ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
Werrej |
|
Rettifika |
Paġna |
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
Rettifika
19.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/1 |
Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )
F'paġna 488, il-premessa 7, it-tielet sentenza,
minflok:
“…Kull Stat Membru għandu jħejji programm nazzjonali għall-iżvilupp rurali għat-territorju kollu tiegħu jew sett ta' programmi reġjonali, jew kemm programm nazzjonali kif ukoll sett ta' programmi reġjonali. …”,
aqra:
“…Kull Stat Membru għandu jħejji, jew programm nazzjonali għall-iżvilupp rurali għat-territorju kollu tiegħu, jew sett ta' programmi reġjonali, jew kemm programm nazzjonali kif ukoll sett ta' programmi reġjonali. …”;
F'paġna 491, il-premessa 20,
minflok:
“… Dik il-miżura għandha tkopri l-estensjoni u t-titjib tar-riżorsi tal-foresti, permezz tal-afforestazzjoni tal-art u l-ħolqien ta' sistemi agroforestali li jikkombinaw agrikoltura estensiva ma' sistemi ta' forestrija. Din għandha tkopri wkoll ir-restawr tal-foresti li tkun saritilhom ħsara minn nirien jew diżastri naturali oħra u avvenimenti katastrofiċi u miżuri ta' prevenzjoni rilevanti; l-investimenti f'teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-forestrija mmirati biex itejbu l-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tas-silvikulturisti; …”,
aqra:
“… Dik il-miżura għandha tkopri l-estensjoni u t-titjib tar-riżorsi tal-foresti, permezz tal-afforestazzjoni tal-art u l-ħolqien ta' sistemi agroforestali li jikkombinaw agrikoltura estensiva ma' sistemi ta' forestrija. Din għandha tkopri wkoll ir-restawr tal-foresti li tkun saritilhom ħsara minn nirien jew diżastri naturali oħra u avvenimenti katastrofiċi u miżuri ta' prevenzjoni rilevanti; l-investimenti f'teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-forestrija mmirati biex itejbu l-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjendi forestali; …”;
F'paġna 495, il-premessa 45,
minflok:
“(45) |
L-implimentazzjoni ta' proġetti innovattivi fil-kuntest tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola għandha sseħħ minn gruppi operazzjonali li jlaqqgħu flimkien bdiewa, amministraturi tal-foresti, komunitajiet rurali, riċerkaturi, NGOs konsulenti, negozji u atturi oħra kkonċernati permezz tal-innovazzjoni fis-settur agrikolu. …”, |
aqra:
“(45) |
L-implimentazzjoni ta' proġetti innovattivi fil-kuntest tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola għandha sseħħ minn gruppi operazzjonali li jlaqqgħu flimkien bdiewa, amministraturi tal-foresti, komunitajiet rurali, riċerkaturi, NGOs, konsulenti, negozji u atturi oħra kkonċernati permezz tal-innovazzjoni fis-settur agrikolu. …”; |
F'paġna 497, il-premessa 61,
minflok:
“… Għandha tkopri wkoll l-iskemi speċifiċi tal-Unjoni taħt l-Artikolu 17(1)(a) u l-karatteristiċi ta' gruppi ta' produtturi u tipi ta' azzjonijiet li jistgħu jirċievu appoġġ skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 17, kif ukoll l-iffissar ta' kondizzjonijiet biex jiġu evitati d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, tiġi evitata d-diskriminazzjoni kontra prodotti u l-esklużjoni ta' marki kummerċjali mill-appoġġ.”,
aqra:
“… Għandha tkopri wkoll l-iskemi speċifiċi tal-Unjoni taħt l-Artikolu 16(1)(a) u l-karatteristiċi ta' gruppi ta' produtturi u tipi ta' azzjonijiet li jistgħu jirċievu appoġġ skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 16, kif ukoll l-iffissar ta' kondizzjonijiet biex jiġu evitati d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, tiġi evitata d-diskriminazzjoni kontra prodotti u l-esklużjoni ta' marki kummerċjali mill-appoġġ.”;
F'paġna 505, l-Artikolu 15(4), l-aħħar subparagrafu,
minflok:
“Il-pariri jistgħu jkopru wkoll kwistjonijiet oħrajn u b'mod partikolari l-informazzjoni relatata mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ilma kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew kwistjonijiet b'rabta mal-prestazzjoni tal-ekonomija u dik ambjentali tal-azjenda agrikola inklużi l-aspetti ta' kompetittività. …”,
aqra:
“Il-pariri jistgħu jkopru wkoll kwistjonijiet oħrajn u b'mod partikolari l-informazzjoni relatata mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ilma kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jew kwistjonijiet b'rabta mal-prestazzjoni tal-ekonomija u dik ambjentali tal-azjenda agrikola inklużi l-aspetti ta' kompetittività. …”;
F'paġna 509, l-Artikolu 21(2),
minflok:
“2. Il-limitazzjonijiet fuq is-sidien tal-foresti previsti fl-Artikoli 22 sa 26 ma għandhomx japplikaw għall-foresti tropikali jew subtropikali u għall-imsaġar fit-territorji tal-Ażores, il-Madejra, il-Gżejjer Kanarji, il-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 (1) u d-dipartimenti Franċiżi Extra-Ewropej.
…
aqra:
“2. Il-limitazzjonijiet fuq is-sidien tal-foresti previsti fl-Artikoli 22 sa 26 ma għandhomx japplikaw għall-foresti tropikali jew subtropikali u għall-imsaġar fit-territorji tal-Ażores, il-Madejra, il-Gżejjer Kanarji, il-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u r-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi.
…
F'paġna 510, l-Artikolu 26(1),
minflok:
“1. L-appoġġ skont il-punt (e) tal-Artikolu 21(1) għandu jingħata lis-silvikulturisti privati, il-muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u lill-SMEs għal investimenti li jtejbu l-potenzjal tal-forestrija jew li jkunu relatati mal-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni li jżidu l-valur tal-prodotti tal-forestrija. Fit-territorji tal-Gżejjer Ażores, il-Madejra, il-Gżejjer Kanarji, il-Gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 u d-Dipartimenti Franċiżi Extrakontinentali, l-appoġġ jista' jingħata wkoll lil impriżi li mhumiex SMEs.”,
aqra:
“1. L-appoġġ skont il-punt (e) tal-Artikolu 21(1) għandu jingħata lis-silvikulturisti privati, il-muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u lill-SMEs għal investimenti li jtejbu l-potenzjal tal-forestrija jew li jkunu relatati mal-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni li jżidu l-valur tal-prodotti tal-forestrija. Fit-territorji tal-Gżejjer Ażores, il-Madejra, il-Gżejjer Kanarji, il-Gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, u r-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi, l-appoġġ jista' jingħata wkoll lil impriżi li mhumiex SMEs.”;
F'paġna 512, l-Artikolu 28(6), it-tieni subparagrafu,
minflok:
“Meta jikkalkulaw pagamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont meħtieġ sabiex jeskludu l-finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.”,
aqra:
“Meta jikkalkulaw pagamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont meħtieġ sabiex jeskludu l-finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.”;
F'paġna 512, l-Artikolu 28(11),
minflok:
“11. Sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament doppju, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 jiġi eskluż, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 83 li jistabbilixxi l-metodu tal-kalkolu li għandu jintuża, inkluż fil-każ ta' miżuri ekwivalenti skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.”,
aqra:
“11. Sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament doppju, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 jiġi eskluż, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 83 li jistabbilixxi l-metodu tal-kalkolu li għandu jintuża, inkluż fil-każ ta' miżuri ekwivalenti skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.”;
F'paġna 512, l-Artikolu 29(2),
minflok:
“2. L-appoġġ għandu jingħata biss għal impenji li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-kriterji u l-attivitajiet minimi rilevanti kif stabbiliti skont il-punti (c)(ii) u (c)(iii) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru DP/2013, rekwiżiti minimi rilevanti għal fertilizzanti u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-liġi nazzjonali. Dawn ir-rekwiżiti kollha għandhom jiġu identifikati fil-programm.”,
aqra:
“2. L-appoġġ għandu jingħata biss għal impenji li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-kriterji u l-attivitajiet minimi rilevanti kif stabbiliti skont il-punti (c)(ii) u (c)(iii) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, rekwiżiti minimi rilevanti għal fertilizzanti u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-liġi nazzjonali. Dawn ir-rekwiżiti kollha għandhom jiġu identifikati fil-programm.”;
F'paġna 513, l-Artikolu 30(3),
minflok:
“3. L-appoġġ għall-bdiewa, b'rabta mad-Direttiva 92/43/KEE u 2009/147/KE għandu jingħata biss b'rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw minn rekwiżiti li jmorru lil hinn mill-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba prevista fl-Artikolu 94 u l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1306/2013 u l-kriterji u l-attivitajiet minimi rilevanti stabbiliti skont il-punti (c)(ii) u (c)(iii) tal-Artikolu 4(1), tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.”,
aqra:
“3. L-appoġġ għall-bdiewa, b'rabta mad-Direttiva 92/43/KEE u 2009/147/KE għandu jingħata biss b'rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw minn rekwiżiti li jmorru lil hinn mill-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba prevista fl-Artikolu 94 u l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1306/2013 u l-kriterji u l-attivitajiet minimi rilevanti stabbiliti skont il-punti (c)(ii) u (c)(iii) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.”;
F'paġna 513, l-Artikolu 31(1), it-tieni subparagrafu,
minflok:
“L-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf għandhom jiġu kkalkulati b'paragun ma' żoni li mhumiex affettwati minn restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-pagamenti skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.”,
aqra:
“L-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf għandhom jiġu kkalkulati b'paragun ma' żoni li mhumiex affettwati minn restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-pagamenti skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.”;
F'paġna 515, l-Artikolu 32(4), l-aħħar subparagrafu,
minflok:
“B'deroga ta' dan, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-Istati Membri fejn it-territorju kollu tagħhom jitqies bħala żona li qiegħda tiffaċċja żvantaġġi speċifiċi skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1698/2005 u (KE) Nru 1257/1999.”,
aqra:
“B'deroga ta' dan, it-tieni subparagrafu ma għandux japplika għall-Istati Membri fejn it-territorju kollu tagħhom jitqies bħala żona li qiegħda tiffaċċja żvantaġġi speċifiċi skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1698/2005 u (KE) Nru 1257/1999.”;
F'paġna 525, l-Artikolu 54(3), it-test introduttorju,
minflok:
“3. L-appoġġ mill-FAEŻR skont l-Artikolu 51(3) għandu jintuża:”,
aqra:
“3. L-appoġġ mill-FAEŻR skont l-Artikolu 51(2) għandu jintuża:”;
F'paġna 526, l-Artikolu 58(5),
minflok:
“5. Fondi trasferiti minn Stat Membru skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandhom jitnaqqsu mill-ammonti allokati lil dak l-Istat Membru f'konformità mal-paragrafu 4.”,
aqra:
“5. Fondi trasferiti minn Stat Membru skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jitnaqqsu mill-ammonti allokati lil dak l-Istat Membru f'konformità mal-paragrafu 4.”;
F'paġna 527, l-Artikolu 59(3), l-ewwel subparagrafu,
minflok:
“3. Il-programmi ta' żvilupp rurali għandhom jistabbilixxu rata ta' kontribuzzjoni unika mill-FAEŻR applikabbli għall-miżuri kollha. Fejn applikabbli, għandha tiġi stabbilita rata ta' kontribuzzjoni mill-FAEŻR separata għar-reġjuni inqas żviluppati, għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, kif ukoll għar-reġjuni ta' transizzjoni. …”,
aqra:
“3. Il-programmi ta' żvilupp rurali għandhom jistabbilixxu rata ta' kontribuzzjoni unika mill-FAEŻR applikabbli għall-miżuri kollha. Fejn applikabbli, għandha tiġi stabbilita rata ta' kontribuzzjoni mill-FAEŻR separata għar-reġjuni inqas żviluppati, għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, kif ukoll għar-reġjuni ta' transizzjoni. …”;
F'paġna 527, il-punt (a) tal-Artikolu 59(3),
minflok:
“(a) |
85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati, fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93;”, |
aqra:
“(a) |
85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati, fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;”; |
F'paġna 527, il-punt (a) tal-Artikolu 59(4),
minflok:
“… Dik ir-rata tista' tiżdied sa mhux aktar minn 90 % għall-programmi ta' reġjuni inqas żviluppati, ir-reġjuni ultraperiferiċi, tal-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 u tar-reġjuni ta' transizzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3;”,
aqra:
“… Dik ir-rata tista' tiżdied sa mhux aktar minn 90 % għall-programmi ta' reġjuni inqas żviluppati, tar-reġjuni ultraperiferiċi, tal-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, u tar-reġjuni ta' transizzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3;”;
F'paġna 527, il-punt (e) tal-Artikolu 59(4),
minflok:
“(e) |
100 % għall-operazzjonijiet li qed jirċievu finanzjament mill-fondi ttrasferiti għall-FAEŻR bl-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.”, |
aqra:
“(e) |
100 % għall-operazzjonijiet li qed jirċievu finanzjament mill-fondi ttrasferiti għall-FAEŻR bl-applikazzjoni tal-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.”; |
F'paġna 532, l-Artikolu 83(1),
minflok:
“1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 28(10) u (11), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(4), l-Artikolu 34(5), l-Artikolu 35(10), l-Artikolu 36(5), l-Artikolu 45(6), l-Artikolu 47(6) u l-Artikolu 89, soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.”,
aqra:
“1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 28(10) u (11), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(4), l-Artikolu 34(5), l-Artikolu 35(10), l-Artikolu 36(5), l-Artikolu 45(6), l-Artikolu 47(6), l-Artikolu 58(7) u l-Artikolu 89, soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.”;
F'paġna 533, l-Artikolu 83(2),
minflok:
“2. Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 28(10) u (11), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(4), l-Artikolu 34(5), l-Artikolu 35(10), l-Artikolu 36(5), l-Artikolu 45(6), l-Artikolu 47(6) u l-Artikolu 89 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' seba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. …”,
aqra:
“2. Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 28(10) u (11), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(4), l-Artikolu 34(5), l-Artikolu 35(10), l-Artikolu 36(5), l-Artikolu 45(6), l-Artikolu 47(6), l-Artikolu 58(7) u l-Artikolu 89 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' seba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. …”;
F'paġna 533, l-Artikolu 83(3),
minflok:
“3. Is-setgħa biex jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 28(10) u (11), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(4), l-Artikolu 34(5), l-Artikolu 35(10), l-Artikolu 36(5), l-Artikolu 45(6), l-Artikolu 47(6) u l-Artikolu 89 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. …”,
aqra:
“3. Is-setgħa biex jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 28(10) u (11), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(4), l-Artikolu 34(5), l-Artikolu 35(10), l-Artikolu 36(5), l-Artikolu 45(6), l-Artikolu 47(6), l-Artikolu 58(7) u l-Artikolu 89 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. …”;
F'paġna 533, l-Artikolu 83(5),
minflok:
“5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(3), l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 28(10) u (11), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(4), l-Artikolu 34(5), l-Artikolu 35(10), l-Artikolu 36(5), l-Artikolu 45(6) u l-Artikolu 47(6) u l-Artikolu 89 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika dwar dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.”,
aqra:
“5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(3), l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 28(10) u (11), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(4), l-Artikolu 34(5), l-Artikolu 35(10), l-Artikolu 36(5), l-Artikolu 45(6) u l-Artikolu 47(6), l-Artikolu 58(7) u l-Artikolu 89 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;
F'paġna 547, l-Anness VI, is-sentenza wara l-Artikolu 39,
minflok:
“Miżura ta' rilevanza partikolari għall-irkupru, il-preservazzjoni u t-titjib tal-ekosistemi dipendenti fuq l-agrikoltura u l-forestrija…”,
aqra:
“Miżura ta' rilevanza partikolari għall-irkupru, il-preservazzjoni u t-titjib tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u l-forestrija…”.
19.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/6 |
Rettifka tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )
F'paġna 553, premessa 26:
minflok:
“(26) |
Minbarra l-prefinanzjament, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn pagamenti mill-Kummissjoni għall-pagamenti interim tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati u l-pagament ta' bilanċi, u għandhom jiġu stipualati regoli dettaljati dwar il-ħlas tagħhom. Ir-regola tad- diżimpenn awtomatiku għandha tgħin sabiex it-twettiq tal- programmi jsir b'mod aktar mgħaġġel, u għandha tikkontribwixxi għal ġestjoni finanzjarja soda. Ir-regoli dwar l-oqfsa nazzjonali tal-Istati Membri bi programmi reġjonali kif stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (1) jipprevedu wkoll għodda għall-Istati Membri biex jiżguraw l-eżekuzzjoni u ġestjoni finanzjarja soda.”, |
aqra:
“(26) |
Minbarra l-prefinanzjament, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn pagamenti mill-Kummissjoni lill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati, pagamenti interim u l-pagament ta' bilanċi, u għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati dwar il-ħlas tagħhom. Ir-regola tad-diżimpenn awtomatiku għandha tgħin sabiex it-twettiq tal- programmi jsir b'mod aktar mgħaġġel, u għandha tikkontribwixxi għal ġestjoni finanzjarja soda. Ir-regoli dwar l-oqfsa nazzjonali tal-Istati Membri bi programmi reġjonali kif stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprevedu wkoll għodda għall-Istati Membri biex jiżguraw l-eżekuzzjoni u ġestjoni finanzjarja soda.”. |
F'paġna 563, Artikolu 4(1)(d):
minflok:
“(d) |
il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Iskema tal-Unjoni ta' Frott u Ħxejjex għall-Iskejjel kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għall-miżuri relatai mal-mard tal-annimali u t-telf tal-fiduċja tal-konsumatur kif imsemmi fl-Artikolu 155 ta' dak ir-Regolament.”, |
aqra:
“(d) |
il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Iskema tal-Unjoni ta' Frott u Ħxejjex għall-Iskejjel kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għall-miżuri relatati mal-mard tal-annimali u t-telf tal-fiduċja tal-konsumatur kif imsemmi fl-Artikolu 220 ta' dak ir-Regolament.”. |
F'paġna 580, Artikolu 62(2)(e):
minflok:
“(e) |
fir-rigward ta' qanneb kif imsemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, regoli dwar il-miżuri speċifiċi ta' kontroll u l-metodi biex jiġu ddeterminati l-livelli ta' tetraidrokannabinol;”, |
aqra:
“(e) |
fir-rigward ta' qanneb kif imsemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, regoli dwar il-miżuri speċifiċi ta' kontroll u l-metodi biex jiġu ddeterminati l-livelli ta' tetraidrokannabinol;”. |
F'paġna 583, Artikolu 67(4)(b):
minflok:
“(b) |
“pagament dirett relatat mal-erja” tfisser l-iskema bażika ta' pagament; l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja u l-pagament ridistributtiv kif imsemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013; …”, |
aqra:
“(b) |
“pagament dirett relatat mal-erja” tfisser l-iskema bażika ta' pagament; l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja u l-pagament ridistributtiv kif imsemmi fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013; …”. |
F'paġna 600, Artikolu 120:
minflok:
“Biex tiġi żgurata t-transizzjoni mingħajr diffikultà mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti mħassrin imsemmija fl-Artikolu 118 għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 fir-rigward tal-każijiet fejn jistgħu japplikaw id-derogi mir-regoli previsti f'dan ir-Regolament u ż-żidiet magħhom.”,
aqra:
“Biex tiġi żgurata t-transizzjoni mingħajr diffikultà mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti mħassrin imsemmija fl-Artikolu 119 għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 fir-rigward tal-każijiet fejn jistgħu japplikaw id-derogi mir-regoli previsti f'dan ir-Regolament u ż-żidiet magħhom.”.
19.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/7 |
Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )
F'paġna 648, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 61(2):
minflok:
“2. Il-pagamenti taħt l-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jissostitwixxu l-pagamenti li għandhom jingħataw skont it-Titoli III u IV.”,
aqra:
“2. Il-pagamenti taħt l-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jissostitwixxu l-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skont it-Titoli III u IV.”.
F'paġna 649, Artikolu 63(2)(a)
minflok:
“(a) |
ammont ugwali għall-valur totali tal-pagamenti li għandhom jiġu allokati …”, |
aqra:
“(a) |
ammont ugwali għall-valur totali tal-pagamenti diretti li għandhom jiġu allokati …”. |
F'paġna 649, Artikolu 63(2)(b)
minflok:
“(b) |
ammont ugwali għall-valur totali tal-pagamenti li għandhom jiġu allokati …”, |
aqra:
“(b) |
ammont ugwali għall-valur totali tal-pagamenti diretti li għandhom jiġu allokati …”. |
19.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/8 |
Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )
1. |
F'paġna 693, l-Artikolu 13(1), it-test introduttorju, |
minflok:
“1. Matul il-perijodi msemmija fl-Artikolu 11, intervent pubbliku:”,
aqra:
“1. Matul il-perijodi msemmija fl-Artikolu 12, intervent pubbliku:”;
2. |
F'paġna 694, it-tieni sentenza tal-Artikolu 16(2), |
minflok:
“F'dawk il-każijiet, il-valur kontabbli ta' tali prodotti għandu jkun il-livell tal-prezz fiss b'intervent pubbliku rilevanti msemmi fl-Artikolu 14(2) ta' dan ir-Regolament.”,
aqra:
“F'dawk il-każijiet, il-valur kontabbli ta' tali prodotti għandu jkun il-livell tal-prezz fiss b'intervent pubbliku rilevanti msemmi fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament.”;
3. |
F'paġna 705, l-Artikolu 41(1), |
minflok:
“1. Kull Stat Membru produttur elenkat fl-Anness VI għandu jissottometti lill-Kummissjoni abbozz ta' programm ta' appoġġ ta' ħames snin li jkun fih tal-anqas waħda mill-miżuri eliġibbli stipulati fl-Artikolu 38.”,
aqra:
“1. Kull Stat Membru produttur elenkat fl-Anness VI għandu jissottometti lill-Kummissjoni abbozz ta' programm ta' appoġġ ta' ħames snin li jkun fih tal-anqas waħda mill-miżuri eliġibbli stipulati fl-Artikolu 43.”;
4. |
F'paġna 719, il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 91, |
minflok:
“(a) |
jistabbilixxu lista ta' ħalib u prodotti tal-ħalib imsemmija fit- tieni paragrafu tal-punt 5 tal-Parti III tal-Anness VII, u ta' xaħmijiet li jiddellku msemmija fil-punt (a) tas-sitt paragrafu tat-Taqsima I tal-Parti VII tal-Anness VII, …”, |
aqra:
“(a) |
jistabbilixxu lista ta' ħalib u prodotti tal-ħalib imsemmija fit- tieni paragrafu tal-punt 5 tal-Parti III tal-Anness VII, u ta' xaħmijiet li jiddellku msemmija fil-punt (a) tas-sitt paragrafu tal-punt I tal-Parti VII tal-Anness VII, …”; |
5. |
F'paġna 733, l-Artikolu 141(5), |
minflok:
“5. Iz-zokkor maħżun skont dan l-Artikolu matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni ma jista' jkun soġġett għall-ebda miżura ta' ħżin oħra prevista fl-Artikoli 16 jew 130.”,
aqra:
“5. Iz-zokkor maħżun skont dan l-Artikolu matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni ma jista' jkun soġġett għall-ebda miżura ta' ħżin oħra prevista fl-Artikoli 17 jew 130.”;
6. |
F'paġna 738, il-punt (c)(x) tal-Artikolu 152(1), |
minflok:
“(x) |
jiġu mmaniġġati l-fondi mutwi msemmija fil-programmi operattivi fil-qasam tal-frott u l-ħaxix msemmija fl-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013”, |
aqra:
“(x) |
jiġu mmaniġġati l-fondi mutwi msemmija fil-programmi operattivi fil-qasam tal-frott u l-ħaxix imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 33(3) ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;”; |
7. |
F'paġna 750, il-punt (f) tal-Artikolu 173(1), |
minflok:
“(f) |
is-setturi li għalihom japplikaw l-Artikolu 161, …”, |
aqra:
“(f) |
is-setturi li għalihom japplikaw l-Artikolu 155, …”; |
8. |
F'paġna 751, il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 175, |
minflok:
“(a) |
ir-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet f'aktar minn Stat Membru wieħed, skont ir-regoli adottati skont il-punt (d) tal-Artikolu 174(1);”, |
aqra:
“(a) |
ir-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet f'aktar minn Stat Membru wieħed, skont ir-regoli adottati skont il-punt (d) tal-Artikolu 173(1);”; |
9. |
F'paġna 751, il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 175, |
minflok:
“(c) |
il-lista ta' distretti ekonomiċi notifikata minn Stati Membri f'konformità mar-regoli adottati skont il-punt (h) tal-Artikolu 174(1) u l-punt (d) tal-Artikolu 174(2);”, |
aqra:
“(c) |
il-lista ta' distretti ekonomiċi notifikata minn Stati Membri f'konformità mar-regoli adottati skont il-punt (i) tal-Artikolu 173(1) u l-punt (d) tal-Artikolu 173(2);”; |
10. |
F'paġna 753, l-Artikolu 181(1), |
minflok:
“1. Għall-applikazzjoni ta' rata ta' dazju tat-Tariffa Doganali Komuni għal prodotti tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, il-frott u l-ħxejjex ipproċessati u għall-meraq tal-għeneb u l-most, il-prezz tad-dħul ta' konsenja għandu jkun ugwali għall-valur doganali tagħha kkalkulat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 (1) (il-Kodiċi Doganali) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 (2).
aqra:
“1. Għall-applikazzjoni ta' rata ta' dazju tat-Tariffa Doganali Komuni għal prodotti tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, il-frott u l-ħxejjex ipproċessati u għall-meraq tal-għeneb u l-most, il-prezz tad-dħul ta' konsenja għandu jkun ugwali għall-valur doganali tagħha kkalkulat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (3) (il-Kodiċi Doganali) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4).
11. |
F'paġna 768, il-punt (c) tal-Artikolu 230(1), |
minflok:
“(c) |
L-Artikolu 113a(4), l-Artikoli 114, 115 u 116, l-Artikolu 117(1) sa (4) u l-punt (e)(iv) tal-Artikolu 121, kif ukoll il-punti I(2) u (3) u III(1) tal-Parti B u l-Parti C tal-Anness XIV, u l-punti 1, 3, 5 u 6 tal-Parti II u l-punt 2 tal- Parti IV tal-Anness XV għall-fini tal-applikazzjoni ta' dawk l- Artikoli, …”, |
aqra:
“(c) |
L-Artikolu 113a(4), l-Artikoli 114, 115 u 116, l-Artikolu 117(1) sa (4) u l-punt (e)(iv) tal-Artikolu 121, kif ukoll il-punt IV tal-Parti A, il-punti I(2) u (3) u III(1) tal-Parti B u l-Parti C tal- Anness XIV, u l-punti 1, 3, 5 u 6 tal-Parti II u l-punt 2 tal-Parti IV tal-Anness XV għall-fini tal-applikazzjoni ta' dawk l- Artikoli, …”; |
12. |
F'paġna 768, il-punt (h) tal-Artikolu 230(1), |
minflok:
“(h) |
Punt 3(b) tal-Parti III tal-Anness XV sal-31 ta' Diċembru 2015;”, |
aqra:
“(h) |
Punt 3 tal-Parti III tal-Anness XV sal-31 ta' Diċembru 2015;”; |
13. |
F'paġna 792, l-Anness I, il-Parti XXIV, it-Taqsima 2, it-tmien ringiela tat-tabella, |
minflok:
“ex 1212 99 95 |
Għeruq taċ-ċikwejra”, |
aqra:
“1212 94 00 |
Għeruq taċ-ċikwejra”; |
14. |
F'paġna 797, l-Anness II, il-Parti V, |
minflok:
“‘Annimali tal-ifrat’ tfisser annimali ħajjin tal-ispeċijiet domestiċi tal-ifrat li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM 0102 21, 0102 31 00, 0102 90 20, ex 0102 29 10 sa ex 0102 29 99, 0102 39 10, 0102 90 91.”,
aqra:
“‘Annimali tal-ifrat’ tfisser annimali ħajjin tal-ispeċijiet domestiċi tal-ifrat li jidħlu taħt il-kodiċijiet NM 0102 21, ex 0102 31 00, 0102 90 20, ex 0102 29 10 to ex 0102 29 99, 0102 39 10, 0102 90 91.”;
15. |
F'paġna 826, l-Appendiċi II għall-Anness VII, is-sentenza li ġejja għandha tiżdied taħt it-tabella: |
“Il-komponent ta' xaħam tal-ħalib tal-prodotti elenkati f'dan l-Appendiċi jista' jinbidel biss bi proċessi fiżiċi.”;
16. |
Fpaġni 841-854, l-Anness XIV, |
(a) |
Il-linji tat-tabella ta' korrelazzjoni rigward l-Artikoli 66 sa 85(d), 103g, 113a(4), 113b, 114, 115, 116, 118o, 118p, 122, 125a u 126b għandhom jinqraw kif ġej: |
[Regolament (KE) Nru 1234/2007] |
[Dan ir-Regolament] |
[Regolament (UE) Nru 1306/2013] |
Artikolu 66 |
— (2) |
— |
Artikolu 67 |
— (2) |
— |
Artikolu 68 |
— (2) |
— |
Artikolu 69 |
— (2) |
— |
Artikolu 70 |
— (2) |
— |
Artikolu 71 |
— (2) |
— |
Artikolu 72 |
— (2) |
— |
Artikolu 73 |
— (2) |
— |
Artikolu 74 |
— (2) |
— |
Artikolu 75 |
— (2) |
— |
Artikolu 76 |
— (2) |
— |
Artikolu 77 |
— (2) |
— |
Artikolu 78 |
— (2) |
— |
Artikolu 79 |
— (2) |
— |
Artikolu 80 |
— (2) |
— |
Artikolu 81 |
— (2) |
— |
Artikolu 82 |
— (2) |
— |
Artikolu 83 |
— (2) |
— |
Artikolu 84 |
— (2) |
— |
Artikolu 85 |
Fir-rigward tal-ħalib: — (2) Fir-rigward ta' setturi oħra: |
— |
— Artikolu 85(a) |
Artikolu 143(1) u Artikolu 144(a) |
— |
— Artikolu 85(b) |
Artikolu 144(j) |
— |
— Artikolu 85(c) |
Artikolu 144(i) |
— |
— Artikolu 85(d) |
— |
— |
Artikolu 103g |
Artikolu 33(1), Artikolu 37(a) u Artikolu 38(b) |
— |
Artikolu 113a(4) |
— (2) |
— |
Artikolu 113b |
Artikolu 78 |
— |
Artikolu 114 |
Artikolu 78(1) (2) |
— |
Artikolu 115 |
Artikolu 78(1), Artikolu 75(1)(h) (2) |
— |
Artikolu 116 |
Artikolu 78(1), Artikolu 75(1)(f) u (g) (2) |
— |
Artikolu 118o |
— |
Artikolu 90(2) |
Artikolu 118p |
— |
Artikolu 90(3) |
Artikolu 122 |
Artikoli 152 u 160 |
— |
Artikolu 125a |
Artikoli 153 u 160 |
— |
Artikolu 126b |
Artikolu 163 |
— |
(b) |
Il-linja tat-tabella ta' korrelazzjoni li tirrigwarda l-Anness XIV.A tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tinqara skont iż-żewġ linji li ġejjin: |
Anness XIV.A, punti I, II u III |
Anness VII, Parti VI |
— |
Anness XIV.A, punt IV |
Artikolu 89 |
— |
17. |
F'paġna 854, Anness XIV, nota aħħarija 1, |
minflok:
“(1) |
Ara wkoll ir-Regolament tal-Kunsill li għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 43(3) TFUE.”, |
aqra:
“(1) |
Ara wkoll ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12).”. |
19.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/12 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 346 tal-20 ta' Diċembru 2013 )
1. |
F'paġna 13, l-Artikolu 1, |
minflok:
“Dan ir-Regolament jipprovdi għal miżuri dwar l-iffissar ta' prezzijiet, imposti, għajnuna u limitazzjonijiet kwantitattivi marbuta mal-organizzazzjoni komuni unika tas-swieq agrikoli stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.”,
aqra:
“Dan ir-Regolament jipprovdi għal miżuri dwar l-iffissar ta' prezzijiet, imposti, għajnuna u limitazzjonijiet kwantitattivi marbuta mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.”;
2. |
F'paġna 19, l-Anness, it-Tabella ta' Korrelazzjoni, it-tmien linja, |
minflok:
“Artikolu 43(aa) |
Artikolu 3(5)”, |
aqra:
“Artikolu 43(aa) |
Artikolu 3(6)”. |
19.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/13 |
Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet transitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )
F'paġna 877, l-Anness I, it-tabella ta' korrelazzjoni, il-kolonna li tikkonċerna r-Regolament (KE) Nru 1698/2005,
minflok:
“Artikolu 36(v): Pagamenti għat-trattament xieraq tal-annimali”,
aqra:
“Artikolu 36(a)(v): Pagamenti għat-trattament xieraq tal-annimali”;
F'paġna 877, l-Anness I, it-tabella ta' korrelazzjoni, wara l-Artikolu 36(a)(v) ir-ringiela segwenti tiddaħħal għar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u r-Regolament (UE) Nru 1305/2013, rispettivament:
“Artikolu 36(a)(vi): appoġġ għal investimenti mhux produttivi |
Artikolu 17(1)(d)”; |
F'paġna 880, l-Anness II, il-punt (4) li jikkonċerna l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, fit-Tabella 2, ir-ringiela li tikkonċerna l-Kroazja hija mħassra;
F'paġna 882, l-Anness II, il-punt (5) li jikkonċerna l-Anness VIIIc tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-intestatura,
minflok:
“Limiti massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 72a(3) u l-Artikolu 125a(3)”,
aqra:
“Limiti massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 72a(6) u l-Artikolu 125a(5)”.