ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 140

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
27 ta' Mejju 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/828 tal-21 ta' April 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (Euratom) 2016/829 tat-12 ta' Mejju 2016 li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/830 tat-12 ta' Mejju 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

5

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/831 tal-25 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd

7

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/832 tat-26 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/833 tas-17 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fl-54 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi stabbilit mill-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil- Ferrovija (OTIF) fir-rigward ta' ċerti emendi tal-Appendiċi C għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/834 tal-20 ta' Mejju 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/835 tal-25 ta' Mejju 2016 dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u fit-Teknoloġiji l-Ġodda

21

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/827 tal-20 ta' Mejju 2016 dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u fit-Teknoloġiji l-Ġodda ( ĠU L 137, 26.5.2016 )

26

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

27.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/828

tal-21 ta' April 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 115 flimkien mal-Artikolu 218(6)(b) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2469 (2), il-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax (il-“Protokoll Emendatorju”) ġie ffirmat fit-8 ta' Diċembru 2015, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

It-test tal-Protokoll Emendatorju, li huwa r-riżultat ta' negozjati, jirrifletti b'mod xieraq id-direttiva ta' negozjar maħruġa mill-Kunsill, billi jallinja l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jistipula miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax (3) (il-“Ftehim”) mal-aktar żviluppi reċenti fil-livell internazzjonali rigward l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni, jiġifieri mal-Istandard Globali għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji fi kwistjonijiet tat-taxxa żviluppat mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD). L-Unjoni, l-Istati Membri u r-Repubblika ta' San Marino ipparteċipaw b'mod attiv fil-ħidma tal-Forum Globali tal-OECD immirat lejn l-appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' dak l-Istandard. It-test tal-Ftehim, kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju, ser ikun il-bażi legali għall-implimentazzjoni tal-Istandard Globali fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u r-Repubblika ta' San Marino.

(3)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(4)

Il-Protokoll Emendatorju għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (5).

Artikolu 2

1.   Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll Emendatorju.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lir-Repubblika ta' San Marino u lill-Istati Membri bin-notifiki riċevuti skont l-Artikolu l(l)(d) tal-Ftehim kif jirriżulta mill-Protokoll Emendatorju.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G.A. VAN DER STEUR


(1)  Opinjoni tat-3 ta' Marzu 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2469 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax (ĠU L 346, 31.12.2015, p. 1).

(3)  ĠU L 381, 28.12.2004, p. 33. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(4)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1); (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 26 p. 102).

(5)  It-test tal-Protokol Emendatorju ġie ppubblikat fil-ĠU L 346, 31.12.2015, p. 3 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja.


27.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (Euratom) 2016/829

tat-12 ta' Mejju 2016

li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja ma' ftehim iffirmat jew konkluż mill-Istati Membri u l-Unjoni ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tiġi miftiehma permezz ta' protokoll għal dak il-ftehim. Skont dak l-Artikolu, għal tali adeżjonijiet għandha tapplika proċedura simplifikata, li tipprevedi li għandu jiġi konkluż protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u mill-pajjiż terz ikkonċernat.

(2)

Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati għall-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-Unjoni, jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, ma' pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni.

(3)

In-negozjati ġew konklużi b'suċċess mar-Repubblika tat-Taġikistan permezz tal-inizjalar ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra (1), sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni (“il-Protokoll”).

(4)

L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll huma soġġetti għal proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

(5)

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Protokoll għandha tiġi approvata fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, hija b'dan approvata (2).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 350, 29.12.2009, p. 3

(2)  It-test tal-Protokoll hu mehmuż mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.


27.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/830

tat-12 ta' Mejju 2016

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 91, 100(2), 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-2011 tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja ma' ftehim iffirmat jew konkluż mill-Istati Membri u l-Unjoni ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tiġi miftiehma permezz ta' protokoll għal dak il-ftehim. Skont dak l-Artikolu, għal tali adeżjoni għandha tapplika proċedura ssimplifikata, li tipprevedi li għandu jiġi konkluż protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u mill-pajjiż terz ikkonċernat.

(2)

Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati għall-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-Unjoni, jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, u pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni.

(3)

In-negozjati ġew konklużi b'suċċess mar-Repubblika tat-Taġikistan permezz tal-inizjalar ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra (1), sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni (“il-Protokoll”).

(4)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni ta' dak il-Protokoll (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 350, 29.12.2009, p. 3.

(2)  It-test tal-Protokoll ser jiġi ppublikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

27.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/831

tal-25 ta' Mejju 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontroll regolari tad-dejta li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom jiġu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tibda tapplika mill-aktar fis wara li toħroġ id-dejta aġġornata, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 163/67 (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 70 %, iffriżati

130,1

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 65 %, iffriżati

131,7

0

AR

161,9

0

BR

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam tas-sriedaq jew tat-tiġieġ, iffriżati

281,1

6

AR

188,4

36

BR

280,0

6

CL

207,3

28

TH

0207 27 10

Qatgħat mingħajr għadam tad-dundjani, iffriżati

334,8

0

BR

197,0

30

CL

0408 91 80

Bajd, mhux fil-qoxra, imnixxef

380,2

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin tas-sriedaq u tat-tiġieġ

185,0

32

BR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi ‘ZZ’ ifisser ‘ta' oriġini oħra’.”


27.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/832

tat-26 ta' Mejju 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-26 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

428,2

MA

117,6

TR

60,8

ZZ

202,2

0707 00 05

TR

99,6

ZZ

99,6

0709 93 10

TR

128,9

ZZ

128,9

0805 10 20

EG

51,6

IL

42,2

MA

54,6

TR

59,2

ZA

84,5

ZZ

58,4

0805 50 10

AR

78,6

TR

143,1

ZA

181,4

ZZ

134,4

0808 10 80

AR

111,7

BR

98,9

CL

125,3

CN

139,8

NZ

157,0

US

191,3

ZA

108,9

ZZ

133,3

0809 29 00

TR

601,9

US

904,6

ZZ

753,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

27.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/833

tas-17 ta' Mejju 2016

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fl-54 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi stabbilit mill-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil- Ferrovija (OTIF) fir-rigward ta' ċerti emendi tal-Appendiċi C għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni aderiet mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (“il-Konvenzjoni COTIF”), permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE (1).

(2)

L-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni ta' Ċipru u Malta, huma partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni COTIF u japplikawha.

(3)

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi rekwiżiti għat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi tal-ilma interni fi ħdan l-Istati Membri jew bejniethom. Hija tagħmel dan, inter alia, billi tirreferi għar-Regolamenti dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija, li jidhru bħala l-Appendiċi C għall-Konvenzjoni COTIF ('RID'). Barra minn hekk, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/68/KE jipprovdi li t-trasport ta' oġġetti perikolużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi għandu jiġi awtorizzat kemm-il darba jkun konformi mar-rekwiżiti tal-RID, ħlief jekk ikun indikat mod ieħor fl-Annessi.

(4)

Fl-54 sessjoni tiegħu, li għandha ssir fil-25 ta' Mejju 2016, il-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi (“Kumitat ta' Esperti tal-RID”) imwaqqaf skont il-punt (d) tal-Artikolu 13(1) tal-Konvenzjoni COTIF huwa mistenni jieħu deċiżjoni dwar ċerti emendi għall-RID. L-għan ta' dawk l-emendi, li jikkonċernaw standards tekniċi jew preskrizzjonijiet tekniċi uniformi, huwa li jiġi żgurat it-trasport sikur u effiċjenti ta' oġġetti perikolużi filwaqt li jitqies il-progress xjentifiku u tekniku fis-settur kif ukoll l-iżvilupp ta' sustanzi u oġġetti ġodda li jippreżentaw periklu matul it-trasport tal-imsemmija oġġetti.

(5)

Il-kumitat dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi stabbilit bid-Direttiva 2008/68/KE wettaq diskussjonijiet preliminari dwar l-emendi proposti.

(6)

L-emendi proposti kollha huma ġġustifikati u ta' benefiċċju, u għalhekk għandhom jiġu appoġġjati mill-Unjoni.

(7)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fl-54 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti tal-RID għalhekk għandu jkun ibbażat fuq l-Anness għal din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fl-54 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti tal-RID fil-qafas tal-Konvenzjoni COTIF għandha tkun f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.   Tibdil minuri fid-dokumenti msemmija fl-Anness għal din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat ta' Esperti tal-RID mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta' Esperti tal-RID, ladarba jkunu adottati, għandhom jiġu ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b'indikazzjoni tad-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M.H.P. VAN DAM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta' Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).


ANNESS

Proposta

Dokument ta' referenza

Ħruġ

Kummenti

Pożizzjoni tal-Unjoni

1

OTIF/RID/CE/GTP/2015/2

OTIF/RID/CE/GTP/INF.14

OTIF/RID/CE/GTP/INF.15

L-inklużjoni ta' obbligi ta' Entitajiet Responsabbli mill-Manutenzjoni (ECM) fl-RID

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF li tadotta test kif emendat

Taqbel mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti

2

OTIF/RID/CE/GTP/2015/3

Emenda ta' dispożizzjoni speċjali TU 16 tal-RID/ADR/ADN Kapitolu 4.3

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF

Taqbel mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti

3

OTIF/RID/CE/GTP/2015/5

Huwa l-obbligu tat-trasportatur li jinforma lis-sewwieq tal-ferrovija bil-pożizzjoni ta' oġġetti perikolużi fil-ferrovija

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF

Taqbel mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti

4

OTIF/RID/CE/GTP/2015/6

Kontenituri flessibli li jġorru bil-kwantità

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF

Taqbel mat-test għal kontenituri flessibbli li jġorru bil-kwantità f'OTIF/RID/CE/GTP/2015/12

5

OTIF/RID/CE/GTP/2015/7

Definizzjonijiet ta' 'tagħbija sħiħa'/'tagħbija fuq vagun'

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF

Taqbel mal-emendi

6

OTIF/RID/CE/GTP/2015/12

OTIF/RID/CE/GTP/2015/INF.2

OTIF/RID/CE/GTP/2015/INF.3

Emendi kkonsolidati varji maqbula mill-grupp ta' ħidma permanenti

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF

Taqbel mal-emendi

7

Idem

L-emendi jitħallew għal aktar eżaminazzjoni mill-Grupp ta' Ħidma Permanenti

8

Idem

Dawk li qed isejħu għal opinjoni komuni mil-Laqgħa Konġunta tal-UN-ECE — OTIF

Jeħtieġ li jiġi ffaċilitat trasport intermodali effiċjenti

Taqbel mal-emendi kif irrakkomandati mil-Laqgħa Konġunta

9

OTIF/RID/CE/GTP/2015/14

Notifiki ta' okkorrenzi li jinvolvu oġġetti perikolużi skont l-RID 1.8.5; Hamburg-billwerder, 3 ta' Lulju 2013

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF

Taqbel mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti

10

OTIF/RID/CE/GTP/2015/INF.4

Distanza ta' protezzjoni għal vetturi tat-triq

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF

Taqbel mal-emendi


27.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/834

tal-20 ta' Mejju 2016

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari il-punt (a) tal-Artikolu 77(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/521/UE tas-7 ta' Ottubru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea (2) (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2014.

(2)

L-Artikolu 10 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) jipprevedi li Kumitat Konġunt ta' esperti (“il-Kumitat”) għandu jiġi stabbilit mill-Partijiet.

(3)

L-Artikolu 10(4) tal-Ftehim jipprevdi li l-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu. Ir-regoli ta' proċedura huma neċessarji biex tiġi organizzata l-ħidma tal-Kumitat Konġunt li ġie assenjat il-kompitu li jamministra l-Ftehim u jimmonitorja l-implimentazzjoni tiegħu.

(4)

Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat, firigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt meħmuż ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Korrezzjonijiet tekniċi minuri għall-abbozz tad-Deċiżjoni jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

K.H.D.M. DIJKHOFF


(1)  ĠU L 282, 24.10.2013, p. 1

(2)  ĠU L 282, 24.10.2013, p. 3.


ABBOZZ TA'

DEĊIŻJONI Nru …/2016 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL- FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE DWAR L-IFFAĊILITAR TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI GĦAL ŻJARAT QOSRA GĦAL ĊITTADINI TAR-REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE U TAL-UNJONI EWROPEA,

ta' …

fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi l-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Presidenza

Il-Kumitat Konġunt (“il-Kumitat”) għandu jkollu presidenza konġunta minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u rappreżentant tar-Repubblika ta' Cape Verde.

Artikolu 2

Kompiti tal-Kumitat

1.   F'konformità mal-Artikolu 10(2) tal-Ftehim, il-Kumitat għandhu jkollu, b'mod partikolari, il-kompiti li ġejjin:

(a)

li jagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(b)

li jipproponi emendi jew żidiet għall-Ftehim;

(c)

li jirriżolvi tilwim li jirriżulta mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim.

2.   Il-Kumitat jista' jilħaq ftehim dwar rakkommandazzjonijiet li jkun fihom linji gwida jew “l-aħjar prattiki” biex jassistu fl-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Il-Kumitat għandu jiltaqa' kull meta jkun meħtieġ fuq talba mill-Partijiet u mill-anqas darba fis-sena.

2.   Il-Partijiet għandhom jospitaw il-laqgħa darba kull wieħed sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor.

3.   Il-laqgħat tal-Kumitat għandhom jissejħu mill-Kopresidenti.

4.   Il-Kopresidenti għandhom jistabbilixxu data għal-laqgħa u jiskambjaw tali dokumenti kif ikun meħtieġ fil-ħin biex jiżguraw preparazzjoni adegwata, jekk possibbli, 14-il jum qabel il-laqgħa.

5.   Il-Parti li tospita laqgħa għandha tassumi l-aspetti ta' loġistika.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

1.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar il-kompożizzjoni prevista tad-delegazzjoni tagħhom mill-inqas sebat ijiem qabel kull laqgħa.

2.   L-Unjoni Ewropea għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni, assistita minn esperti mill-Istati Membri.

Artikolu 5

Aġenda tal-laqgħat

1.   Għandha titħejja aġenda proviżorja għal kull laqgħa mill-Kopresidenti mhux aktar tard minn 14-il jum qabel il-laqgħa. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li dwarhom tkun waslet talba għal inklużjoni fl-aġenda għand wieħed mill-Kopresidenti sa mhux aktar tard minn 14-il jum qabel il-laqgħa.

2.   Kull Parti tista' żżid punti mal-aġenda proviżorja fi kwalunkwe ħin qabel il-laqgħa jekk il-Parti taqbel. It-talbiet biex jiżdiedu punti mal-aġenda proviżorja għandhom jintbagħtu bil-miktub u għandhom jiġu inklużi sa fejn dan ikun possibbli.

3.   L-aġenda finali għandha tiġi adottata mill-Kopresidenti fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt li ma jkunx jidher fuq l-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu u għandu jiġi inkluż sa fejndan ikun possibbli.

Artikolu 6

Minuti tal-laqgħa

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti kemm jista' jkun malajr mill-Kopresident tal-Parti li tospita l-laqgħa.

2.   Il-minuti, bħala regola ġenerali, għandhom jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kumitat;

(b)

dikjarazzjonijiet li xi Parti tkun talbet li jiddaħħlu; u

(c)

id-deċiżjonijiet li jittieħdu, ir-rakkomandazzjonijiet li jsiru u l-konklużjonijiet adottati rigward xi punt speċifiku.

3.   Il-minuti għandom jindikaw ukoll l-individwi tad-delegazzjonijiet parteċipanti rispettivi, flimkien mal-ministeru, l-aġenzija jew l-istituzzjoni li jkunu qed jirrappreżentaw.

4.   Il-minuti għandhom jiġu approvati mill-Kumitat fil-laqgħa tiegħu li jkun imiss.

Artikolu 7

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat

1.   Il-Kumitat għandu jieħu d-deċiżjonijiet bi ftehim taż-żewġ Partijiet.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandu jkollhom it-titolu “Deċiżjonijiet” segwit b'numru tas-serje u b'deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Id-data li fiha d-deċiżjoni ssir effettiva għandha wkoll tkun indikata. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu ffirmati mir-rappreżentanti tal-Kumitat li huma awtorizzati sabiex jaġixxu f'isem il-Partijiet. Id-deċiżjonijiet għandhom jitħejjew idduplikati, u kull kopja tkun ugwalment awtentika.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ikunu japplikaw mutatis mutandis għal rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat.

Artikolu 8

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkun responsabbli għall-ispejjeż sostnuti minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-Kumitat, inklużi l-ispejjeż tal-persunal, tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza u l-ispejjeż tal-posta jew tat-telekomunikazzjoni.

2.   Spejjeż oħrajn relatati mal-organizzazzjoni tal-laqgħat għandhom ġeneralment ikunu koperti mill-Parti li tospita l-laqgħa.

Artikolu 9

Proċeduri amministrattivi

1.   Sakemm il-Kumitat ma jiddeċidix mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat ma għandhomx ikunu miftuħa għall-pubbliku.

(2)   Il-minuti u dokumenti oħrajn tal-Kumitat għandhom jiġu ttrattati b'kunfidenzjalità.

(3)   Parteċipanti li mhumiex uffiċjali tal-Partijiet u tal-Istati Membri jistgħu jiġu mistiedna bi ftehim bejn iż-żewġ Kopresidenti u għandhom ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti ta' kunfidenzjalità.

(4)   Il-Partijiet jistgħu jorganizzaw laqgħat ta' informazzjoni pubbliċi jew b'xi mod ieħro jinformaw lil membri tal-pubbliku li jkunu interessati bir-riżultati tal-laqgħat tal-Kumitat.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Unjoni Ewropea

Għar-Repubblika ta' Cape Verde


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA ANNESSA MAR-REGOLI TA' PROĊEDURA

Sabiex jiġi żgurat l-implimentazzjoni kostanti, armonizzata u korretta tal-Ftehim, ir-Repubblika ta' Cape Verde, l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jagħmlu kuntatti informali bejn il-laqgħat formali tal-Kumitat Konġunt, sabiex jittrattaw kwistjonijiet urġenti. Fil-laqgħa li jkun imiss tal-Kumitat Konġunt, huma għandhom jagħtu rapport dwar dawn il-kwistjonijiet u l-kuntatti informali.


27.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/835

tal-25 ta' Mejju 2016

dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u fit-Teknoloġiji l-Ġodda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-valuri fundamentali tal-Unjoni huma minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Europea, u l-Artikolu 6 jikkonferixxi l-istess valur legali lill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali daqs tat-Trattati u jistabbilixxi li d-drittijiet fundamentali għandhom jikkostitwixxu l-prinċipji ġenerali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Fl-20 ta' Novembru 1991, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tinkorpora l-etika fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-politiki dwar l-iżvilupp tar-riċerka u tat-teknoloġija tal-Komunità bit-twaqqif ta' Grupp ta' Konsulenti dwar l-Implikazzjonijiet Etiċi tal-Bioteknoloġija (“GKIEB”).

(3)

Fis-16 ta' Diċembru 1997 il-Kummissjoni ddeċidiet li tissostitwixxi l-GKIEB bil-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u fit-Tekonoloġiji l-Ġodda (“GEE”) billi estendiet il-mandat tal-Grupp biex ikopri t-taqsimiet kollha tal-applikazzjoni tax-xjenza u t-teknoloġija. Wara dan, l-aktar tiġdid riċenti tal-mandat tal-GEE sar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/1/UE (1). Issa wasal iż-żmien li jiġġedded il-mandat għal perjodu ta' ħames snin u b'hekk jiġu appuntati l-membri l-ġodda.

(4)

Il-GEE għandu l-inkarigu li jagħti gwida etika lill-Kummissjoni Ewropea, jew meta din titlobha, jew fuq l-inizjattiva tiegħu u bi ftehim mal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tiġbed l-attenzjoni tal-GEE lejn kwistjonijiet li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill iqisuhom ta' importanza etika kbira.

(5)

Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni mill-membri tal-grupp.

(6)

Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/1/UE għandha titħassar,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mandat

Il-mandat tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u fit-Tekonoloġiji l-Ġodda, minn hawn 'il quddiem “il-GEE”, jiġġedded għal ħames snin.

Artikolu 2

Inkarigu

L-inkarigu tal-GEE għandu jkun li jagħti l-pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet etiċi marbutin max-xjenzi u mat-teknoloġiji l-ġodda, u dwar l-implikazzjonijiet soċjali aktar wesgħin tal-avvanzi f'dawn l-oqsma, jew meta titolbu parir il-Kummissjoni jew fuq talba mill-president tiegħu bi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, il-Grupp għandu:

(a)

jidentifika, jiddefinixxi u jeżamina l-kwistjonijiet etiċi li jitqajmu mill-iżviluppi fix-xjenza u fit-teknoloġiji;

(b)

jipprovdi gwida, permezz ta' analiżijiet u rakkomandazzjonijiet orjentati lejn il-promozzjoni tat-tfassil tal-politiki etiċi tal-UE filwaqt li jqis il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-grupp dwar kwalunkwe kwistjoni fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 2. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tista' tiġbed l-attenzjoni tal-Grupp lejn kwistjonijiet li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill iqisuhom ta' importanza etika kbira.

Artikolu 4

Sħubija — Ħatra

1.   Il-GEE għandu jkollu sa 15-il membru. Il-membri għandhom ikunu kompetenti fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 2.

2.   Il-membri jagħtu s-servizz tagħhom f'kapaċità personali. Huma għandhom jagħtu l-pariri lill-Kummissjoni fl-interess tal-pubbliku u mingħajr ebda influwenza barranija. Il-membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni malli jkollhom ebda kunflitt ta' interess li jista' jikkomprometti l-imparzjalità tagħhom.

3.   Il-membri se jiġu maħturin mill-President tal-Kummissjoni fuq proposta tal-Kummissarju responsabbli għar-Riċerka, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni wara li jkunu rrispondew sejħa għall-espressjoni ta' interess biex jidħlu membri tal-GEE u li jkun sar il-proċess tal-għażla ssorveljat minn Kumitat tal-Identifikazzjoni, u bbażat fuq il-kriterji stipulati fil-paragrafi 4 u 6 ta' dan l-Artikolu.

4.   Meta jkun qed jipproponi l-membri tal-GEE, il-Kumitat tal-Identifikazzjoni għandu kemm jista' jkun jipprova jiżgura livell għoli ta' għarfien espert u ta' pluraliżmu, bilanċ ġeografiku, u rappreżentanza bbilanċjata tal-għarfien u tal-oqsma ta' interess rilevanti, filwaqt li jqis il-kompiti speċifiċi tal-GEE, it-tip ta' għarfien espert li jkun meħtieġ, u t-tweġib għas-sejħa għall-espressjoni ta' interess. Il-GEE għandu jkun indipendenti, pluralistiku u multidixxiplinarju.

5.   Kull membru tal-GEE għandu jinħatar għal perjodu ta' sentejn u nofs. Fi tmiem dan iż-żmien, il-ħatra tista' tiġġedded. Wara l-ewwel ħatra, membru jista' jinħatar mill-ġdid għall-massimu ta' darbtejn oħra.

6.   Fl-għażla tal-kandidati li japplikaw biex jinħatru membri ta' dan il-Grupp, se jitqiesu l-fatturi u l-kriterji li ġejjin:

(a)

Il-kompożizzjoni tal-grupp trid tiżgura li dan ikun jista' jagħti pariri indipendenti u tal-ogħla kwalità, li jikkumbinaw l-għaqal u l-ħsieb orjentat lejn il-ġejjieni. Il-kredibbiltà tal-grupp għandha tinbena fuq il-bilanċ tal-kwalitajiet tal-irġiel u n-nisa li jiffurmawh, u dawn għandhom ilkoll flimkien jirriflettu l-firxa ta' perspettivi madwar l-Ewropa. Għandu jitqies b'mod strett il-bilanċ ta' nisa u rġiel fil-grupp, kif ukoll il-bilanċ tal-etajiet u tal-firxa ta' pajjiżi li jkunu ġejjin minnhom.

(b)

Il-Membri tal-grupp għandhom ikunu esperti magħrufin internazzjonalment, b'rekord ta' eċċellenza u esperjenza fil-livell Ewropew u dinji.

(c)

Il-Membri għandhom jirriflettu l-firxa wiesgħa tad-dixxiplini tal-mandat tal-grupp, f'dak li jikkonċerna l-filosofija u l-etika; ix-xjenzi naturali u soċjali; u l-liġi. Madankollu, ma għandhomx iqisu ruħhom bħala rappreżentanti ta' dixxiplina, perspettiva tad-dinja, jew linja ta' riċerka partikolari; għandu jkollhom perspettiva wiesgħa li b'mod kollettiv tirrifletti fehim tal-iżviluppi importanti li jkunu għaddejjin jew se jibdew, dawn jinkludu perspettivi interdixxiplinari, transdixxiplinari u multidixxiplinari, u fehim tal-ħtieġa ta' pariri etiċi fil-livell Ewropew.

(d)

Apparti milli jkollhom reputazzjonijiet tajbin ippruvati, kollettivament, il-membri tal-grupp għandu jkollhom l-esperjenza tal-għotja ta' pariri etiċi lill-fassala tal-politiki, li jkunu kisbuha minn firxa wiesgħa ta' Stati Membri, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak internazzjonali.

(e)

Il-grupp għandu jinkludi membri li jkollhom l-esperjenza f'korpi bħalma huma kunsilli u kumitati konsultattivi, konsulenti ta' gvernijiet, kunsilli nazzjonali dwar l-etika, universitajiet u istituti ta' riċerka. Jista' jkun ta' ġid għall-grupp jekk jiġu inklużi membri li jkunu kisbu l-esperjenza tagħhom f'aktar minn pajjiż wieħed, u membri li jkunu ġejjin minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea.

7.   L-għażla tal-membri tal-GEE se ssir fuq il-bażi ta' sejħa miftuħa għall-espressjonijiet ta' interess li tispeċifika kif għandha timtela l-applikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika s-sejħa fis-sit web Europa. Għandu jkun hemm ippubblikata wkoll ħolqa bejn ir-Reġistru tal-esperti tal-Kummissjoni, u entitajiet oħrajn simili (“ir-reġistru tal-gruppi esperti”) u s-sit web Europa.

8.   In-nominazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati dment li l-innominat isegwi l-mod preskritt biex wieħed jimla u jressaq l-applikazzjoni tiegħu.

9.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-membri tal-GEE fir-Reġistru tal-gruppi esperti.

10.   Il-kandidati addattati li ma jinħatrux skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom jitpoġġew fuq lista ta' riżerva. Il-President tal-Kummissjoni jista' jaħtar il-membri minn din il-lista ta' riserva.

11.   F'każ li membru ma jibqax kapaċi jikkontribwixxi b'mod effettiv għall-ħidma tal-GEE, jew jirriżenja, jew ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President tal-Kummissjoni jista' jaħtar membru ieħor minfloku mil-lista ta' riżerva, għall-kumplament taż-żmien tal-kariga tal-membru oriġinali.

Artikolu 5

Ħidma

1.   Id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, b'kooperazzjoni fil-qrib mal-president tal-GEE, ikun responsabbli mill-koordinazzjoni u l-organizzazzjoni tal-ħidma tal-GEE u biex jipprovdilu s-Segretarjat.

2.   Il-membri tal-GEE għandhom jeleġġu president u viċipresident minn fosthom permezz ta' votazzjoni b'maġġoranza sempliċi, li jservu tul il-kariga tal-grupp.

3.   Il-membri tal-GEE u l-esperti mistiedna, għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u fir-regoli ta' implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-UE, stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (3) u (UE, Euratom) 2015/444 (4). F'każ li dawn l-obbligi ma jiġux irrispettati, il-Kummissjoni tista' tieħu l-miżuri xierqa kollha.

4.   Il-Kummissjoni trid tkun taqbel mal-Programm ta' Ħidma tal-GEE li jista' jkun jinkludi l-analiżijiet etiċi li jissuġġerixxi fuq l-inizjattiva tiegħu l-GEE. Kull talba ta' analiżi etika għandha tinkludi l-parametri tal-analiżi mitluba. Meta titlob parir mingħand il-GEE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih għandu jingħata l-parir.

5.   L-Opinjonijiet tal-GEE għandu jkun fihom sett ta' rakkomandazzjonijiet. Dawn għandhom ikunu bbażati fuq għarfien ġenerali tal-attwalitajiet l-aktar riċenti fix-xjenzi u fit-teknoloġiji kkonċernati u fuq analiżi dettaljata tal-kwistjonijiet etiċi rilevanti. Is-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni għandhom jintgħarrfu bir-rakkomandazzjonijiet tal-GEE.

6.   Il-GEE għandu jaħdem b'mod kolleġjali, billi jfittex li jasal għal kunsens fost il-membri. Il-GEE għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu abbażi tar-Regoli ta' Proċedura standard għall-gruppi ta' esperti bil-qbil tar-rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-proċeduri tal-ħidma għandhom jippruvaw jassiguraw li kull membru jkollu parti attiva fl-attivitajiet tal-grupp.

7.   Il-laqgħat tal-GEE normalment għandhom isiru fl-uffiċċji tal-Kummissjoni skont il-modalitajiet u l-kalendarju stabbiliti mill-Kummissjoni. Il-GEE għandu jiltaqa' mill-inqas sitt darbiet matul perjodu ta' 12-il xahar u dan jinvolvi tnax-il jum ta' xogħol fis-sena. Jistgħu jiġu organizzati aktar laqgħat meta jkun hemm bżonn, bi qbil mar-rappreżentant tal-Kummissjoni.

Bl-iskop li jitħejjew l-analiżijiet tal-GEE, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista':

jistieden lill-esperti u lir-rappreżentanti tal-NGOs jew ta' organizzazzjonijiet rappreżentattivi rilevanti, meta dan ikun jixraq, għal skambju ta' fehmiet fuq bażi ad hoc; ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista' wkoll jistieden xi esperti esterni biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-GEE fuq bażi ad hoc u temporanja, jekk iqis li dan ikun meħtieġ biex jiġi ttrattat spettru wiesa' ta' kwistjonijiet etiċi li jkunu marbutin mal-avvanzi fix-xjenza u fit-teknoloġiji l-ġodda;

jagħti bidu għal studji biex tinġabar l-informazzjoni xjentifika u teknika kollha meħtieġa;

jippermetti li jiġu stabbiliti gruppi ta' ħidma li jiddiskutu kwistjonijiet speċifiċi;

jistabbilixxi kuntatti mill-qrib mar-rappreżentanti tad-diversi korpi tal-etika fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha torganizza diskussjoni pubblika biex tippromwovi d-djalogu u tiżdied it-trasparenza fuq kull Opinjoni li jipproduċi l-GEE. Il-GEE għandu jistabbilixxi kuntatti mill-qrib mad-dipartimenti tal-Kummissjoni involuti fil-kwistjonijiet li jkun qed jaħdem fuqhom il-Grupp.

8.   Il-Grupp għandu jagħmel ħiltu biex jilħaq kunsens. Madankollu, meta Opinjoni ma tiġix adottata b'mod unanimu, għandha tkun tinkludi kull perspettiva diverġenti (bħala “opinjoni ta' minoranza”) u l-ismijiet tal-Membri li jaqblu ma' din il-perspettiva. L-Opinjoni għandha tintbagħat lill-President tal-Kummissjoni jew lil xi rappreżentant li jintgħażel mill-President. Kull Opinjoni għandha tiġi ppubblikata minnufih u tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea malli tiġi adottata.

9.   Jekk iċ-ċirkostanzi tax-xogħol jeħtieġu li parir dwar suġġett partikolari jingħata aktar malajr milli tippermetti l-adozzjoni ta' Opinjoni, jistgħu jingħataw Dikjarazzjonijiet qosra jew forom oħra ta' analiżi, li, jekk ikun hemm bżonn, wara jkunu segwiti minn analiżi aktar dettaljata fil-forma ta' Opinjoni, filwaqt li jkun żgurat li tkun rispettata t-trasparenza, kif għandha tkun għal kull Opinjoni oħra. Id-dikjarazzjonijiet jiġu ppubblikati u jitpoġġew fis-sit web tal-GEE. Bħala parti mill-Programm ta' Ħidma tiegħu, il-GEE, bil-qbil tar-rappreżentant tal-Kummissjoni, jista', jekk iqis li dan ikun meħtieġ, jaġġorna Opinjoni.

10.   Id-diskussjonijiet tal-GEE għandhom jibqgħu kunfidenzjali. Bi ftehim mar-rappreżentant tal-Kummissjoni, il-grupp jista', b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, jiddeċiedi li jiftaħ id-deliberazzjonijiet tiegħu għall-pubbliku.

11.   Id-dokumenti rilevanti kollha li jkollhom rabta mal-attivitajiet tal-GEE (bħall-aġendi, il-minuti, l-Opinjonijiet u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti) għandhom ikunu disponibbli, jew fir-Reġistru tal-gruppi tal-esperti jew permezz ta' ħolqa bejn ir-Reġistru u sit web imtella' apposta. F'każijiet eċċezzjonali, meta l-iżvelar ta' dokument jitqies li jdgħajjef il-ħarsien tal-interess pubbliku jew privat kif inhu ddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jistgħu ma jiġux ippubblikati xi dokumenti.

12.   Qabel tmiem il-mandat tal-GEE, għandu jinkiteb rapport taħt ir-responsabbiltà tal-president, dwar l-attivitajiet tal-Grupp. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat u trażmess skont il-modalitajiet stabbiliti fil-paragrafu 11.

Artikolu 6

Spejjeż tal-laqgħat

1.   Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-GEE ma jitħallsux tas-servizzi tagħhom.

2.   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għajxien li jġarrbu l-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ.

3.   Dawk l-ispejjeż għandhom jitħallsu lura fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli, allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet finali

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha. Id-Deċiżjoni 2010/1/UE hija b'dan imħassra.

Magħmul fi Brussell, l-25 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/1/UE tat-23 ta' Diċembru 2009 dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda (ĠU L 1, 5.1.2010, p. 8).

(2)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


Rettifika

27.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/26


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/827 tal-20 ta' Mejju 2016 dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u fit-Teknoloġiji l-Ġodda

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 137 tas-26 ta' Mejju 2016 )

Il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/827 għandha tkun ikkunsidrata nulla u bla effett.