|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
26.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/1 |
REGOLAMENT (UE) 2016/796 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Mejju 2016
dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
L-istabbiliment progressiv ta' żona ferrovjarja unika Ewropea jeħtieġ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tar-regoli applikabbli għall-ferroviji fir-rigward tal-aspetti tekniċi ta' sikurezza u interoperabbiltà, it-tnejn marbuta b'mod inseparabbli u t-tnejn jeħtieġu livell ogħla ta' armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni. F'dawn l-aħħar għoxrin sena ġiet adottata leġislazzjoni ferrovjarja rilevanti, b'mod partikolari tliet pakketti ferrovjarji li minnhom, id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) huma l-aktar rilevanti f'dan ir-rigward. |
|
(2) |
It-tfittxija simultanja tal-għanijiet tas-sikurezza u tal-interoperabbiltà ferrovjarja teħtieġ ħidma teknika sostanzjali mmexxija minn korp speċjalizzat. Huwa għalhekk li, bħala parti mit-Tieni Pakkett Ferrovjarju fl-2004, kien meħtieġ li tinħoloq, fi ħdan il-qafas istituzzjonali eżistenti, u b'rispett għall-bilanċ tal-poter fl-Unjoni, aġenzija Ewropea li tittratta s-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-ferroviji (l-“Aġenzija”) sabiex tippromwovi l-istabbiliment ta' żona ferrovjarja Ewropea mingħajr fruntieri u biex tgħin sabiex tagħti ħajja mill-ġdid lis-settur ferrovjarju filwaqt li ssaħħaħ il-vantaġġi essenzjali tiegħu f'termini ta' sikurezza. Ir-Raba' Pakkett Ferrovjarju fih bidliet importanti maħsuba biex itejbu l-funzjonament taż-żona ferrovjarja unika Ewropea permezz ta' emendi li jirriformulaw id-Direttiva 2004/49/KE u tad-Direttiva 2008/57/KE, t-tnejn li huma marbutin direttament mal-kompiti tal-Aġenzija. Dawk id-Direttivi jipprevedu b'mod partikolari t-twettiq ta' kompiti li jirrigwardaw il--ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' vetturi u ċ-ċertifikati ta' sikurezza fil-livell tal-Unjoni. Dan jinvolvi rwol akbar għall-Aġenzija. Minħabba l-għadd sostanzjali ta' bidliet li jintroduċi għall-kompiti u l-organizzazzjoni interna tal-Aġenzija, ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 għandu jitħassar u jiġi sostitwit b'att legali ġdid. |
|
(4) |
L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' kultura ferrovjarja Ewropea ġenwina li tipprovdi għodda essenzjali għal djalogu, konsultazzjoni u l-iskambju ta' fehmiet bejn l-atturi kollha fis-settur ferrovjarju, b'kont debitu meħud tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom, kif ukoll tal-karatteristiċi tekniċi tas-settur ferrovjarju. Meta tkun qed twettaq il-kompiti tagħha, u b'mod partikolari meta tkun qed tfassal rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet, l-Aġenzija għandha tikkunsidra bl-akbar reqqa l-l-kompetenza esperta ferrovjarja esterna, b'mod partikolari dik ta' professjonisti mis-settur ferrovjarju u mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. L-Aġenzija għandha għalhekk twaqqaf gruppi ta' ħidma u gruppi oħra kompetenti u rappreżentattivi komposti b'mod predominanti minn dawk il-professjonisti. |
|
(5) |
Sabiex l-Aġenzija tipprovdi għarfien dwar l-effetti ekonomiċi fuq is-settur ferrovjarju u l-impatt tiegħu fuq is-soċjetà, biex tippermetti li ħaddieħor, b'mod partikolari lill-Kummissjoni, il-Bord ta; Tmexxija tal-Aġenzija (il-“Bord tat-Tmexxija”) u d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija (id-“Direttur Eżekuttiv”) jieħu deċiżjonijiet infurmati, u jimmaniġġja l-prijoritajiet tax-xogħol u l-allokazzjoni tar-riżorsi fi ħdan l-Aġenzija b'mod iżjed effettiv, l-Aġenzija għandha tiżviluppa aktar l-involviment tagħha f'attività ta' valutazzjoni tal-impatt. |
|
(6) |
L-Aġenzija għandha tipprovdi appoġġ tekniku indipendenti u oġġettiv prinċipalment lill-Kummissjoni. Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) tipprevedi t-tfassil u r-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-Interoperabbiltà (“TSIs”), filwaqt li d-Direttiva (UE) 2016/798. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tipprevedi l-abbozzar u r-reviżjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza (“CSMs”), il-miri komuni tas-sikurezza (“CSTs”) u l-indikaturi komuni tas-sikurezza (“CSIs”). Il-kontinwità tax-xogħol u tal-iżvilupp tat-TSIs, is-CSMs, is-CSTs u s-CSIs teħtieġ qafas tekniku permanenti u korp speċjalizzat b' persunal iddedikat li jkollu livell għoli ta' kompetenza esperta. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli li tipprovdi lill-Kummissjoni b'rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet b'rabta mal-abbozzar u r-reviżjoni tat-TSIs, is-CSMs, is-CSTs u s-CSIs. L-Aġenzija għandha wkoll tipprovdi, fuq talba, opinjoni teknika indipendenti mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi regolatorji. |
|
(7) |
Sabiex il-ħruġ ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi għall-impriżi ferrovjarji jsir aktar effiċjenti u imparzjali, huwa essenzjali li l-Aġenzija tingħata rwol ċentrali. Fejn il-qasam ta' operazzjoni jkun limitat għal Stat Membru wieħed, l-impriża ferrovjarja kkonċernata għandu jkollha l-possibbiltà li tagħżel jekk tippreżentax l-applikazzjoni tagħha għal ċertifikat ta' sikurezza uniku lill-Aġenzija jew lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. Id-Direttiva (UE) 2016/798 għandha tipprevedi dan. |
|
(8) |
Attwalment, id-Direttiva 2008/57/KE tipprevedi, fil-każ tal-vetturi ferrovjarji, l-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' tali vetturi f'kull Stat Membru, ħlief f'ċerti każijiet speċifiċi. It-task force dwar l-awtorizzazzjoni tal-vetturi li ġiet stabbilita mill-Kummissjoni fl-2011 iddiskutiet diversi każijiet fejn il-manifatturi u l-impriżi ferrovjarji sofrew b'riżultat ta' dewmien u kostijiet eċċessivi tal-proċess tal-awtorizzazzjoni u pproponiet numru ta' titjib. Billi xi problemi huma dovuti għall-kumplessità tal-proċess attwali tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi, dan għandu jiġi simplifikat u, fejn possibbli, unifikat fi proċedura waħda. Kull vettura ferrovjarja għandha tirċievi biss awtorizzazzjoni waħda. Fejn il-qasam ta' użu jkun limitat għal netwerk jew netwerks fi ħdan Stat Membru wieħed biss, l-applikant għandu jkollu l-possibbiltà li jagħżel jekk jippreżentax l-applikazzjoni tiegħu għall-awtorizzazzjoni tal-vettura, permezz ta' punt uniku ta' kuntatt imsemmi f'dan ir-Regolament, lill-Aġenzija jew lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. Dan iġib miegħu benefiċċji tanġibbli għas-settur billi jonqsu l-ispejjeż u t-tul taż-żmien tal-proċedura, u jnaqqas ir-riskju ta' diskriminazzjoni potenzjali, speċjalment kontra kumpanniji ġodda li jixtiequ jidħlu fis-suq ferrovjarju. Id-Direttiva (UE) 2016/797 għandha tipprevedi dan. |
|
(9) |
Huwa essenzjali li d-Direttiva (UE) 2016/797 u d-Direttiva (UE) 2016/798. ma twassalx għal livell imnaqqas ta' sikurezza fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. F'dak ir-rigward, l-Aġenzija għandha ġġorr responsabbiltà sħiħa għall-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u ċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi li toħroġ, filwaqt li tassumi, inter alia, responsabbiltà kemm kuntrattwali kif ukoll mhux kuntrattwali fir-rigward tagħhom. |
|
(10) |
Fir-rigward tar-responsabbiltà tal-persunal tal-Aġenzija meta jsiru l-kompiti assenjati lill-Aġenzija, għandu japplika l-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni ta' dak il-Protokoll ma għandhiex twassal għal dewmien bla bżonn jew l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet mhux iġġustifikati fuq it-twettiq ta' proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali. Fil-każ ta' proċedimenti ġudizzjarji li jinvolvu l-persunal tal-Aġenzija, li fihom membru tal-persunal jintalab jidher quddiem qorti nazzjonali, il-Bord ta' Tmexxija għandu jiddeċiedi mingħajr dewmien żejjed li jneħħi l-immunità ta' dak il-membru tal-persunal, dment li tali tneħħija ma tikkompromettix l-interessi tal-Unjoni. Tali deċiżjoni għandha tiġi ġġustifikata kif xieraq u għandha tkun soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
|
(11) |
L-Aġenzija għandha tikkoopera b'mod leali mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, b'mod partikolari f'każijiet li fihom tkun meħtieġa il-parteċipazzjoni tal-Aġenzija għar-raġuni li l-Aġenzija tkun eżerċitat is-setgħat tagħha fir-rigward ta' awtorizzazzjonijiet ta' vetturi, ċertifikati ta' sikurezza uniċi maħruġa minnha u deċiżjonijiet għall-approvazzjoni ta' proġetti ta' tagħmir maġenb il-binarji tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS). Fejn l-Aġenzija jew membru tal-persunal tagħha jintalab jipprovdi informazzjoni fil-kuntest ta' proċedimenti nazzjonali rilevanti, l-Aġenzija għandha tiżgura li tali talba għall-informazzjoni jew, jekk ikun meħtieġ, il-parteċipazzjoni fi proċedimenti, tiġi trattata bid-diliġenza dovuta u f'perijodu ta' żmien raġonevoli. Għal dak il-għan, il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta proċeduri xierqa li għandhom jintużaw f'tali każijiet. |
|
(12) |
Sabiex ikun hemm aktar żvilupp taż-żona ferrovjarja unika Ewropea, b'mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni xierqa lill-klijenti u l-passiġġieri tat-trasport tal-merkanzija, u biex jiġi evitat żvilupp frammentat ta' applikazzjonijiet telematiċi, jinħtieġ li jingħata rwol iżjed b'saħħtu lill-Aġenzija fil-qasam tat-tali applikazzjonijiet. L-Aġenzija, bħala korp kompetenti fil-livell tal-Unjoni, għandha tingħata rwol prominenti sabiex tiżgura konsistenza fl-iżvilupp u l-użu tal-applikazzjonijiet telematiċi kollha. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tingħata s-setgħa li taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema għal applikazzjonijiet telematiċi, u f'dik il-kapaċità, għandha żżomm, timmonitorja u tmexxi r-rekwiżiti kollha korrispondenti tas-subsistemi fil-livell tal-Unjoni. |
|
(13) |
Minħabba l-importanza tal-ERTMS għall-iżvilupp mingħajr problemi taż-żona ferrovjarja unika Ewropea u s-sikurezza tagħha, u biex jiġi evitat l-iżvilupp frammentat tal-ERTMS, huwa neċessarju li tissaħħaħ il-koordinazzjoni globali fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-Aġenzija, bħala l-korp tal-Unjoni bl-akbar kompetenza esperta fil-qasam, għandha tingħata rwol aktar prominenti f'dan il-qasam sabiex tiżgura l-konsistenza fl-iżvilupp tal-ERTMS, tikkontribwixxi sabiex ikun żgurat li t-tagħmir tal-ERTMS jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet fis-seħħ u tiżgura li l-programmi Ewropej tar-riċerka relatati mal-ERTMS ikunu kkoordinati mal-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERTMS. B'mod partikolari, l-Aġenzija għandha tevita li rekwiżiti addizzjonali nazzjonali fir-rigward tal-ERTMS jipperikolaw l-interoperabbiltà tagħha. Madanakollu, rekwiżiti nazzjonali inkompatibbli għandhom jiġu applikati biss fuq bażi volontarja jew jitħassru. |
|
(14) |
Sabiex il-proċeduri għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta' subsistemi ta' kontroll-kmand u sinjalazzjoni maġenb il-binarji jsiru aktar effiċjenti u sabiex dawk il-proċeduri jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni, huwa essenzjali li, qabel kwalunkwe sejħa għall-offerti li tirrigwarda t-tagħmir tal-ERTMS maġenb il-binarji, l-Aġenzija tivverifika li s-soluzzjonijiet tekniċi previsti jkunu kompletament konformi mat-TSIs rilevanti u jkunu għaldaqstant kompletament interoperabbli. Id-Direttiva (UE) 2016/797 għandha tipprevedi dan. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi grupp magħmul minn korpi ta' valutazzjoni notifikati tal-konformità li jkunu attivi fil-qasam tal-ERTMS. Il-parteċipazzjoni fil-grupp ta' tali korpi għandha kemm jista' jkun tiġi inkuraġġuta. |
|
(15) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni u tiġi garantita distribuzzjoni ċara tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, għandu jiġi żviluppat protokoll ta' komunikazzjoni bejniethom. Barra minn hekk, għandha tiġi żviluppata pjattaforma ta' informazzjoni u komunikazzjoni komuni b'funzjonalità ta' punt uniku ta' kuntatt virtwali, jekk ikun xieraq abbażi tal-applikazzjonijiet u r-reġistri eżistenti, permezz tal-estensjoni tal-funzjonalità tagħhom bil-għan li l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jinżammu infurmati dwar l-applikazzjonijiet kollha għal awtorizzazzjonijiet u ċertifikazzjonijiet ta' sikurezza, l-istadji ta' dawn il-proċeduri u l-eżitu tagħhom. Objettiv importanti ta' din il-pjattaforma hu li jiġu identifikati fi stadju bikri l-ħtiġa li jiġu kkoordinati d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-Aġenzija fil-każ ta' applikazzjonijiet differenti li jitolbu awtorizzazzjonijiet u ċertifikati ta' sikurezza simili. Tali każijiet għandhom jiġu identifikati fil-qosor permezz ta' notifiki awtomatiċi. |
|
(16) |
S'issa, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kienu qegħdin jitolbu ħlas għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u ċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi. Bit-trasferiment tal-kompetenzi lill-Unjoni, l-Aġenzija għandha tkun intitolata li titlob ħlas mill-applikanti għall-ħruġ taċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-premessi preċedenti. Huwa importanti li jiġu stabbiliti ċerti prinċipji li japplikaw għal tariffi u imposti pagabbli lill-Aġenzija. Il-livell ta' dawk it-tariffi u l-imposti għandu jiġi stmat b'tali mod li jkopri l-ispiża kollha tas-servizz mogħti, inkluż skont il-każ l-ispejjeż rilevanti li jirriżultaw mill-kompiti assenjati lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. Dawk it-tariffi u l-imposti għandhom ikunu daqs jew inqas mill-medja attwali għas-servizzi rilevanti u għandhom jiġu ffissati b'mod trasparenti, ġust u uniformi f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u ma għandhomx jipperikolaw il-kompetittività tas-settur ferrovjarju Ewropew. Dawn għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi li tieħu kont debitu tal-kapaċità tal-impriżi li jħallsu u ma għandhomx jirriżultaw fl-impożizzjoni ta' piż finanzjarju bla bżonn fuq il-kumpanniji. Huma għandhom jieħdu kont, kif xieraq, tal-ħtiġijiet speċifiċi ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. |
|
(17) |
Huwa objettiv ġenerali li l-allokazzjoni l-ġdida ta' funzjonijiet u kompiti bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-Aġenzija għandha ssir b'mod effiċjenti, mingħajr ma jitnaqqsu l-livelli attwali għoljin ta' sikurezza. Għal dak il-għan, għandhom jiġu konklużi ftehimiet ta' kooperazzjoni, inklużi elementi ta' spiża, bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. L-Aġenzija għandu jkollha biżżejjed riżorsi li jippermettulha li twettaq il-kompiti ġodda tagħha u ż-żmien tal-allokazzjoni ta' dawk ir-riżorsi għandu jkun ibbażat fuq ħtiġijiet identifikati b'mod ċar. |
|
(18) |
Meta tabbozza rakkomandazzjonijiet, l-Aġenzija għandha tqis il-każijiet ta' netwerks li huma iżolati mill-bqija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u li jirrikjedu kompetenza esperta speċifika għal raġunijiet ġeografiċi jew storiċi. Barra minn hekk, fejn l-operazzjoni tkun limitata għal tali netwerks, għandu jkun possibbli għall-applikanti għal ċertifikati ta' sikurezza uniċi u awtorizzazzjonijiet ta' vetturi li jissodisfaw il-formalitajiet neċessarji lokalment permezz tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti ta' sikurezza. Għal dak il-għan u bil-ħsieb li jitnaqqsu l-piż u l-ispejjeż amministrattivi, għandu jkun possibbli li jiġu konklużi ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti ta' sikurezza biex jipprevedu l-allokazzjoni adatta ta' kompiti mingħajr preġudizzju għall-assunzjoni mill-Aġenzija tar-responsabbiltà finali għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni jew taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku. |
|
(19) |
Meta wieħed iqis l-għarfien tal-awtoritajiet nazzjonali, b'mod partikolari l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, l-Aġenzija għandha titħalla tagħmel użu xieraq minn dik il-kompetenza meta tagħti l-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi rilevanti. Għal dak l-għan, għandu jkun imħeġġeġ l-issekondar tal-esperti nazzjonali lill-Aġenzija. |
|
(20) |
Id-Direttiva (UE) 2016/798 u d-Direttiva (UE) 2016/797 għandhom jipprevedu l-eżami tal-miżuri nazzjonali mill-perspettiva tas-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja u l-kompatibbiltà mar-regoli dwar il-kompetizzjoni. Huma għandhom jillimitaw ukoll il-possibbiltà tal-Istati Membri li jadottaw regoli nazzjonali ġodda. Is-sistema preżenti li fiha għadhom jeżistu għadd kbir ta' regoli nazzjonali tista' twassal għal konflitti possibbli mar-regoli tal-Unjoni u tagħti lok għal trasparenza insuffiċjenti u diskriminazzjoni possibbli kontra l-operaturi, inklużi dwak li huma iżgħar u ġodda. Sabiex wieħed jimxi lejn sistema ta' regoli ferrovjarji tassew trasparenti u imparzjali fil-livell tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġi rinfurzat tnaqqis gradwali tar-regoli nazzjonali, inklużi r-regoli operattivi. Opinjoni bbażata fuq kompetenza indipendenti u newtrali hija essenzjali fil-livell tal-Unjoni. Għal dak l-għan, jeħtieġ li r-rwol tal-Aġenzija jissaħħaħ. |
|
(21) |
Il-prestazzjoni, l-organizzazzjoni u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tas-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi tal-valutazzjoni tal-impatt notifikati, b'effett dannuż fuq l-operazzjoni mingħajr problemi taż-żona ferrovjarja unika Ewropea. B'mod partikolari, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju li jkunu jixtiequ jidħlu fis-suq ferrovjarju fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu affettwati b'mod negattiv. Għaldaqstant, hija meħtieġa koordinazzjoni msaħħa bl-iskop ta' armonizzazzjoni akbar fil-livell tal-Unjoni. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tagħmel monitoraġġ tal-prestazzjoni u tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità notifikati permezz ta' awditi u spezzjonijiet, fejn ikun xieraq f'kooperazzjoni mal-korpi nazzjonali tal-akkreditament. |
|
(22) |
Fil-qasam tas-sikurezza, huwa importanti li tkun żgurata l-akbar trasparenza possibbli flimkien ma' fluss effettiv tal-informazzjoni. Analiżi tal-prestazzjoni, li tkun ibbażata fuq CSIs u li torbot il-partijiet kollha fis-settur, hija importanti u għandha titwettaq. Fir-rigward tal-istatistika, hija meħtieġa kollaborazzjoni mill-qrib mal-Eurostat. |
|
(23) |
L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-pubblikazzjoni ta' rapport kull sentejn sabiex tagħmel monitoraġġ tal-progress fl-ilħuq ta' sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja. Minħabba l-kompetenza teknika u imparzjalità tagħha, l-Aġenzija għandha tassisti wkoll lill-Kummissjoni fit-twettiq minn din tal-aħħar tal-kompitu tagħha ta' monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja. |
|
(24) |
L-interoperabbiltà tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandha titjieb u l-proġetti l-ġodda ta' investiment magħżula għall-appoġġ mill-Unjoni għandhom ikunu konformi mal-objettiv tal-interoperabbiltà stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). L-Aġenzija hi korp adatt biex jikkontribwixxi għall-ilħuq ta' dawk l-objettivi u għandha tikkoopera mill-qrib ma' korpi kompetenti tal-Unjoni rigward il-proġetti li jikkonċernaw in-netwerk trans-Ewropew tat-Trasport. Fir-rigward tal-użu tal-ERTMS u l-proġetti tal-ERTMS, ir-rwol tal-Aġenzija għandu jinkludi għajnuna lill-applikanti biex jimplimentaw proġetti li jkunu konformi mat-TSI dwar il-kontroll-kmand u s-sinjalazzjoni. |
|
(25) |
Il-manutenzjoni tal-vetturi ferrovjarji hija parti importanti mis-sistemi tas-sikurezza. Ma kienx hemm suq Ewropew ġenwin għall-manutenzjoni tat-tagħmir ferrovjarju minħabba n-nuqqas ta' sistema għaċ-ċertifikazzjoni tal-workshops tal-manutenzjoni. Din is-sitwazzjoni wasslet għal żieda fl-ispejjeż għas-settur u tirriżulta fi vjaġġi mingħajr tagħbija. Kondizzjonijiet komuni għaċ-ċertifikazzjoni ta' workshops ta' manutenzjoni u tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni ta' vetturi minbarra vaguni tal-merkanzija għandhom għalhekk jiġu żviluppati u aġġornati gradwalment, u l-Aġenzija hi l-korp l-aktar adatt biex jipproponi soluzzjonijiet adegwati lill-Kummissjoni. |
|
(26) |
Il-kwalifiki vokazzjonali meħtieġa mis-sewwieqa tal-ferroviji huma fattur ewlieni kemm fis-sikurezza kif ukoll fl-interoperabbiltà ferrovjarja fi ħdan l-Unjoni. Il-kwalifiki vokazzjonali huma wkoll prerekwiżit għall-moviment liberu tal-ħaddiema fis-settur ferrovjarju. Din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata fil-qafas eżistenti għad-djalogu soċjali. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-appoġġ tekniku neċessarju sabiex tikkunsidra dan l-aspett fil-livell tal-Unjoni. |
|
(27) |
L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, il-korpi nazzjonali ta' investigazzjoni u korpi rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju li jaġixxu fil-livell tal-Unjoni sabiex tippromwovi l-prattika tajba, l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti u l-ġbir ta' data relatata mal-ferroviji u sabiex timmonitorja l-prestazzjoni ġenerali tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. |
|
(28) |
Sabiex jiġu żgurati l-aktar livelli possibbli ta' trasparenza u aċċess indaqs tal-partijiet kollha għall-informazzjoni rilevanti, ir-reġistri, fejn huma rilevanti, u d-dokumenti previsti għall-proċessi tas-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. L-istess japplika għal-liċenzji, iċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi u dokumenti ferrovjarji oħra rilevanti. L-Aġenzija għandha tipprovdi mezzi effiċjenti, faċli għall-utent u faċilment aċċessibbli għall-iskambju u l-pubblikazzjoni ta' dik l-informazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' soluzzjonijiet xierqa tal-IT, bil-ħsieb li titjieb il-kosteffettività tas-sistema ferrovjarja u tappoġġa l-ħtiġijiet operazzjonali tas-settur. |
|
(29) |
Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u r-riċerka fil-kamp ferrovjarju hija importanti u għandha tiġi mħeġġa mill-Aġenzija. L-ebda għajnuna finanzjarja pprovduta fil-qafas tal-attivitajiet tal-Aġenzija f'dan ir-rigward ma għandha twassal għal xi distorsjoni fis-suq rilevanti. |
|
(30) |
Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, il-kwalità tiegħu u l-kompatibbiltà tiegħu mar-regolamenti tekniċi rilevanti, l-Aġenzija għandu jkollha rwol attiv fil-valutazzjoni ta' proġetti ferrovjarji. |
|
(31) |
Fehim korrett u uniformi tal-leġislazzjoni dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja, gwidi dwar l-implimentazzjoni u rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija huma prekondizzjonijiet għal implimentazzjoni effettiva tal-acquis ferrovjarju u l-funzjonament tas-suq ferrovjarju. Għalhekk, l-Aġenzija għandha tinvolvi ruħha b'mod attiv f'taħriġ u attivitajiet ta' spjegazzjoni f'dak ir-rigward. |
|
(32) |
Filwaqt li jittieħed kont tal-funzjonijiet ġodda tal-Aġenzija b'rabta mal-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u ċertifikati ta' sikurezza uniċi, ser ikun hemm ħtieġa importanti għal attivitajiet ta' taħriġ u pubblikazzjoni f'dawk l-oqsma. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sikurezza għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw mingħajr ħlas f'attivitajiet ta' taħriġ, kull meta possibbli, b'mod partikolari meta jkunu involuti fit-tħejjija tagħhom. |
|
(33) |
Sabiex twettaq il-kompiti tagħha sewwa, l-Aġenzija għandu jkollha personalità ġuridika u baġit awtonomu ffinanzjat prinċipalment permezz ta' kontribuzzjoni mill-Unjoni u permezz ta' tariffi u imposti mħallsa mill-applikanti. L-indipendenza u l-imparzjalità tal-Aġenzija ma għandhomx jiġu kompromessi minn ebda kontribuzzjoni finanzjarja li hi tirċievi minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew entitajiet oħrajn. Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza fil-ġestjoni ta' kuljum tagħha u fl-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li toħroġ, l-organizzazzjoni tal-Aġenzija għandha tkun trasparenti u d-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu responsabbiltà sħiħa. Il-persunal tal-Aġenzija għandu jkun indipendenti u għandu jiġi impjegat kemm b'kuntratti għal żmien qasir u kemm dawk għal żmien twil sabiex jinżamm l-għarfien organizzattiv tagħha u l-kontinwità tan-negozju filwaqt li jinżamm skambju meħtieġ u kontinwu ta' kompetenza esperta mas-settur ferrovjarju. In-nefqa tal-Aġenzija għandha tinkludi n-nefqa għall-persunal, in-nefqa amministrattiva, għall-infrastruttura u l-ispejjeż operazzjonali, u inter alia, l-ammont imħallas lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għax-xogħol tagħhom fil-proċess tal-awtorizzazzjoni ta' vetturi u ċ-ċertifikazzjoni ta' sikurezza unika, f'konformità mal-ftehimiet rilevanti ta' kooperazzjoni u mad-dispożizzjonijiet dwar l-att ta' implimentazzjoni dwar id-determinazzjoni tat-tariffi u l-imposti. |
|
(34) |
Fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-konflitti ta' interess, huwa essenzjali li l-Aġenzija taġixxi b'mod imparzjali, turi integrità u tistabbilixxi standards professjonali għoljin. Qatt ma għandu jkun hemm ebda raġuni leġittima biex jiġi ssuspettat li d-deċiżjonijiet jistgħu jiġu influwenzati minn interessi konfliġġenti mar-rwol tal-Aġenzija bħala korp li jservi l-Unjoni kollha jew minn interessi privati jew affiljazzjonijiet ta' kwalunkwe membru tal-persunal tal-Aġenzija, kwalunkwe espert nazzjonali sekondat, jew kwalunkwe membru tal-Bord ta' Tmexxija jew tal-Bordijiet tal-Appell li joħolqu, jew ikollhom il-potenzjal li joħolqu, konflitt mat-twettiq tajjeb tad-dmirijiet uffiċjali tal-persuna kkonċernata. Il-Bord ta' Tmexxija għandu għaldaqstant jaddotta regoli komprensivi dwar konflitti ta' interessi li jkopru l-Aġenzija kollha. Dawk ir-regoli għandhom jieħdu kont tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 15 tal-2012. |
|
(35) |
Sabiex jiġi simplifikat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Aġenzija u sabiex ikun hemm kontribut għat-titjib tal-effiċjenza u l-effettività, għandha tiġi introdotta struttura ta' governanza fuq żewġ livelli. Għal dak il-għan, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu rappreżentati f'Bord ta' Tmexxija li jkollu s-setgħat neċessarji, inkluża s-setgħa li jistabbilixxi l-baġit u japprova d-dokument ta' programmazzjoni. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħti l-orjentazzjonijiet ġenerali lill-attivitajiet tal-Aġenzija u għandu jkun involut iktar mill-qrib fil-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-Aġenzija, bil-ħsieb li tissaħħaħ is-superviżjoni fuq kwistjonijiet amministrattivi u baġitarji. Għandu jiġi stabbilit Bord Eżekuttiv iżgħar bil-kompitu li jipprepara l-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija b'mod xieraq u jagħti appoġġ lill-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu. Is-setgħat tal-Bord Eżekuttiv għandhom jiġu definiti f'mandat li għandu jiġi adottat mill-Bord ta' Tmexxija u għandhom, fejn ikun xieraq, jinkludu opinjonijiet u deċiżjonijiet proviżorji soġġetti għall-approvazzjoni finali mill-Bord ta' Tmexxija. |
|
(36) |
Sabiex tiġi ggarantita t-trasparenza fid-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija, ir-rappreżentanti tas-setturi kkonċernati għandhom jattendu għal-laqgħat tiegħu, iżda mingħajr id-dritt tal-vot. Ir-rappreżentanti tal-partijiet interessati varji għandhom jinħatru mill-Kummissjoni abbażi tar-rappreżentanza tagħhom fil-livell tal-Unjoni tal-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura, l-industrija ferrovjarja, l-organizzazzjonijiet tat-trade unions, il-passiġġieri u l-klijenti tat-trasport tal-merkanzija. |
|
(37) |
Jeħtieġ li jkun żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jkollhom il-jedd li jfittxu r-rimedji neċessarji, li għandhom jingħataw b'mod indipendenti u imparzjali. Għandu jitwaqqaf mekkaniżmu xieraq tal-appell sabiex id-deċiżjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv ikunu soġġetti għal appell quddiem Bord ta' Appell speċjalizzat. |
|
(38) |
F'każijiet ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali ta' sikurezza rigward il-ħruġ ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi jew awtorizzazzjonijiet ta' vetturi, għandha tiġi stabbilita proċedura ta' arbitraġġ sabiex id-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod konċertat u kooperattiv. |
|
(39) |
Perspettiva strateġika aktar wiesgħa fir-rigward tal-attivitajiet tal-Aġenzija tiffaċilita l-ippjanar u l-ġestjoni tar-riżorsi tagħha b'mod iżjed effettiv u tikkontribwixxi għal kwalità ogħla tar-riżultati tagħha. Dan huwa konfermat u msaħħaħ mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (10). Għalhekk, dokument uniku ta' programmazzjoni li jkun fih il-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali għandu jiġi adottat u aġġornat perjodikament mill-Bord ta' Tmexxija, wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati rilevanti. |
|
(40) |
Meta kompitu ġdid jiġi assenjat lill-Aġenzija b'rabta mas-sikurezza u l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni wara l-adozzjoni tad-dokument ta' programmazzjoni, il-Bord ta' Tmexxija għandu, jekk neċessarju, jemenda d-dokument ta' programmazzjoni sabiex jinkludi dak il-kompitu ġdid wara analiżi, tal-impatt f'termini umani u baġitarji, fuq ir-riżorsi. |
|
(41) |
L-attività tal-Aġenzija għandha tkun trasparenti. Għandu jkun assigurat kontroll effettiv mill-Parlament Ewropew u, għal dak il-għan, il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat dwar l-abbozz tal-parti pluriennali tad-dokument ta' pprogrammazzjoni tal-Aġenzija u għandu jkollu l-possibbiltà li jisma' lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija u li jirċievi r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tapplika wkoll il-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti. |
|
(42) |
Matul is-snin li għaddew, hekk kif inħolqu aktar aġenziji deċentralizzati, it-trasparenza u l-kontroll fuq il-ġestjoni tal-finanzjament tal-Unjoni allokat lilhom tjiebu, b'mod partikolari fir-rigward tal-ibbaġitjar tat-tariffi, il-kontroll finanzjarju, is-setgħa ta' kwittanza, il-kontribuzzjonijiet għall-iskemi tal-pensjonijiet u l-proċedura baġitarja interna (il-kodiċi tal-kondotta). Bl-istess mod simili, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) għandu japplika mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija, li għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (12). |
|
(43) |
L-Aġenzija għandha tippromwovi b'mod attiv l-approċċ tal-Unjoni għas-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja fir-relazzjonijiet tagħha ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi. Dak għandu jinkludi wkoll, fil-limiti tal-kompetenza tal-Aġenzija, l-iffaċilitar tal-aċċess reċiproku tal-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni għas-swieq ferrovjarji ta' pajjiżi terzi u aċċess għall-vetturi ferrovjarji tal-Unjoni għan-netwerks ta' pajjiżi terzi. |
|
(44) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-eżami tal-abbozz ta' regoli nazzjonali u tar-regoli nazzjonali eżistenti, il-monitoraġġ tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità notifikati, l-istabbiliment tar-regoli ta' proċedura tal-Bordijiet ta' Appell u d-determinazzjoni tat-tariffi u l-imposti li l-Aġenzija hi intitolata timponi. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
|
(45) |
Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi stabbilit korp speċjalizzat biex jifformula soluzzjonijiet komuni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba n-natura komuni tax-xogħol li għandu jsir, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. |
|
(46) |
Hu neċessarju għall-funzjonament tajjeb tal-Aġenzija li jiġu implimentati ċerti prinċipji rigward il-governanza tal-Aġenzija bil-għan li tiġi osservata d-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni miftiehma mill-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE f'Lulju 2012, li l-għan tagħhom huwa li jiġu simplifikati l-attivitajiet tal-aġenziji u tiżdied il-prestazzjoni tagħhom. |
|
(47) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
PRINĊIPJI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-“Aġenzija”).
2. Dan ir-Regolament jipprevedi:
|
(a) |
l-istabbiliment u l-kompiti tal-Aġenzija; |
|
(b) |
il-kompiti tal-Istati Membri fil-kuntest ta' dan ir-Regolament. |
3. Dan ir-Regolament jappoġġa l-istabbiliment taż-żona ferrovjarja unika Ewropea, u b'mod partikolari l-objettivi li jirrigwardaw:
|
(a) |
l-interoperabbiltà fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni prevista fid-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(b) |
is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni prevista fid-Direttiva (UE) 2016/798; |
|
(c) |
iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji prevista fid-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). |
Artikolu 2
Objettivi tal-Aġenzija
L-objettiv tal-Aġenzija għandu jkun li din tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-funzjonament effettiv ta' żona ferrovjarja unika Ewropea mingħajr fruntieri, billi tiggarantixxi livell għoli ta' sikurezza u interoperabbiltà ferrovjarja filwaqt li ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tas-settur ferrovjarju. B'mod partikolari, l-Aġenzija għandha tikkontribwixxi, fuq kwistjonijiet tekniċi, għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni bl-iżvilupp ta' approċċ komuni għas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u billi żżid il-livell ta' interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.
Objettivi oħra tal-Aġenzija għandhom ikunu li ssegwi l-iżvilupp tar-regoli ferrovjarji nazzjonali biex tappoġġa l-prestazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li jaġixxu fl-oqsma tas-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja u li tippromwovi l-ottimizzazzjoni tal-proċeduri.
Fejn previst mid-Direttiva (UE) 2016/797 u d-Direttiva (UE) 2016/798, l-Aġenzija għandha taqdi r-rwol ta' awtorità tal-Unjoni responsabbli mill-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-vetturi ferrovjarji u tipi ta' vetturi u għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi għall-impriżi ferrovjarji.
Meta tfittex li tilħaq dawk l-objettivi, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b'mod sħiħ il-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni u r-restrizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw ir-rabtiet ferrovjarji ma' pajjiżi terzi.
Artikolu 3
Status legali
1. L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni b'personalità ġuridika.
2. F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi l-aktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġijiet tagħhom. B'mod partikolari hija tista' tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista' tkun parti fi proċedimenti legali.
3. L-Aġenzija għandha tkun irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.
4. L-Aġenzija għandu jkollha responsabbiltà unika għall-funzjonijiet u s-setgħat assenjati lilha.
Artikolu 4
Tipi ta' atti tal-Aġenzija
L-Aġenzija tista':
|
(a) |
tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 13, 15, 17, 19, 35, 36 u 37; |
|
(b) |
tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 34; |
|
(c) |
toħroġ opinjonijiet lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 42, u lill-awtoritajiet ikkonċernati fl-Istati Membri skont l-Artikoli 10, 25 u 26; |
|
(d) |
tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza skont l-Artikolu 33(4). |
|
(e) |
toħroġ deċiżjonijiet skont l-Artikoli 14, 20, 21 u 22; |
|
(f) |
toħroġ opinjonijiet li jikkostitwixxu mezzi aċċettabbli ta' konformità skont l-Artikolu 19; |
|
(g) |
toħroġ dokumenti tekniċi skont l-Artikolu 19; |
|
(h) |
toħroġ rapporti tal-awditjar skont l-Artikoli 33 u 34; |
|
(i) |
toħroġ linji gwida u dokumenti oħra mhux vinkolanti li jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja skont l-Artikoli 13, 19, 28, 32, 33 u 37. |
KAPITOLU 2
METODI TA' ĦIDMA
Artikolu 5
Ħolqien u kompożizzjoni tal-gruppi ta' ħidma u gruppi oħra
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi numru limitat ta' gruppi ta' ħidma bl-għan li jfasslu rakkomandazzjonijiet u, fejn rilevanti, linji gwida, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (“TSIs”), il-miri komuni tas-sikurezza (“CSTs”), il-metodi komuni ta' sikurezza (“CSMs”) u l-użu ta' indikaturi komuni tas-sikurezza (“CSIs”).
L-Aġenzija tista' tistabbilixxi gruppi ta' ħidma f'każijiet oħra debitament ġustifikati fuq talba tal-Kummissjoni jew il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 81 (“il-Kumitat”) jew fuq inizjattiva tagħha stess, wara li tikkonsulta mal-Kummissjoni.
Il-gruppi ta' ħidma għandhom jiġu ppreseduti minn rappreżentant tal-Aġenzija.
2. Il-gruppi ta' ħidma għandhom ikunu magħmula minn:
|
— |
rappreżentanti nominati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jipparteċipaw fil-gruppi ta' ħidma; |
|
— |
professjonisti mis-settur ferrovjarju magħżula mill-Aġenzija mil-lista msemmija fil-paragrafu 3. L-Aġenzija għandha tiżgura rappreżentanza adegwata ta' dawk is-setturi tal-industrija u ta' dawk l-utenti li jistgħu jiġu affettwati mill-miżuri li l-Kummissjoni tista' tipproponi fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilha mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha, fejn possibbli, timmira għal rappreżentazzjoni ġeografika bbilanċjata. |
L-Aġenzija tista', jekk ikun meħtieġ, taħtar biex ikunu parti mill-gruppi ta' ħidma esperti indipendenti u rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti bħala kompetenti fil-qasam ikkonċernat. Il-membri tal-persunal tal-Aġenzija ma jistgħux jinħatru biex ikunu parti mill-gruppi ta' ħidma bl-eċċezzjoni tal-president tal-gruppi ta' ħidma, li għandu jkun rappreżentant tal-Aġenzija.
3. Kull korp rappreżentattiv imsemmi fl-Artikolu 38(4) għandu jibgħat lill-Aġenzija lista tal-iżjed esperti kwalifikati mibgħuta sabiex jirrappreżentawh f'kull grupp ta' ħidma u għandu jaġġorna din il-lista kull meta jkun hemm xi tibdil.
4. Kull meta l-ħidma ta' dawn il-gruppi ta' ħidma jkollha impatt fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema fl-industrija, rappreżentanti nominati mill-organizzazzjonijiet tat-trade unions li jaġixxu f'livell Ewropew għandhom jipparteċipaw fil-gruppi ta' ħidma rilevanti bħala membri sħaħ.
5. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-membri tal-gruppi ta' ħidma għandhom jitħallsu mill-Aġenzija abbażi tar-regoli u l-iskali adottati mill-Bord tat-Tmexxija.
6. L-Aġenzija għandha tieħu kont dovut tal-eżitu tax-xogħol magħmul mill-gruppi ta' ħidma meta jfasslu r-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida msemmija fil-paragrafu 1.
7. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi gruppi għall-għanijiet tal-Artikoli 24, 29 u l-Artikolu 38(1).
8. L-Aġenzija tista' tistabbilixxi gruppi f'konformità mal-Artikolu 38(4) u f'każijiet debitament ġustifikati fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-kumitat jew fuq inizjattiva tagħha stess.
9. Ix-xogħol tal-gruppi ta' ħidma u tal-gruppi għandha tkun trasparenti. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tal-gruppi ta' ħidma u tal-gruppi, inklużi regoli dwar it-trasparenza.
Artikolu 6
Konsultazzjoni mas-sħab soċjali
Kull meta l-kompiti previsti fl-Artikoli 13, 15, 19 u 36 ikollhom impatt dirett fuq l-ambjent soċjali jew fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fl-industrija, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lis-sħab soċjali fil-qafas tal-kumitat għad-djalogu settorjali stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE (15). F'tali każijiet, is-sħab soċjali jistgħu jirreaġixxu għal dawk il-konsultazzjonijiet, sakemm jagħmlu dan fi żmien tliet xhur.
Dawk il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkunsidra dawk il-konsultazzjonijiet, u għandha tkun disponibbli f'kull ħin sabiex tispjega r-rakkomandazzjonijiet tagħha. L-opinjonijiet espressi mill-kumitat għad-djalogu settorjali għandhom jintbagħtu mill-Aġenzija, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet mill-Aġenzija, lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat.
Artikolu 7
Konsultazzjoni mal-klijenti tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u mal-passiġġieri
Kull meta l-kompiti previsti fl-Artikoli 13 u 19 ikollhom impatt dirett fuq il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u l-passiġġieri, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, inklużi r-rappreżentanti ta' persuni b'diżabbltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa. F'tali każijiet, dawk l-organizzazzjonijiet jistgħu jirreaġixxu għal dawk il-konsultazzjonijiet, sakemm jagħmlu dan fi żmien tliet xhur.
Il-lista tal-organizzazzjonijiet li jridu jiġu kkonsultati għandha titfassal mill-Kummissjoni bil-għajnuna tal-kumitat.
Dawk il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkunsidra debitament dawk il-konsultazzjonijiet, u għandha tkun disponibbli f'kull ħin sabiex tispjega r-rakkomandazzjonijiet tagħha. L-opinjonijiet espressi mill-organizzazzjonijiet ikkonċernati għandhom jintbagħtu mill-Aġenzija, flimkien mar-rakkomandazzjoni mill-Aġenzija, lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat.
Artikolu 8
Valutazzjoni tal-impatt
1. L-Aġenzija għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt tar-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet tagħha. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta metodoloġija ta' valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq il-metodoloġija tal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkoordina mal-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-ħidma rilevanti fil-Kummissjoni tittieħed inkonsiderazzjoni kif xieraq. L-Aġenzija għandha tidentifika b'mod ċar is-suppożizzjonijiet użati bħala l-bażi għall-valutazzjoni tal-impatt u s-sorsi tad-data użati fir-rapport li jakkumpanja kull rakkomandazzjoni.
2. Qabel ma tinkludi attività fid-dokument ta' programmazzjoni adottat mill-Bord ta' Tmexxija, f'konformità mal-Artikolu 51(1), l-Aġenzija għandha twettaq valutazzjoni bikrija tal-impatt u fir-rigward tagħha għandha tindika:
|
(a) |
il-kwistjoni li trid tiġi solvuta u s-soluzzjonijiet possibbli; |
|
(b) |
kemm ser tkun meħtieġa azzjoni speċifika, inkluż l-indirizzar ta' rakkomandazzjoni jew il-ħruġ ta' opinjoni tal-Aġenzija; |
|
(c) |
il-kontribut mistenni tal-Aġenzija għas-soluzzjoni tal-problema. |
Qabel ma kwalunkwe attività jew proġett jiġi inkluż fid-dokument ta' programmazzjoni, huwa għandu jkun soġġett għal analiżi tal-effiċjenza b'mod individwali u b'rabta ma' xulxin, sabiex isir l-aħjar użu mill-baġit u r-riżorsi tal-Aġenzija.
3. L-Aġenzija tista' twettaq valutazzjoni ex post tal-leġislazzjoni bbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet tagħha.
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija d-data neċessarja għal valutazzjoni tal-impatt, fejn tkun disponibbli.
Fuq talba tal-Aġenzija, il-korpi rappreżentattivi għandhom jipprovdu lill-Aġenzija d-data mhux konfidenzjali neċessarja għall-valutazzjoni tal-impatt.
Artikolu 9
Studji
Fejn ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha tordna studji, li jinvolvu, fejn ikun xieraq, il-gruppi ta' ħidma u l-gruppi l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 5, u għandha tiffinanzja dawk l-istudji mill-baġit tagħha.
Artikolu 10
Opinjonijiet
1. L-Aġenzija għandha toħroġ opinjonijiet fuq it-talba ta' korp regolatorju nazzjonali wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), b'mod partikolari fir-rigward ta' aspetti relatati mas-sikurezza u l-interoperabbiltà tal-kwistjonijiet miġjuba għall-attenzjoni tagħhom.
2. L-Aġenzija għandha toħroġ opinjonijiet fuq it-talba tal-Kummissjoni dwar emendi fi kwalunkwe att adottat fuq il-bażi tad-Direttiva (UE) 2016/797 jew id-Direttiva (UE) 2016/798, speċjalment fejn ikun sinjalat kwalunkwe nuqqas allegat.
3. L-opinjonijiet kollha tal-Aġenzija, u b'mod partikolari dawk imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jinħarġu mill-Aġenzija mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard minn xahrejn mill-wasla tat-talba għalihom, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-parti li tagħmel it-talba. Dawk l-opinjonijiet għandhom isiru pubbliċi mill-Aġenzija fi żmien xahar wara li jinħarġu, f'verżjoni li minnha jkun tneħħa kull materjal kummerċjalment kunfidenzjali.
Artikolu 11
Żjarat fl-Istati Membri
1. Sabiex twettaq il-kompiti fdati lilha, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikoli 14, 20, 21, 25, 26, 31, 32, 33, 34, 35 u 42 u sabiex tassisti lill-Kummissjoni fil-qadi tad-dmirijietha skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), inkluż, b'mod partikolari l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, l-Aġenzija tista' tagħmel żjarat fl-Istati Membri, f'konformità mal-politika, il-metodi ta' ħidma u l-proċeduri adottati mill-Bord ta' Tmexxija.
2. Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, l-Aġenzija għandha tinforma lil dawn tal-aħħar minn qabel biż-żjara ppjanata, bl-ismijiet tal-uffiċjali tal-Aġenzija ddelegati li jwettqu ż-żjara, id-data li fiha tkun ser tibda ż-żjara u kemm huwa mistenni li ddum. L-uffiċjali tal-Aġenzija ddelegati sabiex iwettqu tali żjarat għandhom jagħmlu dan meta tiġi ppreżentata deċiżjoni bil-miktub mid-Direttur Eżekuttiv li tispeċifika l-għan u l-miri taż-żjara tagħhom.
3. L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiffaċilitaw il-ħidma tal-persunal tal-Aġenzija.
4. L-Aġenzija għandha tfassal rapport dwar kull żjara msemmija fil-paragrafu 1 u tibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat.
5. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 33(7) u 34(6).
6. L-ispejjeż tal-ivjaġġar, l-akkomodazzjoni, ta' sussistenza u spejjeż oħrajn imġarrba mill-persunal tal-Aġenzija għandhom jitħallsu mill-Aġenzija.
Artikolu 12
Punt uniku ta' kuntatt
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tmexxi sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni b'tal-inqas il-funzjonijiet ta' punt uniku ta' kuntatt li ġejjin:
|
(a) |
punt ta' dħul uniku li permezz tiegħu l-applikant għandu jippreżenta l-fajls ta' applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni tat-tip, awtorizzazzjonijiet ta' vetturi għat-tqegħid fis-suq u ċertifikati ta' sikurezza uniċi. Fejn iż-żona ta' użu jew operazzjoni hija limitata għal netwerk jew netwerks fi Stat Membru wieħed biss, il-punt ta' dħul uniku għandu jiġi żviluppat b'tali mod li jiżgura li l-applikant jagħżel l-awtorità li jixtieq li tipproċessal-applikazzjoni għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet jew iċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi tul il-proċedura kollha; |
|
(b) |
pjattaforma komuni ta' skambju ta' informazzjoni li tipprovdi lill-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza b'informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha għall-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi, l-istadji ta' dawn il-proċeduri u l-eżitu tagħhom, u, fejn applikabbli, it-talbiet u d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell; |
|
(c) |
pjattaforma komuni ta' skambju ta' informazzjoni li tipprovdi lill-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza b'informazzjoni dwar it-talbiet għal approvazzjonijiet mill-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta' subsistemi ta' kmand ta' kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji li jinvolvu tagħmir tas-Sistema Ewropea ta' Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) u/jew tas-Sistema Globali għall-Komunikazzjoni Mobbli – Ferrovjarja (GSM-R), l-stadji ta' dawn il-proċeduri u l-eżitu tagħhom, u, fejn applikabbli, it-talbiet u d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell; |
|
(d) |
sistema ta' twissija bikrija li kapaċi tidentifika fi stadju bikri l-ħtiġijiet għal koordinazzjoni bejn id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u mill-Aġenzija fil-każ ta' applikazzjonijiet differenti li jitolbu awtorizzazzjonijiet jew ċertifikati ta' sikurezza uniċi simili. |
2. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiġu żviluppati f'kooperazzjoni man-netwerk tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 38 abbażi ta' abbozz imħejji mill-Aġenzija b'kont meħud tar-riżultati ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji. Abbażi ta' dan, il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali u pjan biex jiġi stabbilit il-punt uniku ta' kuntatt. Il-punt uniku ta' kuntatt għandu jkun żviluppat mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-livell ta' kunfidenzjalità meħtieġ, u filwaqt li jitqiesu, jekk ikun xieraq, l-applikazzjonijiet u r-reġistri tal-IT diġà stabbiliti mill-Aġenzija, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 37.
3. Il-punt uniku ta' kuntatt għandu jkun operattiv sas-16 ta' Ġunju 2019.
4. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-applikazzjonijiet ippreżentati permezz tal-punt uniku ta' kuntatt, b'mod partikolari bl-użu tas-sistema ta' twissija bikrija msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1. Jekk jinstabu applikazzjonijiet differenti li jitolbu awtorizzazzjonijiet jew ċertifikati ta' sikurezza uniċi simili, l-Aġenzija għandha tiżgura segwitu xieraq, bħal:
|
(a) |
li tinforma lill-applikant(i) li hemm talba oħra jew waħda simili għal awtorizzazzjoni jew ċertifikazzjoni; |
|
(b) |
li tikkoordina mal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza rilevanti sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ta' deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-Aġenzija. Jekk ma tkunx tista' tinstab soluzzjoni aċċettabbli b'mod reċiproku fi żmien xahar mill-bidu tal-proċess ta' koordinazzjoni, il-kwistjoni għandha tintbagħat għal arbitraġġ lill-Bord tal-Appell imsemmi fl-Artikoli 55, 61 u 62. |
KAPITOLU 3
KOMPITI TAL-AĠENZIJA LI JIRRIGWARDAW IS-SIKUREZZA FERROVJARJA
Artikolu 13
Appoġġ tekniku – rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza ferrovjarja
1. L-Aġenzija għandha tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-CSIs, is-CSMs u s-CSTs previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva (UE) 2016/798. L-Aġenzija għandha tindirizza wkoll rakkomandazzjonijiet dwar reviżjoni perjodika tas-CSIs, tas-CSMs u tas-CSTs lill-Kummissjoni.
2. L-Aġenzija għandha tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva proprja, dwar miżuri oħra fil-qasam tas-sikurezza, b'kont meħud tal-esperjenza miksuba.
3. L-Aġenzija għandha toħroġ linji gwida sabiex tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza fir-rigward tas-superviżjoni tal-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u atturi oħrajn, f'konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/798.
4. L-Aġenzija tista' tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-CSMs li jkopru kwalunkwe element tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza li jeħtieġ li jkun armonizzat fil-livell tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 9(7) tad-Direttiva (UE) 2016/798.
5. L-Aġenzija tista' toħroġ linji gwida u dokumenti oħra mhux vinkolanti sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar is-sikurezza ferrovjarja, inkluż l-għoti ta' assistenza lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni tar-regoli nazzjonali li jistgħu jitħassru wara l-adozzjoni u/jew ir-reviżjoni tas-CSMs u linji gwida għall-adozzjoni ta' regoli nazzjonali ġodda jew l-emenda ta' regoli nazzjonali eżistenti. L-Aġenzija tista' toħroġ ukoll linji gwida dwar is-sikurezza ferrovjarja u dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sikurezza, inklużi listi ta' eżempji ta' prattika tajba, b'mod partikolari għat-trasport u l-infrastruttura transkonfinali.
Artikolu 14
Ċertifikati ta' sikurezza uniċi
L-Aġenzija tista' toħroġ, iġġedded, tissospendi u temenda ċ-ċertifikati uniċi tas-sikurezza u tikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza f'dak ir-rigward f'konformità mal-Artikoli 10, 11 u 18 tad-Direttiva (UE) 2016/798.
L-Aġenzija għandha tirrestrinġi jew tirrevoka ċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi u tikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza f'dak ir-rigward f'konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/798..
Artikolu 15
Manutenzjoni tal-vetturi
1. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sistema ta' ċertifikazzjoni ta' entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni skont l-Artikolu 14(7) tad-Direttiva (UE) 2016/798.
2. L-Aġenzija għandha tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-Artikolu 14(8) tad-Direttiva (UE) 2016/798.
3. L-Aġenzija għandha tindirizza kwalunkwe miżura alternattiva deċiża skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2016/798 u għandha tinkludi l-eżitu tal-analiżi tagħha fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35(4) ta' dan ir-Regolament.
4. L-Aġenzija għandha tappoġġa u, fuq talba, tikkoordina l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza fis-superviżjoni ta' entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 17(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798.
Artikolu 16
Kooperazzjoni ma' korpi nazzjonali ta' investigazzjoni
L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-korpi nazzjonali ta' investigazzjoni f'konformità mal-Artikolu 20(3), l-Artikolu 22(1), (2), (5) u (7) u l-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2016/798.
Artikolu 17
Trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija
L-Aġenzija għandha ssegwi l-iżviluppi fil-leġislazzjoni dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u għandha, flimkien mal-Kummissjoni, tiżgura li tali żviluppi jkunu konsistenti mal-leġislazzjoni dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja, b'mod partikolari r-rekwiżiti essenzjali. Għal dak l-għan, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva proprja.
Artikolu 18
Skambju ta' informazzjoni dwar aċċidenti relatati mas-sikurezza
L-Aġenzija għandha tinkoraġġixxi l-iskambju ta' informazzjoni dwar aċċidenti relatati mas-sikurezza, inċidenti u dawk li jkunu ġew evitati bi ftit, b'kont meħud tal-esperjenza tal-atturi ferrovjarji msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/798. Dan l-iskambju ta' informazzjoni jwassal għall-iżvilupp ta' prattiki tajba fil-livell tal-Istati Membri.
KAPITOLU 4
KOMPITI TAL-AĠENZIJA LI JIRRIGWARDAW L-INTEROPERABBILTÀ
Artikolu 19
Appoġġ tekniku fil-qasam tal-interoperabbiltà ferrovjarja
1. L-Aġenzija għandha:
|
(a) |
tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-TSIs u r-reviżjoni tagħhom, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(b) |
tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-mudelli għad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” u għad-dokumenti tal-fajl tekniku li jrid jakkumpanjaha għall-finijiet tal-Artikolu 15(9) tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(c) |
tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri u r-reviżjoni tagħhom għall-finijiet tal-Artikoli 47, 48 u 49 tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(d) |
toħroġ opinjonijiet li jikkostitwixxu mezz aċċettabbli ta' konformità rigward in-nuqqasijiet fit-TSI, skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2016/797, u tipprovdi dawk l-opinjonijiet lill-Kummissjoni; |
|
(e) |
fuq talba tal-Kummissjoni, toħroġ opinjonijiet lilha rigward talbiet minn Stati Membri sabiex ma jiġux applikati t-TSIs, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(f) |
toħroġ dokumenti tekniċi skont l-Artikolu 4(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(g) |
toħroġ deċiżjoni għall-approvazzjoni qabel kwalunkwe sejħa għall-offerti li jirrigwardaw tagħmir tal-ERTMS maġenb il-binarji sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata tal-ERTMS fl-Unjoni skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(h) |
toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni rigward it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-persunal abbord b'kompiti kritiċi għas-sikurezza; |
|
(i) |
toħroġ gwida ddettaljata li tikkonċerna l-istandards għall-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej rilevanti sabiex tikkomplementa l-mandat mogħti lilhom mill-Kummissjoni. |
|
(j) |
tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal kollu li jwettaq kompiti kritiċi għas-sikurezza; |
|
(k) |
tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istandards armonizzati li għandhom jiġu żviluppati mill-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni, u standards li jirrigwardaw spare parts interkambjabbli li jistgħu jtejbu l-livell tas-sikurezza u l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni;. |
|
(l) |
tindirizza, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni fir-rigward ta' komponenti kritiċi għas-sikurezza. |
2. Fl-abbozzar tar-rakkomandazzjonijiet kif imsemmi fil-punti (a), (b), (c), (h), (k) u (l) tal-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha:
|
(a) |
tiżgura li t-TSIs u l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri jiġu adattati għall-progress tekniku, ix-xejriet tas-suq u l-ħtiġijiet soċjali; |
|
(b) |
tiżgura li l-iżvilupp u l-aġġornament tat-TSIs u l-iżvilupp ta' kwalunkwe standard Ewropew li jirriżulta neċessarju għall-interoperabbiltà, jkunu kkoordinati, u żżomm il-kuntatti rilevanti mal-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni. |
|
(c) |
tipparteċipa, fejn xieraq, bħala osservatur fil-gruppi ta' ħidma rilevanti stabbiliti minn korpi rikonoxxuti ta' standardizzazzjoni. |
3. L-Aġenzija tista' toħroġ linji gwida u dokumenti oħra mhux vinkolanti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar l-interoperabbiltà ferrovjarja, inkluża l-assistenza lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni tar-regoli nazzjonali li jistgħu jitħassru wara l-adozzjoni jew ir-reviżjoni tat-TSIs.
4. F'każijiet ta' nuqqas ta' konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà mar-rekwiżiti essenzjali, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2016/797.
Artikolu 20
Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' vetturi
L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' vetturi ferrovjarji, u għandha tingħata s-setgħa li ġġedded, temenda, tissospendi u tirrevoka awtorizzazzjonijiet maħruġa minnha. Għal dak l-għan, l-Aġenzija għandha tikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza f'konformità mal-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2016/797.
Artikolu 21
Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' tipi ta' vetturi
L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' tipi ta' vetturi, u għandha tingħata s-setgħa li ġġedded, temenda, tissospendi u tirrevoka awtorizzazzjonijiet maħruġa minnha, f'konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2016/797.
Artikolu 22
Tqegħid fis-servizz ta' subsistemi ta' kontroll-kmand u sinjalazzjoni maġenb il-binarji
L-Aġenzija għandha, qabel kwalunkwe sejħa għall-offerti li jirrigwardaw tagħmir tal-ERTMS maġenb il-binarji, tivverifika li s-soluzzjonijiet tekniċi jkunu kompletament konformi mat-TSIs rilevanti u jkunu għaldaqstant kompletament interoperabbli, u tieħu deċiżjoni għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2016/797.
Artikolu 23
Applikazzjonijiet telematiċi
1. L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema biex tiżgura l-iżvilupp koordinat ta' applikazzjonijiet telematiċi fl-Unjoni, f'konformità mat-TSIs rilevanti. Għal dak l-għan, l-Aġenzija għandha żżomm, timmonitorja u tmexxi r-rekwiżiti korrispondenti tas-subsistemi.
2. L-Aġenzija għandha tiddefinixxi, tippubblika u tapplika l-proċedura għall-ġestjoni tat-talbiet għal bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet għal applikazzjonijiet telematiċi. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi, iżżomm u taġġorna reġistru tat-talbiet għal bidliet f'tali speċifikazzjonijiet u l-istatus tagħhom, flimkien mal-ġustifikazzjonijiet rilevanti.
3. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm l-għodod tekniċi għall-immaniġġar tal-verżjonijiet differenti tal-ispeċifikazzjonijiet għal applikazzjonijiet telematiċi u tistinka biex tiżgura r-retrokompatibbiltà.
4. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-użu tal-ispeċifikazzjonijiet għal applikazzjonijiet telematiċi skont it-TSIs rilevanti.
Artikolu 24
Appoġġ lil korpi tal-valutazzjoni tal-konformità notifikati
1. L-Aġenzija għandha tappoġġa l-attivitajiet tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità notifikati kif imsemmi fl-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2016/797. Dak l-appoġġ għandu jinkludi, b'mod partikolari, il-ħruġ tal-abbozz ta' linji gwida għall-valutazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu ta' kostitwent tal-interoperabbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u ta' linji gwida għall-proċedura ta' verifika “KE” imsemmija fl-Artikoli 10 u 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797.
2. L-Aġenzija tista' tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn korpi tal-valutazzjoni tal-konformità notifikati, skont l-Artikolu 44 tad-Direttiva (UE) 2016/797, u tista', b'mod partikolari, taġixxi bħala s-segretarjat tekniku għall-grupp ta' koordinazzjoni tagħhom.
KAPITOLU 5
KOMPITI TAL-AĠENZIJA LI JIRRIGWARDAW IR-REGOLI NAZZJONALI
Artikolu 25
Eżami tal-abbozz ta' regoli nazzjonali
1. Fi żmien xahrejn minn meta tirċevih, l-Aġenzija għandha teżamina l-abbozz ta' regoli nazzjonali ppreżentat lilha skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva (UE) 2016/798 u l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797. Jekk traduzzjoni tkun neċessarja jew l-abbozz tar-regola nazzjonali ikun twil jew kumpless, l-Aġenzija tista' testendi dan il-perijodu ta' żmien b'sa tliet xhur addizzjonali, soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru. Madankollu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Aġenzija u l-Istat Membru kkonċernat jistgħu jaqblu b'mod komuni li jestendu ulterjormentdak il-perijodu.
F'dak il-perijodu, l-Aġenzija għandha tiskambja l-informazzjoni rilevanti mal-Istat Membru kkonċernat, tikkonsulta mal-partijiet interessati rilevanti fejn ikun xieraq, u wara tinforma l-Istat Membru bl-eżitu tal-eżami.
2. Fejn, wara l-eżami msemmi fil-paragrafu 1, l-Aġenzija tqis li r-r-regoli nazzjonali abbozzati jippermettu li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali għall-interoperabbiltà ferrovjarja, li jiġu rrispettati s-CSMs u t-TSIs fis-seħħ u li jintlaħqu s-CSTs, u li dawn ma jirriżultawx f'diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq l-operazzjonijiet tat-trasport bil-ferrovija bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat bil-valutazzjoni pożittiva tagħha. F'dak il-każ, il-Kummissjoni tista' tivvalida r-regoli fis-sistema tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. Meta l-Aġenzija ma tinfurmax lill-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat fi żmien xahrejn minn meta tkun irċeviet l-abbozz ta' regola nazzjonali jew matul il-perijodu ta' żmien estiż maqbul f'konformità mal-paragrafu 1 bil-valutazzjoni tagħha, l-Istat Membru jista' jipproċedi bl-introduzzjoni tar-regola mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26.
3. Fejn l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 iwassal għal valutazzjoni negattiva, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat u titolbu jagħti l-pożizzjoni tiegħu dwar dik il-valutazzjoni. Jekk, wara dan l-iskambju ta' fehmiet mal-Istat Membru kkonċernat, l-Aġenzija żżomm il-valutazzjoni negattiva tagħha, l-Aġenzija għandha fi żmien perijodu massimu ta' xahar:
|
(a) |
toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat, li fiha tagħti r-raġunijiet għaliex ir-regola jew regoli nazzjonali inkwistjoni ma għandhomx jidħlu fis-seħħ u/jew jiġux applikati; u |
|
(b) |
tinforma lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni negattiva tagħha, u tagħti r-raġunijiet għaliex ir-regola jew regoli nazzjonali inkwistjoni ma għandhomx jidħlu fis-seħħ u/jew jiġux applikati. |
Dan ma għandux ikun ta' preġudizzju għad-dritt ta' Stat Membru li jadotta regola nazzjonali ġdida f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798 jew mal-punt (b) tal-Artikolu 14(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797.
4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 3 fi żmien xahrejn, inklużi r-raġunijiet tiegħu fl-eventwalità ta' nuqqas ta' qbil.
Fejn ir-raġunijiet ipprovduti jitqiesu li ma jkunux suffiċjenti, jew fin-nuqqas ta' tali informazzjoni, u l-Istat Membru jadotta r-regola nazzjonali inkwistjoni mingħajr ma jagħti biżżejjed konsiderazzjoni lill-opinjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat fejn titolbu jimmodifika jew iħassar dik ir-regola. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2).
Artikolu 26
Eżami tar-regoli nazzjonali eżistenti
1. Fi żmien xahrejn minn meta tirċevihom, l-Aġenzija għandha teżamina r-regoli nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 14(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u l-Artikolu 8(6) tad-Direttiva (UE) 2016/798. Jekk tkun meħtieġa traduzzjoni jew ir-regola nazzjonali tkun twila jew kumplessa, l-Aġenzija tista' testendi dan il-perijodu ta' żmien b'sa tliet xhur addizzjonali, soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru. Madankollu,f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Aġenzija u l-Istat Membru kkonċernat jistgħu jaqblu b'mod komuni li jestendu ulterjormentdak il-perijodu.
F'dak il-perijodu, l-Aġenzija għandha tiskambja l-informazzjoni rilevanti mal-Istat Membru kkonċernat u wara tinformah dwar l-eżitu tal-eżami.
2. Fejn, wara l-eżami msemmi fil-paragrafu 1, l-Aġenzija tqis li r-regoli nazzjonali jippermettu li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali għall-interoperabbiltà ferrovjarja, li jiġu rrispettati s-CSMs u t-TSIs fis-seħħ u li jintlaħqu s-CSTs, u li dawn ma jirriżultawx f'diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq l-operazzjonijiet tat-trasport bil-ferrovija bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat bil-valutazzjoni pożittiva tagħha. F'dak il-każ, il-Kummissjoni tista' tivvalida r-regoli fis-sistema tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. Meta l-Aġenzija ma tinformax lill-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat fi żmien xahrejn minn meta tkun irċeviet ir-regoli nazzjonali, jew matul lil-perijodu ta' żmien estiż maqbul f'konformità mal-paragrafu 1, ir-regola għandha tibqa' valida.
3. Fejn l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 iwassal għal valutazzjoni negattiva, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat u titolbu jagħti l-pożizzjoni tiegħu dwar dik il-valutazzjoni. Jekk, wara dan l-iskambju ta' fehmiet mal-Istat Membru kkonċernat, l-Aġenzija żżomm il-valutazzjoni negattiva tagħha, l-Aġenzija għandha fi żmien perijodu massimu ta' xahar:
|
(a) |
toħroġ opinjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat, li tiddikjara li r-regola jew regoli nazzjonali inkwistjoni kienu s-suġġett ta' valutazzjoni negattiva u tagħti r-raġunijiet għaliex ir-regola jew regoli inkwistjoni għandhom jiġu modifikati jew imħassra; u |
|
(b) |
tinforma lill-Kummissjoni bil-valutazzjoni negattiva tagħha, u tagħti r-raġunijiet għaliex ir-regola jew regoli nazzjonali inkwistjoni għandhom jiġu modifikati jew jitħassru. |
4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar l-opinjoni msemmija fil-paragrafu 3 fi żmien xahrejn, inklużi r-raġunijiet tiegħu fl-eventwalità ta' nuqqas ta' qbil. Fejn ir-raġunijiet ipprovduti jitqiesu li ma jkunux suffiċjenti, jew fin-nuqqas ta' tali informazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat fejn titolbu jimmodifika jew iħassar ir-regola nazzjonali inkwistjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2).
5. B'deroga mill-paragrafi 3 u 4, fil-każ ta' miżuri preventivi urġenti, fejn l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 iwassal għal valutazzjoni negattiva u jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx emenda jew ħassar ir-regola nazzjonali inkwistjoni fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-opinjoni tal-Aġenzija, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li titlob lill-Istat Membru jemenda jew iħassar dik ir-regola. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 81(2).
Fil-każ ta' valutazzjoni pożittiva mill-Aġenzija u jekk ir-regola nazzjonali inkwistjoni jkollha impatt fuq aktar minn Stat Membru wieħed, il-Kummissjoni, f'ħidma b'kooperazzjoni mal-Aġenzija u l-Istati Membri, għandha tieħu l-miżuri xierqa, inkluż ir-reviżjoni tas-CSMs u t-TSIs fejn neċessarju.
6. Il-proċedura msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandha tapplika, mutatis mutandis, f'każijiet fejn l-Aġenzija ssir taf bi kwalunkwe regola nazzjonali, innotifikata jew le, li tkun żejda, f'konflitt mas-CSMs, is-CSTs, it-TSIs jew ma' kwalunkwe leġislazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam ferrovjarju jew toħloq xi ostaklu mhux ġustifikat għas-suq ferrovjarju uniku.
Artikolu 27
Sistema tal-IT li għandha tintuża għal skopijiet ta' notifika u ta' klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali
1. L-Aġenzija għandha timmaniġġja sistema ddedikata tal-IT li jkun fiha r-regoli nazzjonali kif imsemmija fl-Artikoli 25 u 26 u l-mezzi nazzjonali aċċettabbli ta' konformità msemmija fil-punt 34 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/797. L-Aġenzija għandha tagħmilhom aċċessibbli għall-partijiet interessati għal finijiet ta' konsultazzjoni, fejn xieraq.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli nazzjonali kif imsemmija fl-Artikoli 25(1) u 26(1) lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni permezz tas-sistema tal-IT imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-Aġenzija għandha tippubblika dawk ir-regoli f'dik is-sistema tal-IT, inkluż l-istatus tal-eżami tagħhom u, meta jitlestew, l-eżitu pożittiv jew negattiv tal-valutazzjoni, u tuża dik is-sistema tal-IT sabiex tinforma lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 25 u 26.
3. L-Aġenzija għandha twettaq eżami tekniku tar-regoli nazzjonali eżistenti imsemmija fil-leġislazzjoni nazzjonali disponibbli, li, mill-15 ta' Ġunju 2016 huma elenkati fil-bażi ta' data tad-dokument ta' referenza tagħha. L-Aġenzija għandha tikklassifika r-regoli nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 14(10) tad-Direttiva (UE) 2016/797. Għal dak il-fini, hija għandha tuża s-sistema msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
4. L-Aġenzija għandha tikklassifika r-regoli nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2016/798, u l-Anness I għaliha, billi tqis l-iżvilupp tal-leġislazzjoni tal-Unjoni. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tiżviluppa strument ta' ġestjoni tar-regoli li għandu jintuża mill-Istati Membri sabiex jissimplifikaw is-sistemi tagħhom tar-regoli nazzjonali. L-Aġenzija għandha tuża s-sistema msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sabiex tippubblika l-istrument ta' ġestjoni tar-regoli.
KAPITOLU 6
KOMPITI TAL-AĠENZIJA LI JIRRIGWARDAW IS-SISTEMA EWROPEA TAL-ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU FERROVJARJU (ERTMS)
Artikolu 28
Awtorità tas-sistema għall-ERTMS
1. L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema biex tiżgura l-iżvilupp koordinat tal-ERTMS fl-Unjoni, f'konformità mat-TSIs rilevanti. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha żżomm, timmonitorja u tmexxi r-rekwiżiti korrispondenti tas-subsistema, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ETCS u l-GSM-R.
2. L-Aġenzija għandha tiddefinixxi, tippubblika u tapplika l-proċedura għall-ġestjoni tat-talbiet għal bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ERTMS. Għal dak l-għan, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi, iżżomm u taġġorna reġistru tat-talbiet għal bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ERTMS u l-istatus tagħhom, flimkien mal-ġustifikazzjonijiet rilevanti.
3. L-iżvilupp ta' verżjonijiet ġodda ta' speċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERTMS ma għandux ikun ta' dannu għar-rata tal-użu tal-ERTMS, l-istabbiltà tal-ispeċifikazzjonijiet li hija meħtieġa sabiex tiġi ottimizzata l-produzzjoni tat-tagħmir tal-ERTMS, ir-redditu fuq l-investiment għall-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi u l-ġestituri tal-infrastruttura, u l-ippjanar effiċjenti tal-użu tal-ERTMS.
4. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm l-għodod tekniċi għall-immaniġġar tal-verżjonijiet differenti tal-ERTMS, bil-għan li tiżgura l-kompatibbiltà teknika u operattiva bejn in-netwerks u l-vetturi mgħammra b'verżjonijiet differenti u sabiex tipprovdi inċentivi għall-implimentazzjoni rapida u koordinata tal-verżjonijiet fis-seħħ.
5. Skont l-Artikolu 5(10) tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-Aġenzija għandha tiżgura li l-verżjonijiet suċċessivi tat-tagħmir tal-ERTMS ikunu teknikament kompatibbli mal-verżjonijiet ta' qabel.
6. L-Aġenzija għandha tfassal u xxerred linji gwida rilevanti dwar l-applikazzjoni għall-partijiet interessati flimkien ma' dokumentazzjoni ta' spjegazzjoni li tirrigwarda l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ERTMS.
Artikolu 29
Grupp tal-ERTMS tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità notifikati
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tippresiedi grupp ta' ħidma tal-ERTMS tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità notifikati kif imsemmi fl-Artikolu 30(7) tad-Direttiva (UE) 2016/797.
Il-grupp ta' ħidma għandu jivverifika l-konsistenza tal-applikazzjoni tal-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu ta' kostitwent tal-interoperabbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u tal-proċeduri għall-verifika “KE” msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u mwettqa minn korpi ta' valutazzjoni tal-konformità notifikati.
2. L-Aġenzija għandha tirrapporta kull sena lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-grupp imsemmi fil-paragrafu 1, inkluż permezz tal-istatistika dwar l-attendenza fil-grupp tar-rappreżentanti tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità notifikati.
3. L-Aġenzija għandha tevalwa l-applikazzjoni tal-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà u tal-proċedura ta' verifika “KE” għat-tagħmir tal-ERTMS, u għandha tippreżenta lill-Kummissjoni, kull sentejn, rapport li, fejn ikun xieraq, jinkludi rakkomandazzjonijiet għal xi titjib.
Artikolu 30
Kompatibbiltà bejn l-ERTMS abbord u s-subsistemi maġenb il-binarji
1. L-Aġenzija għandha tiddeċiedi li:
|
(a) |
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797, u qabel ma toħroġ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' vettura mgħammra b'subsistema ERTMS abbord, tagħti parir lill-applikanti fuq talba tagħhom, dwar il-kompatibbiltà teknika bejn l-ERTMS abbord u s-subsistemi maġenb il-binarji; |
|
(b) |
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/798, u wara li tkun ħarġet awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' vettura mgħammra b'subsistema ERTMS abbord, tagħti parir lill-impriżi ferrovjarji fuq talba tagħhom, qabel ma jużaw vettura mgħammra b'subsistema ERTMS abbord, dwar il-kompatibbiltà operattiva bejn l-ERTMS abbord u s-subsistemi maġenb il-binarji. |
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-Aġenzija għandha tikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti.
2. Fejn, qabel ma tinħareġ awtorizzazzjoni mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, l-Aġenzija ssir taf jew tiġi informata mill-applikant permezz tal-punt uniku ta' kuntatt skont l-Artikolu 19(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 li diżinn jew speċifikazzjoni ta'proġett tkun ġiet mibdula wara li l-Aġenzija kienet ħarġet approvazzjoni skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u li hemm riskju ta' nuqqas ta' kompatibbiltà teknika u operattiva bejn is-subsistema tal-ERTMS maġenb il-binarji u vetturi mgħammra bl-ERTMS, din għandha tikkoopera mal-partijiet involuti, inklużi l-applikant u l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza rilevanti, sabiex tinstab soluzzjoni aċċettabbli b'mod reċiproku. Jekk ma tkunx tista' tinstab soluzzjoni aċċettabbli b'mod reċiproku fi żmien xahar mill-bidu tal-proċess ta' koordinazzjoni, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Bord tal-Appell għall-arbitraġġ.
3. Fejn l-Aġenzija ssib wara li tinħareġ awtorizzazzjoni mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza li hemm riskju ta' nuqqas ta' kompatibbiltà teknika jew operattiva bejn in-netwerks rilevanti u vetturi mgħammra b'tagħmir tal-ERTMS, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw mal-partijiet kollha involuti sabiex, mingħajr dewmien, tinstab soluzzjoni reċiprokament aċċettabbli. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar tali każijiet.
Artikolu 31
Appoġġ għall-użu tal-ERTMS u l-proġetti tal-ERTMS
1. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-użu tal-ERTMS f'konformità mal-pjan Ewropew ta' implimentazzjoni, fis-seħħ. Fuq talba tal-Kummissjoni, hija għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ERTMS matul il-Kurituri Trans-Ewropej tat-Trasport u l-Kurituri Ferrovjarji tal-Merkanzija kif previst fir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18).
2. L-Aġenzija għandha tiżgura segwitu tekniku tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-ERTMS, inkluża, fejn applikabbli u mingħajr ma tikkawża dewmien bla bżonn fil-proċess, analiżi tad-dokumenti tal-offerti fiż-żmien tas-sejħa għall-offerti. L-Aġenzija għandha wkoll, jekk ikun meħtieġ, tassisti lill-benefiċjarji ta' dawk il-fondi tal-Unjoni sabiex tiżgura li s-soluzzjonijiet tekniċi implimentati fi ħdan il-proġetti jkunu kompletament konformi mat-TSIs li jirrigwardaw il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni u għaldaqstant kompletament interoperabbli.
Artikolu 32
Akkreditament tal-laboratorji
1. L-Aġenzija għandha tappoġġa, b'mod partikolari billi tipprovdi linji gwida xierqa lill-korpi tal-akkreditament, l-akkreditament armonizzat tal-laboratorji tal-ERTMS f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).
2. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Istati Membri u l-Kummissjoni f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 fir-rigward tal-akkreditament tal-laboratorji ERTMS.
3. L-Aġenzija tista' tipparteċipa bħala osservatur fl-evalwazzjonijiet bejn il-pari meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 765/2008.
KAPITOLU 7
KOMPITI TAL-AĠENZIJA RELATATI MAL-MONITORAĠĠ TAŻ-ŻONA FERROVJARJA UNIKA EWROPEA
Artikolu 33
Monitoraġġ tal-prestazzjoni u teħid tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza
1. Sabiex tagħmel il-kompiti fdati lilha u tassisti lill-Kummissjoni fil-qadi tad-dmirijiet tagħha skont it-TFUE, l-Aġenzija għandha timmonitorja l-prestazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza permezz ta' awditu u spezzjonijiet, f'isem il-Kummissjoni.
2. L-Aġenzija għandha tkun intitolata li tawditja:
|
(a) |
il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza li jwettqu kompiti li jirrigwardaw is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja; u |
|
(b) |
l-effikaċja tal-monitoraġġ min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tas-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-atturi msemmija fl-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/798. |
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta l-politika, il-metodi ta' ħidma, il-proċeduri u l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, inkluż, fejn xieraq, arranġamenti fir-rigward tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri qabel il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni.
L-Aġenzija għandha tippromwovi l-inklużjoni fit-tim tal-awditu ta' awdituri kwalifikati mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza li mhumiex soġġetti għall-awditu proprju. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi lista ta' awdituri kwalifikati u tagħtihom taħriġ meta jkun meħtieġ.
3. L-Aġenzija għandha toħroġ rapporti tal-awditu u tibgħathom lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata, lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni. Kull rapport tal-awditu għandu jinkludi, b'mod partikolari, lista ta' kwalunkwe nuqqas identifikat mill-Aġenzija kif ukoll rakkomandazzjonijiet għat-titjib.
4. Jekk l-Aġenzija tqis li n-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jimpedixxu lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata milli twettaq b'mod effettiv il-kompiti tagħha b'rabta mas-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tirrakkomanda lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza biex din tieħu l-passi xierqa fi żmien li jkun maqbul b'mod reċiproku, b'kont meħud tal-gravità tan-nuqqas. L-Istat Membru kkonċernat għandu jkun infurmat mill-Aġenzija dwar tali rakkomandazzjoni.
5. Fejn awtorità nazzjonali tas-sikurezza ma taqbilx mar-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija msemmija fil-paragrafu 4, jew ma tiħux il-passi xierqa msemmija fil-paragrafu 4, jew fejn ma tingħata ebda tweġiba minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija fi żmien tliet xhur minn meta tirċeviha, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni.
6. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-kwistjoni u titolbu jagħti l-pożizzjoni tiegħu rigward ir-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 4. Meta it-tweġibiet ipprovduti jitqiesu li ma jkunux suffiċjenti jew, meta ma tingħata l-ebda tweġiba mill-Istat Membru fi żmien tliet xhur mit-talba tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' fi żmien sitt xhur tieħu azzjoni xierqa dwar il-passi li għandhom jittieħdu b'riżultat tal-awditu, fejn rilevanti.
7. L-Aġenzija għandha tkun intitolata li twettaq spezzjonijiet imħabbra minn qabel tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, biex tivverifika oqsma speċifiċi tal-attivitajiet u l-operazzjoni tagħhom, u b'mod partikolari biex teżamina dokumenti, proċessi u rekords li jirrigwardaw il-kompiti tagħhom kif imsemmija fid-Direttiva (UE) 2016/798. L-ispezzjonijiet jistgħu jitwettqu fuq bażi ad hoc jew skont pjan żviluppat mill-Aġenzija. Spezzjoni ma għandhiex iddum aktar minn jumejn. L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ħidma tal-persunal tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, lill-Istat Membru kkonċernat u lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata, b'rapport dwar kull spezzjoni.
Il-politika, il-metodi ta' ħidma u l-proċedura għat-twettiq tal-ispezzjonijiet għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija.
Artikolu 34
Monitoraġġ tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità notifikati
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-Aġenzija għandha tappoġġa lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità notifikati permezz tal-għoti ta' assistenza lill-korpi tal-akkreditament u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, u permezz ta' awditi u spezzjonijiet, kif previst fil-paragrafi 2 sa 6.
2. L-Aġenzija għandha tappoġġa l-akkreditament armonizzat tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità notifikati, b'mod partikolari billi tagħti lill-korpi ta' akkreditament gwida xierqa dwar il-kriterji ta' evalwazzjoni u l-proċeduri sabiex jiġi valutat jekk il-korpi notifikati jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fil-Kapitolu VI tad-Direttiva (UE) 2016/797, permezz tal-infrastruttura Ewropea ta' akkreditament rikonoxxuta skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.
3. Fil-każ ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità notifikati li ma jkunux akkreditati skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-Aġenzija tista' tawditja l-kapaċità tagħhom biex jilħqu r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2016/797. Il-proċedura għat-twettiq tal-awditu għandha tiġi adottata mill-Bord ta' Tmexxija.
4. L-Aġenzija għandha toħroġ rapporti tal-awditu li jkopru l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 u tibgħathom lill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità notifikat tal-impatt ikkonċernat, lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni. Kull rapport tal-awditu għandu jinkludi, b'mod partikolari, lista ta' kwalunkwe nuqqas identifikat mill-Aġenzija kif ukoll rakkomandazzjonijiet għat-titjib. Jekk l-Aġenzija tqis li dawk in-nuqqasijiet jimpedixxu lill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità notifikat ikkonċernat milli jwettaq b'mod effettiv il-kompiti tiegħu b'rabta mal-interoperabbiltà ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tadotta rakkomandazzjoni li fiha titlob lill-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp notifikat biex jieħu passi xierqa, f'limitu ta' żmien li jiġi reċiprokament maqbul, b'kont meħud tal-gravità tan-nuqqas.
5. Fejn Stat Membru ma jaqbilx mar-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jew ma jiħux il-passi xierqa msemmija fil-paragrafu 4, jew fejn ma tingħata ebda tweġiba minn korp notifikat bħala riżultat tar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija fi żmien tliet xhur minn meta tkun irċevuta, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-kwistjoni u titolbu jagħti l-pożizzjoni tiegħu rigward ir-rakkomandazzjoni. Meta t-tweġibiet ipprovduti jitqiesu li ma jkunux suffiċjenti jew meta ma tingħata l-ebda tweġiba mill-Istat Membru fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu t-talba tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni fi żmien sitt xhur.
6. L-Aġenzija għandha jkollha l-jedd li twettaq spezzjonijiet imħabbra minn qabel jew għall-għarrieda tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità notifikati, biex tivverifika oqsma speċifiċi tal-attivitajiet u l-operazzjoni tagħhom, u b'mod partikolari biex teżamina dokumenti, ċertifikati u rekords li jirrigwardaw il-kompiti tagħhom kif imsemmija fl-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/797. Fil-każ tal-korpi akkreditati, l-Aġenzija għandha tikkoopera mal-korpi ta' akkreditament nazzjonali rilevanti. Fil-każ ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li mhumiex akkreditati, l-Aġenzija għandha tikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li rrikonoxxew il-korpi notifikati kkonċernati. L-ispezzjonijiet jistgħu jitwettqu fuq bażi ad hoc jew skont il-politika, il-metodi ta' ħidma u l-proċeduri żviluppati mill-Aġenzija. Spezzjoni ma għandhiex iddum aktar minn jumejn. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità notifikati għandhom jiffaċilitaw il-ħidma tal-persunal tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, u l-Istat Membru kkonċernat b'rapport dwar kull spezzjoni.
Artikolu 35
Monitoraġġ tal-progress tas-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja
1. L-Aġenzija, flimkien mal-korpi nazzjonali ta' investigazzjoni, għandha tiġbor data rilevanti dwar l-aċċidenti u l-inċidenti, filwaqt li tqis il-kontribut tal-korpi nazzjonali ta' investigazzjoni għas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.
2. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-prestazzjoni globali tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. L-Aġenzija tista', b'mod partikolari, tfittex l-assistenza tal-korpi msemmija fl-Artikolu 38, inkluż assistenza fil-forma ta' ġbir ta' data u aċċess għar-riżultati tal-evalwazzjoni bejn il-pari f'konformità mal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva (UE) 2016/798. L-Aġenzija għandha tuża wkoll id-data miġbura mill-Eurostat u għandha tikkoopera mal-Eurostat biex tevita kwalunkwe duplikazzjoni tax-xogħol u biex tiżgura l-konsistenza metodoloġika bejn is-CSI's u l-indikaturi użati f'modalitajiet oħra ta' trasport.
3. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar kif tista' tittejjeb l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, b'mod partikolari billi tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura, jew bejn l-amministraturi tal-infrastruttura.
4. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-progress fis-sikurezza u l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. Kull sentejn hija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni, u tippubblika, rapport dwar il-progress fis-sikurezza u l-interoperabbiltà fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea.
5. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tipprovdi rapporti dwar l-istat tal-implimentazzjoni u tal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja fi Stat Membru partikolari.
6. L-Aġenzija għandha, fuq it-talba ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni, tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-livell ta' sikurezza u interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u tistabbilixxi għodda ddedikata għal dak il-għan, f'konformità mal-Artikolu 53(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797.
KAPITOLU 8
KOMPITI OĦRA TAL-AĠENZIJA
Artikolu 36
Persunal ferrovjarju
1. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti xierqa li jirrigwardaw il-persunal ferrovjarju stipulati fl-Artikoli 4, 22, 23, 25, 28, 33, 34, 35 u 37 tad-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20).
2. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Aġenzija biex twettaq kompiti oħra li jirrigwardaw il-persunal ferrovjarju f'konformità mad-Direttiva 2007/59/KE u biex toħroġ rakkomandazzjonijiet li jirrigwardaw persunal ferrovjarju fdat b'kompiti dwar is-sikurezza mhux koperti mid-Direttiva 2007/59/KE.
3. L-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta' kwistjonijiet tal-persunal ferrovjarju li jikkonċernaw il-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Aġenzija tista' tippromwovi l-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet, inkluż billi torganizza laqgħat xierqa mar-rappreżentanti tagħhom.
Artikolu 37
Reġistri u aċċessibbiltà tagħhom
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm, fejn rilevanti b'kooperazzjoni mal-atturi nazzjonali kompetenti:
|
(a) |
ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi f'konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797. |
|
(b) |
ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta' vetturi awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2016/797. |
2. L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema għar-reġistri u l-bażijiet tad-data kollha msemmija fid-Direttiva (UE) 2016/797, id-Direttiva (UE) 2016/798, u d-Direttiva 2007/59/KE. L-azzjonijiet tagħha f'dik il-kapaċità għandhom jinkludu, b'mod partikolari:
|
(a) |
l-iżvilupp u ż-żamma tal-ispeċifikazzjonijiet tar-reġistri; |
|
(b) |
il-koordinament tal-iżviluppi fl-Istati Membri b'rabta mar-reġistri; |
|
(c) |
l-għoti ta' gwida dwar ir-reġistri lill-partijiet interessati rilevanti; |
|
(d) |
l-indirizzar ta' rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar titjib fl-ispeċifikazzjonijiet tar-reġistri eżistenti, fejn ikun meħtieġ inklużi s-simplifikazzjoni u t-tħassir ta' informazzjoni żejda, u kwalunkwe ħtieġa li jiġu stabbiliti oħrajn ġodda, soġġetti għall-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji. |
3. L-Aġenzija għandha tagħmel pubblikament disponibbli d-dokumenti u r-reġistri li ġejjin previsti fid-Direttiva (UE) 2016/797 u d-Direttiva (UE) 2016/798:
|
(a) |
id-dikjarazzjonijiet “KE” tal-verifika tas-subsistemi; |
|
(b) |
id-dikjarazzjonijiet “KE” tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà u d-dikjarazzjonijiet “KE” tal-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà; |
|
(c) |
il-liċenzji maħruġa f'konformità mal-Artikolu 24(8) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21); |
|
(d) |
iċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi maħruġa f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/798; |
|
(e) |
ir-rapporti ta' investigazzjoni mibgħuta lill-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2016/798; |
|
(f) |
ir-regoli nazzjonali nnotifikati lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2016/798 u l-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(g) |
ir-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797, inkluż permezz tal-links mar-reġistri nazzjonali rilevanti; |
|
(h) |
ir-reġistri tal-infrastruttura, inkluż permezz tal-links mar-reġistri nazzjonali rilevanti; |
|
(i) |
ir-reġistri li jirrigwardaw entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni u l-korpi ta' ċertifikazzjoni tagħhom; |
|
(j) |
ir-reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(k) |
ir-reġistru tat-talbiet għal bidliet u tal-bidliet ippjanati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ERTMS, f'konformità mal-Artikolu 28(2) ta' dan ir-Regolament; |
|
(l) |
ir-reġistru tat-talbiet għal bidliet u tal-bidliet ippjanati fit-TRIs tal-applikazzjonijiet telematiċi għall-passiġġieri (“TAPs”) u l-applikazzjonijiet telematiċi għall-merkanzija (“TAFs”), f'konformità mal-Artikolu 23(2) ta' dan ir-Regolament; |
|
(m) |
ir-reġistru tal-marki tal-kustodju tal-vettura li jinżamm mill-Aġenzija f'konformità mat-TSI dwar l-operazzjoni u l-ġestjoni tat-traffiku; |
|
(n) |
ir-rapporti dwar il-kwalità maħruġa f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22). |
4. L-arranġamenti prattiċi sabiex jintbagħtu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu diskussi u miftiehma mill-Kummissjoni u l-Istati Membri fuq il-bażi ta' abbozz imħejji mill-Aġenzija.
5. Meta jkunu qed jintbagħtu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3, il-korpi kkonċernati jistgħu jindikaw liema dokumenti ma għandhomx jiġu żvelati lill-pubbliku għal raġunijiet ta' sikurezza.
6. L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija b'kull deċiżjoni individwali ta' ħruġ, tiġdid, emenda jew revoka ta' dawk il-liċenzji, f'konformità mad-Direttiva 2012/34/UE.
L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija, f'konformità mal-Artikolu 10(16) tad-Direttiva (UE) 2016/798, b'kull deċiżjoni individwali ta' ħruġ, tiġdid, emenda, restrizzjoni jew revoka ta' dawk iċ-ċertifikati.
7. L-Aġenzija tista' tinkludi kwalunkwe dokument pubbliku jew link rilevanti għall-objettivi ta' dan ir-Regolament fil-bażi ta' data pubblika, filwaqt li tqis il-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
Artikolu 38
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, korpi ta' investigazzjoni u korpi rappreżentattivi
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi netwerk tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2016/798. L-Aġenzija għandha tipprovdi lin-netwerk b'segretarjat.
2 L-Aġenzija għandha tappoġġa lill-korpi ta' investigazzjoni f'konformità mal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva (UE) 2016/798. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn il-korpi ta' investigazzjoni, l-Aġenzija għandha tipprovdi segretarjat li għandu jiġi organizzat b'mod separat mill-funzjonijiet fi ħdan l-Aġenzija li jirrigwardaw iċ-ċertifikazzjoni ta' sikurezza ta' impriżi ferrovjarji u l-awtorizzazzjonijiet sabiex il-vetturi jitqiegħdu fis-suq.
3. L-objettivi tal-kooperazzjoni bejn il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandu jkun, b'mod partikolari:
|
(a) |
l-iskambju ta' informazzjoni li tirrigwarda s-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja; |
|
(b) |
il-promozzjoni ta' prattiki tajba u d-disseminazzjoni ta' għarfien rilevanti; |
|
(c) |
l-għoti ta' data lill-Aġenzija dwar is-sikurezza ferrovjarja, b'mod partikolari data li tirrigwarda s-CSIs. |
L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi nazzjonali ta' investigazzjoni, b'mod partikolari billi torganizza laqgħat konġunti.
4. L-Aġenzija tista' tistabbilixxi netwerk ta' korpi rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju li jaġixxu fil-livell tal-Unjoni. Il-lista ta' dawk il-korpi għandha tiġi definita mill-Kummissjoni. L-Aġenzija tista' tipprovdi lin-netwerk b'segretarjat. Il-kompiti tan-netwerk għandhom ikunu, b'mod partikolari:
|
(a) |
l-iskambju ta' informazzjoni li tirrigwarda s-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja; |
|
(b) |
il-promozzjoni ta' prattiki tajba u d-disseminazzjoni ta' għarfien rilevanti; |
|
(c) |
l-għoti ta' data lill-Aġenzija dwar is-sikurezza ferrovjarja u l-interoperabbiltà. |
5. In-netwerks u l-korpi msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta' dan l-Artikolu jistgħu jikkummentaw dwar l-abbozz ta' opinjonijiet imsemmi fl-Artikolu 10(2).
6. L-Aġenzija tista' tistabbilixxi netwerks oħra ma' korpi jew awtoritajiet responsabbli għal parti mis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.
7. Il-Kummissjoni tista' tipparteċipa fil-laqgħat tan-netwerks imsemmija f'dan l-Artikolu.
Artikolu 39
Komunikazzjoni u disseminazzjoni
L-Aġenzija għandha tikkomunika u tqassam lill-partijiet interessati informazzjoni li tirrigwarda l-qafas tal-Unjoni tal-liġi ferrovjarja u l-iżvilupp ta' standards u gwida f'konformità mal-pjanijiet rilevanti ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni adottati mill-Bord ta' Tmexxija, abbażi ta' abbozz ippreparat mill-Aġenzija. Dawk il-pjanijiet, ibbażati fuq analiżi tal-ħtiġijiet, għandhom jiġu aġġornati b'mod regolari mill-Bord ta' Tmexxija.
Artikolu 40
Riċerka u promozzjoni tal-innovazzjoni
1. L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess soġġetta għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(4), għall-attivitajiet ta' riċerka ferrovjarja fil-livell tal-Unjoni, inkluż billi tipprovdi appoġġ lis-servizzi tal-Kummissjoni u korpi rappreżentattivi rilevanti. Tali kontributi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal attivitajiet oħra ta' riċerka fil-livell tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni tista' tafda lill-Aġenzija bil-kompitu li tippromwovi l-innovazzjoni bil-għan li jitjiebu s-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja, b'mod partikolari l-użu ta' teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni, informazzjoni dwar l-iskeda ta' żmien u sistemi ta' monitoraġġ u lokalizzazzjoni.
Artikolu 41
Assistenza lill-Kummissjoni
L-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' leġislazzjoni tal-Unjoni mmirata sabiex ittejjeb il-livell ta' interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji u sabiex tiżviluppa approċċ komuni għas-sikurezza fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.
Tali assistenza tista' tinkludi l-għoti ta' konsulenza teknika fi kwistjonijiet li jitolbu għarfien speċifiku u l-ġbir ta' informazzjoni permezz tan-netwerks msemmija fl-Artikolu 38.
Artikolu 42
Assistenza fil-valutazzjoni ta' proġetti ferrovjarji
Mingħajr preġudizzju għad-derogi previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2016/797, l-Aġenzija, fuq talba tal-Kummissjoni, għandha teżamina, mill-perspettiva tas-sikurezza u tal-interoperabbiltà ferrovjarja, kwalunkwe proġett li jinvolvi d-disinn, il-kostruzzjoni, it-tiġdid jew l-aġġornament ta' kwalunkwe subsistema li fir-rigward tagħha tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.
Fi żmien li għandu jiġi maqbul mal-Kummissjoni, li ma għandux jaqbeż ix-xahrejn, b'kont meħud tal-importanza tal-proġett u r-riżorsi disponibbli, l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni dwar jekk il-proġett jikkonformax mal-leġislazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja.
Artikolu 43
Assistenza lill-Istati Membri, lill-pajjiżi kandidati u lill-partijiet interessati
1. Fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri, tal-pajjiżi kandidati jew tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 38, l-Aġenzija għandha tipparteċipa f'taħriġ u attivitajiet oħra xierqa li jirrigwardaw l-applikazzjoni u l-ispjegazzjoni tal-leġislazzjoni dwar is-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja u prodotti relatati tal-Aġenzija bħal reġistri, gwidi u rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni.
2. In-natura u l-firxa tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż l-impatt possibbli fuq ir-riżorsi għandhom jiġu deċiżi mill-Bord ta' Tmexxija u jkunu inklużi fid-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija. L-ispejjeż ta' għajnuna bħal din għandhom jiġġarrbu mill-partijiet rikjedenti sakemm mhux maqbul mod ieħor.
Artikolu 44
Relazzjonijiet internazzjonali
1. Sa fejn meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-Aġenzija tista' ssaħħaħ il-koordinazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali fuq il-bażi ta' ftehimiet konklużi u tiżviluppa kuntatti u tidħol f'arranġamenti amministrattivi ma' awtoritajiet ta' sorveljanza, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi kompetenti fil-kwistjonijiet koperti mill-attivitajiet tal-Aġenzija bil-għan li żżomm aġġornata mal-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi u tiżgura l-promozzjoni tal-leġislazzjoni u l-istandards tal-Unjoni dwar il-ferroviji.
2. L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx joħolqu obbligi legali fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u lanqas ma għandhom jimpedixxu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali mal-awtoritajiet ta' sorveljanza, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 1. Tali arranġamenti bilaterali jew multilaterali u l-kooperazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal diskussjoni minn qabel mal-Kummissjoni u rappurtar perjodiku lilha. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiġi informat kif xieraq b'dawk l-arranġamenti bilaterali jew multilaterali.
3. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta strateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta' kwistjonijiet li għalihom l-Aġenzija tkun kompetenti. Dik l-istrateġija għandha tiġi inkluża fid-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija, bi speċifikazzjoni tar-riżorsi assoċjati.
Artikolu 45
Koordinazzjoni rigward spare parts
L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi biex jiġu identifikati spare parts interkambjabbli potenzjali li għandhom jiġu standardizzati, inkluż l-interfaċċi ewlenin għal spare parts bħal dawn. Għal dak il-fini, l-Aġenzija tista' tistabbilixxi grupp ta' ħidma biex jikkoordina l-attivitajiet ta' partijiet interessati rilevanti u tista' tistabbilixxi kuntatti mal-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni. L-Aġenzija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rakkomandazzjonijiet xierqa.
KAPITOLU 9
ORGANIZZAZZJONI TAL-AĠENZIJA
Artikolu 46
Struttura amministrattiva u maniġerjali
L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija għandha tinkludi:
|
(a) |
Bord ta' Tmexxija, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 51; |
|
(b) |
Bord Eżekuttiv li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 53; |
|
(c) |
Direttur Eżekuttiv li għandu jeżerċita d-dmirijiet stabbiliti fl-Artikolu 54; |
|
(d) |
Bord tal-Appell wieħed jew iktar li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 58 sa 62. |
Artikolu 47
Kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija
1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun iffurmat minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot.
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jinkludi wkoll sitt rappreżentanti, mingħajr dritt tal-vot, li jirrappreżentaw, fil-livell Ewropew, lill-partijiet interessati li ġejjin:
|
(a) |
l-impriżi ferrovjarji; |
|
(b) |
l-amministraturi tal-infrastruttura; |
|
(c) |
l-industrija ferrovjarja; |
|
(d) |
l-organizzazzjonijiet tat-trade unions; |
|
(e) |
il-passiġġieri; |
|
(f) |
il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija. |
Għal kull waħda minn dawk il-partijiet interessati, il-Kummissjoni għandha taħtar rappreżentant u membru supplenti minn lista qasira ta' erba' ismijiet preżentati mill-organizzazzjonijiet Ewropej rispettivi tagħhom.
2. Il-membri tal-bord u l-membri supplenti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom tal-kompitu ċentrali tal-Aġenzija, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-partijiet kollha għandhom jagħmlu sforzi sabiex jillimitaw il-fatturat tar-rappreżentanti tagħhom fuq il-Bord ta' Tmexxija, sabiex jassiguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-Bord ta' Tmexxija. Il-partijiet kollha għandhom ifittxu li jilħqu rappreżentanza bbilanċjata bejn is-sessi fil-Bord ta' Tmexxija.
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħtru lill-membri tal-Bord ta' Tmexxija u l-membri supplenti rispettivi tagħhom li għandhom jissostitwixxu l-membri fl-assenza tagħhom.
4. Il-mandat tal-membri għandu jkun ta' erba' snin u jista' jiġġedded.
5. Meta jkun il-każ, il-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ta' pajjiżi terzi u l-kondizzjonijiet ta' tali parteċipazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 75.
Artikolu 48
President tal-Bord ta' Tmexxija
1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, president minn fost ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u viċi president minn fost il-membri tiegħu.
Il-viċi president għandu jissostitwixxi lill-president f'każ li l-president ma jkunx jista' jattendi għad-dmirijiet tiegħu jew tagħha.
2. Il-mandat tal-president u tal-viċi president għandu jkun għal erba' snin u jista' jiġġedded darba. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija tintemm fi kwalunkwe ħin matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi wkoll b'mod awtomatiku f'dik id-data.
Artikolu 49
Laqgħat
1. Il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija għandhom isiru f'konformità mar-regoli ta' proċedura tiegħu u għandhom jissejħu mill-president tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jipparteċipa fil-laqgħat ħlief meta l-parteċipazzjoni tiegħu jew tagħha tista' twassal għal konflitt ta' interessi, kif deċiż mill-president, jew meta l-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu deċiżjoni fir-rigward tal-Artikolu 70, f'konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 51(1).
Il-Bord ta' Tmexxija jista' jistieden lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess biex tattendi għal punti speċifiċi fl-aġenda tal-laqgħat tiegħu bħala osservatur.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiltaqa' mill-anqas darbtejn fis-sena. Huwa għandu jiltaqa' wkoll fuq inizjattiva tal-president jew fuq talba tal-Kummissjoni, tal-maġġoranza tal-membri tiegħu jew ta' terz tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Bord.
3. Meta tqum kwistjoni ta' kunfidenzjalità jew konflitt ta' interess, il-Bord ta' Tmexxija jista' jiddeċiedi li jeżamina l-punti speċifiċi fuq l-aġenda tiegħu mingħajr ma jkunu preżenti l-membri kkonċernati. Dan ma jaffettwax id-dritt tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni li jkunu rappreżentati minn membri supplenti jew minn kwalunkwe persuna oħra. Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni fir-regoli ta' proċedura tal-Bord ta' Tmexxija.
Artikolu 50
Votazzjoni
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot. Kull membru bid-dritt tal-vot għandu jkollu vot wieħed.
Artikolu 51
Funzjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija
1. Sabiex ikun żgurat li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha, il-Bord ta' Tmexxija għandu:
|
(a) |
jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija għas-sena ta' qabel, jibagħtu sal-1 ta' Lulju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u, u jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku; |
|
(b) |
kull sena jadotta, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni u f'konformità mal-Artikolu 52, id-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija; |
|
(c) |
jadotta, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, il-baġit annwali tal-Aġenzija u jeżerċita funzjonijiet oħra marbuta mal-baġit tal-Aġenzija, f'konformità mal-Kapitolu 10; |
|
(d) |
jistabbilixxi proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv; |
|
(e) |
jadotta politika, metodi ta' ħidma u proċeduri fir-rigward ta' żjarat, awditi u spezzjonijiet skont l-Artikoli 11, 33 u 34; |
|
(f) |
jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu; |
|
(g) |
jadotta u jaġġorna l-pjanijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 39; |
|
(h) |
soġġett għall-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti Oħra tal-Unjoni (“Regolamenti tal-Persunal” u “Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti Oħra”), stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (23) lill-awtorità tal-ħatra u lill-awtorità mogħtija s-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta' impjieg; |
|
(i) |
jieħu deċiżjonijiet debitament motivati fir-rigward tat-tneħħija tal-immunità f'konformità mal-Artikolu 17 tal-protokoll 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; |
|
(j) |
jippreżenta lill-Kummissjoni, għall-qbil tagħha, ir-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni jekk ikunu differenti minn dawk adottati mill-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
(k) |
jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u, fejn ikun xieraq, jestendi l-mandat tiegħu jew tagħha jew ineħħieh/a mill-kariga, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, f'konformità mal-Artikolu 68; |
|
(l) |
jaħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, f'konformità mal-Artikolu 53; |
|
(m) |
jadotta mandat għall-kompiti tal-Bord Eżekuttiv imsemmija fl-Artikolu 53; |
|
(n) |
jadotta deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 75(2); |
|
(o) |
jaħtar u jneħħi lill-membri tal-Bordijiet tal-Appell, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, f'konformità mal-Artikolu 55 u l-Artikolu 56(4); |
|
(p) |
jadotta deċiżjoni li tistipula r-regoli dwar l-issekondar għall-Aġenzija ta' esperti nazzjonali, f'konformità mal-Artikolu 69; |
|
(q) |
jadotta strateġija kontra l-frodi proporzjonata għar-riskji ta' frodi, b'kont meħud tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati; |
|
(r) |
jiżgura segwitu adegwat għall-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u d-diversi rapporti ta' awditu u evalwazzjonijiet interni jew esterni, li jivverifikaw li ttieħdu azzjonijiet xierqa mid-Direttur Eżekuttiv; |
|
(s) |
jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-immaniġġjar ta' konflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija u tal-Bordijiet ta' Appell, u tal-parteċipanti fi gruppi ta' ħidma u gruppi msemmija fl-Artikolu 5(2) u persunal ieħor mhux kopert mir-Regolamenti tal-Persunal. Regoli bħal dawn għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar dikjarazzjonijiet ta' interess u, fejn xieraq, dispożizzjonijiet dwar wara l-impjieg. |
|
(t) |
jadotta l-linji gwida u l-lista tal-elementi ewlenin li għandhom jiġu inklużi fil-ftehimiet ta' kooperazzjoni li għandhom jiġu konklużi bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, filwaqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 76; |
|
(u) |
jadotta mudell qafas għat-tqassim finanzjarju tat-tariffi u imposti pagabbli mill-applikanti kif imsemmi fl-Artikolu 76(2) għall-finijiet tal-Artikoli 14, 20 u 21; |
|
(v) |
jistabbilixxi proċeduri għall-kooperazzjoni mill-Aġenzija u l-persunal tagħha fi proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali; |
|
(w) |
jadotta regoli ta' proċedura ta' gruppi ta' ħidma u gruppi, u skali li jirrigwardaw l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-membri tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 5(5) u (9); |
|
(x) |
jaħtar osservatur minn fost il-membri tiegħu biex isegwi l-proċedura tal-għażla applikata mill-Kummissjoni għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv; |
|
(y) |
jadotta regoli xierqa għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1 (24), f'konformità mar-regoli tal-votazzjoni definiti fl-Artikolu 74(1). |
2. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta, f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom dik id-delega tas-setgħat tista' tkun sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Bord ta' Tmexxija dwar dawn is-sottodelegi.
Fl-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, fejn ċirkustanzi eċċezzjonali jitolbu dan, il-Bord ta' Tmexxija jista', permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delegazzjoni ta' setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhuwiex id-Direttur Eżekuttiv. Id-delegat għandu jirrapporta lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-eżerċitat ta' delega bħal din.
Artikolu 52
Dokument ta' programmazzjoni
1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta d-dokument ta' programmazzjoni li jkun fih programmi annwali u pluriennali sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, filwaqt li jieħu kont tal-opinjoni tal-Kummissjoni, u għandu jibagħtu lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lin-netwerks imsemmija fl-Artikolu 38. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jistipula l-azzjonijiet li l-Aġenzija għandha twettaq matul is-sena li tkun ġejja.
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi proċeduri xierqa li għandhom jiġu applikati għall-adozzjoni tad-dokument ta' programmazzjoni, inkluż għall-konsultazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti.
2. Id-dokument ta' programmazzjoni għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u, jekk ikun neċessarju, għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.
Jekk, fi żmien 15-il jum mid-data tal-adozzjoni tad-dokument ta' programmazzjoni, il-Kummissjoni tesprimi n-nuqqas ta' qbil tagħha ma' tali dokument, il-Bord ta' Tmexxija għandu jeżamina mill-ġdid il-programm u jadottah, kif emendat jekk meħtieġ, fi żmien xahrejn, fit-tieni qari jew b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, inkluż ir-rappreżentanti kollha tal-Kummissjoni, inkella b'unanimità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri.
3. Il-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija għandu jidentifika l-objettivi ta' kull attività. Bħala regola ġenerali, kull attività għandha tkun marbuta b'mod ċar mar-riżorsi baġitarji u umani meħtieġa sabiex din titwettaq, f'konformità mal-prinċipji tal-ibbaġitjar u tal-immaniġġar ibbażati fuq l-attività u l-proċedura ta' valutazzjoni tal-impatt bikrija prevista fl-Artikolu 8(2).
4. Il-Bord ta' Tmexxija għandu, jekk ikun meħtieġ, jemenda d-dokument ta' programmazzjoni adottat meta jiġi assenjat kompitu ġdid lill-Aġenzija. L-inklużjoni ta' tali kompitu ġdid għandha tkun soġġetta għal analiżi tal-implikazzjonijiet ta' riżorsi umani u baġitarji f'konformità mal-Artikolu 8(2), u tista' tkun soġġetta għal deċiżjoni sabiex jiġu posposti kompiti oħra.
5. Il-programm ta' ħidma pluriennali tal-Aġenzija għandu jistabbilixxi programmazzjoni strateġika ġenerali li tinkludi għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jistabbilixxi wkoll l-ipprogrammar ta' riżorsi, inklużi l-baġit pluriennali u l-persunal. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat dwar l-abbozz tal-programm ta' ħidma pluriennali.
L-ipprogrammar ta' riżorsi għandu jiġi aġġornat kull sena. L-ipprogrammar strateġiku għandu jiġi aġġornat fejn ikun xieraq, b'mod partikolari biex jindirizza l-eżitu tal-evalwazzjoni u r-rieżami msemmija fl-Artikolu 82.
Artikolu 53
Bord Eżekuttiv
1. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun assistit minn Bord Eżekuttiv.
2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jipprepara d-deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija. Fejn ikun meħtieġ, għal raġunijiet ta' urġenza, huwa għandu jieħu ċerti deċiżjonijiet proviżorji f'isem il-Bord tat-Tmexxija, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet amministrattivi u baġitarji, soġġett għal mandat li jirċievi mill-Bord ta' Tmexxija.
Flimkien mal-Bord ta' Tmexxija, il-Bord Eżekuttiv għandu jiżgura segwitu adegwat għall-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-investigazzjonijiet tal-OLAF u d-diversi rapporti ta' awditu u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, inkluż permezz ta' azzjonijiet xierqa tad-Direttur Eżekuttiv.
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv, kif stabbiliti fl-Artikolu 54, il-Bord Eżekuttiv għandu jassisti u jagħti konsulenza lid-Direttur Eżekuttiv fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija, bil-ħsieb li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-immaniġġar amministrattiv u baġitarju.
3. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin:
|
(a) |
il-president tal-Bord ta' Tmexxija; |
|
(b) |
erba' mir-rappreżentanti l-oħra tal-Istati Membri fil-Bord ta' Tmexxija; u |
|
(c) |
wieħed mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Bord ta' Tmexxija. |
Il-President tal-Bord ta' Tmexxija għandu jaġixxi bħala l-President tal-Bord Eżekuttiv.
L-erba' rappreżentanti tal-Istati Membri, u l-membri supplenti tagħhom, għandhom jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija abbażi tal-kompetenza u l-esperjenza rilevanti tagħhom. Meta jinħatru, il-Bord ta' Tmexxija għandu jimmira li jikseb rappreżentazzjoni bbilanċjata bejn is-sessi fil-Bord Eżekuttiv.
4. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun l-istess bħal dak tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija ħlief jekk il-Bord ta' Tmexxija jiddeċiedi li għandu jkun iqsar.
5. Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa' tal-inqas darba kull tliet xhur, u fejn ikun possibbli, mhux inqas minn ġimgħatejn qabel il-laqgħa tal-Bord ta' Tmexxija. Il-president tal-Bord Eżekuttiv għandu jsejjaħ laqgħat addizzjonali fuq talba tal-membri tiegħu jew tal-Bord ta' Tmexxija.
6. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistipula r-regoli ta' proċedura tal-Bord Eżekuttiv, għandu jiġu informat perjodikament bil-ħidma tal-Bord Eżekuttiv, u għandu jkollu aċċess għad-dokumenti tiegħu.
Artikolu 54
Dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv
1. L-Aġenzija għandha tkun immaniġġata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord ta' Tmexxija għall-attivitajiet tiegħu jew tagħha.
2. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, tal-Bord ta' Tmexxija, jew tal-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv ma għandu jfittex jew jieħu struzzjonijiet mingħand ebda gvern jew ebda korp ieħor.
3. Meta jkun mitlub jagħmel dan mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha lill-istituzzjoni kkonċernata.
4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija u għandu jadotta deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet, opinjonijiet u atti formali oħra tal-Aġenzija.
5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-immaniġġar amministrattiv tal-Aġenzija u għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lilha b'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għal:
|
(a) |
l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Aġenzija; |
|
(b) |
l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord ta' Tmexxija; |
|
(c) |
it-tħejjija tad-dokument ta' programmazzjoni u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord ta' Tmexxija wara l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni; |
|
(d) |
l-implimentazzjoni tad-dokument ta' programmazzjoni u, sa fejn ikun possibbli, it-tweġibiet għat-talbiet għall-assistenza mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kompiti tal-Aġenzija f'konformità ma' dan ir-Regolament; |
|
(e) |
it-tħejjija tar-rapport annwali kkonsolidat dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija, inkluż id-dikjarazzjoni tal-uffiċjal awtorizzanti li jiddikjara jekk għandux assigurazzjoni raġonevoli f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013 u l-punt (a) tal-Artikolu 51(1) ta' dan ir-Regolament u jippreżentah lill-Bord ta' Tmexxija għall-valutazzjoni u l-adozzjoni; |
|
(f) |
it-teħid tal-passi meħtieġa, b'mod partikolari l-ħruġ ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' ordnijiet, sabiex jiżgura li l-Aġenzija topera f'konformità ma' dan ir-Regolament; |
|
(g) |
l-istabbiliment ta' sistema effettiva ta' monitoraġġ li tippermetti li r-riżultati tal-Aġenzija jitqabblu mal-objettivi operattivi tagħha u l-istabbiliment ta' sistema ta' valutazzjoni regolari li tikkorrispondi għal standards professjonali rikonoxxuti; |
|
(h) |
il-preparazzjoni fuq bażi annwali ta' abbozz ta' rapport ġenerali fuq il-bażi tas-sistemi ta' monitoraġġ u valutazzjoni msemmija fil-punt (g), u s-sottomissjoni tiegħu lill-Bord ta' Tmexxija; |
|
(i) |
il-preparazzjoni tal-abbozz tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija skont l-Artikolu 64 u l-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 65; |
|
(j) |
it-teħid tal-passi meħtieġa biex ikun hemm segwitu għall-ħidma tan-netwerks tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, il-korpi investigattivi u l-korpi rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 38; |
|
(k) |
il-preparazzjoni ta' pjan ta' azzjoni bħala segwitu tal-konklużjonijiet tar-rapporti u l-evalwazzjonijiet ta' awditu interni jew esterni, kif ukoll investigazzjonijiet mill-OLAF, u r-rappurtar dwar il-progress darbtejn f'sena lill-Kummissjoni u b'mod regolari lill-Bord ta' Tmexxija; |
|
(l) |
il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri li jipprevjenu l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, meta jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq, permezz tal-impożizzjoni ta' pieni amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi; |
|
(m) |
il-preparazzjoni ta' strateġija kontra l-frodi tal-Aġenzija u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni; |
|
(n) |
il-preparazzjoni tal-abbozz ta' regolament finanzjarju tal-Aġenzija għall-adozzjoni mill-Bord ta' Tmexxija skont l-Artikolu 66, u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu; |
|
(o) |
il-konklużjoni, f'isem l-Aġenzija, ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza f'konformità mal-Artikolu 76. |
Artikolu 55
Stabbiliment u kompożizzjoni tal-Bordijiet tal-Appell
1. Fuq deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi Bord tal-Appell wieħed jew iktar li għandu jkun responsabbli mill-proċeduri ta' appell u ta' arbitraġġ imsemmija fl-Artikoli 58 u 61.
2. Kull Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn president u żewġ membri oħra. Huma għandu jkollhom membri supplenti li jirrappreżentawhom fin-nuqqas tagħhom, jew meta jinqalgħu konflitti ta' interess.
3. L-istabbiliment u l-kompożizzjoni tal-Bordijiet tal-Appell għandhom jiġu deċiżi fuq il-bażi ta' każ b'każ. Alternattivament, jista' jiġi stabbilit Bord tal-Appell bħala korp permanenti għal perijodu massimu ta' erba' snin. Fiż-żewġ każijiet tapplika l-proċedura li ġejja:
|
(a) |
il-Kummissjoni tfassal lista ta' esperti kwalifikati abbażi ta' kompetenza u esperjenza rilevanti, u wara proċedura miftuħa ta' għażla; |
|
(b) |
il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar il-president, il-membri l-oħra u l-membri supplenti tagħhom mil-lista msemmija fil-punt (a). Fejn il-Bord tal-Appell ma jkunx stabbilit bħala korp permanenti, il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu kont tan-natura u l-kontenut tal-appell jew l-arbitraġġ, u jevita kwalunkwe konflitt ta' interess f'konformità mal-Artikolu 57. |
4. Meta l-Bord tal-Appell iqis li n-natura tal-appell titlob dan, huwa jista' jitlob lill-Bord ta' Tmexxija biex jaħtar żewġ membri addizzjonali u l-membri supplenti tagħhom mil-lista msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3.
5. Fuq proposta tal-Aġenzija, u wara konsultazzjoni mal-Bord ta' Tmexxija, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tal-Bordijiet tal-Appell, inkluż ir-regoli tal-votazzjoni, il-proċeduri biex jitressaq appell u l-kondizzjonijiet għar-rimbors ta' spejjeż tal-membri tagħhom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 81(3).
6. Il-Bordijiet tal-Appell jistgħu jitolbu l-opinjoni ta' esperti mill-Istati Membri kkonċernati, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiċċaraw il-leġislazzjoni nazzjonali konċernata, matul il-fażi inizjali ta' eżami tal-proċedura.
Artikolu 56
Membri tal-Bordijiet tal-Appell
1. Fil-każ ta' Bord tal-Appell permanenti, il-mandat tal-membri u l-membri supplenti tiegħu għandu jkun limitat għal erba' snin u jista' jiġġedded darba. F'każijiet oħra, il-mandat għandu jkun limitat għad-dewmien tal-appell jew l-arbitraġġ.
2. Il-membri ta' Bordijiet tal-Appell għandhom ikunu indipendenti mill-partijiet involuti kollha fl-appell jew l-arbitraġġ u ma jistgħux iwettqu kompiti oħra fl-Aġenzija. Fid-deliberazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħhom ma għandhom ikunu marbuta b'ebda struzzjoni u għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe konflitt ta' interess.
3. Il-membri tal-Bordijiet tal-Appell ma għandhomx ikunu parti mill-persunal tal-Aġenzija u għandhom jirċievu remunerazzjoni għall-involviment proprju tagħhom f'appell jew arbitraġġ partikolari.
4. Il-membri ta' Bordijiet tal-Appell ma jistgħux jitneħħew matul il-mandat tagħhom, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji għal tali tneħħija u l-Bord tat-Tmexxija jieħu deċiżjoni f'dak ir-rigward.
5. Il-membri ta' Bordijiet tal-Appell ma jistgħux jitneħħew mil-lista ta' esperti kwalifikati matul il-mandat tagħhom, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji għal tali tneħħija u l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni f'dak ir-rigward.
Artikolu 57
Esklużjoni u oġġezzjoni
1. Il-membri tal-Bordijiet tal-Appell ma jistgħux jieħdu sehem fi proċedimenti ta' appell jew arbitraġġ jekk ikollhom xi interess personali fil-proċedimenti, jekk kienu involuti qabel bħala rappreżentanti ta' xi waħda mill-partijiet fil-proċedimenti, jew jekk ikunu pparteċipaw fit-teħid tad-deċiżjoni li jkun sar l-appell kontriha.
2. Meta membru tal-Bord tal-Appell iqis li ma jkunx xieraq li hu jew hija stess jew xi membru ieħor jipparteċipa fi proċediment ta' appell jew arbitraġġ, minħabba waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew għal kwalunkwe raġuni oħra, dak il-membru għandu jinforma lill-Bord tal-Appell, li għandu jiddeċiedi dwar l-esklużjoni tal-persuna kkonċernata abbażi tar-regoli adottati mill-Bord ta' Tmexxija skont il-punt (s) tal-Artikolu 51(1).
3. Kwalunkwe parti għall-proċedimenti ta' appell jew arbitraġġ tista' toġġezzjona, f'konformità mar-regoli ta' proċedura stabbiliti skont l-Artikolu 55(5), għal kwalunkwe membru tal-Bord tal-Appell fuq il-bażi ta' kwalunkwe raġuni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew jekk dak il-membru jkun suspettat b'parzjalità. Ebda oġġezzjoni ma tista' tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membru kkonċernat.
4. Oġġezzjoni taħt il-paragrafu 3 għandha tkun ammissibbli biss jekk issir qabel ma jibdew il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, jew, meta l-informazzjoni li tagħti l-bażi għall-oġġezzjoni ssir magħrufa wara li jkunu bdew il-proċedimenti, sal-iskadenzi stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tal-Bord tal-Appell. Il-membru tal-Bord tal-Appell ikkonċernat għandu jiġi nnotifikat bl-oġġezzjoni u għandu jiddikjara jekk jaqbilx li jiġi eskluż. Jekk huwa jew hija ma jaqbilx/taqbilx, il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi sal-iskadenzi stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tiegħu, jew jekk dan ma jkunx ta risposta, wara li jkun skada ż-żmien stabbilit biex dan jagħti r-risposta tiegħu.
5. Il-Bordijiet tal-Appell għandhom jiddeċiedu dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 2, 3 u 4 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru kkonċernat. Għall-fini li tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru kkonċernat għandu jiġi sostitwit fil-Bord tal-Appell mill-membru supplenti tiegħu jew tagħha. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiġi infurmat bid-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord tal-Appell.
Artikolu 58
Appelli kontra deċiżjonijiet u nuqqasijiet li tittieħed azzjoni
1. Jista' jitressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell kontra deċiżjoni meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikoli 14, 20, 21 u 22 jew jekk l-Aġenzija tonqos milli tieħu azzjoni fil-limiti ta' żmien applikabbli, wara t-tlestija tar-reviżjoni interlokutorja msemmija fl-Artikolu 60.
2. Appell imressaq skont il-paragrafu 1 ma għandux ikollu effett sospensiv. Madankollu, fuq talba mill-partijiet involuti, il-Bord tal-Appell jista' jiddeċiedi li l-appell inkwistjoni għandu jkollu effett sospensiv, jekk huwa jikkonsidra li ċ-ċirkostanzi, bħall-impatt fuq is-sigurtà, jippermettu dan. F'tali każ, il-Bord tal-Appell għandu jagħti dikjarazzjoni tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
Artikolu 59
Persuni intitolati li jappellaw, il-limitu taż-żmien u l-forma
1. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista' tappella kontra deċiżjoni tal-Aġenzija indirizzata lil dik il-persuna, jew li tkun tikkonċerna direttament u individwalment lil dik il-persuna, skont l-Artikoli 14, 20 u 21, jew jekk l-Aġenzija tonqos milli tieħu azzjoni sal-limiti ta' żmien applikabbli.
2. L-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għalih, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub f'konformità mar-regoli ta' proċedura msemmija fl-Artikolu 55(5) fi żmien xahrejn min-notifika tal-miżura lill-persuna konċernata, jew, jekk il-persuna ma tiġix innotifikata bil-miżura, fi żmien xahrejn mill-jum li fuq dik il-persuna tkun saret taf biha.
L-appelli li jirrigwardaw nuqqas li tittieħed ta' azzjoni għandhom jiġu reġistrati għand l-Aġenzija bil-miktub fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu rilevanti.
Artikolu 60
Reviżjoni interlokutorja
1. Jekk l-Aġenzija tqis li l-appell ikun ammissibbli u li għandu bażi soda, hija għandha tirrettifika d-deċiżjoni jew in-nuqqas li tittieħed azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 58(1). Dan ma għandux japplika meta d-deċiżjoni li jkun sar l-appell kontriha taffettwa parti oħra involuta fil-proċedimenti tal-appell.
2. Jekk id-deċiżjoni ma tiġix rettifikata fi żmien xahar wara li jasal l-appell, l-Aġenzija għandha tiddeċiedi minnufih tissospendix jew le l-applikazzjoni tad-deċiżjoni tagħha, u għandha tirreferi l-appell lil wieħed mill-Bordijiet tal-Appell.
Artikolu 61
Proċedura ta' arbitraġġ
Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u awtorità jew awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza skont l-Artikolu 21(7) u l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u l-Artikolu 10(7) u l-Artikolu 17(5) u (6) tad-Direttiva (UE) 2016/798, il-Bord tal-Appell assenjat għall-kwistjoni għandu jaġixxi bħala moderatur fuq talba tal-awtorità jew awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza konċernati. F'tali każ, il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi jekk iżommx il-pożizzjoni tal-Aġenzija.
Artikolu 62
Eżami u deċiżjonijiet dwar l-appelli u l-arbitraġġ
1. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fi żmien tliet xhur minn meta jitressaq l-appell jekk jagħtix jew jekk jirrifjutax dak l-appell. Meta jeżamina appell jew jaġixxi bħala arbitru, il-Bord tal-Appell għandu jaġixxi sal-iskadenzi stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tiegħu. Huwa għandu, kull meta jkun meħtieġ, jistieden lill-partijiet involuti fil-proċedimenti tal-appell sabiex iressqu, f'limiti ta' żmien speċifikati, osservazzjonijiet dwar in-notifiki tiegħu jew dwar il-komunikazzjonijiet minn partijiet oħra fil-proċedimenti tal-appell. Il-partijiet fil-proċedimenti tal-appell għandhom ikunu intitolati li jagħmlu rappreżentazzjonijiet orali.
2. Fir-rigward tal-arbitraġġ, l-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha f'konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 21(7) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u l-Artikolu 10(7) tad-Direttiva (UE) 2016/798.
3. .Meta l-Bord tal-Appell isib li r-raġunijiet għall-appell għandhom bażi tajba, huwa għandu jgħaddi l-każ lill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Bord tal-Appell u għandha tipprovdi dikjarazzjoni ta' raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. L-Aġenzija għandha tinforma lill-partijiet tal-proċedimenti tal-appell skont dan.
Artikolu 63
Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
1. Azzjonijiet għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija meħuda skont l-Artikoli 14, 20 u 21, jew għal nuqqas li tittieħed azzjoni fil-limiti ta' żmien applikabbli, jistgħu jitressqu biss quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea wara li l-proċedura tal-appell fl-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 58 tkun ġiet eżawrita.
2. L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
KAPITOLU 10
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 64
Baġit
1. Għandhom jiġu ppreparati l-estimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Aġenzija għal kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi għas-sena kalendarja, u għandhom jiġu ppreżentati fil-baġit tal-Aġenzija.
2. Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti minn:
|
(a) |
kontribuzzjoni mill-Unjoni u għotjiet mill-korpi tal-Unjoni; |
|
(b) |
kwalunkwe kontribuzzjoni mill-pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija, kif previst mill-Artikolu 75; |
|
(c) |
it-tariffi mħallsa mill-applikanti għal ċertifikati u awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija u d-detenturi tagħhom f'konformità mal-Artikoli 14, 20, u 21; |
|
(d) |
l-imposti għall-pubblikazzjonijiet, it-taħriġ u kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-Aġenzija; |
|
(e) |
kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew entitajiet oħra, dment li tali kontribuzzjoni tkun trasparenti, tkun identifikata b'mod ċar fil-baġit u ma tikkompromettix l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Aġenzija. |
3. In-nefqa tal-Aġenzija għandha tinkludi l-persunal, u l-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi.
4. Id-dħul u n-nefqa għandhom jinżammu f'bilanċ.
5. Kull sena, il-Bord ta' Tmexxija, fuq il-bażi ta' abbozz imfassal mid-Direttur Eżekuttiv f'konformità mal-prinċipju ta' baġitjar ibbażat fuq l-attività, għandu jipproduċi dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara. Dik id-dikjarazzjoni tal-estimi, li għandha tinkludi abbozz ta' tabella tal-persunal, għandha tintbagħat mill-Bord ta' Tmexxija lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar.
6. Id-dikjarazzjoni tal-estimi għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.
7. Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-estimi li hija tqis meħtieġa għat-tabella tal-persunal u l-ammont tal-kontribuzzjoni li għandu jiġi impost fuq il-baġit ġenerali, li hija għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 314 TFUE, flimkien ma' deskrizzjoni ta' kwalunkwe differenza bejn id-dikjarazzjoni tal-estimi tal-Aġenzija u s-sussidju li għandu jiġi impost fuq il-baġit ġenerali u ġustifikazzjoni għaliha.
8. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw it-tabella tal-persunal tal-Aġenzija.
9. Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord ta' Tmexxija, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri bid-dritt tal-vot. Il-baġit tal-Aġenzija għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun xieraq, huwa għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.
10. Għal kull proġett relatat mal-proprjetà li probabbilment ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Aġenzija, għandu japplika l-Artikolu 203 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).
Artikolu 65
Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.
2. Sal-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati f'konformità mal-Artikolu 147 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
3. Sal-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien ma' rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja għandu jintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Il-Qorti tal-Awdituri għandha teżamina dawk il-kontijiet f'konformità mal-Artikolu 287 TFUE. Hija għandha tippubblika rapport dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija kull sena.
4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija, taħt l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottomettihom lill-Bord ta' Tmexxija għall-opinjoni tiegħu.
5. Il-Bord ta' Tmexxija għandu joħroġ opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.
6. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jibgħat, sal-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija.
7. Il-kontijiet finali tal-Aġenzija għandhom jiġu ppubblikati.
8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta' Settembru wara kull sena finanzjarja. Huwa għandu jibgħat ukoll dik it-tweġiba lill-Bord ta' Tmexxija u lill-Kummissjoni.
9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta quddiem il-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, l-informazzjoni meħtieġa kollha għall-applikazzjoni mingħajr xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, b'konformità mal-Artikolu 165(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N + 2, kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.
Artikolu 66
Regoli finanzjarji
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. Huma ma jistgħux jiddevjaw mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013 sakemm tali devjazzjoni ma tkunx speċifikament meħtieġa għall-operazzjoni tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel għaliha.
KAPITOLU 11
PERSUNAL
Artikolu 67
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jagħtu effett lil dawk ir-Regolamenti tal-Persunal, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija.
2. Mingħajr preġudizzju għall-punt (j) tal-Artikolu 51(1) ta' dan ir-Regolament, ir-regoli ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni biex jagħtu effett lir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, inklużi d-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni, għandhom japplikaw b'mod analogu għall-Aġenzija, f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.
3. L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri amministrattivi adegwati, fost l-oħrajn permezz ta' taħriġ u strateġiji ta' prevenzjoni, biex torganizza s-servizzi tagħha b'tali mod li jiġi evitat kull konflitt ta' interess.
Artikolu 68
Direttur Eżekuttiv
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont il-punt (a) tal-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija fuq il-bażi ta' mertu, ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, u għarfien u esperjenza rilevanti tas-settur tat-trasport, minn lista ta' mill-inqas tliet kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti, wara l-pubblikazzjoni tal-avviż ta' post battal f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u postijiet oħra, kif ikun xieraq. Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija, l-osservatur imsemmi fil-punt (x) tal-Artikolu 51(1) għandu jirrapporta dwar il-proċedura.
Għall-finijiet li jiġi konkluż il-kuntratt ta' ingaġġ tad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mill-president tal-Bord tat-Tmexxija.
Qabel jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord ta' Tmexxija jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb għal mistoqsijiet magħmula mill-membri tiegħu.
3. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sal-aħħar ta' dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.
4. Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tieħu kont tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin.
5. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien xahar qabel kwalunkwe tali estensjoni, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlu l-membri tiegħu.
6. Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga wara t-tali estensjoni tal-mandat.
7. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija li jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni jew ta' terz mill-membri tiegħu.
Artikolu 69
Esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor
L-Aġenzija tista' tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew persunal ieħor li ma jkunx impjegat mill-Aġenzija skont ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.
Mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni dwar l-issekondar minn esperti nazzjonali, li japplikaw għall-Aġenzija, il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar għall-Aġenzija minn esperti nazzjonali, inkluż regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' konflitti ta' interess u dwar restrizzjonijiet rilevanti għal każijiet li fihom l-indipendenza u l-imparzjalità tal-esperti nazzjonali tista' tiġi kompromessa.
KAPITOLU 12
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 70
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Aġenzija u l-persunal tagħha.
Artikolu 71
Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u l-kondizzjonijiet operattivi
1. Fejn l-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi provduta lill-Aġenzija mill-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli f'dak l-Istat Membru għad-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, il-persunal tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom ikunu għadhom mhumiex fis-seħħ jew għadhom mhux previsti fi ftehim bil-miktub, għandu jiġi konkluż ftehim bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti dwar dawn l-elementi kollha, f'konformità mal-ordni ġuridiku tal-Istat Membru ospitanti, u wara l-approvazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija u sa mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2017. Dak il-ftehim jista' jieħu l-forma ta' ftehim dwar il-kwartieri ġenerali.
2. L-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar kondizzjonijiet possibbli biex jiżgura l-funzjonament korrett tal-Aġenzija, inklużi skejjel multilingwi u b'orjentazzjoni Ewropea u kollegamenti xierqa tat-trasport.
Artikolu 72
Responsabbiltà
1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun irregolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni biex tiġġudika skont kwalunkwe klawsola ta' arbitraġġ li jkun hemm f'kuntratt konkluż mill-Aġenzija.
3. Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, f'konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti tagħha jew mill-persunal tagħha fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom.
4. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni f'tilwim li jirrigwarda l-kumpens għad-dannu msemmi fil-paragrafu 3.
5. Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tagħha lejn l-Aġenzija għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra li japplikaw għalihom.
Artikolu 73
Kooperazzjoni ma' korpi ġudizzjarji nazzjonali
Fil-każ ta' proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali li jinvolvu l-Aġenzija minħabba li l-Aġenzija tkun eżerċitat il-kompiti tagħha f'konformità mal-Artikolu 19 u l-Artikolu 21(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u 10(6) tad-Direttiva (UE) 2016/798, l-Aġenzija u l-persunal tagħha għandhom jikkooperaw mingħajr dewmien bla bżonn mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali kompetenti. Il-proċeduri xierqa li għandhom jiġu applikati f'tali sitwazzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti mill-Bord tat-Tmexxija f'konformità mal-punt (v) tal-Artikolu 51(1).
Artikolu 74
Arranġamenti lingwistiċi
1. Ir-Regolament Nru 1 għandu japplika għall-Aġenzija. Jekk ikun meħtieġ, il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta regoli adegwati għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament.
Fuq it-talba ta' membru tal-Bord ta' Tmexxija, id-deċiżjoni f'dak ir-rigward għandha tittieħed b'unanimità.
2. Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 75
Parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi fil-ħidma tal-Aġenzija
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44, l-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari mill-pajjiżi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-pajjiżi fil-Politika tat-tkabbir u l-pajjiżi tal-EFTA li kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni li bihom il-pajjiżi konċernati jkunu adottaw u jkunu qegħdin japplikaw il-liġi tal-Unjoni, jew il-miżuri nazzjonali ekwivalenti, fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament, f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 218 TFUE.
2. F'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom isiru arranġamenti bejn l-Aġenzija u l-pajjiżi terzi kkonċernati li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi terzi fil-ħidma tal-Aġenzija, b'mod partikolari n-natura u l-firxa ta' tali parteċipazzjoni. Dawk l-arranġamenti għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u tal-persunal. Huma jistgħu jipprevedu rappreżentanza tal-pajjiżi terzi kkonċernati, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-Bord ta' Tmexxija.
L-Aġenzija għandha tiffirma l-arranġamenti wara li tkun irċeviet il-qbil tal-Kummissjoni u tal-Bord ta' Tmexxija.
Artikolu 76
Kooperazzjoni ma' awtoritajiet u korpi nazzjonali
1. L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkonkludu ftehimiet ta' kooperazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-Artikoli 14, 20 u 21, filwaqt li jittieħed kont tal-punt (t) tal-Artikolu 51(1).
2. Il-ftehimiet ta' kooperazzjoni jistgħu jkunu ftehimiet speċifiċi jew ta' qafas, u jistgħu jinvolvu awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar. Huma għandhom jinkludu deskrizzjoni speċifika tal-kompiti u l-kondizzjonijiet għal riżultati tanġibbli, jistabbilixxu l-limiti ta' żmien li japplikaw għall-konsenja tagħhom, u jiddeterminaw il-mod li bih it-tariffi pagabbli mill-applikanti jitqassmu bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. Tali tqassim għandu jieħu kont tal-mudell qafas imsemmi fil-punt (u) tal-Artikolu 51(1).
3. Il-ftehimiet ta' kooperazzjoni jistgħu jinkludu wkoll arranġamenti speċifiċi ta' kooperazzjoni fil-każ ta' netwerks li jkunu jeħtieġu għarfien espert speċifiku għal raġunijiet ġeografiċi jew storiċi, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi għall-applikant. Fejn tali netwerks ikunu iżolati mill-bqija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, tali ftehimiet speċifiċi ta' kooperazzjoni jistgħu jinkludu l-possibbiltà ta' kuntrattar ta' kompiti lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tas-sikurezza meta dan ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-allokazzjoni effiċjenti u proporzjonali tar-riżorsi.
4. Fil-każ ta' dawk l-Istati Membri li n-netwerks ferrovjarji tagħhom għandhom distanza bejn il-binarji li hija differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni u li li jikkondividu rekwiżiti tekniċi u operattivi identiċi ma' pajjiżi terzi ġirien, ftehim ta' kooperazzjoni multilaterali għandu jinvolvi lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza konċernati kollha f'dawk l-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 21(15) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798.
5. Il-ftehimiet ta' kooperazzjoni għandhom ikunu fis-seħħ qabel ma l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha f'konformità mal-Artikolu 83(4).
6. L-Aġenzija tista' tikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' awtoritajiet nazzjonali oħra u korpi kompetenti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 14, 20 u 21.
7. Il-ftehimiet ta' kooperazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà globali tal-Aġenzija għat-twettiq tal-kompiti tagħha kif previst fl-Artikoli 14, 20 u 21.
8. L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jaħdmu flimkien u jikkondividu prattiki tajbin fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/797 u d-Direttiva (UE) 2016/798.
Artikolu 77
Trasparenza
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta miżuri prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 sas-16 ta' Ġunju 2017.
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' lment quddiem l-Ombudsman jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 228 u 263 TFUE rispettivament.
2. L-Aġenzija għandha tippubblika r-rakkomandazzjonijiet, l-opinjonijiet, l-istudji, ir-rapporti u l-eżiti ta' valutazzjonijiet tal-impatt tagħha fuq is-sit elettroniku tagħha, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 u wara li l-materjal kunfidenzjali kollu jkun tneħħa minnhom.
3. L-Aġenzija għandha tippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-istruttura tat-tmexxija u amministrattiva tal-Aġenzija elenkati fl-Artikolu 46.
L-ipproċessar tad-data personali mill-Aġenzija għandu jkun suġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27).
4. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta l-miżuri biex jiżgura li l-Aġenzija tipprovdi informazzjoni effiċjenti, faċli biex tintuża u aċċessibbli faċilment fis-sit elettroniku tagħha dwar il-proċessi ta' interoperabbiltà u sikurezza ferrovjarja u dwar dokumenti ferrovjarji rilevanti oħra.
Artikolu 78
Regoli tas-sikurezza għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata jew sensittiva
L-Aġenzija għandha tapplika l-prinċipji li jinsabu fir-regoli tas-sikurezza tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (European Union Classified Information/EUCI) u tal-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (28). Dan għandu jkopri, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna ta' tali informazzjoni.
Artikolu 79
Ġlieda kontra l-frodi
1. Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 l-Aġenzija għandha sas-16 ta' Diċembru 2016 taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-OLAF u tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija, bl-użu tal-mudell li jinsab fl-Anness għal dak il-Ftehim.
2. Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa ta' awditu, abbażi ta' dokumenti u ta' żjarat fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta' għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Aġenzija.
3. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, f'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 883/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (29), bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm xi frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' għotja jew kuntratt iffinanzjati mill-Aġenzija.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta' għotja u d-deċiżjonijiet ta' għotja tal-Aġenzija għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu espliċitament is-setgħa lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu tali verifiki u investigazzjonijiet, f'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.
KAPITOLU 13
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 80
Atti ta' implimentazzjoni li jirrigwardaw tariffi u imposti
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:
|
(a) |
it-tariffi u l-imposti pagabbli lill-Aġenzija, b'mod partikolari b'applikazzjoni tal-Artikoli 14, 20, 21 u 22; u |
|
(b) |
il-kondizzjonijiet ta' pagament. |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 81(3).
2. Għandhom jitħallsu tariffi u imposti għal:
|
(a) |
il-ħruġ u t-tiġdid ta' awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq ta' vetturi u tipi ta' vetturi; |
|
(b) |
ħruġ u tiġdid ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi; |
|
(c) |
il-forniment ta' servizzi; it-tariffi u imposti pagabbli f'dan ir-rigward għandhom jirriflettu l-ispiża attwali ta' kull forniment individwali; |
|
(d) |
il-ħruġ ta' deċiżjonijiet għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 19) tad-Direttiva (UE) 2016/797. |
It-tariffi u l-imposti jistgħu jiġu imposti għall-ipproċessar ta' appelli.
It-tariffi u l-imposti kollha għandhom ikunu espressi, u pagabbli, fil-munita euro.
It-tariffi u l-imposti għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti, ġust u uniformi, filwaqt li jittieħed kont tal-kompetittività tas-settur ferrovjarju Ewropew. Huma ma għandhomx iwasslu għall-impożizzjoni ta' piżijiet finanzjarji bla bżonn fuq l-applikanti. Il-ħtiġijiet speċifiċi ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju, li jinkludu l-possibbiltà li l-pagamenti jinqasmu f'diversi rati u fażijiet, għandhom jiġu kkunsidrati, kif xieraq.
It-tariffa biex toħroġ id-deċiżjoni għall-approvazzjoni għandha tkun stabbilita b'mod proporzjonat, b'kont meħud tal-istadji differenti tal-proċess ta' awtorizzazzjoni għal proġetti ta' maġenb il-binarji tal-ERTMS u l-ammont meħtieġ għal kull wieħed mill-istadji. It-tqassim tat-tariffi għandu jiġi identifikat b'mod ċar fil-kontijiet.
Għandhom jiġu stabbiliti skadenzi raġonevoli għall-ħlas ta' tariffi u imposti, b'kont meħud tal-iskadenzi għall-proċeduri previsti fl-Artikoli 19 u 21 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u l-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/798.
3. L-ammont tat-tariffi u l-imposti għandu jiġi stabbilit f'tali livell li jiżgura li d-dħul fir-rigward tagħhom ikun suffiċjenti biex ikopri l-ispiża kollha tas-servizzi provduti, inklużi l-ispejjeż rilevanti li jirriżultaw mill-kompiti assenjati lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, f'konformità mal-Artikolu 76(2) u (3). In-nefqa kollha tal-Aġenzija attribwita lill-persunal involut fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, inkluża l-kontribuzzjoni pro-rata ta' min iħaddem lill-iskema tal-pensjoni, għandha tkun riflessa b'mod partikolari f'dik l-ispiża. Jekk żbilanċ sinifikanti li jirriżulta mill-għoti tas-servizzi koperti bit-tariffi u l-imposti jsir rikorrenti, il-livell ta' dawk it-tariffi u l-imposti għandu jiġi rivedut. Dawk it-tariffi u l-imposti għandhom ikunu dħul assenjat għall-Aġenzija.
Meta jiġu stabbiliti l-livelli tat-tariffi u l-imposti, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra:
|
(a) |
il-qasam ta' operazzjoni ta' ċertifikati; |
|
(b) |
il-qasam tal-użu tal-awtorizzazzjonijiet; u |
|
(c) |
it-tip u l-firxa tal-operazzjonijiet ferrovjarji. |
Artikolu 81
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2016/797. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn il-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet paragrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 82
Evalwazzjoni u reviżjoni
1. Mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2020 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b'mod partikolari, l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-Aġenzija u l-prattiċi ta' ħidma tagħha, filwaqt li tieħu kont tal-ħidma rilevanti kollha tal-Qorti tal-Awdituri kif ukoll tal-fehmiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-partijiet interessati rilevanti, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, ir-rappreżentanti tas-settur ferrovjarju, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. L-evalwazzjoni għandha tindirizza, b'mod partikolari, kwalunkwe ħtieġa li jiġi emendat il-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe emenda bħal din.
2. Sas-16 ta' Ġunju 2023, sabiex jiġi identifikat jekk huwiex meħtieġ xi titjib, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-funzjonament tas-sistema doppja għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi u ċertifikazzjoni ta' sikurezza, il-punt uniku ta' kuntatt relatat magħha u l-implimentazzjoni armonizzata tal-ERTMS fl-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwaru lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord ta' Tmexxija. Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.
4. Fl-okkażjoni ta' kull tieni evalwazzjoni, għandu jkun hemm ukoll valutazzjoni tar-riżultati miksuba mill-Aġenzija, wara li jitqiesu l-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha.
Artikolu 83
Dispożizzjonijiet transitorji
1. L-Aġenzija tieħu post u ssegwi lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 881/2004 fir-rigward tas-sjieda, il-ftehimiet, l-obbligi legali, il-kuntratti tal-impjiegi, l-impenji finanzjarji u r-responsabbiltajiet kollha.
2. B'deroga mill-Artikolu 47, il-membri tal-Bord ta' Tmexxija maħtura skont ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 qabel il-15 ta' Ġunju 2016 għandhom jibqgħu fil-kariga bħala membri tal-Bord ta' Tmexxija sad-data ta' skadenza tal-mandat tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Stat Membru li jaħtar rappreżentant ġdid.
B'deroga mill-Artikolu 54, id-Direttur Eżekuttiv maħtur f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 881/2004 għandu jibqa' fil-kariga sad-data ta' skadenza tal-mandat tiegħu jew tagħha.
3. B'deroga mill-Artikolu 67, il-kuntratti kollha ta' impjieg li jkunu fis-seħħ fil-15 ta' Ġunju 2016 għandhom jiġu onorati sad-data ta' skadenza tagħhom.
4. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti ta' ċertifikazzjoni u awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 14, 20 u 21 u l-kompiti msemmija fl-Artikolu 22 mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2019, soġġett għall-Artikolu 54(4) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u l-Artikolu 31(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798.
Artikolu 84
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 huwa b'dan imħassar.
Artikolu 85
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta' Mejju 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
J. A. HENNIS-PLASSCHAERT
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-10 ta' Diċembru 2015 (ĠU C 56, 12.2.2016, p. 1). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzji tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).
(5) Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).
(6) Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament tal-Aġenzija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1).
(7) Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja (Ara paġna 44 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(8) Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (Riformulazzjoni) (Ara paġna 102 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(9) Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
(10) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(11) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(12) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(13) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(14) Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51).
(15) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE tal-20 ta' Mejju 1998 dwar l-istabbiliment ta' Kumitati ta' Djalogu Settorjali biex iġibu 'l quddiem id-djalogu bejn is-sħab soċjali fuq livell Ewropew (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27).
(16) Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(17) Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
(18) Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22).
(19) Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(20) Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51).
(21) Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(22) Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).
(23) Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Ufficjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Ufficjali Ohra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi mizuri specjali temporanjament applikabbli ghal ufficjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(24) Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385).
(25) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(26) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(27) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(28) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(29) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
DIRETTIVI
|
26.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/44 |
DIRETTIVA (UE) 2016/797 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Mejju 2016
dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea
(riformulazzjoni)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91(1) u l-Artikoli 170 u 171 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġiet emendata b'mod sostanzjali diversi drabi. Peress li għandhom isiru iktar emendi, dik id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interessi taċ-ċarezza. |
|
(2) |
Biex iċ-ċittadini tal-Unjoni, operaturi ekonomiċi u awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ mill-vantaġġi li joħorġu mill-ħolqien ta' żona ferrovjarja unika Ewropea, huwa xieraq, b'mod partikolari, li jtejbu l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerk ferrovjarju nazzjonali kif ukoll l-aċċess għal dawk in-netwerks u li tiġi implimentata kull miżura li tista' tkun neċessarja fil-qasam tal-istandardizzazzjoni teknika kif previst fl-Artikolu 171 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
|
(3) |
Il-ħidma għall-interoperabbiltà fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għandha twassal għad-definizzjoni ta' livell ottimali ta' armonizzazzjoni teknika u għandu jagħmel l-iffaċilitar, it-titjib u l-iżvilupp ta' servizzi tat-trasport ferrovjarju internazzjonali possibbli fl-Unjoni u ma' pajjiżi terzi, u jikkontribwixxi għall-ħolqien progressiv tas-suq intern fit-tagħmir u s-servizzi għall-kostruzzjoni, it-tiġdid, l-immodernizzar u l-operazzjoni tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. |
|
(4) |
Sabiex jikkontribwixxu għat-tlestija taż-żona ferrovjarja unika Ewropea, jitnaqqsu l-ispejjeż u d-durata tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u tittejjeb is-sikurezza tal-ferroviji, huwa xieraq li l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni jiġu integrati u armonizzati fil-livell tal-Unjoni. |
|
(5) |
Linji tal-metro, tat-tramm u sistemi oħrajn tal-ferrovija ħfief huma soġġetti f'ħafna Stati Membri għal rekwiżiti tekniċi lokali. Tali sistemi ta' trasport pubbliku lokali s-soltu ma jiġux soġġetti għal liċenzjar fl-Unjoni. Barra minn hekk, linji tat-tramm u sistemi tal-ferrovija ħfief sikwit huma soġġetti għal leġislazzjoni dwar it-trasport bit-triq minħabba infrastruttura kondiviża. Għal dawk ir-raġunijiet, tali sistemi lokali ma jeħtieġx li jkunu interoperabbli u għalhekk għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta' din id-Direttiva. Dan ma jżommx lill-Istati Membri milli japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għas-sistemi ferrovjarji lokali fuq bażi volontarja jekk iqisu dan xieraq. |
|
(6) |
Tramm-ferrovija huwa kunċett ta' trasport pubbliku li jippermetti operazzjoni kombinata kemm fuq infrastruttura ferrovjarja ħafifa kif ukoll infrastruttura ferrovjarja tqila. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva dawk il-vetturi li primarjament jintużaw fuq infrastruttura ferrovjarja ħafifa iżda mgħammra b'xi komponenti ferrovjarji tqal meħtieġa biex jippermettu li jiġi effettwat it-tranżitu f'sezzjoni ristretta u limitata ta' infrastruttura ferrovjarja tqila għal finijiet ta' konnettività biss. Meta tramm-ferroviji jużaw infrastruttura ferrovjarja, għandha tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali kollha, kif ukoll konformità mal-livell ta' sikurezza mistennija fuq il-linji rilevanti. Għal każijiet transfruntieri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw. |
|
(7) |
L-operazzjoni kummerċjali tal-ferroviji tul in-netwerk ferrovjarju teħtieġ, b'mod partikolari, kompatibbiltà eċċellenti bejn il-karatteristiċi tal-infrastruttura u dawk tal-vetturi, kif ukoll interkonnessjoni effiċjenti tas-sistemi tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni tal-amministraturi tal-infrastruttura u tal-impriżi ferrovjarji differenti. Il-livelli tal-prestazzjoni, tas-sikurezza, tal-kwalità tas-servizz u l-ispejjeż jiddependu minn din il-kompatibbiltà u l-interkonnessjoni, kif tiddependi wkoll, b'mod partikolari, l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. |
|
(8) |
Il-qafas regolatorju ferrovjarju għandu jistabbilixxi fil-livell tal-Unjoni u dak l-Istati Membri rwoli u responsabbiltajiet ċari biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tas-sikurezza, tas-saħħa u tal-protezzjoni tal-konsumatur li jgħoddu għan-netwerk ferrovjarju. Din id-Direttiva ma għandhiex twassal għal livell imnaqqas ta' sikurezza jew għal żieda fl-ispejjeż fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. Għal dak il-għan, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jieħdu r-responsabbiltà kollha għall-awtorizzazzjonijiet li joħorġu. |
|
(9) |
Jeżistu differenzi kbar bejn regolamenti nazzjonali, regoli interni u speċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għas-sistemi, subsistemi u komponenti ferrovjarji, billi dawn jinkorporaw tekniki li huma speċifiċi għall-industriji nazzjonali u jistabbilixxu dimensjonijiet u apparati speċifiċi kif ukoll karatteristiċi speċjali. Dik is-sitwazzjoni tista' żżomm il-ferroviji milli jiċċirkolaw mingħajr xkiel madwar l-Unjoni. |
|
(10) |
Biex tiżdied il-kompetittività tagħhom fuq livell dinji, l-industriji ferrovjarji tal-Unjoni jeħtieġu suq miftuħ u kompetittiv. |
|
(11) |
Jeħtieġ għalhekk li wieħed jiddefinixxi r-rekwiżiti essenzjali relatati mal-interoperabbiltà ferrovjarja għall-Unjoni kollha li għandhom jgħoddu għas-sistema ferrovjarja tagħha. |
|
(12) |
L-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' interoperabbiltà (“TSIs”) wera l-ħtieġa li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn ir-rekwiżiti essenzjali u t-TSIs, min-naħa l-waħda, u l-istandards Ewropej u dokumenti oħra ta' natura regolatorja min-naħa l-oħra. B'mod partikolari, għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn l-istandards jew partijiet minn standards li għandhom ikunu obbligatorji biex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, u l-istandards armonizzati li ġew żviluppati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Meta jkun strettament neċessarju, it-TSIs jistgħu jagħmlu referenza espliċita għall-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, li jsiru obbligatorji mill-mument li t-TSI tkun applikabbli. |
|
(13) |
Sabiex ġenwinament tiżdied il-kompetittività tas-settur ferrovjarju tal-Unjoni mingħajr ma jkun hemm distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn l-atturi prinċipali tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, it-TSIs u r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija relatati ma' dawn it-TSIs għandhom jiġu abbozzati b'rispett għall-prinċipji ta' ftuħ, kunsens u trasparenza kif iddefiniti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. |
|
(14) |
Il-kwalità tas-servizzi ferrovjarji fl-Unjoni tiddependi, inter alia, fuq kompatibbiltà eċċellenti bejn il-karatteristiċi tan-netwerk (fl-aktar sens wiesa', jiġifieri l-partijiet fissi tas-subsistemi kollha kkonċernati) u dawk tal-vetturi (inkluż il-komponenti abbord tas-subsistemi kkonċernati kollha). Il-livelli tal-prestazzjoni, is-sikurezza, il-kwalità tas-servizz u l-ispiża jiddependu fuq dik il-kompatibbiltà. |
|
(15) |
It-TSIs għandhom impatt dirett jew potenzjali fuq il-persunal involut fl-operazzjoni u fil-manutenzjoni tas-subsistemi. Għaldaqstant, meta tkun qed tħejji t-TSIs, l-Aġenzija għandha tikkonsulta s-sħab soċjali, fejn xieraq. |
|
(16) |
TSI għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet kollha li kostitwent tal-interoperabbiltà għandu jkun konformi magħhom, u l-proċedura li għandha tiġi segwita biex tiġi evalwata l-konformità. Barra dan, hemm bżonn li jkun speċifikat li kull kostitwent għandu jgħaddi mill-proċedura li tevalwa l-konformità u l-idoneità għall-użu indikata fit-TSIs u għandu jkollu ċ-ċertifikat korrispondenti, li jkun fih jew il-valutazzjoni tal-konformità ta' kostitwent tal-interoperabbiltà, ikkunsidrata weħidha, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jintlaħqu, jew il-valutazzjoni tal-idoneità għall-użu ta' kostitwent tal-interoperabbiltà, ikkunsidrata fl-ambjent ferrovjarju tiegħu, b'rabta mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. |
|
(17) |
Fl-iżvilupp ta' TSIs ġodda, l-għan għandu dejjem ikun li tiġi żgurata l-kompatibbiltà mas-subsistemi eżistenti. Dan jgħin fil-promozzjoni tal-kompetittività tat-trasport ferrovjarju u jipprevjeni spejjeż oħra bla bżonn permezz tar-rekwiżit għall-immodernizzar jew it-tiġdid ta' subsistemi awtorizzati eżistenti sabiex tkun żgurata kompatibbiltà b'lura. F'dawk il-każi eċċezzjonali meta mhux ser ikun possibbli li tiġi żgurata l-kompatibbiltà, għandu jkun possibbli li t-TSIs jistabbilixxu l-qafas meħtieġ sabiex ikun deċiż jekk is-subsistema eżistenti għandhiex bżonn ta' deċiżjoni jew awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz jew it-tqegħid fis-suq, u jkunu deċiżi l-iskadenzi korrispondenti. |
|
(18) |
Jekk ċerti aspetti tekniċi li jikkorrispondu għar-rekwiżiti essenzjali ma jkunux jistgħu jiġu koperti b'mod espliċitu f'TSI, dawk l-aspetti li għad iridu jiġu indirizzati għandhom jiġu identifikati f'anness dak it-TSI bħala punti miftuħin. Għal dawk il-punti miftuħa, kif ukoll għal każijiet speċifiċi, u bil-għan ta' konformità mas-sistemi eżistenti, għandhom japplikaw ir-regoli nazzjonali li jistgħu jiġu adottati fi Stat Membru minn kwalunkwe awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali kompetenti. Sabiex jiġu evitati verifiki żejda u piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa,ir-regoli nazzjonali għandhom jiġu kklassifikati b'mod li jistabbilixxu l-ekwivalenza bejn ir-regoli nazzjonali tal-Istati Membri differenti li jkopru l-istess suġġetti. |
|
(19) |
Il-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta' rekwiżiti essenzjali applikabbli għal subsistema li għadhom mhumiex koperti fit-TSIs korrispondenti għandha tiġi speċifikata. F'każ bħal dan, il-korpi responsabbli għall- valutazzjoni tal-konformità u proċeduri ta' verifika għandhom ikunu l-korpi nominati msemmija f'din id-Direttiva. |
|
(20) |
Din id-Direttiva għandha tapplika għas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u l-kamp ta' applikazzjoni tat-TSIs għandu jiġi estiż biex ikopri l-vetturi u n-netwerks li mhumiex inklużi fis-sistema ferrovjarja trans-Ewropea. Għaldaqstant, l-Anness I għad-Direttiva 2008/57/KE għandu jiġi ssimplifikat. |
|
(21) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali li għandhom jinkisbu mis-subsistemi u l-interfaċċi tagħhom jistgħu jvarjaw skont l-użu tas-subsistemi kkonċernati, pereżempju skont il-kategoriji tal-linji u l-vetturi, b'mod partikolari biex tiġi żgurata koerenza bejn is-sistemi ferrovjarji b'veloċità għolja u dawk konvenzjonali. |
|
(22) |
Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni progressiva tal-interoperabbiltà ferrovjarja fl-Unjoni kollha u sabiex b'mod gradwali tonqos id-diversità tas-sistemi ta' legat, it-TSIs għandhom jispeċifikaw id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu applikati f'każ li s-subsistemi eżistenti jiġġeddu jew jiġu mmodernizzati u jistgħu jinkludu proposti għat-tlestija f'diversi stadji tas-sistema fil-mira. Madankollu, sabiex is-settur ferrovjarju jinżamm kompetittiv u jiġu evitati spejjeż żejda, id-dħul fis-seħħ ta' TSIs ġodda jew emendati ma għandux iwassal għal adattament immedjat ta' vetturi u infrastruttura għall-ispeċifikazzjonijiet il-ġodda. |
|
(23) |
It-TSIs għandhom jindikaw meta l-immodernizzar u t-tiġdid tal-infrastruttura u l-vetturi jeħtieġu awtorizzazzjoni ġdida. Fil-każijiet kollha għall-immodernizzar u t-tiġdid tal-infrastruttura, l-applikant għandu jippreżenta, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fir-Regolament (UE) 2016/796, fajl lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza biex din tkun tista' tiddeċiedi jekk hix meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida abbażi tal-kriterji stabbiliti f'din id-Direttiva. Fil-każ tal-immodernizzar u t-tiġdid ta' vetturi li għandhom awtorizzazzjoni li jqiegħdu fis-suq, l-applikant għandu jkun jista' jiddeċiedi jekk għandux bżonn awtorizzazzjoni ġdida mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza jew l-Aġenzija abbażi tal-kriterji stabbiliti f'din id-Direttiva. |
|
(24) |
Fid-dawl tal-approċċ gradwali sabiex jiġu eliminati l-ostakli għall-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u taż-żmien konsegwentement meħtieġ għall-adozzjoni tat-TSIs, għandhom jittieħdu passi biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn Stati Membri jadottaw regoli nazzjonali ġodda jew jidħlu għal proġetti biex tiżdied id-diversità tas-sistema preżenti. |
|
(25) |
Sabiex jiġu eliminati l-ostakli għall-interoperabbiltà u bħala konsegwenza tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tat-TSIs għas-sistema ferrovjarja kollha tal-Unjoni, il-volum ta' regoli nazzjonali għandu jitnaqqas b'mod progressiv. Ir-regoli nazzjonali li jirrigwardaw strettament is-sistemi eżistenti għandhom jiġu differenzjati minn dawk meħtieġa biex ikopru l-punti miftuħa fit-TSIs. Ir-regoli ta' dan ittip għandhom jitneħħew progressivament bħala riżultat tal-għeluq tal-punti miftuħa fit-TSIs. |
|
(26) |
Ir-regoli nazzjonali għandhom jiġu abbozzati u ppubblikati b'tali mod li kull utent potenzjali ta' netwerk nazzjonali jista' jifhimhom. Tali regoli spiss jirreferu għal dokumenti oħra bħal standards nazzjonali, standards Ewropej, standards internazzjonali jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li jistgħu jkunu parzjalment jew kompletament protetti minn drittijiet ta' proprjetà intellettwali. Għaldaqstant, l-obbligu ta' pubblikazzjoni ma għandux japplika għal dokument imsemmi direttament jew indirettament fir-regola nazzjonali. |
|
(27) |
L-adozzjoni ta' approċċ progressiv tissodisfa l-objettiv tal-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, li hija kkaratterizzata minn infrastruttura nazzjonali u vetturi qodma li jeħtieġu investiment qawwi għall-adattament jew it-tiġdid, u għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tinżamm il-kompetittività tal-ferroviji meta mqabbla ma' modi oħra ta' trasport. |
|
(28) |
Fid-dawl tal-firxa u tal-kumplessità tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, instab li huwa neċessarju, għal raġunijiet prattiċi, li din is-sistema tinqasam fis-subsistemi li ġejjin: l-infrastruttura, il-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji, il-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord l-enerġija, il-vetturi ferrovjarji, l-operazzjoni u l-ġestjoni tat-traffiku, il-manutenzjoni u l-applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Għal kull waħda minn dawk is-subsistemi, jeħtieġ li r-rekwiżiti essenzjali jiġu speċifikati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddeterminati, partikolarment fir-rigward tal-kostitwenti u l-interfaċċi, biex dawk ir-rekwiżiti essenzjali jintlaħqu. L-istess sistema tinqasam f'elementi fissi u mobbli: li jkun fihom min naħa l-waħda, in-netwerk, li huwa magħmul mil-linji, l-istazzjonijiet, it-terminals, u kull tip ta' tagħmir fiss meħtieġ biex jiżgura l-operazzjoni sikura u kontinwa tas-sistema u min naħa oħra, il-vetturi kollha li jivvjaġġaw fuq dak in-netwerk. Għalhekk, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, vettura tikkonsisti minn subsistema waħda (vetturi ferrovjarji) u fejn ikun applikabbli subsistemi oħra (speċjalment is-subsistema tal-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord). Għalkemm is-sistema hija maqsuma f'diversi elementi, l-Aġenzija għandha żżomm viżjoni globali tas-sistema, sabiex tippromwovi l-interoperabbiltà u s-sikurezza. |
|
(29) |
Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà, li l-Unjoni hija parti għaliha, tistabbilixxi li l-aċċessibbiltà hija waħda mill-prinċipji ġenerali u tirrikjedi li l-Istati Partijiet jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw aċċess għall-persuni b'diżabilità fuq l-istess bażi bħall-oħrajn, inkluż billi jiżviluppaw, jippromulgaw u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-istandards minimi u l-linji gwida għall-aċċessibbiltà. L-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità u għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa hija għalhekk rekwiżit essenzjali għall-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. |
|
(30) |
Ebda persuna ma għandha tiġi direttament jew indirettament diskriminata minħabba diżabilità. Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jistgħu jgawdu mill-benefiċċji li jirriżultaw mill-ħolqien ta' żona ferrovjarja unika Ewropea, l-Istati Membri għandhom jippromwovu sistema ferrovjarja aċċessibbli għal kulħadd. |
|
(31) |
L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni ma għandhiex twassal għal spejjeż mhux ġustifikati u lanqas għandha ddgħajjef il-preservazzjoni tal-interoperabbiltà tan-netwerks ferrovjarji eżistenti. |
|
(32) |
It-TSIs għandhom impatt ukoll fuq il-kundizzjonijiet għall-użu tat-trasport ferrovjarju mill-utenti, u huwa għalhekk meħtieġ li dawk l-utenti jiġu kkonsultati fuq aspetti li jikkonċernawhom, inklużi organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità, fejn xieraq. |
|
(33) |
Kull Stat Membru kkonċernat għandu jitħalla japplika ċerti TSIs f'għadd limitat ta' sitwazzjonijiet debitament ġustifikati. Dawk is-sitwazzjonijiet u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każijiet ta' nonapplikazzjoni ta' TSI partikolari għandhom jiġu definiti biċ-ċar. |
|
(34) |
It-tfassil tat-TSIs u l-applikazzjoni tagħhom fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni ma għandhomx jimpedixxu l-innovazzjoni teknoloġika, li għandha tkun immirata lejn titjib fil-mod ta' kif joperaw ekonomikament. |
|
(35) |
Sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet xierqa dwar il-proċeduri tax-xiri fis-settur ferrovjarju u, b'mod partikolari, dawk stipulati fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), l-entitajiet kontraenti għandhom jinkludu tekniċi speċifiċi fid-dokumenti ġenerali jew fil-kundizzjonijiet għal kull kuntratt. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li jiġi fformulat sett ta' regoli li jservi bħala referenza għal dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. |
|
(36) |
Sistema internazzjonali ta' standardizzazzjoni li tkun kapaċi tiġġenera standards li effettivament jintużaw minn dawk involuti fil-kummerċ internazzjonali u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-politika tal-Unjoni, tkun fl-interess tal-Unjoni. L-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni għandhom għalhekk jissoktaw il-kooperazzjoni tagħhom ma' korpi internazzjonali għall-istandardizzazzjoni. |
|
(37) |
L-entità kontraenti, li tordna d-disinn, il-kostruzzjoni, it-tiġdid jew l-immodernizzar ta' subsistema, tista' tkun impriża ferrovjarja, amministratur tal-infrastruttura, entità inkarigata mill-manutenzjoni, detentur, jew detentur ta' konċessjoni responsabbli mit-twettiq ta' proġett. L-entitajiet kontraenti għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti meħtieġa biex jiġu sodisfatti speċifikazzjonijiet Ewropej jew standards oħra. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jilħqu r-rekwiżiti essenzjali li ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni u li s-sistema ferrovjarja tal-Unjoni jeħtieġ li tissodisfa. |
|
(38) |
Il-proċeduri li jirregolaw il-valutazzjoni tal-konformità jew dwar l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti għandhom jiġu bbażati fuq l-użu ta' moduli għall-proċeduri għal valutazzjoni ta' konformità, adattezza għall-użu, u verifika “KE” li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal interoperabbiltà adottati skont din id-Direttiva. Sa fejn ikun possibbli, u biex jiġi promoss l-iżvilupp industrijali, huwa approprjat li jitfasslu l-proċeduri li jinvolvu sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità. |
|
(39) |
Il-konformità tal-kostitwenti hi marbuta l-aktar mal-qasam tal-użu tagħhom biex tiġi ggarantita l-interoperabbiltà tas-sistema u mhux biss għall-moviment liberu tagħhom fis-suq tal-Unjoni. L-idoneità għall-użu tal-kostitwenti l-iżjed kritiċi fir-rigward tas-sikurezza, id-disponibbiltà jew is-sistema ekonomika għandha tiġi vvalutata. Huwa għalhekk mhux meħtieġ li fabbrikant iwaħħal it-tikketta 'CE' ma' kostitwenti li jkunu soġġetti għal din id-Direttiva. Fuq il-bażi tal-stima dwar il-konformità u/jew l-idoneità għall-użu, id-dikjarazzjoni tal-fabbrikant għandha tkun biżżejjed. |
|
(40) |
Il-manifatturi huma xorta waħda obbligati li jwaħħlu t-tikketta 'CE' fuq ċerti komponenti biex jiċċertifikaw il-konformità tagħhom ma' liġi oħra tal-Unjoni li tirrigwardahom. |
|
(41) |
Meta TSI tidħol fis-seħħ, ċertu għadd ta' kostitwenti tal-interoperabbiltà jkunu diġà fis-suq. Jeħtieġ li jiġi previst perijodu ta' transizzjoni sabiex dawk il-kostitwenti jkunu jistgħu jiġu integrati f'subsistema jekk ma jkunux strettament konformi ma' dik it-TSI. |
|
(42) |
Is-subsistemi li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta' verifika. Dik il-verifika għandha tagħmilha possibbli li l-entitajiet responsabbli għat-tqegħid tagħhom fis-servizz jew it-tqegħid tagħhom fis-suq biex dawn ikunu ċerti li, waqt l-istadji meta dawn jiġu ddisinjati, mibnija u jitqiegħdu fis-servizz, ir-riżultat ikun konformi mar-regolamenti u d-dispożizzjonijiet tekniċi u operattivi li jkunu fis-seħħ. Għandha wkoll tagħmilha possibbli li li l-manifatturi jkunu jistgħu joqogħdu fuq l-ugwaljanza fit-trattament, fl-Istati Membri kollha. |
|
(43) |
Wara d-dħul fis-servizz jew fis-suq ta' subsistema, jeħtieġ jiġi żgurat li din is-subsistema titħaddem u tinżamm b'mod konformi mar-rekwiżiti essenzjali li jikkonċernawha. F'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), ir-responsabbiltà biex jintlaħqu dawk ir-rekwiżiti tinsab, għas-subsistemi rispettivi tagħhom, f'idejn l-amministratur tal-infrastruttura, l-impriża ferrovjarja jew l-impriża inkarigata mill-manutenzjoni, kull wieħed responsabbli għall-parti tiegħu stess. |
|
(44) |
Meta, waqt l-operazzjoni jidher li vettura jew tip ta' vettura ma tissodisfax waħda mir-rekwiżiti essenzjali applikabbli, il-miżuri korrettivi neċessarji għandhom jittieħdu mill-intrapriżi tal-ferroviji kkonċernati sabiex il-vettura(i) ssir/jsiru konformi. Barra minn hekk, jekk dak in-nuqqas ta' konformità jwassal għal riskju serju għas-sikurezza, għandu jkun possibbli li l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza responsabbli għas-superviżjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-vettura jieħdu l-miżuri tas-sikurezza temporanji neċessarji, inkluż il-limitazzjoni jew is-sospensjoni immedjata tal-operazzjoni rilevanti. Jekk il-miżuri korrettivi ma jkunux biżżejjed u r-riskju serju għas-sikurezza kkawżat min-nuqqas ta' konformità jippersisti, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jew l-Aġenzija għandha tkun tista' tirrevoka jew temenda l-awtorizzazzjoni. F'dan il-kuntest, riskju serju għas-sikurezza għandu jinftiehem bħala nuqqas ta' konformità serju mal-obbligi legali jew mar-rekwiżiti ta' sikurezza, li jista' minnu nnifsu jew f'serje ta' ġrajjiet konsegwenti joħloq inċident jew aċċident serju.Il-proċess tar-revoka għandu jiġi appoġġat minn skambju ta' informazzjoni adegwat bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, inkluż l-użu tar-reġistri. |
|
(45) |
Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-atturi kollha involuti għandhom jiġu ċċarati fir-rigward tal-proċeduri għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta' vetturi, u għat-tqegħid fis-servizz ta' installazzjonijiet fissi. |
|
(46) |
L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw u jikkondividu kompetenzi kif meħtieġ għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet b'kont meħud kif meħtieġ għas-sikurezza. Għal dak il-għan, għandhom jiġu stabbiliti ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. |
|
(47) |
Sabiex jiġi żgurat li t-tagħmir tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti fis-seħħ u sabiex jiġi evitat li r-rekwiżiti addizzjonali fir-rigward tal-ERTMS idgħajfu l-interoperabbiltà tagħha, l-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema tal-ERTMS. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tkun inkarigata mill-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti qabel it-tnedija jew pubblikazzjoni ta' kwalunkwe sejħa għall-offerti li tirrigwarda t-tagħmir maġenb il-binarji tal-ERTMS, sabiex tivverifika jekk dawk is-soluzzjonijiet tekniċi humiex konformi mat-TSIs rilevanti u humiex kompletament interoperabbli. Kwalunkwe sovrapożizzjoni bejn din il-valutazzjoni mill-Aġenzija u l-kompiti tal-korpi notifikati fil-proċedura ta' verifika għandha tiġi evitata. Għaldaqstant, l-applikant għandu jinforma lill-Aġenzija jekk il-proċedura ta' verifika mwettqa mill-korp notifikat tkunx diġà nbdiet jew jekk kwalunkwe ċertifikat ta' konformità jkunx diġà disponibbli. L-applikant għandu jkun jista' jagħżel li jitlob tali valutazzjoni mill-Aġenzija jew għal kull proġett individwali tal-ERTMS jew għal ġabra ta' proġetti, linja, grupp ta' linji jew netwerk. |
|
(48) |
Id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva ma għandux idewwem l-adozzjoni ta' proġetti tal-ERTMS li għalihom tlesta l-proċess ta' sejħiet għall-offerti u l-ikuntrattar. |
|
(49) |
Sabiex jiġi ffaċilitat it-tqegħid fis-suq ta' vetturi u biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, għandu jiġi introdott il-kunċett ta' awtorizzazzjoni ta' vetturi għat-tqegħid fis-suq li jkun validu fl-Unjoni kollha. Filwaqt li l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq jippermettu transazzjonijiet kummerċjali ta' vetturi kullimkien fis-suq tal-Unjoni, vettura tista' tintuża biss fiż-żona ta' użu koperta mill-awtorizzazzjoni tagħha. F'dak il-kuntest, kwalunkwe estensjoni taż-żona ta' użu għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni aġġornata tal-vettura. Jeħtieġ li l-vetturi diġà awtorizzati skont Direttivi preċedenti wkoll jirċievu awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jekk huma maħsuba biex jintużaw f'netwerks mhux koperti mill-awtorizzazzjoni tagħhom. |
|
(50) |
Meta ż-żona ta' użu tkun limitata għal netwerk jew netwerks fi Stat Membru wieħed, l-applikant għandu jkun jista' jagħżel jekk jippreżentax l-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni ta' vettura, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fir-Regolament (UE) 2016/796, lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza ta' dak l-Istat Membru jew lill-Aġenzija. L-għażla magħmula mill-applikant għandha tkun vinkolanti sakemm l-applikazzjoni titlesta jew tintemm. |
|
(51) |
Proċedura adegwata għandha tkun disponibbli għall-applikant biex jappella kontra deċiżjoni, jew nuqqas ta' aġir, tal-Aġenzija jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. Barra minn hekk, dispożizzjonijiet ċari proċedurali u dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet meta l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza ma jaqblux dwar valutazzjonijiet li jkunu saru fir-rigward tal-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet ta' vetturi. |
|
(52) |
Miżuri speċifiċi, inkluż ftehimiet ta' kooperazzjoni, għanhom jieħdu kont tas-sitwazzjoni ġeografika u storika speċifika ta' ċerti Stati Membri, filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
|
(53) |
Meta l-operazzjoni tkun limitata għal netwerks li jeħtieġu ħila esperta speċifika għal raġunijiet ġeografiċi jew storiċi, u meta netwerks bħal dawn ikunu iżolati mill-bqija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, għandu jkun possibbli li l-applikant iwettaq il-formalitajiet neċessarji lokalment billi jinteraġixxi mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti. Għal dak il-għan, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi, għandu jkun possibbli li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni li għandhom jiġu konklużi bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti jipprevedu l-allokazzjoni adegwata tal-kompiti, mingħajr preġudizzju għall-assunzjoni mill-Aġenzija tar-responsabbiltà finali għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni. |
|
(54) |
In-netwerks ferrovjarji li jinsabu fl-Istati Baltiċi (l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja) għandhom wisa' bejn il-linji ta' 1520 mm, li hija l-istess bħal fil-pajjiżi terzi ġirien, iżda hija differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni. Dawn in-netwerks Baltiċi wirtu rekwiżiti tekniċi u operattivi komuni, li jipprovdu interoperabbiltà de facto bejniethom, u, f'dan ir-rigward, l-awtorizzazzjoni tal-vettura maħruġa f'wieħed minn dawn l-Istati Membri tista' tkun valida għall-bqija ta' dawn in-netwerks. Sabiex tiġi ffaċilitata l-allokazzjoni effiċjenti u proporzjonali ta' riżorsi għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi għat-tqegħid fis-suq jew awtorizzazzjoni ta' tip ta' vetturi, u sabiex jitnaqqas il-piż finanzjarju u amministrattiv għall-applikant f'dawn il-każijiet, l-arranġamenti speċifiċi ta' kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tas-sikurezza għandhom jinkludu, fejn meħtieġ, il-possibbiltà li l-kompiti jingħataw lil dawn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. |
|
(55) |
L-Istati Membri li għandhom sehem kbir mit-traffiku ferrovjarju flimkien ma' pajjiżi terzi li għandhom l-istess gauge ferrovjarju li huwa differenti minn dak tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jżommu proċeduri differenti ta' awtorizzazzjoni ta' vetturi għal vaguni tal-merkanzija u kowċis tal-passiġġieri b'użu kondiviż ma' dawk il-pajjiżi terzi. |
|
(56) |
Għal raġunijiet ta' traċċabbiltà u sikurezza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jassenjaw numru Ewropew tal-vettura lil vettura meta mitluba jagħmlu dan mid-detentur tal-vettura. L-informazzjoni dwar il-vettura għandha mbagħad titniżżel f'reġistru tal-vetturi. Ir-reġistri tal-vetturi għandhom ikunu disponibbli għal konsultazzjoni mill-Istati Membri kollha u minn ċerti atturi ekonomiċi fl-Unjoni. Ir-reġistri tal-vetturi għandhom ikunu konsistenti f'dak li hu l-format tad-data. Għandhom għalhekk ikunu koperti minn speċifikazzjonijiet operazzjonali u tekniċi komuni. Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż bla bżonn, il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjoni għal Reġistru Ewropew tal-Vetturi li jinkorpora reġistri nazzjonali tal-vetturi, bil-ħsieb li tinħoloq għodda komuni, filwaqt li, fl-istess ħin, funzjonijiet addizzjonali rilevanti għal ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri jinżammu fil-livell nazzjonali. |
|
(57) |
Sabiex tkun żgurata t-traċċabbiltà ta' vetturi u l-istorja tagħhom, ir-referenzi għall-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi għat-tqegħid fis-suq għandhom jiġu rreġistrati flimkien ma' data l-oħra dwar il-vetturi. |
|
(58) |
Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri biex tiġi vverifikata l-kompatibbiltà bejn il-vetturi u r-rotot li fuqhom ser jintużaw wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u qabel l-użu minn impriża ferrovjarja ta' vettura fiż-żona ta' użu tagħha kif speċifikat fl-awtorizzazzjoni tal-vetturi għat-tqegħid fis-suq. |
|
(59) |
Il-korpi notifikati responsabbli biex jeżaminaw il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità u l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti, flimkien mal-proċedura għall-valutazzjoni tas-subsistemi għandhom, b'mod partikolari fl-assenza ta' xi speċifikazzjoni Ewropea, jikkoordinaw id-deċiżjonijiet tagħhom mill-qrib kemm jista' jkun. |
|
(60) |
L-akkreditament trasparenti previst fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), li jiżgura l-livell neċessarju ta' fiduċjafiċ-ċertifikati ta' konformità, għandu jitqies mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali madwar l-Unjoni li huwa l-mezz preferut li permezz tiegħu jintwerew il-kompetenzi tekniċi tal-korpi notifikati u, mutatis mutandis, tal-korpi nominati sabiex jivverifikaw il-konformità mar-regoli nazzjonali. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jqisu li jkollhom f'idejhom il-mezzi xierqa biex iwettqu l-valutazzjoni huma stess. F'każijiet bħal dawn, sabiex ikun garantit il-livell adegwat ta' kredibbiltà tal-evalwazzjonijiet minn awtoritajiet nazzjonali oħrajn, dawn għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-evidenza dokumentarja meħtieġa li turi li l-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità evalwati huma konformi mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. |
|
(61) |
Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi biss ir-rekwiżiti ta' interoperabbiltà għall-kostitwenti u s-subsistemi tal-interoperabbiltà. Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti, jeħtieġ li jsiru provvedimenti għall-preżunzjoni tal-konformità għall-kostitwenti u s-subsistemi tal-interoperabbiltà li jkunu konformi mal-istandards armonizzati li jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 għall-iskop tal-espressjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati li jirrigwardaw dawk ir-rekwiżiti. |
|
(62) |
Il-miżuri adottati bis-saħħa ta' din id-Direttiva għandhom jiġu kkomplementati b'inizjattivi bil-għan li jipprovdu appoġġ finanzjarju lit-teknoloġiji innovattivi u interoperabbli fis-settur ferrovjarju tal-Unjoni. |
|
(63) |
Biex ikunu ssupplimentati l-elementi mhux essenzjali ta' din id-direttiva, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandu jkun delegat lill-Kummissjoni fir-rigward tal-objettivi speċifiċi ta' kull TSI. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(64) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni rigward: TSIs u emendi għat-TSIs, inklużi dawk l-emendi meħtieġa biex jiġu rimedjati nuqqasijiet fit-TSIs, il-mudell tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-“KE” jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà u d-dokumenti akkumpanjanti; l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-fajl li għandu jakkumpanja t-talba għan-nonapplikazzjoni ta' TSI waħda jew aktar jew partijiet minnhom, il-format u l-metodi ta' trasmissjoni ta' dak il-fajl u, fejn xieraq, id-deċiżjoni dwar in-nonapplikazzjoni tat-TSIs; il-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali notifikati fi gruppi differenti bil-għan li jiġu ffaċilitati l-verifiki ta' kompatibbiltà bejn it-tagħmir fiss u mobbli; id-dettalji tal-proċedura ta' verifika “KE” u l-proċedura ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali, u l-mudelli għad-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” u l-mudelli għad-dokumenti tal-fajl tekniku li għandu jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika kif ukoll il-mudelli għaċ-ċertifikati ta' verifika; l-arranġamenti prattiċi għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi; il-mudell tad-dikjarazzjoni ta' konformità għat-tip u, fejn xieraq, moduli ad hoc għall-valutazzjoni tal-konformità; ir-reġistri tal-vetturi nazzjonali, ir-Reġistru Ewropew tal-vetturi u r-reġistru ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid ta' tipi fis-suq; u l-ispeċifikazzjonijiet komuni li jirrigwardaw il-kontenut, il-format tad-data, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod tal-operazzjoni u r-regoli għall-input tad-data kif ukoll il-konsultazzjoni għar-reġistru tal-infrastruttura. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
|
(65) |
It-TSIs għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari. Meta jiġu skoperti defiċjenzi kritiċi fit-TSIs, l-Aġenzija għandha tintalab toħroġ opinjoni li, f'ċerti kundizzjonijiet, tista' tiġi ppubblikata u użata mill-partijiet interessati kollha (inkluż l-industrija u l-korpi notifikati) bħala mezz aċċettabbli ta' konformità sakemm issir ir-reviżjoni tat-TSIs ikkonċernati. |
|
(66) |
L-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu TSIs ġodda jew li jemendaw TSIs għandhom jirriflettu l-objettivi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati. |
|
(67) |
Ċerti passi organizzattivi huma meħtieġa sabiex l-Aġenzija tkun preparata għar-rwol imtejjeb tagħha skont din id-Direttiva. Għaldaqstant, għandu jiġi previst perijodu ta' transizzjoni adegwat. Matul dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress li sar mill-Aġenzija fit-tħejjija għar-rwol imtejjeb tagħha. Wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta perjodikament dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jevalwa l-proċess ta' awtorizzazzjoni tal-vetturi, il-każijiet meta t-TSIs ma jiġux applikati u l-użu tar-reġistri. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà ta' komponenti kritiċi tas-sikurezza. |
|
(68) |
Jeħtieġ li l-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-partijiet interessati jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. |
|
(69) |
Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-interoperabbiltà fis-sistema ferrovjarja madwar l-Unjoni kollha, ma jistax tintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjonitista' tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. |
|
(70) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għad-dispożizzjonijiet li jikkostitwixxu emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 2008/57/KE. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva 2008/57/KE. |
|
(71) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi indikati fil-Parti B tal-Anness V, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jitħarsu biex tinkiseb l-interoperabbiltà fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, b'tali mod li tkun kompatibbli mad-Direttiva (UE) 2016/798 sabiex jiġi definit livell ottimali ta' armonizzazzjoni teknika, u jkun possibbli l-iffaċilitar, it-titjib u l-iżvilupp ta' servizzi tat-trasport ferrovjarju fl-Unjoni u ma' pajjiżi terzi u tikkontribwixxi għat-tkomplija taż-żona ferrovjarja unika Ewropea u l-kisba progressiva tas-suq intern. Dawk il-kundizzjonijiet jikkonċernaw id-disinn, il-kostruzzjoni, it-tqegħid fis-servizz, l-immodernizzar, it-tiġdid, l-operazzjoni u l-manutenzjoni ta' partijiet ta' dik is-sistema kif ukoll il-kwalifiki professjonali ta', u l-kundizzjonijiet tas-saħħa u sigurtà li japplikaw għall-persunal li jikkontribwixxi għall-operazzjoni u l-manutenzjoni tagħha.
2. Din id-Direttiva tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw, għal kull subsistema, il-kostitwenti tal-interoperabbiltà, l-interfaċċi u l-proċeduri, u l-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà globali tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni meħtieġa sabiex tinkiseb l-interoperabbiltà tagħha.
3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:
|
(a) |
il-metro; |
|
(b) |
trammijiet u vetturi ta' ferrovija ħfief, u infrastruttura użata esklużivament minn dawk il-vetturi; |
|
(c) |
netwerks li fil-funzjoni tagħhom huma separati mill-bqija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u li huma maħsuba biss għall-operazzjoni ta' servizzi tal-passiġġieri lokali, urbani jew suburbani, flimkien ma' impriżi li joperaw biss fuq dawk in-netwerks. |
4. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva:
|
(a) |
infrastruttura ferrovjarja privata, inklużi binarji, użata mis-sid jew minn operatur għall-fini tal-attivitajiet rispettivi tagħhom tat-trasport ta' merkanzija jew għat-trasport ta' persuni għal finijiet mhux kummerċjali, u vetturi użati esklużivament fuq infrastruttura bħal din; |
|
(b) |
infrastruttura u vetturi riservati għall-użu strettament lokali, storiku jew turistiku; |
|
(c) |
infrastruttura ferrovjarja ħafifa li kultant tintuża minn vetturi ta' ferrovija tqal skont il-kundizzjonijiet operattivi tas-sistema ta' ferrovija ħafifa, fejn ikun neċessarju għall-finijiet ta' konnettività ta' dawk il-vetturi biss; u |
|
(d) |
vetturi li primarjament jintużaw fuq infrastruttura ferrovjarja ħafifa iżda mgħammra bi ftit komponenti ta' ferrovija tqal neċessarji biex jippermettu li jsir tranżitu jiġi effettwat fuq sezzjoni ristretta u limitata ta' infrastruttura ta' ferrovjarja tqila għal finijiet ta' konnettività biss. |
5. Fil-każ ta' tramm-ferroviji li joperaw fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, fejn ma jkunx hemm TSIs li japplikaw għal dawk it-tramm-ferroviji, għandu japplika dan li ġej:
|
(a) |
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li r-regoli nazzjonali jew miżuri oħra rilevanti aċċessibbli jiġu adottati sabiex jiġi żgurat li tali tramm-ferroviji jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali rilevanti; |
|
(b) |
L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali sabiex jispeċifikaw il-proċedura ta' awtorizzazzjoni applikabbli għal tali tramm-ferroviji. L-awtorità li toħroġ l-awtorizzazzjoni tal-vettura għandha tikkonsulta l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza rilevanti sabiex tiżgura li l-operat imħallat tat-tramm-ferroviji u l-ferroviji tqal jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali kollha kif ukoll il-miri komuni tas-sikurezza (“CSTs”) rilevanti; |
|
(c) |
B'deroga mill-Artikolu 21, fil-każ ta' operazzjoni transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi. |
Dan il-paragrafu ma japplikax għal vetturi esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva f'konformità mal-paragrafi 3 u 4.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
|
(1) |
“sistema ferrovjarja tal-Unjoni” tfisser l-elementi elenkati fl-Anness I; |
|
(2) |
“interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità ta' sistema ferrovjarja li tippermetti l-moviment bla periklu u interruzzjoni ta' ferroviji li jilħqu l-livelli meħtieġa tal-prestazzjoni ta' dawn il-linji; |
|
(3) |
“vettura” tfisser vettura ferrovjarja adatta biex tiġri fuq ir-roti fuq linji ferrovjarji, b'ġibda jew mingħajr; vettura hija komposta minn subsistema strutturali u funzjonali waħda jew iktar; |
|
(4) |
“netwerk” tfisser il-linji, stazzjonijiet, terminali, u kwalunkwe tip ta' tagħmir fiss meħtieġ sabiex jiżgura l-operazzjoni sikura u kontinwa tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni; |
|
(5) |
“subsistemi” tfisser il-partijiet strutturali jew funzjonali tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Anness II; |
|
(6) |
“subsistema mobbli” tfisser is-subsistema ta' vetturi ferrovjarji u s-subsistema ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni abbord; |
|
(7) |
“kostitwenti tal-interoperabbiltà” tfisser kwalunkwe komponent elementari, grupp ta' komponenti, binja parzjali jew binja sħiħa ta' tagħmir inkorporat jew intiż biex jiġi inkorporat fis-subsistema li fuqha l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tiddependi direttament jew indirettament, inkluż kemm oġġetti tanġibbli kif ukoll oġġetti intanġibbli; |
|
(8) |
“prodott” tfisser prodott miksub permezz ta' proċess ta' manifattura, inklużi l-kostitwenti u s-subsistemi tal-interoperabbiltà; |
|
(9) |
“rekwiżiti essenzjali” tfisser il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Anness III li għandhom jintlaħqu mis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, mis-subsistemi u mill-kostitwenti tal-interoperabbiltà, inkluż l-interfaċċi; |
|
(10) |
“speċifikazzjoni Ewropea” tfisser speċifikazzjoni li taqa' taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:
|
|
(11) |
“speċifikazzjoni teknikagħall-interoperabbiltà” (TSI), tfisser speċifikazzjoni adottata f'konformità ma' din id-Direttiva li biha subsistema jew parti minn subsistema tkun koperta biex tilħaq ir-rekwiżiti essenzjali u biex tassigura l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni; |
|
(12) |
“parametru bażiku” tfisser kwalunkwe kundizzjoni regolatorja, teknika jew operattiva li tkun essenzjali għall-interoperabbiltà u li trid tkun speċifikata fit-TSIs rilevanti; |
|
(13) |
“każ speċifiku” tfisser kwalunkwe parti mis-sistema ferrovjarja konvenzjonali li jkollha bżonn dispożizzjonijiet speċjali fit-TSIs, jew temporanji inkella permanenti, minħabba l-limitazzjonijiet ġeografiċi, topografiċi jew tal-ambjent urban jew minħabba dawk li jaffettwaw il-kompatibbiltà mas-sistema eżistenti, b'mod partikolari linji ferrovjarji u netwerks iżolati mill-bqija tal-Unjoni, il-loading gauge, it-track gauge jew l-ispazju bejn il-linji u l-vetturi strettament maħsub għall-użu lokali, reġjonali jew storiku, flimkien mal-vetturi li joriġinaw minn jew li jkunu ddestinati lejn pajjiżi terzi; |
|
(14) |
“immodernizzar” tfisser kull tibdil maġġuri f'subsistema jew parti minnha li jirriżulta f'tibdil fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” jekk dak il-fajl tekniku jkun jeżisti u li jtejjeb il-prestazzjoni ġenerali tas-subsistema; |
|
(15) |
“tiġdid” tfisser kull xogħol ta' tibdil sostanzjali f'subsistema jew parti minnha li ma jibdilx il-prestazzjoni ġenerali tas-subsistema; |
|
(16) |
'sistema ferrovjarja eżistenti tfisser l-infrastruttura magħmula minn linji jew stallazzjonijiet fissi ta' netwerk ferrovjarju eżistenti flimkien mal-vetturi tal-kategoriji u l-oriġini kollha li jivvjaġġaw fuq dik l-infrastruttura; |
|
(17) |
“sostituzzjoni fil-qafas ta' manutenzjoni” tfisser kull tibdil ta' komponenti b'oħrajn li jagħmlu l-istess funzjoni u prestazzjoni fil-qafas ta' manutenzjoni preventiva jew korrettiva; |
|
(18) |
“tramm-ferrovija” tfisser vettura maħsuba għal użu kombinat kemm fuq infrastruttura ferrovjarja ħafifa kif ukoll fuq infrastruttura ferrovjarja tqila; |
|
(19) |
“tqegħid fis-servizz” tfisser l-operazzjonijiet kollha li permezz tagħhom is-subsistema titqiegħed fis-servizz operattiv tagħha; |
|
(20) |
“entità kontraenti” tfisser entità, pubblika jew privata, li tordna d-disinn u/jew il-kostruzzjoni jew l-aġġornament jew l-immodernizzarta' subsistema; |
|
(21) |
“detentur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li, billi hi s-sid ta' vettura jew għandha d-dritt li tużaha, tisfrutta l-vettura bħala mezz ta' trasport u hija reġistrata bħala tali fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi msemmi fl-Artikolu 47; |
|
(22) |
“applikant” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li titlob awtorizzazzjoni, kemm jekk impriża ferrovjarja, amministratur tal-infrastruttura jew kwalunkwe persuna jew entità legali oħra, bħal manifattur, sid jew detentur. Għall-fini tal-Artikolu 15, “applikant” tfisser entità kontraenti jew manifattur, jew ir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu; għall-fini tal-Artikolu 19, “applikant” tfisser fiżika naturali jew ġuridika li titlob id-deċiżjoni tal-Aġenzija għall-approvazzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti għall-proġetti mat-tagħmir maġenb il-binarji tal-ERTMS. |
|
(23) |
“proġett fi stadju avvanzat ta' żvilupp” tfisser kwalunkwe proġett li l-fażi ta' ippjanar jew ta' kostruzzjoni tiegħu hija fi stadju fejn modifika tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tista' tikkomprometti l-vijabilità tal-proġett kif ippjanat; |
|
(24) |
“standard armonizzat” tfisser standard Ewropew kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; |
|
(25) |
“awtorità nazzjonali tas-sikurezza” tfisser awtorità tas-sikurezza kif definita fil-punt (7) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/798; |
|
(26) |
“tip” tfisser tip ta' vettura li tiddefinixxi l-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tal-vettura kif koperta minn ċertifikat tal-eżami tat-tip jew disinn deskritt fil-modulu ta' verifika rilevanti; |
|
(27) |
“serje” tfisser numru ta' vetturi ta' tip ta' disinn identiku; |
|
(28) |
“entità inkarigata mill-manutenzjoni” (“ECM”) tfisser entità inkarigata mill-manutenzjoni kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/798; |
|
(29) |
“ferrovija ħafifa” tfisser sistema tat-trasport ferrovjarja urbana u/jew suburbana b'reżistenza ta' C-III jew C-IV għall-ħabtiet (f'konformità mal-EN 15227:2011) u saħħa massima tal-vettura ta' 800 kN (forza kompressiva lonġitudinali fiż-żona ta' agganċjament); is-sistemi tal-ferrovija ħafifa jista' jkollhom id-dritta tagħhom jew inkella jaqsmuha mat-traffiku tat-triq u s-soltu ma jpartux il-vetturi mat-traffiku tal-passiġġieri jew tal-merkanzija fuq distanzi twal; |
|
(30) |
“regoli nazzjonali” tfisser ir-regoli vinkolanti kollha adottati fi Stat Membru, irrispettivament mill-korp li joħroġhom, li fihom ir-rekwiżiti tas-sikurezza ferrovjarja jew ir-rekwiżiti tekniċi, ħlief dawk stabbiliti mill-Unjoni jew regoli internazzjonali li huma applikabbli f'dak l-Istat Membru għal impriżi ferrovjarji, amministraturi tal-infrastruttura jew partijiet terzi; |
|
(31) |
“l-istat ta' operazzjoni skont kif ippjanat” tfisser il-mod normali ta' operazzjoni u l-kundizzjonijiet degradati li jistgħu jiġu previsti (inkluż tkagħbir bl-użu) fil-firxa u l-kundizzjonijiet tal-użu speċifikati fil-fajl tekniku u ta' manutenzjoni; |
|
(32) |
“żona tal-użu ta' vettura” tfisser netwerk jew netwerks fi Stat Membru, jew grupp ta' Stati Membri li fihom il-vettura hija maħsuba li tintuża; |
|
(33) |
“mezzi aċċettabbli ta' konformità” tfisser opinjonijiet li mhumiex vinkolanti li jinħarġu mill-Aġenzija biex jiddefinixxu modi ta' kif tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali; |
|
(34) |
“mezzi nazzjonali aċċettabbli ta' konformità” tfisser opinjonijiet li mhumiex vinkolanti li jinħarġu mill-Istati Membri biex jiddefinixxu modi ta' kif tiġi stabbilita l-konformità mar-regoli nazzjonali; |
|
(35) |
“tqegħid fis-suq” tfisser li l-ewwel kummerċjalizzazzjoni, fi stat ta' funzjonament, ta' kostitwent tal-interoperabbiltà, ta' subsistema jew ta' vettura fis-suq tal-Unjoni; |
|
(36) |
“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott fil-forma ta' kostitwenti, subsistemi jew vetturi interoperabbli jew tqabbad lil min jiddisinjah jew jimmanifatturah, u li tikkummerċjalizzah taħt isimha jew il-marka kummerċjali tagħha; |
|
(37) |
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur jew entità kontraenti sabiex taġixxi f'isem il-manifattur jew entità kontraenti fir-rigward ta' kompiti speċifiċi; |
|
(38) |
“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn prodott, subsistema, proċess jew servizz; |
|
(39) |
“akkreditazzjoni” tfisser akkreditazzjoni kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008; |
|
(40) |
“korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni” tfisser korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008; |
|
(41) |
“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li permezz tiegħu jintwera jekk ir-rekwiżiti speċifikati li jirrigwardaw prodott, proċess, servizz, subsistema, persuna jew korp ġewx issodisfati; |
|
(42) |
“korp ta' valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li ġie nnotifikat jew innominat biex ikun responsabbli mill-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, inkluż il-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni; korp ta' valutazzjoni tal-konformità huwa kklassifikat bħala “korp notifikat” wara li tkun saret notifika minn Stat Membru; korp ta' valutazzjoni tal-konformità huwa kklassifikat bħala korp nominat wara li tkun saret nomina minn Stat Membru; |
|
(43) |
'persuna b'diżabilità u persuna b'mobbiltà mnaqqsa għandha tinkludi kull persuna li jkollha diżabilità fiżika, mentali, intellettwali jew sensorjali li tkun permanenti jew temporanja u li, meta ssib diversi ostakli, tista' tillimita l-użu sħiħ u effettiv, minn dik il-persuna, tat-trasport fuq bażi ugwali mal-passiġġieri l-oħra jew persuni li l-mobbiltà tagħhom meta jużaw it-trasport tonqos minħabba l-età; |
|
(44) |
“amministratur tal-infrastruttura” tfisser amministratur tal-infrastruttura kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11); |
|
(45) |
“impriża ferrovjarja” tfisser l-impriża ferrovjarja kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE, u kwalunkwe impriża oħra pubblika jew privata, li l-attività tagħha hija dik li tipprovdi trasport tal-oġġetti u/jew tal-passiġġieri bil-ferroviji fuq il-bażi li l-impriża għandha tiżgura t-trazzjoni; din tinkludi wkoll impriżi li jipprovdu biss trazzjoni. |
Artikolu 3
Rekwiżiti essenzjali
1. Is-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, is-subsistemi u l-kostitwenti tal-interoperabbiltà inklużi l-interfaċċi għandhom jilħqu r-rekwiżiti rilevanti essenzjali.
2. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 60 tad-Direttiva 2014/25/UE li huma meħtieġa biex jikkompletaw l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej jew standards oħrajn li jintużaw fl-Unjoni, ma għandhomx ikunu konfliġġenti mar-rekwiżiti essenzjali.
KAPITOLU II
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TA' INTEROPERABBILTÀ
Artikolu 4
Kontenut tat-TSIs
1. Kull waħda mis-subsistemi definiti fl-Anness II għandha tkun koperta minn TSI. Fejn meħtieġ, subsistema tista' tkun koperta minn numru ta' TSIs u TSI waħda tista' tkopri diversi subsistemi.
2. Is-subsistemi fissi għandhom jikkonformaw mat-TSIs u r-regoli nazzjonali fis-seħħ meta ssir it-talba għal awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz skont din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għall-punt (f) tal-paragrafu 3.
Il-vetturi għandhom jikkonformaw mat-TSIs u r-regoli nazzjonali fis-seħħ meta ssir it-talba għal awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq skont din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għall-punt (f) tal-paragrafu 3.
Il-konformità u osservanza tas-subsistemi fissi u vetturi għandhom jinżammu b'mod permanenti sakemm ikunu qed jintużaw.
3. Sa fejn meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva imsemmija fl-Artikolu 1, kull TSI għandha:
|
(a) |
tindika l-kamp ta' applikazzjoni maħsub tagħha (parti min-netwerk jew vetturi msemmija fl-Anness I subsistema jew parti ta' subsistema msemmija fl-Anness II); |
|
(b) |
tistipula rekwiżiti essenzjali għal kull subsistema involuta u l-interfaċċi tagħha b'rabta ma' subsistemi oħra; |
|
(c) |
tistabbilixxi speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi li għandhom jintlaħqu mis-subsistema u l-interfaċċi tagħha b'rabta mas-subsistemi l-oħra. Jekk meħtieġ, dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jvarjaw skont l-użu tas-subsistema, per eżempju skont il-kategoriji tal-linja, tal-hub u/jew tal-vetturi kif previst fl-Anness I; |
|
(d) |
tistabbilixxi l-kostitwenti tal-interoperabbiltà u l-interfaċċi li jridu jiġu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, inklużi l-istandards Ewropej, li jinħtieġu biex jakkwistaw l-interoperabbiltà fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni; |
|
(e) |
tgħid, f'kull każ li jkun qed jiġi kkunsidrat, liema proċeduri għandhom jintużaw biex tiġi vvalutata l-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà, min-naħa waħda, jew il-verifika “KE” tas-subsistemi, min-naħa l-oħra. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu bbażati fuq il-moduli mfissra fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE (12); |
|
(f) |
tindika l-istrateġija għall-applikazzjoni tat-TSI. B'mod partikolari, jeħtieġ li wieħed jispeċifika l-istadji li għandhom jitwettqu, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji stmati u r-riperkussjonijiet mistennija għall-partijiet interessati affettwati sabiex issir transizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni eżistenti għas-sitwazzjoni finali li fiha l-konformità mat-TSI għandha tkun in-norma; Fejn ikun jinħtieġ l-implimentazzjoni koordinata tat-TSI, bħal tul kuritur jew bejn l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, l-istrateġija tista' tinkludi proposti għal twettieq fi stadji; |
|
(g) |
tindika, għall-persunal ikkonċernat, il-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa u s-sikurezza fix-xogħol għall-operazzjoni u l-manutenzjoni tas-subsistema ta' hawn fuq, kif ukoll għall-applikazzjoni tat-TSIs; |
|
(h) |
tindika d-dispożizzjonijiet applikabbli għas-subsistemi u vetturi eżistenti, b'mod partikolari fil-każ ta' immodernizzar u tiġdid u, f'każijiet bħal dawn, il-ħidma ta' titjieb li jeħtieġ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ġdida; |
|
(i) |
tindika l-parametri tal-vetturi u s-subsistemi fissi li għandhom jiġu vverifikati mill-impriża ferrovjarja u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati sabiex jiġu vverifikati dawk il-parametri wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u qabel l-ewwel darba li tintuża l-vettura sabiex tkun żgurata l-kompatibbiltà bejn il-vetturi u r-rotot li fuqhom ser joperaw. |
4. Kull TSI għandha ssir fuq il-bażi ta' eżami tas-subsistema eżistenti u tindika bħala mira subsistema li tista' tinkiseb gradwalment f'perijodu ta' żmien raġonevoli. B'hekk, l-adozzjoni gradwali tat-TSIs u l-konformità magħhom għandhom jiffaċilitaw gradwalment il-ksib tal-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.
5. It-TSIs għandhom iżommu, b'mod xieraq, il-kompatibbiltà tas-sistema ferrovjarja eżistenti ta' kull Stat Membru. Għal dak il-għan, jistgħu jiġu previsti każijiet speċifiċi għal kull TSI, kemm fir-rigward tan-netwerk kif ukoll tal-vetturi, u b'mod partikolari għal-loading gauge, il-wisa' bejn il-linji jew l-ispazju ta' bejn il-binarji u l-vetturi li jkunu ġejjin minn jew sejrin lejn pajjiżi terzi. Għal kull każ speċifiku, it-TSIs għandhom jistipulaw regoli għall-implimentazzjoni tal-elementi tat-TSIs previsti f'punti (c) sa (g) tal-paragrafu 3.
6. Jekk ċerti aspetti tekniċi li jikkorrispondu għar-rekwiżiti essenzjali ma jkunux jistgħu jiġu espliċitament koperti f'TSI, għandhom ikunu identifikati biċ-ċar bħala punti miftuħa f'anness tat-TSI.
7. It-TSIs ma għandhomx jipprevjenu lill- Istati Membri rigward l-użu tal-infrastruttura għall-moviment tal-vetturi mhux koperti mit-TSIs.
8. It-TSIs jistgħu jagħmlu referenza espliċita u ċara għal standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali, jew għal dokumenti tekniċi ppubblikati mill-Aġenzija, meta dan hu strettament meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva. F'każ bħal dan, dawn l-istandards jew speċifikazzjonijiet Ewropej (jew il-partijiet rilevanti tagħhom) jew id-dokumenti tekniċi għandhom jitqiesu bħala annessi tat-TSI kkonċernata u għandhom isiru obbligatorji mill-mument li t-TSI tkun applikabbli. Fin-nuqqas ta' standards jew speċifikazzjonijiet, jew ta' dokumenti tekniċi, u sakemm dawn jiġu żviluppati, tista' ssir referenza għal dokumenti normattivi identifikati biċ-ċar; li jkunu faċilment aċċessibbli u li jappartjenu lill- pubbliku.
Artikolu 5
Abbozzar, adozzjoni u reviżjoni ta' TSIs
1. Sabiex tistabbilixxi l-objettivi speċifiċi ta' kull TSI, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadottaatti delegati skont l-Artikolu 50 rigward, b'mod partikolari u fejn xieraq:
|
(a) |
il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku u tekniku tat-TSIs; |
|
(b) |
ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli; |
|
(c) |
il-lista ta' kundizzjonijiet regolatorji, tekniċi u operazzjonali li għandhom jiġu armonizzati fuq il-livell tas-subsistemi u fuq il-livell tal-interfaċċi bejn is-subsistemi u l-livell ta' armonizzazzjoni mistenni tagħhom; |
|
(d) |
il-proċeduri speċifiċi ferrovjarji għall-valutazzjoni tal-konformità u l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà; |
|
(e) |
il-proċeduri speċifiċi ferrovjarji għall-valutazzjoni tal-verifika “KE” tas-sottosistemi; |
|
(f) |
il-kategoriji ta' persunal involut fl-operazzjoni u l-manutenzjoni tas-subsistemi kkonċernati u l-objettivi ġenerali għall-ħolqien ta' rekwiżiti minimi għall-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet ta' saħħa u sikurezza għall-persunal ikkonċernat; |
|
(g) |
kull element meħtieġ ieħor li għandu jitqies biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà skont l-Artikolu 1(1) u (2) fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, bħall-allinjament tat-TSI ma' standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. |
Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika l-ħtieġa għal TSI ġdida jew sostanzjalment emendata, inkluż l-impatt tagħha fuq ir-regoli u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi eżistenti.
2. Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni uniformi tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li dik l-Aġenzija tabbozza TSIs u emendi għalihom u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Kummissjoni.
Kull abbozz ta' TSI għandu jitfassal fl-istadji li ġejjin:
|
(a) |
l-Aġenzija għandha tidentifika l-parametri bażiċi għat-TSI kif ukoll l-interfaċċi mas-subsistemi l-oħra u kull każ speċifiku ieħor li jaf ikun meħtieġ; |
|
(b) |
l-Aġenzija għandha tfassal l-abbozz tat-TSI fuq il-bażi tal-parametri bażiċi msemmija fil-punt (a). Fejn xieraq, l-Aġenzija għandha tqis il-progress tekniku, ix-xogħol ta' standardizzazzjoni diġà mwettaq, il-gruppi ta' ħidma diġà fis-seħħ u x-xogħol rikonoxxut ta' riċerka. |
3. Fl-abbozzar jew ir-reviżjoni ta' kull TSI, inklużi l-parametri bażiċi, l-Aġenzija għandha tqis l-ispejjeż u l-benefiċċji stmati tas-soluzzjonijiet tekniċi kollha kkunsidrati, flimkien mal-interfaċċi ta' bejniethom, sabiex tistabbilixxi u timplimenta l-aktar soluzzjonijiet vijabbli. Dik il-valutazzjoni għandha tindika l-impatt mistenni fuq l-operaturi u l-atturi ekonomiċi kollha involuti u għandha tqis ir-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2016/798. L-Istati Membri għandhom jieħdu sehem f'din il-valutazzjoni billi jagħtu, fejn xieraq, l-informazzjoni meħtieġa.
4. L-Aġenzija għandha tabbozza t-TSIs u l-emendi għalihom, skont l-Artikoli 5 u 19 tar-Regolament (UE) 2016/796 filwaqt li tissodisfa l-kriterji ta' ftuħ, kunsens u trasparenza kif iddefiniti fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
5. Il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 51 (“il-kumitat”) għandu jinżamm infurmat regolarment dwar il-ħidma preparatorja fuq it-TSIs. Matul dik il-ħidma, biex tikkonforma mal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tifformula kwalunkwe termini ta' referenza jew rakkomandazzjonijiet utli dwar id-disinn tat-TSIs u analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-infiq. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' teżiġi jiġu eżaminati soluzzjonijiet alternattivi u li l-valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' dawk is-soluzzjonijiet alternattivi tkun tinsab fir-rapport mehmuż mal-abbozz ta' TSI.
6. Meta subsistemi differenti jkunu jridu jitqiegħdu fis-servizz simultanjamentgħal raġunijiet ta' kompatibbiltà teknika, id-dati tal-applikazzjoni tat-TSIs rilevanti għandhom ikunu l-istess.
7. Fl-abbozzar, l-adozzjoni jew ir-reviżjoni tat-TSIs, l-Aġenzija għandha tqis l-opinjoni tal-utenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-karatteristiċi li għandhom impatt dirett fuq il-kundizzjonijiet li fihom jużaw is-subsistemi. Għal dak l-għan, l-Aġenzija għandha tikkonsulta assoċjazzjonijiet u korpi li jirrappreżentaw lill-utenti waqt il-fażijiet tal-abbozzar u r-reviżjoni tat-TSIs. Mal-abbozz tat-TSI għandha tinkludi rapport dwar ir-riżultati ta' dik il-konsultazzjoni.
8. F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/796, il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-kumitat, għandha tfassal u perjodikament taġġorna l-lista tal-assoċjazzjonijiet u l-korpi tal-passiġġieri li għandhom jiġu kkonsultati. Dik il-lista tista' tiġi eżaminata mill-ġdid u aġġornata fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.
9. Meta tkun qed tabbozza jew teżamina mill-ġdid it-TSIs, l-Aġenzija għandha tqis il-fehma tas-sħab soċjali f'dak li għandhom x'jaqsmu l-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet ta' saħħa u sikurezza fuq ix-xogħol imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 4(3). Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tikkonsulta s-sħab soċjali qabel ma tressaq ir-rakkomandazzjonijiet dwar it-TSIs u l-emendi tagħhom quddiem il-Kummissjoni. Is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati fil-Kumitat ta' Djalogu Settorjali mwaqqaf f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE (13). Is-sħab soċjali għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom fi żmien tliet xhur mill-konsultazzjoni.
10. Meta r-reviżjoni ta' TSI twassal għal bidla fir-rekwiżiti, il-verżjoni l-ġdida tat-TSI għandha tiżgura l-kompatibbiltà ma' subsistemi li diġà tqegħdu fis-servizz f'konformità ma' verżjonijiet ta' TSIs ta' qabel.
11. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, TSIs biex jimplimentaw l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1.Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3). Dawn għandhom jinkludu l-elementi kollha elenkati fl-Artikolu 4(3) u jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li jinsabu fl-Artikoli 4(4) sa (6) u (8).
Artikolu 6
Defiċjenzi fit-TSIs
1. Jekk, wara l-adozzjoni tat-TSI, ikun jidher li din ikollha defiċjenza, dik it-TSI għandha tiġi emendata f'konformità mal-Artikolu 5(11). Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tapplika din il-proċedura mingħajr dewmien. Nuqqasijiet bħal dawn għandhom jinkludu każijiet li jistgħu jirriżultaw f' operazzjonijiet mhux sikuri fi Stat Membru.
2. Sakemm issir ir-reviżjoni ta' TSI, il-Kummissjoni tista' titlob opinjoni mill-Aġenzija. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-opinjoni tal-Aġenzija u tinforma lill-kumitat bil-konklużjonijiet tagħha.
3. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-opinjoni tal-Aġenzija msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun mezz aċċettabbli ta' konformità u għalhekk tista' tintuża għall-valutazzjoni ta' proġetti, sakemm tiġi adottata TSI riveduta.
4. Kull membru tan-netwerk tal-korpi rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) 2016/796 jista' jgħarraf lill-Kummissjoni bil-possibbiltà ta' nuqqasijiet fit-TSIs.
Artikolu 7
Nonapplikazzjoni ta' TSIs
1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-applikant ma japplikax TSI waħda jew aktar jew partijiet minnhom fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
għal subsistema ġdida proposta jew parti minnha, għat-tiġdid jew l-immodernizzar ta' subsistema eżistenti jew parti minnha, jew għal kwalunkwe element imsemmi fl-Artikolu 1(1) li jkun fi stat ta' żvilupp avvanzat jew li jkun is-suġġett ta' kuntratt li jkun qiegħed jiġi eżegwit fid-data tal-applikazzjoni tat-TSIs ikkonċernati; |
|
(b) |
meta, wara aċċident jew diżastru naturali, il-kundizzjonijiet tar-restawrazzjoni rapida tan-netwerk ma tippermettix ekonomikament jew teknikament l-applikazzjoni parzjali jew totali tat-TSIs rilevanti; f'liema każ in-nonapplikazzjoni tat-TSIs għandha tkun limitata għall-perijodu ta' qabel ir-restawrazzjoni tan-netwerk; |
|
(c) |
għal kwalunkwe tiġdid, estensjoni jew immodernizzar propost ta' subsistema eżistenti jew parti minnha, meta l-applikazzjoni tat-TSI(s) ikkonċernat(i) tkun tikkomprometti l-vijabbiltà ekonomika tal-proġett u/jew il-kompatibbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Istat Membru kkonċernat, pereżempju b'rabta mal-loading guage, il-wisa' bejn il-linji, l-ispazju ta' bejn il-binarji jew il-voltaġġ tal-elettrifikazzjoni; |
|
(d) |
għal vetturi li jaslu minn, jew sejrin lejn, pajjiżi terzi li l-wisa' bejn il-linji tagħhom ikun differenti minn dik tan-netwerk prinċipali fi ħdan l-Unjoni; |
|
(e) |
għal subsistema ġdida proposta jew għat-tiġdid jew l-immodernizzar propost ta' subsistema eżistenti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat meta n-netwerk ferrovjarju tiegħu jkun separat jew iżolat bil-baħar jew separat minħabba kundizzjonijiet ġeografiċi speċjali, min-netwerk ferrovjarju tal-bqija tal-Unjoni. |
2. Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' kull TSI, lista ta' proġetti li jkunu qed iseħħu fit-territorju tiegħu u li jkunu qegħdin fi stadju avvanzat ta' żvilupp u li minħabba l-Istat Membru kkonċernat, ikunu fi stadju avvanzat ta' żvilupp.
3. Fil-każijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni d-deċiżjoni tiegħu li ma japplikax TSI waħda jew aktar jew partijiet minnhom.
4. Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a), (c), (d) u (e) taal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti lill-Kummissjoni talba għan-nonapplikazzjoni tat-TSIs jew partijiet minnhom, li jkollha magħha fajl li jkun fih il-ġustifikazzjoni tat-talba, u fejn jispeċifika d-dispożizzjonijiet alternattivi li dak l-Istat Membru beħsiebu japplika minflok it-TSIs. Fil-każ imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba u tiddeċiedi jekk taċċettahiex jew le abbażi tal-kompletezza u l-koerenza tal-informazzjoni li fih il-fajl. Fil-każijiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha permezz ta' atti ta' implimentazzjoni abbażi ta' tali analiżi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
Fil-każijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(6), l-applikant għandu jissottometti l-fajl lill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tikkonsulta l-awtoritajiet tas-sikurezza rilevanti u tagħti l-opinjoni finali tagħha lill-Kummissjoni.
5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-fajl imsemmi fil-paragrafu 4, il-format meħtieġ ta' dak il-fajl u l-metodu li għandu jintuża għat-trasmissjoni tiegħu. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
6. Sakemm tasal id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru jista' japplika, mingħajr dewmien, id-dispożizzjonijiet alternattivi msemmija fil-paragrafu 4.
7. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien erba' xhur minn mindu ssir it-talba akkumpanjata mill-fajl komplut. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni bħal din, it-talba għandha titqies bħala aċċettata.
8. L-Istati Membri għandhom jiġu infurmati dwar ir-riżultati tal-analiżi u dwar ir-riżultat tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4.
KAPITOLU III
KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABBILTÀ
Artikolu 8
Kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' kostitwenti tal-interoperabbiltà
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kostitwenti tal-interoperabbiltà:
|
(a) |
jitqiegħdu fis-suq biss jekk huma jagħmluha possibbli li l-interoperabbiltà tintlaħaq fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni filwaqt li fl-istess ħin jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali; |
|
(b) |
jintużaw fil-qasam tal-użu tagħhom kif maħsuba u jiġu installati u ssirilhom manutenzjoni kif xieraq. |
Dan il-paragrafu ma għandux jipprevjeni t-tqegħid fis-suq ta' dawk il-kostitwenti għal applikazzjonijiet oħra.
2. L-Istati Membri ma għandhomx, fit-territorju tagħhom u fuq il-bażi ta' din id-Direttiva, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà għall-użu tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni meta dawn il-kostitwenti jikkonformaw ma' din id-Direttiva. B'mod partikolari, huma ma għandhomx jitolbu verifiki li jkunu diġà saru bħala parti mill-proċedura għad-dikjarazzjoni “KE” dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu kif previst fl-Artikolu 10.
Artikolu 9
Konformità jew idoneità għall-użu
1. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jikkunsidraw li kostitwent tal-interoperabbiltà jkun konformi mar-rekwiżiti essenzjali jekk ikun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti mit-TSI korrispondenti jew l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej żviluppati biex ikunu konformi ma' dawk il-kundizzjonijiet. Id-dikjarazzjoni ta' konformità jew idoneità għall-użu tal-“KE” għandha tikkonferma li l-kostitwenti tal-interoperabilitá kienu soġġetti għall-proċeduri stabbiliti fit-TSI korrispondenti li jevalwaw il-konformità jew l-idoneità għall-użu.
2. Fejn it-TSI tirrikjedi dan, id-dikjarazzjoni “KE” għandha tkun akkumpanjata minn:
|
(a) |
ċertifikat, maħruġ minn korp jew korpi notifikati, tal-konformità intrinsika ta' kostitwent tal-interoperabbiltà ikkunsidrat għalih, għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu sodisfatti; |
|
(b) |
ċertifikat, maħruġ minn korp jew korpi notifikati, tal-idoneità għall-użu ta' kostitwent tal-interoperabbiltà ikkunsidrat fl-ambjent ferrovjarju tiegħu, b'mod partikolari f'każijiet ta' rekwiżiti funzjonali kkonċernati. |
3. Id-dikjarazzjoni “KE” għandha tiġi datata u ffirmata mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-mudell tad-dikjarazzjoni ta' konformità “KE” ta' konformità jew idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà u l-lista ta' dokumenti li jakkumpanjawha. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
5. Spare parts għal subsistemi li jkunu diġà tpoġġew fis-servizz meta t-TSI korrispondenti jidħol fis-seħħ jistgħu jiġu installati f'dawk is-subsistemi mingħajr ma jkollhom jgħaddu mir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1.
6. It-TSIs jistgħu jistipulaw perijodu ta' transizzjoni għall-prodotti ferrovjarji identifikati minn dawk it-TSIs bħala kostitwenti tal-interoperabbiltà li huma diġà mqiegħda fis-suq meta t-TSIs jidħlu fis-seħħ. Kostitwenti bħal dawn għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 8(1).
Artikolu 10
Proċedura għal dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew idoneità għall-użu
1. Biex tiġi stabbiltà d-dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew idoneità għall-użu ta' kostitwent tal-interoperabbiltà, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu japplika d-dispożizzjonijiet stabbiliti mit-TSIs rilevanti.
2. Fejn mitlub mit-TSI korrispondenti, il-valutazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu ta' kostitwent tal-interoperabbiltà għandha ssir mill-korp notifikat lil liema l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jkun ressaq l-applikazzjoni.
3. Meta l-kostitwenti tal-interoperabbiltà jkunu soġġetti għal atti legali oħra tal-Unjoni li jkopru materji oħra, id-dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew idoneità għall-użu għandha tgħid li l-kostitwenti tal-interoperabbiltà jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti ta' dawk l-atti legali l-oħra.
4. Fejn la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkun issodisfa l-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3, dawk l-obbligi għandhom jaqgħu fuq kwalunkwe persuna li tqiegħed fis-suq kostitwenti tal-interoperabbiltà. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-istess obbligi għandhom jgħoddu għal kwalunkwe persuna li timmonta kostitwenti tal-interoperabbiltà, jew kostitwenti ta' partijiet tal-interoperabbiltà li jkollhom diversi oriġini, jew min jimmanifattura kostitwenti tal-interoperabbiltà għall-użu tiegħu.
5. Jekk Stat Membru jsib li d-dikjarazzjoni “KE” ma tkunx imtliet b'mod tajjeb, huwa għandu jiżgura li l-kostitwent tal-interoperabbiltà ma jitqiegħedx fis-suq. F'każ bħal dan, il-manifattur jew r-rappreżentat awtorizzat tiegħu għandu jintalab jirritorna l-kostitwent tal-interoperabbiltà għal stat ta' konformità skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru.
Artikolu 11
Nuqqas ta' konformità ta' kostitwenti tal-interoperabilitá ma' rekwiżiti essenzjali
1. Fejn Stat Membru jsib li l-kostitwent tal-interoperabbiltà kopert bid-dikjarazzjoni “KE” dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu u li jkun tqiegħed fis-suq, meta jintuża kif maħsub, probabbilment ma jkunx jilħaq ir-rekwiżiti essenzjali, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jillimita l-qasam tal-applikazzjoni tiegħu, jipprojbixxi l-użu tiegħu, jirtirah mis-suq jew jirkuprah. L-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda u jagħtu raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom, waqt li jgħidu b'mod partikolari jekk in-nuqqas fil-konformità jkunx dovut għal:
|
(a) |
il-fatt li ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti essenzjali; |
|
(b) |
applikazzjoni skorretta tal-ispeċifikazzjonijiet Ewropej fejn l-applikazzjoni ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet ikunu joqogħdu fuqha; |
|
(c) |
inadegwatezza tal-ispeċifikazzjonijiet Ewropej. |
2. L-aġenzija, fuq mandat mill-Kummissjoni, għandha tibda l-proċess ta' konsultazzjoni mal-partijiet konċernati mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 20 jum mid-data tar-riċeviment ta' dak il-mandat. Fejn, wara dik il-konsultazzjoni, l-Aġenzija tistabbilixxi li l-miżura ma tkunx iġġustifikata, din għandha tinforma mill-ewwel lill-Kummissjoni, l-Istat Membru li ħa l-inizjattiva kif ukoll Stati Membri oħra, u lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. Fejn l-Aġenzija tistabbilixxi li l-miżura hija ġġustifikata għandha tinforma lill-Istati Membri.
3. Fejn id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 tirriżulta minn inadegwatezza fl-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, l-Istati Membri, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija, kif ikun xieraq, għandhom japplikaw waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
l-irtirar parzjali jew totali tal-ispeċifikazzjoni kkonċernata mill-pubblikazzjoni li tinsab fiha; |
|
(b) |
jekk l-ispeċifikazzjoni rilevanti tkun waħda standard armonizzat, ir-restrizzjoni jew l-irtirar ta' dak l-istandard f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; |
|
(c) |
rieżami tat-TSI skont l-Artikolu 6. |
4. Fejn kostitwent tal-interoperabbiltà li jkollu d-dikjarazzjoni tal-konformità “KE” jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu l-miżuri xierqa kontra kwalunkwe entità li tkun fasslet id-dikjarazzjoni u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan.
KAPITOLU IV
SUBSISTEMI
Artikolu 12
Moviment liberu ta' subsistemi
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V, l-Istati Membri ma għandhomx, fit-territorju tagħhom u għal raġunijiet li jirrigwardaw din id-Direttiva, jipprojbixxu, jillimitaw jew ixekklu l-kostruzzjoni, id-dħul fis-servizz u l-operazzjoni tas-subsistemi strutturali li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali. B'mod partikulari, ma għandhomx jirrikjedu kontrolli li diġà jkunu saru:
|
(a) |
bħala parti mill-proċedura li twassal għad-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika; jew |
|
(b) |
fi Stati Membri oħra, qabel jew wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, bil-għan li tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti identiċi f'kundizzjonijiet operattivi identiċi. |
Artikolu 13
Konformità ma' TSIs u regoli nazzjonali
1. L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkunsidraw bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali, dawk is-subsistemi strutturali li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja li huma koperti, kif ikun xieraq, mid-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” stabbilita b'referenza għat-TSIs, f'konformità mal-Artikolu 15, jew mid-dikjarazzjoni ta' verifika stabbilita b'referenza għar-regoli nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 15(8), jew mit-tnejn.
2. Ir-regoli nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali u, fejn rilevanti, mezzi ta' konformità nazzjonali aċċettabbli, għandhom japplikaw fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
fejn it-TSIs ma jkoprux, jew ma jkoprux għalkollox, ċerti aspetti li jikkorrispondu mar-rekwiżiti essenzjali, inklużi l-punti ta' ftuħ kif imsemmi fl-Artikolu 4(6); |
|
(b) |
fejn ikun ġie nnotifikat nonapplikazzjoni ta' TSI waħda jew aktar jew partijiet minnhom skont l-Artikolu 7; |
|
(c) |
fejn każ speċifiku ikun jitlob l-applikazzjoni ta' regoli tekniċi mhux inklużi fit-TSI rilevanti; |
|
(d) |
regoli nazzjonali użati biex jiġu speċifikati sistemi eżistenti, limitati għall-għan li jivverifikaw il-kompatibbiltà teknika tal-vettura man-netwerk; |
|
(e) |
netwerks u vetturi mhux koperti mit-TSIs; |
|
(f) |
bħala miżura preventiva temporanja urġenti, b'mod partikolari wara aċċident. |
Artikolu 14
Notifika tar-regoli nazzjonali
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar ir-regoli nazzjonali eżistenti imsemmija fl-Artikolu 13(2) fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
fejn ir-regola jew regoli nazzjonali ma jkunux ġew innotifikati sal-15 ta' Ġunju 2016. F'dak il-każ, huma għandhom jiġu nnotifikati sas-16 ta' Diċembru 2016; |
|
(b) |
kull darba li jinbidlu r-regoli; |
|
(c) |
meta ssir talba ġdida f'konformità mal-Artikolu 7 għan-nonapplikazzjoni tat-TSI; |
|
(d) |
fejn ir-regoli nazzjonali ma jibqgħux meħtieġa wara l-pubblikazzjoni jew ir-reviżjoni tat-TSI kkonċernata. |
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw it-test sħiħ tar-regoli nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 permezz ta' sistema adatta tal-IT skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/796.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, inklużi dawk li jkopru l-interfaċċi bejn il-vetturi u n-netwerks, ikunu faċilment aċċessibbli, fil-qasam pubbliku u fformulati f'terminoloġija li jistgħu jifhmu l-partijiet interessati kollha. L-Istati Membri jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar dawk ir-regoli nazzjonali.
4. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw regoli nazzjonali ġodda fil-każijiet li ġejjin biss:
|
(a) |
meta TSI ma tissodisfax kompletament ir-rekwiżiti essenzjali; |
|
(b) |
bħala miżura preventiva urġenti, partikolarment wara aċċident. |
5. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw, permezz ta' sistema adatta tal-IT skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/796 l-abbozzi ta' regoli nazzjonali ġodda lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni għall-konsiderazzjoni qabel id-dħul mistenni fis-sistema legali nazzjonali tar-regola ġdida proposta, fi żmien debitu u fl-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2016/796 u jagħtu ġustifikazzjoni għall-introduzzjoni ta' dik ir-regola ġdida proposta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbozz ikun żviluppat biżżejjed biex jippermetti lill-Aġenzija twettaq l-eżami tagħha skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2016/796.
6. Meta jadottaw regola nazzjonali ġdida, l-Istati Membri għandhom jinnotifikawha lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni permezz tas-sistema adatta tal-IT skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/796.
7. Fil-każ ta' miżuri preventivi urġenti, l-Istati Membri jistgħu jadottaw u japplikaw regola nazzjonali ġdida minnufih. Dik ir-regola għandha tiġi nnotifikata skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2016/796 u tiġi soġġetta għall-valutazzjoni tal-Aġenzija skont l-Artikolu 26(1), (2) u (5) ta' dak ir-Regolament.
8. Meta jinnotifikaw regola nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 jew regola nazzjonali ġdida, l-Istati Membri għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni tal-ħtieġa għal dik ir-regola sabiex jissodisfaw rekwiżit essenzjali li ma jkunx diġà kopert mit-TSI rilevanti.
9. L-abbozzi tar-regoli nazzjonali u r-regoli nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1għandhom jiġu eżaminati mill-Aġenzija skont il-proċeduri stipulati fl-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) 2016/796.
10. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali notifikati fi gruppi differenti bil-għan li jiġu ffaċilitati l-aċċettazzjoni trasversali fi Stati Membri differenti u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, inkluża l-kompatibbiltà bejn it-tagħmir fiss u mobbli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jibnu fuq il-progress li nkiseb mill-Aġenzija fil-qasam tal-aċċettazzjoni trasversali u għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
L-Aġenzija għandha tikklassifika, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, ir-regoli nazzjonali li huma notifikati f'konformità ma' dan l-Artikolu.
11. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jinnotifikawx regoli u restrizzjonijiet ta' natura strettament lokali. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jindikaw dawk ir-regoli u restrizzjonijiet fir-reġistri tal-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 49.
12. Ir-regoli nazzjonali nnotifikati taħt dan l-Artikolu mhumiex soġġetti għall-proċedura ta' notifika stipulata fid-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).
13. Ir-regoli nazzjonali mhux innotifikati f'konformità ma' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-għanijiet ta' din id-Direttiva.
Artikolu 15
Proċedura għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni ta' verifika “KE”
1. Sabiex tiġi stabbilita d-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” meħtieġa għat-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz imsemmija fil-Kapitolu V, l-applikant għandu jitlob lill-korp jew il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jkun għażel għal dak l-iskop biex japplikaw il-proċedura ta' verifika “KE” stipulata fl-Anness IV.
2. L-applikant għandu jistabbilixxi id-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” ta' subsistema. L-applikant għandu jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li s-subsistema kkonċernata kienet soġġetta għall-proċeduri ta' verifika rilevanti u li tissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi rilevanti tal-Unjoni u kwalunkwe regola nazzjonali rilevanti. Id-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” u d-dokumenti li jakkumpanjawha għandhom jiġu ddatati u ffirmati mill-applikant.
3. Ix-xogħol tal-korp notifikat responsabbli għall-verifika “KE” tas-subsistema għandu jibda fl-istadju tad-disinn u jkopri l-perjodu tal-produzzjoni kollu sal-istadju tal-aċċettazzjoni qabel ma s-subsistema titqiegħed fis-suq jew fis-servizz. Dan għandu, f'konformità mat-TSI rilevanti, ikopri wkoll il-verifika tal-interfaċċi tas-subsistema inkwistjoni mas-sistema li fiha tkun inkorporata.
4. L-applikant għandu jkun responsabbli għall-kompilazzjoni tal-fajl tekniku li għandu jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika “KE”. Dak il-fajl tekniku għandu jkollu fih id-dokumenti kollha meħtieġa li jirrigwardaw il-karatteristiċi tas-subsistema u, fejn ikun xieraq, id-dokumenti kollha li jiċċertifikaw il-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà. Dan għandu jkollu fih ukoll l-elementi kollha li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu u mal-istruzzjonijiet rigward is-servizz, il-monitoraġġ kostanti jew ta' rutina, l-aġġustament u l-manutenzjoni.
5. Fil-każ tat-tiġdid jew immodernizzar ta' subsistema li jirriżulta f'emenda tal-fajl tekniku u li jaffettwa l-validità tal-proċeduri ta' verifika li diġà saru, l-applikant għandu jivvaluta l-ħtieġa għal dikjarazzjoni ta' verifika “KE” ġdida.
6. Il-korp notifikat jista' joħroġ ċertifikazzjonijiet ta' verifiki intermedji sabiex ikopri ċerti stadji taċ-ċiklu tal-produzzjoni jew ċerti partijiet ta' subsistema.
7. Jekk it-TSIs rilevanti jippermettu, il-korp notifikat jista' joħroġ ċertifikati ta' verifika għal subsistema waħda jew aktar jew ċerti partijiet ta' dawk is-subsistemi.
8. L-Istati Membri għandhom jinnominaw il-korpi responsabbli mit-twettiq tal-proċedura ta' verifika b'osservanza għar-regoli nazzjonali. F'dak ir-rigward, il-korpi nominati għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti involuti. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30, Stat Membru jista' jaħtar korp notifikat bħala korp nominat, u f'dak il-każ il-proċess kollu jista' jsir minn korp ta' valutazzjoni tal-konformità uniku.
9. Il-Kummissjoni tista' tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni:
|
(a) |
id-dettalji tal-proċeduri ta' verifika “KE” għas-subsistemi, fosthom il-proċedura ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali u d-dokumenti li għandhom jitressqu mill-applikant għall-iskopijiet tal-proċedura; |
|
(b) |
il-mudelli għad-dikjarazzjoni ta' verifika “KE”, fosthom fil-każ ta' modifika tas-subsistema jew fil-każ ta' verifiki addizzjonali, id-dikjarazzjoni intermedja ta' verifika, u l-mudelli għad-dokumenti tal-fajl tekniku li għandu jakkumpanja lil dawk id-dikjarazzjonijiet kif ukoll mudelli għaċ-ċertifikat ta' verifika. |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
Artikolu 16
Nuqqas ta' konformità ta' subsistemi ma' rekwiżiti essenzjali
1. Meta Stat Membru jsib li subsistema strutturali koperta mid-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” li jkollha magħha fajl tekniku ma tkunx tikkonforma għalkollox ma' din id-Direttiva u, b'mod partikolari, ma tkunx tilħaq ir-rekwiżiti essenzjali, dan jista' jitlob li jsiru kontrolli addizzjonali.
2. L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu minnufih jgħarraf lill-Kummissjoni b'xi kontrolli addizzjonali mitluba u jispjega r-raġunijiet li jiġġustifikawhom. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet interessati.
3. L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jiddikjara jekk in-nuqqas ta' konformità sħiħa ma' din id-Direttiva hijiex riżultat ta':
|
(a) |
nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew ma' TSI, jew applikazzjoni mhux korretta ta' TSI, f'liema każ il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lill-Istat Membru fejn tgħix il-persuna li fasslet id-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” b'mod żbaljat u għandha titlob lil dak l-Istat Membru biex jieħu l-miżuri adegwati; |
|
(b) |
inadegwatezza ta' TSI, f'liema każ għandha tapplika l-proċedura għall-emenda tat-TSI kif imsemmija fl-Artikolu 6. |
Artikolu 17
Preżunzjoni ta' konformità
Għandu jkun hemm is-suppożizzjoni li l-kostitwenti u s-subsistemi tal-interoperabbiltà li jkunu konformi ma' standards armonizzati jew ma' partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom.
KAPITOLU V
TQEGĦID FIS-SUQ U TQEGĦID FIS-SERVIZZ
Artikolu 18
Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' installazzjonijiet fissi
1. Is-subsistemi tal-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji, tal-enerġija u l-infrastruttura jistgħu jitqiegħdu fis-servizz biss jekk jiġu ddisinjati, mibnija u installati b'tali mod li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali, u l-awtorizzazzjoni rilevanti tasal f'konformità mal-paragrafi 3 u 4.
2. Kull awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tawtorizza t-tqegħid fis-servizz tas-subsistemi tal-enerġija, l-infrastruttura u l-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-binarji li huma lokalizzati jew operati fit-territorju tal-Istat Membru tagħha.
3. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jipprovdu gwida dettaljata dwar kif jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu. Dokument ta' gwida għall-applikazzjoni li jiddeskrivi u jispjega r-rekwiżiti għal dawk l-awtorizzazzjonijiet u li jelenka d-dokumenti meħtieġa għandu jkun disponibbli għall-applikanti mingħajr ħlas. L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw sabiex ixerrdu din l-informazzjoni.
4. L-applikant għandu jressaq talba għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz ta' installazzjonijiet fissi lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn fajl li jinkludi evidenza dokumentata ta':
|
(a) |
id-dikjarazzjonijiet ta' verifika msemmija fl-Artikolu 15; |
|
(b) |
il-kompatibbiltà teknika tas-subsistemi mas-sistema li fiha qed jiġu integrati, stabbilita abbażi tat-TSIs, tar-regoli nazzjonali u tar-reġistri nazzjonali; |
|
(c) |
l-integrazzjoni sikura tas-subsistemi, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, ir-regoli nazzjonali u l-metodi komuni ta' sikurezza (“CSMs”) imsemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/798. |
|
(d) |
fil-każ ta' subsistemi tal-kmand-kontroll sinjalazzjoni maġenb il-binarji li jinvolvu s-Sistema Ewropea ta' Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) u/jew it-tagħmir ferrovjarju tas-Sistema Globali għall-Komunikazzjoni Mobbli (GSM-R), id-deċiżjoni pożittiva tal-Aġenzija maħruġa skont l-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva; u, fil-każ ta' bidla għall-abbozz ta' speċifikazzjonijiet tal-offerta jew għad-deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti li seħħew wara d-deċiżjoni pożittiva, il-konformità mar-riżultat tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2016/796. |
5. Fi żmien xahar mir-riċeviment tat-talba tal-applikant, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tinforma lill-applikant li l-fajl huwa lest jew titlob informazzjoni supplimentari rilevanti, filwaqt li tistabbilixxi data ta' għeluq raġonevoli biex din tingħata.
L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tivverifika l-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza tal-fajl, u, fil-każ ta' tagħmir tal-binarji ERTMS, konformità mad-deċiżjoni pożittiva tal-Aġenzija maħruġa skont l-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva u, fejn xieraq, konformità mar-riżultat tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2016/796 Wara din il-verifika, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' installazzjonijiet fissi, jew tinforma lill-applikant bid-deċiżjoni negattiva tagħha, fi żmien raġonevoli u determinat minn qabel, u fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' xhur mir-riċeviment tal-informazzjoni rilevanti kollha.
6. Fil-każ ta' tiġdid jew immodernizzartas-subsistemi eżistenti, l-applikant għandu jibgħat fajl li jiddeskrivi l-proġett lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. Fi żmien xahar mir-riċeviment tat-talba tal-applikant, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tinforma lill-applikant li l-fajl huwa lest jew titlob informazzjoni supplimentari rilevanti, filwaqt li tistabbilixxi data ta' għeluq raġonevoli biex din tingħata. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija fil-każ ta' proġetti tal- mal-binarji, għandha teżamina l-fajl u tiddeċiedi jekk hix meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz, fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
il-livell ġenerali ta' sikurezza tas-subsistema kkonċernata jista' jiġi affettwat ħażin mix-xogħlijiet previsti; |
|
(b) |
tkun meħtieġa mit-TSIs rilevanti; |
|
(c) |
tkun meħtieġa mill-pjanijiet nazzjonali ta' implimentazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri; jew |
|
(d) |
isir tibdil fil-valuri tal-parametri li abbażi tagħhom diġà tkun ingħatat awtorizzazzjoni. |
L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien determinat minn qabel u raġonevoli, u fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' xhur mir-riċeviment tal-informazzjoni rilevanti kollha.
7. Deċiżjoni li tirrifjuta talba għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' installazzjonijiet fissi għandha tkun debitament sostnuta mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. L-applikant jista', fi żmien xahar mir-riċeviment tad-deċiżjoni negattiva, jagħmel talba biex dik l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tirrevedi d-deċiżjoni tagħha. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollha xahrejn mid-data tar-riċeviment tat-talba għal rieżami li fih tikkonferma jew tirrevoka d-deċiżjoni tagħha. Jekk id-deċiżjoni negattiva ta' awtorità nazzjonali tas-sikurezza tiġi kkonfermata, l-applikant jista' jressaq appell quddiem il-korp ta' appell nominat mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798.
Artikolu 19
Implimentazzjoni armonizzata tal-ERTMS fl-Unjoni
1. Fil-każ tas-subsistemi ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji li jinvolvu l-ETCS) u/jew it-tagħmir tal-GSM-R, l-Aġenzija għandha tiżgura l-implimentazzjoni armonizzata tal-ERTMS fl-Unjoni.
2. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tal-ERTMS u l-interoperabbiltà fuq il-livell tal-Unjoni, qabel kull sejħa għall-offerti li tirrigwarda tagħmir maġenb il-binarji tal-ERTMS, l-Aġenzija għandha tivverifika li s-soluzzjonijiet tekniċi previsti huma kompletament konformi mat-TSIs rilevanti u għaldaqstant huma kompletament interoperabbli.
3. L-applikant għandu jressaq talba għal approvazzjoni tal-Aġenzija. L-applikazzjoni li tirrigwarda proġetti individwali tal-ERTMS jew għal kombinazzjoni ta' proġetti, linja, grupp ta' linji jew netwerk, għandu jiġi akkumpanjat minn fajl li jinkludi:
|
(a) |
l-abbozz ta' speċifikazzjonijiet tal-kuntratt jew id-deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti; |
|
(b) |
evidenza dokumentarja tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompatibbiltà teknika u operazzjonali tas-subsistema mal-vetturi maħsuba biex joperaw fuq in-netwerk rilevanti; |
|
(c) |
evidenza dokumentarja tal-konformità mat-TSIs rilevanti tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti. |
|
(d) |
kull dokumenti rilevanti ieħor, bħal opinjonijiet tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, dikjarazzjonijiet ta' verifika jew ċertifikati ta' konformità. |
Dik l-applikazzjoni u l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha, l-istadji tal-proċeduri rilevanti u l-eżitu tagħhom, u, fejn applikabbli, it-talbiet u d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell, għandhom jiġu ppreżentati permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796.
L-awtoritajiet nazzjonali ta' sikurezza jistgħu joħorġu opinjoni dwar it-talba għal approvazzjoni jew lill-applikant qabel ma ssir it-talba jew lill-Aġenzija wara li tkun saret.
4. Fi żmien xahar mir-riċeviment tat-talba tal-applikant, l-Aġenzija għandha tinforma lill-applikant li l-fajl huwa lest jew titlob informazzjoni supplimentari rilevanti, u tistabbilixxi data ta' għeluq raġonevoli biex din tiġi pprovduta.
L-Aġenzija għandha toħroġ deċiżjoni pożittiva, jew tinforma lill-applikant b'nuqqasijiet possibbli, f'perijodu ta' żmien raġonevoli u determinat minn qabel, u fi kwalunkwe każ, fi żmien zahrejn mir-riċeviment tal-informazzjoni rilevanti kollha. L-Aġenzija għandha tibbaża l-opinjoni tagħha fuq il-fajl tal-applikant u fuq opinjonijiet possibbli mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.
Jekk l-applikant jaqbel man-nuqqasijiet identifikati mill-Aġenzija, l-applikant għandu jikkoreġi d-disinn tal-proġett u jintroduċi talba ġdida għall-approvazzjoni tal-Aġenzija.
Jekk l-applikant ma jaqbilx man-nuqqasijiet identifikati mill-Aġenzija, għandha tapplika l-proċedura msemmija fil-paragrafu 5.
Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1), l-applikant ma għandux jitlob valutazzjoni ġdida.
5. Jekk id-deċiżjoni tal-Aġenzija ma tkunx pożittiva, hija għandha tiġi sostnuta kif meħtieġ mill-Aġenzija. L-applikant jista', fi żmien xahar minn meta jirċievi deċiżjoni bħal din, jagħmel talba motivata biex l-Aġenzija terġa' teżamina d-deċiżjoni tagħha. L-Aġenzija għandha tikkonferma jew tirrevoka id-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mid-data tar-riċeviment tat-talba. Jekk l-Aġenzija tikkonferma d-deċiżjoni inizjali tagħha, l-applikant huwa intitolat li jressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell stabbilit skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2016/796.
6. Fil-każ ta' bidla għall-abbozz ta' speċifikazzjonijiet tal-offerta jew għad-deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti li seħħew wara deċiżjoni pożittiva, l-applikant għandu jinforma, mingħajr dewmien żejjed, lill-Aġenzija u l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796 F'dak il-każ, għandu japplika l-Artikolu 30(2) ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 20
Tqegħid fis-suq ta' subsistemi mobbli
1. Subsistemi mobbli għandhom jitqiegħdu fis-suq mill-applikant biss jekk jiġu ddisinjati, mibnija u installati b'tali mod li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali.
2. B'mod partikolari, l-applikant għandu jiżgura li d-dikjarazzjoni ta' verifika rilevanti tkun ġiet ipprovduta.
Artikolu 21
Awtorizzazzjoni tal-vetturi għat-tqegħid fis-suq
1. L-applikant għandu jqiegħed vettura fis-suq biss wara li jkun irċieva awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq maħruġa mill-Aġenzija f'konformità mal-paragrafi 5 sa 7 jew mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza f'konformità mal-paragrafu 8.
2. Fl-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni ta' vettura għat-tqegħid fis-suq, l-applikant għandu jispeċifika ż-żona tal-użu ta' vettura. L-applikazzjoni għandha tinkludi evidenza li ġiet ivverifikata l-konformità teknika bejn il-vettura u n-netwerk taż-żona tal-użu.
3. L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' vettura għandha tkun akkumpanjata minn fajl li jikkonċerna l-vettura jew it-tip ta' vettura u tinkludi evidenza dokumentata ta':
|
(a) |
it-tqegħid fis-suq tas-subsistemi mobb“KE” li li minnhom tkun magħmula l-vettura f'konformità mal-Artikolu 20, abbażi tad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE”; |
|
(b) |
il-kompatibbiltà teknika ta' dawn is-subsistemi msemmija fil-punt (a) fil-vettura, stabbilita abbażi tat-TSIs, u fejn applikabbli, ir-regoli nazzjonali; |
|
(c) |
l-integrazzjoni sikura tas-subsistemi msemmija fil-punt (a) fil-vettura, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, u fejn applikabbli, ir-regoli nazzjonali u s-CSMs imsemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/798; |
|
(d) |
il-kompatibbiltà teknika tal-vettura man-netwerk fiż-żona tal-użu msemmija fil-paragrafu 2, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, u fejn applikabbli, ir-regoli nazzjonali, ir-reġistri ta' infrastruttura u s-CSM għall-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/798. |
Dik l-applikazzjoni u l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha, l-istadji tal-proċeduri rilevanti u l-eżitu tagħhom, u, fejn applikabbli, it-talbiet u d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell, għandhom jiġu ppreżentati permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796.
Kull meta jkunu meħtieġa testijiet sabiex tinkiseb evidenza dokumentata tal-kompatibbiltà teknika msemmija fil-punti (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza involuti jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet temporanji lill-applikant biex juża l-vettura għal verifiki prattiċi fuq in-netwerk. L-amministratur tal-infrastruttura, f'konsultazzjoni mal-applikant, għandu jagħmel kull sforz sabiex jiżgura li kwalunkwe test ikun jista' jsir fi żmien tliet xhur mir-riċeviment tat-talba tal-applikant. Fejn ikun xieraq, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu miżuri sabiex tiżgura li jsiru t-testijiet.
4. L-Aġenzija jew, fil-każ tal-paragrafu 8, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet ta' vetturi għat-tqegħid fis-suq jew tinforma l-applikant dwar id-deċiżjoni negattiva tagħha fi żmien determinat minn qabel, raġonevoli u fi kwalunkwe każ fi żmien erba' xhur mir-riċeviment tal-informazzjoni rilevanti kollha mill-applikant. L-Aġenzija, jew, fil-każijiet previsti fl-paragrafu 8, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, għandha tapplika l-arranġamenti prattiċi rigward il-proċedura ta' awtorizzazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti f'att ta' implimentazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 9. Dawk l-awtorizzazzjonijiet għandhom jippermettu li l-vetturi jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.
5. L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet ta' vetturi għat-tqegħid fis-suq fir-rigward tal-vetturi li għandhom żona tal-użu fi Stat Membru wieħed jew aktar. Sabiex toħroġ awtorizzazzjonijiet bħal dawn, l-Aġenzija għandha:
|
(a) |
tivvaluta l-elementi tal-fajl speċifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 biex jiġu vverifikati l-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza tal-fajl fir-rigward tat-TSIs rilevanti; u |
|
(b) |
tirreferi l-fajl tal-applikant lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati maż-żona tal-użu maħsuba għall-valutazzjoni tal-fajl sabiex jiġu vverifikati l-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza fir-rigward tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u l-elementi speċifikati fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 fir-rigward tar-regoli nazzjonali rilevanti. |
Bħala parti mill-valutazzjonijiet skont il-punti (a) u (b) u fil-każ ta' dubji ġustifikati, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jitolbu li jitwettqu testijiet fuq in-netwerk. Sabiex jiffaċilitaw dawk it-testijiet, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza involuti jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet temporanji lill-applikant biex juża l-vetturi għat-testijiet fuq in-netwerk. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jagħmel kull sforz biex jiżgura li kwalunkwe test isir fi żmien tliet xhur mit-talba tal-Aġenzija jew tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza.
6. Fi żmien xahar mir-riċeviment tat-talba tal-applikant, l-Aġenzija għandha tinforma lill-applikant li l-fajl huwa komplut jew titlob informazzjoni supplimentari rilevanti, u tistabbilixxi data ta' skadenza raġonevoli sabiex din tingħata. Fir-rigward tal-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza tal-fajl, l-Aġenzija tista' tivvaluta wkoll l-elementi speċifikati fil-punt (d) tal-paragrafu 3.
L-Aġenzija għandha tieħu kont sħiħ tal-valutazzjonijiet skont il-paragrafu 5 qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. L-Aġenzija għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, jew tinforma lill-applikant bid-deċiżjoni negattiva tagħha, fi żmien determinat minn qabel, raġonevoli, u fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' xhur mir-riċeviment tal-informazzjoni rilevanti kollha.
Fil-każ ta' nonapplikazzjoni ta' TSI waħda jew aktar jew parti minnhom kif imsemmi fl-Artikolu 7, l-Aġenzija għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni tal-vettura biss wara l-applikazzjoni tal-proċedura stipulata f'dak l-Artikolu.
L-Aġenzija għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa minnha.
7. Meta l-Aġenzija ma taqbilx ma' valutazzjoni negattiva li tkun saret minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar skont il-punt (b) tal-paragrafu 5, din għandha tinforma lill-awtorità jew awtoritajiet inkwistjoni, u tagħti r-raġunijiet għaliex ma taqbilx. L-Aġenzija u l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li tintlaħaq valutazzjoni reċiprokament aċċettabbli. Fejn meħtieġ, kif deċiż mill-Aġenzija u l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, dan il-proċess għandu jinvolvi wkoll lill-applikant. Jekk ma jkun hemm qbil dwar ebda valutazzjoni reċiprokament aċċettabbli fi żmien xahar wara li l-Aġenzija tkun infurmat lill-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza li ma taqbilx, l-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dment li l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza ma jkunux irreferew il-kwistjoni għal arbitraġġ lill-Bord tal-Appell stabbilit skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2016/796. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi jekk jikkonfermax l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Aġenzija fi żmien xahar mit-talba tal-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.
Fejn il-Bord tal-Appell jaqbel mal-Aġenzija, l-Aġenzija għandha tieħu deċiżjoni mingħajr dewmien.
Fejn il-Bord tal-Appell jaqbel mal-valutazzjoni negattiva tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, l-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjoni b'żona tal-użu li teskludi l-partijiet tan-netwerk li rċevew valutazzjoni negattiva.
Fejn l-Aġenzija ma taqbilx ma' valutazzjoni pożittiva ta' awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar skont il-punt (b) tal-paragrafu 5, hija għandha tinforma lill-awtorità jew awtoritajiet inkwistjoni, u tagħti r-raġunijiet għaliex ma taqbilx. L-Aġenzija u l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jaqblu dwar valutazzjoni reċiprokament aċċettabbli. Fejn meħtieġ, kif deċiż mill-Aġenzija u l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, dan il-proċess għandu jinvolvi wkoll lill-applikant. Jekk ma jkun hemm qbil dwar ebda valutazzjoni reċiprokament aċċettabbli fi żmien xahar wara li l-Aġenzija tkun infurmat lill-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza li ma taqbilx, l-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha.
8. Fejn iż-żona tal-użu hija limitata għal netwerk jew netwerks fi Stat Membru wieħed biss, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza ta' dak l-Istat Membru tista' toħroġ, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess u meta l-applikant jitlob dan, l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-vettura. Sabiex toħroġ awtorizzazzjonijiet bħal dawn, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tivvaluta l-fajl fir-rigward tal-elementi speċifikati fil-paragrafu 3 u f'konformità mal-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 9. Fi żmien xahar mir-riċeviment tat-talba tal-applikant, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tinforma lill-applikant li l-fajl hu komplut jew titlob l-informazzjoni supplimentari rilevanti. L-awtorizzazzjoni għandha wkoll tkun valida mingħajr estensjoni taż-żona tal-użu għall-vetturi li jivvjaġġaw lejn stazzjonijiet fi Stati Membri ġirien b'karatteristiċi ta' netwerk simili, meta dawk l-istazzjonijiet ikunu qrib il-fruntiera, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sikurezza. Din il-konsultazzjoni tista' ssir skont il-każ jew tkun stabbilita fi ftehim transkonfinali bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.
Jekk iż-żona tal-użu hija limitata għat-territorju ta' Stat Membru wieħed u fil-każ ta' nonapplikazzjoni ta' TSI waħda jew aktar jew parti minnhom kif imsemmi fl-Artikolu 7, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni tal-vettura biss wara l-applikazzjoni tal-proċedura stipulata f'dak l-Artikolu.
L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-awtorizzazzjonijiet li toħroġ.
9. Sas-16 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta' atti ta' implimentazzjoni arranġamenti prattiċi li jispeċifikaw:
|
(a) |
kif ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u għall-awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati mill-applikant u jelenkaw id-dokumenti meħtieġa; |
|
(b) |
id-dettalji tal-proċess ta' awtorizzazzjoni, bħall-istadji proċedurali u l-perijodi ta' żmien għal kull stadju tal-proċess; |
|
(c) |
kif l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali ta' sikurezza għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu matul l-istadji differenti tal-proċess ta' applikazzjoni u awtorizzazzjoni inkluż matul il-valutazzjoni ta' fajls tal-applikanti. |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3). Huma għandhom jieħdu kont tal-esperjenza miksuba matul it-tħejjija tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 14 ta' dan l-Artikolu.
10. L-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi għat-tqegħid fis-suq għandhom jiddikjaraw:
|
(a) |
iż-żona/i tal-użu; |
|
(b) |
il-valuri tal-parametri stabbiliti fit-TSIs u, fejn applikabbli, fir-regoli nazzjonali, għall-verifika tal-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u ż-żona tal-użu; |
|
(c) |
il-konformità tal-vettura mat-TSIs rilevanti u s-settijiet ta' regoli nazzjonali, li jirrigwardaw il-parametri msemmija fil-punt (b); |
|
(d) |
il-kondizzjonijiet għall-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra. |
11. Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta l-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' vettura għat-tqegħid fis-suq jew li teskludi parti min-netwerk f'konformità ma' valutazzjoni negattiva kif imsemmija fil-paragrafu 7 għandha tiġi debitament sostanzjata. L-applikant jista', fi żmien perijodu ta' xahar mir-riċeviment tad-deċiżjoni negattiva, jitlob li l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, kif adatt, tirrieżamina d-deċiżjoni. L-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollha xahrejn mid-data tar-riċeviment tat-talba għal rieżami sabiex tikkonferma jew tirrevoka d-deċiżjoni tagħha.
Jekk id-deċiżjoni negattiva tal-Aġenzija tiġi kkonfermata, l-applikant jista' jressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell nominat skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2016/796.
Jekk id-deċiżjoni negattiva tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tiġi kkonfermata, l-applikant jista' jressaq appell quddiem korp ta' appell f'konformità mal-liġi nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE għall-iskop ta' din il-proċedura ta' appell. F'dak il-każ, għandu japplika l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798.
12. Fil-każ ta' tiġdid jew immodernizzar tal-vetturi eżistenti li diġà għandhom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-vettura, għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-suq tal-vettura jekk:
|
(a) |
isiru tibdiliet fil-valuri tal-parametri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 10 li jinsabu barra mill-medda ta' parametri aċċettabbli kif definiti fit-TSIs; |
|
(b) |
il-livell ġenerali ta' sikurezza tal-vettura kkonċernata jkun jista' jiġi affettwat ħażin mix-xogħlijiet previsti; jew |
|
(c) |
din tkun meħtieġa mit-TSIs rilevanti. |
13. Fejn l-applikant ikun jixtieq jestendi ż-żona tal-użu ta' vettura li tkun diġà ġiet awtorizzata, huwa għandu jissupplimenta l-fajl bid-dokumenti rilevanti msemmija fil-paragrafu 3 dwar iż-żona addizzjonali ta' użu. L-applikant għandu jippreżenta l-fajl lill-Aġenzija, li għandha, wara li ssegwi l-proċeduri stipulati fil-paragrafi 4 sa 7, toħroġ awtorizzazzjoni aġġornata li tkopri ż-żona tal-użu estiża.
Jekk l-applikant ikun irċieva awtorizzazzjoni tal-vettura f'konformità mal-paragrafu 8 u jkun jixtieq jestendi ż-żona tal-użu f'dak l-Istat Membru, huwa għandu jissupplimenta l-fajl bid-dokumenti rilevanti msemmija fil-paragrafu 3 dwar iż-żona addizzjonali tal-użu. Huwa għandu jippreżenta l-fajl lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, li għandha, wara li ssegwi l-proċeduri stipulati fil-paragrafu 8, toħroġ awtorizzazzjoni aġġornata li tkopri ż-żona tal-użu estiża.
14. Għall-iskopijiet tal-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu, l-Aġenzija għandha tikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza f'konformità mal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) 2016/796. Dawk il-ftehimiet jistgħu jkunu ftehimiet speċifiċi jew ta' qafas, u jistgħu jinvolvu awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar. Huma għandu jkun fihom deskrizzjoni dettaljata tal-kompiti u l-kondizzjonijiet għall-istrumenti, il-limiti ta' żmien li japplikaw għall-konsenja tagħhom, u t-tqassim tal-ħlasijiet pagabbli mill-applikant. Huma jistgħu jinkludu wkoll arranġamenti ta' kooperazzjoni speċifiċi fil-każ ta' netwerks li jeħtieġu għarfien espert speċifiku għal raġunijiet ġeografiċi jew storiċi, bil-ħsieb li jitnaqqsu il-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi għall-applikant. Fejn tali netwerks huma iżolati mill-bqija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, ftehimiet ta' kooperazzjoni speċifiċi bħal dawn jistgħu jinkludu l-possibbiltà li l-kompiti jingħataw lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti meta dan ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-allokazzjoni effiċjenti u proporzjonata ta' riżorsi għall-awtorizzazzjoni. Dawk il-ftehimiet għandhom ikunu stabbiliti qabel ma l-Aġenzija tassumi l-kompiti ta' awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 54(4) ta' din id-Direttiva.
15. Fil-każ ta' dawk l-Istat Membru li n-netwerks ferrovjarji tagħhom għandhom distanza bejn il-binarji li hija differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni u li jikkondividu rekwiżiti tekniċi u operazzjonali identiċi ma' pajjiżi terzi ġirien, minbarra l-ftehimiet ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 14, l-awtoritajiet nazzjonali kollha tas-sikurezza kkonċernati f'dawk l-Istati Membri għandhom jikkonkludu mal-Aġenzija ftehim multilaterali bil-għan li jiddefinixxu l-kondizzjonijiet li taħthom awtorizzazzjoni ta' vettura maħruġa f'wieħed minn dawk l-Istati Membri tkun ukoll valida għall-Istati Membri l-oħra kkonċernati.
16. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-vaguni tal-merkanzija jew kowċis tal-passiġġieri b'użu kondiviż ma' pajjiżi terzi, li l-wisa' bejn il-linji tagħhom tkun differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni u li jkunu awtorizzati f'konformità ma' proċedura differenti ta' awtorizzazzjoni tal-vettura. Ir-regoli li jirregolaw il-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi bħal dawn għandhom ikunu ppubblikati u nnotifikati lill-Kummissjoni. Il-konformità ta' dawk il-vetturi mar-rekwiżiti essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tkun żgurata mill-impriża ferrovjarja kkonċernata fil-kuntest tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħha. Il-Kummissjoni, abbażi tar-rapport mill-Aġenzija, tista' tagħti opinjoni dwar jekk tali regoli humiex konformi mal-objettivi ta' din id-Direttiva. Jekk tali regoli ma jkunux konformi, l-Istati Membri kkonċernati u l-Kummissjoni jistgħu jikkooperaw sabiex jistabbilixxu azzjonijiet xierqa li għandhom jittieħdu, li jinvolvu korpi internazzjonali rilevanti, jekk dan ikun meħtieġ.
17. Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax dan l-Artikolu għal lokomotivi jew ferroviji b'awtopropulsjoni li jaslu minn pajjiżi terzi u maħsuba li jiċċirkolaw sa stazzjon li jinsab qrib il-fruntiera fit-territorju tiegħu u deżinjat għal operazzjonijiet transkonfinali. Il-konformità ta' tali vetturi mar-rekwiżiti essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tkun żgurata mill-impriża ferrovjarja kkonċernata fil-kuntest tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħha u, fejn rilevanti, f'konformità mal-Artikolu 10(9) tad-Direttiva (UE) 2016/798.
Artikolu 22
Reġistrazzjoni tal-vetturi awtorizzati li jitqiegħdu fis-suq
1. Qabel ma vettura tintuża għall-ewwel darba, u wara li tingħata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq f'konformità mal-Artikolu 21, din għandha tiġi rreġistrata f'reġistru tal-vetturi kif imsemmi fl-Artikolu 47 fuq talba tad-detentur.
2. Meta ż-żona tal-użu ta' vettura tkun limitata għat-territorju ta' Stat Membru wieħed, din għandha tkun reġistrata f'dak l-Istat Membru.
3. Meta ż-żona tal-użu tal-vettura tkopri t-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, din għandha tkun reġistrata f'wieħed mill-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 23
Verifiki qabel l-użu ta' vetturi awtorizzati
1. Qabel ma impriża ferrovjarja tuża vettura fiż-żona tal-użu speċifikata fl-awtorizzazzjoni tagħha għat-tqegħid fis-suq, hija għandha tivverifika:
|
(a) |
li l-vettura ġiet awtorizzata għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 21 u li tkun debitament reġistrata; |
|
(b) |
li l-vettura hija kompattibbli mar-rotta abbażi tar-reġistru tal-infrastruttura, it-TSIs rilevanti it-TSIs rilevanti jew kwalunkwe informazzjoni rilevanti li għandha tiġi pprovduta bla ħlas mill-amministratur tal-infrastruttura u f'perijodu ta' żmien raġonevoli, fejn reġistru bħal dan ma jeżistix jew mhux komplut; u |
|
(c) |
li l-vettura hija integrata b'mod xieraq fil-kompożizzjoni tal-ferrovija fejn maħsuba li topera, b'kont meħud tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza stabbilita fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/798 u t-TSI dwar l-operazzjoni u l-ġestjoni tat-traffiku. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-impriża ferrovjarja tista' tagħmel testijiet f'kooperazzjoni mal-amministratur tal-infrastruttura.
L-amministratur tal-infrastruttura, f'konsultazzjoni mal-applikant, għandu jagħmel kull sforz sabiex jiżgura li kwalunkwe test ikun jista' jsir fi żmien tliet xhur mir-riċeviment tat-talba tal-applikant.
Artikolu 24
Awtorizzazzjoni ta' tip ta' vetturi
1. L-Aġenzija jew awtorità nazzjonali tas-sikurezza tista', fejn ikun xieraq, f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 21, tagħti awtorizzazzjonijiet ta' tip ta' vettura. L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-vettura u l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha, l-istadji tal-proċeduri rilevanti u l-eżitu tagħhom, u, fejn applikabbli, it-talbiet u d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell, għandhom jiġu ppreżentati permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796.
2. Jekk l-Aġenzija jew awtorità nazzjonali tas-sikurezza toħroġ awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq, din għandha fl-istess ħin tat-talba tal-applikant toħroġ awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura, li tkun relatata mal-istess żona tal-użu ta' vettura.
3. Fil-każ ta' tibdil fi kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tat-TSIs jew tar-regoli nazzjonali, li abbażi tagħha tkun inħarġet awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura, it-TSI jew ir-regola nazzjonali għandha tiddetermina jekk l-awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura li tkun diġà ngħatat, tibqax valida jew għandhiex bżonn tiġġedded. Jekk dik l-awtorizzazzjoni jeħtieġ li tiġġedded, il-kontrolli mwettqa mill-Aġenzija jew minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza jkunu jistgħu biss jikkonċernaw ir-regoli mibdula.
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-mudell tad-dikjarazzjoni ta' konformità mat-tip. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
5. Id-dikjarazzjoni ta' konformità mat-tip għandha tkun stabbilita f'konformità ma':
|
(a) |
il-proċeduri ta' verifika tat-TSIs rilevanti; jew |
|
(b) |
fejn ma japplikawx it-TSIs, il-valutazzjoni tal-konformità kif iddefinita fil-moduli B+D, B+F u H1 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). |
6. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu l-moduli ad hoc għall-valutazzjoni tal-konformità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
7. L-awtorizzazzjoni ta' tip ta' vetturi għandhom ikunu reġistrati fir-reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi awtorizzati imsemmi fl-Artikolu 48.
Artikolu 25
Konformità tal-vetturi ma' tip ta' vettura awtorizzata
1. Vettura jew serje ta' vetturi li jkunu konformi ma' tip ta' vettura awtorizzata għandhom, mingħajr kontrolli ulterjuri, jirċievu awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21, abbażi tad-dikjarazzjoni ta' konformità ma' dak it-tip ta' vettura ppreżentat mill-applikant.
2. It-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura msemmi fl-Artikolu 24(3) ma għandux jaffettwa l-awtorizzazzjonijiet ta' vetturi għat-tqegħid fis-suq li jkunu diġà ngħataw abbażi tal-awtorizzazzjoni preċedenti għat-tqegħid ta' dak it-tip ta' vettura fis-suq.
Artikolu 26
Nuqqas ta' konformità ta' vetturi jew tipi ta' vetturi mar-rekwiżiti essenzjali
1. Meta impriża ferrovjarja ssib, waqt l-operazzjoni, li vettura li qed tuża ma tissodisfax waħda mir-rekwiżiti essenzjali applikabbli, hija għandha tieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-vettura ssir konformi. Barra minn hekk, hija tista' tinforma lill-Aġenzija u kwalunkwe awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata bil-miżuri meħuda. Jekk l-impriża ferrovjarja jkollha provi li n-nuqqas ta' konformità kien diġà jeżisti fil-mument meta nħarġet l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, hija għandha tinforma lill-Aġenzija u kwalunkwe awtorità nazzjonali tas-sikurezza oħra kkonċernata.
2. Meta awtorità nazzjonali tas-sikurezza ssir konxja, pereżempju fil-proċess ta' superviżjoni previst fl-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/798, li vettura jew tip ta' vettura, li l-awtorizzazzjoni tagħha għat-tqegħid fis-suq tkun ingħatat jew mill-Aġenzija, f'konformità mal-Artikolu 21(5) jew l-Artikolu 24, jew mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, f'konformità mal-Artikolu 21(8) jew l-Artikolu 24, meta tintuża kif maħsub, ma tilħaqx waħda mir-rekwiżiti essenzjali applikabbli, hija għandha tinforma lill-impriża ferrovjarja li tuża l-vettura jew it-tip ta' vettura u titlobha tieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa sabiex il-vettura/i ssir/jsiru konformi. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tinforma lill-Aġenzija u kwalunkwe awtorità nazzjonali tas-sikurezza oħra kkonċernata, inklużi dawk f'territorju fejn tkun għaddejja l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' vettura tal-istess tip.
3. Meta, fil-każijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu, il-miżuri korrettivi applikati mill-impriża ferrovjarja ma jiżgurawx konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli u li n-nuqqas ta' konformità jwassal għal riskju serju għas-sikurezza, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata tista' tapplika miżuri temporanji ta' sikurezza skont il-kompiti ta' superviżjoni tagħha, f'konformità mal-Artikolu 17(6) tad-Direttiva (UE) 2016/798. Miżuri temporanji ta' sikurezza fil-forma ta' sospensjoni ta' awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura jistgħu jiġu applikati b'mod parallel mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza jew mill-Aġenzija u għandhom ikunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju u l-proċedura ta' arbitraġġ stabbilita fl-Artikolu 21(7).
4. Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 3, l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza li ħarġet l-awtorizzazzjoni, wara rieżami tal-effettività ta' kwalunkwe miżura meħuda biex jindirizzaw ir-riskju serju għas-sikurezza, tista' tiddeċiedi li tirrevoka jew temenda l-awtorizzazzjoni meta jiġi ppruvat li xi rekwiżit essenzjali ma ġiex issodisfat fil-mument tal-awtorizzazzjoni. Għal dak il-għan, huma għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom lid-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew tal-awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura, waqt li jagħtu raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom. Id-detentur jista', fi żmien xahar minn meta jirċievi d-deċiżjoni tal-Aġenzija jew tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, jitlobha tirrieżamina d-deċiżjoni. F'dak il-każ, id-deċiżjoni ta' revoka għandha tiġi temporanjament sospiża. L-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollha xahar mid-data meta tirċievi t-talba għal rieżami biex tikkonferma jew tirrevoka d-deċiżjoni tagħha.
Fejn rilevanti, fl-eventwalità ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-awtorità nazzjonali ta' sikurezza rigward il-ħtieġa li tiġi ristretta jew revokata l-awtorizzazzjoni, għandha tiġi segwita l-proċedura ta' arbitraġġ prevista fl-Artikolu 21(7). Jekk ir-riżultat ta' dik il-proċedura jkun li l-awtorizzazzjoni tal-vettura la mhi ser tiġi ristretta u lanqas revokata, il-miżuri ta' sikurezza temporanji msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu sospiżi.
5. Jekk id-deċiżjoni tal-Aġenzija tiġi kkonfermata, id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-vettura jista' jressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell nominat skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2016/796 fil-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 59 ta' dak ir-Regolament. Jekk id-deċiżjoni ta' awtorità nazzjonali tas-sikurezza tiġi kkonfermata, id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-vettura jista' jressaq appell, fi żmien xahrejn min-notifika ta' dik id-deċiżjoni, taħt ir-reviżjoni ġudizzjarja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798. L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw il-korp regolatorju stabbilit fl-Artikolu 56 tad-Direttiva 2012/34/UE għall-iskop ta' din il-proċedura ta' appell.
6. Meta l-Aġenzija tiddeċiedi li tirrevoka jew temenda awtorizzazzjoni li hija tkun tat għat-tqegħid fis-suq, hija għandha tinforma direttament lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kollha, u tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
Meta awtorità nazzjonali tas-sikurezza tiddeċiedi li tirrevoka awtorizzazzjoni li hija tkun tat għat-tqegħid fis-suq, hija għandha tinforma minnufih lill-Aġenzija b'dan u tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. L-Aġenzija mbagħad għandha tinforma lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza l-oħra.
7. Id-Deċiżjoni tal-Aġenzija jew tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza li tirrevoka l-awtorizzazzjoni għandha tiġi riflessa fir-reġistru tal-vetturi adegwat, f'konformità mal-Artikolu 22 jew, fil-każ ta' awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura, fir-reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 24(7). L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jiżguraw li l-impriżi ferrovjarji li jużaw vetturi tal-istess tip bħall-vettura jew it-tip soġġett għar-revoka jiġu informati kif suppost. Dawk l-impriżi ferrovjarji għandhom l-ewwel jivverifikaw jekk tapplikax l-istess problema ta' nuqqas ta' konformità. F'dik l-eventwalità, għandha tapplika l-proċedura prevista f'dan l-Artikolu.
8. Meta awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tiġi revokata, il-vettura kkonċernata ma għandhiex tibqa' tintuża u ż-żona tal-użu tagħha ma għandhiex tiġi estiża. Meta awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura tiġi revokata, vetturi mibnija abbażi tagħha ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq jew, jekk ikunu diġà tqiegħdu fis-suq, dawn għandhom jiġu rtirati. Tista' tintalab awtorizzazzjoni ġdida fuq il-bażi tal-proċedura prevista fl-Artikolu 21 fil-każ ta' vetturi individwali jew l-Artikolu 24 fil-każ ta' tip ta' vettura.
9. Meta, fil-każijiet previsti fil-paragrafi 1 jew 2, in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali huwa limitat għal parti miż-żona tal-użu tal-vettura kkonċernata u tali nuqqas ta' konformità kien jeżisti diġà meta nħarġet l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi emendata biex teskludi l-partijiet taż-żona tal-użu kkonċernata.
KAPITOLU VI
KORPI TA' VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
Artikolu 27
Awtoritajiet notifikanti
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet notifikanti li għandhom ikunu responsabbli biex jistabbilixxu u jesegwixxu l-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, inkluża l-konformità mal-Artikolu 34.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jinnotifikaw lill-Kummissjoni u korpi oħrajn tal-Istati Membri awtorizzati li jwettqu kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ta' parti terza kif previsti fl-Artikoli 10(2) u 15(1). Dawn għandhom jiżguraw ukoll li jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra tal-korpi nominati msemmija fl-Artikolu 15(8).
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ser jitwettqu minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u f'konformità miegħu.
4. Fejn l-awtorità notifikanti tiddelega jew inkella tinkariga l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun persuna ġuridika u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28. Għandu jkollu arranġamenti biex ikopri r-responsabbiltajiet derivati mill-attivitajiet tiegħu.
5. L-awtorità notifikanti għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-kompiti mwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.
Artikolu 28
Rekwiżiti li jirrigwardaw l-awtoritajiet notifikanti
L-awtorità notifikanti:
|
(a) |
għandha tiġi stabbilita b'tali mod li jiġi evitat kwalunkwe konflitt ta' interess ma' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità; |
|
(b) |
għandha tkun organizzata u operata b'tali mod li jkunu salvagwardati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha; |
|
(c) |
għandha tkun organizzata b'tali mod li kull deċiżjoni li tirrigwarda n-notifika ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni; |
|
(d) |
ma għandhiex toffri jew tipprovdi kwalunkwe attivitajiet li jitwettqu minn korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, jew servizzi ta' konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva; |
|
(e) |
għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba; |
|
(f) |
għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha għadd suffiċjenti ta' persunal kompetenti għat-twettiq adegwat tal-kompiti tagħha. |
Artikolu 29
L-obbligu tal-awtoritajiet notifikanti li jagħtu informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, u dwar kull tibdil għal dawk il-proċeduri.
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Artikolu 30
Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità
1. Għall-finijiet ta' notifika, korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikoli 31 u 32.
2. Għandu jkun stabbilit korp tal-valutazzjoni tal-konformità skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika.
3. Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta' valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu mit-TSI rilevanti u li jkun ġie notifikat dwarhom, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità stess u kemm jekk f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Fi kwalunkwe ħin u għal kull proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip jew kategorija ta' prodott li jkun ġie notifikat dwaru, il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu:
|
(a) |
il-persunal meħtieġ b'għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità; |
|
(b) |
id-deskrizzjonijiet rilevanti ta' proċeduri, li skonthom għandha titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, filwaqt li jkunu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità li jiġu applikati dawk il-proċeduri. Dan għandu jkollu fis-seħħ politiki u proċeduri adatti li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp ta' valutazzjoni tal-konformità notifikat u attivitajiet oħra; |
|
(c) |
proċeduri xierqa għat-twettiq ta' attivitajiet li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li fih jopera, l-istruttura tiegħu, il-grad ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u n-natura ta' massa jew ta' serje tal-proċess ta' produzzjoni. |
Għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq b'mod xieraq il-kompiti tekniċi u amministrattivi marbuta mal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.
4. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprovdu għal polza ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà sakemm l-Istat ma jassumix ir-responsabbiltà f'konformità mal-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.
5. Il-persunal ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom skont it-TSI rilevanti jew skont kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħlet fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tal-korp. Id-drittijiet ta' proprjetà għandhom jiġu protetti.
6. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal tagħhom għall-valutazzjoni jkun mgħarraf bl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta' koordinazzjoni tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni rilevanti u, bħala gwida ġenerali, għandhom japplikaw id-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tax-xogħol ta' dak il-grupp.
7. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li huma nnotifikati għal subsistemi ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni abbord u/jew maġenb il-binarji għandhom jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-grupp tal-ERTMS imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/796 jew jiżguraw li l-persunal ta' valutazzjoni tagħhom ikun infurmat b'tali attivitajiet. Għandhom isegwu linji gwida prodotti bħala riżultat tal-ħidma ta' dak il-grupp. Fl-eventwalità li jqisu li l-applikazzjoni tagħhom mhijiex xierqa jew hija impossibbli, il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità kkonċernati għandhom jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom biex dawn jiġu diskussi lill-grupp tal-ERTMS b'mod li dawn il-linji gwida jkomplu jitjiebu dejjem aktar.
Artikolu 31
Imparzjalità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità
1. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-manifattur tal-prodott li jivvaluta.
Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, il-muntaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta' prodotti li huwa jivvaluta jista', bil-kondizzjoni li jkun hemm prova tal-indipendenza tiegħu flimkien man-nuqqas ta' kull konflitt ta' interess, jitqies li jkun tali korp.
2. Għandha tkun iggarantita l-imparzjalità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell ta' ġestjoni tagħhom u tal-persunal tal-valutazzjoni tagħhom.
3. Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell ta' amministrazzjoni tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli għall-manutenzjoni tal-prodotti li huma jivvalutaw, jew ir-rappreżentant awtorizzat ta' xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti vvalutati li huma neċessarji għall-operazzjonijiet tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta' prodotti bħal dawn għal għanijiet personali.
4. Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell ta' amministrazzjoni tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta' dawk il-prodotti, l-anqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jieħdu sehem fl-ebda attività li tista' tkun f'konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b'rabta mal-attivitajiet ta' valutazzjoni ta' konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Din il-projbizzjoni għandha tapplika, b'mod partikolari, għas-servizzi ta' konsulenza.
5. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew tas-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom.
6. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta' integrità professjonali u kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u inċitament, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta' persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' dawk l-attivitajiet.
Artikolu 32
Persunal tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità
1. Il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn il-ħiliet li ġejjin:
|
(a) |
taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb li jkopri l-attivitajiet kollha ta' valutazzjoni tal-konformità u li b'rabta miegħu jkun ġie notifikat il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità; |
|
(b) |
għarfien sodisfaċenti dwar ir-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet imwettqa minnu u awtorità xierqa biex iwettaq dawk il-valutazzjonijiet; |
|
(c) |
għarfien xieraq u fehim tar-rekwiżiti essenzjali, tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni; |
|
(d) |
il-kapaċità li jifformula ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru. |
2. Ir-remunerazzjoni tal-ogħla livell ta' amministrazzjoni tiegħu u l-persunal tal-valutazzjoni ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta' valutazzjonijiet imwettqa, u lanqas mir-riżultati ta' dawk il-valutazzjonijiet.
Artikolu 33
Preżunzjoni tal-konformità ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità
Fejn korp ta' valutazzjoni tal-konformità jkun jista' juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew f'partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew pubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun hemm is-suppożizzjoni li huwa jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32 sa fejn l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 34
Sussidjarji ta' korpi notifikati u sottokuntrattar minnhom
1. Fejn korp notifikat jagħti b'sottokuntratt xogħlijiet speċifiċi marbuta mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32 u għandu jinforma lill-awtorità notifikanti dwar dan.
2. Il-korpi notifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-ħidmiet imwettqa mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.
3. L-attivitajiet tal-korpi nnotifikati jistgħu jingħataw b'sottokuntratt jew jiġu esegwiti minn sussidjarju biss bi ftehim mal-klijent.
4. Il-korpi notifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti d-dokumenti rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol imwettaq minnhom fil-kuntest tat-TSI rilevanti.
Artikolu 35
Korpi interni akkreditati
1. L-applikanti jistgħu jużaw korp intern akkreditat sabiex iwettqu attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità sabiex jiġu implimentati l-proċeduri stipulati fil-moduli A1, A2, C1 jew C2 stabbiliti fl-Anness II għad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE u l-moduli CA1 u CA2 stabbiliti fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/713/UE. Dak il-korp għandu jikkostitwixxi parti separata u distinta tal-applikant ikkonċernat u ma għandux jieħu sehem fid-disinn, il-produzzjoni, il-provvista, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni tal-prodotti vvalutati minnu.
2. Il-korp intern akkreditat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
il-korp għandu jkun akkreditat skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008; |
|
(b) |
il-korp u l-persunal tiegħu għandhom, fi ħdan l-impriża li jifformaw parti minnha, ikunu identifikabbli mil-lat organizzattiv u jkollhom metodi ta' rapportar li jiżguraw l-imparzjalità tagħhom, u għandhom jagħtu prova ta' dan lill-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni kompetenti; |
|
(c) |
la l-korp u lanqas il-persunal tiegħu ma għandhom ikunu responsabbli għad-disinn, il-manifattura, il-provvista, l-installazzjoni, l-operazzjoni jew il-manutenzjoni tal-prodotti li jivvalutaw, u lanqas ma għandhom iwettqu attivitajiet li jistgħu jiġu f'konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju tagħhom jew mal-integrità tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tagħhom; |
|
(d) |
il-korp għandu jagħti s-servizzi tiegħu esklużivament lill-impriża li jkun jagħmel parti minnha. |
3. Il-korp intern akkreditat ma għandux jiġi nnotifikat lill-Istati Membri jew lill-Kummissjoni, iżda l-informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni tiegħu għandha tingħata mill-impriża li huwa parti minnha jew mill-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni lill-awtorità notifikanti fuq talba ta' dik l-awtorità.
Artikolu 36
Applikazzjoni għal notifika
1. Il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jissottometti applikazzjoni għal notifika lill-awtorità notifikanti tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit.
2. Dik l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew il-moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u l-prodott jew prodotti li fil-konfront tagħhom dak il-korp jiddikjara li huwa kompetenti, flimkien ma' ċertifikat ta' akkreditazzjoni, fejn ikun hemm, maħruġ minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni li jafferma li l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32.
3. Fejn il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jkunx jista' jipprovdi ċertifikat ta' akkreditazzjoni, dan għandu jipprovdi lill-awtorità notifikanti l-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32.
Artikolu 37
Proċedura tan-notifika
1. L-awtoritajiet notifikanti għandhom biss jinnotifikaw lil dawk il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32.
2. L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw il-korpi msemmija fil-paragrafu 1lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-mezz elettroniku ta' notifika żviluppat u mħaddem mill-Kummissjoni.
3. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u l-prodott jew il-prodotti kkonċernati, flimkien maċ-ċertifikat ta' akkreditazzjoni jew affermazzjoni oħra rilevanti tal-kompetenza previsti fil-paragrafu 4.
4. Fejn notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta' akkreditazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 36(2), l-awtorità notifikanti għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri x-xhieda dokumentata li tikkonferma l-kompetenza tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità kif ukoll l-arranġamenti li saru sabiex ikun żgurat li dak il-korp jiġi mmonitorjat perjodikament u li ser ikompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32.
5. Il-korp ikkonċernat jista' jwettaq l-attivitajiet ta' korp notifikat biss fejn ma jkunux tqajmu oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn tan-notifika fejn jintuża ċertifikat ta' akkreditazzjoni jew fi żmien xahrejn wara li tkun saret notifika fil-każ li ma tintużax l-akkreditazzjoni.
6. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu nnotifikati bi kwalunkwe bidliet rilevanti sussegwenti fin-notifika.
Artikolu 38
Numri ta' identifikazzjoni u listi ta' korpi notifikati
1. Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta' identifikazzjoni lil korp notifikat.
Korp notifikat għandu jiġi assenjat numru ta' identifikazzjoni uniku anke fejn ikun notifikat skont diversi atti legali tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi notifikati skont din id-Direttiva, inklużi n-numri ta' identifikazzjoni li kienu allokati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ikunu ġew innotifikati.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata.
Artikolu 39
Tibdil fin-notifiki
1. Fejn awtorità notifikanti tkun aċċertat ruħha jew tkun ġiet informata li korp notifikat ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità notifikanti għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun serju n-nuqqas fir-rigward tal-issodisfar ta' dawk ir-rekwiżiti jew dawk l-obbligi. Din għandha minnufih tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.
2. Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp notifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru notifikanti għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta' dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità notifikanti u għall-awtorità ta' sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, suġġett għat-talba tagħhom.
Artikolu 40
Kontestazzjonijiet dwar il-kompetenza tal-korpi notifikati
1. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha xi dubju, jew fejn issir taf b'dubju rigward il-kompetenza ta' korp notifikat jew l-osservanza kontinwa, minn korp notifikat, tar-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li huwa jkun soġġett għalihom.
2. L-Istat Membru notifikanti għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, jekk mitlub jagħmel dan, l-informazzjoni kollha li tirrigwarda l-bażi għan-notifika jew il-ħarsien tal-kompetenza tal-korp ikkonċernat.
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba tul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi trattata b'mod kunfidenzjali.
4. Fejn il-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp notifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa, ir-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, din għandha tgħarraf b'dan lill-Istat Membru tan-notifika u titolbu jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluża d-denotifikazzjoni, jekk ikun meħtieġ.
Artikolu 41
Obbligi operattivi tal-korpi notifikati
1. Il-korpi notifikati għandhom iwettqu l-valutazzjonijiet ta' konformità f'konformità mal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fit-TSI rilevanti.
2. Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom jitwettqu b'mod proporzjonat, filwaqt li jevitaw piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Meta jkunu qed iwettqu l-attivitajiet tagħhom, il-korpi notifikati għandhom iqisu debitament id-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura ta' massa jew ta' serje tal-proċess ta' produzzjoni.
Filwaqt li jagħmlu dan, huma għandhom xorta waħda joperaw bil-għan li jivverifikaw il-konformità tal-prodott ma' din id-Direttiva.
3. Fejn korp notifikat isib li r-rekwiżiti stabbiliti fit-TSI rilevanti jew standards armonizzati korrispondenti jew speċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux ġew irrispettati mill-manifattur, huwa għandu jesiġi li l-manifattur jieħu miżuri korrettivi xierqa u ma għandu joħroġ ebda ċertifikat ta' konformità.
4. Fejn, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta' ċertifikat, korp notifikat isib li prodott ma jkunx għadu konformi mat-TSI rilevanti jew mal-istandards tal-armonizzazzjoni jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi korrispondenti, il-korp notifikat għandu jesiġi li l-manifattur jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat tiegħu jekk ikun meħtieġ.
5. Fejn ma jittieħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat, kif xieraq.
Artikolu 42
Obbligu tal-korpi notifikati li jagħtu informazzjoni
1. Il-korpi notifikati għandhom jinfurmaw lill-awtorità notifikanti dwar dan li ġej:
|
(a) |
kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' ċertifikat; |
|
(b) |
kwalunkwe ċirkostanza li jkollha effett fuq l-ambitu tan-notifika u l-kondizzjonijiet għaliha; |
|
(c) |
kwalunkwe talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità; |
|
(d) |
meta mitluba, l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità li twettqu fil-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar. |
L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kompetenti għandhom ukoll jiġu infurmati dwar kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' ċertifikat taħt il-punt (a).
2. Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħra notifikati taħt din id-Direttiva li jkunu qed iwettqu attivitajiet simili ta' valutazzjoni tal-konformità u li jkopru l-istess prodotti, bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw riżultati negattivi ta' valutazzjoni tal-konformità u, meta mitluba, riżultati pożittivi.
3. Il-korpi notifikati għandhom jipprovdu l-Aġenzija b'ċertifikati “KE” ta' verifika tas-subsistemi, ċertifikati “KE” ta' konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà u ċertifikati “KE” tal-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà.
Artikolu 43
Skambji tal-aħjar prattika
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta' skambji tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-politika tan-notifiki.
Artikolu 44
Koordinazzjoni ta' korpi notifikati
Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi notifikati skont din id-Direttiva permezz tal-istabbiliment ta' grupp settorjali ta' korpi notifikati. L-Aġenzija għandha tappoġġa l-attivitajiet ta' korpi notifikati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2016/796.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati minnhom jipparteċipaw fil-ħidma ta' dak il-grupp, direttament jew permezz tar-rappreżentanti nominatri.
Artikolu 45
Korpi nominati
1. Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jidhru fl-Artikoli 30 sa 34 għandhom japplikaw ukoll għall-korpi nominati skont l-Artikolu 15(8), ħlief:
|
(a) |
fil-każ ta' ħiliet meħtieġa mill-persunal tiegħu skont il-punt (c) tal-Artikolu 32(1), fejn il-korp nominat għandu jkollu l-għarfien u l-fehim adatt tal-liġi nazzjonali; |
|
(b) |
fil-każ ta' dokumenti li għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti skont l-Artikolu 34(4), fejn il-korp nominat għandu jinkludi dokumenti li jirrigwardaw il-ħidma mwettqa minn sussidjarji jew sottokuntratturi skont ir-regoli nazzjonali rilevanti. |
2. L-obbligi operattivi stipulati fl-Artikolu 41 għandhom japplikaw ukoll għall-korpi nominati skont l-Artikolu 15(8), ħlief fejn dawk l-obbligi jirreferu għal regoli nazzjonali minflok għal TSIs.
3. L-obbligu ta' informazzjoni stipulat fl-Artikolu 42(1) għandu japplika wkoll għall-korpi nominati li għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri kif adatt.
KAPITOLU VII
REĠISTRI
Artikolu 46
Sistema ta' numerazzjoni tal-vetturi
1. Meta tiġi rreġistrata f'konformità mal-Artikolu 22, kull vettura għandha tiġi assenjata Numru Ewropew tal-Vettura (NEV) mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni. Kull vettura għandha tkun immarkata b'NEV assenjat.
2. L-ispeċifikazzjonijiet tan-NEV għandhom ikunu stabbiliti fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 47(2), f'konformità mat-TSI rilevanti.
3. Kull vettura għandha tiġi assenjata NEV darba biss, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 47(2), f'konformità mat-TSI rilevanti.
4. Minkejja l-paragrafu 1, fil-każ ta' vetturi mħaddma jew maħsuba biex jitħaddmu minn jew għal pajjiżi terzi li l-wisa' bejn il-linji tagħhom hija differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw vetturi identifikati biċ-ċar f'konformità ma' sistema ta' kodifikazzjoni differenti.
Artikolu 47
Reġistri tal-vetturi
1. Sakemm ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi msemmi fil-paragrafu 5 jsir operazzjonali, kull Stat Membru għandu jżomm reġistru nazzjonali tal-vetturi. Dak ir-reġistru għandu:
|
(a) |
jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 2; |
|
(b) |
jinżamm aġġornat minn korp li jkun indipendenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja; |
|
(c) |
ikun aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi investigattivi msemmija fl-Artikoli 16 u 22 tad-Direttiva (UE) 2016/798; għandu wkoll ikun aċċessibbli, fuq kwalunkwe talba leġittima, għall-korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE, u għall-Aġenzija, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura, kif ukoll għal dawk il-persuni jew l-organizzazzjonijiet li jirreġistraw il-vetturi jew li huma identifikati fir-reġistru. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet komuni għar-reġistri nazzjonali tal-vetturi fir-rigward tal-kontenut, il-format tad-data, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod ta' operazzjoni, inkluż arranġamenti għall-iskambju tad-data, u r-regoli għall-input tad-data u l-konsultazzjoni tagħhom, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
3. Ir-reġistru nazzjonali tal-vetturi għandu jkun fih tal-inqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
in-NEV; |
|
(b) |
referenzi għad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” u l-korp emittenti; |
|
(c) |
referenzi għar-reġistru Ewropew tat-tipi ta' vetturi awtorizzati msemmija fl-Artikolu 48; |
|
(d) |
identifikazzjoni tas-sid tal-vettura u d-detentur; |
|
(e) |
restrizzjonijiet dwar kif il-vettura tista' tintuża; |
|
(f) |
referenzi lill-entità responsabbli għall-manutenzjoni. |
4. Sakemm ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi tal-Istati Membri ma jkunux marbutin f'konformità mal-ispeċifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, kull Stat Membru għandu jaġġorna r-reġistru tiegħu, fir-rigward tad-data li tikkonċernah, bil-modifiki magħmula minn Stat Membru ieħor fir-reġistru tiegħu stess.
5. Bil-ħsieb li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż eċċessivi għall-Istati Membri u l-partijiet interessati, sas-16 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni, filwaqt li tieħu kont tar-riżultat ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, għandha tadotta permezz ta' atti ta' implimentazzjoni l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali għar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi li jkun jinkorpora r-reġistri nazzjonali tal-vetturi bil-ħsieb li tiġi pprovduta interfaċċa armonizzata għall-utenti kollha għar-reġistrazzjoni ta' vetturi u l-ġestjoni tad-data. Il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1u l-paragrafu 3 għandhom japplikaw. Speċifikazzjoni bħal din għandha tinkludi l-kontenut, il-format tad-data, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod ta' operazzjoni, inkluż l-arranġamenti għall-iskambju tad-data, u r-regoli għall-input tad-data, u l-konsultazzjoni, kif ukoll l-istadji tal-migrazzjoni.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3) u abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Aġenzija.
Ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi għandu jiġi żviluppat b'kont meħud tal-applikazzjonijiet tal-IT u r-reġistri diġà stabbiliti mill-Aġenzija u l-Istati Membri, bħar-Reġistru Ċentralizzat Ewropew Virtwali tal-Vetturi konness mar-reġistri nazzjonali tal-vetturi. Ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi għandu jkun operazzjonali sas-16 ta' Ġunju 2021.
6. Id-detentur għandu jiddikjara minnufih kull modifika għad-data mdaħħla fir-reġistri tal-vetturi, id-distruzzjoni ta' vettura jew id-deċiżjoni tiegħu li ma jirreġistrax aktar vettura, lill-Istat Membru fejn il-vettura tkun ġiet irreġistrata.
7. Fil-każ tal-vetturi awtorizzati għall-ewwel darba f'pajjiż terz u sussegwentement użati fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li d-data tal-vettura, inkluża tal-inqas id-data li tirrigwarda d-detentur tal-vettura kkonċernata, l-entità inkarigata mill-manutenzjoni tagħha u r-restrizzjonijiet dwar kif il-vettura tista' tintuża, tkun tista' tinstab permezz ta' reġistru tal-vetturi jew inkella jitqiegħdu mingħajr dewmien għad-dispożizzjoni f'format li jista' jinqara faċilment u f'konformità mal-istess prinċipji nondiskriminatorji li japplikaw għal data simili minn reġistru tal-vetturi.
Artikolu 48
Reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi awtorizzati
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid ta' tipi ta' vetturi fis-suq maħruġa f'konformità mal-Artikolu 24. Dak ir-reġistru għandu:
|
(a) |
ikun pubbliku u aċċessibbli b'mod elettroniku; |
|
(b) |
jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 2; |
|
(c) |
ikun kollegat mar-reġistri tal-vetturi rilevanti. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet komuni għar-reġistru tat-tipi ta' vetturi awtorizzati li jirrigwardaw il-kontenut, il-format tad-data, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod tal-operazzjoni u r-regoli għall-input tad-data u l-konsultazzjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
3. Ir-reġistru għandu jinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin għal kull tip ta' vettura:
|
(a) |
karatteristiċi tekniċi, inklużi dawk relatati mal-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa, tat-tip ta' vettura kif definit fit-TSIs rilevanti; |
|
(b) |
l-isem tal-manifattur; |
|
(c) |
id-data tal-awtorizzazzjonijiet relatati maż-żona tal-użu għal tip ta' vettura, inkluż kwalunkwe restrizzjoni jew irtirar. |
Artikolu 49
Reġistru tal-infrastruttura
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li jiġi ppubblikat reġistru tal-infrastruttura, li jiddikjara l-valuri tal-parametri tan-netwerk ta' kull subsistema jew parti mis-subsistema kkonċernata, kif stabbilit fit-TSI rilevanti.
2. Il-valuri tal-parametri mniżżla fir-reġistru tal-infrastruttura għandhom jintużaw flimkien mal-valuri tal-parametri mniżżla fl-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq sabiex tiġi vverifikata l-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk.
3. Ir-reġistru tal-infrastruttura jista' jistipula l-kondizzjonijiet għall-użu ta' stallazzjonijiet fissi u restrizzjonijiet oħrajn.
4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-reġistru tal-infrastruttura jiġi aġġornat f'konformità mal-paragrafu 5.
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta speċifikazzjonijiet komuni għar-reġistru tal-infrastruttura li jirrigwardaw il-kontenut, il-format tad-data, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-mod tal-operazzjoni u r-regoli għall-input tad-data u l-konsultazzjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI
Artikolu 50
Eżerċizzju ta' delega
1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(1) għal perijodu ta' ħames snin mill-15 ta' Ġunju 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
3. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika abitwali tagħha u twettaq konsultazzjonijiet ma' esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.
4. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(1) tista' tiġi revokata f'kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 51
Proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (16). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn il-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 52
Motivazzjoni
Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont din id-Direttiva rigward il-valutazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà jew il-verifika tas-subsistemi li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja tal-Unjoni jew kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont l-Artikoli 7, 12 u 17 għandha tistabbilixxi fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Din għandha tiġi nnotifikata malajr kemm jista' jkun lill-parti kkonċernata, flimkien ma' indikazzjoni tar-rimedji disponibbli skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u tal-iskadenzi permessi għall-eżerċitar ta' tali rimedji.
Artikolu 53
Rapporti u informazzjoni
1. Sas-16 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress li jkun sar fit-tħejjija għar-rwol imsaħħaħ tal-Aġenzija taħt din id-Direttiva. Barra minn hekk, kull tliet snin u għall-ewwel darba tliet snin wara t-tmiem tal-perijodu transizzjonali previst fl-Artikolu 54, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li sar biex tinkiseb l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u l-funzjonament tal-Aġenzija f'dan il-kuntest. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u l-użu tar-reġistri skont il-Kapitolu VII u analiżi tal-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 u tal-applikazzjoni tal-Kapitolu V, li jivvalutaw b'mod partikolari l-funzjonament tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni konklużi bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. Għall-għanijiet tal-ewwel rapport, wara t-tmiem tal-perijodu transizzjonali l-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet interessati rilevanti u għandha tistabbilixxi programm li jippermetti l-valutazzjoni tal-progress. Il-Kummissjoni għandha, jekk adatt fid-dawl tal-analiżi ta' hawn fuq, tipproponi miżuri leġislattivi inklużi miżuri għar-rwol futur tal-Aġenzija fit-tisħiħ tal-interoperabbiltà.
2. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u taġġorna perjodikament għodda li kapaċi tipprovdi, fuq it-talba ta' Stat Membru, il-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni, ħarsa ġenerali lejn il-livell tal-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. Din l-għodda għandha tuża l-informazzjoni stipulata fir-reġistri previsti fil-Kapitolu VII.
Artikolu 54
Reġim transizzjonali għall-użu ta' vetturi
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, vetturi li jeħtieġ li jiġu awtorizzati bejn il-15 ta' Ġunju 2016 u s-16 ta' Ġunju 2019 għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/57/KE.
2. L-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi li ngħataw skont il-paragrafu 1 u l-awtorizzazzjonijiet l-oħrajn kollha li ngħataw qabel il-15 ta' Ġunju 2016, inklużi l-awtorizzazzjonijiet mogħtija fil-kuntest ta' ftehimiet internazzjonali, b'mod partikolari l-RIC (Regolamento Internazionale Carrozze) u l-RIV (Regolamento Internazionale Veicoli), għandhom jibqgħu validi f'konformità mal-kondizzjonijiet li taħthom ingħataw l-awtorizzazzjonijiet.
3. Vetturi awtorizzati għat-tqegħid fis-servizz skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom jirċievu awtorizzazzjoni tal-vettura ġdida għat-tqegħid fis-suq sabiex joperaw fuq netwerk wieħed jew aktar li għad mhumiex koperti mill-awtorizzazzjoni tagħhom. It-tqegħid fis-suq f'dawk in-netwerks addizzjonali għandu jkun soġġett għall-Artikolu 21.
4. Mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2019 l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti ta' awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 21 u 24 u l-kompiti msemmija fl-Artikolu 19 fir-rigward ta' żoni tal-użu fl-Istati Membri li ma jkunux innotifikaw lill-Aġenzija u l-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 57(2). B'deroga mill-Artikoli 21 u 24, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Aġenzija u l-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) jistgħu jkomplu joħorġu awtorizzazzjonijiet f'konformità mad-Direttiva 2008/57/KE sas-16 ta' Ġunju 2020.
Artikolu 55
Dispożizzjonijiet transizzjonali oħra
1. L-Annessi IV, V, VII u IX għad-Direttiva 2008/57/KE għandhom japplikaw sad-data ta' applikazzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni korrispondenti msemmija fl-Artikolu 7(5), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 14(10) u l-Artikolu 15(9) ta' din id-Direttiva.
2. Id-Direttiva 2008/57/KE għandha tibqa' tapplika fir-rigward tal-proġetti ERTMS maġenb il-binarji li għandhom jitqiegħdu fis-servizz bejn il-15 ta' Ġunju 2016 u s-16 ta' Ġunju 2019.
3. Il-proġetti li jkunu temmew il-fażi ta' sejħa għall-offerti jew dik kuntrattwali qabel is-16 ta' Ġunju 2019 mhumiex soġġetti għall-preawtorizzazzjoni mill-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 19.
4. Sas-16 ta' Ġunju 2031 l-alternattivi inklużi fil-kuntratti li ġew iffirmati qabel il-15 ta' Ġunju 2016 ma għandhomx ikunu soġġetti għall-preawtorizzazzjoni mill-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 19, anke jekk dawn jiġu eżerċitati wara l-15 ta' Ġunju 2016.
5. Qabel ma jawtorizzaw it-tqegħid fis-servizz ta' kwalunkwe tagħmir ERTMS maġenb il-binarji li ma kienx soġġett għall-preawtorizzazzjoni mill-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 19, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija sabiex jiżguraw li s-soluzzjonijiet tekniċi huma kompletament interoperabbli, f'konformità mal-Artikoli 30(3) u 31(2) tar-Regolament (UE) 2016/796.
Artikolu 56
Rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet tal-Aġenzija
L-Aġenzija għandha tipprovdi rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/796 sabiex tiġi applikata din id-Direttiva. Fejn rilevanti, għandu jittieħed kont ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet meta jkunu qed jitfasslu atti ta' implimentazzjoni skont din id-Direttiva.
Artikolu 57
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikoli 1 u 2, l-Artikolu 7(1) sa (4) u (6), l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(1), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 11(1), (3) u (4), l-Artikoli 12, 13 u 14, l-Artikolu 15(1) sa (8), l-Artikolu 16, l-Artikolu 18, l-Artikolu 19(3), l-Artikoli 21 sa 39, l-Artikolu 40(2), l-Artikoli 41, 42, 44, 45 u 46, l-Artikolu 47(1), (3), (4) u (7), l-Artikolu 49(1) sa (4), l-Artikolu 54 u l-Annessi I, II, III u IV sas-16 ta' Ġunju 2019. Huma għandhom immedjatament jikkomunikaw t-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
2. L-Istati Membri jistgħu jestendu l-perijodu ta' traspożizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 b'sena. Għal dak l-iskop, sas-16 ta' Diċembru 2018, l-Istati Membri li ma idaħħlux fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fi żmien il-perijodu ta' traspożizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni b'dan u jippreżentaw ir-raġunijiet għal tali estensjoni.
3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn tal-aħħar għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom jinkludu dikjarazzjoni li referenzi f'liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din u kif għandha tiġi fformulata dikjarazzjoni bħal din.
4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
5. L-obbligu għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Artikolu 13, l-Artikolu 14(1) sa (8), (11) u (12), l-Artikolu 15(1) sa (9), l-Artikolu 16(1), l-Artikoli 19 sa 26, l-Artikoli 45, 46 u 47, l-Artikolu 49(1) sa (4) u l-Artikolu 54 ta' din id-Direttiva ma għandux japplika għal Ċipru u Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.
Madankollu, hekk kif entità pubblika jew privata tressaq applikazzjoni uffiċjali biex tinbena linja ferrovjarja bil-ħsieb li tkun operata minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jadottaw miżuri għall-implimentazzjoni tal-Artikoli msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien sentejn mir-riċeviment tal-applikazzjoni.
Artikolu 58
Tħassir
Id-Direttiva 2008/57/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness V, Parti A, hija mħassra b'effett mis-16 ta' Ġunju 2020, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi li jinsabu fl-Anness V, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 59
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 60
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta' Mejju 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
J. A. HENNIS-PLASSCHAERT
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-10 ta' Diċembru 2015 (ĠU C 57, 12.2.2016, p. 1). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).
(5) Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(7) Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(8) Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (Ara paġna 102 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(9) Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(10) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(11) Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(12) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta' Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għal valutazzjoni ta' konformità, adattezzagħall-użu u verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' interoperabbiltà adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-il-Kunsill (ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1).
(13) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE tal-20 ta' Mejju 1998 dwar l-istabbiliment ta' Kumitati ta' Djalogu Settorjali biex iġibu 'l quddiem id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27).
(14) Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
(15) Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
(16) Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6).
ANNESS I
Elementi tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni
1. Netwerk
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, in-netwerk tal-Unjoni għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
linji ta' veloċità għolja mibnijin apposta li huma mgħammra għal veloċitajiet ġeneralment ekwivalenti għal 250 km/h jew ogħla, |
|
(b) |
linji għal veloċità għolja mmodernizzati apposta li huma mgħammra għal veloċitajiet ta' 200 km/h, |
|
(c) |
linji għal veloċità għolja mmodernizzati apposta li għandhom karatteristiċi speċjali minħabba l-limitazzjonijiet marbuta mat-topografija, mar-riżalt jew mal-ippjanar tal-ibliet, li fuqhom il-veloċità trid tiġi adattata għal kull każ. Din il-kategorija tinkludi linji ta' interkonnessjoni bejn netwerks ta' veloċità għolja u dawk konvenzjonali, linji li jgħaddu minn stazzjonijiet ferrovjarji, aċċessi għat-terminals, depożiti eċċ, li jgħaddu minnhom vetturi ferrovjarji ta' “veloċità għolja” b'veloċità konvenzjonali, |
|
(d) |
linji konvenzjonali maħsuba għas-servizzi tal-passiġġieri, |
|
(e) |
linji konvenzjonali maħsuba għat-traffiku mħallat (passiġġieri u merkanzija), |
|
(f) |
linji konvenzjonali maħsuba għal servizzi ta' ġarr ta' merkanzija, |
|
(g) |
ċentri għal passiġġieri, |
|
(h) |
ċentri għal ġarr ta' merkanzija, inklużi terminals intermodali, |
|
(i) |
linji li jgħaqqdu l-elementi msemmija hawn fuq. |
Dan in-netwerk jinkludi l-ġestjoni tat-traffiku, l-ittrakkjar, u s-sistemi tan-navigazzjoni: l-installazzjonijet tekniċi għall-ipproċessar tad- data u telekomunikazzjoni intiżi għal servizzi tal-passiġġieri u servizzi tal-merkanzija għal distanzi twal fuq in-netwerk biex jiggarantixxu s-sikurezza u l-operazzjoni armonjuża tan-netwerk u l-ġestjoni effiċjenti tat-traffiku.
2. Vetturi
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-vetturi tal-Unjoni għandhom jinkludu l-vetturi kollha li x'aktarx jivvjaġġaw fuq in-netwerk kollu tal-Unjoni jew fuq parti minnu:
|
— |
lokomotivi u vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri, inkluż magni tat-trazzjoni termali jew elettriċi, ferroviji tal-passiġġieri bi propulsjoni proprja termali jew elettrika, u kowċis tal-passiġġieri; |
|
— |
vaguni tal-merkanzija, inklużi vetturi baxxi ddisinjati għan-netwerk kollu u vetturi ddisinjati biex iġorru t-trakkijiet; |
|
— |
vetturi speċjali, bħal magni ta' fuq il-binarji. |
Din il-lista ta' vetturi għandha tinkludi dawk li huma ddisinjati apposta biex joperaw fuq it-tipi differenti ta' linji ta' veloċità għolja deskritti fil-punt 1.
ANNESS II
SUBSISTEMI
1. Lista ta' subsistemi
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, is-sistema li tikkostitwixxi s-sistema ferrovjarja tal-Unjoni tista' tinqasam fis-subsistemi li ġejjin, jew:
|
(a) |
iż-żoni strutturali:
|
|
(b) |
iż-żoni funzjonali:
|
2. Deskrizzjoni tas-subsistemi
Għal kull subsistema jew parti minn subsistema, il-lista ta' kostitwenti u l-aspetti li jirrigwardaw l-interoperabbiltà jiġu proposti mill-Aġenzija meta jsir l-abbozz tat-TSI rilevanti. Mingħajr preġudizzju għall-għażla tal-aspetti u l-kostitwenti li jirrigwardaw l-interoperabbiltà jew l-ordni li biha huma jkunu ser jiġu soġġetti għat-TSIs, is-subsistemi inklużi jinkludu li ġej:
2.1. Infrastruttura
Il-binarji, il-punti, il-livelli ta' qsim, l-istrutturi tal-inġinerija (il-pontijiet, il-mini, eċċ), l-elementi tal-istazzjon relatati mal-ferroviji (inkluż l-entrati, il-pjattaformi, iż-żoni ta' aċċess, punti tas-servizz, toilets u sistemi ta' informazzjoni, kif ukoll il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tagħhom għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa), is-sikurezza u t-tagħmir protettiv.
2.2. Enerġija
Is-sistema tal-elettrifikazzjoni, inklużi l-linji fl-ajru u s-sistema maġenb il-binarji għall-kejl u għan-nollijiet tal-konsum tal-elettriku.
2.3. Kmand-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji
It-tagħmir kollu maġenb il-binarji meħtieġ biex jiżgura s-sikurezza u biex jikkmanda u jikkontrolla l-movimenti ta' ferroviji awtorizzati biex jivvjaġġaw fuq in-netwerk.
2.4. Kmand-kontroll u sinjalazzjoni abbord
It-tagħmir kollu abbord meħtieġ biex jiżgura s-sikurezza u biex jikkmanda u jikkontrolla l-movimenti tal-ferroviji awtorizzati biex jivvjaġġaw fuq in-netwerk.
2.5. Operazzjoni u ġestjoni tat-traffiku
Il-proċeduri u t-tagħmir relatat li jippermettu l-operazzjoni koerenti tad-diversi subsistemi strutturali, kemm matul l-operazzjoni normali kif ukoll matul dak imnaqqas, inklużi b'mod partikolari il-kompożizzjoni tal-ferrovija u s-sewqan tal-ferrovija, l-ippjanar u l-immaniġġjar tat-traffiku.
Il-kwalifiki professjonali li jistgħu jkunu meħtieġa għat-twettiq ta' kwalunkwe tip ta' servizz ferrovjarju.
2.6. Applikazzjonijiet telematiċi
F'konformità mal-Anness I, din is-subsistema tikkonsisti f'żewġ elementi:
|
(a) |
l-applikazzjonijiet tas-servizzi għall-passiġġieri, inklużi s-sistemi li jipprovdu l-informazzjoni lill-passiġġieri qabel u matul il-vjaġġ, is-sistemi tal-prenotazzjoni u l-ħlas, il-ġestjoni tal-bagalji u l-ġestjoni tal-konnessjonijiet bejn il-ferroviji u l-mezzi l-oħra tat-trasport; |
|
(b) |
l-applikazzjonijiet għas-servizzi tal-merkanzija, inklużi s-sistemi tal-informazzjoni (monitoraġġ tal-merkanzija u l-ferroviji fil-ħin reali), is-sistemi tat-tlaqqigħ u l-allokazzjoni, il-prenotazzjoni, is-sistemi tal-ħlas u l-fatturi, l-ġestjoni tal-konnessjonijiet ma' mezzi oħra ta' trasport u l-produzzjoni ta' dokumenti elettroniċi li jakkumpanjaw il-merkanzija. |
2.7. Vetturi ferrovjarji
Is-sistema tal-istruttura, tal-kmand u tal-kontroll għat-tagħmir ferrovjarju kollu, l-apparat għall-ġabra tal-kurrent elettriku, l-inġenji tat-trazzjoni u l-konverżjoni tal-enerġija, it-tagħmir abbord għan-nollijiet tal-konsum elettriku, it-tagħmir tal-ibbrejkjar, l-agganċjament u s-sewqan (il-bogies, il-fusien, eċċ) u s-suspension, il-bibien, l-interfaċċi bniedem/magna (is-sewwieq, il-persunal abbord u l-passiġġieri, inklużi elementi ta' aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa), l-apparat tas-sikurezza passiv jew attiv u l-ħtiġijiet għas-saħħa tal-passiġġieri u tal-persunal abbord.
2.8. Manutenzjoni
Il-proċeduri, it-tagħmir assoċjat, iċ-ċentri tal-loġistika għal xogħol ta' manutenzjoni u r-riservi li jipprovdu l-manutenzjoni kollettiva u preventiva ta' natura mandatorja biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u tiġi ggarantita l-kwalità meħtieġa.
ANNESS III
REKWIŻITI ESSENZJALI
1. Rekwiżiti ġenerali
1.1. Sikurezza
1.1.1. Id-disinn, il-kostruzzjoni jew l-immuntar, il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-komponenti ta' sikurezza kritika, u b'mod aktar partikolari, tal-komponenti involuti fil-movimenti ferrovjarji, għandhom ikunu tali li jiggarantixxu s-sikurezza fil-livell li jikkorrispondi mal-għanijiet stabbiliti għan-netwerk, inklużi dawk għal sitwazzjonijiet speċifiċi degradati.
1.1.2. Il-parametri involuti fil-kuntatt rota/binarju għandhom jilħqu r-rekwiżiti dwar l-istabbiltà meħtieġa biex jiggarantixxu s-sikurezza taċ-ċaqliq fil-veloċità massima awtorizzata. Il-parametri jridu jiggarantixxu li jkun possibbli li tieqaf f'distanza speċifika ta' brake bil-veloċità massima awtorizzata.
1.1.3. Il-komponenti użati għandhom ikunu jifilħu għal xi strapazzi normali jew eċċezzjonali li jkunu ġew speċifikati matul il-perijodu tagħhom fis-servizz. Ir-riperkussjonijiet tas-sikurezza ta' kwalunkwe mankanza aċċidentali għandhom jiġu limitati b'mezzi approprjati.
1.1.4. Id-disinn ta' stallazzjonijet u l-vetturi ferrovjarji fissi u l-għażla tal-materjal użat għandhom ikunu mmirati biex jillimitaw il-ġenerazzjoni, il-propagazzjoni u l-effetti tan-nar u tad-duħħan f'każ ta' ħruq.
1.1.5. Kwalunkwe apparat maħsub biex jitħaddem mill-utenti jrid jiġi ddisinjat b'tali mod li ma jfixkilx l-operazzjoni sikura tal-apparat jew is-saħħa u s-sigurtà tal-utenti jekk jintuża b'mod prevedibbli, għalkemm mhux f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti.
1.2. Affidabbiltà u disponibbiltà
Il-monitoraġġ u l-manutenzjoni tal-komponenti fissi jew mobbli li jkunu involuti fiċ-ċaqliq tal-ferroviji għandhom jiġu organizzati, magħmula u kwantifikati b'tali mod li jkomplu jaħdmu skont il-kondizzjonijiet maħsuba.
1.3. Saħħa
1.3.1. Il-materjali li x'aktarx, minħabba l-mod ta' kif jintużaw, jikkostitwixxu periklu għas-saħħa lil dawk li jkollhom aċċess għalihom ma għandhomx jintużaw fil-ferroviji u fl-infrastruttura ferrovjarja.
1.3.2. Dawn il-materjali għandhom jintgħażlu, jitqiegħdu u jintużaw b'tali mod li jrażżnu l-ħruġ ta' dħaħen jew ta' gassijiet li jagħmlu ħsara u huma perikolużi, partikolarment f'każ ta' ħruq.
1.4. Protezzjoni tal-ambjent
1.4.1. L-impatt ambjentali tal-istabbiliment u l-operazzjoni tas-sistema ferrovjarja jrid jiġi vvalutat u kkunsidrat fl-istadju tal-iddisinjar tas-sistema f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.
1.4.2. Il-materjali li jintużaw fil-ferroviji u fl-infrastruttura għandhom jipprevjenu l-ħruġ ta' dħaħen jew gassijiet li jistgħu jkunu noċivi u perikolużi għall-ambjent, partikolarment f'każ ta' ħruq.
1.4.3. Il-vetturi ferrovjarji u s-sistemi għall-provvista tal-enerġija għandhom ikunu ddisinjati u fabbrikati b'tali mod li jkunu elettromanjetikament kompatibbli mal-installazzjonijiet, mat-tagħmir u man-netwerk pubbliku jew privat li miegħu jistgħu jinterferixxu.
1.4.4. Id-disinn u l-operazzjoni tas-sistema ferrovjarja ma għandhomx iwasslu għal livell inammissibbli ta' storbju maħluq minnha stess:
|
— |
f'żoni li jinsabu qrib infrastrutturi tal-ferroviji, kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE, u |
|
— |
fil-kabina tas-sewwieq. |
1.4.5. L-operazzjoni tas-sistema ferrovjarja ma għandhiex twassal għal livell inammissibbli ta' vibrazzjonijiet tal-art fl-attivitajiet u ż-żoni viċin l-infrastruttura u fi stat normali ta' manutenzjoni.
1.5. Kompatibbiltà teknika
Il-karatteristiċi tekniċi tal-infrastruttura u l-installazzjonijiet fissi għandhom ikunu kompatibbli ma' xulxin u ma' dawk tal-ferroviji li għandhom jintużaw fis-sistema ferrovjarja. Dan ir-rekwiżit jinkludi l-integrazzjoni sikura tas-subsistema tal-vettura mal-infrastruttura.
Jekk il-konformità ma' dawn il-karatteristiċi tkun diffiċli f'ċerti taqsimiet tan-netwerk, soluzzjonijiet temporanji, li jiżguraw kompatibbiltà fil-futur, għandhom jiġu implimentati.
1.6. Aċċessibbiltà
1.6.1. Is-subsistemi tal-“infrastruttura” u l-“vetturi ferrovjarji” jridu jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa sabiex ikun żgurat aċċess fuq bażi ugwali mal-oħrajn permezz tal-prevenzjoni jew it-tneħħija ta' ostakli, u permezz ta' miżuri oħra adattati. Dan għandu jinkludi d-disinn, il-kostruzzjoni, it-tiġdid, l-immodernizzar, il-manutenzjoni u l-operazzjoni tal-partijiet rilevanti tas-subsistemi li l-pubbliku għandu aċċess għalihom.
1.6.2. Is-subsistemi tal-“operazzjonijiet” u l-“applikazzjonijiet telematiċi tal-passiġġieri” jridu jipprevedu l-funzjonalità neċessarja meħtieġa biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa fuq bażi ugwali mal-oħrajn permezz tal-prevenzjoni jew it-tneħħija ta' ostakli, u permezz ta' miżuri oħra adattati.
2. Rekwiżiti speċifiċi għal kull subsistema
2.1. Infrastruttura
2.1.1.
Iridu jittieħdu passi xierqa sabiex ma jitħalliex l-aċċess għal, jew id-dħul mhux mixtieq, fl-installazzjonijiet.
Iridu jittieħdu passi biex jiġi limitat il-periklu li għalih il-persuni jiġu esposti, partikolarment meta l-ferroviji jgħaddu mill-istazzjonijiet.
L-infrastruttura li għaliha l-pubbliku jkollu aċċess għandha tkun iddisinjata u magħmula b'tali mod li tillimita kwalunkwe periklu għas-sikurezza umana (l-istabbiltà, il-ħruq, l-aċċess, l-evakwazzjoni, il-pjattaformi, eċċ.).
Dispożizzjonijiet xierqa għandhom jiġu stabbiliti biex iqisu l-kondizzjonijiet partikolari tas-sikurezza fil-mini twal ħafna u l-vijadotti.
2.1.2.
Is-subsistemi tal-infrastruttura li għalihom il-pubbliku għandu aċċess iridu jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa f'konformità mal-punt 1.6.
2.2. Enerġija
2.2.1.
L-operazzjoni tas-sistemi li jfornu l-enerġija ma għandhiex timpedixxi s-sikurezza kemm tal-ferroviji kif ukoll tal-persuni (l-utenti, il-persunal operattiv, ir-residenti ta' ħdejn il-binarji u l-partijiet terzi).
2.2.2.
Il-funzjonament tas-sistemi li jfornu l-enerġija elettrika jew termali ma għandhomx jinterferixxu fl-ambjent lil hinn mil-limiti speċifikati.
2.2.3.
Is-sistemi għall-provvista tal-enerġija elettrika/termali użati għandhom:
|
— |
jippermettu li l-ferroviji jilħqu l-livelli speċifikati ta' prestazzjoni, |
|
— |
fil-każ ta' sistemi għall-provvista tal-enerġija elettrika, dawn għandhom ikunu kompatibbli mal-apparat tal-ġbir immuntat fuq il-ferroviji. |
2.3. Kmand-kontroll u sinjalazzjoni
2.3.1.
L-installazzjonijet u l-proċeduri ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni użati għandhom jagħmluha possibbli li l-ferroviji jivvjaġġaw b'livell ta' sikurezza li jikkorrispondi mal-objettivi stabbiliti għan-netwerk. Is-sistemi ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni iridu jkomplu jipprovdu għal transitu bla periklu ta' ferroviji permessi biex jaħdmu taħt kondizzjonijiet degradati.
2.3.2.
L-infrastruttura l-ġdida kollha u l-vetturi ferrovjarji ffabbrikati jew żviluppati wara l-adozzjoni tas-sistemi kompatibbli ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni għandhom jiġu adattati apposta għall-użu f'dawk is-sistemi.
It-tagħmir ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni installat fil-kabini tax-xufiera tal-ferroviji għandhom jippermettu operat normali, taħt kondizzjonijiet speċifiċi, fis-sistema ferrovjarja kollha kemm hi.
2.4. Vetturi ferrovjarji
2.4.1.
L-istrutturi tal-vetturi ferrovjarji u tal-agganċamenti bejn il-vetturi jridu jkunu ddisinjati b'tali mod li jitħarsu l-passiġġieri u l-kompartimenti tas-sewqan fil-każ ta' kolliżjoni jew ta' ferrovija li taqbeż il-linji.
It-tagħmir elettriku ma għandux idgħajjef is-sikurezza u l-funzjonament tal-installazzjonijet ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni.
It-tekniki tal-brejkijiet u l-istrapazzi eżerċitati għandhom ikunu kompatibbli mad-disinn tal-binarji, l-istrutturi tal-inġinerija u s-sistemi tas-sinjalazzjoni.
Passi għandhom jittieħdu biex jiġi evitat aċċess għal kostitwenti mnejn ikun għaddej il-kurrent elettriku biex ma tiġix ipperikolata is-sikurezza tal-persuni.
Fil-każ ta' periklu, l-apparat irid jippermetti lill-passiġġieri jinfurmaw lix-xufier u l-persunal li jikkuntattjahom.
Trid tiġi żgurata s-sikurezza tal-passiġġieri waqt l-imbarkazzjoni u l-inżul mill-ferroviji. Il-bibien tal-aċċess għandhom jinkorporaw sistema ta' ftuħ u għeluq li tiggarantixxi s-sikurezza tal-passiġġieri.
Il-ħruġ ta' emerġenza għandu jiġi pprovdut u indikat.
Dispożizzjonijiet xierqa għandhom jiġu stabbiliti biex iqisu l-kondizzjonijiet partikolari tas-sikurezza fil-mini twal ħafna.
Sistema ta' dawl ta' emerġenza ta' intensità u dewmien suffiċjenti hija obbligatorja abbord il-ferroviji.
Il-ferroviji għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' komunikazzjoni pubblika li tipprovdi mezz ta' komunikazzjoni għan-nies mill-persunal t'abbord u mill-kontroll tal-art.
Il-passiġġieri jridu jingħataw informazzjoni komprensiva li tinftiehem faċilment dwar ir-regoli li japplikaw għalihom kemm fl-istazzjonijiet ferrovjarji kif ukoll fuq il-ferroviji.
2.4.2.
Id-disinn tat-tagħmir vitali u tat-tagħmir tas-sewqan, t-trazzjoni u l-ibbrejkjar kif ukoll tas-sistema ta; kmand-kontroll irid, f'sitwazzjoni degradata speċifika, ikun tali li jippermetti li l-ferrovija tkompli miexja mingħajr konsegwenzi ħżiena għat-tagħmir li jkun baqa' jaħdem.
2.4.3.
It-tagħmir tal-elettriku għandu jkun kompatibbli mal-operazzjoni tal-installazzjonijet ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni.
Fil-każ ta' trazzjoni elettrika, il-karatteristiċi tal-apparati li jiġbru l-kurrent għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli biex il-ferroviji jivvjaġġaw bis-sistemi tal-forniment tal-enerġija għas-sistema ferrovjarja.
Il-karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu tali li jippermettulhom jivvjaġġaw fuq kwalunkwe linja li fuqha jkunu mistennija li joperaw, waqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet klimatiċi rilevanti.
2.4.4.
Il-ferroviji iridu jkunu mgħammra b'apparat ta' reġistrazzjoni. Id-data miġbura minn dak l-apparat u l-ipproċessar tal-informazzjoni jridu jiġu armonizzati.
2.4.5.
Is-subsistemi tal-vetturi ferrovjarji li għalihom il-pubbliku għandu aċċess iridu jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa f'konformità mal-punt 1.6.
2.5. Manutenzjoni
2.5.1.
L-installazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri użati fiċ-ċentri għandhom jassiguraw li sikurezza taloperazzjoni tas-subsistema ma tkunx tikkostitwixxi periklu għas-saħħa u għas-sikurezza.
2.5.2.
L-installazzjonijet tekniċi u l-proċeduri użati fiċ-ċentri tal-manutenzjoni ma għandhomx jeċċedu l-livelli permissibbli ta' inkonvenjent fir-rigward tal-ambjent ta' madwarhom.
2.5.3.
L-installazzjonijet tal-manutenzjoni għall-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li jsiru operazzjonijiet għas-sikurezza, għas-saħħa u għall-kumdità fuq il-vetturi kollha li għalihom ikunu ġew iddisinjati.
2.6. Operazzjoni u ġestjoni tat-traffiku
2.6.1.
L-allinjament tar-regoli tal-operazzjoni tan-netwerk u tal-kwalifiki tax-xufiera u tal-persunal t'abbord u tal-persunal fiċ-ċentri tal-kontroll għandu jkun tali li jassigura s-sikurezza tal-operat, waqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh id-diversi rekwiżiti tas-servizzi transkonfinali u dawk domestiċi.
L-operazzjonijiet u l-intervalli tal-manutenzjoni, it-taħriġ u l-kwalifiki tal-persunal tal-manutenzjoni u taċ-ċentri tal-kontroll u s-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità stabbilita mill-operaturi konċernati fiċ-ċentri tal-manutenzjoni u l-kontroll għandhom ikunu tali li jassikuraw livell għoli ta' sikurezza.
2.6.2.
L-operazzjonijiet u l-perijodi tal-manutenzjoni, it-taħriġ u l-kwalifiki tal-persunal taċ-ċentri tal-manutenzjoni u tal-kontroll u s-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità stabbilita mill-operaturi konċernati fiċ-ċentri tal-manutenzjoni u tal-kontroll għandhom ikunu tali li jassiguraw livell għoli ta' affidabbiltà u disponibbiltà tas-sistema.
2.6.3.
L-allinjament tar-regoli tal-operazzjoni tan-netwerk u tal-kwalifiki tax-xufiera, tal-persunal t'abbord u tal-amministraturi tat-traffiku għandu jkun tali li jassigura l-effiċjenza tal-operat tas-sistema ferrovjarja, waqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh id-diversi rekwiżiti tas-servizzi transkonfinali u domestiċi.
2.6.4.
Għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu żgurati li r-regoli tal-operazzjoni jipprovdu l-funzjonament meħtieġ biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità u għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa.
2.7. Applikazzjonijiet telematiċi għall-merkanzija u l-passiġġieri
2.7.1.
Ir-rekwiżiti essenzjali għall-applikazzjonijiet telematiċi jiggarantixxu l-kwalità minima tas-servizz għall-passiġġieri u t-trasportaturi tal-oġġetti, partikolarment f'termini ta' kompatibbiltà teknika.
Passi għandhom jittieħdu biex jiżguraw:
|
— |
li l-bażijiet ta' data, is-software u l-protokolli tal-komunikazzjoni tad-data jiġu żviluppati b'mod li jippermettu l-massimu tal-iskambji tad-data bejn id-diversi applikazzjonijiet u operaturi, eskluża d-data kummerċjali konfidenzjali, |
|
— |
aċċess faċli tal-informazzjoni għall-utenti. |
2.7.2.
Il-metodi dwar kif jintużaw, jiġu ġestiti, immodernizzati u miżmuma dawn il-bażijiet ta' data, is-software u l-protokolli tal-komunikazzjoni tad-data għandhom jiggarantixxu l-effiċjenza ta' dawn is-subsistemi u l-kwalità tas-servizz.
2.7.3.
L-interfaċċi bejn is-sistemi u l-utenti għandhom jikkonformaw mar-regoli minimi tal-ergonomija u l-protezzjoni tas-saħħa.
2.7.4.
Livelli approprjati ta' integrità u affidabbiltà għandhom jiġu provduti għall-ħażna jew it-trażmissjoni ta' informazzjoni relatati mas-sikurezza.
2.7.5.
Iridu jittieħdu passi xierqa sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet telematiċi għas-subsistemi tal-passiġġieri jipprevedu l-funzjonament neċessarju meħtieġ għall-iżgurar tal-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità u għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa.
ANNESS IV
PROĊEDURA TA' VERIFIKA “KE” GĦAL SUBSISTEMI
1. PRINĊIPJI ĠENERALI
“Verifika ‘KE’ ” tfisser proċedura mwettqa mill-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 15 biex jintwera li ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-liġi rilevanti tal-Unjoni u kwalunkwe regola nazzjonali rilevanti li tirrigwarda subsistema u li s-subsistema tista' tiġi awtorizzata għat-tqegħid fis-servizz.
2. ĊERTIFIKAT TA' VERIFIKA MAĦRUĠ MINN KORP NOTIFIKAT
2.1. Introduzzjoni
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-verifika b'referenza għat-TSIs hija l-proċedura li permezz tagħha korp notifikat jiċċekkja u jiċċertifika li s-subsistema tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti ta' interoperabbiltà (TSI).
Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-applikant li jikkonforma mal-atti legali l-oħra tal-Unjoni applikabbli u kwalunkwe verifika mill-korpi ta' valutazzjoni meħtieġa mir-regoli l-oħra.
2.2. Dikjarazzjoni Intermedja ta' Verifika (ISV)
2.2.1 Prinċipji
Fuq it-talba tal-applikant, il-verifiki jistgħu jsiru għal partijiet ta' subsistema jew jistgħu jkunu limitati għal ċerti stadji tal-proċedura ta' verifika. F'dawn il-każijiet, ir-riżultati tal-verifika jistgħu jiġu ddokumentati f'“dikjarazzjoni intermedja ta' verifika” (ISV) maħruġa mill-korp notifikat magħżul mill-applikant.
L-ISV trid tipprovdi referenza għat-TSIs li magħhom ġiet ivvalutata l-konformità.
2.2.2 Partijiet tas-subsistema
L-applikant jista' japplika għal ISV għal kwalunkwe parti li fiha jiddeċiedi li jaqsam is-subsistema. Kull parti għandha tiġi ċċekkjata f'kull stadju kif stipulat fil-punt 2.2.3.
2.2.3 Stadji tal-proċedura ta' verifika
Is-subsistema, jew ċerti partijiet tas-subsistema, għandhom jiġu ċċekkjati f'kull wieħed mill-istadji li ġejjin:
|
(a) |
disinn globali, |
|
(b) |
produzzjoni: kostruzzjoni, inklużi, b'mod partikolari, attivitajiet ta' inġinerija ċivili, manifattura, assemblaġġ tal-kostitwenti u aġġustament globali, |
|
(c) |
ittestjar finali. |
L-applikant jista' japplika għal ISV għall-istadju ta' disinn (inklużi t-testijiet tat-tip) u għall-istadju ta' produzzjoni għas-subsistema kollha jew għal kwalunkwe parti li fiha l-applikant iddeċieda li jaqsamha (ara l-punt 2.2.2).
2.3. Ċertifikat ta' verifika
2.3.1. Il-korpi notifikati responsabbli għall-verifika jivvalutaw id-disinn, il-produzzjoni u l-ittestjar finali tas-subsistema u jfasslu ċ-ċertifikat ta' verifika maħsub għall-applikant li min-naħa tiegħu jfassal id-dikjarazzjoni tal-verifika “KE”. Iċ-ċertifikat ta' verifika jrid jipprovdi referenza għat-TSIs li magħhom ġiet ivvalutata l-konformità.
Meta subsistema ma ġietx ivvalutata għall-konformità tagħha mat-TSI(s) kollha rilevanti (eż. fil-każ ta' deroga, applikazzjoni parzjali tat-TSIs għal immodernizzar jew tiġdid, perijodu transizzjonali f'TSI jew każ speċifiku), iċ-ċertifikat ta' verifika għandu jagħti r-referenza preċiża għat-TSI(s) jew il-partijiet tagħhom li l-konformità tagħhom ma ġietx eżaminata mill-korp notifikat matul il-proċedura tal-verifika.
2.3.2. Meta jkunu nħarġu ISVs, il-korp notifikat responsabbli għall-verifika tas-subsistema jieħu kont ta' dawn l-ISVs, u, qabel ma joħroġ iċ-ċertifikat ta' verifika tiegħu:
|
(a) |
jivverifika li l-ISVs ikopru b'mod korrett ir-rekwiżiti rilevanti tat-TSI(s), |
|
(b) |
jiċċekkja l-aspetti kollha li mhumiex koperti mill-ISVs, u |
|
(c) |
jiċċekkja l-ittestjar finali tas-subsistema kollha kemm hi. |
2.3.3. Fil-każ ta' modifika għal subsistema diġà koperta minn ċertifikat ta' verifika, il-korp notifikat għandu jwettaq biss dawk l-eżamijiet u t-testijiet li huma rilevanti u neċessarji, jiġifieri l-valutazzjoni għandha tikkonċerna biss il-partijiet tas-subsistema li nbidlu u l-interfaċċi tagħhom għall-partijiet mhux mibdula tas-subsistema.
2.3.4 Kull korp notifikat li huwa involut fil-verifika ta' subsistema għandu jfassal fajl f'konformità mal-Artikolu 15(4) li jkopri l-ambitu tal-attivitajiet tiegħu.
2.4. Fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-verifika “KE”
Il-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” għandu jiġi kkompilat mill-applikant u jrid jinkludi dan li ġej:
|
(a) |
karatteristiċi tekniċi marbuta mad-disinn li jinkludu disinji ġenerali u dettaljati rigward l-eżekuzzjoni, dijagrammi elettriċi u idrawliċi, dijagrammi taċ-ċirkwit tal-kontroll, deskrizzjoni ta' sistemi għall-ipproċessar ta' data u sistemi awtomatiċi b'livell ta' dettall li huwa biżżejjed għad-dokumentazzjoni tal-verifika tal-konformità mwettqa, dokumentazzjoni dwar l-operazzjoni u l-manutenzjoni, eċċ., rilevanti għas-subsistema kkonċernata, |
|
(b) |
lista ta' kostitwenti tal-interoperabbiltà, imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(3), inkorporati fis-subsistema, |
|
(c) |
il-fajls imsemmija fl-Artikolu 15(4), ikkompilati minn kull korp notifikat involut fil-verifika tas-subsistema, li għandhom jinkludu:
|
|
(d) |
iċ-ċertifikati ta' verifika maħruġa f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni, |
|
(e) |
meta tkun meħtieġa verifika ta' integrazzjoni sikura skont il-punt (c) tal-Artikolu 18(4) u l-punt (c) tal-Artikolu 21(3), il-fajl tekniku rilevanti għandu jinkludi r-rapport(i) tal-assessuri dwar is-CSM għall-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
2.5. Sorveljanza minn korpi notifikati
2.5.1. Il-korp notifikat li huwa responsabbli biex jiċċekkja l-produzzjoni irid ikollu aċċess permanenti għas-siti tal-bini, il-workshops tal-produzzjoni, iż-żoni tal-ħażna u, fejn xieraq, il-faċilitajiet tal-prefabbrikazzjoni jew l-ittestjar u, b'mod aktar ġenerali, għall-proprjetà kollha li jqis neċessarja għall-kompitu tiegħu. Il-korp notifikat irid jirċievi mill-applikant id-dokumenti kollha meħtieġa għal dak il-għan u, b'mod partikolari, il-pjanijiet ta' implimentazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika rigward is-subsistema.
2.5.2. Il-korp innotifikat responsabbli biex jiċċekkja l-implimentazzjoni irid iwettaq perjodikament awditi sabiex jikkonferma l-konformità mat-TSI(s) rilevanti. Hu jrid jipprovdi rapport tal-awditjar lil dawk responsabbli għall-implimentazzjoni. Il-preżenza tiegħu tista' tkun meħtieġa f'ċerti stadji tal-operazzjonijiet tal-bini.
2.5.3. Barra minn hekk, il-korp notifikat jista' jżur għal għarrieda l-post tax-xogħol jew il-workshops tal-produzzjoni. Matul żjarat bħal dawn, il-korp notifikat jista' jwettaq awditi kompleti jew parzjali. Huwa jrid jipprovdi rapport tal-ispezzjoni u, jekk xieraq, rapport tal-awditjar lil dawk responsabbli għall-implimentazzjoni.
2.5.4. Il-korp notifikat għandu jkun jista' jissorvelja subsistema li fuqha jiġi mmuntat kostitwent tal-interoperabbiltà sabiex jivvaluta, fejn meħtieġ mit-TSI korrispondenti, l-idoneità tagħha għall-użu fl-ambjent ferrovjarju li huwa maħsub għaliha.
2.6. Preżentazzjoni
Kopja tal-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” trid tinżamm mill-applikant) tul il-ħajja operattiva kollha tas-subsistema. Din trid tintbagħat lil kwalunkwe Stat Membru jew lill-Aġenzija, fuq it-talba tagħhom.
Id-dokumentazzjoni ppreżentata għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità fejn tintalab l-awtorizzazzjoni. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza jew l-Aġenzija jistgħu jitolbu li parti(jiet) mid-dokumenti ppreżentati flimkien mal-awtorizzazzjoni tiġi/jiġu tradotta/i fil-lingwa tagħhom.
2.7. Pubblikazzjoni
Kull korp notifikat irid jippubblika perjodikament l-informazzjoni rilevanti rigward:
|
(a) |
talbiet għall-verifika u ISVs li rċieva, |
|
(b) |
talbiet għal valutazzjoni tal-konformità u l-idoneità għall-użu ta' ICs, |
|
(c) |
ISVs maħruġa jew miċħuda, |
|
(d) |
ċertifikati ta' verifika u ċertifikati tal-idoneità “KE” għall-użu, maħruġa jew miċħuda, |
|
(e) |
ċertifikati ta' verifika maħruġa jew miċħuda. |
2.8. Lingwa
Il-fajls u l-korrispondenza dwar il-proċedura ta' verifika “KE” jridu jinkitbu b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-applikant jew b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni aċċettata mill-applikant.
3. ĊERTIFIKAT TA' VERIFIKA MAĦRUĠ MINN KORP NOMINAT
3.1. Introduzzjoni
Fil-każ fejn japplikaw regoli nazzjonali, il-verifika għandha tinkludi proċedura li biha l-korp nominat skont l-Artikolu 15(8), (il-korp nominat) jiċċekkja u jiċċertifika li s-subsistema hi konformi mar-regoli nazzjonali nnotifikati f'konformità mal-Artikolu 14 għal kull Stat Membru li fih hu maħsub li jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-servizz tas-subsistema.
3.2. Ċertifikat ta' verifika
Il-korp nominat ifassal iċ-ċertifikat ta' verifika maħsub għall-applikant.
Iċ-ċertifikat għandu jinkludi referenza preċiża għar-regola/i nazzjonali li l-konformità tagħhom ġiet eżaminata mill-korp nominat fil-proċess ta' verifika.
Fil-każ ta' regoli nazzjonali relatati mas-subsistemi li jifformaw vettura, il-korp nominat għandu jaqsam iċ-ċertifikat f'żewġ partijiet, parti waħda tkun tinkludi r-referenzi għal dawk ir-regoli nazzjonali relatati b'mod strett mal-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk ikkonċernat, u l-parti l-oħra għar-regoli nazzjonali l-oħra kollha.
3.3. Fajl
Il-fajl ikkompilat mill-korp nominat u li jakkumpanja ċ-ċertifikat ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali jrid jiġi inkluż fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” msemmija fil-punt 2.4 u għandu jkun fih id-data teknika rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità tas-subsistema ma' dawk ir-regoli nazzjonali.
3.4. Lingwa
Il-fajls u l-korrispondenza dwar il-proċedura ta' verifika “KE” jridu jinkitbu b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-applikant jew b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni aċċettata mill-applikant.
4. VERIFIKA TA' PARTIJIET TAS-SUBSISTEMI F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 15(7)
Jekk irid jinħareġ ċertifikat ta' verifika għal ċerti partijiet ta' subsistema, id-dispożizzjonijiet għal dan l-Anness għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dawk il-partijiet.
(1) Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).
ANNESS V
PARTI A
Direttivi mħassra b'lista tal-emendi suċċessivi tagħhom
(imsemmija fl-Artikolu 58)
|
Direttiva 2008/57/KE |
|
|
Direttiva 2009/131/KE |
|
|
Direttiva 2011/18/UE |
PARTI B
Limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 57)
|
Direttiva |
Skadenza għat-traspożizzjoni |
|
2008/57/KE |
19 ta' Lulju 2010 |
|
2009/131/KE |
19 ta' Lulju 2010 |
|
2011/18/UE |
31 ta' Diċembru 2011 |
ANNESS VI
Tabella ta' korrelazzjoni
|
Direttiva 2008/57/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2(a) sa (z) |
Artikolu 2(1) sa (5), (7) sa (17) u (19) sa (28) |
|
- |
Artikolu 2(6), (18) u (29) sa (45) |
|
Artikolu 3 |
- |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 5(1) sa (3)(g) |
Artikolu 4(1) sa (3)(g) |
|
- |
Artikolu 4(3)(h) u (i) |
|
Artikolu 5(4) sa (8) |
Artikolu 4(4) sa (8) |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 8 |
- |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 12 |
- |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 15(1) |
Artikolu 18(2) |
|
Artikolu 15(2) u (3) |
- |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 17 |
Artikoli 13 u 14 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 16 |
|
- |
Artikolu 17 |
|
- |
Artikolu 18 (apparti minn 18(3)) |
|
- |
Artikoli 19, 20, 21, 22 u 23 |
|
Artikolu 20 |
- |
|
Artikolu 21 |
- |
|
Artikoli 22 sa 25 |
- |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 14(10) |
|
- |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 28 u l-Anness VIII |
Artikoli 27 sa 44 |
|
- |
Artikolu 45 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 51 |
|
Artikoli 30 u 31 |
- |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 46 |
|
Artikolu 33 |
Artikolu 47(3), (4), (6) u (7) |
|
- |
Artikolu 47(1), (2) u (5) |
|
Artikolu 34 |
Artikolu 48 |
|
Artikolu 35 |
Artikolu 49 |
|
Artikolu 36 |
- |
|
- |
Artikolu 50 |
|
Artikolu 37 |
Artikolu 52 |
|
Artikolu 38 |
Artikolu 57 |
|
Artikolu 39 |
Artikolu 53 |
|
- |
Artikoli 54 u 55 |
|
- |
Artikolu 56 |
|
Artikolu 40 |
Artikolu 58 |
|
Artikolu 41 |
Artikolu 59 |
|
Artikolu 42 |
Artikolu 60 |
|
Anness I sa III |
Anness I sa III |
|
Anness IV |
Artikolu 9(2) |
|
Anness V |
Artikolu 15(9) |
|
Anness VI |
Anness IV |
|
Anness VII |
Artikolu 14(10) |
|
Anness VIII |
Artikoli 30, 31 u 32 |
|
Anness IX |
Artikolu 7(5) |
|
Anness X |
Anness V |
|
Anness XI |
Anness VI |
Stqarrija tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni
Il-Kummissjoni tfakkar li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rrikonoxxew fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tagħhom tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni, li l-informazzjoni li l-Istati Membri jagħtu lill-Kummissjoni rigward it-traspożizzjoni tad-direttivi fil-liġi nazzjonali “għandha tkun ċara u preċiża” sabiex tiffaċilita l-kisba tal-inkarigu tal-Kummissjoni li tissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Fil-każ preżenti, id-dokumenti ta' spjegazzjoni setgħu kienu utli għal dan il-għan. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li t-test finali ma jinkludix dispożizzjonijiet dwar dan.
|
26.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/102 |
DIRETTIVA (UE) 2016/798 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Mejju 2016
dwar is-sikurezza ferrovjarja
(riformulazzjoni)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz ta' att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġiet emendata b'mod sostanzjali. Peress li għandhom isiru iktar emendi, din għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2004/49/KE stabbilixxiet qafas regolatorju komuni għas-sikurezza ferrovjarja bis-saħħa tal-armonizzazzjoni tar-regoli tas-sikurezza, iċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji, il-kompiti u r-rwoli tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-investigazzjoni tal-inċidenti. Madankollu, sabiex jitkomplew l-isforzi biex tiġi stabbilita ulterjorment żona ferrovjarja unika Ewropea, jinħtieġ li d-Direttiva 2004/49/KE tiġi riveduta b'mod komplet. |
|
(3) |
Il-metro, il-linji tat-tramm u s-sistemi oħra ferrovjarji ħfief huma f'ħafna Stati Membri soġġetti għal rekwiżiti tekniċi lokali u huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva (UE) 2016/797, iż-żewġ Direttivi għandu jkollhom l-istess kamp ta' applikazzjoni. Għalhekk, tali sistemi lokali għandhom jiġi esklużi mill-kamp tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. |
|
(4) |
Sa fejn xi kunċetti msemmija f'din id-Direttiva jistgħu jiġu applikati b'mod siewi għall-metro u sistemi oħra lokali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu, mingħajr preġudizzju għall-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, li japplikaw ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li huma jqisu xierqa. F'tali każijiet, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li ma japplikawx obbligi bħan-notifika ta' regoli nazzjonali u r-rappurtar. |
|
(5) |
Il-livelli tas-sikurezza fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni ġeneralment huma għoljin speċjalment meta mqabbla mat-trasport bit-triq. Is-sikurezza ferrovjarja għandha tingħata manutenzjoni ġenerali u, meta jkun prattikabbli, tittejjeb kontinwament, b'kont meħud tal-progress tekniku u xjentifiku, u l-iżvilupp tal-liġi tal-Unjoni u dak internazzjonali. Għandha tingħata prijorità għall-prevenzjoni tal-inċidenti. Għandu jiġi kkunsidrat ukoll l-impatt tal-fatturi umani. |
|
(6) |
Jekk Stat Membru jintroduċi livell ogħla ta' sikurezza, għandu jiżgura li r-regola adottata ma toħloqx ostaklu għall-interoperabbiltà jew twassal għal diskriminazzjoni. |
|
(7) |
L-atturi ewlenin fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandhom jieħdu responsabbiltà sħiħa għas-sikurezza tas-sistema, kull wieħed minnhom għall-parti tiegħu. Kull meta xieraq, dawn għandhom jikkooperaw biex jimplimentaw il-miżuri tal-kontroll tar-riskju. |
|
(8) |
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-amministraturi tal-infrastruttura u impriżi ferrovjarji għall-iżvilupp u t-titjib tas-sikurezza ferrovjarja, atturi oħra, bħall-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni, il-manifatturi, it-trasportaturi, il-konsenjaturi, id-destinatarji, l-impriżi tal-mili, l-impriżi tal-iżvujtar, il-karigaturi, l-iskarigaturi, il-fornituri tal-manutenzjoni, id-detenturi, il-fornituri ta' servizzi u entitajiet kontraenti, ma għandhomx jiġu preklużi milli jieħdu r-responsabbiltà għall-prodotti, servizzi u proċessi tagħhom. Kull attur fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għandu jkun responsabbli, fir-rigward tal-atturi l-oħra, għall-komunikazzjoni kompleta u veritiera tal-informazzjoni kollha rilevanti biex jivverifikaw jekk il-vetturi humiex f'kundizzjoni li jaħdmu. b'mod partikolari, dan jikkonċerna l-informazzjoni dwar il-qagħda u l-istorja tal-vettura partikolari, fajls ta' manutenzjoni, traċċabbiltà tal-operazzjonijiet tat-tagħbija, u noti tal-kunsinna. |
|
(9) |
Kull impriża ferrovjarja, amministratur tal-infrastruttura u entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni għandhom jiżguraw li l-kuntratturi tagħhom u partijiet oħra jimplimentaw miżuri ta' kontroll tar-riskju. Għal dak il-għan, kull impriża ferrovjarja, amministratur tal-infrastruttura u korp inkarigat mill-manutenzjoni għandu japplika l-metodi komuni għall-monitoraġġ stipulati fil-metodi komuni tas-sikurezza (“CSMs”). Il-kuntratturi tagħhom għandhom japplikaw il-proċess permezz ta' arranġamenti kuntrattwali. Fid-dawl tal-fatt li arranġamenti bħal dawn huma parti essenzjali mis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji u tal-amministraturi tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji u tal-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jiżvelaw l-arranġamenti kuntrattwali tagħhom fuq talba mill-Aġenzija Ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza fil-kuntest tal-attivitajiet ta' superviżjoni. |
|
(10) |
L-Istati Membri għandhom jippromwovu kultura ta' fiduċja reċiproka, kunfidenza u tagħlim li fiha l-persunal tal-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura huma inkoraġġuti jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-sikurezza filwaqt li tkun żgurata l-kunfidenzjalità. |
|
(11) |
Il-miri komuni tas-sikurezza (“CSTs”) u s-CSMs għandhom ikunu introdotti gradwalment biex jiżguraw li jinżamm livell għoli ta' sikurezza u, fejn meħtieġ u raġonevolment prattikabbli b'mod raġonevoli, imtejjeb. Għandhom jipprovdu l-għodda għall-valutazzjoni tal-livell ta' sikurezza u l-prestazzjoni tal-operaturi fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fl-Istati Membri. Indikaturi komuni tas-sikurezza (“CSIs”) ġew stabbiliti sabiex jiġi vvalutat jekk is-sistemi jikkonformawx mas-CSTs u sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja. |
|
(12) |
Ir-regoli nazzjonali tas-sikurezza, li huma ta' spiss ibbażati fuq standards tekniċi nazzjonali, qed jiġu sostitwiti gradwalment mir-regoli bbażati fuq standards komuni u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (“TSIs”). Sabiex jiġu eliminati l-ostakli għall-interoperabbiltà, il-volum tar-regoli nazzjonali, inklużi regoli operattivi, għandu jitnaqqas b'mod progressiv bħala konsegwenza tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tat-TSIs għas-sistema ferrovjarja kollha tal-Unjoni u tal-għeluq tal-punti miftuħa fit-TSIs. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom iżommu s-sistema tagħhom tar-regoli nazzjonali aġġornati, iħassru r-regoli li ma għadhomx jgħoddu u jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija bihom mingħajr dewmien. |
|
(13) |
Ir-regoli nazzjonali għandhom jiġu abbozzati u ppubblikati b'tali mod li kull utent potenzjali ta' netwerk nazzjonali jista' jifhimhom. Madankollu, tali regoli spiss jirreferu għal dokumenti oħra bħal standards nazzjonali, standards Ewropej, standards internazzjonali jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li jistgħu jkunu parzjalment jew kompletament protetti mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Għaldaqstant huwa xieraq li l-obbligu tal-pubblikazzjoni ma għandux japplika għal xi dokument imsemmi direttament jew indirettament fir-regola nazzjonali. |
|
(14) |
Ir-regoli nazzjonali spiss jinkludu rekwiżiti li huma parzjalment rilevanti kemm għal skopijiet ta' interoperabbiltà kif ukoll għal skopijiet ta' sikurezza. Peress li s-sikurezza hija rekwiżit essenzjali tad-Direttiva (UE) 2016/797, regola nazzjonali tista' tkun rilevanti għad-Direttiva (UE) 2016/797 u għal din id-Direttiva. Għaldaqstant, id-distinzjoni bejn it-termini “regoli nazzjonali tas-sikurezza” u “regoli tekniċi nazzjonali” kif definiti fid-Direttiva 2004/49/KE u d-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) rispettivament għandha titneħħa u tiġi sostitwita bil-kunċett ta' “regoli nazzjonali” li għandhom jiġu notifikati skont id-Direttiva (UE) 2016/797 u/jew skont din id-Direttiva. Ir-regoli nazzjonali għandhom jiġu notifikati skont id-Direttiva (UE) 2016/797 prinċipalment meta jirrigwardaw it-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta' sottosistemi strutturali. Huma għandhom jiġu notifikati skont din id-Direttiva meta jkunu jirrigwardaw l-operazzjonitas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, jew is-suġġetti speċifiċi ta' din id-Direttiva, inkluż ir-rwol tal-atturi, iċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, l-awtorizzazzjoni tas-sikurezza u l-investigazzjoni ta' inċidenti. |
|
(15) |
Fid-dawl tal-approċċ gradwali sabiex jiġu eliminati l-ostakli għall-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u tal-ħin konsegwentement meħtieġ għall-adozzjoni tat-TSIs, għandhom jittieħdu passi biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn Stati Membri jadottaw regoli nazzjonali ġodda jew jidħlu għal proġetti biex tiżdied id-diversità tas-sistema preżenti ħlief fis-sitwazzjonijiet speċifiċi kif previst f'din id-Direttiva. Is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza hija l-għodda rikonoxxuta biex jiġu kkontrollati r-riskji, filwaqt li l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji huma responsabbli milli jieħdu azzjoni korrettiva immedjata biex jipprevjenu li jerġgħu jseħħu l-inċidenti. L-Istati Membri għandhom jevitaw li jistabbilixxu regoli nazzjonali ġodda eżatt wara inċident, sakemm dawn ir-regoli l-ġodda ma jkunux meħtieġa bħala miżura preventiva urġenti. |
|
(16) |
Is-sistemi tal-kontroll u s-sinjalazzjoni tal-ferroviji għandhom rwol kruċjali sabiex tiġi żgurata s-sikurezza ferrovjarja. F'dan ir-rigward, l-operazzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) fin-netwerk ferrovjarju tal-Unjoni jikkostitwixxi kontribut importanti għat-titjib tal-livelli tas-sikurezza. |
|
(17) |
Fil-qadi tad-dmirijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandhom jimplimentaw sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza, li taqdi r-rekwiżiti tal-Komunità u li jkun fiha elementi komuni. L-informazzjoni fuq is-sikurezza u fuq l-implimentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandha titressaq lill-Aġenzija u lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza fl-Istat Membru kkonċernat. |
|
(18) |
Permezz tal-proċessi tagħha, is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza għandha tiżgura li l-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet umani u l-influwenzi fuq il-prestazzjoni umana jiġu indirizzati bl-applikazzjoni ta' għarfien dwar il-fatturi umani u bl-użu ta' metodi rikonoxxuti. |
|
(19) |
Servizzi ferrovjarji ta' merkanzija għandhom jinkludu wkoll it-trasport ta' oġġetti perikolużi. Madankollu, għandha ssir distinzjoni bejn l-objettiv ta' din id-Direttiva, li tinżamm u, fejn possibbli, li ttejjeb is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, u dak tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), li hu, prinċipalment huwa li jirregola l-klassifikazzjoni tas-sustanzi u l-ispeċifikazzjoni tal-konteniment tagħhom, inkluż it-tagħbija sikura, il-ħatt u l-użu tal-konteniment fis-sistema ferrovjarja eżistenti. Konsegwentement, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/68/KE, is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji u tal-amministraturi tal-infrastruttura għandha tikkunsidra kif xieraq ir-riskji addizzjonali potenzjali ġġenerati mit-trasport ta' kontenimenti ta' oġġetti perikolużi. |
|
(20) |
L-impriżi ferrovjarji kollha għandhom ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti ta' sikurezza sabiex jiġu żgurati livell għoli ta' sikurezza ferrovjarja u kundizzjonijiet ugwali għalihom kollha. Impriża ferrovjarja għandha żżomm ċertifikat ta' sikurezza bħala kundizzjoni biex titħalla tikseb aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja. Iċ-ċertifikat ta' sikurezza għandu jagħti xhieda li l-impriża ferrovjarja stabbilixxiet is-sistema tagħha tal-ġestjoni tas-sikurezza u li hija kapaċi tħares l-istandards u r-regoli rilevanti tas-sikurezza għaż-żona rilevanti tal-operazzjoni. Meta l-Aġenzija toħroġ ċertifikat ta' sikurezza uniku lil impriża ferrovjarja li jkollha żona tal-operazzjoni fi Stat Membru wieħed jew aktar, hija għandha tkun l-unika awtorità li tivvaluta jekk l-impriża ferrovjarja tkunx stabbilixxiet b'mod korrett is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħha. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jiġu involuti fil-valutazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli nazzjonali rilevanti. |
|
(21) |
Ġew stabbiliti metodi armonizzati bbażati fuq id-Direttiva 2004/49/KE, biex jiġu applikati lill-atturi fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, dwar il-monitoraġġ, il-valutazzjoni tal-konformità, is-superviżjoni u l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju. Dak il-qafas regolatorju huwa matur biżżejjed biex jimxi progressivament lejn “ċertifikat ta' sikurezza” uniku validu fiż-żona tal-operazzjoni tal-impriża ferrovjarja kkonċernata. |
|
(22) |
Sabiex il-proċeduri għall-ħruġ taċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi għall-impriżi ferrovjarji jsiru aktar effiċjenti u koerenti, jeħtieġ li l-Aġenzija tkun assenjata rwol ċentrali fil-ħruġ ta' dawn iċ-ċertifikati. Fejn iż-żona tal-operazzjoni tkun limitata għal Stat Membru wieħed, l-applikant għandu jkollu l-possibilità li jagħżel jekk jippreżentax l-applikazzjoni tiegħu għal ċertifikat ta' sikurezza uniku, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt msemmi fir-Regolament (UE) 2016/796 lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza ta' dak l-Istat Membru jew lill-Aġenzija. L-għażla magħmula mill-applikant għandha tkun vinkolanti sakemm l-applikazzjoni titlesta jew tintemm. Din is-sistema l-ġdida għandha tagħmel is-sistema ferrovjarja tal-Unjoni aktar effettiva u effiċjenti billi tnaqqas il-piżijiet amministrattivi fuq l-impriżi ferrovjarji. |
|
(23) |
L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw u jikkondividu l-kompetenzi kif xieraq għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi. Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ċari proċedurali u ta' arbitraġġ biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza ma jaqblux dwar valutazzjonijiet li jkunu saru fir-rigward tal-ħruġ ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi. |
|
(24) |
L-allokazzjoni l-ġdida ta' funzjonijiet u kompiti bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-Aġenzija dwar il-ħruġ ta' ċertifikati ta' sikurezza għandha ssir b'mod effiċjenti. Għal dak l-għan, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jiġu stabbiliti. |
|
(25) |
b'mod partikolari, jeħtieġ li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni jieħdu kont tas-sitwazzjoni ġeografika u storika speċifika ta' ċerti Stati Membri, filwaqt li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Meta l-operazzjoni tkun limitata għal netwerks li jeħtieġu kompetenza esperta speċifika għal raġunijiet ġeografiċi jew storiċi, u meta dawk in-netwerks ikunu iżolati mill-bqija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, għandu jkun possibbli li l-applikant jissodisfa l-formalitajiet meħtieġa lokalment billi jinteraġixxi mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tas-sikurezza. Għal dak il-għan, sabiex jonqsu l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi, għandu jkun possibbli li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni jiġu konklużi bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti biex tiġi prevista allokazzjoni xierqa tal-kompiti, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà aħħarija tal-Aġenzija fil-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku. |
|
(26) |
In-netwerks ferrovjarji li jinsabu fl-Istati Baltiċi (l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja) għandhom wisa' bejn il-linji ta' 1520 mm, li hija l-istess bħal fil-pajjiżi terzi ġirien, iżda differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni. Dawn in-netwerks Baltiċi wirtu rekwiżiti tekniċi u operattivi komuni, li jipprovdu interoperabbiltà de facto bejniethom, u, f'dan ir-rigward, iċ-ċertifikat ta' sikurezza maħruġ f'wieħed minn dawn l-Istati Membri jista' jiġi estiż għall-bqija ta' dawn in-netwerks. Sabiex tiġi ffaċilitata l-allokazzjoni effiċjenti u proporzjonali ta' riżorsi għaċ-ċertifikazzjoni ta' sikurezza u sabiex jitnaqqas il-piż finanzjarju u amministrattiv għall-applikant f'dawn il-każijiet, l-arranġamenti speċifiċi ta' kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tas-sikurezza għandhom jinkludu, fejn meħtieġ, il-possibbiltà li l-kompiti jingħataw lil dawn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. |
|
(27) |
Din id-Direttiva ma għandhiex twassal għal livell imnaqqas ta' sikurezza u ma għandhiex iżżid l-ispejjeż fil-linji ferrovjarji tal-Unjoni. Għal dak il-għan, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jieħdu responsabbiltà sħiħa għaċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi li joħorġu, billi jassumi b'mod partikolari obbligi kuntrattwali u mhux kuntrattwali f'dak ir-rigward. Fil-każ ta' investigazzjoni ġudizzjarja li tinvolvi lill-Aġenzija jew il-persunal tagħha, l-Aġenzija għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati. |
|
(28) |
Għandha ssir distinzjoni ċara bejn, minn naħa l-waħda, ir-responsabbiltà immedjata tal-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għas-sikurezza li tirriżulta mill-ħruġ taċ-ċertifikati ta' sikurezza u awtorizzazzjonijiet ta' sikurezza, u min-naħa l-oħra, il-kompitu tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza li jipprovdu qafas regolatorju nazzjonali u li jissorveljaw il-prestazzjoni tal-partijiet kollha kkonċernati fuq bażi kontinwa. Kull awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tissorvelja l-konformità kontinwa mal-obbligu legali impost fuq impriża ferrovjarja jew fuq amministratur tal-infrastruttura sabiex tiġi stabbilita sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza. L-istabbiliment ta' evidenza ta' din il-konformità jista' jeħtieġ mhux biss spezzjonijiet fuq il-post tal-impriża ferrovjarja jew l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernati, iżda wkoll kompiti ta' superviżjoni li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza sabiex jiġi vvalutat li l-impriża ferrovjarja jew l-amministratur tal-infrastruttura jkomplu japplikaw kif dovut is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħhom wara li jkun inħarġilhom ċertifikat ta' sikurezza jew awtorizzazzjoni ta' sikurezza. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta' superviżjoni tagħhom fir-rigward ta' impriżi ferrovjarji stabbiliti fi Stati Membri differenti, u għandhom jikkondividu l-informazzjoni bejniethom u, fejn xieraq, mal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza fil-kooperazzjoni tagħhom. F'dak il-kuntest, għandhom jiġu stabbiliti l-arranġamenti meħtieġa mill-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni bejniethom. |
|
(29) |
L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw mill-qrib f'każijiet fejn awtorità nazzjonali tas-sikurezza tikkonkludi li detentur ta' ċertifikat tas-sikurezza uniku maħruġ mill-Aġenzija ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni. F'tali każ, hija għandha titlob lill-Aġenzija biex tirrestrinġi jew tirrevoka dak iċ-ċertifikat. Għandha tiġi stabbilita proċedura ta' arbitraġġ biex jiġu trattati każijiet ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. Jekk awtorità nazzjonali tas-sikurezza tidentifika riskju serju għas-sikurezza waqt is-superviżjoni, hija għandha tinforma lill-Aġenzija u lil kwalunkwe awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata oħra fiż-żona fejn topera l-impriża ferrovjarja. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati għandhom jitħallew japplikaw miżuri temporanji ta' sikurezza, inkluż ir-restrizzjoni jew is-sospensjoni immedjata tal-operazzjonijiet rilevanti. Riskju serju għas-sikurezza f'dan il-kuntest għandu jinftiehem bħala każ serju ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali jew mar-rekwiżiti tas-sikurezza li jista' minnu nnifsu, jew f'serje ta' ġrajjiet konsegwenzjali, joħloq inċident jew inċident serju. |
|
(30) |
L-Aġenzija għandha tkun tista' tistabbilixxi għodda li tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-atturi rilevanti li jidentifikaw jew jiġu infurmati dwar riskju ta' sikurezza relatat ma' difetti u nonkonformitajiet fil-kostruzzjoni jew funzjonament ħażin ta' tagħmir tekniku. |
|
(31) |
Iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku għandu jinħareġ abbażi ta' evidenza li impriża ferrovjarja tkun stabbiliet is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza. |
|
(32) |
L-amministraturi tal-infrastruttura għandu jkollhom responsabbiltà kruċjali għad-disinn, il-manutenzjoni u l-operazzjoni siguri tan-netwerk ferrovjarju tagħhom. L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni tas-sikurezza mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħhom u għal provvedimenti oħra b'mod li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza. |
|
(33) |
Iċ-ċertifikazzjoni ta' persunal ferrovjarju tista' toħloq diffikultajiet għal min jidħol ġdid fis-suq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-faċilitajiet għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-persunal ferrovjarju neċessarji biex ikopru r-rekwiżiti fir-regoli nazzjonali huma disponibbli għall-impriżi ferrovjarji li biħsiebhom joperaw fuq in-netwerk rilevanti. |
|
(34) |
L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tiġi ċċertifikata għall-vaguni tal-merkanzija. Meta l-entità inkarigata mill-manutenzjoni tkun amministratur tal-infrastruttura, din iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun inkluża fil-proċedura għall-awtorizzazzjoni tas-sikurezza. Iċ-ċertifikat maħruġ lil entità bħal din għandu jiggarantixxi li r-rekwiżiti tal-manutenzjoni ta' din id-Direttiva jkunu sodisfatti għal kwalunkwe vagun tal-merkanzija li għalih hija responsabbli. Dak iċ-ċertifikat għandu jkun validu fl-Unjoni kollha u għandu jingħata minn korp li jkollu l-kapaċità li jawditja s-sistema ta' manutenzjoni stabbilita mill-entità. Billi l-vaguni tal-merkanzija huma spiss użati fit-traffiku internazzjonali, u billi l-entità inkarigata mill-manutenzjoni jista' jkun li tkun trid tuża workshops stabbiliti f'aktar minn Stat Membru wieħed, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun kapaċi jwettaq il-kontrolli tiegħu fl-Unjoni kollha. L-Aġenzija għandha tevalwa s-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u għandha, jekk xieraq, tirrakkomanda l-estensjoni tagħha għall-vetturi ferrovjarji kollha. |
|
(35) |
L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom ikunu indipendenti b'mod sħiħ fl-organizzazzjoni, fl-istruttura legali u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom, minn kwalunkwe impriża ferrovjarja, amministratur tal-infrastruttura, applikant, entità kontraenti jew entità li tagħti kuntratti ta' servizz pubbliku. Huma għandhom iwettqu l-kompiti b'mod miftuħ u mhux diskriminatorju u għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija biex joħolqu żona ferrovjarja Ewropea unika u jikkoordinaw il-kriterji tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Fejn meħtieġ, għandu jkun hemm il-possibbiltà li l-Istati Membri jiddeċiedu li jinkludu l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tagħhom fil-ministeru nazzjonali responsabbli għall-affarijiet tat-trasport, dment li tiġi rispettata l-indipendenza tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. Sabiex jaqdu l-kompiti tagħhom, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollhom il-kapaċità organizzattiva interna u esterna neċessarja f'termini ta' riżorsi umani u materjali. |
|
(36) |
Il-korpi investigattivi nazzjonali għandhom rwol ewlieni fil-proċess tal-investigazzjoni tas-sikurezza. Il-ħidma tagħhom hija mill-aktar importanti biex jiġu determinati l-kawżi ta' inċident jew ta' aċċident. Għalhekk huwa essenzjali li dawn għandu jkollhom ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex iwettqu investigazzjonijiet effikaċi u effiċjenti. Il-korpi investigattivi nazzjonali għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattiki. Huma għandhom jistabbilixxu programm ta' reviżjonijiet bejn il-pari sabiex jissorveljaw l-effettività tal-investigazzjonijiet tagħhom. Ir-rapporti tar-reviżjoni bejn il-pari għandhom jiġu pprovduti lill-Aġenzija sabiex tkun tista' tissorvelja l-prestazzjoni tas-sikurezza globali tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. |
|
(37) |
Inċidenti serji fuq il-linji tal-ferrovija huma rari. Madankollu, jista' jkollhom konsegwenzi diżastrużi u li jqajmu tħassib fost il-pubbliku dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. Dawn l-inċidenti kollha għandhom, għalhekk, ikunu investigati minn perspettiva ta' sikurezza biex jiġi evitat li jerġgħu jiġru meta r-riżultati tal-investigazzjonijiet isiru disponibbli pubblikament. Inċidenti u aċċidenti oħra għandhom wkoll ikunu soġġetti għal investigazzjonijiet tas-sikurezza meta jinvolvu prekursuri sinifikanti għal inċident serju. |
|
(38) |
Investigazzjoni tas-sikurezza għandha tinżamm separata minn kwalunkwe inkjesta ġudizzjarja dwar l-istess aċċident, u dawk li jwettquha għandhom jingħataw aċċess għall-evidenza u għax-xhieda. Għandha titwettaq minn korp permanenti li huwa indipendenti mill-atturi fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. Il-korp għandu jiffunzjona b'tali mod li jevita kwalunkwe kunflitt ta' interess u kwalunkwe involviment possibbli fil-kawżi tal-okkorrenzi li jiġu investigati. b'mod partikolari, l-indipendenza funzjonali tiegħu ma għandhiex tkun affettwata jekk hija marbuta mill-qrib, għal raġunijiet organizzattivi u ta' strutturi legali, mal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, l-Aġenzija jew ir-regolatur tal-ferroviji. L-investigazzjonijiet tiegħu għandhom jitwettqu bl-akbar trasparenza possibbli. Għal kull okkorrenza, il-korp investigattiv għandu jistabbilixxi l-grupp rilevanti tal-investigazzjoni li jkollu l-għarfien espert meħtieġ biex isib il-kawżi immedjati u sottostanti. |
|
(39) |
Investigazzjoni wara inċident serju għandha titwettaq b'tali mod li l-partijiet kollha jingħataw il-possibbiltà li jinstemgħu u li jikkondividu r-riżultati. b'mod partikolari, waqt l-investigazzjoni, il-korp investigattiv għandu jaġġorna lill-partijiet li huwa jqis li għandhom responsabbiltà relatata mas-sikurezza dwar il-progress fl-investigazzjoni, u għandu jieħu kont tal-fehmiet u l-opinjonijiet tagħhom. Dan jippermetti lill-korp investigattiv jirċievi kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali u li jkun konxju mill-opinjonijiet differenti dwar ħidmietu sabiex ikun jista' jlesti l-investigazzjoni tiegħu bl-aktar mod adatt. Tali konsultazzjoni ma għandha fl-ebda każ twassal biex jiġu determinati t-tort jew ir-responsabbiltà iżda, pjuttost, biex tinġabar evidenza fattwali u jinkiseb tagħlim għat-titjib tas-sikurezza fil-ġejjieni. Il-korp investigattiv għandu, madankollu, jkollu l-libertà li jagħżel l-informazzjoni li jkun intenzjonat li jikkondividi ma' tali partijiet biex jevita pressjoni mhux dovuta, ħlief meta dan jintalab minn dawk li jkunu qed imexxu l-proċedura ġudizzjarja. Il-korp investigattiv għandu jieħu kont ukoll tal-ħtiġijiet raġonevoli għal informazzjoni ta' kwalunkwe vittma u ta' qrabatha. |
|
(40) |
Sabiex titjieb l-effiċjenza tal-attivitajiet tagħhom u sabiex jiġi ffaċilitat il-qadi ta' dmirijiethom, il-korpi investigattivi għandu jkollhom aċċess f'waqtu għas-sit ta' inċident, fejn meħtieġ b'kooperazzjoni tajba ma' kwalunkwe awtorità ġudizzjarja involuta fil-kwistjoni. Ir-rapporti dwar l-investigazzjonijiet u kwalunkwe sejba jew rakkomandazzjoni jipprovdu informazzjoni kruċjali għal aktar żvilupp fis-sikurezza ferrovjarja u għandhom ikunu disponibbli b'mod pubbliku fuq il-livell tal-Unjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza għandhom jiġu attwati minn dawk li lilhom ikunu indirizzati u l-azzjonijiet għandhom ikunu rapportati lura lill-korp investigattiv. |
|
(41) |
Fl-eventwalità li l-kawża diretta ta' inċident jew aċċident tidher li tkun relatata ma' azzjonijiet tal-bniedem, għandha tingħata attenzjoni għaċ-ċirkostanzi partikolari u għall-mod li bih jitwettqu attivitajiet ta' rutina mill-persunal matul operazzjonijiet normali, inkluż it-tfassil tal-interfaċċja bejn il-magna u l-bniedem, l-idoneità tal-proċeduri, konflitti bejn l-objettivi, il-volum ta' xogħol u kull ċirkostanza oħra li jista'jkollha impatt fuq l-avveniment, inkluż l-istress fiżiku u dak relatat max-xogħol, l-għajja jew is-saħħa psikoloġika. |
|
(42) |
Għandhom isiru sforzi biex jiġi żgurat li jkun disponibbli livell għoli ta' taħriġ u kwalifiki avvanzati fl-Unjoni kollha. |
|
(43) |
Sabiex jiġu ssupplimentati u emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' CMS u CST, u r-reviżjoni tagħhom. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(44) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-mandat tal-Aġenzija biex tfassal CSMs u CSTs u l-emendi tagħhom u biex tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Kummissjoni; arranġamenti prattiċi għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza; dispożizzjonijiet dettaljati li jidentifikaw liema mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III għandhom japplikaw għall-finijiet tal-funzjonijiet ta' manutenzjoni mwettqa mill-workshops tal-manutenzjoni, inklużi dispożizzjonijiet dettaljati biex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi taċ-ċertifikazzjoni ta' workshops tal-manutenzjoni, f'konformità mas-CSM u t-TSIs rilevanti; dispożizzjonijiet dettaljati li jidentifikaw liema mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III għandhom japplikaw għall-finijiet ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni ta' vetturi għajr il-vaguni tal-merkanzija, abbażi tal-karatteristiċi tekniċi ta' dawn il-vetturi, inklużi dispożizzjonijiet dettaljati biex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi tal-kundizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-entità inkarigata mill-manutenzjoni ta' vetturi għajr il-vaguni tal-merkanzija, f'konformità mas-CSM u t-TSIs rilevanti; u l-istruttura tar-rapport dwar l-investigazzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
|
(45) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli fuq il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati bis-saħħa ta' din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
|
(46) |
Billi l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-koordinazzjoni tal-attivitajiet fl-Istati Membri biex tkun regolata u ssorveljata s-sikurezza, l-investigazzjoni tal-inċidenti, u biex ikunu stabbiliti CSTs, CSMs, CSIs u rekwiżiti komuni għaċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta l-miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex ikunu milħuqa dawn l-objettivi. |
|
(47) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 2004/49/KE. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej minn dik id-Direttiva. |
|
(48) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi li jinsabu fil-Parti B tal-Anness IV, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet biex tiżigura l-iżvilupp u t-titjib tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u aċċess aħjar fis-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju billi:
|
(a) |
tarmonizza l-istruttura regolatorja fl-Istati Membri; |
|
(b) |
tiddefinixxi r-responsabbiltajiet bejn l-atturi fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni; |
|
(c) |
tiżviluppa miri komuni tas-sikurezza (“CSTs”) u metodi komuni tas-sikurezza (“CSMs”) bil-għan tat-tneħħija gradwali tal-ħtieġa għal regoli nazzjonali; |
|
(d) |
l-istabbiliment tal-prinċipji għall-ħruġ, it-tiġdid, l-emendar u r-restrizzjoni jew ir-revoka ta' ċertifikati u awtorizzazzjonijiet ta' sikurezza; |
|
(e) |
teħtieġ l-istabbiliment, għal kull Stat Membru, ta' awtorità nazzjonali tas-sikurezza u korp li jinvestiga l-inċidenti u l-aċċidenti; u |
|
(f) |
tfisser il-prinċipji komuni għall-ġestjoni, ir-regolazzjoni u s-superviżjoni tas-sikurezza ferrovjarja. |
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tapplika għas-sistema tal-linji ferrovjarji fl-Istati Membri, li tista' tinqasam f'sottosistemi għaż-żoni strutturali u funzjonali. Hija tkopri r-rekwiżiti tas-sikurezza għas-sistema sħiħa, inkluż il-ġestjoni sikura tal-infrastruttura u l-operazzjoni tat-traffiku u l-interazzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u atturi oħrajn fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:
|
(a) |
il-metro; |
|
(b) |
il-linji tat-tramm u vetturi ferrovijarji ħfief, u infrastruttura użata esklużivament minn dawk il-vetturi; jew |
|
(c) |
in-netwerks li huma separati b'mod funzjonali mill-bqija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u maħsuba biss għall-operazzjoni tas-servizzi lokali, urbani jew suburbani tal-passiġġieri, kif ukoll l-impriżi li joperaw biss fuq dawk in-netwerks. |
3. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva:
|
(a) |
infrastruttura ferrovjarja tal-privat, inklużi binarji, użata mis-sid jew minn operatur għall-fini tal-attivitajiet rispettivi tagħhom tat-trasport ta' merkanzija jew għat-trasport ta' persuni għal finijiet mhux kummerċjali, u vetturi użati esklużivament fuq tali infrastruttura; |
|
(b) |
infrastruttura u vetturi riżervati għall-użu strettament lokali, storiku jew turistiku; |
|
(c) |
infrastruttura ferrovjarja ħafifa li okkażjonalment tintuża minn vetturi ferrovjarji tqal skont il-kondizzjonijiet operazzjonali tas-sistema ferrovjarja ħafifa, fejn tkun neċessarja għal finijiet ta' konnettività ta' dawk il-vetturi biss; u |
|
(d) |
vetturi li primarjament jintużaw fuq infrastruttura ferrovjarja ħafifa iżda mgħammra b'xi komponenti ferrovjarji tqal neċessarji biex jippermettu li jsir tranżitu fuq sezzjoni ristretta u limitata ta' infrastruttura ferrovjarja tqila għal finijiet ta' konnettività biss. |
4. Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għall-metros u sistemi lokali oħrajn f'konformità mal-liġi nazzjonali.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“sistema ferrovjarja tal-Unjoni” tfisser is-sistema ferrovjarja tal-Unjoni kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(2) |
“amministratur tal-infrastruttura” tfisser amministratur tal-infrastruttura kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10); |
|
(3) |
“impriża ferrovjarja” tfisser impriża ferrovjarja kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE, u kwalunkwe impriża oħra pubblika jew privata, li l-attività tagħha hija dik li tipprovdi trasport ta' oġġetti u/jew ta' passiġġieri bil-ferroviji fuq il-bażi li l-impriża għandha tiżgura t-trazzjoni, inklużi impriżi li jipprovdu trazzjoni biss; |
|
(4) |
“speċifikazzjoni teknika ta' interoperabbiltà” (TSI) tfisser speċifikazzjoni adottata f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/797 li biha kull subsistema jew parti minn subsistema tkun koperta sabiex tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali u tiżgura l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni; |
|
(5) |
“miri komuni tas-sikurezza” (CSTs) tfisser il-livelli minimi tas-sikurezza li għandhom jintlaħqu mis-sistema inġenerali, u meta fattibbli, minn partijiet differenti tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni (bħas-sistema ferrovjarja konvenzjonali, is-sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja, il-mini twal tal-ferrovija jew linji li huma użati biss għat-trasport ta' merkanzija); |
|
(6) |
“metodi komuni tas-sikurezza” (CSMs) tfisser il-metodi li jiddeskrivu l-valutazzjoni tal-livelli tas-sikurezza u l-kisbiet tal-miri tas-sikurezza u l-konformità ma' rekwiżiti oħra ta' sikurezza; |
|
(7) |
“l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza” tfisser il-korp nazzjonali fdat bil-kompiti tas-sikurezza ferrovjarja f'konformità ma' din id-Direttiva jew kwalunkwe korp inkarigat minn diversi Stati Membri b'dawk il-kompiti sabiex tassigura reġim unifikat ta' sikurezza; |
|
(8) |
“regoli nazzjonali” tfisser ir-regoli vinkolanti kollha adottati fi Stat Membru, irrispettivament mill-korp li joħroġhom, li fihom rekwiżiti tas-sikurezza ferrovjarja jew tekniċi, għajr dawk stabbiliti mill-[…]Unjoni jew regoli internazzjonali, u li huma applikabbli f'dak l-Istat Membru għal impriżi ferrovjarji, amministraturi tal-infrastruttura jew partijiet terzi; |
|
(9) |
“is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza” tfisser l-organizzazzjoni, l-arranġamenti u l-proċeduri stabbiliti minn amministratur tal-infrastruttura jew impriża ferrovjarja biex jassiguraw il-ġestjoni sikura tal-operazzjonijiet tagħha; |
|
(10) |
“l-investigatur maħtur” tfisser il-persuna responsabbli mill-organizzazzjoni, mill-andament u mill-kontroll ta' investigazzjoni; |
|
(11) |
“inċident” tfisser avveniment f'salt mhux mixtieq jew mhux intiż jew katina speċifika ta' tali avvenimenti li għandhom konsegwenzi dannużi; l-inċidenti jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin: kolliżjonijiet; deraljamenti; inċidenti fil-punti ta' qsim ta' binarji; inċidenti lil persuni li jinvolvu vetturi ferrovjarji li jkunu għaddejjin; nirien u oħrajn; |
|
(12) |
“inċident serju” tfisser kwalunkwe kolliżjoni ta' ferrovija jew deraljament ta' ferroviji li jirriżultaw fil-mewt ta' mill-inqas persuna waħda jew f'tidrib serju lill-ħames jew aktar persuni jew ħsara estensiva lill-materjal ferrovjarju, lill-infrastruttura jew lill-ambjent, u kwalunkwe inċident ieħor bl-istess konsegwenzi li jkollu impatt ovvju fuq ir-regolament tas-sikurezza ferrovjarja jew il-ġestjoni tas-sikurezza; “ħsara estensiva” tfisser ħsara li tista' tiġi immedjatament stmata mill-korp investigattiv li tiswa total ta' mill-inqas EUR 2 miljuni; |
|
(13) |
“aċċident” tfisser kwalunkwe okkorrenza, għajr inċident jew inċident serju, li taffettwa jew tista' taffettwa s-sikurezza tal-operazzjonijiet ferrovjarji; |
|
(14) |
“investigazzjoni” tfisser proċess immexxi minħabba l-prevenzjoni tal-inċidenti u l-aċċidenti li tinkludi l-ġbir u l-analiżi tal-informazzjoni, il-wasla għall-konklużjonijiet, inkluża d-determinazzjoni tal-kawżi u, fejn adattat, il-ħolqien tar-rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza; |
|
(15) |
“kawżi” tfisser azzjonijiet, nuqqasijiet, avvenimenti jew kondizzjonijiet, jew kombinazzjoni ta' dawn, li wasslu għal inċident jew aċċident; |
|
(16) |
“[…] ferrovija ħafifa” tfisser sistema tat-trasport ferrovjarja urbana u/jew suburbana b'reżistenza għall-ħabtiet ta' C-III jew C-IV (f'konformità ma' EN 15227:2011) u saħħa massima tal-vettura ta' 800 kN (forza kompressiva lonġitudinali fiż-żona ta' agganċjament); is-sistemi tal-ferrovija ħafifa jista' jkollhom id-dritta tagħhom jew inkella jaqsmuha mat-traffiku tat-triq u s-soltu ma jpartux il-vetturi mat-traffiku tal-passiġġieri jew tal-merkanzija fuq distanzi twal; |
|
(17) |
“korp ta' valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li ġie nnotifikat jew innominat biex ikun responsabbli mill-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, inkluż il-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni; korp ta' valutazzjoni tal-konformità huwa kklassifikat bħala “korp notifikat” wara li tkun saret notifika minn Stat Membru; korp ta' valutazzjoni tal-konformità huwa kklassifikat bħala “korp nominat” wara li tkun saret in-nomina minn Stat Membru; |
|
(18) |
“kostitwenti tal-interoperabbiltà” tfisser il-kostitwenti tal-interoperabbiltà kif definita fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(19) |
“detentur” tfisser l-entità ġuridika jew persuna fiżika jew ġuridika li, billi hi s-sid ta' vettura jew għandha d-dritt li tużaha, tisfrutta l-vettura bħala mezz ta' trasport u hija reġistrata bħala tali f'reġistru tal-vetturi msemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(20) |
“entità inkarigata mill-manutenzjoni” (“ECM”) tfisser entità inkarigata mill-manutenzjoni ta' vettura, u reġistrata bħala tali f'reġistru nazzjonali tal-vetturi msemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(21) |
“vettura” tfisser vettura ferrovjarja adatta biex tiċċirkola fuq ir-roti fuq linji ferrovjarji, bi trazzjoni jew mingħajr; vettura hija komposta minn sottosistema strutturali u funzjonali waħda jew iktar; |
|
(22) |
“manifattur” tfisser il-manifattur kif definit fil-punt (36) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(23) |
“konsenjatur” tfisser impriża li tikkonsenja l-merkanzija f'isimha jew għal parti terza; |
|
(24) |
“destinatarju” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirċievi l-merkanzija skont kuntratt tal-ġarr; jekk l-operazzjoni tat-trasport isseħħ mingħajr kuntratt ta' ġarr, kull persuna fiżika jew ġuridika li tinkariga ruħha mill-merkanzija malli din tasal għandha titqies bħala d-destinatarju; |
|
(25) |
“karigatur” tfisser impriża li tgħabbi ġewwa jew għal fuq vagun jew kontejner oġġetti ppakkjati, kontenituri żgħar jew tankijiet li jinġarru jew li tgħabbi għal fuq vagun kontejner, kontejner għall-merkanzija fil-kobor, kontejner tal-gass b'elementi multipli, kontejner tank jew tank li jinġarr; |
|
(26) |
“skarigatur” tfisser impriża li tħott kontejner, kontejner għall-merkanzija fil-kobor, kontejner tal-gass b'elementi multipli, kontejner tank, jew tank li jinġarr minn fuq vagun, jew kwalunkwe impriża li tħott oġġetti ppakkjati, kontenituri żgħar jew tankijiet li jinġarru minn ġewwa vagun jew minn fuqu jew minn kontejner, jew kwalunkwe impriża li tiskariga oġġetti minn tank (vagun tank, tank demontabbli, tank li jinġarr jew tank kontenitur), jew minn vagun batterija jew kontejner tal-gass, b'elementi multipli jew minn vagun, kontejner kbir jew kontejner żgħir għat-ġarr bl-ingrossa jew kontejner għal merkanzija fil-kobor; |
|
(27) |
“impriża tal-mili” tfisser impriża li tgħabbi oġġetti f'tank (inkluż vagun tank, vagun b'tank demontabbli, tank li jinġarr jew tank kontejner), ġo vagun, kontejner kbir jew kontejner żgħir għall-ġarr bl-ingrossa, jew ġo vagun batterija jew kontejner tal-gass b'elementi multipli; |
|
(28) |
“impriża tal-iżvujtar” tfisser impriża li tneħħi l-oġġetti minn tank (inkluż vagun tank, vagun b'tank demontabbli, tank li jinġarr jew kontejner tank), vagun, kontejner kbir jew kontejner żgħir għall-ġarr bl-ingrossa, jew minn vagun batterija jew kontejner tal-gass b'elementi multipli; |
|
(29) |
“trasportatur” tfisser impriża li twettaq l-operazzjoni ta' trasport skont kuntratt ta' trasport; |
|
(30) |
“entità kontraenti” tfisser entità pubblika jew privata li tordna d-disinn u/jew il-kostruzzjoni jew it-tiġdid jew l-immodernizzar ta' sottosistema; |
|
(31) |
“tip ta' operazzjoni” tfisser it-tip kkaratterizzat mit-trasport tal-passiġġieri, li jinkludi jew jeskludi servizzi ta' veloċità għolja, trasport ta' merkanzija, inklużi jew esklużi servizzi ta' oġġetti perikolużi, u servizzi ta' shunting biss; |
|
(32) |
“firxa tal-operazzjoni” tfisser il-firxa kkaratterizzata mill-għadd ta' passiġġieri u/jew volum ta' merkanzija u d-daqs stmat ta' impriża ferrovjarja f'termini ta' għadd ta' impjegati li jaħdmu fis-settur ferrovjarju (bħal intrapriża mikro, żgħira, medja jew kbira); |
|
(33) |
“żona tal-operazzjoni” tfisser netwerk jew netwerks ġewwa Stat Membru wieħed jew aktar fejn l-impriża ferrovjarja biħsiebha topera. |
KAPITOLU II
ŻVILUPP U ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA FERROVJARJA
Artikolu 4
Ir-rwol tal-atturi fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni fl-iżvilupp u t-titjib tas-sikurezza ferrovjarja
1. Bil-għan li tiġi żviluppata u mtejba s-sikurezza ferrovjarja, l-Istati Membri, fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom, għandhom:
|
(a) |
jiżguraw li s-sikurezza ferrovjarja hija ġeneralment miżmuma u, fejn raġonevolment prattikabbli mtejba kontinwament, billi jittieħed kont tal-iżvilupp tal-liġi tal-Unjoni u tar-regoli internazzjonali u tal-progress tekniku u xjentifiku, u billi tingħata prijorità għall-prevenzjoni ta' inċidenti; |
|
(b) |
jiżguraw li l-leġislazzjoni applikabbli kollha tiġi infurzata b'mod miftuħ u nondiskriminatorju, filwaqt li jitrawwem l-iżvilupp ta' sistema Ewropea unika għat-trasport ferrovjarju; |
|
(c) |
jiżguraw li l-miżuri biex jiżviluppaw u jtejbu s-sikurezza ferrovjarja għandhom jikkunsidraw il-bżonn għall-approċċ ibbażat fuq is-sistema; |
|
(d) |
jiżguraw li r-responsabbiltà għall-operazzjoni sikura tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u l-kontroll tar-riskji assoċjati miegħu titqiegħed fuq l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, kull wieħed għall-parti tiegħu tas-sistema, billi jobbligawhom:
|
|
(e) |
mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ċivili skont ir-rekwiżiti legali tal-Istati Membri, jiżguraw li kull amministratur tal-infrastruttura u kull impriża ferrovjarja jkunu responsabbli għall-parti tagħhom fis-sistema u l-operazzjoni sikura tagħha, inkluż il-forniment tal-materjali u l-ikkuntrattar tas-servizzi, vis-à-vis l-utenti, il-konsumaturi, il-ħaddiema kkonċernati u atturi oħrajn imsemmija fil-paragrafu 4; |
|
(f) |
jiżviluppaw u jippubblikaw pjani annwali tas-sikurezza li jistabbilixxu l-miżuri previsti biex jinkisbu s-CSTs; u |
|
(g) |
fejn adatt, jappoġġaw l-Aġenzija fil-ħidma tagħha biex tagħmel monitoraġġ tal-iżvilupp tas-sikurezza ferrovjarja fil-livell tal-Unjoni. |
2. L-Aġenzija għandha tiżgura, fil-limiti tal-kompetenzi tagħha, li s-sikurezza ferrovjarja hija ġeneralment miżmuma u, fejn raġonevolment prattikabbli, kontinwament imtejba b'kont meħud tal-iżvilupp tal-liġi tal-Unjoni u tal-progress tekniku u xjentifiku u billi tingħata prijorità għall-prevenzjoni ta' inċidenti serji.
3. L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom:
|
(a) |
jimplimentaw il-miżuri neċessarji għall-kontroll tar-riskju msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1), fejn xieraq f'kooperazzjoni ma' xulxin u ma' atturi oħrajn; |
|
(b) |
jieħdu kont, fis-sistemi tagħhom tal-ġestjoni tas-sikurezza, tar-riskji assoċjati mal-attivitajiet ta' atturi u partijiet terzi oħra; |
|
(c) |
fejn xieraq, jobbligaw b'kuntratt lill-atturi l-oħra msemmija fil-paragrafu 4 li jkollhom impatt potenzjali fuq l-operazzjoni sikura tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni fl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' kontroll tar-riskju; u |
|
(d) |
jiżguraw li l-kuntratturi tagħhom jimplimentaw miżuri ta' kontroll tar-riskju permezz tal-applikazzjoni tas-CSMs għall-monitoraġġ tal-proċessi stabbiliti fis-CSMs rigward il-monitoraġġ imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1), u li dan ikun stipulat f'arranġamenti kuntrattwali li għandhom jiġu żvelati fuq talba tal-Aġenzija jew tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. |
4. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura msemmija fil-paragrafu 3, l-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni u l-atturi l-oħra kollha li għandhom impatt potenzjali fuq l-operazzjoni sikura tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, fosthom il-manifatturi, il-fornituri tal-manutenzjoni, il-vaguniera, il-fornituri ta' servizzi, l-entitajiet kontraenti, it-trasportaturi, il-konsenjaturi, id-destinatarji, il-karigaturi, l-iskarigaturi, l-impriżi tal-mili u l-impriżi tal-iżvujtar, għandhom:
|
(a) |
jimplimentaw il-miżuri neċessarji għall-kontroll tar-riskji, fejn adattat f'kooperazzjoni ma' atturi oħrajn; |
|
(b) |
jiżguraw li s-sottosistemi, l-aċċessorji, it-tagħmir u s-servizzi forniti minnhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifikati u l-kondizzjonijiet għall-użu, biex b'hekk ikunu jistgħu jitħaddmu b'mod sikur mill-impriża ferrovjarja u/jew l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernat. |
5. L-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u kwalunkwe attur imsemmi fil-paragrafu 4 li jidentifikaw, jew li jkunu infurmati b'riskju ta' sikurezza relatat ma' difetti u kostruzzjoni, nonkonformitajiet jew nuqqas ta' funzjonament ta' tagħmir tekniku, inklużi dawk ta' sottosistemi strutturali, għandhom, fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom:
|
(a) |
jieħdu kwalunkwe miżura korrettiva neċessarja biex jiġi ttrattat ir-riskju ta' sikurezza identifikat; |
|
(b) |
jirrapportaw dawk ir-riskji lill-partijiet rilevanti involuti, sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu kwalunkwe azzjoni korrettiva neċessarja oħra biex ikun żgurat il-ksib kontinwu tal-prestazzjoni tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. L-Aġenzija tista' tistabbilixxi għodda li tiffaċilita dan l-iskambju ta' informazzjoni fost l-atturi rilevanti, b'kont meħud tal-privatezza tal-utenti involuti, ir-riżultati ta' analiżi tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll l-applikazzjonijiet u r-reġistri tal-IT diġà stabbiliti mill-Aġenzija. |
6. Fil-każ ta' skambju ta' vetturi bejn l-impriżi ferrovjarji, kwalunkwe attur involut, għandu jiskambja l-informazzjoni kollha rilevanti għall-operazzjoni sikura inkluż, iżda mhux limitat għal, l-istatus u l-passat tal-vettura kkonċernata, l-elementi tal-fajls ta' manutenzjoni għal finijiet ta'traċċabbiltà, it-traċċabbiltà tal-operazzjonijiet tat-tagħbija u n-noti dwar il-konsenja.
Artikolu 5
Indikaturi komuni tas-sikurezza (“CSIs”)
1. Biex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tal-ksib tas-CSTs u biex jipprovdu għall-monitoraġġ tal-iżvilupp ġenerali tas-sikurezza ferrovjarja, l-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni dwar is-CSIs permezz tar-rapporti annwali tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 19.
2. Is-CSIs jinsabu fl-Anness I.
Artikolu 6
Metodi komuni tas-sikurezza (“CSMs”)
1. Is-CSMs għandhom jiddeskrivu kif il-livelli tas-sikurezza, il-ksib tal-miri tas-sikurezza u l-konformità ma' rekwiżiti ta' sikurezza oħrajn jiġu vvalutati, inkluż, fejn adatt, permezz ta' korp indipendenti ta' valutazzjoni, billi jiġu elaborati u ddefiniti:
|
(a) |
il-metodi tal-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju; |
|
(b) |
il-metodi biex tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti taċ-ċertifikati ta' sikurezza u l-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza maħruġa skont l-Artikoli 10 u 12; |
|
(c) |
il-metodi għas-superviżjoni li għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-metodi għall-monitoraġġ li għandhom jiġu applikati mill-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-korpi inkarigati mill-manutenzjoni; |
|
(d) |
il-metodi għall-valutazzjoni tal-livell tas-sikurezza u l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-operaturi ferrovjarji fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni; |
|
(e) |
il-metodi għall-valutazzjoni tal-kisba ta' miri ta' sikurezza fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni; u |
|
(f) |
kwalunkwe metodu ieħor li jkopri proċess ta' sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza li jeħtieġ ikun armonizzat fil-livell tal-Unjoni. |
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tagħti mandat lill-Aġenzija biex tabbozza CSMs u emendi għalihom u biex tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Kummissjoni, abbażi ta' ġustifikazzjoni ċara għall-ħtieġa ta' CSM ġdid jew emendat u l-impatt tiegħu fuq ir-regoli eżistenti u fil-livell ta' sikurezza tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(3). Fejn il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 28 (“il-kumitat”) ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
L-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tas-CSMs għandhom jieħdu kont tal-opinjonijiet tal-utenti, tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u tal-partijiet interessati, inkluż, fejn adatt, is-sħab soċjali. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikollhom magħhom rapport dwar ir-riżultati ta' dik il-konsultazzjoni u rapport li jivvaluta l-impatt tas-CSM il-ġdid jew emendat li ser jiġi adottat.
3. Matul l-eżerċizzju tal-mandat imsemmi fil-paragrafu 2, il-kumitat għandu jinżamm infurmat b'mod sistematiku u regolari mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni dwar il-ħidma preparatorja fuq is-CSMs. Matul dik il-ħidma, il-Kummissjoni tista' tagħti lill-Aġenzija kwalunkwe rakkomandazzjonijiet utli dwar is-CSMs u analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji. b'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tesiġi li jiġu eżaminati soluzzjonijiet alternattivi mill-Aġenzija u li l-valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' dawk is-soluzzjonijiet alternattivi titniżżel fir-rapport mehmuż mas-CSMs abbozzati.
Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat għall-kompiti msemmijin fl-ewwel subparagrafu.
4. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rakkomandazzjoni maħruġa mill-Aġenzija bil-għan li tivverifika li l-mandat imsemmi fil-paragrafu 2 ikun sodisfatt. Fejn il-mandat ma jiġix sodisfatt, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Aġenzija tirrieżamina r-rakkomandazzjoni tagħha billi tindika l-punti tal-mandat li ma ġewx sodisfatti. Għal raġunijiet ġustifikati, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li timmodifika l-mandat mogħti lill-Aġenzija skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2.
Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat għall-kompiti msemmijin fl-ewwel subparagrafu.
5. Is-CSMs għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari, b'mod li titqies l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tagħhom u l-iżvilupp globali tas-sikurezza ferrovjarja u bl-objettiv li s-sikurezza tinżamm b'mod ġenerali, u fejn raġonevolment prattikabbli, tittejjeb kontinwament.
6. Abbażi tar-rakkomandazzjoni maħruġa mill-Aġenzija u wara l-eżami msemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 dwar il-kontenut tas-CSMs, u ta' kwalunkwe emenda li ssirilhom.
7. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jagħmlu kwalunkwe emenda neċessarja lir-regoli nazzjonali tagħhom fid-dawl tal-adozzjoni tas-CSMs u l-emendi għalihom.
Artikolu 7
Miri komuni tas-sikurezza (“CSTs”)
1. Is-CSTs għandhom jistabbilixxu l-livelli minimi tas-sikurezza x'jintlaħqu mis-sistema inġenerali, u fejn fattibbli, mill-partijiet differenti tas-sistema ferrovjarja f'kull Stat Membru u fl-Unjoni. Is-CSTs jistgħu jiġu espressi f'termini ta' kriterji ta' aċċettazzjoni tar-riskju jew livelli mixtieqa ta' sikurezza u għandhom iqisu, b'mod partikolari:
|
(a) |
riskji individwali relatati mal-passiġġieri, mal-persunal inkluż l-impjegati jew kuntratturi, l-utenti tal-punti ta' qsim ta' binarji u oħrajn, u, mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali u internazzjonali eżistenti dwar ir-responsabbiltà, ir-riskji individwali relatati mal-persuni li jidħlu bla permess; |
|
(b) |
riskji lis-soċjetà. |
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tagħti mandat lill-Aġenzija sabiex tabbozza CSTs u emendi għalihom u sabiex tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Kummissjoni, abbażi ta' ġustifikazzjoni ċara għall-ħtieġa ta' CST ġdida jew emendata u l-impatt tagħha fuq ir-regoli eżistenti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(3). Fejn il-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Matul l-eżerċizzju tal-mandat imsemmi fil-paragrafu 2, il-kumitat għandu jinżamm infurmat regolarment u sistematikament mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni dwar il-ħidma preparatorja fuq is-CSTs. Matul dik il-ħidma, il-Kummissjoni tista' tindirizza lill-Aġenzija kwalunkwe rakkomandazzjoni utli dwar is-CSTs u analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji. b'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tesiġi li jiġu eżaminati soluzzjonijiet alternattivi mill-Aġenzija u li l-valutazzjoni dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' dawn is-soluzzjonijiet alternattivi tiġi stabbilita fir-rapport mehmuż mal-abbozz tas-CSTs.
Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat għall-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu.
4. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rakkomandazzjoni maħruġa mill-Aġenzija bil-għan li jiġi vverifikat li l-mandat imsemmi fil-paragrafu 2 huwa sodisfatt. Fejn il-mandat mhuwiex sodisfatt, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Aġenzija tirrieżamina r-rakkomandazzjoni tagħha billi tindika l-punti tal-mandat li ma ġewx sodisfatti. Għal raġunijiet ġustifikati, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li timmodifika l-mandat mogħti lill-Aġenzija skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2.
Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat għall-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu.
5. Is-CSTs għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari, billi jitqies l-iżvilupp globali tas-sikurezza ferrovjarja. Is-CSTs riveduti għandhom jirriflettu kwalunkwe qasam prijoritarju fejn is-sikurezza għandha bżonn tittejjeb aktar.
6. Abbażi tar-rakkomandazzjoni maħruġa mill-Aġenzija u wara l-eżami msemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27 dwar il-kontenut tas-CSTs, u ta' kwalunkwe emenda li ssirilhom.
7. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kwalunkwe emenda neċessarja lir-regoli nazzjonali tagħhom sabiex jinkisbu minn tal-anqas is-CSTs, u kwalunkwe CSTs riveduti, f'konformità mal-iskedi taż-żmien għall-implimentazzjoni mehmuża magħhom. Dawk l-emendi għandhom jitqiesu fil-pjanijiet annwali dwar is-sikurezza msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 4(1). L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk ir-regoli lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 8.
Artikolu 8
Regoli nazzjonali fil-qasam tas-sikurezza
1. Ir-regoli nazzjonali nnotifikati sal-15 ta' Ġunju 2016 skont id-Direttiva 2004/49/KE għandhom japplikaw jekk huma:
|
(a) |
jaqgħu taħt wieħed mit-tipi identifikati fl-Anness II, u |
|
(b) |
jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, inkluż b'mod partikolari it-TSIs, is-CSTs u s-CSMs, u |
|
(c) |
ma jirriżultawx f'diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija rigward operazzjoni ta' trasport ferrovjarju bejn l-Istati Membri. |
2. Sas-16 ta' Ġunju 2018, l-Istati Membri għandhom jirrevedu r-regoli nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 u jirrevokaw:
|
(a) |
kwalunkwe regola nazzjonali li ma tkunx ġiet notifikata jew li ma tissodisfax il-kriterji speċifikati fil-paragrafu 1; |
|
(b) |
kwalunkwe regola nazzjonali li tkun saret superfluwa minħabba l-organizzazzjoni ta' liġi tal-Unjoni, inklużi b'mod partikolari t-TSIs, is-CSTs u s-CSMs. |
Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-istrument ta' ġestjoni tar-regoli msemmi fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) 2016/796 u jistgħu jitolbu lill-Aġenzija biex teżamina regoli speċifiċi fl-isfond tal-kriterji speċifikati f'dan il-paragrafu.
3. L-Istati Membri jistgħu biss jistabbilixxu regoli nazzjonali ġodda bis-saħħa din id-Direttiva fil-każijiet li ġejjin biss:
|
(a) |
meta regoli dwar metodi eżistenti tas-sikurezza ma jkunux koperti minn CSM; |
|
(b) |
meta regoli ta' operazzjoni tan-netwerk ferrovjarju jkunu għadhom mhux koperti minn TSIs; |
|
(c) |
bħala miżura preventiva urġenti, b'mod partikolari wara xi inċident jew aċċident; |
|
(d) |
meta regola li tkun diġà notifikata trid tiġi riveduta; |
|
(e) |
meta regoli dwar ir-rekwiżiti fir-rigward ta' persunal li jeżegwixxi kompiti kritiċi ta' sikurezza, inklużi l-kriterji ta' selezzjoni, is-saħħa fiżika u psikoloġika u t-taħriġ vokazzjonali ma jkunux għadhom koperti minn TSI jew mid-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
4. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-abbozz ta' regola nazzjonali ġdida lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni għal kunsiderazzjoni fi żmien debitu u fl-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2016/796, qabel l-introduzzjoni mistennija fis-sistema legali nazzjonali tar-regola l-ġdida proposta, u tingħata ġustifikazzjoni għall-introduzzjoni tagħha, permezz tas-sistema xierqa tal-IT skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/796. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbozz ikun żviluppat biżżejjed biex jippermetti lill-Aġenzija twettaq l-eżami tiegħu skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2016/796.
5. Fil-każ ta' miżuri preventivi urġenti, l-Istati Membri jistgħu jadottaw u japplikaw immedjatament regola ġdida. Dik ir-regola għandha tiġi notifikata skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2016/796 u tkun soġġetta għall-valutazzjoni tal-Aġenzija skont l-Artikolu 26(1), (2) u (5) tar-Regolament (UE) 2016/796.
6. Jekk l-Aġenzija ssir taf b'xi regola nazzjonali, kemm jekk notifikata kif ukoll jekk mhix, li tkun saret superfluwa jew li tkun f'kunflitt mas-CSMs jew kwalunkwe liġi oħra tal-Unjoni adottata wara l-applikazzjoni tar-regola nazzjonali kkonċernata, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2016/796.
7. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni bir-regoli nazzjonali adottati. Huma għandhom jużaw sistema xierqa tal-IT skont l- Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/796. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli nazzjonali eżistenti jkunu faċilment aċċessibbli, fl-isfera pubblika u fformulati f'terminoloġija li jistgħu jifhmu l-partijiet interessati kollha. L-Istati Membri jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar ir-regoli nazzjonali tagħhom.
8. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jinnotifikawx regoli u restrizzjonijiet ta' natura strettament lokali. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom isemmu dawk ir-regoli u restrizzjonijiet fir-reġistri tal-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 49 tad-Direttiva (UE) 2016/797 jew jindikaw fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2012/34/UE fejn dawk ir-regoli u restrizzjonijiet huma ppubblikati.
9. Ir-regoli nazzjonali nnotifikati skont dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu soġġetti għall-proċedura ta' notifika prevista fid-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).
10. L-abbozzi tar-regoli nazzjonali u r-regoli nazzjonali eżistenti għandhom jiġu eżaminati mill-Aġenzija skont il-proċeduri stipulati fl-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) 2016/796.
11. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8, ir-regoli nazzjonali li ma jiġux innotifikati f'konformità ma' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-finijiet ta' din id-Direttiva.
Artikolu 9
Sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza
1. L-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandhom jistabbilixxu s-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza rispettivi tagħhom biex jiżguraw li s-sistema ferrovjarja tal-Unjoni tista' minn tal-anqas tilħaq is-CSTs, li tkun konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza stabbiliti fit-TSIs, u li l-partijiet rilevanti tas-CSMs u r-regoli nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 8 jiġu applikati.
2. Is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandha tkun dokumentata fil-partijiet rilevanti kollha u għandha partikolarment tiddeskrivi d-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet fl-organizzazzjoni tal-amministratur tal-infrastruttura jew l-impriża ferrovjarja. Din għandha turi kif jiġi żgurat kontroll mill-amministrazzjoni f'livelli differenti, kif il-persunal u r-rappreżentanti tiegħu fil-livelli kollha huma involuti u kif jiġi żgurat titjib kontinwu fis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza. Għandu jkun hemm impenn ċar biex jiġu applikati b'mod konsistenti l-għarfien u l-metodi relatati mal-fatturi umani. Permezz tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandhom jippromwovu kultura ta' fiduċja reċiproka u tagħlim, li fiha l-persunal jiġi mħeġġeġ jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-sikurezza filwaqt li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità.
3. Is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandha tinkludi l-elementi bażiċi li ġejjin:
|
(a) |
politika ta' sikurezza approvata mill-kap eżekuttiv tal-organizzazzjoni u li tiġi kkomunikata lill-persunal kollu; |
|
(b) |
miri kwalitattivi u kwantitattivi tal-organizzazzjoni għaż-żamma u t-titjib tas-sikurezza, u l-pjanijiet u l-proċeduri biex jintlaħqu dawn il-miri; |
|
(c) |
proċeduri biex jiġu sodisfatti l-istandards tekniċi u operattivi eżistenti, ġodda u alterati jew kondizzjonijiet preskrittivi oħrajn kif stabbiliti fit-TSIs, ir-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8 u l-Anness II, regoli rilevanti oħra jew deċiżjonijiet tal-awtoritajiet; |
|
(d) |
proċeduri biex tkun assigurata l-konformità mal-istandards u kondizzjonijiet oħra preskrittivi tul iċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir u l-operazzjonijiet; |
|
(e) |
proċeduri u metodi biex jiġu identifikati r-riskji, titwettaq l-evalwazzjoni tar-riskji u jiġu implimentati l-miżuri tal-kontroll tar-riskji kull meta bidla f'kondizzjonijiet operattivi jew l-introduzzjoni ta' materjal ġdid timponi riskji ġodda fuq l-infrastruttura jew l-interfaċċja tal-organizzazzjoni tal-bniedem u l-magni; |
|
(f) |
il-provvediment ta' programmi għat-taħriġ għall-persunal u sistemi biex ikun żgurat li l-kompetenza tal-persunal tinżamm u li l-kompiti jitwettqu kif meħtieġ, inklużi l-arranġamenti rigward is-saħħa fiżika u psikoloġika; |
|
(g) |
arranġamenti għall-għoti ta' informazzjoni suffiċjenti fl-organizzazzjoni u, fejn xieraq, bejn l-organizzazzjonijiet tas-sistema ferrovjarja; |
|
(h) |
proċeduri u formati għad-dokumentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sikurezza u d-deżinjazzjoni tal-proċedura għall-kontroll tal-konfigurazzjoni ta' informazzjoni vitali dwar is-sikurezza; |
|
(i) |
proċeduri biex ikun żgurat li inċidenti, aċċidenti, inċidenti li jiġu evitati bi ftit u okkorrenzi perikolużi oħra jiġu rappurtati, investigati u analizzati u li jittieħdu l-miżuri preventivi neċessarji; |
|
(j) |
il-provvediment ta' pjanijiet ta' azzjoni, twissija u informazzjoni fl-eventwalità ta' emerġenza, miftiehma mal-awtoritajiet pubbliċi xierqa; u |
|
(k) |
provvedimenti għal awditjar intern rikorrenti tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza. |
L-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandhom jinkludu kull element ieħor neċessarju biex ikunu koperti r-riskji ta' sikurezza, skont il-valutazzjoni tar-riskji li jirriżultaw mill-attività tagħhom stess.
4. Is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandha tiġi adattata għat-tip, il-firxa, il-qasam tal-operazzjonijiet u l-kondizzjonijiet l-oħra tal-attività mwettqa. Għandha tiżgura l-kontroll tar-riskji kollha assoċjati mal-attività tal-amministratur tal-infrastruttura jew l-impriża ferrovjarja, inkluż il-forniment ta' manutenzjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, u l-materjal u l-użu ta' kuntratturi. Mingħajr preġudizzju għar-regoli eżistenti nazzjonali u internazzjonali tar-responsabbiltà, is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandha tieħu wkoll kont, fejn xieraq u raġonevoli, tar-riskji li jirriżultaw bħala riżultat tal-attivitajiet ta' atturi oħra msemmija fl-Artikolu 4.
5. Is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza ta' kwalunkwe amministratur tal-infrastruttura għandha tieħu kont tal-effetti tal-operazzjonijiet mill-impriżi ferrovjarji differenti fuq in-netwerk u għandha tagħmel provvedimenti biex l-impriżi ferrovjarji kollha jkunu jistgħu joperaw skont it-TSIs u r-regoli nazzjonali u l-kondizzjonijiet stipulati fiċ-ċertifikat tagħhom tas-sikurezza.
Is-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza għandhom jiġi żviluppati bil-għan li jkunu koordinati l-proċeduri ta' emerġenza tal-amministratur tal-infrastruttura mal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw fuq l-infrastruttura tagħha, u mas-servizzi ta' emerġenza, sabiex jiġi faċilitat l-intervent rapidu tas-servizzi ta' salvataġġ, u ma' kwalunkwe parti oħra li tista' tkun involuta f'sitwazzjoni ta' emerġenza. Għall-infrastruttura transfruntiera, il-kooperazzjoni bejn l-amministraturi tal-infrastruttura rilevanti għandhom jiffaċilitaw il-koordinazzjoni u l-istat ta' tħejjija tas-servizzi ta' emerġenza kompetenti fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera.
Wara inċident serju, l-impriża ferrovjarja għandha tipprovdi assistenza biex il-vittmi jingħataw għajnuna fi proċeduri ta' tilwim skont il-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' partijiet oħra. Tali assistenza għandha tuża mezzi biex tikkomunika mal-familji tal-vittmi u tinkludi appoġġ psikoloġiku lill-vittmi ta' inċident u l-familji tagħhom.
6. Qabel il-31 ta' Mejju ta' kull sena, l-amministraturi kollha tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandhom jissottomettu lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza rapport annwali dwar is-sikurezza li jikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti. Ir-rapport tas-sikurezza għandu jkun fih:
|
(a) |
informazzjoni dwar kif il-miri korporattivi tas-sikurezza tal-organizzazzjoni jintlaħqu u r-riżultati tal-pjanijiet tas-sikurezza; |
|
(b) |
rendikont tal-iżvilupp tal-indikaturi nazzjonali tas-sikurezza, u tas-CSIs imsemmija fl-Artikolu 5, sa fejn dan ikun rilevanti għall-organizzazzjoni li tirrapporta; |
|
(c) |
ir-riżultati tal-awditjar intern tas-sikurezza; |
|
(d) |
l-osservazzjonijiet dwar in-nuqqasijiet u n-nuqqas ta' funzjonijiet tal-operazzjonijiet ferrovjarji u tal-ġestjoni tal-infrastruttura li jistgħu jkunu rilevanti għall-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, inkluż sommarju tal-informazzjoni pprovduta mill-atturi rilevanti skont il-punt (b) tal-Artikolu 4(5); u |
|
(e) |
rapport dwar l-applikazzjoni tas-CSMs rilevanti. |
7. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza f'konformità mal-Artikoli 17 u 19, l-Aġenzija tista' tindirizza rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni għal CSM li jkopri elementi tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza li jeħtieġ li jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni, inkluż permezz ta' standards armonizzati, kif imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 6(1). F'tali każ għandu japplika l-Artikolu 6(2).
KAPITOLU III
ĊERTIFIKAZZJONI U AWTORIZZAZZJONI TAS-SIKUREZZA
Artikolu 10
Ċertifikat ta' sikurezza uniku
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 9, l-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja għandu jingħata biss lil impriżi ferrovjarji li għandhom iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku maħruġ mill-Aġenzija f'konformità mal-paragrafi 5 sa 7 jew minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza skont il-paragrafu 8.
L-għan taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku hu li tkun ipprovduta evidenza li l-impriża ferrovjarja kkonċernata tkun stabbilixxiet is-sistema tagħha tal-ġestjoni tas-sikurezza u li tkun kapaċi topera b'mod sikur fiż-żona maħsuba ta'l-operazzjoni.
2. Fl-applikazzjoni tagħha għal ċertifikat ta' sikurezza uniku, l-impriża ferrovjarja għandha tispeċifika t-tip u l-firxa tal-operazzjonijiet ferrovjarji koperti u ż-żona maħsuba ta' operazzjoni.
3. L-applikazzjoni għal ċertifikat ta' sikurezza uniku għandha tiġi akkumpanjata minn fajl li jinkludi evidenza dokumentarja li:
|
(a) |
l-impriża ferrovjarja tkun stabbilixxiet is-sistema tagħha tal-ġestjoni tas-sikurezza skont l-Artikolu 9 u li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fit-TSIs, is-CSMs u s-CSTs u f'leġislazzjoni rilevanti oħra sabiex ikunu kkontrollati r-riskji u jiġu pprovduti b'mod sigur servizzi tat-trasport fuq in-netwerk; u |
|
(b) |
l-impriża ferrovjarja, fejn ikun applikabbli, tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-regoli nazzjonali rilevanti notifikati skont l-Artikolu 8. |
Dik l-applikazzjoni u l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha, l-istadji tal-proċeduri rilevanti u r-riżultat tagħhom, u, fejn applikabbli, it-talbiet u deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell, tiġi ppreżentata permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796.
4. L-Aġenzija, jew fil-każijiet previsti fil-paragrafu 8 l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, għandha toħroġ iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku, jew tinforma lill-applikant bid-deċiżjoni negattiva tagħha, fi żmien predeterminat u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar minn erba' xhur wara li l-informazzjoni kollha meħtieġa u kwalunkwe informazzjoni supplimentari mitluba jkunu ġew ippreżentati mill-applikant. L-Aġenzija, jew fil-każijiet previsti fil-paragrafu 8 l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, għandha tapplika l-arranġamenti prattiċi rigward il-proċedura taċ-ċertifikazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti f'att ta' implimentazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 10.
5. L-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikat ta' sikurezza uniku lill-impriżi ferrovjarji li jkollhom żona tal-operazzjoni fi Stat Membru wieħed jew aktar. Sabiex toħroġ tali ċertifikat, l-Aġenzija għandha:
|
(a) |
tivvaluta l-elementi mniżżlin fil-punt (a) tal-paragrafu 3; u |
|
(b) |
tirreferi minnufih il-fajl tal-impriża ferrovjarja fl-intier tiegħu lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati biż-żona maħsuba tal-operazzjoni għal valutazzjoni tal-elementi stipulati fil-punt (b) tal-paragrafu 3. |
Bħala parti mill-valutazzjonijiet ta' hawn fuq, l-Aġenzija jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom ikunu awtorizzati jwettqu żjarat u spezzjonijiet fil-postijiet tal-impriża ferrovjarja kif ukoll awditjar, u jistgħu jitolbu informazzjoni supplimentari rilevanti. L-Aġenzija u l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkoordinaw l-organizzazzjoni ta' tali żjarat, awditjar u spezzjonijiet.
6. Fi żmien xahar minn meta tirċievi applikazzjoni għal ċertifikat ta' sikurezza uniku, l-Aġenzija għandha tinforma lill-impriża ferrovjarja li l-fajl huwa komplut jew titlob informazzjoni supplimentari rilevanti, filwaqt li tiffissa skadenza raġonevoli biex din tingħata. Fir-rigward tal-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza tal-fajl, l-Aġenzija tista' tivvaluta wkoll l-elementi stipulati fil-punt (b) tal-paragrafu 3.
L-Aġenzija għandha tieħu kont sħiħ tal-valutazzjonijiet taħt il-paragrafu 5 qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar il-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku.
L-Aġenzija għandha tieħu responsabbiltà sħiħa għal kull ċertifikat ta' sikurezza uniku li toħroġ.
7. Fejn l-Aġenzija ma taqbilx ma' valutazzjoni negattiva li tkun saret minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar skont il-punt (b) tal-paragrafu 5, din għandha tinforma lil dik l-awtorità jew dawk l-awtoritajiet inkwistjoni, u tagħti r-raġunijiet għaliex ma taqbilx. L-Aġenzija u l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jintlaħaq qbil dwar valutazzjoni reċiprokament aċċettabbli. Fejn neċessarju, l-Aġenzija u l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jiddeċiedu li jinvolvu lill-impriża ferrovjarja. Jekk ma jkun jista' jintlaħaq ebda qbil dwar valutazzjoni reċiprokament aċċettabbli fi żmien xahar wara li l-Aġenzija tkun infurmat lill-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza bin-nuqqas ta' qbil, l-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dment li l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza ma jkunux irreferew il-kwistjoni għal arbitraġġ lill-Bord tal-Appell stabbilit skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2016/796. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi jekk jikkonfermax l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Aġenzija fi żmien xahar mit-talba tal-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.
Fejn il-Bord tal-Appell jaqbel mal-Aġenzija, l-Aġenzija għandha tieħu deċiżjoni mingħajr dewmien.
Fejn il-Bord tal-Appell jaqbel mal-valutazzjoni negattiva tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, l-Aġenzija għandha toħroġ ċertifikat ta' sikurezza uniku b'żona tal-operazzjonijiet li teskludi l-partijiet tan-netwerk li jkunu rċevew valutazzjoni negattiva.
Meta l-Aġenzija ma taqbilx ma' valutazzjoni pożittiva ta' awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar skont il-punt (b) tal-paragrafu 5, hija għandha tinforma lill-awtorità jew l-awtoritajiet inkwistjoni, u tagħti r-raġunijiet għaliex ma taqbilx. L-Aġenzija u l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jintlaħaq qbil dwar valutazzjoni reċiprokament aċċettabbli. Fejn neċessarju, l-Aġenzija u l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jiddeċiedu li jinvolvu lill-applikant. Jekk ma jkun jista' jintlaħaq ebda qbil dwar valutazzjoni reċiprokament aċċettabbli fi żmien xahar wara li l-Aġenzija tkun infurmat lill-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza bin-nuqqas ta' qbil tagħha, l-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha.
8. Fejn iż-żona tal-operazzjoni tkun limitata għal Stat Membru wieħed, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza ta' dak l-Istat Membru tista', taħt ir-responsabbiltà proprja u meta l-applikant jitlob hekk, toħroġ ċertifikat ta' sikurezza uniku. Sabiex toħroġ tali ċertifikati, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tivvaluta l-fajl fir-rigward tal-elementi kollha speċifikati fil-paragrafu 3 u għandha tapplika l-arranġamenti prattiċi li jridu jiġu stabbiliti fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 10. Bħala parti mill-valutazzjonijiet ta' hawn fuq, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tkun awtorizzata twettaq żjarat u spezzjonijiet fil-postijiet tal-impriża ferrovjarja u verifiki. Fi żmien xahar mir-riċeviment tal-applikazzjoni, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tinforma lill-applikant li l-fajl hu komplut jew titlob informazzjoni supplimentari rilevanti. Iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku għandu wkoll ikun validu mingħajr estensjoni taż-żona tal-operazzjoni għall-impriżi ferrovjarji li jivvjaġġaw lejn stazzjonijiet fi Stati Membri ġirien b'karatteristiċi ta' netwerk simili u regoli operattivi simili, meta dawk l-istazzjonijiet ikunu qrib il-fruntiera, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kompetenti. Din il-konsultazzjoni tista' ssir skont il-każ jew tiġi stabbilita fi ftehim transfruntier bejn l-Istati Membri jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.
L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu responsabbiltà sħiħa għal kwalunkwe ċertifikat ta' sikurezza li toħroġ.
9. Stat Membru jista' jippermetti lil operatur minn pajjiż terz jidħol fi stazzjoni fit-territorju tiegħu indikat għal operazzjonijiet transfruntiera u qrib il-fruntiera ta' dak l-Istat Membru mingħajr ma jirrikjedi ċertifikat ta' sikurezza uniku, dment li jkun żgurat livell xieraq ta' sikurezza permezz ta':
|
(a) |
ftehim transfruntier bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-pajjiż terz ġar; jew |
|
(b) |
arranġamenti kuntrattwali bejn l-operatur ta' pajjiż terz u l-impriża ferrovjarja jew l-amministratur tal-infrastruttura li jkollu ċertifikat ta' sikurezza uniku jew awtorizzazzjoni tas-sikurezza biex jopera fuq dak in-netwerk, dment li l-aspetti marbuta mas-sikurezza ta' dawk l-arranġamenti jkunu ġew debitament riflessi fis-sistema tagħhom tal-ġestjoni tas-sikurezza. |
10. Sas-16 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta,permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, arranġamenti prattiċi li jispeċifikaw:
|
(a) |
kif ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku stipulati f'dan l-Artikolu għandhom jiġu sodisfatti mill-applikant filwaqt li jitniżżlu d-dokumenti meħtieġa; |
|
(b) |
id-dettalji tal-proċess taċ-ċertifikazzjoni, bħall-istadji proċedurali u l-iskedi ta' żmien għal kull stadju tal-proċess; |
|
(c) |
kif l-Aġenzija u l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu matul l-istadji differenti tal-proċess ta' applikazzjoni u ċertifikazzjoni inkluż fil-valutazzjoni tal-fajls tal-applikanti; u |
|
(d) |
il-perijodu ta' validità taċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi maħruġa mill-Aġenzija jew mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, b'mod partikolari fil-każ ta' aġġornamenti ta' kwalunkwe ċertifikat ta' sikurezza uniku li jirriżultaw minn bidliet fit-tip, il-firxa u ż-żona tal-operazzjoni. |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(3). Huma għandhom jieħdu kont tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007 (14) u tar- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 (15) u l-esperjenza miksuba matul it-tħejjija tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1).
11. Iċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi għandhom jispeċifikaw it-tip u l-firxa tal-operazzjonijiet ferrovjarji koperti u l-qasam tal-operazzjoni. Ċertifikat ta' sikurezza uniku jista' jkopri wkoll binarji li huma proprjetà tal-impriża ferrovjarja jekk dawn ikunu inklużi fis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħha.
12. Kwalunkwe deċiżjoni li tiċħad il-ħruġ ta' ċertifikat ta' sikurezza uniku jew li teskludi parti min-netwerk f'konformità ma' valutazzjoni negattiva kif imsemmi fil-paragrafu 7 għandha tiġi debitament sostanzjata. L-applikant jista', fi żmien xahar minn meta jirċievi d-deċiżjoni, jitlob li l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, kif ikun adatt, tirrevedi d-deċiżjoni. L-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollha xahrejn mid-data tar-riċeviment tat-talba għal rieżami sabiex tikkonferma jew tirrevoka d-deċiżjoni tagħha.
Jekk id-deċiżjoni negattiva tal-Aġenzija tkun konfermata, l-applikant jista' jressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell nominat skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2016/796.
Jekk id-deċiżjoni negattiva tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tiġi kkonfermata, l-applikant jista' jressaq appell quddiem il-korp tal-appell f'konformità mal-liġi nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 56 tad-Direttiva 2012/34/UE għall-iskop ta' din il-proċedura ta' appell. F'dak il-każ għandu japplika l-Artikolu 18(3) ta' din id-Direttiva.
13. Ċertifikat ta' sikurezza uniku maħruġ jew mill-Aġenzija jew minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza skont dan l-Artikolu għandu jiġġedded wara applikazzjoni mill-impriża ferrovjarja f'intervalli li ma jeċċedux il-ħames snin. Għandu jkun aġġornat b'mod sħiħ jew b'mod parzjali kull meta t-tip jew il-limitu tal-operazzjoni jiġi mibdul b'mod sostanzjali.
14. Fejn applikant ikollu diġà ċertifikat tas-sikurezza uniku maħruġ f'konformità mal-paragrafi 5 sa 7 u jkun jixtieq jestendi ż-żona tal-operazzjoni tiegħu, jew fejn ikollu diġà ċertifikat ta' sikurezza uniku maħruġ f'konformità mal-paragrafu 8 u jkun jixtieq jestendi ż-żona tal-operazzjonijiet tiegħu għal Stat Membru ieħor, hu għandu jissupplimenta l-fajl bid-dokumenti rilevanti msemmija fil-paragrafu 3 rigward iż-żona addizzjonali tal-operazzjoni. L-impriża ferrovjarja għandha tippreżenta l-fajl lill-Aġenzija, li għandha, wara li ssegwi l-proċeduri stipulati fil-paragrafi 4 sa 7, toħroġ ċertifikat tas-sikurezza uniku aġġornat li jkopri ż-żona tal-operazzjoni estiża. F'dak il-każ, huma biss l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati mill-estensjoni tal-operazzjoni li għandhom jiġu kkonsultati għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-fajl kif previst fil-punt (b) tal-paragrafu 3.
Jekk l-impriża ferrovjarja għandha ċertifikat ta' sikurezza uniku f'konformità mal-paragrafu 8 u tkun tixtieq testendi ż-żona tal-operazzjoni f'dak l-Istat Membru, hi għandha tissupplimenta l-fajl bid-dokumenti rilevanti msemmija fil-paragrafu 3 dwar iż-żona addizzjonali tal-operazzjoni. Hija għandha tippreżenta l-fajl, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796, lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, li għandha, wara li ssegwi l-proċeduri stipulati fil-paragrafu 8, toħroġ ċertifikat tas-sikurezza uniku aġġornat li jkopri ż-żona tal-operazzjoni estiża.
15. L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sikurezza jistgħu jitolbu reviżjoni taċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi maħruġa minnhom wara bidliet sostanzjali għall-qafas regolatorju tas-sikurezza.
16. L-Aġenzija għandha tinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sikurezza mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien ġimagħtejn, bil-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku. L-Aġenzija għandha tinforma lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kompetenti immedjatament fil-każ ta' tiġdid, emenda jew revoka ta' ċertifikat ta' sikurezza uniku. Għandha tiddikjara l-isem u l-indirizz tal-impriża tal-linja ferrovjarja, id-data tal-ħruġ, it-tip, l-estent, l-għan u l-validità taż-żona tal-operazzjoni taċ-ċertifikat tas-sikurezza uniku u, fil-każ ta' revoka, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. Fil-każ ta' ċertifikati tas-sikurezza uniċi maħruġa minn awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, l-istess informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sikurezza lill-Aġenzija fl-istess perijodu ta' żmien.
Artikolu 11
Kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza dwar il-ħruġ ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 10(5) u (6) ta' din id-Direttiva, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkonkludu ftehimiet ta' kooperazzjoni f'konformità mal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) 2016/796. Il-ftehimiet ta' kooperazzjoni għandhom ikunu ftehimiet speċifiċi jew ta' qafas, u għandhom jinvolvu awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar. Il-ftehimiet ta' kooperazzjoni għandu jkun fihom deskrizzjoni dettaljata tal-kompiti u l-kondizzjonijiet għar-riżultati li jridu jinkisbu, il-limiti ta' żmien li japplikaw għar-realizzazzjoni tagħhom u t-tqassim tal-ħlasijiet pagabbli mill-applikant.
2. Il-ftehimiet ta' kooperazzjoni jistgħu jinkludu wkoll arranġamenti speċifiċi ta' kooperazzjoni fil-każ ta' netwerks li jkunu jeħtieġu għarfien espert speċifiku minħabba raġunijiet ġeografiċi jew storiċi, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi għall-applikant. Fejn netwerks bħal dawn huma iżolati mill-bqija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, tali arranġamenti ta' kooperazzjoni speċifiċi jistgħu jinkludu l-possibbiltà li jingħataw kompiti lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti meta dan ikun neċessarju sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u proporzjonata ta' riżorsi għaċ-ċertifikazzjoni. Dawk il-ftehimiet ta' kooperazzjoni għandhom ikunu stabbiliti qabel ma l-Aġenzija twettaq il-kompiti ta' ċertifikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 31(3).
3. Fil-każ ta' dawk l-Istat Membru li n-netwerks ferrovjarji tagħhom għandhom distanza bejn il-binarji li hija differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni u li jikkondividu rekwiżiti tekniċi u operazzjonali identiċi ma' pajjiżi terzi ġirien, flimkien mal-ftehimiet ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet nazzjonali kollha tas-sikurezza kkonċernati f'dawk l-Istati Membri għandhom jikkonkludu mal-Aġenzija ftehim multilaterali li għandu jinkludi l-kondizzjonijiet għall-estensjoni taż-żona tal-operazzjoni taċ-ċertifikati ta' sikurezza fl-Istati Membri kkonċernati, fejn rilevanti.
Artikolu 12
Awtorizzazzjoni tas-sikurezza tal-amministraturi tal-infrastruttura
1. Biex ikun jista' jamministra u jopera infrastruttura ferrovjarja, l-amministratur tal-infrastruttura għandu jikseb awtorizzazzjoni tas-sikurezza mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza fl-Istat Membru fejn tkun tinsab l-infrastruttura ferrovjarja.
L-awtorizzazzjoni tas-sikurezza għandha tinkludi awtorizzazzjoni li tikkonferma l-aċċettazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-amministratur tal-infrastruttura kif previst fl-Artikolu 9 u għandha tinkludi l-proċeduri u d-dispożizzjonijiet biex jintlaħqu r-rekwiżiti meħtieġa għad-disinn, il-manutenzjoni u l-operazzjoni siguri tal-infrastruttura ferrovjarja, inkluż, fejn ikun xieraq, il-manutenzjoni u l-operazzjoni tas-sistema ta' kontroll tat-traffiku u ta' senjalazzjoni.
L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tispjega r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza u d-dokumenti meħtieġa, fejn xieraq fil-forma ta' dokument ta' gwida għall-applikazzjoni.
2. L-awtorizzazzjoni tas-sikurezza għandha tkun valida għal ħames snin u tista' tiġġedded wara applikazzjoni mill-amministratur tal-infrastruttura. Għandha tiġi riveduta b'mod sħiħ jew parzjali kull meta jsiru tibdiliet sostanzjali lill-infrastruttura, lis-sottosistemi tas-senjalazzjoni jew tal-enerġija jew lill-prinċipji tal-operazzjoni u manutenzjoni tagħhom. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jinforma lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza b'dawn il-bidliet kollha mingħajr dewmien.
L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tista' teħtieġ li l-awtorizzazzjoni tas-sikurezza tiġi riveduta wara bidliet sostanzjali lill-qafas regolatorju tas-sikurezza.
3. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sikurezza mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn erba' xhur wara li jkunu ġew ippreżentati mill-applikant l-informazzjoni kollha meħtieġa u kwalunkwe informazzjoni supplimentari mitluba.
4. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tinforma lill-Aġenzija mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien ġimagħtejn, bl-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza li jkunu nħarġu, ġġeddu, ġew emendati jew revokati. Għanda tiddikjara l-isem u l-indirizz tal-amministratur tal-infrastruttura, id-data tal-ħruġ, l-ambitu u l-perijodu ta' validità ta l-awtorizzazzjoni tas-sikurezza u, fil-każ ta' revoka, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
5. Fil-każ ta' infrastruttura transfruntiera, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sikurezza għandhom jikkooperaw sabiex joħorġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza.
Artikolu 13
Aċċess għall-faċilitajiet tat-taħriġ
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura u l-persunal tagħhom li jwettqu kompiti kritiċi li jirrigwardaw is-sikurezza jkollhom aċċess xieraq u mingħajr diskriminazzjoni għall-faċilitajiet tat-taħriġ għas-sewwieqa tal-ferroviji u l-persunal li jakkumpanja l-ferroviji, kull meta tali it-taħriġ ikun neċessarju għall-operazzjoni ta' servizzi fuq in-netwerk tagħhom.
Is-servizzi ta' taħriġ għandhom jinkludu taħriġ dwar għarfien neċessarju tar-rotot, ir-regoli u l-proċeduri tal-operazzjoni, is-sistema ta' senjalazzjoni u ta' - kmand-kontroll u l-proċeduri ta' emerġenza applikati fuq ir-rotot imħaddma.
Jekk is-servizzi tat-taħriġ ma jinkludux l-eżamijiet u l-għoti taċ-ċertifikati, l-Istat Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom aċċess għal dawn iċ-ċertifikati.
L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tiżgura li s-servizzi tat-taħriġ jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti rispettivament fid-Direttiva 2007/59/KE, fit-TSIs jew fir-regoli nazzjonali msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 8(3) ta' din id-Direttiva.
2. Jekk il-faċilitajiet tat-taħriġ huma disponibbli biss permezz ta' impriża ferrovjarja jew l-amministratur tal-infrastruttura, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli għal impriżi ferrovjarji oħrajn bi prezz raġonevoli u li ma jkunx diskriminatorju, li huwa relatat mal-ispejjeż u li jista' jinkludi l-marġini ta' profitt.
3. Meta jiġu reklutati sewwieqa ġodda tal-ferroviji, il-persunal abbord il-ferroviji u l-persunal li jwettaq kompiti kritiċi relatat mas-sikurezza, l-impriżi ferrovjarji jistgħu jqisu kwalunkwe taħriġ, kwalifika u esperjenza miksuba qabel mingħand impriżi ferrovjarji oħra. Għal dak il-għan, tali membri tal-persunal għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għad-dokumenti kollha li jiċċertifikaw it-taħriġ, il-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom, jiksbu kopji tagħhom u jikkomunikawhom.
4. L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom ikunu responsabbli għal-livell ta' taħriġ u l-kwalifiki tal-persunal tagħhom li jwettqu xogħol kritiku relatat mas-sikurezza.
Artikolu 14
Manutenzjoni tal-vetturi
1. Kull vettura, qabel ma jkun qed tintuża fuq in-netwerk, għandu jkollha assenjat lilha entità inkarigata mill-manutenzjoni u din l-entità għandha tkun irreġistrata fir-reġistru tal-vetturi f'konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797.
2. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għal-operazzjoni sigura ta' ferrovija kif previst fl-Artikolu 4, l-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tiżgura li l-vetturi li għall-manutenzjoni tagħhom hi tkun responsabbli jkunu fi stat sigur ta' operazzjoni.. Għal dak il-għan, l-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta' manutenzjoni għal dawk il-vetturi u permezz ta' dik is-sistema għandha:
|
(a) |
tiżgura li l-vetturi jinżammu f'konformità mal-fajl tal-manutenzjoni ta' kull vettura u r-rekwiżiti fis-seħħ, inklużi r-regoli tal-manutenzjoni u d-dispożizzjonijiet rilevanti tat-TSI; |
|
(b) |
timplimenta l-metodi neċessarji ta' evalwazzjoni u valutazzjoni tar-riskju stabbiliti fis-CSMs kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1), fejn ikun xieraq f'kooperazzjoni ma' atturi oħrajn; |
|
(c) |
tiżgura li l-kuntratturi tagħha jimplimentaw miżuri ta' kontroll tar-riskju permezz tal-applikazzjoni tas-CSM rigward il-monitoraġġ imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1) u li dan ikun stipulat f'arranġamenti kuntrattwali li għandhom jiġu żvelati fuq talba tal-Aġenzija jew tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza; u |
|
(d) |
tiżgura t-traċċabbiltà tal-attivitajiet ta' manutenzjoni. |
3. Is-sistema ta' manutenzjoni għandu jkollha l-funzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
funzjoni ta' ġestjoni li tissorvelja u tikkoordina l-funzjonijiet ta' manutenzjoni msemmija fil-punti (b) sa (d) u tiżgura l-istat sigur tal-vettura fis-sistema ferrovjarja; |
|
(b) |
funzjoni tal-iżvilupp tal-manutenzjoni li hija responsabbli għall-ġestjoni tad-dokumentazzjoni tal-manutenzjoni, inkluża l-ġestjoni tal-konfigurazzjoni, ibbażata fuq id-disinn u d-data operattiva kif ukoll fuq il-prestazzjoni u l-esperjenza miksuba; |
|
(c) |
funzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-flotta li tiġġestixxi t-tneħħija tal-vettura għall-manutenzjoni u r-ritorn tagħha fis-servizz wara l-manutenzjoni; |
|
(d) |
funzjoni tat-twettiq tal-manutenzjoni, li twettaq il-manutenzjoni teknika meħtieġa fuq vettura jew partijiet minnha, inkluża d-dokumentazzjoni tar-ritorn tagħha fis-servizz. |
L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha twettaq il-funzjoni tal-ġestjoni hi stess, iżda tista' testernalizza l-funzjonijiet tal-manutenzjoni msemmija fil-punti (b) sa (d), jew partijiet minnhom, lil partijiet kontraenti oħra bħal workshops fejn issir il-manutenzjoni.
L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tiżgura li l-funzjonijiet kollha stipulati fil-punti (a) sa (d) jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-kriterji tal-valutazzjoni stipulati fl-Anness III.
Il-workshops fejn issir il-manutenzjoni għandhom japplikaw it-taqsimiet rilevanti tal-Anness III kif identifikat fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-punt (a) tal-paragrafu 8, li jikkorrispondu għall-funzjonijiet u l-attivitajiet li jridu jiġu ċċertifikati.
4. Fil-każ ta' vaguni tal-merkanzija, u wara l-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 8 fil-każ ta' vetturi oħrajn, kull entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha tiġi ċċertifikata u tingħata ċertifikat ta' entità inkarigata mill-manutensjoni (ċertifikat ECM) minn korp akkreditat jew rikonoxxut jew minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza f'konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-proċessi ta' akkreditament u ta' rikonoxximent tal-proċessi taċ-ċertifikazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq kriterji ta' indipendenza, kompetenza u imparzjalità; |
|
(b) |
is-sistema ta' ċertifikazzjoni għandha tipprovdi evidenza li entità inkarigata mill-manutenzjoni tkun stabbilixxiet is-sistema tal-manutenzjoni biex tiżgura l-istat sigur ta' operazzjonita' kwalunkwe vettura li għaliha tkun inkarigata mil-manutenzjoni; |
|
(c) |
iċ-ċertifikazzjoni ECM għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-ħila tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti u l-kriterji tal-valutazzjoni stipulati fl-Anness II u tapplikahom b'mod konsistenti. Hija għandha tinkludi sistema ta' sorveljanza biex tiżgura l-konformità kontinwa ma' dawk ir-rekwiżiti u kriterji ta' valutazzjoni wara li jingħata ċ-ċertifikat ECM; |
|
(d) |
iċ-ċertifikazzjoni ta' workshops fejn issir il-manutenzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-konformità mat-taqsimiet rilevanti fl-Anness III applikati għall-funzjonijiet korrispondenti u attivitajiet li għandhom jiġu ċċertifikati. |
Fejn l-entità inkarigata mill-manutenzjoni tkun impriża ferrovjarja jew amministratur tal-infrastruttura, il-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu tista' tiġi vverifikata mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza skont il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 10 jew 12 u tista' tiġi kkonfermata fuq iċ-ċertifikati maħruġa skont dawk il-proċeduri.
5. Ċertifikati maħruġa skont il-paragrafu 4 għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha.
6. Fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta dispożizzjonijiet dettaljati rigward il-kondizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 għall-entità inkarigata mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III, f'konformità mas-CSM u t-TSIs rilevanti, u, meta meħtieġ, għandha temenda dawk id-dispożizzjonijiet.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(3).
Is-sistema taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għall-vaguni tal-merkanzija adottata mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 (16) għandha tkompli tapplika sakemm japplikaw l-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu.
7. Sas-16 ta' Ġunju 2018, l-Aġenzija għandha tevalwa s-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija, tqis kemm ikun jaqbel li dik is-sistema tiġi estiża għall-vetturi kollha u ċ-ċertifikazzjoni mandatorja tal-workshops fejn issir il-manutenzjoni u tippreżenta r-rapport tagħha lill-Kummissjoni.
8. Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Aġenzija skont il-paragrafu 7, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta, jekk ikun adatt, u, fejn neċessarju, sussegwentement temenda dispożizzjonijiet dettaljati li jidentifikaw liema mir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III għandhom japplikaw għall-fini ta':
|
(a) |
funzjonijiet ta' manutenzjoni mwettqa minn workshops fejn issir il-manutenzjoni, inklużi dispożizzjonijiet dettaljati biex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi taċ-ċertifikazzjoni tal-workshops fejn issir il-manutenzjoni, b'konformità mas-CSM u t-TSIs rilevanti; |
|
(b) |
iċ-ċertifikazzjoni ta' entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni ta' vetturi minbarra vaguni tal-merkanzija, abbażi tal-karatteristiċi tekniċi ta' dawn il-vetturi, inklużi dispożizzjonijiet dettaljati biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-kondizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni mill-entità inkarigata mill-manutenzjoni ta' vetturi minbarra vaguni tal-merkanzija, b'konformità mas-CSM u t-TSIs rilevanti. |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(3).
Artikolu 15
Derogi mis-sistema taċ-ċertifikazzjoni ta' entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni
1. L-Istati Membri jistgħu jissodisfaw l-obbligu li jidentifikaw l-entità inkarigata mill-manutenzjoni permezz ta' miżuri alternattivi fir-rigward tas-sistema ta' manutenzjoni stipulata fl-Artikolu 14, fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
vetturi reġistrati f'pajjiż terz u miżmuma skont il-liġi ta' dak il-pajjiż; |
|
(b) |
vetturi li jintużaw fuq netwerks jew linji li l-wisa' tagħhom bejn il-linji tkun differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni u li fir-rigward tagħhom l-issodisfar tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 14(2) hu żgurat minn ftehimiet internazzjonali ma' pajjiżi terzi; |
|
(c) |
vaguni tal-merkanzija u vaguni tal-passiġġieri li jinsabu f'użu kondiviż ma' pajjiżi terzi li l-wisa' tagħhom bejn il-linji tkun differenti minn dik tan-netwerk ferrovjarju prinċipali fl-Unjoni; |
|
(d) |
vetturi li jintużaw fuq in-netwerks imsemmija fl-Artikolu 2(3), u tagħmir militari u trasport speċjali li jirrikjedu l-għoti ta' permess ad hoc mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza qabel ma jidħlu fis-servizz. F'dan il-każ id-derogi għandhom jingħataw għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin. |
2. Il-miżuri alternattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu implimentati permezz ta' derogi li għandhom jingħataw mill-awtorità nazzjonali rilevanti tas-sikurezza jew mill-Aġenzija meta:
|
(a) |
l-vetturi jkunu qed jiġu reġistrati skont l-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797, sa fejn tkun ikkonċernata l-identifikazzjoni tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni; |
|
(b) |
ikunu qed jingħataw ċertifikati ta' sikurezza uniċi u awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza lil impriżi ferrovjarji u amministraturi tal-infrastruttura skont l-Artikoli 10 u 12 ta' din id-Direttiva, sa fejn tkun ikkonċernata l-identifikazzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni. |
3. Id-derogi għandhom ikunu identifikati u ġustifikati fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 19. Fejn jidher li jkunu qed jittieħdu riskji għas-sikurezza mhux dovuti fuq is-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni bihom. Il-Kummissjoni għandha tikkuntattja lill-partijiet ikkonċernati u, fejn xieraq, titlob lill-Istat Membru kkonċernat jirtira d-deċiżjoni tiegħu dwar id-deroga.
KAPITOLU IV
AWTORITAJIET NAZZJONALI TAS-SIKUREZZA
Artikolu 16
Kompiti
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi awtorità nazzjonali tas-sikurezza. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza jkollha l-kapaċità organizzattiva interna u esterna meħtieġa f'termini ta' riżorsi umani u materjali. Dik l-awtorità għandha tkun indipendenti fl-organizzazzjoni tagħha, fl-istruttura legali u fit-teħid ta' deċiżjonijiet tagħha, minn kwalunkwe impriża ferrovjarja, amministratur tal-infrastruttura, applikant jew entità kontraenti jew minn kwalunkwe entità li taġġudika kuntratti ta' servizz pubbliku. Dment li tali indipendenza tkun garantita, dik l-awtorità tista' tkun dipartiment fi ħdan il-ministeru nazzjonali responsabbli għal affarijiet ta' trasport.
2. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tkun fdata minn tal-inqas bil-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz tas-sottosistemi ta' kontroll-kmand u sinjalazzjoni, tal-enerġija u l-infrastruttura li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(b) |
il-ħruġ, it-tiġdid, l-emendar u r-revoka ta' awtorizzazzjonijiet ta' vetturi għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 21(8) tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(c) |
l-appoġġ lill-Aġenzija fil-ħruġ, it-tiġdid, l-emendar u r-revoka ta' awtorizzazzjonijiet ta' vetturi għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 21(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vettura skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(d) |
is-superviżjoni, fit-territorju tagħha, tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà mar-rekwiżiti essenzjali kif meħtieġ mill-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
|
(e) |
l-iżgurar tal-assenjazzjoni ta' numru tal-vettura f'konformità mal-Artikolu 46 tad-Direttiva (UE) 2016/797, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 47(4) ta' dik id-Direttiva; |
|
(f) |
l-appoġġ lill-Aġenzija fil-ħruġ, it-tiġdid, l-emenda u r-revoka ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi tal-UE mogħtija f'konformità mal-Artikolu 10(5); |
|
(g) |
il-ħruġ, it-tiġdid, l-emenda u r-revoka ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi mogħtija f'konformità mal-Artikolu 10(8); |
|
(h) |
il-ħruġ, it-tiġdid, l-emenda u r-revoka ta' awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza mogħtija f'konformità mal-Artikolu 12; |
|
(i) |
il-monitoraġġ, il-promozzjoni u, fejn xieraq, l-infurzar u l-aġġornament tal-qafas regolatorju tas-sikurezza inkluża s-sistema tar-regoli nazzjonali; |
|
(j) |
is-superviżjoni tal-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura skont l-Artikolu 17; |
|
(k) |
meta jkun rilevanti, u f'konformità mal-liġi nazzjonali, il-ħruġ, it-tiġdid, l-emenda u r-revoka ta' liċenzji ta' sewqan tal-ferroviji f'konformità mad-Direttiva 2007/59/KE; |
|
(l) |
meta jkun rilevanti, u f'konformità mal-liġi nazzjonali, il-ħruġ, it-tiġdid, l-emenda u r-revoka ta' ċertifikati mogħtija lil entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni. |
3. Il-kompiti msemmija fil-paragrafu 2 ma jistgħux jiġu trasferiti jew subkuntrattati lil xi amministratur tal-infrastruttura, impriża ferrovjarja jew entità kontraenti.
Artikolu 17
Superviżjoni
1. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jissorveljaw l-kontinwazzjoni tal-konformità kostanti mal-obbligu legali tal-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura li jużaw sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza kif imsemmi fl-Artikolu 9.
Għal dak il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom japplikaw il-prinċipji li jinsabu fis-CSMs rilevanti għas-superviżjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1), billi jiżguraw li l-attivitajiet ta' superviżjoni jinkludu, b'mod partikolari, il-verifika tal-applikazzjoni mill-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura ta':
|
(a) |
is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza biex tkun immonitorjata l-effettività tagħha; |
|
(b) |
l-elementi individwali jew parzjali tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza, inklużi l-attivitajiet operattivi, il-forniment tal-manutenzjoni u l-materjal u l-użu tal-kuntratturi biex tkun immonitorjata l-effettività tagħhom; u |
|
(c) |
is-CSMs rilevanti msemmija fl-Artikolu 6. L-attivitajiet ta' superviżjoni marbuta ma' dan il-punt għandhom japplikaw ukoll għall-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni. |
2. L-impriżi ferrovjarji għandhom jinformaw lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tas-sikurezza tal-anqas xahrejn qabel ma tibda kwalunkwe operazzjoni ġdida ta' trasport ferrovjarju, sabiex din tal-aħħar tkun tista' tippjana l-attivitajiet ta' superviżjoni. L-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu wkoll it-tqassim tal-kategoriji tal-persunal u t-tipi ta' vetturi.
3. Id-detentur ta' ċertifikat ta' sikurezza uniku għandu jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sikurezza mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla kbira fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
4. Il-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli applikabbli ta' xogħol, sewqan u mistrieħ għas-sewwieqa tal-ferroviji għandu jkun żgurat mill-awtoritajiet kompetenti nominati mill-Istati Membri. Fejn il-monitoraġġ tal-konformità ma jkunx żgurat mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza bil-ħsieb li l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jaqdu r-rwol tagħhom ta' superviżjoni tas-sikurezza ferrovjarja.
5. Jekk awtorità nazzjonali tas-sikurezza ssib li detentur ta' ċertifikat ta' sikurezza uniku ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni, għandha ssaqsi lill-Aġenzija biex tirrestrinġi jew tirrevoka dak iċ-ċertifikat. L-Aġenzija għandha immedjatament tinforma lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kompetenti kollha. Jekk l-Aġenzija tiddeċiedi li tirrestrinġi jew tirrevoka ċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku, hija għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, għandha tapplika l-proċedura ta' arbitraġġ indikata fl-Artikolu 10(7). Jekk ir-riżultat ta' dik il-proċedura ta' arbitraġġ ikun li ċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku la għandu jiġi ristrett u lanqas revokat, il-miżuri ta' sikurezza temporanji msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu sospiżi
Fejn l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tkun ħarġet hija stess ċertifikat f'konformità mal-Artikolu 10(8), hi tista' tirrestrinġi jew tirrevoka ċ-ċertifikat, billi tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha, u għandha tinforma lill-Aġenzija.
Id-detentur ta' ċertifikat ta' sikurezza uniku li ċ-ċertifikat tiegħu jkun ġie ristrett jew revokat jew mill-Aġenzija jew mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollu d-dritt li jappella skont l-Artikolu 10(12).
6. Jekk, waqt superviżjoni, awtorità nazzjonali tas-sikurezza tidentifika riskju serju għas-sikurezza, hija tista' fi kwalunkwe ħin tapplika miżuri ta' sikurezza temporanji, inkluż ir-restrizzjoni jew is-sospensjoni immedjata tal-operazzjonijiet rilevanti. Jekk iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku jkun inħareġ mill-Aġenzija, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha minnufih tgħarraf lill-Aġenzija b'dan u tipprovdi evidenza b'sostenn għad-deċiżjoni tagħha.
Jekk l-Aġenzija ssib li d-detentur ta' ċertifikat ta' sikurezza uniku ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni, għandha minnufih tirrestrinġi jew tirrevoka dak iċ-ċertifikat.
Jekk l-Aġenzija ssib li l-miżuri applikati mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza huma sproporzjonati, tista' tistaqsi lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza biex tirtira jew tadatta dawk il-miżuri. L-Aġenzija u l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li tintlaħaq soluzzjoni reċiprokament aċċettabbli. Jekk ikun meħtieġ, dan il-proċess għandu jinvolvi wkoll lill-impriża ferrovjarja. Jekk din il-proċedura tal-aħħar ma tirnexxix, id-deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza biex jiġu applikati miżuri temporanji għandha tibqa' fis-seħħ.
Id-deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza marbuta mal-miżuri temporanji ta' sikurezza għandha tkun soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 18(3). F'dak il-każ, il-miżuri temporanji ta' sikurezza jistgħu japplikaw sa tmiem ir-reviżjoni ġudizzjarja, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5.
Jekk miżura temporanja ddum aktar minn tliet xhur, l-awtorità nazzjonali ta' sikurezza għandha tistaqsi lill-Aġenzija biex tirrestrinġi jew tirrevoka ċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku u għandha tapplika l-proċedura stipulata fil-paragrafu 5.
7. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tissorvelja s-subsistemi ta' kontroll-kmand u sinjalazzjoni maġenb il-binarji, tal-enerġija u l-infrastruttura u tiżgura li huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali. Fil-każ ta' infrastrutturi transfruntiera, twettaq l-attivitajiet tagħha ta' superviżjoni f'kooperazzjoni ma' awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti oħra. Jekk l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza ssib illi l-amministratur tal-infrastruttura ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sikurezza tiegħu, hi għandha tirrestrinġi jew tirrevoka dik l-awtorizzazzjoni, u tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
8. Meta jissorveljaw l-effettività tas-sistemi ta' ġestjoni tal-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, l-awtoritajiet nazzjonali tas-superviżjoni jistgħu jqisu l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-atturi kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) ta' din id-Direttiva, u fejn xieraq, iċ-ċentri tat-taħriġ imsemmija fid-Direttiva 2007/59/KE sakemm l-attivitajiet tagħhom ikollhom impatt fuq is-sikurezza tal-ferrovija. Dan il-paragrafu japplika mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 4(3) ta' din id-Direttiva.
9. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri fejn topera impriża ferrovjarja għandhom jikkooperaw biex jikkoordinaw l-attivitajiet ta' superviżjoni li jikkonċernaw dik l-impriża ferrovjarja biex ikun żgurat li kull informazzjoni essenzjali dwar l-impriża ferrovjarja speċifika tkun kondiviża, partikolarment dwar riskji magħrufa u l-prestazzjoni tas-sikurezza tagħha. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha wkoll taqsam informazzjoni ma' awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti oħra u l-Aġenzija jekk issib li l-impriża ferrovjarja mhix qed tieħu l-miżuri neċessarji tal-kontroll tar-riskju.
Dik il-kooperazzjoni għandha tiżgura li s-superviżjoni jkollha kopertura suffiċjenti u li jiġu evitati d-duplikazzjoni tal-ispezzjonijiet u l-awditjar. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jiżviluppaw pjan komuni ta' superviżjoni sabiex jiżguraw li l-awditjar u l-ispezzjonijiet l-oħra jitwettqu perjodikament, b'kont meħud tat-tip u l-estent tal-operazzjonijiet tat-trasport f'kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati.
L-Aġenzija għandha tassisti tali attivitajiet ta' koordinazzjoni billi tiżviluppa linji gwida.
10. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jindirizzaw avviżi biex iwissu lil amministraturi tal-infrastruttura u impriżi ferrovjarji f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tagħhom stipulati fil-paragrafu 1.
11. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jużaw informazzjoni miġbura mill-Aġenzija matul l-evalwazzjoni tal-fajl imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 10(5) għall-finijiet tas-superviżjoni ta' impriża ferrovjarja wara l-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku tagħha. Huma għandhom jużaw l-informazzjoni miġbura matul il-proċess ta' awtorizzazzjoni tas-sikurezza skont l-Artikolu 12 għall-finijiet tas-superviżjoni tal-amministratur tal-infrastruttura.
12. Għall-fini tat-tiġdid taċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi, l-Aġenzija, jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sikurezza fil-każ ta' ċertifikat ta' sikurezza maħruġ skont l-Artikolu 10(8), għandha tuża informazzjoni miġbura matul l-attivitajiet ta' superviżjoni. Għall-fini ta' tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tuża wkoll l-informazzjoni miġbura matul l-attivitajiet ta' superviżjoni tagħha.
13. L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jikkoordinaw u jiżguraw l-iskambju sħiħ tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 10, 11 u 12.
Artikolu 18
Prinċipji tat-teħid ta' deċiżjonijiet
1. L-Aġenzija, meta tkun qed tikkonsidra l-applikazzjonijiet għal ċertifikat ta' sikurezza uniku skont l-Artikolu 10(1), u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod miftuħ, mhux diskriminatorju u trasparenti. b'mod partikolari, għandhom jippermettu lill-partijiet interessati kollha li jinstemgħu u jagħtu r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom.
Għandhom jirrispondu b'mod immedjat għat-talbiet u l-applikazzjonijiet u jikkomunikaw it-talbiet tagħhom għall-informazzjoni mingħajr dewmien u jadottaw id-deċiżjonijiet kollha tagħhom fi żmien erba' xhur wara li l-informazzjoni kollha rilevanti mitluba tiġi pprovduta mill-applikant. Jistgħu fi kwalunkwe żmien jitolbu l-assistenza teknika tal-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji jew il-korpi l-oħra kwalifikati meta jkunu qed iwettqu l-kompiti imsemmija fl-Artikolu 16.
Fil-proċess li tiżviluppa l-qafas regolatorju nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkonsultaw lill-atturi u l-partijiet interessati kollha, inklużi l-amministraturi tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji, il-manifatturi u l-fornituri tal-manutenzjoni, l-utenti u r-rappreżentanti tal-persunal.
2. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom ikunu ħielsa jwettqu l-ispezzjonijiet, l-awditjar u l-investigazzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti tagħhom, u għandhom jingħataw aċċess għad-dokumenti rilevanti kollha u għall-bini, l-installazzjonijiet u t-tagħmir tal-amministraturi tal-infrastruttura u tal-impriżi ferrovjarji u, fejn ikun meħtieġ, ta' kwalunkwe attur imsemmi fl-Artikolu 4. L-Aġenzija għandu jkollha l-istess drittijiet fir-rigward ta' impriżi ferrovjarji meta twettaq il-kompiti ta' ċertifikazzjoni tagħha skont l-Artikolu 10(5).
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza ikunu soġġetti għar-reviżjoni ġudizzjarja.
4. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jagħmlu skambju attiv tal-opinjonijiet u l-esperjenza, partikolarment fi ħdan in-netwerk stabbilit mill-Aġenzija sabiex jarmonizzaw il-kriterji tat-teħid tad-deċiżjonijiet mal-Unjoni kollha.
Artikolu 19
Rapport annwali
L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jippubblikaw rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħhom fis-sena preċedenti u jibagħtuhom lill-Aġenzija sat-30 ta' Settembru. Ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni dwar:
|
(a) |
l-iżvilupp tas-sikurezza ferrovjarja, inkluż l-aggregazzjoni fuq il-livell tal-Istat Membru tas-CSIs u f'konformità mal-Artikolu 5(1); |
|
(b) |
bidliet importanti fil-leġislazzjoni u r-regolamentazzjoni dwar is-sikurezza ferrovjarja; |
|
(c) |
l-iżvilupp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtorizzazzjoni tas-sikurezza; |
|
(d) |
ir-riżultati ta', u l-esperjenza dwar, is-superviżjoni tal-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, inkluż l-għadd u eżitu tal-ispezzjonijiet u l-awditjar; |
|
(e) |
id-derogi deċiżi f'konformità mal-Artikolu 15; u |
|
(f) |
l-esperjenza tal-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura dwar l-applikazzjoni tas-CSMs rilevanti. |
KAPITOLU V
L-INVESTIGAZZJONI ta' INĊIDENTI U AĊĊIDENTI
Artikolu 20
Obbligu ta' investigazzjoni
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li ssir investigazzjoni mill-korp investigattiv imsemmi fl-Artikolu 22 wara kwalunkwe inċident serju fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. L-objettiv tal-investigazzjoni għandu jkun it-titjib, fejn ikun possibbli, tas-sikurezza ferrovjarja u l-prevenzjoni tal-inċidenti.
2. Il-korp investigattiv imsemmi fl-Artikolu 22 jista' wkoll jinvestiga dawk l-inċidenti u l-aċċidenti li taħt kundizzjonijiet kemxejn differenti setgħu wasslu għal inċidenti serji, inklużi ħsarat tekniċi fis-subsistemi strutturali jew fil-kostitwenti tal-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.
Il-korp investigattiv jista' jiddeċiedi jekk għandhiex issir investigazzjoni tal-inċident jew l-aċċident jew le. Fit-tehid tad-deċiżjoni tiegħu huwa għandu jqis:
|
(a) |
il-gravità tal-inċident jew l-aċċident; |
|
(b) |
jekk jagħmilx parti minn serje ta' inċidenti jew aċċidenti rilevanti għas-sistema kollha; |
|
(c) |
l-impatt tiegħu fuq is-sikurezza ferrovjarja; u |
|
(d) |
it-talbiet mill-amministraturi tal-infrastruttura, mill-impriżi ferrovjarji, mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza jew mill-Istati Membri. |
3. Il-firxa tal-investigazzjonijiet u l-proċedura segwita biex isiru l-investigazzjonijiet għandha tkun determinata mill-korp investigattiv, billi tieħu inkonsiderazzjoni l-prinċipji u l-għanijiet tal-Artikoli 21 u 23 u li tiddependi mit-tagħlim li hi tistenna li tieħu mill-inċident jew l-aċċident għat-titjib tas-sikurezza.
4. L-investigazzjoni ma għandha fl-ebda każ tkun ikkonċernata fuq id-determinazzjoni tal-ħtija jew ir-responsabbiltà.
Artikolu 21
Status ta' investigazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, fi ħdan il-qafas tas-sistema legali rispettiva tagħhom, l-istatus legali tal-investigazzjoni biex jippermetti lill-investigaturi inkarigati jwettqu l-kompitu tagħhom fil-mod l-aktar effiċjenti u fl-iqsar ħin.
2. F'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet responsabbli għal kwalunkwe inkjesta ġudizzjarja, u għandhom jiżguraw li l-investigaturi jingħataw aċċess malajr kemm jista' jkun għall-informazzjoni u l-evidenza rilevanti għall-investigazzjoni. b'mod partikolari, għandhom jingħataw:
|
(a) |
aċċess immedjat għas-sit tal-inċident jew l-aċċident kif ukoll għall-vetturi ferrovjarji involuti, l-infrastruttura relatata u l-installazzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku u s-senjalazzjoni; |
|
(b) |
id-dritt għall-elenkar immedjat tal-evidenza u t-tneħħija kontrollata tat-tifrik, l-installazzjonijiet tal-infrastruttura jew il-komponenti għal raġunijiet ta' eżami jew analiżi; |
|
(c) |
l-aċċess għal, u l-użu mingħajr restrizzjoni tal-kontenut tar-rekorders abbord u t-tagħmir għall-irrekordjar ta' messaġġi bil-fomm u r-reġistrazzjoni tal-operazzjoni tas-sistema tas-sinjali u tal-kontroll tat-traffiku; |
|
(d) |
l-aċċess għar-riżultati tal-eżami tal-iġsma tal-vittmi; |
|
(e) |
l-aċċess għar-riżultati tal-eżamijiet tal-persunal tal-ferrovija u l-persunal ferrovjarju l-ieħor involuti fl-inċident jew fl-aċċident; |
|
(f) |
l-opportunità li jinterrogaw il-ħaddiema ferrovjarji involuti fl-inċident jew l-aċċident u xhieda oħra; u |
|
(g) |
l-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti jew rekords miżmuma mill-amministratur tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji, l-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni u l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. |
3. L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-korp investigattiv meta l-investigazzjoni tkun tinvolvi vetturi awtorizzati mill-Aġenzija jew impriżi ferrovjarji ċċertifikati mill-Aġenzija. Hija għandha malajr kemm jista' jkun tagħti l-informazzjoni jew ir-rekords kollha mitluba lill-korp investigattiv u tipprovdi spjegazzjonijiet, meta tintalab.
4. L-investigazzjoni għandha ssir b'mod indipendenti minn kwalunkwe inkjesta ġudizzjarja.
Artikolu 22
Korp Investigattiv
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-investigazzjonijiet tal-inċidenti u tal-aċċidenti msemmija fl-Artikolu 20 huma magħmula minn korp permanenti, li għandu jinkludi minn tal-inqas investigatur wieħed li huwa kapaċi jaqdi l-funzjoni ta' investigatur -inkarigat- fil-każ ta' inċident jew aċċident. Dak il-korp għandu jkun independenti fl-organizzazzjoni, l-istruttura legali u t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu minn kwalunkwe amministratur tal-infrastruttura, impriża ferrovjarja, korp tal-imposti, korp tal-allokazzjoni u korp ta' valutazzjoni tal-konformità, u minn kwalunkwe parti li l-interessi tagħha jistgħu jiġu f'konflitt mal-kompiti mogħtija lill-korp investigattiv. Barra minn hekk, huwa għandu jkun funzjonalment independenti mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, mill-Aġenzija u minn kwalunkwe regolatur tal-ferroviji.
2. Il-korp investigattiv għandu jaqdi d-dmirijiet tiegħu indipendentement mill-entitajiet l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 u għandu jkun kapaċi jikseb ir-riżorsi suffiċjenti biex jagħmel dan. L-investigaturi tagħha għandhom ikunu mogħtija l-istatus li jagħtihom il-garanziji neċessarji ta' l-indipendenza.
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u, fejn xieraq, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, ikunu obbligati li immedjatament jinnotifikaw l-inċidenti u l-aċċidenti msemmija fl-Artikolu 20 lill-korp investigattiv u li jipprovdu kull informazzjoni li tkun disponibbli. Fejn xieraq, din in-notifika għandha tiġi aġġornata hekk kif xi informazzjoni nieqsa ssir disponibbli.
Il-korp investigattiv għandu jiddeċiedi, mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ mhux aktar minn xahrejn wara li jirċievi n-notifika dwar l-inċident jew l-aċċident, jekk jibdiex l-investigazzjoni jew le.
4. Il-korp investigattiv jista' jgħaqqad il-kompiti tiegħu max-xogħol tal-investigazzjoni ta' okkorrenzi minbarra l-inċidenti u l-aċċidenti tal-ferrovija sakemm l-investigazzjonijiet l-oħra ma jipperikolawx l-indipendenza tiegħu.
5. Jekk ikun neċessarju, u dment li ma jimminax l-indipendenza tal-korp investigattiv kif previst fil-paragrafu 1, il-korp investigattiv jista' jitlob l-għajnuna ta' korpi investigattivi mill-Istati Membri l-oħra jew mill-Aġenzija biex iforni l-esperjenza jew biex jagħmel spezzjonijiet tekniċi, analiżi jew evalwazzjonijiet.
6. L-Istati Membri jistgħu jafdaw lill-korp investigattiv bil-kompitu li jwettaq l-investigazzjonijiet tal-inċidenti u l-aċċidenti tal-ferrovija minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 20.
7. Il-korpi investigattivi għandhom jagħmlu skambju attiv tal-opinjonijiet u l-esperjenzi għall-finijiet tal-iżvilupp ta' metodi komuni tal-investigazzjoni, waqt li jitfasslu prinċipji komuni biex jitħarsu r-rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza u l-adattament għall-iżvilupp tal-progress tekniku u xjentifiku.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tgħin lill-korpi investigattivi fit-twettiq ta' dan il-kompitu f'konformità mal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) 2016/796.
Il-korpi investigattivi, bl-appoġġ tal-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) 2016/796, għandhom jistabbilixxu programm ta' evalwazzjonijiet bejn il-pari fejn il-korpi investigattivi kollha huma mħeġġa jipparteċipaw sabiex jimmonitorjaw l-effettività u l-indipendenza tagħhom. Il-korpi investigattivi bl-appoġġ tas-segretarjat imsemmi fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) 2016/796 għandhom jippubblikaw:
|
(a) |
il-programm ta' evalwazzjoni bejn il-pari komuni u l-kriterji ta' evalwazzjoni; u |
|
(b) |
rapport annwali dwar il-programm, b'enfasi fuq forzi identifikati u suġġerimenti għal titjib; |
Ir-rapporti ta' evalwazzjoni bejn il-pari għandhom ikunu pprovduti lill-korpi investigattivi kollha u lill-Aġenzija. Dawk ir-rapporti għandhom jiġu ppubblikati fuq bażi volontarja.
Artikolu 23
Proċedura tal-investigazzjoni
1. L-inċident jew l-aċċident msemmi fl-Artikolu 20 għandu jkun investigat mill-korp investigattiv tal-Istat Membru li seħħ fih. Jekk mhux possibbli li jkun stabbilit f'liema Stat Membru seħħ jew jekk seħħ fuq jew viċin ta' l-installazzjoni tal-fruntiera bejn żewġ Stati Membri, il-korpi investigattivi rilevanti għandhom jiftehmu liema minnhom għandu jagħmel l-investigazzjoni jew jiftehmu li jagħmluha b'kooperazzjoni ma' xulxin. Il-korp investigattiv l-ieħor għandu, fl-ewwel każ, ikun jista' jipparteċipa fl-investigazzjoni u jaqsam b'mod sħiħ ir-riżultati tiegħu.
Korpi investigattivi minn Stati Membri oħrajn għandhom jiġu mistiedna, jekk ikun xieraq, jipparteċipaw f'investigazzjoni fejn:
|
(a) |
impriża ferrovjarja stabbilita u liċenzjata f'wieħed minn dawk l-Istati Membri tkun involuta fl-inċident jew l-aċċident; jew |
|
(b) |
vettura rreġistrata jew li ssirilha manutenzjoni f'wieħed minn dawk l-Istati Membri tkun involuta fl-inċident jew l-aċċident. |
Il-korpi investigattivi mill-Istati Membri mistiedna għandhom jingħataw is-setgħat meħtieġa li jippermettulhom, meta jintalbu, li jgħinu fil-ġbir tal-evidenza għal korp investigattiv ta' Stat Membru ieħor.
Il-korpi investigattivi mill-Istati Membri mistiedna għandhom jingħataw aċċess għall-informazzjoni u l-evidenza meħtieġa biex jippermettulhom jieħdu sehem b'mod effettiv fl-investigazzjoni bir-rispett dovut għal liġijiet nazzjonali fir-rigward ta' proċedimenti ġudizzjarji.
Dan il-paragrafu ma għandux ifixkel lill-Istati Membri milli jiftiehmu illi l-korpi rilevanti għandhom jagħmlu l-investigazzjonijiet f'kooperazzjoni ma' xulxin f'ċirkostanzi oħra.
2. Għal kull inċident jew aċċident il-korp responsabbli għall-investigazzjoni għandu jirranġa għall-mezzi adattati, li jinkludu l-esperjenza neċessarja operazzjonali u teknika, biex issir l-investigazzjoni. L-esperjenza tista' tinkiseb minn ġo ħdan il-korp jew mill-estern, li tiddependi mill-karattru tal-inċident jew l-aċċident li għandu jkun investigat.
3. L-investigazzjoni għandha tkun magħmula kemm jista' jkun b'mod miftuħ, biex b'hekk il-partijiet kollha jkunu jistgħu jinstemgħu u jistgħu jaqsmu r-riżultati. L-amministratur tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji rilevanti, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, l-Aġenzija, il-vittmi u l-qraba tagħhom, is-sidien ta' proprjetà li saritilha l-ħsara, il-manifatturi, is-servizzi tal-emerġenza involuti u r-rappreżentanti tal-persunal u l-utenti għandhom jingħataw l-opportunità li jipprovdu informazzjoni teknika rilevanti sabiex titjieb il-kwalità tar-rapport dwar l-investigazzjoni. Il-korp investigattiv għandu jieħu kont ukoll tal-ħtiġijiet raġonevoli tal-vittmi u l-qraba tagħhom u jżommhom infurmati dwar il-progress li jkun sar fl-investigazzjoni.
4. Il-korp investigattiv għandu jikkonkludi l-eżamijiet tiegħu fuq is-sit tal-inċident fl-iqsar ħin possibbli biex b'hekk jippermetti lill-amministratur tal-infrastruttura biex iġib l-infrastruttura lura għal li kienet u jiftaħha għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju malajr kemm jista' jkun.
Artikolu 24
Rapporti
1. L-investigazzjoni ta' inċident jew aċċident msemmija fl-Artikolu 20 għandha tkun is-suġġett tar-rapporti fil-forma xierqa għat-tip u s-serjetà ta' l-inċident jew l-aċċident u r-rilevanza tas-sejbiet tal-investigazzjoni. Ir-rapporti għandhom jiddikjaraw l-għanijiet ta' l-investigazzjonijiet kif msemmija fl-Artikolu 20(1) u għandu jkun fihom, fejn xieraq, ir-rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza.
2. Il-korp investigattiv għandu jagħmel ir-rapport finali pubbliku fl-iqsar żmien possibbli u normalment mhux aktar tard minn12 il-xahar wara d-data tal-okkorrenza. Jekk ir-rapport finali ma jistax isir pubbliku fi żmien 12-il xahar, il-korp investigattiv għandu jirrilaxxa dikjarazzjoni temporanja tal-anqas f'kull anniversarju tal-inċident jew l-aċċident serju, u tagħti dettalji tal-progress tal-investigazzjoni u ta' kwalunkwe kwistjoni ta' sikurezza li titqajjem. Ir-rapport, inklużi r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza, għandu jkun komunikat lill-partijiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 23(3) u lill-korpi u l-partijiet kkonċernati fl-Istati Membri l-oħra.
Filwaqt li tqis l-esperjenza miksuba mill-korpi investigattivi, i-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-istruttura ta' rappurtar li għandha tiġi segwita kemm jista' jkun mill-qrib għal rapporti dwar investigazzjoni ta' inċidenti u aċċidenti. Din l-istruttura tar-rappurtar għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-okkorrenza u l-isfond tagħha; |
|
(b) |
rekord tal-investigazzjonijiet u inkjesti, inkluż dwar is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza, ir-regoli u r-regolamenti applikati, il-funzjonament tal-vetturi ferrovjarji u l-installazzjonijiet tekniċi, l-organizzazzjoni ta' manodopera, id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-operazzjoni u okkorrenzi preċedenti ta' karattru simili; |
|
(c) |
l-analiżi u l-konklużjonijiet fir-rigward tal-kawżi tal-okkorrenza, inklużi l-fatturi li jikkontribwixxu, relatati ma':
|
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(3).
3. Sat-30 ta' Settembru ta' kull sena il-korp investigattiv għandu jippubblika rapport annwali li jagħti rendikont tal-investigazzjonijiet magħmula s-sena ta' qabel, ir-rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza li kienu maħruġa u l-azzjonijiet meħuda skont ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa qabel.
Artikolu 25
Informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Aġenzija
1. Fi żmien sebat ijiem mid-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni, il-korp investigattiv għandu jinforma lill-Aġenzija b'dan. L-informazzjoni għandha tindika d-data, il-ħin u l-post tal-okkorrenza, kif ukoll it-tip tagħha u l-konsegwenzi fir-rigward tal-fatalitajiet, il-ħsarat u d-dannu materjali.
2. Il-Korp investigattiv għandu jibgħat lill-Aġenzija kopja tar-rapport finali msemmi fl-Artikolu 24(2) u tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 24(3).
Artikolu 26
Rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza
1. Rakkomandazzjoni tas-sikurezza maħruġa minn korp investigattiv ma għandha fl-ebda każ toħloq preżunzjoni ta' ħtija jew responsabbiltà għall-inċident jew l-aċċident.
2. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu indirizzati lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza u, fejn hemm bżonn minħabba n-natura tar-rakkomandazzjoni, lill-Aġenzija, lil korpi u l-awtoritajiet l-oħra fl-Istat Membru kkonċernat jew lill-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri, u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tagħhom u l-Aġenzija għandhom fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom, jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza maħruġa mill-korpi investigattivi huma meħuda inkonsiderazzjoni b'mod xieraq, u, fejn xieraq, tittieħed azzjoni fuqhom.
3. L-Aġenzija, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza u l-awtoritajiet jew il-korpi l-oħra, u fejn xieraq, l-Istati Membri l-oħra li ġew indirizzati lilhom ir-rakkomandazzjonijiet, għandhom jirrapportaw lura perjodikament lill-korp investigattiv fuq il-miżuri li jittieħdu jew jiġu ppjanati bħala konsegwenza ta' rakkomandazzjoni speċifika.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 27
Eżerċizzju ta' delega
1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(6) u l-Artikolu 7(6) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-15 ta' Ġunju 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
3. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika abitwali tagħha u twettaq konsultazzjonijiet ma' esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.
4. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(6) u l-Artikolu 7(6) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data speċifikata aktar tard fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkunu diġà fis-seħħ.
5. Hekk kif tadotta dan l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(6) u l-Artikolu 7(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 28
Proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2016/797. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn il-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 29
Rapport u azzjoni ulterjuri tal-Unjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sas-16 ta' Ġunju 2021, u kull ħames snin minn hemm “il quddiem, rapport dwar l-implimentazzjoni.ta” din id-Direttiva, partikolarment fir-rigward tal-monitoraġġ tal-miżuri għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi.
Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn meħtieġ mill-proposti għal azzjonijiet oħra mill-Unjoni.
2. L-Aġenzija għandha tevalwa l-iżvilupp ta' kultura ta' sikurezza inkluż ir-rappurtar tal-okkorrenzi. Hija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni, sas-16 ta' Ġunju 2024, rapport li jkun fih, fejn xieraq, titjib li għandu jsir fis-sistema. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa abbażi ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet u għandha tipproponi, jekk meħtieġ, emendi għal din id-Direttiva.
3. Sas-16 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-azzjonijiet li ttieħdu bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-obbligu li l-manifatturi jimmarkaw b'kodiċi ta' identifikazzjoni l-komponenti kritiċi għas-sikurezza li jiċċirkolaw fin-netwerks ferrovjarji Ewropej, filwaqt li jiżguraw li l-kodiċi ta' identifikazzjoni jidentifika b'mod ċar il-komponent, l-isem tal-manifattur u d-data dwar il-produzzjoni sinifikanti; |
|
(b) |
it-traċċabbiltà sħiħa ta' dawn il-komponenti kritiċi għas-sikurezza, it-traċċabbiltà tal-attivitajiet ta' manutenzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-ħajja operazzjonali tagħhom; u |
|
(c) |
l-identifikazzjoni tal-prinċipji obbligatorji komuni għall-manutenzjoni ta' dawk il-komponenti. |
Artikolu 30
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, mhux diskriminatorji u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli sad-data speċifikata fl-Artikolu 33(1) u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
Artikolu 31
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. L-Anness V tad-Direttiva 2004/49/KE għandu japplika sad-data tal-applikazzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(2) ta' din id-Direttiva.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-impriżi ferrovjarji li jeħtieġu jiġu ċċertifikati bejn il-15 ta' Ġunju 2016 u s-16 ta' Ġunju 2019, għandhom ikunu soġġetti għad-Direttiva 2004/49/KE. Dawk iċ-ċertifikati ta' sikurezza għandhom ikunu validi sad-data tal-iskadenza tagħhom.
3. Mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2019 l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti ta' ċertifikazzjoni skont l-Artikoli 10 fir-rigward ta' żoni tal-operazzjoni fl-Istati Membri li ma nnotifikawx lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 33(2) . B'deroga mill-Artikolu 10, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u l-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2), jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati f'konformità mad-Direttiva 2004/49/KE sas-16 ta' Ġunju 2020.
Artikolu 32
Rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet tal-Aġenzija
L-Aġenzija għandha tipprovdi rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet f'konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/796 għall-għanijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet jista' jittieħed kont tagħhom meta l-Unjoni tadotta atti legali skont din id-Direttiva.
Artikolu 33
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikoli 2, 3, 4, l-Artikoli 8 sa 11, l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 15(3), l-Artikoli 16 sa 19, l-Artikolu 21(2), l-Artikolu 23(3) u (7), l-Artikolu 24(2), l-Artikolu 26(3) u l-Annessi II u III sas-16 ta' Ġunju 2019. Għandhom jikkomunikaw immedjatament it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
2. L-Istati Membri jistgħu jestendu l-perijodu ta' traspożizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 b'sena. Għal dak l-iskop, sas-16 ta' Diċembru 2018, l-Istati Membri li ma jkunux daħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fi żmien il-perijodu ta' traspożizzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni b'dan u jippreżentaw ir-raġunijiet għal tali estensjoni.
3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttiva mħassra b'din id-Direttiva għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir din ir-referenza u kif tiġi fformulata dik id-dikjarazzjoni.
4. L-obbligu tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandux japplika għal Ċipru u Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.
Madankollu, hekk kif entità pubblika jew privata tressaq applikazzjoni uffiċjali biex tibni linja ferrovjarja bil-għan li titħaddem minn impriża ferrovjarja jew aktar, l-Istati Membri kkonċernati għandhom idaħħlu miżuri biex jimplimentaw din id-Direttiva fi żmien sentejn minn meta jirċievu l-applikazzjoni.
Artikolu 34
Tħassir
Id-Direttiva 2004/49/KE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness IV, Parti A, hija mħassra, b'effett mis-16 ta' Ġunju 2020, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 35
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 36
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta' Mejju 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
J. A. HENNIS-PLASSCHAERT
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-10 ta' Diċembru 2015 (ĠU C 57, 12.2.2016, p. 64). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).
(5) Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Ara paġna 44 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(7) Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).
(8) Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
(9) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(10) Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(11) Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007 p. 51).
(12) Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
(13) Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).
(14) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007 tat-13 ta' Ġunju 2007 dwar l-użu ta' format komuni Ewropew għaċ-ċertifikati tas-sigurtà u d-dokumenti tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar il-validità taċ-ċertifikati tas-sigurtà li nħarġu skont id-Direttiva 2001/14/KE (ĠU L 153, 14.6.2007, p. 9).
(15) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex jinkisbu ċertifikati ta' sikurezza ferrovjarja (ĠU L 326, 10.12.2010, p. 11).
(16) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta' Mejju 2011 dwar sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22).
ANNESS I
INDIKATURI KOMUNI TAS-SIKUREZZA
L-indikaturi komuni tas-sikurezza (CSIs) għandhom jiġu rrappurtati ta' kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.
Jekk jinstabu fatti jew żbalji ġodda wara li jkun tressaq ir-rapport, l-indikaturi għal sena partikolari għandhom jiġu emendati jew ikkorreġuti mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza malli jkun opportun u sa mhux aktar tard mir-rapport annwali li jkun imiss.
Id-definizzjonijiet komuni għas-CSIs u l-metodi biex jiġi kkalkulat l-impatt ekonomiku tal-inċidenti huma stabbiliti fl-Appendiċi.
1. Indikaturi marbutin ma' inċidenti
1.1. L-għadd totali u relattiv (għall-kilometri ferrovjarji) ta' inċidenti serji u diżaggregazzjoni għat-tipi ta' inċidenti li ġejjin:
|
— |
ħabta ta' ferrovija ma' vettura ferrovjarja, |
|
— |
ħabta ta' ferrovija ma' ostakolu fil-gejġ tat-tagħbien (clearance gauge), |
|
— |
ħruġ ta' ferrovija 'l barra mil-linji, |
|
— |
inċident f'passaġġ invell, inkluż inċidenti li jinvolvu n-nies mexjin f'passaġġ invell, u diżaggregazzjoni oħra għall-ħames tipi ta' passaġġi invell definiti fil-punt 6.2, |
|
— |
inċidenti li jsiru lil nies minħabba vetturi ferrovjarji li jkunu mexjin, minbarra s-suwiċidji u t-tentattivi ta' suwiċidju, |
|
— |
nar f'vettura ferrovjarja, |
|
— |
oħrajn. |
Kull inċident sinifikanti għandu jiġi rrappurtat taħt it-tip tal-inċident primarju, anki jekk il-konsegwenzi tal-inċident sekondarju jkunu aktar serji (pereżempju deraljament li b'konsegwenza tiegħu jkun hemm nar).
1.2 L-għadd totali u relattiv (għall-kilometri ferrovjarji) ta' persuni li jindarbu serjament u jinqatlu skont it-tip ta' inċident maqsum fil-kategoriji li ġejjin:
|
— |
passiġġier (relattiv ukoll għall-kilometri totali tal-passiġġieri u l-kilometri tal-ferroviji tal-passiġġieri), |
|
— |
impjegat jew kuntrattur, |
|
— |
utent tal-passaġġ invell, |
|
— |
persuna li tidħol bla permess, |
|
— |
persuna oħra fuq pjattaforma ferrovjarja, |
|
— |
persuna oħra mhux fuq pjattaforma. |
2. Indikaturi marbutin ma' merkanzija perikoluża
L-għadd totali u relattiv (għall-kilometri ferrovjarji) ta' inċidenti li jinvolvu t-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija maqsum fil-kategoriji li ġejjin:
|
— |
inċident li fih tkun involuta mill-inqas vettura ferrovjarja waħda li tittrasporta merkanzija perikoluża, kif definit fl-Appendiċi, |
|
— |
l-għadd ta' tali inċidenti li minħabba fihom tiġi rilaxxata merkanzija perikoluża. |
3. Indikaturi marbutin ma' suwiċidji
L-għadd totali u relattiv (għall-kilometri ferrovjarji) ta' suwiċidji u tentattivi ta' suwiċidju
4. Indikaturi marbutin mal-prekursuri ta' inċidenti
L-għadd totali u relattiv (għall-kilometri ferrovjarji) ta' prekursuri ta' inċidenti u diżaggregazzjoni għat-tipi ta' prekursuri li ġejjin:
|
— |
linji miksura, |
|
— |
tgħawwiġ tal-binarju u allinjament ħażin ieħor, |
|
— |
żbalji fis-sinjali mogħtija, |
|
— |
każ fejn ma jkunux tħarsu s-sinjali ta' periklu meta tgħaddi minn punt ta' periklu, |
|
— |
każ fejn ma jkunux tħarsu s-sinjali ta' periklu mingħajr ma tgħaddi minn punt ta' periklu, |
|
— |
rota miksura ta' vettura ferrovjarja fis-servizz, |
|
— |
fus miksur ta' rota ta' vettura ferrovjarja fis-servizz. |
Il-prekursuri kollha għandhom jiġu rrappurtati, kemm jekk iwasslu għall-inċidenti, kif ukoll jekk le. (Prekursur li jirriżulta f'inċident sinifikanti għandu jiġi rrappurtat ukoll mal-indikaturi marbutin mal-prekursuri; prekursur li ma jirriżultax f'inċident sinifikanti għandu jiġi rrappurtat biss mal-indikaturi marbutin mal-prekursuri).
5. Indikaturi għall-kalkolu tal-impatt ekonomiku tal-inċidenti
It-total f'euro u l-għadd relattiv (għall-kilometri ferrovjarji) ta':
|
— |
mwiet u korrimenti serji mmultiplikati bil-Valur tal-Prevenzjoni ta' Diżgrazzja (VPC), |
|
— |
l-ispejjeż tal-ħsarat għall-ambjent, |
|
— |
l-ispejjeż tal-ħsarat materjali għall-vetturi ferrovjarji jew għall-infrastruttura, |
|
— |
l-ispejjeż tad-dewmien bħala konsegwenza tal-inċidenti. |
L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jirrappurtaw l-impatt ekonomiku ta' inċidenti sinifikanti.
Il-VPD huwa l-valur li s-soċjetà tpoġġi fuq il-prevenzjoni ta' diżgrazzja u għalhekk ma għandux jintuża bħala referenza għall-kumpens bejn żewġ partijiet li jkunu involuti f'inċidenti.
6. Indikaturi marbutin mas-sikurezza teknika tal-infrastruttura u l-implimentazzjoni tagħha
6.1. Il-perċentwali tal-binarji li għandhom Sistemi għall-Protezzjoni tal-Ferroviji (TPSs) jaħdmu u l-perċentwali tal-kilometri ferrovjarji fejn jintużaw TPSs abbord il-ferroviji, fejn dawn is-sistemi jipprovdu:
|
— |
twissija, |
|
— |
twissija u waqfien awtomatiku, |
|
— |
twissija u waqfien awtomatiku u superviżjoni mhux kontinwa tal-veloċità, |
|
— |
twissija u waqfien awtomatiku u superviżjoni kontinwa tal-veloċità. |
6.2. L-għadd ta' passaġġi invell (it-total għal kull kilometru tal-linja u għal kull kilometru tal-binarju) skont il-ħames tipi li ġejjin:
|
(a) |
passaġġ invell passiv |
|
(b) |
passaġġ invell attiv:
|
Appendiċi
Definizzjonijiet komuni għas-CSIs u l-metodi tal-kalkolu tal-impatt ekonomiku tal-inċidenti
1. Indikaturi marbutin ma' inċidenti
1.1. “inċident sinifikanti” tfisser kull inċident li jinvolvi mill-inqas vettura ferrovjarja waħda li tkun miexja, u li jwassal biex mill-inqas persuna waħda tmut jew tindarab serjament, jew iwassal għal ħsara sinifikanti f'vetturi ferrovjarji, binarji, f'installazzjonijiet oħra jew għall-ambjent, jew iwassal għal tfixkil estensiv ta' traffiku, iżda teskludi l-inċidenti fil-workshops, fl-imħażen u fid-depożiti;
1.2. “ħsara sinifikanti għall-vetturi, binarji, installazzjonijiet ferrovjarji oħrajn jew għall-ambjent” tfisser ħsara li tkun ekwivalenti għal EUR 150 000 jew iżjed;
1.3. “tfixkil estensiv ta' traffiku” tfisser li s-servizzi ferrovjarji fuq linja ferrovjarja ewlenija jkunu sospiżi għal mill-inqas sitt sigħat;
1.4. “ferrovija” tfisser vettura ferrovjarja waħda jew iżjed miġbuda minn lokomottiv jew vagun wieħed jew iżjed, jew vagun li jivvjaġġa waħdu, li jkollu numru partikolari jew marka speċifika minn punt inizjali fiss sa punt ta' tmiem fiss, inkluż magna ħafifa, jiġifieri lokomottiv li jivvjaġġa waħdu;
1.5. “ħabta ta' ferrovija ma' vettura ferrovjarja” tfisser ħabta bejn quddiem u quddiem, bejn quddiem u wara jew ħabta ta' ġenb bejn parti ta' ferrovija u parti ta' ferrovija jew vettura ferrovjarja oħra, jew vetturi ferrovjarji għall-immanuvrar (shunting);
1.6. “ħabta ta' ferrovija ma' ostakolu fil-gejġ tat-tagħbien” tfisser ħabta bejn parti minn ferrovija u xi oġġett fiss fuq il-post jew li jkun hemm temporanjament fuq jew ħdejn il-binarju (minbarra oġġetti fil-passaġġi invell jekk jkunu ntilfu minn xi vettura jew utent filwaqt li jkunu qed jaqsmu), inkluża ħabta ma' linji ta' kuntatt 'il fuq mill-ferrovija;
1.7. “deraljament ta' ferrovija” tfisser kwalunkwe każ meta mill-inqas rota waħda tal-ferrovija tinqala' minn fuq il-binarji;
1.8. “inċident fuq passaġġ invell” tfisser kull inċident fil-passaġġi invell li jinvolvi mill-inqas vettura ferrovjarja waħda u vettura waħda jew aktar li tkun qed taqsam, jew utenti oħrajn tal-passaġġ, bħalma huma nies mexjin jew xi oġġetti oħrajn li jkunu temporanjament fuq il-binarju jew ħdejh jekk dawn ikunu ntilfu minn vettura jew utent filwaqt li qegħdin jaqsmu;
1.9. “inċident lil persuni li jinvolvi vettura ferrovjarja miexja” tfisser kull inċident li jiġri lil persuna waħda jew iżjed li tintlaqat minn vettura ferrovjarja jew minn oġġett li jkun imwaħħal magħha, jew li jkun inqala' minn magħha, dan jinkludi l-persuni li jaqgħu mill-vetturi ferrovjarji kif ukoll persuni li jaqgħu jew jintlaqtu minn oġġetti mhux imwaħħlin sew meta jkunu qegħdin jivvjaġġaw abbord il-vetturi;
1.10 “nar f'vettura ferrovjarja” tfisser nar jew splużjoni li tiġri ġo vettura ferrovjarja (dan jinkludi t-tagħbija li jkun fiha) meta tkun fi triqitha bejn l-istazzjon tat-tluq u d-destinazzjoni, inkluż meta tkun wieqfa fl-istazzjon tat-tluq, fil-waqfa tad-destinazzjoni jew intermedja, kif ukoll waqt operazzjonijiet ta' riskjerament;
1.11. “(inċident) ieħor” tfisser kull inċident minbarra ħabta ta' ferrovija ma' vettura ferrovjarja, ħabta ta' ferrovija ma' ostakolu fil-gejġ tat-tagħbien, deraljament ta' ferrovija, inċident fuq passaġġ invell, inċident lil persuna li jinvolvi vettura ferrovjarja miexja jew nar f'vettura ferrovjarja;
1.12. “passiġġier” tfisser kull persuna, minbarra membru tal-persunal tal-ferrovija, li jivvjaġġa bil-ferrovija, inkluż passiġġier li jipprova jitla' fuq ferrovija jew jinżel minn fuqha waqt li tkun miexja għall-istatistika tal-inċidenti biss;
1.13. “impjegat jew kuntrattur” tfisser kull persuna li l-impjieg tagħha marbut mal-ferrovija u li tkun fuq ix-xogħol meta jsir l-inċident, dan jinkludi l-persunal tal-kuntratturi, il-kuntratturi impjegati għal rashom, il-persunal tal-ferrovija u persuni li jkunu qed jieħdu ħsieb il-vetturi ferrovjarji u l-installazzjonijiet infrastrutturali;
1.14. “utent tal-passaġġ invell” tfisser kwalunkwe persuna li tuża passaġġ invell biex taqsam il-binarji bi kwalunkwe mezz ta' trasport jew bil-mixi;
1.15. “persuna li tidħol bla permess” tfisser kwalunkwe persuna li tkun f'postijiet li jappartjenu għall-ferrovija fejn id-dħul ikun ipprojbit, bl-eċċezzjoni ta' utent tal-passaġġ invell;
1.16. “persuna oħra fuq pjattaforma” tfisser kwalunkwe persuna li tkun fuq pjattaforma ferrovjarja li ma taqax taħt id-definizzjoni ta' “passiġġier”, “impjegat jew kuntrattur”, “utent tal-passaġġ invell”, “persuna oħra mhux fuq pjattaforma” jew “persuna li tidħol bla permess”;
1.17. “persuna oħra mhux fuq pjattaforma” tfisser kwalunkwe persuna li ma tkunx fuq pjattaforma ferrovjarja li ma taqax taħt id-definizzjoni ta' “passiġġier”, “impjegat jew kuntrattur”, “utent tal-passaġġ invell”, “persuna oħra fuq pjattaforma” jew “persuna li tidħol bla permess”;
1.18. “mewta (persuna maqtula)” tfisser kwalunkwe persuna maqtula minnufih jew li tmut fi żmien 30 jum bħala riżultat ta' inċident, minbarra xi suwiċidju;
1.19. “ġrieħi serji (persuna midruba serjament)” tfisser kull persuna li tindarab li tkun iddaħħlet l-isptar għal aktar minn 24 siegħa bħala riżultat ta' inċident, minbarra xi tentattiv ta' suwiċidju.
2. Indikaturi marbutin ma' merkanzija perikoluża
2.1. “inċident li jinvolvi t-trasportazzjoni ta' merkanzija perikoluża” tfisser kwalunkwe inċident jew aċċident li huwa suġġett li jiġi rrappurtat f'konformità mar-RID (1)/ADR taqsima 1.8.5;
2.2. “oġġetti perikolużi” tfisser dawk is-sustanzi u oġġetti li l-ġarr tagħhom huwa pprojbit mir-RID, jew awtorizzat biss fil-kundizzjonijiet stipulati fihom.
3. Indikaturi marbutin ma' suwiċidji
3.1. “suwiċidju” tfisser att deliberat ta' persuna biex tindarab li jirriżulta f'mewt, kif irreġistrat u kklassifikat mill-awtorità kompetenti nazzjonali;
3.2. “tentattiv ta' suwiċidju” tfisser att deliberat ta' persuna biex tindarab li jirriżulta fi ġrieħi serji.
4. Indikaturi marbutin mal-prekursuri ta' inċidenti
4.1. “binarju miksur” tfisser kwalunkwe binarju li jinqasam f'żewġ biċċiet jew aktar, jew kwalunkwe binarju li minnu tinqala' biċċa metall, u b'kawża ta' dan ikun hemm fetħa twila aktar minn 50 mm u fonda aktar minn 10 mm fuq is-superfiċje li fuqha jimxu r-roti;
4.2. “tgħawwiġ tal-binarju jew allinjament ħażin ieħor tal-binarju” tfisser kull ħsara marbuta mal-kontinwità u mal-ġeometrija tal-binarju, li titlob li l-binarju ma jintużax jew li jkun hemm restrizzjoni immedjata tal-veloċità permessa;
4.3. “żbalji fis-sinjali mogħtija” tfisser kull ħsara teknika f'sistema ta' sinjalazzjoni (jew fl-infrastruttura jew fil-vetturi ferrovjarji), li twassal biex l-informazzjoni tas-sinjalazzjoni tkun inqas restrittiva milli meħtieġ;
4.4. “Każ fejn ma jkunux tħarsu s-Sinjali ta' Periklu meta tgħaddi minn punt ta' periklu” tfisser kull darba li xi parti minn ferrovija tibqa' miexja iktar milli jkun hemm awtorizzazzjoni għal dan u tgħaddi l-punt tal-periklu;
4.5. “Każ fejn ma jkunux tħarsu s-Sinjali ta' Periklu mingħajr ma tgħaddi minn punt ta' periklu,” tfisser kull darba li xi parti minn ferrovija tibqa' miexja iktar milli jkun hemm awtorizzazzjoni għal dan iżda ma tgħaddix il-punt tal-periklu.
Il-moviment mhux awtorizzat imsemmi fil-punti 4.4 u 4.5 hawn fuq tfisser li tgħaddi:
|
— |
sinjal tad-dwal ikkuluriti jew semaforu maġenb il-binarju f'punt ta' periklu, jew l-ordni STOP fejn ma jkunx hemm sistema titħaddem ta' Protezzjoni tal-Ferroviji (TPS), |
|
— |
it-tmiem ta' awtorizzazzjoni għal moviment relatat mas-sikurezza pprovduta f'TPS, |
|
— |
punt ikkomunikat permezz ta' awtorizzazzjoni verbali jew bil-miktub stipulata fir-regolamenti, |
|
— |
tabelli b'avviż ta' waqfien (mhuwiex inkluż l-ilqugħ għall-waqfien) jew sinjali bl-idejn. |
Kull każ li jinvolvi vettura li ma jkollhiex unità tat-trazzjoni mwaħħla, jew ferrovija mingħajr sewwieq li tgħaddi s-sinjal f'punt ta' periklu mhuwiex inkluż. Kull każ meta, għal xi raġuni jew oħra, is-sinjal ta' periklu ma jiddawwarx biżżejjed fil-ħin biex is-sewwieq ikun jista' jwaqqaf il-ferrovija, mhuwiex inkluż.
L-Awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jagħtu rapporti separati dwar l-erba' indiċijiet ta' moviment mhux awtorizzat elenkati fl-inċiżi f'dan il-punt u għandhom jirrappurtaw mill-inqas indikatur aggregat li jkun fih id-data dwar l-erba' elementi.
4.6. “rota miksura ta' vettura ferrovjarja fis-servizz” tfisser brejk li jaffettwa lir-rota u joħloq riskju ta' inċident (deraljament jew ħabta);
4.7. “fus ta' rota miksur ta' vettura ferrovjarja fis-servizz” tfisser ksur li jaffettwa l-fus u joħloq riskju ta' inċident (deraljament jew ħabta).
5. Metodoloġiji komuni għall-kalkolu tal-impatt ekonomiku tal-inċidenti
5.1. Il-Valur tal-Prevenzjoni ta' Diżgrazzja (VPD) huwa magħmul minn:
|
(1) |
Il-valur tas-sikurezza per se: Il-valuri ta' kemm wieħed ikun Lest li Jħallas (Willingness to Pay (WTP)) huma bbażati fuq studji dwar preferenzi ddikjarati li jkunu twettqu fl-Istat Membru li għalih jiġu applikati. |
|
(2) |
Spejjeż ekonomiċi diretti u indiretti: il-valuri tal-ispiża vvalutati fl-Istat Membru, magħmulin minn:
Fil-kalkolu tal-ispejjeż tad-diżgrazzji, il-fatalitajiet u l-korrimenti serji għandhom jitqiesu b'mod separat (VPD differenti għall-fatalitajiet u għall-korrimenti). |
5.2. Il-prinċipji komuni għall-valutazzjoni tal-valur tas-sikurezza per se u l-ispejjeż ekonomiċi diretti u/jew indiretti:
Għall-valur tas-sikurezza per se, il-valutazzjoni ta' kemm huma jew mhumiex xierqa l-istimi disponibbli għandha tkun ibbażata fuq il-konsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
— |
l-istimi għandhom ikunu marbutin ma' sistema għall-valutazzjoni tat-tnaqqis tar-riskju tal-mortalità fis-settur tat-trasport u jsegwu strateġija ta' WTP skont metodi ta' preferenza ddikjarati, |
|
— |
il-kampjun tar-risposti li jintuża għall-valuri għandu jkun rappreżentattiv tal-popolazzjoni kkonċernata. B'mod partikolari, il-kampjun irid jirrifletti d-distribuzzjoni skont l-età/l-introjtu flimkien ma' karatteristiċi soċjoekonomiċi u/jew demografiċi rilevanti oħrajn tal-popolazzjoni, |
|
— |
metodu biex jinkisbu l-valuri tal-WTP: it-tfassil tal-istħarriġ isir b'mod li l-mistoqsijiet ikunu ċari/sinifikanti għal dawk li jwieġbu. |
L-ispejjeż ekonomiċi diretti u indiretti għandhom jiġu vvalutati abbażi tal-ispejjeż reali mġarrba mis-soċjetà.
5.3. Definizzjonijiet
5.3.1. “Spejjeż tal-ħsara lill-ambjent” tfisser l-ispejjeż li jridu jitħallsu mill-Amministraturi tal-Impriżi u l-Infrastrutturi Ferrovjarji, ivvalutati abbażi tal-esperjenza tagħhom, biex iż-żona li tkun saritilha d-danni terġa' lura għall-istat li kienet qabel l-inċident ferrovjarju.
5.3.2. “Spejjeż tal-ħsarat materjali għall-vetturi jew infrastrutturi ferrovjarji” tfisser l-ispejjeż biex jiġu pprovduti vetturi ferrovjarji jew infrastrutturi ġodda, li jkollhom l-istess funzjonalitajiet u parametri tekniċi bħal dawk li jkunu ġarrbu ħsara li ma tissewwiex, u l-ispiża tar-restawr ta' vetturi jew infrastrutturi ferrovjarji li jistgħu jissewwew għall-istat tagħhom ta' qabel l-inċident, li għandhom jiġu stmati mill-Amministraturi ta' Impriżi u Infrastrutturi Ferrovjarji abbażi tal-esperjenza tagħhom, inklużi wkoll l-ispejjeż marbutin mal-kiri ta' vetturi ferrovjarji, b'konsegwenza ta' nuqqas ta' disponibbiltà minħabba vetturi bil-ħsara.
5.3.3. “Spejjeż tad-dewmien b'konsegwenza ta' inċidenti” tfisser il-valur monetarju tad-dewmien li jġarrbu l-utenti tat-trasport ferrovjarju (passiġġieri u klijenti tat-trasport tal-merkanzija) bħala konsegwenza tal-inċidenti, ikkalkulati permezz tal-mudell li ġej:
|
|
VT = il-valur fi flus tal-iffrankar tal-ħin tal-vjaġġ |
|
|
Il-valur tal-ħin għal passiġġier f'ferrovija (fis-siegħa)
|
|
|
Il-valur tal-ħin għal ferrovija tal-merkanzija (fis-siegħa)
|
|
|
Ferrovija tal-passiġġieri
|
|
|
Ferrovija tal-merkanzija
|
|
|
L-ambitu tal-mudell
|
6. Indikaturi marbutin mas-sikurezza teknika tal-infrastruttura u l-implimentazzjoni tagħha
6.1. “Is-Sistema ta' Protezzjoni tal-Ferroviji (TPS)” tfisser sistema li tgħin biex tinforza l-ubbidjenza għas-sinjali u għar-restrizzjonijiet tal-veloċità.
6.2. “Sistemi abbord” tfisser sistemi li jgħinu lis-sewwieq josserva s-sinjalar ta' maġenb il-binarju u s-sinjalar fil-kabina u b'hekk jipprovdu l-protezzjoni minn punti ta' periklu u r-rinfurzar tal-limiti tal-veloċità. It-TPSs abbord jistgħu jiġu deskritti kif ġej:
|
(a) |
Twissija, li tagħti twissija awtomatika lis-sewwieq. |
|
(b) |
Twissija u waqfien awtomatiku, li tagħti twissija awtomatika lis-sewwieq u twaqqaf il-ferrovija awtomatikament meta din tgħaddi sinjal ta' periklu. |
|
(c) |
Twissija u waqfien awtomatiku u superviżjoni mhux kontinwa tal-veloċità, li tipprovdi l-protezzjoni minn punti ta' periklu, fejn “superviżjoni mhux kontinwa tal-veloċità” tfisser superviżjoni tal-veloċità f'ċerti postijiet (nases tal-veloċità) meta l-ferrovija tkun qiegħda tavviċina sinjal. |
|
(d) |
Twissija u waqfien awtomatiku u superviżjoni kontinwa tal-veloċità, li tipprovdi l-protezzjoni minn punti perikolużi u superviżjoni kontinwa tal-limiti tal-veloċità tal-linja, fejn “superviżjoni kontinwa tal-veloċità” tfisser indikazzjoni u infurzar kontinwi tal-veloċità massima fil-mira permessa f'kull parti tal-linja. |
It-tip (d) huwa meqjus bħala Sistema ta' Protezzjoni Awtomatika tal-Ferrovija (ATP).
6.3. “passaġġ invell” tfisser kull intersezzjoni bejn triq jew passaġġ u linja ferrovjarja, kif rikonoxxut mill-amministratur tal-infrastruttura u miftuħ għall-utenti pubbliċi jew privati. Il-passaġġi bejn il-pjattaformi fl-istazzjonijiet huma esklużi, kif ukoll il-passaġġi minn fuq il-binarji li għandhom jintużaw biss mill-impjegati.
6.4. “triq” tfisser, għall-iskop tal-istatistika tal-inċidenti ferrovjarji, kull triq prinċipali pubblika jew privata, kull triq jew awtostrada, u tinkludi l-mogħdijiet tal-ġenb u dawk għar-roti.
6.5. “passaġġ” tfisser kwalunkwe rotta li mhijiex triq li qiegħda biex jgħaddu n-nies, l-annimali, il-vetturi jew il-makkinarju.
6.6. “passaġġ invell passiv” tfisser passaġġ invell mingħajr xi forma ta' sistema ta' twissija jew protezzjoni li tiġi attivata meta jkun ta' periklu għall-utent li jaqsam il-passaġġ.
6.7. “passaġġ invell attiv” tfisser passaġġ invell fejn l-utenti li jaqsmu huma protetti minn jew jingħataw twissija dwar il-ferrovija li qed tavviċina minn tagħmir li jiġi attivat meta jkun ta' periklu li l-utent jaqsam.
|
— |
Protezzjoni permezz ta' tagħmir fiżiku tinkludi:
|
|
— |
Twissija permezz ta' tagħmir fiss fil-passaġġi invell:
|
Il-passaġġi invell attivi huma kklassifikati bħala:
|
(a) |
Manwali: passaġġ invell fejn il-protezzjoni jew it-twissija man-naħa tal-utent jiġu attivati manwalment minn impjegat tal-ferroviji. |
|
(b) |
Awtomatiċi bi twissija fuq in-naħa tal-utent: passaġġ invell fejn it-twissija man-naħa tal-utent tiġi attivata mill-ferrovija li tkun qed tavviċina. |
|
(c) |
Awtomatiċi b'tagħmir protettiv fuq in-naħa tal-utent: passaġġ invell fejn il-protezzjoni man-naħa tal-utent tiġi attivata mill-ferrovija li tkun qed tavviċina. Dawn jinkludu passaġġ invell bi protezzjoni kif ukoll twissija man-naħa tal-utent. |
|
(d) |
Tagħmir protettiv fuq in-naħa tal-binarju: passaġġ invell fejn sinjal jew xi sistema ta' protezzjoni oħra tal-ferroviji jippermettu li l-ferrovija tkompli fi triqitha ladarba l-passaġġ invell ikun protett kompletament man-naħa tal-utent u jkun ħieles minn xi inkursjoni. |
7. Definizzjonijiet tal-bażijiet ta' gradazzjoni
7.1. “km ferrovjarju” tfisser l-unità tal-kejl li tirrappreżenta l-moviment ta' ferrovija tul kilometru. Id-distanza li tintuża hija d-distanza li tkun għamlet il-ferrovija, jekk din tkun magħrufa, inkella għandha tintuża d-distanza standard tan-netwerk bejn l-oriġini u d-destinazzjoni. Id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż rapportatur biss għandha titqies.
7.2. “km tal-passiġġieri” tfisser l-unità tal-kejl li tirrappreżenta t-trasportazzjoni ta' passiġġier wieħed bil-ferrovija fuq distanza ta' kilometru. Id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż rapportatur biss għandha titqies.
7.3. “km tal-linja” tfisser it-tul f'kilometri tan-netwerk ferrovjarju fl-Istati Membri, li l-ambitu tiegħu huwa stabbilit fl-Artikolu 2. Għal-linji li jkollhom għadd ta' linji ferrovjarji, għandha tingħadd biss id-distanza bejn l-oriġini u d-destinazzjoni.
7.4. “km tal-binarju” tfisser it-tul f'kilometri tan-netwerk ferrovjarju fl-Istati Membri, li l-ambitu tagħhom huwa stabbilit fl-Artikolu 2. Għandu jingħadd kull binarju f'linja ferrovjarja b'ħafna binarji.
(1) RID, Regolamenti dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija, kif adottati skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
ANNESS II
NOTIFIKA TAR-REGOLI NAZZJONALI TAS-SIKUREZZA
Ir-regoli nazzjonali tas-sikurezza notifikati skont il-punt (a) tal-Artikolu 8(1) jinkludu:
|
1. |
ir-regoli dwar il-miri nazzjonali eżistenti tas-sikurezza u l-metodi tas-sikurezza; |
|
2. |
ir-regoli dwar ir-rekwiżiti fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza u ċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji; |
|
3. |
ir-regoli komuni tal-operazzjoni tan-network ferrovjarju li għadhom mhumiex koperti mit-TSIs, inklużi r-regoli dwar is-sistema ta' ġestjoni tas-sinjalazzjoni u tat-traffiku; |
|
4. |
ir-regoli li jistabbilixxu r-rekwiżiti fir-rigward ta' regoli addizzjonali interni tal-operazzjoni (ir-regoli tal-kumpannija) li għandhom ikunu stabbiliti mill-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji; |
|
5. |
ir-regoli dwar ir-rekwiżiti fir-rigward ta' persunal li jwettaq xogħlijiet kritiċi ta' sikurezza inklużi l-kriterji ta' selezzjoni, is-saħħa fiżika u t-taħriġ vokazzjonali u ċ-ċertifikazzjoni sa fejn dawn ikunu għadhom mhumiex koperti bit-TSI; |
|
6. |
ir-regoli dwar l-investigazzjoni ta' inċidenti u aċċidenti. |
ANNESS III
Rekwiżiti u kriterji ta' valutazzjoni għall-organizzazzjonijiet li japplikaw għal ċertifikat ECM jew għal ċertifikat fir-rigward tal-funzjonijiet tal-manutenzjoni sottokuntrattati minn entità Inkarigata mill-manutenzjoni
L-amministrazzjoni tal-organizzazzjoni għandha tkun dokumentata fil-partijiet rilevanti kollha u għandha partikolarment tiddeskrivi d-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet fl-organizzazzjoni u mas-sottokuntratturi. Dan għandu juri kif il-kontroll mill-amministrazzjoni f'livelli differenti huwa sikur, kif il-persunal u r-rappreżentanti tiegħu fil-livelli kollha huma involuti u kif it-titjib kontinwu huwa żgurat.
Ir-rekwiżiti bażiċi li ġejjin għandhom jiġu applikati għall-erba' funzjonijiet ta' entità inkarigata mill-manutenzjoni (ECM) li għandhom ikunu koperti mill-organizzazzjoni nnifisha jew permezz ta' arranġamenti kuntrattwali:
1. Tmexxija— impenn lejn l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistema ta' manutenzjoni tal-organizzazzjoni u lejn it-titjib kontinwu tal-effikaċja tagħha;
2. Valutazzjoni tar-riskju— approċċ strutturat biex jiġu vvalutati r-riskji assoċjati mal-manutenzjoni tal-vetturi, inklużi dawk li jirriżultaw direttament minn proċessi operattivi u minn attivitajiet ta' organizzazzjonijiet jew persuni oħra, u biex jiġu identifikati l-miżuri xierqa għall-kontroll tar-riskju;
3. Monitoraġġ— approċċ strutturat li jiżgura li jiġu stabbiliti l-miżuri għall-kontroll tar-riskju, li jkunu qed jaħdmu sew u li qed jilħqu l-għanijiet tal-organizzazzjoni;
4. Titjib kontinwu— approċċ strutturat biex tiġi analizzata l-informazzjoni miġbura permezz ta' monitoraġġ regolari, awditjar, jew sorsi oħra rilevanti, u biex ir-riżultati jservu ta' tagħlim u biex jiġu adottati miżuri preventivi jew korrettivi għaż-żamma jew it-titjib tal-livell tas-sikurezza;
5. Struttura u responsabbiltà— approċċ strutturat biex jiġu ddefiniti r-responsabbiltajiet ta' individwi u timijiet għal kisba sikura tal-għanijiet ta' sikurezza tal-organizzazzjoni;
6. Ġestjoni tal-kompetenza— approċċ strutturat biex jiġi żgurat li l-impjegati jkollhom il-kompetenzi meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet tal-organizzazzjoni b'mod sikur, effikaċi u effiċjenti fiċ-ċirkostanzi kollha.;
7. Informazzjoni— approċċ strutturat biex jiġi żgurat li informazzjoni importanti tkun disponibbli għal dawk li jiġġudikaw u jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni u biex tiżgura l-kompletezza u l-adegwatezza tal-informazzjoni;
8. Dokumentazzjoni— approċċ strutturat biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-informazzjoni rilevanti kollha;
9. Attivitajiet kontraenti— approċċ strutturat biex jiġi żgurat li attivitajiet sottokuntrattati jiġu ġestiti kif xieraq sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-organizzazzjoni u l-kompetenzi kollha u r-rekwiżiti jiġu koperti;
10. Attivitajiet ta' manutenzjoni— approċċ strutturat biex jiġi żgurat li:
|
— |
l-attivitajiet kollha ta' manutenzjoni li jaffettwaw is-sikurezza u l-komponenti kritiċi għas-sikurezza huma identifikati u ġestiti tajjeb u li l-bidliet kollha meħtieġa għal dawk l-attivitajiet ta' manutenzjoni li jaffettwaw is-sikurezza jiġu identifikati, ġestiti b'mod xieraq abbażi tal-feedback u l-applikazzjoni ta' Metodi Komuni tas-Sikurezza għall-valutazzjoni tar-riskju skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u dokumentati tajjeb; |
|
— |
konformità mar-rekwiżiti essenzjali għall-interoperabbiltà; |
|
— |
l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-faċilitajiet ta' manutenzjoni, tagħmir u għodda żviluppati u meħtieġa speċifikament għat-twettiq ta' manutenzjoni; |
|
— |
l-analiżi tad-dokumentazzjoni inizjali relatata mal-vettura li tipprovdi l-ewwel fajl tal-manutenzjoni u biex tkun żgurata l-implimentazzjoni korretta tagħha permezz tal-iżvilupp ta' ordnijiet ta' manutenzjoni; |
|
— |
il-komponenti (inklużi parts tal-bdil) u materjali jiġu użati kif speċifikat fl-ordnijiet ta' manutenzjoni u d-dokumentazzjoni tal-fornitur; jiġu maħżuna, trattati u trasportati b'mod adatt kif speċifikat fl-ordnijiet ta' manutenzjoni u d-dokumentazzjoni tal-fornitur u jikkonformaw ma' regoli nazzjonali u internazzjonali rilevanti kif ukoll mar-rekwiżiti tal-ordnijiet tal-manutenzjoni rilevanti; |
|
— |
faċilitajiet adattati u adegwati, it-tagħmir u l-għodda huma determinati, identifikati, ipprovduti, irreġistrati u jinżammu disponibbli biex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi ta' manutenzjoni skont l-ordnijiet ta' manutenzjoni u speċifikazzjonijiet applikabbli oħra, filwaqt jkun żgurat it-twettiq sikur tal-manutenzjoni, l-ergonomija u l-protezzjoni tas-saħħa; |
|
— |
l-organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri biex tiżgura li t-tagħmir ta' kejl tagħha u l-faċilitajiet, it-tagħmir u l-għodod kollha jintużaw sew, jiġu kkalibrati, preservati u miżmuma skont il-proċeduri dokumentati; |
11. Attivitajiet ta' kontroll— approċċ strutturat biex jiġi żgurat:
|
— |
li l-vetturi jitneħħew mill-operazzjoni għal manutenzjoni skedata, kondizzjonali jew korrettiva fi żmien dovut, jew kull meta jiġu identifikati xi difetti jew ħtiġijiet oħrajn; |
|
— |
il-miżuri ta' kontroll tal-kwalità meħtieġa; |
|
— |
li l-kompiti ta' manutenzjoni jitwettqu skont l-ordnijiet ta' manutenzjoni u biex jinħareġ l-avviż ta' ritorn għall-operazzjoni li jinkludi restrizzjonijiet eventwali ta' użu; |
|
— |
li każijiet possibbli ta' nuqqas ta' konformità fl-applikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni li jistgħu jirriżultaw f'inċidenti, aċċidenti, inċidenti li kważi seħħew jew okkorrenzi perikolużi oħra, jiġu rrappurtati, investigati u analizzati u li jittieħdu miżuri preventivi neċessarji f'konformità mal-metodu ta' sikurezza komuni għall-monitoraġġ kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1); |
|
— |
li l-awditjar intern rikorrenti u l-proċess ta' monitoraġġ ikunu konformi mal-metodu ta' sikurezza komuni għall-monitoraġġ kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1). |
ANNESS IV
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi għaliha
(imsemmija fl-Artikolu 34)
|
Direttiva 2004/49/KE |
|
|
Direttiva 2008/57/KE |
|
|
Direttiva 2008/110/KE |
|
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/149/KE |
|
|
Rettifika 2004/49/KE |
|
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2014/88/UE |
PARTI B
Limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 34)
|
Direttiva |
Skadenza għat-traspożizzjoni |
|
2004/49/KE |
30 ta' April 2006 |
|
2008/57/KE |
19 ta' Lulju 2010 |
|
2008/110/KE |
24 ta' Diċembru 2010 |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2009/149/KE |
18 ta' Ġunju 2010 |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2014/88/UE |
30 ta' Lulju 2015 |
ANNESS V
Tabella ta' Korrelazzjoni
|
Id-Direttiva 2004/49/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
|
— |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 12 |
— |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 14a (1) sa (7) |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 14a (8) |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 15 |
— |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 16 |
|
— |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 22 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 26 |
— |
|
— |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 28 |
— |
|
Artikolu 29 |
— |
|
Artikolu 30 |
— |
|
Artikolu 31 |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 30 |
|
— |
Artikolu 31 |
|
— |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 33 |
Artikolu 33 |
|
— |
Artikolu 34 |
|
Artikolu 34 |
Artikolu 35 |
|
Artikolu 35 |
Artikolu 36 |
|
Anness I |
Anness I |
|
Anness II |
Anness II |
|
Anness III |
— |
|
Anness IV |
— |
|
Anness V |
— |
|
— |
Anness III |
Stqarrija tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni
Il-Kummissjoni tfakkar li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rrikonoxxew, fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tagħhom tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni, li l-informazzjoni li l-Istati Membri jagħtu lill-Kummissjoni rigward it-traspożizzjoni tad-direttivi fil-liġi nazzjonali “għandha tkun ċara u preċiża” sabiex tiffaċilita l-kisba tal-inkarigu tal-Kummissjoni li tissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Fil-każ preżenti, id-dokumenti ta' spjegazzjoni setgħu kienu utli għal dan il-għan. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li t-test finali ma jinkludix dispożizzjonijiet dwar dan.