal-kontropartijiet kif speċifikat bill-BĊN rilevanti.

1.3

Il-kontropartijiet li għandhom jiġu rreġistrati huma kollha unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali jew jifformaw parti minn entitajiet legali u huma marbutin ma' strumenti rrapportati bis-saħħa tal-Artikoli 4 u 5 jew jipprovdu protezzjoni biex jiżguraw tali strumenti. B'mod speċifiku, il-kontropartijiet li għandhom jiġu rreġistrati huma: (a) kredituri; (b) debituri; (c) fornituri ta' protezzjoni; (d) oriġinaturi; (e) servisers; (f) uffiċċji prinċipali ta' impriżi; (g) impriżi prinċipali immedjati u (h) impriżi prinċipali aħħarija. Entità waħda tista' tkun kontroparti fir-rigward ta' diversi strumenti jew ikollha rwoli differenti bħala kontroparti għall-istess strumenti. Madankollu, kull kontroparti għandha tiġi rreġistrata darba.

1.4

L-informazzjoni meħtieġa għal kull tip ta' kontroparti hija indikata fl-Anness III.

1.5

Id-dejta tal-kontroparti tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-kontraparti.

1.6

Fil-każ ta' persuni naturali jkunu affiljati bi strumenti rapportati lill-AnaCredit, m'għandu jiġi rrapportat l-ebda rekordgħal persuni naturali.

1.7

Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati mhux iktar tard mit-trażmissjoni ta' kull xahar tad-dejta dwar il-kreditu għad-data ta' referenza meta l-kontroparti jagħmel kuntratt irreġistrat f'AnaCredit. Jekk ikun hemm bidla, ir-rekords għandhom jiġu aġġornati mhux iktar tard mit-trażmissjoni ta' kull xahar tad-dejta dwar il-kreditu għad-data ta' referenza ta' rapportar meta l-bidla daħlet fis-seħħ.

2.   Dejta dwar l-istrument

2.1

Il-livell ta' granularità għad-dejta dwar l-istrument huwa l-istrument. Kull rekord huwa identifikat b'mod uniku b'taħlita tal-attributi tad-dejta li ġejjin: (a) identifikatur tal-aġent li jirrapporta; (b) identifikatur ta' aġent osservat; (c) identifikatur tal-kuntratt; u (d) identifikatur tal-istrument.

2.2

Kull identifikatur tal-kuntratt għandu jkun uniku għal kull kuntratt li jiġġenera riskju tal-kreditu għall-istess aġent osservat. Dan l-identifikatur f'ebda okkażjoni oħra m'għandu jerġa' jintuża biex jiġi identifikat kuntratt differenti mal-istess aġent osservat. Kull identifikatur tal-istrument għandu jkun uniku għal kull kuntratt, jiġifieri l-istrumenti kollha inklużi f'kuntratt wieħed għandhom jiġu assenjati identifikatur ta' strumenti differenti, u dawn f'ebda okkażjoni oħra m'għandhom jerġgħu jintużaw biex jiġi identifikat strument differenti fi ħdan il-kuntratt.

2.3

Id-dejta dwar l-istrument tirreġistra kull strument li jeżisti taħt kuntratt bejn l-aġent osservat u l-kontropartijiet, inklużi l-istrumenti kollha bejn unitajiet istituzzjonali fi ħdan l-istess entità ġuridika.

2.4

Id-dejta dwar l-istrument tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-istrument, li rari jinbidlu maż-żmien.

2.5

Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati mhux iktar tard mit-trażmissjoni ta' kull xahar tad-dejta dwar il-kreditu relevanti għad-data ta' referenza ta' rapportar meta l-istrument jiġi rreġistrat f'AnaCredit. Jekk ikun hemm bidla, ir-rekords għandhom jiġu aġġornati mhux iktar tard mit-trażmissjoni ta' kull xahar tad-dejta dwar il-kreditu għad-data ta' referenza meta l-bidla daħlet fis-seħħ.

3.   Dejta finanzjarja

3.1

Il-livell ta' granularità għad-dejta finanzjarja huwa l-istrument. Kull rekord huwa identifikat b'mod uniku b'taħlita tal-attributi tad-dejta li ġejjin: (a) identifikatur tal-aġent li jirrapporta; (b) identifikatur ta' aġent osservat; (c) identifikatur tal-kuntratt u (d) identifikatur tal-istrument.

3.2

Id-dejta finanzjarja tiddeskrivi l-iżvilupp finanzjarju tal-istrument.

3.3

Kull ammont miġbud ta' strument għandu jiġi rreġistrat fl-attribut tad-dejta “ammont nominali dovut”. Kull ammont impenjat u mhux miġbud ta' strument għandu jiġi rreġistrat fl-attribut tad-dejta “ammont li ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ”.

3.4

Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati fuq bażi ta' darba fix-xahar.

4.   Dejta dwar il-kontroparti-strument

4.1

Il-livell ta' granularità għad-dejta tal-kontroparti-strument huwa t-taħlita “kontroparti-strument” u kull rekord huwa identifikat b'mod uniku b'taħlita tal-attributi tad-dejta li ġejjin: (a) identifikatur tal-aġent li jirrapporta; (b) identifikatur ta' aġent osservat; (c) identifikatur tal-kontroparti; (e) identifikatur tal-istrument; u (f) rwol tal-kontroparti.

4.2

Id-dejta dwar lill-kontroparti-strument tiddeskrivi r-rwol tal-kontrapartijiet kollha f'kull strument.

4.3

Fil-każ ta' persuni naturali jkunu affiljati bi strumenti rapportati lill-AnaCredit, m'għandu jiġi rrapportat l-ebda rekord għal persuni naturali.

4.4

Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati mhux iktar tard mit-trażmissjoni ta' kull xahar tad-dejta dwar il-kreditu relevanti għad-data ta' referenza meta jew qabel l-istrument kien irreġistrat f'AnaCredit. Jekk ikun hemm bidla, ir-rekords għandhom jiġu aġġornati mhux iktar tard mit-trażmissjoni ta' kull xahar tad-dejta dwar il-kreditu li tkun relevanti għad-data ta' referenza ta' rapportar meta jew qabel il-bidla tidħol fis-seħħ.

5.   Dejta dwar l-obbligazzjonijiet in solidum

5.1

Il-livell ta' granularità għad-dejta dwar responsabilitajiet in solidum huwa t-taħlita “kontroparti-strument”. Kull rekord huwa identifikat b'mod uniku bit-taħlita tal-attributi tad-dejta: (a) identifikatur tal-aġent li jirrapporta; (b) identifikatur ta' aġent osservat; (c) identifikatur tal-kontroparti; u (d) identifikatur tal-kuntratt; u (e) l-identifikatur tal-istrument.

5.2

Din id-dejta tirreġistra l-ammont ta' responsabbiltà in solidum tal-istrument li jikkorrespondi ma' kull debitur li huwa responsabbli in solidum fir-rigward ta' strument wieħed.

5.3

Fil-każ ta' persuni naturali jkunu affiljati bi strumenti rapportati lill-AnaCredit, m'għandu jiġi rrapportat l-ebda rekord għal persuni naturali.

5.4

Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati fuq bażi ta' darba fix-xahar.

Sett ta' dejta

Attribut tad-dejta

1.

Dejta ta' referenza tal-kontroparti

Identifikatur ta' aġent li jirrapporta

Identifikatur tal-kontroparti

Identifikatur ta' entità ġuridika (LEI)

Identifikatur nazzjonali

Identifikatur tal-uffiċċju prinċipali tal-impriża

Identifikatur tal-impriża prinċipali immedjata

Identifikatur tal-impriża prinċipali aħħarija

Isem

Indirizz: triq

Indirizz: belt/raħal

Indirizz: kontea/diviżjoni amministrattiva

Indirizz: kodiċi postali

Indirizz: pajjiż

Forma legali

Settur istituzzjonali

Attività ekonomika

Status tal-proċeduri legali

Data tal-bidu tal-proċeduri legali

Daqs tal-impriża

Data tad-daqs tal-impriża

Numru ta' impjegati

Total tal-karta tal-bilanċ

Fatturat Annwali

Standard ta' kontabbiltà

2.

Dejta dwar l-istrument

Identifikatur ta' aġent li jirrapporta

Identifikatur ta' aġent osservat

Identifikatur tal-kuntratt

Identifikatur tal-istrument

Tip ta' strument

Tip ta' ammortizzament

Munita

Strument fiduċjarju

Data ta' bidu

Data tat-tmiem tal-perijodu ta' imgħax biss

Limitu tar-rata tal-imgħax

Limitu bażi tar-rata tal-imgħax

Frekwenza tal-rissettjar tar-rata tal-imgħax

Marġni/firxa tar-rata tal-imgħax

Tip tar-rata tal-imgħax

Data ta' maturità finali legali

L-ammont ta' impenn fil-bidu

Frekwenza ta' ħlas

Self għal finanzjament ta' proġett

Għan

Rikors

Rati ta' referenza

Data tas-saldu

Dejn subordinat

Identifikatur ta' kuntratt sindikat

Drittijiet ta' ħlasijiet lura

Tibdil ta' valur ġust minħabba tibdil fir-riskju ta' kreditu qabel ix-xiri

3.

Dejta finanzjarja

Identifikatur ta' aġent li jirrapporta

Identifikatur ta' aġent osservat

Identifikatur tal-kuntratt

Identifikatur tal-istrument

Rata tal-imgħax

Data tar-risettjar tar-rata tal-imgħax li jmiss

Status ta' inadempjenza tal-istrument

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument

Ammont ittrasferit

Arretrati għall-istrument

Data ta' skadenza għall-istrument

Tip ta' titolizzazzjoni

Ammont nominali dovut

Imgħax akkumulat

Ammont li mhux fuq il-karta tal-bilanċ

4.

Dejta dwar il-kontroparti-strument

Identifikatur ta' aġent li jirrapporta

Identifikatur ta' aġent osservat

Identifikatur tal-kontroparti

Identifikatur tal-kuntratt

Identifikatur tal-istrument

Rwol tal-kontroparti

5.

Dejta dwar l-obbligazzjonijiet in solidum

Identifikatur ta' aġent li jirrapporta

Identifikatur ta' aġent osservat

Identifikatur tal-kontroparti

Identifikatur tal-kuntratt

Identifikatur tal-istrument

Dejta dwar l-obbligazzjonijiet in solidum

Mudell 2

6.   Dejta tal-kontabbiltà

6.1

Il-livell ta' granularità għad-dejta dwar il-kontabbiltà huwa l-istrument. Kull rekord huwa identifikat b'mod uniku b'taħlita tal-attributi tad-dejta li ġejjin: (a) identifikatur tal-aġent li jirrapporta; (b) identifikatur ta' aġent osservat; (c) identifikatur tal-kuntratt; u (d) identifikatur tal-istrument.

6.2

Din id-dejta tiddeskrivi l-iżvilupp tal-istrument skont l-istandards ta' kontabbiltà standard tal-entità ġuridika tal-aġent osservat. Jekk l-aġent li jirrapporta huwa suġġett tar-Regolament (UE) 2015/534 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/13) (1), id-dejta tiġi rreġistrata skont l-istandard ta' konformità — l-International Financial Reporting Standards (IFRS) jew in-national generally accepted accounting principles (GAAP) — applikati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti skont ir-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13) mill-entità ġuridika tal-aġent osservat.

6.3

Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati fuq bażi trimestrali.

7.   Dejta dwar il-protezzjoni rċevuta

7.1

l-livell ta' granularità għad-dejta dwar il-protezzjoni rċevuta hija l-protezzjoni rċevuta. Kull rekord huwa identifikat b'mod uniku b'taħlita tal-attributi tad-dejta li ġejjin: (a) identifikatur tal-aġent li jirrapporta; (b) identifikatur ta' aġent osservat; (c) identifikatur tal-protezzjoni.

7.2

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw kull protezzjoni li jirċievu bħala garanzija għall-ħlas lura ta' kwalunkwe strument(i) irrapportat fid-dejta tal-istrument irrispettivament mill-eliġibbiltà tal-protezzjoni għall-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

7.3

Din id-dejta tiddeskrivi l-protezzjoni rċevuta.

7.4

Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati mhux iktar tard mit-trażmissjoni ta' kull xahar tad-dejta dwar il-kreditu rilevanti għad-data ta' referenza ta' rapportar meta jew qabel il-protezzjoni ġiet iriċevuta bħala garanzija għall-ħlas lura ta' kwalunkwe strument irrapportat f'AnaCredit. Jekk ikun hemm bidla, ir-rekords għandhom jiġu aġġornati mhux iktar tard mit-trażmissjoni trimestrali ta' dejta dwar il-kreditu relevanti għad-data ta' referenza meta l-bidla tidħol fis-seħħ.

8.   Dejta dwar l-istrument-protezzjoni rċevuta

8.1

Il-livell ta' granularità għad-dejta dwar l-istrument-protezzjoni rċevuta huwa t-taħlita ta' strument-protezzjoni rċevuta. Kull rekord huwa identifikat b'mod uniku b'taħlita tal-attributi tad-dejta li ġejjin: (a) identifikatur tal-aġent li jirrapporta; (b) identifikatur ta' aġent osservat; (c) identifikatur tal-kuntratt; u (d) identifikatur tal-istrument; u (e) l-identifikatur tal-protezzjoni.

8.2

Din id-dejta tiddeskrivi l-protezzjoni kollha riċevuta b'rabta mal-istrument li l-protezzjoni qed tassigura.

8.3

Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati fuq bażi ta' darba fix-xahar.

9.   Dejta dwar ir-riskju tal-kontroparti

9.1

Il-livell ta' granularità għad-dejta ta' referenza tal-kontroparti huwa l-kontroparti. Kull rekord huwa identifikat b'mod uniku b'taħlita tal-attributi tad-dejta li ġejjin: (a) identifikatur tal-aġent li jirrapporta; (b) identifikatur ta' aġent osservat; (c) identifikatur tal-kontroparti.

9.2

Id-dejta tippermetti l-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti.

9.3

Din l-informazzjoni hija meħtieġa biss mid-debituri u l-fornituri ta' protezzjoni.

9.4

Fil-każ ta' persuni naturali jkunu affiljati bi strumenti rapportati lill-AnaCredit, m'għandu jiġi rrapportat l-ebda rekordgħal persuni naturali.

9.5

Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati fuq bażi ta' darba fix-xahar.

9.6

Il-BĊN relevanti jista' jiddeċiedi li jiġbor id-dejta dwar ir-riskju għall-kontroparti fuq bażi trimestrali.

10.   Dejta dwar l-inadempjenza ta' kontroparti

10.1

Il-livell ta' granularità għad-dejta ta' inadempjenza tal-kontroparti huwa l-kontroparti. Kull rekord huwa identifikat b'mod uniku b'taħlita tal-attributi tad-dejta li ġejjin: (a) identifikatur tal-aġent li jirrapporta; (b) identifikatur ta' aġent osservat; (c) identifikatur tal-kontroparti.

10.2

Din id-dejta tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontropartijiet inadempjenti mingħajr dewmien żejjed.

10.3

Din l-informazzjoni hija meħtieġa biss mid-debituri u l-fornituri ta' protezzjoni.

10.4

Fil-każ ta' persuni naturali jkunu affiljati bi strumenti rapportati lill-AnaCredit, m'għandu jiġi rrapportat l-ebda rekord għal persuni naturali.

10.5

Ir-rekords għandhom jiġu rrapportati fuq bażi ta' darba fix-xahar.

Dejta

Attribut tad-dejta

6.

Dejta tal-kontabbiltà

Identifikatur ta' aġent li jirrapporta

Identifikatur ta' aġent osservat

Identifikatur tal-kuntratt

Identifikatur tal-istrument

Klassifikazzjoni tal-kontabbiltà ta' strumenti

Rikonoxximent tal-karta tal-bilanċ

Tħassir akkumulat

Ammont ta' indeboliment akkumulat

Tip ta' indeboliment

Indeboliment: metodu ta' valutazzjoni

Sorsi ta' gravami

Tibdil akkumulat f'valur ġust minħabba r-riskju ta' kreditu

Status produttiv tal-istrument

Data tal-istatus ta' produttività tal-istrument

Dispożizzjonijiet assoċjati mal-iskoperturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ

Status ta' trażżin u rinegozjar

Data ta' trażżin u status ta' rinegozjar

Irkupri kumulattivi mill-inadempjenza

Portafoll prudenzjali

Ammont riportat

7.

Dejta dwar il-protezzjoni rċevuta

Identifikatur ta' aġent li jirrapporta

Identifikatur ta' aġent osservat

Identifikatur tal-protezzjoni

Identifikatur tal-fornitur tal-protezzjoni

Tip ta' protezzjoni

Valur tal-protezzjoni

Tip ta' valur tal-protezzjoni

Approċċ tal-valutazzjoni tal-protezzjoni

Post tal-kollateral ta' beni immobbli

Tip ta' valur tal-protezzjoni

Data ta' maturità tal-protezzjoni

Valur tal-protezzjoni oriġinali

Data tal-valur tal-protezzjoni oriġinali

8.

Dejta dwar l-istrument-protezzjoni rċevuta

Identifikatur ta' aġent li jirrapporta

Identifikatur ta' aġent osservat

Identifikatur tal-kuntratt

Identifikatur tal-istrument

Identifikatur tal-protezzjoni

Valur tal-protezzjoni allokata

Pretenzjonijiet prijoritarji ta' terzi kontra l-protezzjoni

9.

Dejta dwar ir-riskju tal-kontroparti

Identifikatur ta' aġent li jirrapporta

Identifikatur ta' aġent osservat

Identifikatur tal-kontroparti

Probabbiltà ta' inadempjenza

10.

Dejta dwar l-inadempjenza ta' kontroparti

Identifikatur ta' aġent li jirrapporta

Identifikatur ta' aġent osservat

Identifikatur tal-kontroparti

Status ta' inadempjenza tal-kontroparti

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument


(1)  Regolament (UE) 2015/534 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Marzu 2015 dwar ir-rapportar ta' informazzjoni finanzjarja superviżorja (BĊE/2015/13) (ĠU L 86, 31.3.2015, p. 13).


ANNESS II

Rekwiżiti speċifiċi tar-rapportar statistiku

Skont l-Artikolu 7, ir-rekwiżiti tar-rapportar statistiku ddefiniti fl-Artikolu 6 għandhom jitnaqqsu jekk japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi. L-erba' każijiet li ġejjin jiddeskrivu l-kundizzjonijiet speċifiċi li għalihom mhuwiex meħtieġ is-sett ta' dejta sħiħ ta' dejta dwar il-kreditu.

1.   Aġenti osservati li mhumiex residenti fi Stat Membru li jirrapporta

Strumenti li għalihom l-aġent osservat ikun fergħa barranija li ma tkunx residenti fi Stat Membru li jirrapporta.

2.   Aġenti osservati li mhumiex suġġetti għal rekwiżiti kapitali

Strumenti li għalihom l-aġent osservat:

(a)

ma jkunx istituzzjoni taħt superviżjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013; jew

(b)

ikun fergħa barranija ta' entità mhux taħt superviżjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013/UE.

3.   Strumenti dekontabilizzati totalment li qed jiġu sservisjati

Strumenti li huma:

(a)

dekontabilizzati; u

(b)

qed jiġu sservisjati.

4.   Strumenti li joriġinaw qabel il-Is-Sibt, 1 ta' Settembru 2018

Strumenti b'data ta' bidu qabel l-Is-Sibt, 1 ta' Settembru 2018.

It-Tabella 1 tispeċifika r-rekwiżiti ta' rapportar għal kull attribut ta' dejta f'kull wieħed mis-erba' każijiet, bl-użu tal-klassifikazzjonijiet li ġejjin:

(a)   N: bla ħsara għal arranġamenti individwali, il-BĊNi rilevanti jistgħu jiddeċiedu li ma jiġbrux din l-informazzjoni minn aġenti li jirrapportaw individwali.

(b)   X: informazzjoni li mhijiex meħtieġa li tiġi rrapportata.

Meta ebda klassifikazzjoni ma tiġi pprovduta, ikun meħtieġ li l-informazzjoni tiġi rrapportata.

Meta d-dejta tkun koperta b'aktar minn deskrizzjoni waħda fit-Tabella 1, japplika r-rekwiżit ta' rapportar inqas oneruż.

Tabella 1

Rekwiżiti speċifiċi tar-rapportar statistiku

 

1.

Aġenti osservati li mhumiex residenti fi Stat Membru li jirrapporta

2.

Aġenti osservati li mhumiex suġġetti għal rekwiżiti kapitali

3.

Strumenti dekontabilizzati totalment li qed jiġu sservisjati

4.

Strumenti li joriġinaw qabel il-Is-Sibt, 1 ta' Settembru 2018

Self għal finanzjament ta' proġett

N

 

 

 

Data ta' bidu

N

 

 

 

Tip tar-rata tal-imgħax

N

 

 

 

Frekwenza tal-rissettjar tar-rata tal-imgħax

N

 

 

 

Data tat-tmiem tal-perijodu ta' imgħax biss

N

 

 

N

Rati ta' referenza

N

 

 

 

Marġni/firxa tar-rata tal-imgħax

N

 

 

 

Limitu tar-rata tal-imgħax

N

 

N

 

Limitu bażi tar-rata tal-imgħax

N

 

N

 

Tip ta' ammortizzament

N

 

 

N

Frekwenza ta' ħlas

N

 

 

N

Tibdil ta' valur ġust minħabba tibdil fir-riskju ta' kreditu qabel ix-xiri

 

N

N

 

Data tar-risettjar tar-rata tal-imgħax li jmiss

N

 

 

 

Status ta' inadempjenza tal-istrument

 

N

 

 

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument

 

N

 

 

Imgħax akkumulat

N

 

 

 

Klassifikazzjoni tal-kontabbiltà ta' strumenti

 

 

X

 

Sorsi ta' gravami

 

N

X

 

Tħassir akkumulat

 

 

X

 

Ammont ta' indeboliment akkumulat

 

 

X

 

Tip ta' indeboliment

 

 

X

 

Indeboliment: metodu ta' valutazzjoni

 

 

X

 

Tibdil akkumulat f'valur ġust minħabba r-riskju ta' kreditu

 

 

X

 

Status produttiv tal-istrument

 

N

 

 

Data tal-istatus ta' produttività tal-istrument

 

N

 

 

Provvedimenti assoċjati mal-iskoperturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ

 

 

X

 

Data ta' trażżin u status ta' rinegozjar

 

 

 

N

Portafoll prudenzjali

 

X

X

 

Ammont riportat

 

 

X

 

Valur oriġinali tal-protezzjoni

 

 

 

N

Data ta' valutazzjoni oriġinali ta' protezzjoni

 

 

 

N

Probabbiltà ta' inadempjenza

 

N

N

 

Status ta' inadempjenza tal-kontroparti

 

N

N

 

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument

 

N

N

 


ANNESS III

Dejta ta' referenza tal-kontroparti

It-Tabelli 2 u 3 jispeċifikaw ir-rekwiżiti tar-rapportar għal kull attribut ta' dejta fid-dejta ta' referenza tal-kontroparti, kif deskritt fil-Mudell 1 tal-Anness I.

It-Tabella 2 tispeċifika r-rekwiżiti għall-kontropartijiet residenti fi Stat Membru li jirrapporta filwaqt li t-Tabella 3 tispeċifka r-rekwiżiti għall-kontropartijiet li mhumiex residenti di Stat Membru ta' rapportar.

Qed tintuża l-klassifikazzjoni ta' rekwiżiti li ġejja:

(a)   N: bla ħsara għal arranġamenti individwali, il-BĊNi rilevanti jistgħu jiddeċiedu li ma jiġbrux din l-informazzjoni minn aġenti li jirrapportaw individwali;

(b)   X: informazzjoni li mhijiex meħtieġa li tiġi rrapportata.

Meta ebda klassifikazzjoni ma tiġi pprovduta, ikun meħtieġ li l-informazzjoni tiġi rrapportata.

Meta d-dejta tkun koperta b'aktar minn deskrizzjoni waħda fit-Tabella 2 jew 1, għandu japplika r-rekwiżit ta' rapportar l-iktar oneruż.

Tabella 2

Dejta ta' referenza tal-kontroparti speċifika dwar rekwiżiti ta' rapportar għal kontropartijiet residenti fi Stat Membru li jirrapporta

 

1.

Aġent li jirrapporta

2.

Aġent osservat

3.

Kreditur

4.

Debitur — L-istrumenti kollha oriġinati qabel l-1 ta' Settembru 2018

5.

Debitur — Mill-inqas strument wieħed oriġinat fi jew wara l-1 ta' Settembru 2018

6.

Fornitur tal-protezzjoni

7.

Uffiċċju prinċipali ta' impriża

8.

Impriża prinċipali immedjata

9.

Impriża prinċipali aħħarija

10.

Originatur

11.

Serviser

Dejta ta' referenza tal-kontroparti

Identifikatur tal-kontroparti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI)

 

 

N

N

N

N

N

N

N

N

N

Identifikatur nazzjonali

N

N

N

 

 

N

N

N

N

N

N

Identifikatur tal-uffiċċju prinċipali tal-impriża

X

X

X

N

 

N

X

X

X

X

X

Identifikatur tal-impriża prinċipali immedjata

X

X

X

N

 

N

X

X

X

X

X

Identifikatur tal-impriża prinċipali aħħarija

X

X

X

N

 

N

X

X

X

X

X

Name

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Indirizz: triq

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Indirizz: belt/raħal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Indirizz: kontea/diviżjoni amministrattiva

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Indirizz: kodiċi postali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Indirizz: pajjiż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Forma legali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Settur istituzzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Attività ekonomika

X

X

 

 

 

N

 

 

N

N

N

Status tal-proċeduri legali

X

X

X

N

 

N

N

N

N

N

N

Data tal-bidu tal-proċeduri legali

X

X

X

N

 

N

N

N

N

N

N

Daqs tal-impriża

X

X

X

N

 

N

N

N

N

N

N

Data tad-daqs tal-impriża

X

X

X

N

 

N

N

N

N

N

N

Numru ta' impjegati

X

X

X

N

 

N

N

N

N

N

X

Total tal-karta tal-bilanċ

X

X

X

N

 

N

N

N

N

N

X

Fatturat Annwali

X

X

X

N

 

N

N

N

N

N

X

Standard ta' kontabbiltà

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X


Tabella 3

Dejta ta' referenza tal-kontroparti speċifika dwar rekwiżiti ta' rapportar għal kontropartijiet mhux residenti fi Stat Membru li jirrapporta

 

1.

Aġent li jirrapporta

2.

Aġent osservat

3.

Kreditur

4.

Debitur — L-istrumenti kollha oriġinati qabel l-1 ta' Settembru 2018

5.

Debitur — Tal-inqas strument wieħed oriġinat fi jew wara l-1 ta' Settembru 2018

6.

Fornitur tal-protezzjoni

7.

Uffiċċju prinċipali ta' impriża

8.

Impriża prinċipali immedjata

9.

Impriza prinċipali aħħarija tad-debitur

10.

Originatur

11.

Serviser

Dejta ta' referenza tal-kontroparti

Identifikatur tal-kontroparti

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI)

NA

 

N

N

N

N

N

N

N

N

N

Identifikatur nazzjonali

NA

N

N

N

N

N

N

N

N

N

N

Identifikatur tal-uffiċċju prinċipali tal-impriża

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Identifikatur tal-impriża prinċipali immedjata

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Identifikatur tal-impriża prinċipali aħħarija

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Isem

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Indirizz: triq

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Indirizz: belt/raħal

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Indirizz: kontea/diviżjoni amministrattiva

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Indirizz: kodiċi postali

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Indirizz: pajjiż

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Forma legali

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Settur istituzzjonali

NA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

N

Attività ekonomika

NA

X

N

N

N

N

N

N

N

N

N

Status tal-proċeduri legali

NA

X

X

X

N

N

X

X

X

X

X

Data tal-bidu tal-proċeduri legali

NA

X

X

X

N

N

X

X

X

X

X

Daqs tal-impriża

NA

X

X

X

N

N

X

X

X

X

X

Data tad-daqs tal-impriża

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Numru ta' impjegati

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Total tal-karta tal-bilanċ

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Fatturat Annwali

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Standard ta' kontabbiltà

NA

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X


ANNESS IV

Attributi tad-dejta, definizzjonijiet u valuri

Din it-tabella tipprovdi deskrizzjonijiet dettaljati standard u definizzjonijiet tal-attributi tad-dejta speċifikati fl-Annessi I sa III. Tipprovdi wkoll il-valuri li għandhom jiġu rrapportati għall-attributi tad-dejta, inklużi deskrizzjonijiet tal-valuri.

Il-BĊNi huma responsabbli biex jittrasponu l-attributi tad-dejta u l-valuri f'attributi tad-dejta ekwivalenti u valuri applikabbli fil-livell nazzjonali.

Terminu

Tip ta' terminu

Definizzjoni

Identifikatur tal-kontroparti

Attribut tad-dejta

Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull kontroparti. Kull kontroparti għandu jkollha identifikatur tal-kontraparti wieħed. Dan il-valur mhux se jinbidel maż-żmien u ma jistax jintuża bħala identifikatur tal-kontroparti għal xi kontroparti oħra.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur ta' aġent li jirrapporta

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-aġent li jirrapporta.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur ta' aġent osservat

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-aġent osservat.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-kuntratt

Attribut tad-dejta

Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull kuntratt. Kull kuntratt għandu jkollu identifikatur tal-kontraparti wieħed. Dan il-valur mhux ser jinbidel maż-żmien u ma jistax jintuża bħala l-identifikatur tal-kuntratt għal xi kuntratt ieħor.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-istrument

Attribut tad-dejta

Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull strument taħt kuntratt uniku. Kull strument għandu jkollu identifikatur ta' strument uniku. Dan il-valur ma jinbidilx maż-żmien u ma jistax jintuża bħala identifikatur tal-istrument għal kwalunkwe strument ieħor taħt l-istess kuntratt.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Identifikatur applikat mill-aġent li jirrapporta biex jidentifika b'mod uniku kull protezzjoni użata biex tiggarantixxi l-istrument. Kull protezzjoni għandu jkollha identifikatur tal-protezzjoni uniku. Dan il-valur mhux se jinbidel maż-żmien u ma jistax jintuża bħala identifikatur tal-protezzjoni għal xi protezzjoni oħra.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-fornitur tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-fornitur tal-protezzjoni.

Jekk il-fornitur tal-protezzjoni mhuwiex entità ġuridika, l-identifikatur tal-fornitur tal-protezzjoni mhuwiex meħtieġ li jiġi rrapportat.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Dejta ta' referenza tal-kontroparti

Identifikatur ta' entità ġuridika (LEI)

Attribut tad-dejta

Identifikatur ta' entità ġuridika tal-kontroparti assenjat skont l-istandard 17442 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO)

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur nazzjonali

Attribut tad-dejta

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat b'mod komuni li jippermetti l-identifikazzjoni mingħajr ambigwità ta' kontroparti jew tal-entità ġuridika li tagħha tifforma parti l-kontroparti ġewwa l-pajjiż ta' residenza tagħha.

Għal kontroparti li hija fergħa barranija, l-identifikatur nazzjonali jirriferi għall-entità ġuridika li tagħha tifforma parti l-fergħa barranija.

Għal kontroparti li ma hijiex fergħa barranija, l-identifikatur nazzjonali jirriferi għall entità ġuridika li minnha tifforma parti l-kontraparti.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-uffiċċju prinċipali tal-impriża

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-entità ġuridika li tagħha l-fergħa barranija hija dipendenti legalment.

Din l-informazzjoni għandha tiġi rrapportata biss għall-kontropartijiet li huma friegħi barranin.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-impriża prinċipali immedjata

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-entità ġuridika li hija l-impriża prinċipali immedjata tal-kontroparti. Jekk il-kontroparti ma jkollha l-ebda kumpannija prinċipali, l-identifikatur tal-kontroparti għall-kontroparti nnifisha għandha tiġi rrapportata.

Impriża prinċipali għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(15)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Identifikatur tal-impriża prinċipali aħħarija

Attribut tad-dejta

Identifikatur tal-kontroparti għall-entità ġuridika li hija l-impriża prinċipali aħħarija tal-kontroparti. L-impriża parent aħħarija m'għandha l-ebda impriża prinċipali. Jekk il-kontroparti ma jkollha l-ebda kumpannija prinċipali, l-identifikatur tal-kontroparti għall-kontroparti nnifisha għandha tiġi rrapportata.

Impriża prinċipali għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(15)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Isem

Attribut tad-dejta

Isem legali sħiħ tal-kontroparti

Sensiela ta' karattri

Valur

Sekwenza limitata ta' karattri.

Indirizz: triq

Attribut tad-dejta

Indirizz tat-triq tal-kontroparti, inkluż in-numru tat-triq.

Sensiela ta' karattri

Valur

Sekwenza limitata ta' karattri.

Indirizz: belt/raħal

Attribut tad-dejta

Belt jew raħal tal-kontroparti.

Sensiela ta' karattri

Valur

Sekwenza limitata ta' karattri.

Indirizz: kodiċi postali

Attribut tad-dejta

Kodiċi postali tal-kontroparti.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Indirizz: kontea/diviżjoni amministrattiva

Attribut tad-dejta

Kontea jew diviżjoni amministrattiva simili ta' kontropartijiet residenti fi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Sensiela ta' karattri

Valur

Reġjuni ta' NUTS 3

Indirizz: pajjiż

Attribut tad-dejta

Pajjiż tal-kontroparti

Kodiċijiet ISO 3166-1 alpha-2

Valur

Kodiċijiet ISO 3166-1 alpha-2 tal-pajjiż.

Forma legali

Attribut tad-dejta

Tip ta' entità tan-negozju kif iddefinit fis-sistema legali nazzjonali.

Sensiela ta' karattri

Valur

Sekwenza limitata ta' karattri.

Settur istituzzjonali

Attribut tad-dejta

Setturi istituzzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013, Regolament (UE) Nru 575/2013 u Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) (1).

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Valur

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif iddefiniti fil-paragrafi 2.45 sa 2.50 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Bank Ċentrali

Valur

Banek ċentrali kif iddefiniti fil-paragrafi 2.72 sa 2.74 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur

Istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur

Korporazzjonijiet li jaċċettaw depożiti li mhumiex istituzzjonijiet ta' kreditu kif iddefiniti fl-Artikolu 1(a)(2)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Fondi ta' suq tal-flus (MMF)

Valur

Fondi tas-Suq Monetarju (Money Market Funds — MMFs) huma ddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Fondi ta' investiment li mhumiex MMF

Valur

Fondi ta' investiment li mhumiex MMF kif iddefiniti fil-punt 2.82 sa 2.85 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Korporazzjonijiet li huma vetturi finanzjarji (FVCs) involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni

Valur

FVCs involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40).

Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjoni u korporazzjonijiet finanzjarji vettura li jagħmlu tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni

Valur

Intermedjqarji finanzjarji oħrajn minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni kif iddefiniti fil-paragrafu 2.86 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 u bl-esklużjoni ta' FVCs involuti fi transazzjonijiet ta' titolizzazzjoni, kif iddefiniti fl-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40).

Awżiljari finanzjarji

Valur

Awżiljari finanzjarji kif iddefiniti fil-paragrafu 2.63 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Istituzzjonijiet finanzjarji selliefa ta' flus kaptivi

Valur

Istituzzjonijet finanzjarji kaptivi u selliefa ta' flus kif iddefiniti fil-paragrafi (98) sa (99) tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

Valur

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni kif iddefiniti fil-paragrafi 2.100 sa 2.104 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Fondi tal-pensjoni

Valur

Fondi tal-pensjoni kif iddefiniti fil-paragrafi 2.105 sa 2.110 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Gvern ċentrali

Valur

Gvern ċentrali kif iddefinit fil-paragrafu 2.114 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Gvern statali

Valur

Gvern statali kif iddefinit fil-paragrafu 2.115 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Gvern lokali

Valur

Gvern lokali kif iddefinit fil-paragrafu 2.116 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Fondi tas-sigurtà soċjali

Valur

Fondi tas-sigurtà soċjali kif iddefiniti fil-paragrafu 2.117 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu unitajiet domestiċi

Valur

Istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu unitajiet domestiċi, kif iddefiniti fil-paragrafi 2.129 sa 2.130 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Attività ekonomika

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' kontropartijiet skont l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, b'mod konformi mal-klassifikazzjoni statistika tar-reviżjoni 2 ta' NACE kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

NACE code

Valur

Kodiċi NACE tal-livell tnejn, tlieta jew erbgħa skont ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Status tal-proċeduri legali

Attribut tad-dejta

Kategoriji li jiddeskrivu l-istatus legali ta' kontroparti b'rabta mas-solvenza tiegħu/tagħha fuq il-bażi tal-qafas legali nazzjonali.

Il-BĊN għandu jittrasponi dawn il-valuri fil-qafas legali nazzjonali. Maż-żmien għandha titħejja tabella ta' referenza minn kull BĊN biex jiġu ffaċilitati l-interpretazzjoni u l-paragun ta' dawn il-valuri bejn diversi pajjiżi.

Ma ttieħdet ebda azzjoni legali

Valur

Ma tteħditx azzjonali legali fir-rigward tas-solvenza jew l-indebitament ta' kontroparti.

Taħt amministrazzjoni ġudizzjarja, amministrazzjoni kkontrollata (receivership), jew miżuri simili

Valur

Kull proċedura li tinvolvi l-intervent ta' korp ġudizzjarju jew simili mmirat biex jintlaħaq ftehim ta' rifinanzjament fost il-kredituri, ħlief għal proċeduri ta' falliment jew ta' insolvenza.

Falliment/insolvenza

Valur

Proċeduri ta' falliment jew insolvenza kollettivi u vinkolanti taħt kontroll ġudizzjarju, li jinvolvu ċ-ċessjoni parzjali jew totali tal-kontroparti u l-ħatra ta' likwidatur.

Miżuri legali oħrajn

Valur

Miżuri legali li mhumiex dawk speċifikati diġà, inklużi miżuri legali bilaterali bejn l-aġenti li jirrapportaw u l-kontroparti.

Data tal-bidu tal-proċeduri legali

Attribut tad-dejta

Id-data meta nbdew il-proċeduri legali, kif irrapportat taħt l-attribut “status tal-proċeduri legali”. Din id-data għandha tkun id-data relevanti l-aktar reċenti qabel id-data tar-rapportar u għandha tkun irrapportata biss jekk l-attribut tad-dejta “Status tal-proċeduri legali” ikollu valur li mhuwiex “Ma ttieħdet ebda azzjoni legali”.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss

Daqs tal-impriża

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' impriżi skont id-daqs, skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE. (3).

Impriża kbira

Valur

Impriża li ma tikkwalifikax bħala impriża ta' daqs mikro, żgħira jew medja (SME), skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Impriża medja

Valur

Impriża li tikkwalifika bħala SME, imma mhux bħala impriża żgħira jew bħala impriża mikro, skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Impriża żgħira

Valur

Impriża li tikkwalifika bħala impriża żgħira skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Impriża mikro

Valur

Impriża li tikkwalifika bħala impriża mikro skont l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Data tad-daqs tal-impriża

Attribut tad-dejta

Id-data li għaliha jirreferi l-valur pprovdut fid-“daqs tal-impriża”. Din hija d-data tal-aħħar dejta użata għall-klassifikazzjoni jew r-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-impriża.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss

Numru ta' impjegati

Attribut tad-dejta

Numru ta' impjegati li jaħdmu għall-kontroparti, skont l-Artikolu 5 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Numeriku

Valur

Numru mhux negattiv

Total tal-karta tal-bilanċ

Attribut tad-dejta

Valur kontabilistiku tal-assi totali tal-kontroparti skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Fatturat Annwali

Attribut tad-dejta

Volum ta' bejgħ annwali nett minn kull skont u taxxi tal-bejgħ tal-kontroparti skont ir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE. Ekwivalenti għall-kunċett “bejgħ annwali totali” fl-Artikolu 153(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Standard ta' kontabbiltà

Attribut tad-dejta

Standard ta' kontabbiltà użat mill-entità ġuridika tal-aġent osservat. Jekk l-aġent li jirrapporta huwa suġġett għar-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13), id-dejta tiġi rreġistrata skont l-istandard ta' konformità — l-International Financial Reporting Standards (IFRS) jew in-national generally accepted accounting principles (GAAP) — applikati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti skont ir-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13) mill-entità ġuridika tal-aġent osservat.

IFRS

Valur

IFRS, kif applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

GAAP nazzjonali konsistenti mal-IFRS

Valur

Oqfsa ta' kontabbiltà nazzjonali żviluppati skont id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (5) li tapplika kriterji IFRS għall-istrumenti.

GAAP nazzjonali mhux konsistenti mal-IFRS

Valur

Oqfsa ta' kontabbiltà nazzjonali żviluppati skont id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE li ma tapplikax kriterji IFRS għall-istrumenti.

Dejta dwar ir-riskju tal-kontroparti

Probabbiltà ta' inadempjenza

Attribut tad-dejta

Il-probabbiltà tal-inadempjenza tal-kontroparti matul sena ddeterminata skont l-Artikoli 160, 163, 179 u180 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Numeriku

Valur

Numru minn 0 sa 1.

Dejta dwar l-inadempjenza ta' kontroparti

Status ta' inadempjenza tal-kontroparti

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni tal-istatus ta' inadempjenza tal-kontroparti. Kategoriji li jiddeskrivu l-motivi li għalihom il-kontroparti tista' tkun inadempjenti skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Mhux inadempjenti

Valur

Kontroparti mhux inadempjenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenti għaliex x'aktarx li mhux ser tħallas

Valur

Kontroparti inadempjenti għaliex aktarx li mhux se tħallas skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenti għaliex ilu dovut iktar minn 90/180 jum

Valur

Kontroparti inadempjenti għaliex kwalunkwe dejn ilu dovut iktar minn 90/180 jum skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenza kemm għaliex aktarx li mhux ser tħallas kif ukoll għaliex għaddew aktar minn 90/180 jum mid-data meta l-ħlas sar dovut

Valur

Kontroparti inadempjenti kemm għaliex il-kontroparti aktarx li mhux ser iħallas kif ukoll għaliex kull dejn ilu dovut għal iktar minn 90/180 jum skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument

Attribut tad-dejta

Id-data meta l-istatus ta' inadempjenza, kif irrapportat fl-attribut tad-dejta “Status inadempjenti tal-kontroparti”, jitqies li ġie fis-seħħ.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Dejta dwar l-istrument

Tip ta' strument

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni tal-istrument skont it-tip ta' termini kuntrattwali miftiehma bejn il-partijiet.

Depożiti minbarra operazzjonijiet ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid

Valur

Depożiti kif iddefiniti fil-paragrafu 5.79 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 minbarra operazzjonijiet ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid.

Overdraft

Valur

Overdraft kif iddefinit fil-punt 2(1)(c) tat-Tabella fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Dejn tal-karta ta' kreditu

Valur

Kreditu mogħti permezz ta' karti ta' debitu ttardjat, jiġifieri li jipprovdi kreditu ta' konvenjenza, jew permezz ta' karti ta' kreditu, jiġifieri karti li jipprovdu kreditu ta' konvenjenza u kreditu estiż.

Kreditu li jdur minbarra overdrafts u dejn ta' karta tal-kreditu

Valur

Kreditu li għandu l-karatterisitiċi li ġejjin:

(i)

id-debitur jista' juża jew jiġbed fondi sa limitu ta' kreditu approvat minn qabel mingħajr ma jagħti avviż minn qabel lill-kreditur;

(ii)

l-ammont ta' kreditu disponibbli jista' jiżdied u jonqos hekk kif il-fondi jittieħdu b'self u jitħallsu lura;

(iii)

il-kreditu jista' jintuża b'mod ripetittiv;

(iv)

ma jkunx dejn ta' karta ta' kreditu jew overdraft.

Linji ta' kreditu minbarra kreditu li jdur

Valur

Kreditu li għandu l-karatterisitiċi li ġejjin:

(i)

id-debitur jista' juża jew jiġbed fondi sa limitu ta' kreditu approvat minn qabel mingħajr ma jagħti avviż minn qabel lill-kreditur;

(ii)

il-kreditu jista' jintuża ripetutament;

(iii)

ma jkunx kreditu li jdur, dejn ta' karta ta' kreditu jew overdraft.

Operazzjonijiet ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid

Valur

Repo rriversjat kif iddefinit fil-Parti 2.14 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Riċevibbli kummerċjali

Valur

Ammont tal-kummerċ riċevibbli kif iddefinit fil-paragrafu 5.41(c) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 680/2014.

Kirjiet finanzjarji

Valur

Kirjiet finanzjarji kif iddefiniti fil-paragrafi 5.134 sa 5.135 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Self ieħor

Valur

Self ieħor mhux inkluż fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Self għandu l-istess tifsira kif iddefinit fil-punt 5.112, 5.113 u 5.114 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013;

Self għal finanzjament ta' proġett

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni ta' finanzjament ta' proġett.

Self għal finanzjament ta' proġett

Valur

Jintuża jekk l-istrument huwa self ta' finanzjament ta' proġett skont l-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Self mhux għal finanzjament ta' proġett

Valur

L-istrument mhuwiex self ta' finanzjament ta' proġett skont l-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Muniti

Attribut tad-dejta

Denominazzjoni tal-munita tal-istrumenti, skont l-istandard ISO 4217.

Standard ISO 4217

Valur

Kodiċi standard ISO 4217 għall-muniti.

Data ta' bidu

Attribut tad-dejta

Id-data meta bdiet ir-relazzjoni kuntrattwali, jiġifieri d-data meta l-ftehim kuntrattwali sar vinkolanti għall-partijiet kollha.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Data tas-saldu

Attribut tad-dejta

Id-data meta l-kundizzjonijiet speċifikati fil-kuntratt huma jew jistgħu jiġu eżegwiti għall-ewwel darba, jiġifieri d-data meta l-istrumenti finanzjarji huma skambjati jew maħluqa inizjalment.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Data ta' maturità finali legali

Attribut tad-dejta

Id-data ta' maturità kuntrattwali tal-istrument, wara li jitqies kull ftehim li jemenda l-kuntratti inizjali.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Rikors

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni tal-istrumenti bbażata fuq id-drittijiet tal-kreditur li jaqbad l-assi tad-debitur ħlief għal kwalunkwe protezzjoni li tiggarantixxi l-istrument.

Rikors

Valur

Strument li bih il-kreditur għandu d-dritt jaqbad l-assi tad-debitur għajr għal kull protezzjoni mogħtija biex tiggarantixxi l-istrument, jew, fil-każ ta' ammonti riċevibbli fil-kummerċ, id-dritt għall-ġbir ta' dejn mill-entità li biegħet l-ammonti riċevibbli lill-kreditur.

L-ebda rikors

Valur

Strument mingħajr rikors kif iddefinit iktar 'il fuq.

Tip tar-rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' skopertura tal-kreditu bbażati fuq ir-rata bażika biex tiġi stabbilita r-rata ta' imgħax għal kull perijodu ta' ħlas.

Fiss

Valur

Skema li tiddefinixxi r-rati tal-imgħax matul il-ħajja tal-iskopertura li tinkludi biss rata kostanti — rata kostanti numerika magħruga biċ-ċertezza fil-bidu tal-iskopertura — u fejn ir-rati tal-imgħax japplikaw għall-iskopertura sħiħa. L-iskema tista' tinkludi iktar minn rata ta' imgħax waħda kostanti li tiġi applikata f'perijodi differenti matul il-ħajja tal-iskopertura (eż. self b'rati ta' imgħax kostanti matul il-perijodu b'rata fiss inizjali, li mbagħad tinbidel għal rata ta' imgħax differenti, li għadha kostanti, u li kienet magħrufa fil-bidu tal-iskopertura).

Variabbli

Valur

Skema li tiddefinixxi r-rati tal-imgħax matul il-ħajja tal-iskopertura li tinkludi biss rati ta' imgħax ibbażati fuq l-evoluzzjoni ta' varjabbli oħra (il-varjabbli ta' referenza) u fejn ir-rata ta' imgħax tapplika għall-iskopertura sħiħa.

Imħallat

Valur

Other interest rate type not included in any of the categories listed above.

Frekwenza tal-rissettjar tar-rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Frekwenza li biha r-rata tal-imgħax tiġi rrisettjata wara l-perijodu ta' rata fissa inizjali, jekk hemm.

Ma tistax tiġi rrissettjata

Valur

Strument li ma jinkludix ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata tal-imgħax.

Mil-lejl għan-nhar

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi ta' kuljum.

Ta' kull xahar

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi ta' kull xahar.

Trimestrali

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi trimestrali.

Semiannwalment

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi semiannwali.

Annwalment

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata ta' imgħax fuq bażi annwali.

Fid-diskrezzjoni tal-kreditur

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali li bih il-kreditur għandu d-dritt li jistabbilixxi d-data tar-risettjar tar-rata ta' imgħax.

Frekwenza oħra

Valur

Strument bi ftehim kuntrattwali biex tinbidel ir-rata tal-imgħax bi frekwenza differenti minn dik ta' kwalunkwe kategorija oħra elenkata iktar 'il fuq.

Data tat-tmiem tal-perijodu ta' imgħax biss

Attribut tad-dejta

Id-data meta jintemm il-perijodu ta' imgħax biss. Imgħax biss huwa strument li għalih, għal perijodu stabbilit kuntrattwalment, jitħallas biss l-imgħax fuq il-kapital, waqt li l-bilanċ tal-kapital ma jinbidilx.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Rati ta' referenza

Attribut tad-dejta

Rata ta' referenza użata għall-kalkolu tar-rata ta' imgħax attwali.

Kodiċi tar-rata ta' referenza

Valur

Il-kodiċi tar-rata ta' Referenza huwa taħlita tal-valur tar-rata ta' referenza u l-valur tal-maturità.

Għandhom jintużaw il-valuri tar-rati ta' referenza li ġejjin:

EURIBOR, USD LIBOR, GPB LIBOR, EUR LIBOR, JPY LIBOR, CHF LIBOR, MIBOR, rati ta' referenza individwali oħra, rati ta' referenza multipli oħrajn.

Il-maturitajiet li ġejjin għandhom jintużaw:

Mil-lejl għan-nhar, ġimgħa, ġimgħatejn, tliet ġimgħat, xahar, xahrejn, tliet xhur, erba' xhur, ħames xhur, sitt xhur, seba' xhur, tmien xhur, disa' xhur, għaxar xhur, ħdax-il xahar, tnax-il xahar.

Il-kodiċi tar-rata ta' referenza huwa fformat bil-mod li ġej: il-valur tar-rata ta' referenza tiġi kkombinata mal-valur tal-maturità.

Marġni/firxa tar-rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Marġni jew firxa (espressi f'perċentwali) biex tiżdied mar-rata ta' referenza li tintuża għall-kalkolu tar-rata ta' imgħax f'punti bażi.

Numeriku

Valur

Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.

Limitu tar-rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Valur massimu għar-rata ta' imgħax mitluba.

Numeriku

Valur

Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.

Limitu bażi tar-rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Valur minimu għar-rata ta' imgħax mitluba.

Numeriku

Valur

Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.

Skop

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' strumenti skont l-iskop tagħhom.

Kollateral ta' beni immobbli residenzjali

Valur

Finanzjament ta' proprjetà residenzjali. Proprjetà residenzjali hija ddefinita fl-Artikolu 4(1)(75) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Xiri ta' beni immobbli kummerċjali;

Valur

Finanzjament ta' proprjetà immobbli li ma tkunx proprjetà residenzjali.

Self b'marġni

Valur

Strumenti li fihom istituzzjoni testendi kreditu b'konnessjoni mal-akkwist, il-bejgħ, iż-żamma jew in-negozjar tat-titoli. Strumenti ta' self b'marġni ma jinkludux self ieħor li huwa ggarantit minn kollateral f'forma ta' titoli;

Finanzjament ta' dejn

Valur

Finanzjament ta' dejn pendenti jew li qed jimmatura. Dan jinkludi rifinanzjament ta' dejn.

Importazzjonijiet

Valur

Finanzjament ta' oġġetti u servizzi (xiri, skambju u/jew rigali) minn persuni mhux residenti lil residenti

Esportazzjonijiet

Valur

Finanzjament ta' oġġetti u servizzi (xiri, skambju u/jew rigali) minn persuni residenti lil persuni mhux residenti.

Investiment fil-kostruzzjoni

Valur

Finanzjament ta' kostruzzjoni ta' bini, infrastruttura u faċilitajiet industrijali.

Faċilità ta' kapital tax-xogħol

Valur

Finanzjament tal-ġestjoni tal-fluss ta' kontanti ta' organizzazzjoni

Skopijiet oħrajn

Valur

Skopijiet oħrajn mhux inklużi fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Tip ta' ammortizzament

Attribut tad-dejta

Tip ta' ammortizzament ta' strument inkluż il-kapital u l-imgħax.

Franċiż

Valur

Amortizzazzjoni fejn l-ammont totali — kapital u mgħax — imħallas lura f'kull pagament huwa l-istess.

Ġermaniż

Valur

Ammortizzament fejn l-ewwel rata hina bl-imgħax biss u r-rati li jibqa' huma kostanti, inkluż ammortizzament kapitali u mgħax.

Skeda ta' ammortizzament fissa

Valur

Amortizzazzjoni fejn l-ammont prinċipali mħallas lura f'kull pagament ikun l-istess.

Bullet

Valur

Ammortizzament fejn l-ammont prinċipali kollu jitħallas lura fl-aħħar pagament.

Oħrajn

Valur

Tip ta' ammortizzament ieħor mhux inkluż fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Frekwenza ta' ħlas

Attribut tad-dejta

Frekwenza ta' ħlasijiet dovuti, jew tal-kapital jew l-imgħax, jiġifieri numru ta' xhur bejn il-pagamenti

Ta' kull xahar

Valur

Fuq bażi ta' kull xahar.

Trimestrali

Valur

Fuq bażi trimestrali

Semiannwalment

Valur

Fuq bażi semiannwali

Annwali

Valur

Fuq bażi annwali.

Bullet

Valur

Ammortizzament fejn l-ammont prinċipali kollu jitħallas lura fl-aħħar pagament irrispettivament mill-frekwenza tal-ħlas ta' imgħax.

Kupun żero

Valur

Ammortizzament fejn l-ammont prinċipali kollu jitħallas lura fl-aħħar pagament.

Oħrajn

Valur

Frekwenza ta' ħlas ieħor mhux inkluż fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Identifikatur ta' kuntratt Sindikat

Attribut tad-dejta

“Identifikatur ta' kuntratt” applikat mill-arranġatur ewlieni tas-self sindakat biex jiġi identifikat b'mod uniku kull kuntratt. Kull kuntratt sinfikat għandu jkollu “identifikatur ta' kuntratt sindikat” wieħed. Dan il-valur ma jinbidilx maż-żmien u ma jistax jintuża mill-arranġatur ewlieni bħala l-identifikatur tal-kuntratt għal xi kuntratt ieħor. Il-kredituri kollha li jipparteċipaw fil-kuntratt sinfikat għandhom jużaw l-istess “identifikatur tal-kuntratt sindikat”.

Alfanumeriku

Valur

Kodiċi li jikkonsisti minn simboli alfabetiċi u numeriċi.

Dejn subordinat

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni ta' dejn subordinat Strumenti ta' debitu subordinat jipprovdu pretensjoni sussidjarja kontra l-istituzzjoni emittenti li tista' tiġi eżerċitata biss wara li jkunu ġew sodisfatti l-pretensjonijiet kollha bi status ogħla, (eż. depożiti/self).

Dejn subordinat

Valur

L-istrument huwa dejn subordinat skont it-Tabella fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

Dejn mhux subordinat

Valur

L-istrument mhux subordinat.

Drittijiet ta' ħlasijiet lura

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' skopertura tal-kreditu skont id-drittijiet tal-kreditu biex jitlob il-ħlas lura tal-iskopertura.

Fuq talba jew avviż qasir

Valur

Strumenti li jitħallsu lura fuq talba tal-kreditur fi żmien qasir.

Oħrajn

Valur

Strumenti suġġetti għal drittijiet ta' ħlas lura ħlief fuq talba jew fi żmien qasir.

Strument fiduċjarju

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni ta' strumenti fejn l-aġent osservat jaġixxi f'ismu stess iżda għan-nom u bir-riskju fuq it-terza persuna.

Strument fiduċjarju

Valur

Jintuża biss jekk l-istrument jitpoġġa f'kapaċità fiduċjarja.

Strument mhux fiduċjarju

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ma jitpoġġiex f'kapaċità fiduċjarja.

L-ammont ta' impenn fil-bidu

Attribut tad-dejta

Skopertura massima ta' aġent osservat għar-riskju tal-kreditu fid-data tal-bidu tal-istrument, mingħajr ma titqies kwalunkwe protezzjoni miżmuma jew titjib ieħor fil-kreditu. Ammont totali kommess fid-data tal-bidu jiġi stabbilit matul il-proċess ta' approvazzjoni u huwa intiż li jirrestrinġi l-ammont ta' tar-riskju tal-kreditu tal-aġent osservat lil kontroparti partikolari għall-istrument rilevanti.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Tibdil ta' valur ġust minħabba tibdil fir-riskju ta' kreditu qabel ix-xiri

Attribut tad-dejta

Id-differenza bejn l-ammont nominali dovut u l-prezz ta' xiri tal-istrument u d-data tax-xiri. Dan l-ammont għandu jiġi rrapportat għall-istrumenti mixtrija għal ammont inqas mill-ammont dovut minħabba d-deterjorament tar-riskju tal-kreditu.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. Ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza.

Dejta finanzjarja

Rata tal-imgħax

Attribut tad-dejta

Rata miftiehma annwalizzata jew rata tal-imgħax iddefinita b'mod ristrett skont ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/34) (6).

Numeriku

Valur

Rata ta' imgħax iddefinita bħala perċentwal.

Data tar-risettjar tar-rata tal-imgħax li jmiss

Attribut tad-dejta

Id-data meta ser isir ir-risettjar li jmiss tar-rata tal-imgħax, kif iddefinit fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Jekk l-istrument mhuwiex suġġett għal risettjar tar-rata ta' imgħax fil-futur, għandha tiġi rrapportata d-data ta' maturità finali legali tiegħu.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Ammont ittrasferit

Attribut tad-dejta

Ammont ittrasferit ta' proprjetà ekonomika tal-assi finanzjarju.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Status ta' inadempjenza tal-istrument

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument. Kategoriji li jiddeskrivu s-sitwazzjonijiet fejn strument jista' jiġi deskritt li huwa inadempjenti skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Mhux inadempjenti

Valur

Kontroparti mhux inadempjenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenti għaliex x'aktarx li mhux ser tħallas

Valur

Strumenti inadempjenti għaliex id-debitur aktarx li mhux ser iħallas skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenti għaliex ilu dovut iktar minn 90/180 jum

Valur

Strumenti inadempjenti għaliex id-dejn ilu iktar minn 90/180 jum dovut skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Inadempjenza kemm għaliex aktarx li mhux ser isir ħlas kif ukoll għaliex għaddew aktar minn 90/180 jum mid-data meta l-ħlas sar dovut

Valur

Strument inadempjenti kemm għaliex huwa kkunsidrat li d-debitur aktarx li mhux ser iħallas kif ukoll għaliex għaddew aktar minn 90/180 jum mid-data meta l-ħlas sar dovut skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Arretrati għall-istrument

Attribut tad-dejta

Ammont aggregat tal-kapital, imgħax u ħlas ta' tariffa pendenti fid-data tar-rapportar, li huwa kuntrattwalment dovut u ma tħallasx (dovut). Dan l-ammont dejjem jiġi rrapportat. 0 għandu jiġi rrapportat jekk l-istrument ma kienx dovut fid-data tar-rapportar.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Data ta' skadenza għall-istrument

Attribut tad-dejta

Id-data meta l-istrument sar dovut skont il-Parti 2.48 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implementazzjoni (UE) Nru 680/2014. Din hija l-aħħar tali data qabel id-data ta' rapportar ta' referenza, u għandha tiġi rrapportata jekk l-istrument huwa dovut fuq id-data ta' referenza ta' rapportar.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Data tal-istatus ta' inadempjenza tal-istrument

Attribut tad-dejta

Id-data meta l-istatus ta' inadempjenza, kif irrapportat fl-attribut tad-dejta “status inadempjenti tal-istrument”, huwa kkonsidrat li seħħ.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Tip ta' titolizzazzjoni

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni tat-tip ta' titolizzazzjoni skont l-Artikolu 242(10) u (11) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Titolizzazzjoni tradizzjonali

Valur

Strument li huwa ttitolizzat f'titolizzazzjoni tradizzjonali.

Titolizzazzjoni sintetika

Valur

Strument li huwa ttitolizzat f'titolizzazzjoni sintetika.

Mhux titolizzat

Valur

Strument li mhuwiex titolizzat jew f'titolizzazzjoni tradizzjonali jew sintetika.

Ammont nominali dovut

Attribut tad-dejta

Ammont prinċipali pendenti fl-aħħar tad-data ta' referenza ta' rapportar, inkluż imgħax mhux imħallas dovut imma bl-esklużjoni ta' imgħax dovut. L-ammont nominali pendenti għandu jiġi rrapportat nett mit-tħassir jew tnaqqis tal-valur kif iddeterminat mill-prattiki ta' kontabbiltà rilevanti.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Ammont li mhux fuq il-karta tal-bilanċ

Attribut tad-dejta

Ammont nominali totali ta' skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. Dan jinkludi kull impenn biex jingħata self qabel ma jiġu kkunsidrati fatturi ta' konverżjoni u tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu. Huwa l-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima tal-istituzzjoni għar-riskju tal-kreditu mingħajr ma titqies l-ebda protezzjoni miżmuma jew titjib fil-kreditu ieħor.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Imgħax akkumulat

Attribut tad-dejta

L-ammont ta' imgħax dovut fuq self fid-data ta' referenza ta' rapportar kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (ECB/2013/33). Skont il-prinċipju ġenerali tal-kontabbiltà tad-dovuti (accruals accounting), l-imgħax riċevut fuq strumenti għandu jkun suġġett għal on-balance-sheet recording waqt li jakkumula (jiġifieri skont il-bażi tad-dovuti (accruals basis)) aktar milli meta jiġi riċevut (jiġifieri skont il-bażi ta' kontanti (cash basis)).

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Dejta tal-kontabbiltà

Klassifikazzjoni tal-kontabbiltà ta' strumenti

Attribut tad-dejta

Portafoll tal-kontabbiltà fejn l-istrument huwa rrekordjat skont l-istandard ta' kontabbiltà — IFRS GAAP nazzjonali — skont ir-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13) applikat mill-entità ġuridika tal-aġent osservat.

Portafolli tal-kontabbiltà IFRS

Bilanċ ta' kontanti f'banek ċentrali u depożiti li jintalbu oħrajn

Valur

Bilanċi ta' kontanti mal-banek ċentrali u depożiti li jintalbu oħrajn skont IFRS.

Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ

Valur

Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ skont IFRS.

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar obbligatorjament b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf

Valur

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar obbligatorjament b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont IFRS.

Assi finanzjarji mniżżlin bil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf

Valur

Assi finanzjarji mkejla b'valur ġust permess ta' profitt jew telf u indikati bħala tali wara rikonoxximent inizjali jew sussegwentement IFRS ħlief dawk ikklassifikati bħala assi finanzjarji miżmumin għan-negozjar.

Assi finanzjarji b'valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor

Valur

Assi finanzjarji mkejla b'valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor minħabba l-mudell ta' negozju u karatterisitiċi ta' flussi ta' kontanti skont IFRS.

Assi finanzjarji mkejlin b'kost amortizzat

Valur

Assi finanzjarji mkejla bi spiża ammortizzata skont IFRS.

Portafolli tal-kontabbiltà nazzjonali GAAP

Flus kontanti u bilanċi ta' flus kontanti mal-banek ċentrali

Valur

Bilanċi ta' flus mal-banek ċentrali skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ

Valur

Assi finanzjarji miżmuma għall-kummerċ skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar obbligatorjament b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf

Valur

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont il-GAAP nazzjonali.

Assi Finanzjarji għan-Negozjar

Valur

Negozjar ta' assi finanzjarji skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji mniżżlin bil-valur ġust permezz ta' profitt jew telf

Valur

Assi finanzjarji indikati b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ

Valur

Assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf)

Valur

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust permezz ta' profitt jew telf skont il-GAAP nazzjonali.

Assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust għal ekwità

Valur

Assi finanzjarji mhux għan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b'valur ġust għall-ekwità skont il-GAAP nazzjonali.

Self u riċevibbli

Valur

Self u riċevibbli skont il-GAAP nazzjonali.

Investimenti miżmuma sal-maturità

Valur

Investimenti miżmuma sal-maturità skont il-GAAP nazzjonali.

Strumenti ta' dejn mhux tan-negozjar mkejla b'metodu bbażat fuq il-kosti

Valur

Strumenti ta' dejn mhux għan-negozjar imkejla b'metodu bbażat fuq il-kost skont il-GAAP nazzjonali.

Assi Finanzjarji mhux għan-Negozjar mhux Derivattivi oħrajn

Valur

Assi Finanzjarji oħrajn mhux għan-egozjar u mhux derivattivi skont il-GAAP nazzjonali.

Rikonoxximent tal-karta tal-bilanċ

Attribut tad-dejta

Rikonoxximent tal-karta tal-bilanċ tal-assi finanzjarju.

Totalment rikonoxxut

Valur

Strument totalment rikonoxxut, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Rikonoxxut sa fejn tibqa' involuta l-istituzzjoni

Valur

Strument rikonoxxut sal-punt tal-involviment kontinwu tal-istituzzjoni, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Totalment dekontabilizzat

Valur

Strument totalment dekontabilizzat, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Sorsi ta' gravami

Attribut tad-dejta

Tip ta' tranżazzjoni fejn l-iskopertura għandha piż skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Assi jiġu ttrattati bħala vinkolati jekk ikunu ġew mirhuna jew soġġetti għal kwalunkwe arranġament biex jiġġarantixxu, jikkolateralizzaw jew itejbu l-kreditu ta' kwakwe strument minn fejn ma jkunux jistgħu jinġibdu liberament.

Finanzjament tal-banek ċentrali

Valur

Finanzjament ta' bank ċentrali (ta' kull tip, inklużi riakkwisti), skont l-istandards ta' implimentazzjoni teknika tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Derivattivi nnegozjati ta' skambju

Valur

Derivattivi nnegozjati fi skambju skont l-istandards ta' implimentazzjoni teknika tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Derivat over the counter

Valur

Derivattivi barra l-borża skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Depożiti — ftehim għal xiri mill-ġdid mhux lil banek ċentrali

Valur

Ftehimiet ta' xiri mill-ġdid minbarra lil banek ċentrali skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Depożiti li mhumiex ftehim għal xiri mill-ġdid

Valur

Depożiti minbarra ftehimiet ta' xiri mill-ġdid skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Titoli ta' dejn maħruġin — garanziji ta' bonds koperti

Valur

Titoli ta' bonds koperti maħruġa skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Titoli ta' dejn maħruġin — titoli ggarantiti b'assi

Valur

Titoli ggarantiti b'assi (ABS) maħruġa skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Titoli ta dejn maħruġin — li ma jkunux bonds koperti u ABSs

Valur

Titoli ta' dejn maħruġa minbarra bonds koperti u ABSs skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Sorsi oħra ta' vinkoli

Valur

Sorsi ta' gravami oħrajn skont l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni tal-ABE dwar ir-rapportar tal-gravami fuq l-assi kif imsemmija fl-Artikolu 99(5) u l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-ebda piż

Valur

Strument li ma ġiex mirhun jew suġġett għal kwalunkwe arranġament biex jiġġarantixxi, jikkolateralizza jew itejjeb il-kreditu ta' kwalunkwe strument minn fejn ma jkunx jista' jinġibed liberament.

Tħassir akkumulat

Attribut tad-dejta

Ammont kumulattiv ta' kapital u imgħax dovut ta' kwalunkwe strument ta' dejn li l-istituzzjoni m'għadhiex tirrikonoxxi għaliex kkunsidrati bħala li ma jinġabrux, indipendentement mill-portafoll fejn ġew inklużi. Kanċellazzjonijiet jistgħu jkunu kkawżati kemm minn tnaqqis fl-ammont li jġorr l-assi finanzjarji rrikonoxxuti direttament fil-profitt u t-telf u minn tnaqqis fl-ammonti tal-kontijiet ta' provvedimenti għat-telf ta' kreditu paċuti kontra l-ammont riportat ta' assi finanzjarji.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Ammont ta' indeboliment akkumulat

Attribut tad-dejta

L-ammont ta' provvedimenti ta' telf li jinżammu kontra jew huma allokati għall-istrument fid-data ta' referenza tar-rapportar. Dan l-attribut tad-dejta japplika għal strumenti soġġetti għal indeboliment taħt l-istandard tal-kontabbiltà applikat.

Taħt l-IFRS, l-indeboliment akkumulat huwa relatat mal-ammonti li ġejjin:

(i)

Provvediment ta' telf f'ammont ta' 12-il xahar telf ta' kreditu mistenni;

(ii)

Provvediment ta' ammont ta' telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja;

Taħt GAAP, l-indeboliment akkumulat huwa relatat mal-ammonti li ġejjin:

(i)

Provvediment ta' telf f'ammont daqs l-provvedimenti ġenerali;

(ii)

Provvediment ta' telf f'ammont daqs l-provvedimenti speċifiċi.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Tip ta' indeboliment

Attribut tad-dejta

Tip ta' indeboliment

Stadju 1 (IFRS)

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument mhux indebolit u jinġiet provvediment ta' telf f'ammont ta' telf ta' kreditu mistenni ta' 12-il xahar kontra l-istrument skont l-IFRS. Biss għal strumenti soġġetti għal indeboliment taħt l-IFRS 9.

Stadju 2 (IFRS)

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ma jkunx indebolit u jinġieb provvediment ta' telf f'ammont ugwali għat-telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja kontra dan l-istrument skont l-IFRS. Biss għal strumenti soġġetti għal indeboliment taħt l-IFRS 9.

Stadju 3 (IFRS)

Valur

Li għandu jintuża jekk l-istrument huwa indeboliti fil-kreditu skont l-IFRS 9.

Provvedimenti ġenerali (GAAP)

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat minbarra IFRS 9 u ebda provvediment ta' telf speċifiku ma jitqajjem kontra l-istrument (mhux indebolit).

Provvedimenti speċifiċi (GAAP)

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat minbarra IFRS 9 u jitqajmu provvedimenti ta' telf speċifiċi, irrispettivament minn jekk dawk il-provvedimenti jkunux indirizzati individwalment jew b'mod kollettiv (indeboliti).

Mhux soġġett għal indeboliment

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ma jkunx soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat.

Indeboliment: metodu ta' valutazzjoni

Attribut tad-dejta

Il-metodu li permezz tiegħu jiġi evalwat l-indeboliment, jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont l-istandards tal- kontabbiltà applikati. Issir distinzjoni bejn metodi kollettivi u individwali.

Ivvalutati individwalment

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat u jkun ivvalutat individwalment għal indeboliment.

Ivvalutat kollettivament

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ikun soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat u huwa evalwat b'mod kollettiv għal indeboliment billi jiġi raggruppat flimkien ma' strumenti b'karatteristiċi ta' riskju ta' kreditu simili.

Mhux soġġett għal indeboliment

Valur

Għandu jintuża jekk l-istrument ma jkunx soġġett għal indeboliment skont standard tal-kontabbiltà applikat.

Tibdil akkumulat f'valur ġust minħabba r-riskju ta' kreditu

Attribut tad-dejta

Tibdil akkumulat b'valur ġust minħabba l-kreditu tar-riskju skont il-Parti 2.46 tal-Anness V ta-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Status produttiv tal-istrument

Attribut tad-dejta

L-istrument għandu jiġi kklassifikat fid-data ta' referenza tar-rapportar taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin.

Mhux produttiv

Valur

Strumenti kklassifikati bħala mhux produttivi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Produttiv

Valur

Strumenti li ma jkunux mhux produttivi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Data tal-istatus ta' produttività tal-istrument

Attribut tad-dejta

Id-data meta l-istatus produttiv, kif irrapportat fl-attribut tad-dejta “status produttiv tal-istrument”, huwa kkonsidrat li ġie stabbilit jew inbidel.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Provvedimenti assoċjati mal-iskoperturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ

Attribut tad-dejta

L-ammont ta' provvedimenti għal impenji li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Status ta' trażżin u rinegozjar

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni ta' strumenti mrażżna u nnegozjati mill-ġdid.

Imrażżna: strumenti b'rata ta' imgħax immodifikata taħt il-kundizzjonijiet tas-suq

Valur

Miżuri ta' trażżin japplikaw: strumenti b'termini u kundizzjonijiet immodifikati inkluża modifika ta' rata ta' imgħax taħt il-kundizzjonijiet tas-suq skont ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34).

Imrażżna: strumenti b'termini u kundizzjonijiet oħrajn immodifikati

Valur

Miżuri ta' trażżin japplikaw: strumenti b'termini u kundizzjonijiet immodifikati, ħlief għal modifika ta' rata ta' imgħax taħt il-kundizzjonijiet tas-suq skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Imrażżna: dejn iffinanzjat mill-ġdid totalment jew parzjalment

Valur

Miżuri ta' trażżin japplikaw għal dejn iffinanzjat mill-ġdid skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Strument irrinegozjat mingħajr miżuri ta' grazzja

Valur

Strument li għalih il-kundizzjonijiet finanzjarji ġew immodifikati u li għalih ebda miżura ta' trażżin ma tapplika skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Mhux imrażżan jew innegozjat mill-ġdid

Valur

La miżuri ta' grazzja u lanqas ta' rinegozjar ma japplikaw skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Irkupri kumulattivi mill-inadempjenza

Attribut tad-dejta

Ammont totali rkuprat mid-data tal-inadempjenza

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Data ta' trażżin u status ta' rinegozjar

Attribut tad-dejta

Id-data meta status ta' trażżin jew ta' rinegozjar kif irrapportat itaħt “status ta' trażżin u negozjar mill-ġdid” jitqies li seħħ.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Portafoll prudenzjali

Attribut tad-dejta

Klassifikazzjoni ta' skoperturi fil-ktieb tan-negozjar kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(86) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Portafoll tan-negozjar

Valur

Strumenti fil-ktieb tan-negozjar kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(86) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Ktieb mhux tan-negozju

Valur

Strumenti mhux fil-ktieb tan-negozjar kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(86) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Ammont riportat

Attribut tad-dejta

L-ammont li jinġarr skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Dejta dwar il-kontroparti — strument

Rwol tal-kontroparti

Attribut tad-dejta

Rwol tal-kontrapartijiet fi strument.

Kreditur

Valur

Il-kontroparti li jassumi r-riskju ta' kreditu ta' strument, minbarra fornitur ta' protezzjoni.

Debitur

Valur

Kontroparti li jiġġenera r-riskju ta' kreditu ta' strument, minbarra fornitur ta' protezzjoni.

Serviser

Valur

Kontroparti responsabbli mill-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja ta' strument;

Originator

Valur

Kontroparti fi transazzjoni ta' titolizzazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40).

Dejta dwar l-obbligazzjonijiet in solidum

Dejta dwar l-obbligazzjonijiet in solidum

Attribut tad-dejta

Ammont nominali pendenti li għalih kull debitur huwa responsabbli fir-rigward ta' strument wieħed fejn hemm żewġ debituri jew iktar.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Dejta dwar il-protezzjoni rċevuta

Data ta' maturità tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Id-data ta' maturità kuntrattwali tal-protezzjoni, li tkun l-aktar data bikrija meta l-protezzjoni tista' tintemm jew tiġi mitmuma, waqt li jitqies kwalunkwe ftehim li jemenda l-kuntratti inizzjali.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Tip ta' protezzjoni

Attribut tad-dejta

Tip ta' protezzjoni riċevuta, irrispettivament mill-eliġibbiltà tagħha għal mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu.

Deheb

Valur

Deheb skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Valuta u depożiti

Valur

Muniti u depożiti kif iddefiniti fil-paragrafu 5.74 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Titoli

Valur

Titoli kif iddefiniti fil-paragrafu 5.89 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Self

Valur

Self kif iddefinit fil-paragrafu 5.112 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Ekwità u ishma jew unitajiet f'fond ta' investiment

Valur

Ekwità u ishma ta' fondi ta' investiment jew unitajiet kif iddefiniti fil-paragrafu 5.139 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Derivattivi tal-kreditu

Valur

Derivattivi tal-kreditu li huma:

Derivattivi tal-kreditu li josservaw id-definizzjoni ta' garanziji finanzjarji — kif imfisser fil-paragrafu 58(b) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Derivattivi tal-kreditu li mhumiex garnziji finanzjarji — kif iddefiniti fil-paragrafu 67(d) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Derivattivi tal-kreditu jinkludu d-derivattivi tal-kreditu eliġibbli indikati fl-Artikolu 204 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Garanziji finanzjarji minbarra derivattivi tal-kreditu

Valur

Garanziji finanzjarji minbarra derivattivi tal-kreditu, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Riċevibbli kummerċjali

Valur

Ammont tal-Kummerċ riċevibbli kif iddefiniti fil-paragrafu 5.41(c) tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 680/2014.

Poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna

Valur

Poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna lill-istituzzjoni li tagħti self skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Kollateral ta' beni immobbli residenzjali

Valur

Proprjetà residenzjali kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(75) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Postijiet għall-uffiċċji u kummerċjali

Valur

Postijiet għall-uffiċċji u kummerċjali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Kollateral fuq proprjetà immobbli kummerċjali;

Valur

Proprjetà immobbli li ma tkunx proprjetà residenzjali, postijiet għall-uffiċċji u kummerċjali.

Kollateral fiżiku ieħor

Valur

Kollateral fiżiku ieħor skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 mhumiex inklużi fil-valuri ta' qabel.

Protezzjoni oħra

Valur

Protezzjoni oħra mhix inkluża fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Valur tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

L-ammont tal-valur tal-protezzjoni kif stabbilit għat-“Tip ta' valur tal-protezzjoni” relevanti skont l-approċċ tal-valutazzjoni.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Tip ta' valur tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Identifikazzjoni tat-tip tal-valur ipprovdut fl-attribut tad-dejta “Valur tal-protezzjoni”.

Ammont nozzjonali

Valur

L-ammont nominali jew li jidher fil-wiċċ miftiehem kuntrattwalment li jintuża biex jiġu kkalkulati ħlasijiet f'każ li l-protezzjoni tiġi eżegwita.

Valur ġust

Valur

Il-prezz li jkollu jiġi riċevut biex jinbiegħ assi jew imħallas biex tiġi ttrasferita obbligazzjoni b'mod ordinat bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl.

Għandu jintuża biss jekk il-protezzjoni ma tkunx proprjetà immobbli.

Valur tas-suq

Valur

Il-“valur tas-suq” attwali ta' proprjetà immobbli kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(76) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Li jintuża jekk il-protezzjoni hija proprjetà immobbli meta l-valur tas-suq huwa rrapportat fl-attribut tad-dejta “Valur tal-protezzjoni”.

Valur sostenibbli fit-tul

Valur

Il-“valur ta' tislif b'ipoteka” ta' proprjetà immobbli kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(74) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Li jintuża jekk il-protezzjoni hija proprjetà immobbli meta l-valur tas-self ipotekarju huwa rrapportat fl-attribut tad-dejta “Valur tal-protezzjoni”.

Valur tal-protezzjoni oriġinali

Valur

Protezzjoni oħra mhix inkluża fi kwalunkwe kategorija elenkata iktar 'il fuq.

Post tal-kollateral ta' beni immobbli

Attribut tad-dejta

Reġjun jew pajjiż fejn jinsab il-kollateral.

Kodiċijiet ISO 3166-1 alpha-2

Valur

Kodiċi ISO 3166-1 alpha-2 tal-pajjiż fejn ikun jinsab il-kollateral għal kollateral li ma jkunx jinsab fi Stat Membru li jirrapporta.

Reġjuni ta' NUTS 3

Valur

Reġjuni ta' NUTS 3 fejn ikun jinsab il-kollateral għal kollateral li jkun jinsab fi Stat Membru li jirrapporta.

Data ta' valur tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Id-data meta saret l-aħħar stima jew valutazzjoni tal-protezzjoni qabel id-data ta' referenzata' rapportar.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Approċċ tal-valutazzjoni tal-protezzjoni

Attribut tad-dejta

Tip ta' valutazzjoni tal-protezzjoni; metodu użat biex jiġi ddeterminat il-valur tal-protezzjoni.

Mark-to-market

Valur

Metodu ta' valutazzjoni li permezz tiegħu il-valur tal-protezzjoni huwa bbażat fuq prezzijiet ikkwotati mhux aġġustati għal assi u obbligazzjonijiet identiċi f'suq attiv.

Stima tal-kontroparti

Valur

Metodu ta' valutazzjoni li permezz tiegħu il-valutazzjoni ssir mill-fornitur tal-protezzjoni.

Valutazzjoni tal-kreditur

Valur

Metodu ta' valutazzjoni li permezz tiegħu l-valutazzjoni ssir mill-kreditur: il-valutazzjoni ssir minn evalwatur estern jew li jkun membru tal-persunal li jkollu l-kwalifiki, il-kapaċità u l-esperjenza meħtieġa sabiex iwettaq valutazzjoni u li ma jkunx indipendenti mill-proċess tad-deċiżjoni dwar il-kreditu.

Valutazzjoni tat-terza persuna

Valur

Metodu ta' valutazzjoni fejn il-valutazzjoni ssir minn evalwatur li jkun indipendenti mill-proċess tad-deċiżjoni dwar il-kreditu.

Tip ieħor ta' valutazzjoni

Valur

Tip ieħor ta' valutazzjoni mhux inkluż f'kategoriji ta' valutazzjoni oħrajn.

Valur tal-protezzjoni oriġinali

Attribut tad-dejta

Il-valur ġust tal-protezzjoni fid-data meta ġiet riċevuta oriġinarjament bħala protezzjoni tal-kreditu.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Data tal-valur tal-protezzjoni oriġinali

Attribut tad-dejta

Id-data tal-valur oriġinali tal-protezzjoni, jiġifieri d-data meta saret l-aħħar evalwazzjoni jew valutazzjoni tal-protezzjoni qabel ma ġiet riċevuta inizzjalment bħala protezzjoni tal-kreditu.

Data

Valur

Definit bħala jj/xx/ssss.

Dejta dwar l-istrument u l-protezzjoni riċevuta

Valur tal-protezzjoni allokata

Attribut tad-dejta

L-ammont massimu tal-valur ta' protezzjoni li jista' jiġi kkunsidrat bħala protezzjoni tal-kreditu għall-istrument. L-ammont ta' pretenzjonijiet ta' prijorità ta' terzi persuni eżistenti jew tal-aġent osservat kontra l-protezzjoni għandu jiġi eskluż fil-valur allokat ta' protezzjoni. Għal protezzjoni li hija eliġibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, dan il-valur għandu jiġi rrapportat skont il-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza tar-rapportar.

Pretenzjonijiet prijoritarji ta' terzi kontra l-protezzjoni

Attribut tad-dejta

L-ammont massimu ta' kwalunkwe lien ggradat ogħla eżistenti fir-rigward ta' terzi għajr għall-aġent osservat li jista' jintuża kontra l-protezzjoni.

Numeriku

Valur

Ammont f'euro. L-ammonti ta' munita barranija għandhom jinqelbu f'euro bir-rati ta' referenza rispettivi tal-kambju tal-euro tal-BĊE (jiġifieri l-mid-rate) fid-data ta' referenza.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107).

(2)  Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(3)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi ta' daqs mikro, żgħar jew medju (2003/361/KE) (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(4)  Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13. Vol. 29, p. 609 — 612).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 157-173).

(6)  Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51).


ANNESS V

Standards minimi li għandhom jiġu applikati mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jilħqu l-livelli minimi li ġejjin sabiex jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

1.

Standards komuni għat-trażmissjoni:

(a)

ir-rapportar għandu jkun f'waqtu u fl-iskandenzi stabbiliti mill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) rilevanti;

(b)

ir-rapporti statistiċi jridu jieħdu l-forma u l-format mill-obbligi ta' rapportar tekniċi stabbiliti mill-BĊN relevanti;

(c)

l-aġent li jirrapporta għandu jagħti d-dettalji ta' persuna ta' kuntatt waħda jew aktar lil kull BĊN relevanti;

(d)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni ta' dejta lill-BĊN relevanti jridu jiġu segwiti.

2.

Standards minimi għall-preċiżjoni:

(a)

l-informazzjoni statistika għandha tkun korretta: kull restrizzjoni lineari għandha tiġi sodisfatta, eż. is-subtotali għandhom jammontaw għat-totali, u d-dejta għandha tkun konsistenti bejn il-frekwenzi kollha;

(b)

l-aġenti li jirrapportaw għandhom ikunu kapaċi jagħtu tagħrif dwar l-iżviluppi implikati mid-dejta mibgħuta;

(c)

l-informazzjoni statistika għandha tkun kompluta u m'għandhiex ikollha lakuni kontinwi u strutturali; il-lakuni fir-rapportar għandhom ikunu tranżitorji u għandhom jiġu rrapportati lill-BĊN (u mill-BĊN lill-BĊE), spjegati lill-BĊN relevanti u, fejn applikabbli, mimlija mill-aktar fis possibbli;

(d)

l-operaturi li jirrapportaw għandhom isegwu d-dimensjonijiet, il-politika tal-approssimazzjoni u d-deċimali stabbiliti mill-BĊN relevanti għat-trażmissjoni teknika tad-dejta.

3.

Standards minimi għal konformità mal-kunċetti:

(a)

l-informazzjoni statistika għandha tikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament;

(b)

f'każ ta' devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jeliminaw minnufih differenzi bejn il-miżura użata u l-miżura li tinsab f'dan ir-Regolament;

(c)

l-operaturi li jirrapportaw għandhom ikunu jistgħu jispjegaw interruzzjonijiet fid-dejta mibgħuta meta mqabbla maċ-ċifri tal-perijodi preċedenti.

4.

Standards minimi għal reviżjonijiet:

Il-politika ta' reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-BĊE u l-BĊN relevanti għandhom jiġu segwiti. Reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari għandhom jiġu akkompanjati b'noti ta' spjegazzjoni.


DEĊIŻJONIJIET

1.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/99


DEĊIŻJONI (UE) 2016/868 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta' Mejju 2016

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/6 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2016/14)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 46.2 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/6 (2) tiddefinixxi l-miżuri ta' tħejjija li l-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jieħdu sabiex iħejju għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ).

(2)

Minn mindu ġiet adottata d-Deċiżjoni BĊE/2014/6, sar progress sinifikanti lejn l-istabbiliment ta' qafas għal żmien twil għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu li huwa bbażat fuq rekwiżiti armonizzati għar-rapportar statistiku.

(3)

Minħabba n-numru u l-kumplessità tar-rekwiżiti previsti għar-rapportar statistiku, l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni stipulat fid-Deċiżjoni BĊE/2014/6 għandha tiġi estiża sabiex is-SEBĊ u l-aġenti li jirrapportaw ikollhom żmien biżżejjed biex iħejju sew għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu. Peress li ser jgħaddi ammont sinifikanti ta' ħin qabel ma jibda r-rapportar attwali, l-iskeda ta' żmien ipprovduta fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2014/6 għat-tlestija tal-fażi preparatorja għandha tiġi ssostitwita bi skadenza li tiżgura li l-fażi preparatorja tintemm meta jibda r-rapportar taħt il-qafas fit-tul għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu.

(4)

Din l-iskeda ta' żmien riveduta ser tapplika wkoll għal banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta' Stati Membri li l-munita tagħom mhijiex l-euro f'sitwazzjonijiet fejn dawk il-BĊNi jikkooperaw mal-banek ċentrali tal-Eurosistema fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjoni BĊE/2014/7 (3).

(5)

Skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2014/6 il-Kumitat tal-Istatistika (iktar 'il quddiem l-“KST”) jirrapporta annwalment lill-Kunsill Governattiv dwar il-progress miksub mill-BĊE u l-BĊNi individwali fir-rigward tal-implimentazzjoni min-naħa tagħhom ta' miżuri ta' tħejjija. Dan ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni miġbura mill-KST mingħand il-BĊNi kollha, inkluża informazzjoni dwar il-progress miksub mill-BĊNi b'deroga skont l-Artikolu 3(3) ta' dik id-Deċiżjoni. Ir-rapporti separati previsti fl-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni BĊE/2014/6 m'għadhomx jitqiesu li huma neċessarji,

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni BĊE/2014/6 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/6 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, it-tieni sentenza hija ssostitwita b'dan li ġej:

“Dan il-qafas fit-tul għandu, sal-bidu tal-ewwel trasmissjoni attwali ta' mikrodejta dwar il-kreditu mill-BĊNi lill-BĊE skont ir-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/13) (*1), jinkludi: (a) bażijiet ta' dejta nazzjonali dwar il-mikrokreditu mħaddma mill-BĊNi kollha tal-Eurosistema, u (b) bażi ta' dejta komuni dwar il-mikrokreditu li hija kondiviża bejn il-membri tal-Eurosistema u li tikkonsisti f'mikrodejta dwar il-kreditu għall-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro.

(*1)  Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2016 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u dwar ir-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13) (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 44).” "

(2)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.   Il-KST għandu, wara li jikkunsidra l-pariri minn kumitati relevanti oħrajn tas-SEBĊ, iħejji d-deċiżjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta' tħejjija stipulati fil-paragrafu 1 u jissottomettihom għal adozzjoni lill-Kunsill Governattiv. Il-KST għandu jirrapporta lill-Kunsill Governattiv fuq bażi annwali dwar il-progress miksub mill-BĊE u l-BĊNi individwali, inklużi BĊNi b'deroga skont l-Artikolu 3(3).”

(3)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 huwa mibdul b'li ġej:

“3.   Fir-rigward ta' BĊNi li jeħtieġu perijodu itwal ta' introduzzjoni gradwali matul il-fażi ta' tħejjija għall-iżvilupp jew il-kisba ta' aċċess għal bażijiet ta' dejta komprensivi ta' mikrodejta dwar il-kreditu, il-Kunsill Governattiv jista', matul il-fażi ta' tħejjija, jagħti derogi temporanji individwali mill-obbligu li jiġu applikati miżuri ta' tħejjija speċifiċi ddefiniti taħt il-paragrafu 1. Il-perijodu ta' kull deroga individwali għandu jkun limitat strettament għall-ħin minimu meħtieġ sabiex il-BĊN ikkonċernat jikseb matul il-fażi ta' tħejjija konformità mal-miżuri ta' tħejjija koperti minn din id-deroga, u fi kwalunkwe każ għandu jiġi ffissat b'mod li jippermetti li l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1 jinkisbu fir-rigward tal-BĊNi tal-Eurosistema kollha. Id-drittijiet kollha ta' aċċess għal informazzjoni statistika kunfidenzjali dderivati minn mikrodejta dwar il-kreditu mibgħuta lill-BĊE bħala parti minn miżura ta' tħejjija speċifika għandhom jiġu sospiżi fir-rigward ta' kwalunkwe BĊN li jibbenefika minn deroga temporanja fir-rigward ta' din il-miżura. Il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li għandhom jiġu imposti restrizzjonijiet ulterjuri fuq BĊNi individwali li jibbenefikaw minn kwalunkwe deroga taħt dan il-paragrafu.”;

(4)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej:

“1.   Sabiex jiġi żgurat l-allinjament kif suppost tal-mikrodejta dwar il-kreditu li għandha tinġabar għal żmien twil mal-ħtiġijiet statistiċi ta' utenti prospettivi tas-SEBĊ, il-KST għandu, matul il-fażi ta' tħejjija, jorganizza t-trażmissjoni annwali, fit-tmiem ta' Marzu ta' kull sena, mill-BĊNi lill-BĊE ta' mikrodejta dwar il-kreditu, relatata mat-30 ta' Ġunju u l-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel, bl-użu ta' livell adegwat ta' anonomizzazzjoni u aggregazzjoni fir-rigward tat-tagħrif dwar il-mutwatarji, sabiex jiġi żgurat illi l-mutwatarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati. L-ewwel trażmissjoni għandha sseħħ fl-aħħar ta' Marzu 2014, b'referenza għat-30 ta' Ġunju u l-31 ta' Diċembru 2013, u għandha tkun ibbażata fuq l-iskema ta' rapportar ta' referenza stabbilita fl-Anness. Kwalunkwe trażmissjoni oħra fuq bażi ad hoc għandha tiġi organizzata mill-KST fuq bażi volontarja u fuq il-bażi tal-iskema ta' rapportar li għandha tikkunsidra l-eżistenza ta' mikrodejta dwar il-kreditu disponibbli fil-pront u l-karatteristiċi tagħha, u tiżgura illi d-dejta miġbura tkun proporzjonata mal-istat tax-xogħol ta' tħejjija li jkun tlesta fil-ħin tat-trażmissjoni. Dejta dwar mutwatarji li jappartjenu għal setturi istituzzjonali li mhumiex korporazzjonijiet mhux finanzjarji tista' tiġi rrapportata matul il-fażi ta' tħejjija fuq bażi aggregata, sakemm il-BĊN jipprovdi tagħrif relevanti dwar il-metodoloġija.”

(5)

L-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2014/6 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill- BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Mejju 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01, Volum 03, p. 23).

(2)  Deċiżjoni BĊE/2014/6 tal-24 ta' Frar 2014 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika mis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (ĠU L 104, 8.4.2014, p. 72).

(3)  Rakkomandazzjoni BĊE/2014/7 tal-24 ta' Frar 2014 dwar l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ĠU C 103, 8.4.2014, p. 1).


ANNESS

It-tabella tal-Anness tad-Deċizjoni BĊE/2014/6 hija mibdula bit-Tabella li ġejja:

“Tip

Attributi

Ħarsa ġenerali

Livell ta' anonimizzazzjoni

Attributi tal-mutwanti Attributi

Identifikatur tal-mutwanti

Identifikazzjoni tal-mutwanti skont il-kodifikazzjoni użata mir-Reġistru tad-Database tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati tas-SEBĊ (RDIA) (*1).

Mhux anonimizzati

Attributi tal-mutwatarju

Identifikatur tal-mutwatarju

Identifikazzjoni alfanumerika tal-mutwatarju, biex jiġi żgurat li selliefa individwali ma jistgħux jiġu identifikati

Anonimizzat

Pajjiż ta' residenza

Pajjiż ta' residenza tal-mutwatarju, skont l-ISO 3166 standard (*2).

Settur istituzzjonali

Settur istituzzjonali (jew sottosettur) tal-mutwatarju, skont il-klassifikazzjoni tal-ESA 2010. Is-sottosetturi li ġejjin huma rikjesti:

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Il-Bank ċentrali (S.121);

Korporazzjoniet li jaċċettaw id-depożiti għajr għall-bank ċentrali (S.122)

Fondi ta' suq tal-flus (S.123)

Fondi ta' investiment li mhumiex MMF (S.124)

Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għall-korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S.125)

Awżiljari finanzjarji (S.126)

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u mutwanti tal-flus (S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Gvern ġenerali (S.13)

Unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet li m'għandhomx skop ta' qligħ li jservu unitajiet domestiċi (S.14 + S.15)

Settur tal-attività ekonomika

Klassifikazzjoni tal-mutwatarji (finanzjarji u mhux finanzjarji) skont l-attivitajiet ekonomiċi, skont il-klassifikazzjoni statistika ta' NACE rev.2 (*3). Il-kodiċi tan-NACE għandhom jiġu rrapportati b'dettall ta' żewġ livelli (b'“diviżjoni”)

Daqs

Klassifikazzjoni ta' mutwatarji skont id-daqs tagħhom: mikro, żgħar, ta' daqs medju u kbar.

Varjabbli tad-dejta tal-kreditu

Identifikatur tas-self

Identifikazzjoni alfanumerika tas-self, kif użata minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'livell nazzjonali.

Munita

Denominazzjoni tal-munita tas-self, skont l-ISO 4217 standard (*2).

Tip ta' self

Klassifikazzjoni ta' self skont it-tip tagħhom:

Fuq talba (sejħa) u avviż qasir (kont kurrenti)

Dejn tal-karta ta' kreditu

Riċevibbli kummerċjali

Kirjiet finanzjarji

Self ta' xiri mill-ġdid bil-maqlub

Self għal żmien ieħor

Tip ta' kollateral

Tip ta' kollateral li jappoġġja s-self mogħti, kollateral ta' proprjetà immobbli, kollateral ieħor (inklużi titoli u deheb), l-ebda kollateral.

Maturità oriġinali

Maturità tas-self miftiehem fil-bidu jew f'data iktar tard ta' negozjar mill-ġdid; inqas minn jew ugwali għal sena, iktar minn sena.

Maturità residwa

Maturità li tirreferi għaż-żmien miftiehem tal-fidi tas-self; inqas minn jew ugwali għal sena, iktar minn sena.

Status mhux produttiv

Self fejn il-mutwatarju jkun inadempjenti.

Self sindikat

Ftehim ta' self wieħed li fih jipparteċipaw diversi istituzzjonijiet bħala mutwatarji.

Dejn subordinat

Strumenti ta' dejn subordinat jipprovdu pretensjoni sussidjarja fuq l-istituzzjoni emittenti li tista' tiġi eżerċitata biss wara li l- pretensjonijiet kollha bi status aktar għoli (eż. depożiti/self) ikunu ġew sodisfatti, u jkunu ngħatawlhom xi wħud mill-karatteristiċi ta' “ishma u ekwitajiet oħra”.

Miżuri tad-dejta ta' kreditu

Kreditu miġbud

Ammont totali ta' self pendenti (ammont prinċipali, mingħajr ma jitnaqqas tnaqqis fil-valur), aġġustament tar-riskju ta' kreditu rapportat iddikjarat gross, ħlief għal telf ta' kreditu rreġistrati bħala kanċellazzjoni.

Linji ta' kreditu

Ammont ta'kreditu mogħti imma mhux miġbud.

Arretrati

Kwalunkwe pagament (ammont) fuq self, li huwa ttardjat b'iktar minn 90 ġurnata.

Valur kollaterali

Valur kollaterali fil-ħin tar-rapportar.

Aġġustament speċifiku tar-riskju ta' kreditu

Provvediment għat-telf tas-self speċifiku għar-riskji tal-kreditu skont il-qafas tal-kontabbiltà sistematiku. Tali miżura għandha tiġi rrapportata biss għas-self mhux produttiv.

Assi ppeżati għar-riskju

Ammonti ta' skopertura ppeżati għar-riskju skont id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4) jew atti suċċessivi.

Probabbiltà ta' inadempjenza (biss għal istituzzjonijiet ta' kreditu li japplikaw approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni biss)

Probabilità ta' inadempjenza ta' kontroparti f'perjodu ta' sena, skont id-Direttiva 2006/48/KE jew atti suċċessivi. Għal rapportar dwar kull mutwatarju individwali, għandha tiġi rrapportata medja ta' volum ippeżat.

Telf ta' inadempjenza (biss għall-istituzzjonijiet ta' kreditu li japplikaw approċċ ibbażat fuq klassifikazzjoni interna)

Proporzjon tat-telf dwar l-esponiment minħabba l-inadempjenza tal-kontroparti mal-ammont pendenti fl-inadempjenza, skont id-Direttiva 2006/48/KE jew atti suċċessivi. Għal rapportar dwar kull mutwatarju individwali, għandha tiġi rrapportata medja ta' volum ippeżat.

Rata tal-imgħax

Il-proporzjon, bħala perċentwal fis-sena, tal-ammont li d-debitur għandu jħallas lill-kreditur f'perjodu ta' żmien partikolari għall-ammont tal-kapital tas-self, depożitu jew garanzija ta' debitu, skont ir-Regolament (KE) Nru 63/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew (*5) jew atti suċċessivi. Għal rapportar dwar kull mutwatarju individwali, għandha tiġi rrapportata medja ta' volum ippeżat.


(*1)  Għal istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM), ara l-lista ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(*2)  Kif ippubblikat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) fuq is-sit elettroniku tagħha fuq www.iso.org

(*3)  Kif ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) fuq is-sit elettroniku tagħha fuq www.ec.europa.eu/eurostat.

(*4)  Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

(*5)  Regolament (KE) Nru 63/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2001, dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self għal familji u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2001/18) (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 24).”.