|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/765
tal-11 ta' Marzu 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward ta' ċerti prattiċi enoloġiċi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 75(2) u (3)(g) u l-Artikolu 147(3)(e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (2), il-prattiċi enoloġiċi awtorizzati huma stabbiliti fl-Anness I A ta' dak ir-Regolament. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) adottat tliet prattiċi enoloġiċi ġodda, dwar l-użu ta' attivaturi ta' fermentazzjoni malolattika, it-trattament tal-inbid bil-glutatijon u t-trattament tal-most bil-glutatijon. Sabiex jitqies il-progress tekniku u biex il-produtturi mill-Unjoni jingħataw l-istess possibbiltajiet bħal dawk disponibbli għall-produtturi minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li dawn il-prattiċi enoloġiċi ġodda jiġu awtorizzati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet tal-użu ddefiniti mill-OIV. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 80(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013, meta tawtorizza prattiċi enoloġiċi għall-inbid, il-Kummissjoni għandha tqis il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. |
|
(3) |
Il-glutatijon jintuża għall-proprjetajiet antiossidattivi tiegħu u jibqa' attiv fil-prodott finali, u għalhekk jintuża bħala addittiv tal-ikel. Madankollu huwa attwalment mhux inkluż fil-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għaldaqstant, it-trattament tal-inbid bil-glutatijon u t-trattament tal-most bil-glutatijon ma jistgħux jiġu awtorizzati bħala prattiċi enoloġiċi ġodda fl-Unjoni kemm-il darba l-glutatijon ma jiġix inkluż fl-elenku tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel, abbażi ta' opinjoni pożittiva mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 606/2009
L-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
ANNESS
L-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-tabella, għandha tiddaħħal ir-ringiela 56 kif ġej;
|
||||||||||||
|
(2) |
tiżdied l-Appendiċi 22 kif ġej: “Appendiċi 22 Attivaturi tal-fermentazzjoni malolattika L-għan hu li jiżdiedu l-attivaturi tal-fermentazzjoni malolattika fi tmiem il-fermentazzjoni alkoħolika jew wara biex tkun iffaċilitata l-fermentazzjoni malolattika. Jiġu promossi l-bidu, il-kinetika jew it-tlestija tal-fermentazzjoni malolattika:
Preskrizzjonijiet
(*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).” " |
(*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).” ”
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/766
tat-13 ta' Mejju 2016
li jistabbilixxi projbizzjoni temporanja tas-sajd għar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fiha, eżawrew il-kwota ta' nofs il-perjodu allokata lilhom għall-perjodu qabel l-1 ta' Lulju 2016. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk sat-30 ta' Ġunju 2016. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2016 sat-30 ta' Ġunju 2016 inklużi għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd diretti għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija fih jew li huma rreġistrati fihom, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness sat-30 ta' Ġunju 2016 inkluż.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
01/TQ72 |
|
Stat Membru |
L-Unjoni Ewropea (Kull Stat Membru) |
|
Stokk |
RED/N3M |
|
Speċi |
Redfish (Sebastes spp.) |
|
Żona |
NAFO 3M |
|
Data tal-għeluq |
mit-23.2.2016 sat-30.6.2016 |
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/767
tas-17 ta' Mejju 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
107,7 |
|
TR |
71,0 |
|
|
ZZ |
89,4 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
116,3 |
|
ZZ |
116,3 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
138,6 |
|
ZZ |
138,6 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
47,3 |
|
IL |
89,1 |
|
|
MA |
55,2 |
|
|
TR |
31,5 |
|
|
ZA |
81,4 |
|
|
ZZ |
60,9 |
|
|
0805 50 10 |
ZA |
161,1 |
|
ZZ |
161,1 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
109,2 |
|
BR |
100,8 |
|
|
CL |
117,3 |
|
|
CN |
95,4 |
|
|
NZ |
153,4 |
|
|
US |
163,7 |
|
|
ZA |
95,5 |
|
|
ZZ |
119,3 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/768
tal-21 ta' April 2016
dwar l-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar Tniġġis tal-Arja Transkonfinali fuq Distanza Twila li Jikkonċerna l-Metalli Tqal
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni tal-1979 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja fuq Distanza Twila (il-“Konvenzjoni”), wara l-approvazzjoni tagħha fl-1981 (1). |
|
(2) |
L-Unjoni hija parti għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja fuq Distanza Twila li Jikkonċerna l-Metalli Tqal (il-“Protokoll”), wara l-approvazzjoni tiegħu fl-4 ta' April 2001 (2). |
|
(3) |
Il-partijiet għall-Protokoll fetħu n-negozjati fl-2009, li l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu ġie estiż fl-2010, bil-ħsieb li jtejbu ulterjorment il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, inkluż permezz tal-aġġornament tal-valuri limitu tal-emissjoni li indirizzaw fis-sors l-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa fl-arja. |
|
(4) |
Fl-2012, il-partijiet preżenti għall-31 sessjoni tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni adottaw b'kunsens id-Deċiżjonijiet 2012/5 u 2012/6 li jemendaw il-Protokoll. |
|
(5) |
L-emendi li jinsabu fid-Deċiżjoni 2012/6 daħlu fis-seħħ u saru effettivi abbażi tal-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 13(4) tal-Protokoll. |
|
(6) |
L-emendi li jinsabu fid-Deċiżjoni 2012/5 jirrikjedu aċċettazzjoni mill-partijiet għall-Protokoll skont l-Artikolu 13(3) tal-Protokoll. |
|
(7) |
L-Unjoni diġà adottat strumenti dwar materji koperti mill-emendi għall-Protokoll, inkluż id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(8) |
Għaldaqstant l-emendi għall-Protokoll li jinsabu fid-Deċiżjoni 2012/5 għandhom jiġu aċċettati f'isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar Tniġġis tal-Arja Transkonfinali fuq Distanza Twila li Tikkonċerna l-Metalli Tqal (il-“Protokoll”) huma b'dan aċċettati f'isem l-Unjoni.
It-test tal-emendi għall-Protokoll kif jinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/5 tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiddepożitaw, f'isem l-Unjoni, fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni, l-istrument ta' aċċettazzjoni previst fl-Artikolu 13(3) tal-Protokoll (4).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
G.A. VAN DER STEUR
(1) ĠU L 171, 27.6.1981, p. 11.
(2) ĠU L 134, 17.5.2001, p. 40.
(3) Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Protokoll ser jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
EMENDI GĦALL-PROTOKOLL
tal-1998 kif jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/5 tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni
(a) Artikolu 1
|
1. |
Fil-paragrafu 10 il-kliem “ta': (i) dan il-Protokoll; jew (ii) emenda tal-anness I jew II, fejn is-sors immobbli jsir suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll permezz ta' dik l-emenda biss” jinbidlu bil-kliem “għal Parti għall-Protokoll preżenti. Parti tista' tiddeċiedi li ma tittrattax bħala sors immobbli ġdid kwalunkwe sors immobbli li għalih diġà tkun ingħatat l-approvazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jixirqu mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għal dik il-Parti u sakemm il-kostruzzjoni jew il-modifika sostanzjali tinbeda fi żmien ħames snin minn dik id-data”. |
|
2. |
Jiżdied paragrafu 12 ġdid wara l-paragrafu 11 kif ġej: “12. It-termini “dan il-Protokoll”, “il-Protokoll” u “il-Protokoll preżenti” ifissru l-Protokoll tal-1998 dwar Metalli Tqal, kif jiġi emendat minn żmien għal żmien.” |
(b) Artikolu 3
|
3. |
Fil-paragrafu 2 il-kelma “Kull wieħed” tinbidel bil-kliem “Suġġett għall-paragrafi 2 bis u 2 ter, kull wieħed”. |
|
4. |
Fil-paragrafu 2 (a) il-kliem “li għalihom l-anness III jidentifika l-aqwa tekniki disponibbli” jinbidlu bil-kliem “li għalihom il-gwida adottata mill-Partijiet fis-sessjoni tal-Korp Eżekuttiv tidentifika l-aqwa tekniki disponibbli”. |
|
5. |
Fil-paragrafu 2 (c) il-kliem “li għalihom l-anness III jidentifika l-aqwa tekniki disponibbli” jinbidlu bil-kliem “li għalihom il-gwida adottata mill-Partijiet fis-sessjoni tal-Korp Eżekuttiv tidentifika l-aqwa tekniki disponibbli”. |
|
6. |
Il-paragrafi ġodda 2 bis u 2 ter jiddaħħlu wara l-paragrafu 2 kif ġej: “2 bis. Parti li diġà kienet Parti għall-Protokoll preżenti qabel id-dħul fis-seħħ ta' emenda li tintroduċi kategoriji ġodda tas-sors tista' tapplika l-valuri limitu applikabbli għal ‘sors immobbli eżistenti’ għal kwalunkwe sors f'kategorija ġdida bħal din li l-kostruzzjoni jew il-modifika sostanzjali tiegħu tibda qabel l-iskadenza ta' sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dik l-emenda għal dik il-Parti, sakemm u sal-punt li dak is-sors aktar tard jesperjenza modifika sostanzjali. 2 ter. Parti li diġà kienet Parti għal Protokoll preżenti qabel id-dħul fis-seħħ ta' emenda li tintroduċi valuri limitu ġodda applikabbli għal “sors immobbli ġdid” tista' tkompli tapplika l-valuri limitu applikabbli preċedentament għal kwalunkwe sors li l-kostruzzjoni jew il-modifika sostanzjali tiegħu tibda qabel ma l-iskadenza ta' sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dik l-emenda għal dik il-Parti, sakemm u sal-punt li dak is-sors aktar tard jesperjenza modifika sostanzjali.” |
|
7. |
Fil-paragrafu 5:
|
|
8. |
Jiżdied paragrafu 8 ġdid fl-aħħar tal-artikolu 3, kif ġej: “8. Kull Parti għandha tipparteċipa b'mod attiv fil-programmi skont il-Konvenzjoni dwar l-effetti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u l-programmi dwar l-monitoraġġ u l-immudellar atmosferiċi.” |
(c) Artikolu 3 bis
|
9. |
Jiżdied artikolu 3 bis ġdid kif ġej:
“Artikolu 3 bis Arranġamenti tranżitorji flessibbli 1. Minkejja l-artikolu 3, il-paragrafi 2 (c) u 2 (d), Parti għall-Konvenzjoni li ssir Parti għall-Protokoll preżenti bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2019 tista' tapplika arranġamenti tranżitorji flessibbli għall-implimentazzjoni tal-aqwa tekniki disponibbli u l-valuri limitu għal sorsi stazzjonarji eżistenti f'kategoriji tas-sors stazzjonarji speċifiċi skont il-kundizzjonijiet speċifikati f'dan l-artikolu. 2. Kwalunkwe Parti li tagħżel li tapplika l-arranġamenti tranżitorji flessibbli skont dan l-artikolu għandha tindika fl-istrument ta' ratifika, aċċetazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tagħha mal-Protokoll preżenti dan li ġej:
3. Parti għandha, bħala minimu, tapplika l-aqwa prattiki disponibbli għal sorsi stazzjonarji eżistenti fil-kategoriji 1, 2, 5 u 7 tal-anness II mhux iktar tard minn tmien snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll preżenti għall-Parti, jew l-31 ta' Diċembru 2022, liema jkun l-iktar kmieni, ħlief kif hemm previst fil-paragrafu 5. 4. Fl-ebda każ l-applikazzjoni tal-aqwa tekniki disponibbli ta' Parti jew il-valuri limitu għal kwalunkwe sors immobbli eżistenti ma jistgħu jiġu posposti għal wara l-31 ta' Diċembru 2030. 5. Fir-rigward ta' kwalunkwe sors jew sorsi indikati skont il-paragrafu 2 (b), Parti tista' tiddeċiedi, mhux iktar tard minn tmien snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll preżenti għall-Parti, jew il-31 ta' Diċembru 2022, liema jkun l-iktar kmieni, li tali sors jew sorsi se jingħalqu. Skont il-paragrafu 6 għandha tiġi fornuta lista ta' tali sorsi bħala parti mir-rapport sussegwenti tal-Parti. Ir-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-aqwa tekniki disponibbli u l-valuri limitu mhux se japplikaw għal kwalunkwe tali sors, sakemm is-sors jew sorsi jingħalqu sa mhux iktar mill-31 ta' Diċembru 2030. Għal kwalunkwe tali sors li ma jingħalqux sa dik id-data, Parti trid minn hemm 'il quddiem tapplika l-aqwa tekniki disponibbli u l-valuri limitu applikabbli għal sorsi ġodda fil-kategorija tas-sors applikabbli. 6. Parti li tagħżel li tapplika l-arranġamenti tranżitorji flessibbli skont dan l-artikolu għandha tipprovdi lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni b'rapport ta' kull tliet snin dwar il-progress tagħha lejn l-implimentazzjoni tal-aqwa tekniki disponibbli u l-valuri limitu għas-sorsi stazzjonarji fil-kategoriji tas-sors stazzjonarji identifikati skont dan l-artikolu. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni se jagħmel dawn ir-rapporti ta' kull tliet snin disponibbli għall-Korp Eżekuttiv.” |
(d) Artikolu 7
|
10. |
Fil-paragrafu 1(a):
|
|
11. |
Fil-paragrafu 1 (b) hemm bidla kif ġej:
|
|
12. |
Jiżdiedu paragrafi ġodda wara l-paragrafu 1 (b) kif ġej:
|
|
13. |
Fil-paragrafu 3:
|
(e) Artikolu 8
|
14. |
Il-kliem “EMEP għandu, billi juża mudelli u miżuri xierqa f'biżżejjed żmien qabel kull sessjoni annwali tal-Korp Eżekuttiv” jinbidlu bi “Mad-domanda ta' u skont l-iskali taż-żmien deċiżi mill-Korp Eżekuttiv, EMEP u l-korpi tekniċi u ċ-ċentri tiegħu għandhom, billi jużaw mudelli u miżuri xierqa,”. |
(f) Artikolu 10
|
15. |
Fil-paragrafu 4:
|
(g) Artikolu 13
|
16. |
Fil-paragrafu 3:
|
|
17. |
Fil-paragrafu 4 il-kelma “disgħin” tinbidel biċ-ċifra “180”. |
|
18. |
Fil-paragrafu 5 il-kelma “disgħin” tinbidel biċ-ċifra “180”. |
|
19. |
Il-paragrafi ġodda 5 bis u 5 ter jiddaħħlu wara l-paragrafu 5 kif ġej: “5 bis. Għal dawk il-Partijiet li jkunu aċċettawha, il-proċedura prevista fil-paragrafu 5 ter tieħu post il-proċedura prevista fil-paragrafu 3 fir-rigward tal-emendi tal-annessi II, IV, V u VI. 5 ter. L-emendi tal-annessi II, IV, V u VI għandhom jiġu adottati permezz ta' kunsens tal-Partijiet preżenti f'sessjoni tal-Korp Eżekuttiv. Hekk kif tiskadi sena waħda mid-data tal-komunikazzjoni tagħha lill-Partijiet kollha mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni, emenda ta' kwalunkwe anness bħal dan għandha ssir effettiva għal dawk il-Partijiet li ma jkunux issottomettew notifika mad-Depożitarju f'konformità mad-dispożizzjonijiet tas-sottoparagrafu (a):
|
(h) Artikolu 15
|
20. |
Jiżdied paragrafu 3 ġdid wara l-paragrafu 2 kif ġej:
“3. Stat jew organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika għandhom jiddikjaraw fl-istrument ta' ratifika, aċċetazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tagħhom jekk ma għandhomx l-intenzjoni li jkunu marbuta bil-proċeduri previsti fl-artikolu 13, il-paragrafu 5 ter, fir-rigward tal-emenda tal-annessi II, IV, V u VI.” |
(i) Anness II
|
21. |
Fit-tabella taħt is-sottointestatura II, il-kliem “ċomb u żingu” fl-ewwel linja taħt id-deskrizzjoni tal-kategorija 5 jinbidlu bil-kliem “ċomb, żingu u ligi tal-manganiż tas-silċju u ferruż”. |
(j) Anness IV
|
22. |
In-numru “1.” jiżdied quddiem l-ewwel paragrafu. |
|
23. |
Fis-sottoparagrafu (a), il-kliem “għal Parti” jiddaħħlu wara l-kelma “Protokoll”. |
|
24. |
Fis-sottoparagrafu (b):
|
|
25. |
Fl-aħħar tal-anness jiddaħħlu l-paragrafi ġodda 2 u 3 kif ġej:
|
(k) Anness V
|
26. |
Fl-Anness V jinbidel it-test li ġej:
“ANNESS V Valuri limitu għal kontroll tal-emissjonijiet minn sorsi stazzjonarji kbar
A. Partijiet apparti l-Istati Uniti tal-Amerika
Impjanti tal-kombustjoni (bojlers u ħiters tal-proċess) b'input termali rratat li jaqbeż il-50 MWth (1) (anness II, kategorija 1)
Industrija tal-ħadid u l-azzar primarja u sekondarja (l-anness II, il-kategoriji 2 u 3)
Funderiji tal-ħadid (l-anness II, il-kategorija 4)
Produzzjoni u proċessar tar-ram, iż-żingu u l-ligi tal-manganiż tas-siliċju u ferruż, inkluż fran tas-Smelting Imperjali (l-anness II, il-kategoriji 5 u 6)
Produzzjoni u proċessar taċ-ċomb (l-anness II, il-kategoriji 5 u 6)
Industrija tas-siment (l-anness II, il-kategorija 7)
Industrija tal-ħġieġ (l-anness II, il-kategorija 8)
Industrija tal-Chlor-alkali (l-anness II, il-kategorija 9)
Inċinerazzjoni ta' skart (l-anness II, il-kategoriji 10 u 11)
B. L-Istati Uniti tal-Amerika
|
(l) Anness VI
|
27. |
Fil-paragrafu 1:
|
|
28. |
Jitħassar il-paragrafu 3. |
|
29. |
Fil-paragrafu 4 jiddaħħlu l-kliem “Minkejja l-paragrafu 1,”. |
|
30. |
Fil-paragrafu 5, it-test li ġej jinbidel għax-chapeau qabel is-sottoparagrafu (a): “Kull Parti għandha, sa mhux iktar tard mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll għal dik il-Parti, tikseb livelli tal-konċentrazzjoni li ma jaqbżux:” |
(1) L-input termali rratat tal-impjant tal-kombustjoni jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-input tal-unitajiet kollha konnessi ma' stack komuni. L-unitajiet individwali inqas minn 15 MWth ma għandhomx jiġu kkunsidrati meta jiġi kkalkulat it-total irratat tal-input termali.
(2) B'mod partikolari, l-ELVs ma għandhomx japplikaw għal:
|
— |
Impjanti li jużaw il-bijomassa u l-pit bħala l-unika sors tal-fjuwil tagħhom |
|
— |
Impjanti fejn il-prodotti tal-kombustjoni jintużaw biex isaħħnu direttament, inixxfu, jew kwalunkwe trattament ieħor ta' oġġetti jew materjali; |
|
— |
Impjanti ta' post-kombustjoni ddiżinjati biex jippurifikaw il-gassijiet ta' skart permezz tal-kombustjoni li mhumiex operati bħala impjanti tal-kombustjoni indipendenti; |
|
— |
Faċilitajiet għar-riġenerazzjoni ta' katalisti tal-ikkrekkjar katalitiku; |
|
— |
Faċilitajiet għall-konverżjoni tas-sulfur tal-idroġenu f'kubrit; |
|
— |
Reatturi użati fl-industrija tal-kimika; |
|
— |
Fran tal-batterija tal-kok; |
|
— |
Cowpers; |
|
— |
Bojlers ta' rkupru fl-installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-polpa; |
|
— |
Inċineraturi tal-iskart; u |
|
— |
Impjanti li jaħdmu bil-magni tad-diżil, petrol jew gass jew bit-turbini tal-kombustjoni, irrispettivament mill-fjuwil użat. |
(1) Valuri limitu jirreferu għall-kontenut tal-ossiġenu ta' 6 % għal fjuwils solidi u 3 % għal fjuwils likwidi.
(2) Valuri limitu jirreferu għall-kontenut tal-ossiġenu ta' 10 %.
(3) Valuri limitu jirreferu għall-kontenut tal-ossiġenu ta' 8 % għat-tidwib kontinwu u 13 % għat-tidwib mhux kontinwu.
(3) 1 Mg = 1 tunnellata.
(4) Valuri limitu jirreferu għall-kontenut tal-ossiġenu ta' 11 %.
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/769
tal-21 ta' April 2016
dwar l-aċċettazzjoni tal-Emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Fuq Distanza Twila li Jikkonċerna s-Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni tal-1979 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Fuq Distanza Twila (il-“Konvenzjoni”), wara l-approvazzjoni tagħha fl-1981 (1). |
|
(2) |
L-Unjoni hija parti għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Fuq Distanza Twila li Jikkonċerna s-Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti (il-“Protokoll”), wara l-approvazzjoni tagħha fid-19 ta' Frar 2004 (2). |
|
(3) |
Il-partijiet għall-Protokoll fetħu n-negozjati fl-2007 bil-ħsieb li jtejbu ulterjorment il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, inkluż permezz tal-aġġornament tal-lista tas-sustanzi konċernati u l-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet applikabbli għal ċerti inċineraturi tal-iskart. |
|
(4) |
Fl-2009, il-partijiet preżenti fis-27 sessjoni tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni adottaw b'kunsens id-Deċiżjonijiet 2009/1, 2009/2 u 2009/3 li jemendaw il-Protokoll. |
|
(5) |
L-emendi li jinsabu fid-Deċiżjoni 2009/3 daħlu fis-seħħ u saru effettivi abbażi tal-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 14(4) tal-Protokoll. |
|
(6) |
L-emendi li jinsabu fid-Deċiżjonijiet 2009/1 u 2009/2 jirrikjedu aċċettazzjoni mill-partijiet għall-Protokoll skont l-Artikolu 14(3) tal-Protokoll. |
|
(7) |
L-Unjoni diġà adottat strumenti dwar materji koperti mill-emendi għall-Protokoll, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(8) |
L-emendi għall-Protokoll li jinsabu fid-Deċiżjonijiet 2009/1 u 2009/2 għandhom għalhekk jiġu aċċettati f'isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-emendi għall-Protokoll tal-1998 għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Fuq Distanza Twila li Jikkonċerna s-Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti (il-“Protokoll”) huma b'dan aċċettati f'isem l-Unjoni.
It-testi tal-emendi għall-Protokoll kif jinsabu fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2009/1 u fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2009/2 tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiddepożitaw, f'isem l-Unjoni, fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni, l-istrument ta' aċċettazzjoni previst fl-Artikolu 14(3) tal-Protokoll (4).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
G.A. VAN DER STEUR
(1) ĠU L 171, 27.6.1981, p. 11.
(2) ĠU L 81, 19.3.2004, p. 35.
(3) Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Protokoll ser jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
EMENDI GĦALL-PROTOKOLL
kif jidhru fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2009/1 tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni
A. Artikolu 1
Għandha ssir din is-sostituzzjoni fil-paragrafu 12:
“ “Sors immobbli ġdid” tfisser kwalunkwe sors immobbli li l-kostruzzjoni jew il-modifika sostanzjali tiegħu tibda wara l-iskadenza ta' sentejn (2) mid-data tad-dħul fis-seħħ għal Parti għal:
|
(a) |
il-Protokoll preżenti; jew |
|
(b) |
emenda għall-Protokoll preżenti li, fir-rigward ta' sors immobbli, tintroduċi valuri limitu ġodda fil-Parti II tal-Anness IV jew tintroduċi l-kategorija fl-Anness VIII li fiha jidħol dak is-sors. |
Għandha tkun kwistjoni għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jiddeċiedu dwar jekk modifika hix sostanzjali jew le, filwaqt li jqiesu fatturi bħall-benefiċċji ambjentali tal-modifika”.
B. Artikolu 3
|
1. |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 5(b)(i) u 5(b)(iii) tal-Protokoll tal-POPs, għall-kliem:
“li għalihom l-Anness V jidentifika l-aqwa tekniki disponibbli” għandhom jiġu sostitwiti: “li għalihom il-gwida adottata mill-Partijiet fis-sessjoni tal-Korp Eżekuttiv tidentifika l-aqwa tekniki disponibbli”. |
|
2. |
Il-punt u l-virgola fl-aħħar tal-paragrafu 5(b)(iv) għandha tinbidel b'punt. |
|
3. |
Jitħassar il-paragrafu 5(b)(v). |
C. Artikolu 13
Il-kliem “Annessi V u VII huma” għandhom jinbidlu bil-kliem “Anness V huwa”
D. Artikolu 14
|
1. |
Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'li ġej:
“3. L-emendi tal-Protokoll preżenti u tal-annessi I sa IV, VI u VIII għandhom jiġu adottati b'kunsens tal-Partijiet preżenti fis-sessjoni tal-Korp Eżekuttiv, u għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Partijiet li aċċettawhom fid-disgħin jum wara d-data li fiha żewġ terzi minn dawk li kienu Partijiet fil-mument tal-adozzjoni tagħhom iddepożitaw mad-Depożitarju l-istrumenti ta' aċċettazzjoni tagħhom tiegħu. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ għal kwalunkwe Parti oħra fid-disgħin jum wara d-data li fiha dik il-Parti tkun iddepożitat l-istrument ta' aċċettazzjoni tagħha tiegħu. Dan il-paragrafu għandu jkun suġġett għall-paragrafi 5 bis u 5 ter hawn taħt.” |
|
2. |
Fil-paragrafu 4, il-kliem “annessi V u VII” għandhom jinbidlu b'“anness V” u għall-kliem “kwalunkwe anness bħal dan” għandhom jinbidlu b'“anness V”. |
|
3. |
Fil-paragrafu 5, il-kliem “jew VII” għandhom jitħassru u għall-kliem “kwalunkwe anness bħal dan” għandhom jinbidlu b'“anness V”. |
|
4. |
Wara l-paragrafu 5, jiżdiedu l-paragrafi ġodda li ġejjin:
“5 bis. Għal dawk il-Partijiet li aċċettawha, il-proċedura stipulata fil-paragrafu 5 ter hawn taħt għandha tiġi qabel il-proċedura stipulata fil-paragrafu 3 hawn fuq fir-rigward tal-emendi tal-annessi I sa IV, VI u VIII.
|
E. Artikolu 16
Għandu jiżdied paragrafu ġdid wara l-paragrafu 2 kif ġej:
“3. Stat jew Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika għandhom jiddikjaraw l-istrument ta' ratifika, approvazzjoni jew adeżjoni tagħhom jekk ma għandhomx l-intenzjoni li jkunu marbutin bil-proċeduri stipulati fl-Artikolu 14, il-paragrafu 5 ter fir-rigward tal-emenda tal-annessi I sa IV, VI u VIII.”
F. Anness I
|
1. |
Fl-elenkar għas-sustanza DDT, il-kundizzjonijiet (innumerati 1 u 2) dwar l-eliminazzjoni tal-produzzjoni għandhom jitħassru u jinbidlu bil-kelma “Xejn” u l-kliem “ħlief kif identifikat fl-anness II” fil-kundizzjonijiet dwar l-użu għandhom jitħassru. |
|
2. |
Fl-elenkar għas-sustanza Ettakloru, il-kundizzjonijiet dwar l-użu għandhom jitħassru u jinbidlu bil-kelma “Xejn”. |
|
3. |
Fl-elenkar għas-sustanza Eżaklorobenżen, il-kundizzjonijiet dwar il-produzzjoni u l-użu għandhom jitħassru u f'kull każ jinbidlu bil-kelma “Xejn”. |
|
4. |
L-elenkar għas-sustanzi li ġejjin għandu jiżdied billi jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni alfabetika xierqa:
|
|
5. |
L-elenkar għas-sustanza PCB għandu jitħassar u jinbidel bir-ringiela li ġejja:
|
|
6. |
In-nota f'qiegħ il-paġna (a) fl-aħħar tal-anness I għandha titħassar. |
|
7. |
In-noti f'qiegħ il-paġna li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-aħħar tal-anness I:
|
G Anness II
|
1. |
L-elenkar għas-sustanzi DDT, HCH, u PCB fit-tabella li tidher wara l-ewwel paragrafu tal-anness II, għandu jitħassar. |
|
2. |
L-elenkar għas-sustanza li ġejja għandu jiżdied billi tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni alfabetika xierqa:
|
|||||||||||||||||||
H. Anness III
|
1. |
It-test taħt l-intestatura “Sena ta' referenza” għal kull wieħed mis-sustanzi elenkati fl-anness III għandu jitħassar u jinbidel b'li ġej:
“1990; jew sena alternattiva mill-1985 sal-1995 inklussivi, jew għal pajjiżi b'ekonomiji fi tranżizzjoni, sena alternattiva mill-1985 sas-sena tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għal Parti, u kif speċifikat mill-Parti mar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni” |
|
2. |
Fl-elenkar għas-sustanza Eżaklorobenżen, taħt l-isem tas-sustanza għandu jiżdied it-test li ġej: “CAS: 118-74-1”. |
|
3. |
Għandu jiżdied elenkar għall-PCBs tas-sustanzi billi fl-aħħar tat-tabella tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:
|
|
4. |
Għandha tiżdied nota f'qiegħ il-paġna wara n-nota f'qiegħ il-paġna b/kif ġej:
|
I. Anness IV
|
1. |
Fil-paragrafu 2, fil-parenteżi, il-kelma “u” għandha titħassar u l-kliem “, u għal kontenut tal-ossiġenu magħruf” għandhom jiżdiedu fl-aħħar. |
|
2. |
Il-paragrafu 3 għandu jitħassar u jinbidel bit-test li ġej:
|
|
3. |
Fil-paragrafu 4, il-kelma “applikabbli” għandha tiżdied qabel il-kelma “standards” u l-kliem “pereżempju” għandhom jiżdiedu qabel il-kliem “il-Kumitat.” |
|
4. |
Il-paragrafu 6 għandu jitħassar u jinbidel bit-test u n-nota f'qiegħ il-paġna li ġejjin:
(1) L-ekwivalenti tossiku totali (TEQ) huwa definit f'sens operattiv mis-somma tal-prodotti tal-konċentrazzjoni ta' kull kompost multiplikat bil-fattur ta' ekwivalenza tossika tiegħu (TEF) u huwa stima tal-attività totali tat-taħlita li tixbaħ 2,3,7,8-TCDD. Ekwivalenti tossiku totali qabel kienet imqassra għal TE.” " |
|
5. |
Il-paragrafu 7 għandu jitħassar u jinbidel bit-test u n-nota f'qiegħ il-paġna li ġejjin:
(2) Inkluż inċineraturi li jittrattaw l-iskart tal-bijomassa li jista' jkun fih komposti organiċi aloġenati jew metalli tqal b'riżultat tat-trattament tal-preservattivi jew kisi tal-injam, u li jinkludi b'mod partikolari skart tal-bijomassa li joriġina mill-iskart tal-kostruzzjoni u t-tkissir, iżda jeskludi l-inċineraturi li jittrattaw skart ieħor tal-bijomassa biss." (3) Pajjiżi b'ekonomiji fi tranżizzjoni jistgħu jeskludu l-kokombustjoni tal-iskart industrijali mhux perikoluż fil-proċessi industrijali fejn skart bħal dan jintuża bħala fjuwil addizzjonali li jikkontribwixxi sa 10 % tal-enerġija,” " |
|
6. |
Għandhom jiżdiedu l-paragrafi ġodda li ġejjin wara l-paragrafu 7:
|
J. Anness VI
|
1. |
It-test eżistenti tal-anness għandu jiġi mmarkat bħala l-paragrafu 1. |
|
2. |
Fil-paragrafu (a), wara l-kliem “Protokoll preżenti” għandhom jiżdiedu l-kliem “għal Parti”. |
|
3. |
Għandu jkun hemm bidla fil-paragrafu (b):
“Għal sorsi immobbli eżistenti:
|
|
4. |
Għandu jiżdied paragrafu ġdid fl-aħħar tal-Anness kif ġej:
|
K. Anness VIII
|
1. |
Fit-tieni sentenza tal-parti I, qabel il-kliem “anness V” għandhom jiżdiedu l-kliem “id-dokument ta' gwida msemmi fi”. |
|
2. |
Id-deskrizzjoni fil-kategorija 1 fit-tabella fil-parti II għandha titħassar u tinbidel bit-test li ġej: “Inċinerazzjoni ta' skart, inkluż koinċinerazzjoni, skart tal-muniċipju, perikoluż, mhux perikoluż u skart mediku u ħama tad-drenaġġ.” |
|
3. |
Il-kategoriji l-ġodda li ġejjin għandhom jiżdiedu mat-tabella fil-parti II:
|
(1) Sulfonat tal-perfluworottan (PFOS) tfisser sustanzi definiti permezz tal-formula kimika C8F17SO2X, fejn X = OH, melħ tal-metall, aloġenur, ammid jew derivattivi oħrajn inkluż il-polimeri”
EMENDI GĦALL-PROTOKOLL
kif jidhru fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2009/2 tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni
A. Anness I
|
1. |
L-elenkar għas-sustanzi li ġejjin għandu jiżdied billi jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni alfabetika xierqa:
|
|
2. |
In-nota f'qiegħ il-paġna li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tal-anness I:
|
B. Anness II
|
1. |
L-elenkar għas-sustanzi li ġejjin għandu jiżdied billi tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni alfabetika xierqa:
|
|
2. |
In-nota f'qiegħ il-paġna li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tal-anness II:
|
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/32 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/770
tal-14 ta' April 2016
li tistabbilixxi format komuni għat-tressiq tat-tagħrif dwar it-tħaddim tal-proċeduri skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi
(notifikata bid-dokument C(2016) 2068)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 22(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (2),
Billi:
|
(1) |
Sabiex ikun żgurat li t-tagħrif li jibagħtu l-Istati Membri jkun ta' standard konsistenti, huwa xieraq li jinħoloq format komuni li l-Istati Membri għandhom jużaw biex jissodisfaw l-obbligi tar-rappurtar tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012. |
|
(2) |
Huwa xieraq li jiġu speċifikati l-perjodi eżatti tar-rappurtar sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza u l-konsistenza minħabba li, skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012, kull tliet snin l-Istati Membri jridu jibagħtu t-tagħrif dwar it-tħaddim tal-proċeduri, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-format komuni li fih l-Istati Membri jridu jressqu t-tagħrif meħtieġ skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa mogħti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-ewwel rapport dwar it-tagħrif li l-Istati Membri għandhom jibagħtu skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 għandu jkopri s-snin kalendarji tal-2014, l-2015 u l-2016. Ir-rapporti ta' wara għandhom ikopru l-perjodi ta' tliet snin ta' wara.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
STĦARRIĠ
Taqsima 1: Informazzjoni ġenerali
1. F'isem liema Stat Membru qiegħed tirrapporta?
2. Isem il-persuna ewlenija ta' kuntatt:
3. Agħti l-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna ewlenija ta' kuntatt:
4. Perjodu tar-rappurtar:
Taqsima 2: Tagħrif dwar l-awtorità nazzjonali nominata (l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 649/2012)
5. Kemm-il awtorità nazzjonali nominata teżisti fl-Istat Membru tiegħek?
6. Jekk hemm iktar minn waħda, speċifika kif jitqassmu r-responsabbiltajiet bejniethom:
7. X'jisimhom l-awtoritajiet nazzjonali nominati?
8. Speċifika l-għadd ta' ħaddiema (f'ekwivalenti għal full-time) li qed jaħdmu fuq l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-kunsens infurmat minn qabel fl-awtoritajiet nazzjonali nominati:
Jekk hemm diversi awtoritajiet nazzjonali nominati, speċifika l-għadd għal kull awtorità nazzjonali nominata.
9. L-awtoritajiet nazzjonali nominati huma involuti wkoll fl-implimentazzjoni ta' liġi, konvenzjoni jew programm ieħor tal-UE jew internazzjonali marbut mal-qasam tas-sustanzi kimiċi?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, speċifika liema liġi, konvenzjoni jew programm dan hu u kif inhija organizzata l-koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn f'pajjiżek:
10. L-awtorità nazzjonali nominata kemm-il notifika tal-esportazzjoni u talba għal RIN speċjali aċċettat fis-sena (u bagħtet lill-ECHA għal iktar ipproċessar)?
|
|
Notifiki ta' esportazzjoni |
Talbiet għal RIN speċjali |
|
L-ewwel sena |
|
|
|
It-tieni sena |
|
|
|
It-tielet sena |
|
|
|
Għadd totali |
|
|
Taqsima 3: Appoġġ lill-esportaturi u lill-importaturi
11. L-awtoritajiet nazzjonali nominati implimentaw xi attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u ta' tagħrif biex jappoġġjaw lill-esportaturi u lill-importaturi biex dawn jikkonformaw mar-Regolament dwar il-kunsens infurmat minn qabel?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, speċifika x'inhuma dawn l-attivitajiet: (jistgħu jingħataw diversi tweġibiet)
|
☐ |
Gwida teknika u xjentifika onlajn (minbarra dik tal-ECHA) |
|
☐ |
Referenza għall-paġni web tal-ECHA dwar il-proċedura ta' kunsens infurmat minn qabel u l-proċedura elettronika tal-kunsens infurmat minn qabel |
|
☐ |
Paġna web speċifika b'tagħrif dwar ir-Regolament dwar il-kunsens infurmat minn qabel |
|
☐ |
Kampanja ta' sensibilizzazzjoni |
|
☐ |
Il-midja soċjali |
|
☐ |
Żjarat fl-istabbilimenti tal-operaturi |
|
☐ |
Indirizz speċifiku tal-posta elettronika għar-rekwiżiti tat-tagħrif |
|
☐ |
Helpdesk nazzjonali |
|
☐ |
Sessjonijiet ta' ħidma u avvenimenti simili tat-taħriġ |
|
☐ |
Attivitajiet oħrajn |
Jekk dawn huma attivitajiet oħrajn, agħti iktar dettalji dwarhom.
Jekk le, għid għaliex ma kienx hemm bżonn ta' dan l-appoġġ.
12. Taħseb li dawn l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u ta' tagħrif wasslu biex l-esportaturi u l-importaturi jkunu iktar konformi mar-Regolament (UE) Nru 649/2012?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Agħti iktar dettalji dwar dan.
13. L-esportaturi u l-importaturi għal liema żewġ affarijiet l-iktar li jitolbu appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali nominati? Jekk jogħġbok agħżel żewġ affarijiet.
|
☐ |
Għan-notifiki tal-esportazzjoni |
|
☐ |
Għall-proċedura tal-kunsens espliċitu |
|
☐ |
Għar-rinunzji |
|
☐ |
Għat-talbiet għal RIN speċjali |
|
☐ |
Għar-rappurtar skont l-Artikolu 10 |
|
☐ |
Għal affarijiet oħrajn |
Jekk jitolbu appoġġ għal affarijiet oħrajn, agħti iktar dettalji dwarhom.
14. L-awtoritajiet nazzjonali nominati kemm qattgħu ħin, bejn wieħed u ieħor, jaħdmu fuq dan it-tip ta' appoġġ?
|
☐ |
Sa 10 % tal-ammont tax-xogħol |
|
☐ |
20 % tal-ammont tax-xogħol |
|
☐ |
30 % tal-ammont tax-xogħol |
|
☐ |
40 % tal-ammont tax-xogħol |
|
☐ |
Iktar minn 40 % tal-ammont tax-xogħol |
|
☐ |
L-ammont ta' ħin ma jistax jiġi kkwantifikat |
Taqsima 4: Il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali nominati jew l-ECHA u l-Kummissjoni
15. Tinsab kuntent bil-koordinazzjoni li teżisti bejn l-awtoritajiet nazzjonali nominati tiegħek u l-Kummissjoni?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Agħti iktar dettalji dwar dan.
16. Speċifika liema oqsma tal-koordinazzjoni jistgħu jittejbu, jekk hemm: (jistgħu jingħataw diversi tweġibiet)
|
☐ |
L-Artikolu 8(5) — l-esportazzjoni fil-każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza |
|
☐ |
L-Artikolu 8(7) — l-informazzjoni addizzjonali li trid tingħata dwar is-sustanzi kimiċi esportati jekk din tintalab |
|
☐ |
L-Artikolu 11(6) — l-obbligu tal-Istati Membri li jassistu lill-Kummissjoni fil-ġbir tal-informazzjoni |
|
☐ |
L-Artikolu 11(7) — l-evalwazzjoni tal-bżonn li jiġu proposti miżuri fil-livell tal-Unjoni |
|
☐ |
L-Artikolu 11(8) — il-proċedura f'każ li Stat Membru jieħu azzjoni regolatorja nazzjonali finali |
|
☐ |
L-Artikolu 13(6) — l-evalwazzjoni tal-bżonn li jiġu proposti miżuri fil-livell tal-Unjoni |
|
☐ |
L-Artikolu 14(1) — l-obbligu li tiġi trażmessa l-informazzjoni li tasal mingħand is-Segretarjat |
|
☐ |
L-Artikolu 14(5) — pariri u għajnuna lill-Partijiet importaturi jekk jitolbu dan |
|
☐ |
L-Artikolu 14(6) — id-deċiżjoni tal-Istati Membri li m'hemm bżonn l-ebda kunsens espliċitu |
|
☐ |
L-Artikolu 14(7) — id-deċiżjoni tal-Istati Membri li tista' ssir l-esportazzjoni |
|
☐ |
L-Artikolu 14(7) — il-fatt li l-Istati Membri jqisu l-impatti li jista' jkun hemm fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent |
|
☐ |
L-Artikolu 14(8) — ir-reviżjoni perjodika tal-validità tal-kunsens espliċitu |
|
☐ |
L-Artikolu 18(1) — l-obbligu li għandhom il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-ECHA li jimmonitorjaw il-konformità tal-esportaturi mar-Regolament |
|
☐ |
L-Artikolu 20 — l-iskambju tal-informazzjoni |
|
☐ |
L-Artikolu 21 — l-assistenza teknika |
|
☐ |
L-Artikolu 23 — l-aġġornament tal-Annessi |
|
☐ |
Oqsma oħrajn |
Jekk jistgħu jittejbu oqsma oħrajn, agħti iktar dettalji dwarhom.
17. Tinsab kuntent bil-koordinazzjoni li teżisti bejn l-awtoritajiet nazzjonali nominati tiegħek u l-ECHA?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Agħti iktar dettalji dwar dan.
18. Speċifika liema oqsma tal-koordinazzjoni jistgħu jittejbu, jekk hemm: (jistgħu jingħataw diversi tweġibiet).
|
☐ |
L-Artikolu 6(1)(c) — assistenza teknika u gwida xjentifika u għodod għall-industrija |
|
☐ |
L-Artikolu 8(7) — l-informazzjoni addizzjonali li trid tingħata dwar is-sustanzi kimiċi esportati jekk din tintalab |
|
☐ |
L-Artikolu 11(6) — l-obbligu tal-Istati Membri li jassistu lill-Kummissjoni fil-ġbir tal-informazzjoni |
|
☐ |
L-Artikolu 11(7) — l-evalwazzjoni tal-bżonn li jiġu proposti miżuri fil-livell tal-Unjoni |
|
☐ |
L-Artikolu 13(6) — l-evalwazzjoni tal-bżonn li jiġu proposti miżuri fil-livell tal-Unjoni |
|
☐ |
L-Artikolu 20 — l-iskambju tal-informazzjoni |
|
☐ |
L-Artikolu 21 — l-assistenza teknika |
|
☐ |
L-Artikolu 23 — l-aġġornament tal-Annessi |
|
☐ |
Oqsma oħrajn |
Jekk jistgħu jittejbu oqsma oħrajn, agħti iktar dettalji dwarhom.
Taqsima 5: In-notifiki tal-esportazzjoni mibgħuta lill-Partijiet u lil pajjiżi oħrajn
(Din it-tabella hija rilevanti biss għal dawk l-Istati Membri li pproċessaw notifiki tal-esportazzjoni fil-perjodu tar-rappurtar.)
19. Għal liema rekwiżiti tal-informazzjoni, mitluba fil-formola tan-notifika tal-esportazzjoni, l-esportaturi qed ikollhom diffikultà biex jipprovdu l-informazzjoni (Jistgħu jingħataw diversi tweġibiet)?
|
☐ |
L-identità tas-sustanza li tkun se tiġi esportata |
|
☐ |
L-identità tat-taħlita li tkun se tiġi esportata |
|
☐ |
L-identità tal-prodott li jkun se jiġi esportat |
|
☐ |
L-informazzjoni dwar l-esportazzjoni (pereżempju d-dettalji ta' kuntatt tal-importaturi) |
|
☐ |
L-informazzjoni dwar il-perikli jew ir-riskji tas-sustanza kimika u l-miżuri ta' prekawzjoni |
|
☐ |
It-taqsira tal-karatteristiċi fiżikokimiċi, tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi |
|
☐ |
L-informazzjoni dwar l-azzjoni regolatorja finali meħuda mill-Unjoni Ewropea |
|
☐ |
Informazzjoni oħra pprovduta mill-Parti esportatriċi |
|
☐ |
Id-disponibbiltà tal-kodiċijiet tan-NM jew tal-kodiċijiet CUS |
|
☐ |
L-użu maħsub tas-sustanza kimika fil-pajjiż importatur |
|
☐ |
Is-sommarju tal-azzjoni regolatorja finali, ir-raġunijiet għaliha u d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha |
|
☐ |
L-ebda wieħed |
Agħti iktar kummenti dwar dan jekk hemm bżonn.
20. Kemm-il notifika ta' esportazzjoni ntbagħtet lura lill-esportatur għar-raġunijiet imsemmija fit-tabella ta' hawn taħt?
|
Raġuni/Għadd fis-sena |
Fl-ewwel sena |
Fit-tieni sena |
Fit-tielet sena |
|
Talba għal tressiq mill-ġdid |
|
|
|
|
Talba miċħuda |
|
|
|
Jekk inhu rilevanti, għid għal liema raġunijiet intalab l-iktar it-tressiq mill-ġdid tan-notifiki tal-esportazzjoni u għal liema raġunijiet l-iktar li dawn ġew miċħuda.
Raġunijiet għaliex intalab li jitressqu mill-ġdid in-notifiki tal-esportazzjoni:
Raġunijiet għaliex ġew miċħuda n-notifiki tal-esportazzjoni:
21. Kellek diffikultajiet biex tibgħat in-notifiki lill-ECHA fil-ħin?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan u iktar kummenti jekk hemm bżonn.
L-Artikolu 8(5) — l-esportazzjoni ta' sustanza kimika b'rabta ma' sitwazzjoni ta' emerġenza
22. Kellek tittratta xi sitwazzjoni ta' emerġenza skont l-Artikolu 8(5)?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, iddeskrivi l-aktar każijiet importanti (pereżempju s-sustanza kimika użata, il-pajjiż importatur, l-użu maħsub tas-sustanza kimika u n-natura tal-emerġenza).
23. Kellek diffikultajiet biex timplimenta l-proċedura ta' sitwazzjoni ta' emerġenza?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Ma kien hemm l-ebda sitwazzjoni bħal din. |
Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.
L-Artikolu 8(7) — l-għoti ta' informazzjoni addizzjonali disponibbli dwar is-sustanzi kimiċi esportati
24. Intlabt tagħti iktar informazzjoni lill-Partijiet importaturi u lil pajjiżi oħrajn dwar is-sustanzi kimiċi esportati?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, speċifika f'liema każijiet kellek tagħmel dan (pereżempju isem is-sustanza kimika, id-dettalji ta' kuntatt tal-importatur, il-pajjiż importatur u t-tip ta' informazzjoni addizzjonali pprovduta).
25. Jekk irċevejt talba bħal din, kellek diffikultajiet biex tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.
L-Artikolu 8(8) — it-tariffa amministrattiva għan-notifiki tal-esportazzjoni
26. L-awtoritajiet nazzjonali nominati ta' pajjiżek jitolbu tariffa amministrattiva għan-notifiki tal-esportazzjoni?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Jiddependi mill-awtorità nazzjonali nominata. |
Jekk jiddependi, agħti iktar dettalji.
Jekk tintalab tariffa amministrattiva, wieġeb il-mistoqsijiet 27 sa 30. Jekk le, aqbiżhom u kompli mill-mistoqsija 31.
27. Kemm hi din it-tariffa amministrattiva? (speċifika l-munita jekk mhux f'euro)
28. Minn meta se tibda tintalab it-tariffa amministrattiva?
29. Irċevejt xi lmenti mingħand l-esportaturi fuq il-livell tat-tariffi amministrattivi?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, speċifika x'tip ta' lmenti rċevejt u kemm irċevejt fis-sena.
30. Fil-fehma tiegħek, it-tariffa amministrattiva affettwat l-għadd ta' notifiki (Mistoqsija mhix obbligatorja)?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Ma nafx. |
Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.
31. L-awtoritajiet nazzjonali nominati ta' pajjiżek jitolbu tariffa amministrattiva għat-talbiet għall-kunsens espliċitu?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Jiddependi mill-awtorità nazzjonali nominata. |
Jekk jiddependi, agħti iktar dettalji.
Jekk tintalab tariffa amministrattiva, speċifika kemm hi (u l-munita jekk mhux f'euro).
Taqsima 6: Tagħrif dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni tas-sustanzi kimiċi
L-esportaturi (l-Artikolu 10)
32. Kien hemm każijiet fejn l-esportaturi damu biex bagħtulek it-tagħrif dwar il-kwantità tas-sustanza kimika mibgħuta matul il-perjodu tar-rappurtar lil kull Parti jew lil kull pajjiż ieħor bħala sustanza u f'taħlitiet jew f'oġġetti?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Mhux applikabbli |
Jekk iva, agħti iktar kummenti dwar dan.
L-importaturi (l-Artikolu 10)
33. Kien hemm każijiet fejn l-importaturi damu biex bagħtulek it-tagħrif dwar il-kwantità tas-sustanza kimika li rċevew matul il-perjodu tar-rappurtar bħala sustanza u f'taħlitiet jew f'oġġetti?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Mhux applikabbli |
Jekk iva, agħti iktar kummenti dwar dan.
34. L-awtoritajiet nazzjonali nominati, l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet tal-infurzar ta' pajjiżek jużaw id-dejta jew l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Ma nafx |
Jekk iva, speċifika kif jużawha.
Ir-rappurtar tal-Istati Membri lill-ECHA
35. Sibt diffikultajiet biex tibgħat l-informazzjoni aggregata skont l-Artikolu 10 flimkien mal-Anness III permezz tal-proċedura elettronika tal-kunsens infurmat minn qabel?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, iddeskrivi fid-dettall dawn id-diffikultajiet.
36. Kien hemm każijiet fejn domt biex bgħatt l-informazzjoni aggregata permezz tal-proċedura elettronika tal-kunsens infurmat minn qabel f'konformità mal-Anness III?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, agħti r-raġunijiet għal dan id-dewmien.
Taqsima 7: Obbligi relatati mal-esportazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi minbarra n-notifika tal-esportazzjoni
Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni u tad-deċiżjonijiet lill-partijiet ikkonċernati fil-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru tiegħek (l-Artikolu 14(3))
37. Kif bgħatt l-informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet u/jew il-kundizzjonijiet tal-pajjiżi importaturi lill-partijiet ikkonċernati fil-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru tiegħek (Jistgħu jingħataw diversi tweġibiet)?
|
☐ |
Permezz tal-posta elettronika |
|
☐ |
Permezz tas-sit web |
|
☐ |
Permezz ta' bulettini |
|
☐ |
B'mezzi oħrajn |
Jekk użajt mezzi oħrajn, speċifika x'kienu.
Il-konformità tal-esportaturi mad-deċiżjonijiet f'kull tweġiba dwar l-importazzjoni (l-Artikolu 14(4))
38. Kellek problemi relatati mal-konformità tal-esportaturi mat-tweġibiet dwar l-importazzjoni mogħtija mill-Partijiet?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.
L-għoti ta' appoġġ lill-Partijiet importaturi (l-Artikolu 14(5))
39. Tajt pariri lill-Partijiet importaturi u/jew għinthom, fuq talba tagħhom, biex jiksbu t-tagħrif addizzjonali meħtieġ biex iħejju tweġiba lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni dwar l-importazzjoni ta' sustanza kimika speċifika?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.
Sustanzi li ma jistgħux jiġu esportati sakemm ma jiġux issodisfati ċerti kundizzjonijiet (l-Artikolu 14(6))
40. Implimentajt il-proċedura tal-kunsens espliċitu skont l-Artikolu 14(6)(a) fil-perjodu tar-rappurtar?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, speċifika kemm-il talba għall-kunsens espliċitu u kemm-il tweġiba rċevejt fis-sena.
|
|
Għadd ta' talbiet |
Għadd ta' tweġibiet |
|
Fl-ewwel sena |
|
|
|
Fit-tieni sena |
|
|
|
Fit-tielet sena |
|
|
|
Għadd totali |
|
|
41. Implimentajt il-proċedura tal-kunsens espliċitu skont l-Artikolu 14(6)(b)?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, speċifika kemm-il talba għal RIN speċjali kien hemm fis-sena li għalihom il-Parti importatriċi tat il-kunsens tagħha għall-importazzjoni permezz tat-tweġiba dwar l-importazzjoni ppubblikata fiċ-ċirkulari dwar il-kunsens infurmat minn qabel.
|
Fl-ewwel sena |
|
|
Fit-tieni sena |
|
|
Fit-tielet sena |
|
|
Għadd totali |
|
42. Kellek diffikultajiet biex timplimenta l-proċedura tal-kunsens espliċitu?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Mhux applikabbli |
Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.
43. Kellek tiddeċiedi dwar il-fatt li ma titlob l-ebda kunsens espliċitu fil-każ ta' sustanzi kimiċi mniżżlin fil-Parti 2 tal-Anness I u maħsubin biex jiġu esportati lejn pajjiżi tal-OECD?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Mhux applikabbli minħabba li l-awtorità nazzjonali nominata tiegħek ma rċeviet l-ebda notifika tal-esportazzjoni ta' dan it-tip. |
Jekk iva, speċifika kemm-il każ ta' dan it-tip kien hemm fis-sena.
|
L-ewwel sena |
|
|
It-tieni sena |
|
|
It-tielet sena |
|
|
Għadd totali |
|
44. Kellek diffikultajiet biex tiddeċiedi li ma kien hemm bżonn tal-ebda kunsens espliċitu fil-każ ta' sustanzi kimiċi mniżżlin fil-Parti 2 tal-Anness I li kellhom jiġu esportati lejn pajjiżi tal-OECD?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Mhux applikabbli minħabba li ma kien hemm l-ebda każ ta' dan it-tip |
Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.
Id-deċiżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali nominati li tista' ssir l-esportazzjoni 60 jum wara li tkun saret it-talba għall-kunsens espliċitu (l-Artikolu 14(7))
45. Saritlek xi talba għar-rinunzja skont l-Artikolu 14(7)?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Mhux applikabbli minħabba li l-awtorità nazzjonali nominata tiegħek ma kellha bżonn titlob l-ebda kunsens espliċitu |
Jekk iva, speċifika kemm-il każ ta' dan it-tip kien hemm fis-sena.
|
L-ewwel sena |
|
|
It-tieni sena |
|
|
It-tielet sena |
|
|
Għadd totali |
|
46. Kellek diffikultajiet biex timplimenta l-proċedura mogħtija fl-Artikolu 14(7)?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Mhux applikabbli minħabba li ma kien hemm l-ebda każ ta' dan it-tip |
Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.
Il-validità tal-kunsens espliċitu (l-Artikolu 14(8))
47. Kien hemm każijiet fejn l-esportazzjoni tħalliet issir sakemm tasal it-tweġiba għal talba ġdida għall-kunsens espliċitu skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 14(8)?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Mhux applikabbli minħabba li l-awtorità nazzjonali nominata tiegħek ma rċeviet l-ebda notifika tal-esportazzjoni li għaliha kien hemm bżonn tal-kunsens espliċitu |
Jekk iva, speċifika kemm-il każ ta' dan it-tip kien hemm.
|
L-ewwel sena |
|
|
It-tieni sena |
|
|
It-tielet sena |
|
|
Għadd totali |
|
Taqsima 8: Obbligi relatati mal-importazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi
Deċiżjonijiet dwar l-importazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-partijiet ikkonċernati (l-Artikolu 13(5))
48. Id-deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-importazzjoni kif jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet ikkonċernati fi ħdan il-kompetenza tiegħek (Jistgħu jingħataw diversi tweġibiet)?
|
☐ |
Permezz tal-posta elettronika |
|
☐ |
Permezz tas-siti web tal-awtoritajiet nazzjonali nominati |
|
☐ |
Permezz ta' bulettini |
|
☐ |
B'mezzi oħrajn |
Jekk użajt mezzi oħrajn, speċifika x'kienu.
Taqsima 9: Informazzjoni dwar movimenti ta' tranżitu
Informazzjoni dwar l-ewwel moviment ta' tranżitu u r-rekwiżiti taż-żmien (l-Artikolu 16)
49. Kellek timplimenta l-Artikolu 16 matul il-perjodu tar-rappurtar?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, speċifika għal kemm-il każ kellek tagħmel dan, liema kienu l-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Rotterdam involuti u x'informazzjoni kienet meħtieġa.
50. Taf b'xi problemi li kellhom l-esportaturi huma u jimplimentaw l-Artikolu 16?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Mhux applikabbli minħabba li ma kien hemm l-ebda każ ta' dan it-tip |
Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.
Taqsima 10: Rekwiżiti marbutin mas-sustanzi kimiċi esportati u l-informazzjoni li għandha takkumpanjahom
51. L-awtoritajiet tal-infurzar nazzjonali tal-Istat Membru tiegħek kellhom xi kwistjonijiet ta' konformità marbutin mal-informazzjoni li għandha takkumpanja s-sustanzi kimiċi esportati?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Ma nafx. |
Jekk iva, wieġeb il-mistoqsijiet 52 sa 54 u għid jekk dawn il-kwistjonijiet ta' konformità kinux relatati ma' dawn li ġejjin:
52. L-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-ippakkjar u tat-tikkettar skont:
|
☐ |
ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (ir-Regolament dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti) |
|
☐ |
ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali) |
|
☐ |
ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (ir-Regolament CLP) |
|
☐ |
liġijiet oħrajn |
Jekk twieġeb “liġijiet oħrajn”, agħti iktar dettalji dwarhom.
53. L-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-iskeda tad-dejta tas-sikurezza skont:
|
☐ |
ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) |
|
☐ |
liġijiet oħrajn |
Jekk twieġeb “liġijiet oħrajn”, agħti iktar dettalji dwarhom.
54. L-obbligu li tingħata l-informazzjoni:
|
☐ |
f'waħda mil-lingwi uffiċjali jew prinċipali tal-pajjiż destinatarju fuq it-tikketta |
|
☐ |
f'waħda mil-lingwi uffiċjali jew prinċipali tal-pajjiż destinatarju fuq l-iskedi tad-dejta tas-sikurezza |
55. Kellek xi kwistjonijiet ta' konformità relatati mar-rekwiżiti tal-informazzjoni u tal-ippakkjar marbutin mal-prodotti esportati?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
Mhux applikabbli |
Jekk iva, għid jekk dawn il-kwistjonijiet ta' konformità kinux relatati mal-affarijiet li ġejjin:
|
☐ |
l-applikazzjoni ta' speċifikazzjoni tal-purità skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (pereżempju r-Regolament dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u r-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali) |
|
☐ |
l-ottimizzazzjoni tar-reċipjenti biex jitnaqqsu r-riskji li jinħolqu stokkijiet skaduti |
|
☐ |
id-data ta' skadenza |
|
☐ |
il-kundizzjonijiet tal-ħżin mogħtija fuq it-tikketta |
|
☐ |
affarijiet oħrajn |
Jekk dawn kienu relatati ma' affarijiet oħrajn, agħti iktar dettalji dwarhom.
Taqsima 11: L-assistenza teknika (taqsima mhix obbligatorja)
Il-kooperazzjoni
56. Ikkooperajt ma' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, ma' pajjiżi b'ekonomiji fi tranżizzjoni jew ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi biex ittejjeb il-ġestjoni t-tajba tas-sustanzi kimiċi u, b'mod partikulari, biex timplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, kif ikkooperajt magħhom (Jistgħu jingħataw diversi tweġibiet)?
|
☐ |
Billi tajthom informazzjoni teknika |
|
☐ |
Billi ħeġġiġt l-iskambju tal-esperti |
|
☐ |
Billi appoġġajt l-istabbiliment tal-awtoritajiet nazzjonali nominati jew iż-żamma tagħhom |
|
☐ |
Billi tajthom għarfien tekniku espert għall-identifikazzjoni ta' formulazzjonijiet tal-pestiċidi perikolużi |
|
☐ |
Billi tajthom għarfien tekniku espert għall-preparazzjoni tan-notifiki lis-Segretarjat |
|
☐ |
Billi għinthom f'oqsma oħrajn |
Jekk għinthom f'oqsma oħrajn, agħti iktar dettalji dwar dan.
Għid liema huma l-pajjiżi li qed jibbenefikaw minn din il-kooperazzjoni.
It-tisħiħ tal-kapaċitajiet
57. Ħadt sehem f'xi proġett jew attività internazzjonali marbuta mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-ġestjoni tas-sustanzi kimiċi jew appoġġjajt lil xi NGO li hija involuta f'attivitajiet bħal dawn?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi dawn l-attivitajiet.
Taqsima 12: Infurzar tar-Regolament (UE) Nru 649/2012
Tagħrif ġenerali
58. Liema huma l-awtoritajiet tal-infurzar involuti fl-infurzar tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 fl-Istat Membru tiegħek?
|
☐ |
L-awtoritajiet doganali |
|
☐ |
Awtoritajiet tal-infurzar oħrajn |
Jekk inhuma involuti awtoritajiet tal-infurzar oħrajn, speċifika liema huma.
59. Speċifika liema liġijiet oħrajn tal-UE l-awtoritajiet tal-infurzar (minbarra l-awtoritajiet doganali) jittrattaw ukoll, jekk ikun il-każ:
|
☐ |
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 |
|
☐ |
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 |
|
☐ |
Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 |
|
☐ |
Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 |
|
☐ |
Liġijiet oħrajn |
Jekk dawn ikunu qed jittrattaw ukoll liġijiet oħrajn, agħti iktar dettalji dwarhom.
60. L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom ir-riżorsi x-xierqa? (Mistoqsija mhix obbligatorja)
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Agħti iktar dettalji dwar dan.
61. L-ispetturi jew il-persuni l-oħra li huma inkarigati mill-infurzar jingħataw taħriġ regolari dwar ir-Regolament (UE) Nru 649/2012?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan (pereżempju t-tip ta' taħriġ, is-suġġetti koperti u l-frekwenza tat-taħriġ).
Jekk le, għid għaliex dawk il-persuni ma jingħatawx it-taħriġ b'mod regolari.
L-istrateġija tal-infurzar
62. L-awtorità tiegħek (jew kull awtorità rilevanti oħra) għandha strateġija tal-infurzar b'rabta mar-Regolament (UE) Nru 649/2012?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Agħti d-dettalji li ġejjin:
62(a) Jekk iva, din l-istrateġija tal-infurzar diġà ġiet implimentata?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Agħti iktar dettalji dwar dan.
62(b) Jekk le, beħsiebkom tiżviluppaw strateġija bħal din?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Agħti iktar dettalji dwar dan.
Ir-rappurtar dwar l-attivitajiet tal-infurzar
63. Għid x'attivitajiet ta' infurzar twettqu fl-Istat Membru tiegħek. (Jistgħu jingħataw diversi tweġibiet)
|
☐ |
Verifiki tal-konformità |
|
☐ |
Żjarat fuq il-post |
|
☐ |
It-teħid ta' kampjuni |
|
☐ |
Attivitajiet oħrajn |
Jekk kienu attivitajiet oħrajn, agħti iktar dettalji dwarhom.
64. Agħti l-għadd totali ta' kontrolli uffiċjali fuq l-esportazzjonijiet, bħall-ispezzjonijiet jew l-investigazzjonijiet, u tal-miżuri l-oħra tal-infurzar li twettqu mill-awtoritajiet tal-infurzar, li kienu jkopru r-Regolament (UE) Nru 649/2012 jew li matulhom ġie infurzat dan ir-Regolament matul il-perjodu tar-rappurtar.
|
|
Kontrolli doganali |
Kontrolli min-naħa tal-ispetturi |
Kontrolli oħrajn |
|
Fl-ewwel sena |
|
|
|
|
Fit-tieni sena |
|
|
|
|
Fit-tielet sena |
|
|
|
|
Għadd totali |
|
|
|
Agħti iktar kummenti dwar dan jekk hemm bżonn.
65. Agħti l-għadd totali ta' kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet, bħall-ispezzjonijiet jew l-investigazzjonijiet, u tal-miżuri l-oħra tal-infurzar li twettqu mill-awtoritajiet tal-infurzar, li kienu jkopru r-Regolament (UE) Nru 649/2012 jew li matulhom ġie infurzat dan ir-Regolament matul il-perjodu tar-rappurtar.
|
|
Kontrolli doganali |
Kontrolli min-naħa tal-ispetturi |
Kontrolli oħrajn |
|
Fl-ewwel sena |
|
|
|
|
Fit-tieni sena |
|
|
|
|
Fit-tielet sena |
|
|
|
|
Għadd totali |
|
|
|
Agħti iktar kummenti dwar dan jekk hemm bżonn.
Setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar
66. Iddeskrivi l-miżuri li jistgħu jieħdu l-awtoritajiet tal-infurzar biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-Regolament (UE) Nru 649/2012 (pereżempju s-sekwestru, l-avviż ta' tqegħid fil-mora u s-sospensjoni tal-attivitajiet).
Informazzjoni ddettaljata dwar il-ksur
67. Kemm-il każ ta' ksur tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 ġie nnutat:
|
|
Mill-awtoritajiet doganali |
Mill-ispetturi |
Permezz ta' kontrolli oħrajn |
|
Fl-ewwel sena |
|
|
|
|
Fit-tieni sena |
|
|
|
|
Fit-tielet sena |
|
|
|
|
Għadd totali |
|
|
|
68. It-tip ta' ksur innutat mill-awtoritajiet doganali u l-għadd korrispondenti fis-sena:
|
Il-ksur misjub |
Fl-ewwel sena |
Fit-tieni sena |
Fit-tielet sena |
|
Ir-rekwiżiti tat-tikkettar |
|
|
|
|
L-iskedi tad-dejta tas-sikurezza |
|
|
|
|
Id-data ta' skadenza tas-sustanza kimika |
|
|
|
|
Sustanzi kimiċi li mhumiex konformi man-notifika tal-esportazzjoni |
|
|
|
|
Tipi ta' ksur oħrajn li għandhom jiddaħħlu fir-ringieli l-vojta |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
69. It-tip ta' ksur innutat mill-ispetturi u l-għadd korrispondenti fis-sena:
|
Il-ksur misjub |
Fl-ewwel sena |
Fit-tieni sena |
Fit-tielet sena |
|
Ir-rekwiżiti tat-tikkettar |
|
|
|
|
L-iskedi tad-dejta tas-sikurezza |
|
|
|
|
Id-data ta' skadenza tas-sustanza kimika |
|
|
|
|
Sustanzi kimiċi li mhumiex konformi man-notifika tal-esportazzjoni |
|
|
|
|
Tipi ta' ksur oħrajn li għandhom jiddaħħlu fir-ringieli l-vojta |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pieni
70. Iddeskrivi l-iskema tal-pieni f'każ ta' ksur tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 (pereżempju pieni amministrattivi jew kriminali, klawsola onnikomprensiva jew pieni speċifiċi għal tipi ta' ksur speċifiċi).
71. Kemm-il ksur tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 wassal għal pieni matul il-perjodu tar-rappurtar?
|
|
Għadd ta' pieni |
|
Fl-ewwel sena |
|
|
Fit-tieni sena |
|
|
Fit-tielet sena |
|
|
Għadd totali |
|
Kollaborazzjoni
72. L-awtoritajiet nazzjonali nominati u l-awtoritajiet tal-infurzar jiskambjaw b'mod regolari l-informazzjoni bejniethom?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Agħti iktar dettalji dwar dan.
73. Għandek xi suġġerimenti dwar kif tista' tittejjeb il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali nominati u l-awtoritajiet tal-infurzar?
74. L-awtoritajiet nazzjonali nominati u l-membri ta' pajjiżek involuti fil-Forum għall-Iskambju tal-Informazzjoni dwar l-Infurzar (“il-Forum”) jiskambjaw b'mod regolari l-informazzjoni bejniethom?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Agħti iktar dettalji dwar dan.
75. L-awtorità nazzjonali nominata hija kuntenta bil-kollaborazzjoni li teżisti bejnha u bejn il-membri tal-Forum?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk le, agħti d-dettalji dwar dan.
76. Għandek xi suġġerimenti dwar kif tista' tittejjeb il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali nominati u l-membri tal-Forum?
Ir-rwol tal-Forum għall-Iskambju tal-Informazzjoni dwar l-Infurzar (“il-Forum” — ara l-Artikolu 18(2))
77. L-awtorità nazzjonali nominata hija kuntenta bl-attivitajiet li wettaq il-Forum (Mistoqsija mhix obbligatorja)?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
M'għandniex esperjenza fl-attivitajiet tal-Forum |
Jekk le, agħti iktar dettalji dwar dan.
78. Għandek xi suġġerimenti dwar kif jistgħu jittejbu l-attivitajiet tal-Forum b'rabta mal-infurzar tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 (Mistoqsija mhix obbligatorja)?
Taqsima 13: Aspetti relatati mat-teknoloġija tal-informatika
L-awtoritajiet nazzjonali nominati u s-sistema tal-proċedura elettronika tal-kunsens infurmat minn qabel (is-sistema tal-ePIC)
79. L-awtoritajiet nazzjonali nominati jsibuha faċli li jużaw is-sistema tal-ePIC, b'mod partikulari meta jkunu qed jittrattaw l-affarijiet li ġejjin?
|
(a) |
In-notifiki tal-esportazzjoni (l-Artikolu 8)?
Jekk le, speċifika ma' liema problemi ltaqgħu. |
|
(b) |
It-talbiet għall-kunsens espliċitu (l-Artikolu 14)?
Jekk le, speċifika ma' liema problemi ltaqgħu. |
|
(c) |
It-talbiet għal RIN speċjali (l-Artikolu 19(2))?
Jekk le, speċifika ma' liema problemi ltaqgħu. |
|
(d) |
Ir-rinunzji (l-Artikolu 14(6) u (7))?
Jekk le, speċifika ma' liema problemi ltaqgħu. |
|
(e) |
Ir-rappurtar skont l-Artikolu 10?
Jekk le, speċifika ma' liema problemi ltaqgħu. |
|
(f) |
Proċeduri oħrajn tal-kunsens infurmat minn qabel?
Speċifika n-natura tal-proċedura u ma' liema problemi ltaqgħu, jekk kien hemm. |
L-esportaturi u s-sistema tal-proċedura elettronika tal-kunsens infurmat minn qabel (is-sistema tal-ePIC)
80. Fejn hu possibbli, agħti l-kummenti tal-esportaturi dwar kemm hu faċli tuża s-sistema tal-ePIC b'rabta ma' dawn li ġejjin (Mistoqsija mhix obbligatorja):
|
(a) |
in-notifiki tal-esportazzjoni:
Jekk is-sistema mhix faċli biex tużaha, għid l-esportaturi ma' liema problemi ltaqgħu huma u jużawha. |
|
(b) |
it-talbiet għal RIN speċjali:
Jekk is-sistema mhix faċli biex tużaha, għid l-esportaturi ma' liema problemi ltaqgħu huma u jużawha. |
|
(c) |
ir-rinunzji (l-Artikolu 14(6) u (7)):
Jekk is-sistema mhix faċli biex tużaha, għid l-esportaturi ma' liema problemi ltaqgħu huma u jużawha. |
|
(d) |
ir-rappurtar skont l-Artikolu 10:
Jekk is-sistema mhix faċli biex tużaha, għid l-esportaturi ma' liema problemi ltaqgħu huma u jużawha. |
|
(e) |
il-ġestjoni tat-taħlitiet jew tal-oġġetti permezz tal-proċedura elettronika tal-kunsens infurmat minn qabel:
Jekk is-sistema mhix faċli biex tużaha, għid l-esportaturi ma' liema problemi ltaqgħu huma u jużawha. |
|
(f) |
is-sistema tal-ePIC b'mod ġenerali:
Jekk is-sistema mhix faċli biex tużaha, għid l-esportaturi ma' liema problemi ltaqgħu huma u jużawha. |
L-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tal-infurzar l-oħrajn u s-sistema tal-proċedura elettronika tal-kunsens infurmat minn qabel (is-sistema tal-ePIC) (Taqsima mhix obbligatorja)
81. L-awtoritajiet doganali ta' pajjiżek jużawha s-sistema tal-ePIC?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
Jekk le, spjega kif l-awtoritajiet doganali ta' pajjiżek jimmonitorjaw l-esportazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi li jaqgħu taħt il-proċedura tal-kunsens infurmat minn qabel.
82. Safejn taf inti, l-awtoritajiet doganali jħossu li huwa faċli li tuża s-sistema tal-ePIC?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
M'hemm l-ebda informazzjoni dwar dan |
83. Safejn taf inti, l-awtoritajiet doganali jħossu li s-sistema tal-ePIC hija għodda adegwata biex tgħinhom jikkontrollaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 649/2012?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
M'hemm l-ebda informazzjoni dwar dan |
84. Safejn taf inti, l-awtoritajiet tal-infurzar l-oħrajn jużawha s-sistema tal-ePIC?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
M'hemm l-ebda informazzjoni dwar dan |
85. Safejn taf inti, dawn l-awtoritajiet tal-infurzar l-oħrajn iħossu li huwa faċli li tuża s-sistema tal-ePIC?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
M'hemm l-ebda informazzjoni dwar dan |
86. Safejn taf inti, dawn l-awtoritajiet tal-infurzar l-oħrajn iħossu li s-sistema tal-ePIC hija għodda adegwata biex jikkontrollaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 649/2012?
|
☐ |
Iva |
|
☐ |
Le |
|
☐ |
M'hemm l-ebda informazzjoni dwar dan |
Taqsima 14: Kummenti addizzjonali
87. Agħti kull informazzjoni jew kumment ieħor marbut mat-tħaddim tal-proċeduri skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 li tqis li huwa rilevanti fil-qafas tar-rappurtar skont l-Artikolu 22.
(1) Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(2) Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 fir-rigward tar-rekwiżiti ta' informazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
(3) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/52 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/771
tat-13 ta' Mejju 2016
li tawtorizza temporanjament lil Spanja sabiex tapprova il-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa tal-ispeċi Pinus radiata D. Don impurtata minn New Zealand, li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE fir-rigward tal-identifikazzjoni u t-tikkettar, u tal-istokk għat-tħawwil prodott minn dik iż-żerriegħa
(notifikata bid-dokument C(2016) 2784)
(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar il-marketing ta' materjali riproduttivi tal-foresti (1), u partikolarment l-Artikolu 18(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-talba ta' Spanja,
Billi:
|
(1) |
Fi Spanja, il-produzzjoni taż-żerriegħa, u tal-istokk għat-tħawwil prodott miż-żerriegħa, tal-ispeċi tal-Pinus radiata li tissodisfa r-rekwiżiti għall-materjal riproduttiv, kif previst fid-Direttiva 1999/105/KE, attwalment mhijiex f'livelli li jissodisfaw id-domanda tal-utenti aħħarija. Il-materjal riproduttiv meħtieġ ma jistgħux ifornuh Stati Membri oħra billi l-Istati Membri li jistgħu jkunu f'qagħda li jfornu dawn iż-żrieragħ ma għandhomx l-ammonti ta' materjali li jkunu meħtieġa biex jiġu koperti l-ħtiġijiet ta' Spanja. |
|
(2) |
New Zealand qiegħda f'qagħda li tforni ammont biżżejjed ta' materjal tal-ispeċi kkonċernata, li huwa intiż għall-produzzjoni sussegwenti tal-istokk għat-tħawwil. Madankollu, din iż-żerriegħa ma tikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/105/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-identifikazzjoni u mat-tikkettar. B'mod aktar speċifiku, dak il-materjal mhu klassifikat f'ebda kategorija tal-kummerċjalizzazzjoni stabbilita bid-Direttiva 1999/105/KE. |
|
(3) |
Minħabba f'hekk, Spanja talbet l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex, għal perjodu limitat, tapprova l-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa tal-Pinus radiata minn New Zealand, u tal-istokk għat-tħawwil prodott minn din iż-żerriegħa. |
|
(4) |
Spanja qed tistabbilixxi msaġar għaż-żerriegħa biex tkun tista' tkopri b'mod awtonomu d-domanda għall-istokk għat-tħawwil. Madankollu, minħabba l-perjodu itwal ta' produzzjoni taż-żrieragħ forestali, huwa stmat li n-nuqqas attwali se jibqa' għall-ħames snin li ġejjin. L-istima tal-ammont massimu meħtieġ fis-sena taż-żerriegħa tal-Pinus radiata hija ta' 400 kg. |
|
(5) |
Ma hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żerriegħa jew l-istokk għat-tħawwil tal-Pinus radiata minn New Zealand ikollhom xi problemi jew riskji fir-rigward tas-saħħa, tal-kwalità jew tal-vitalità tagħhom. |
|
(6) |
Peress li Spanja hija l-uniku Stat Membru li qed jesperjenza din id-diffikultà temporanja fil-provvista taż-żerriegħa jew tal-istokk għat-tħawwil tal-ispeċi Pinus radiata lill-utent finali, l-approvazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandha tkun ristretta għat-territorju ta' Spanja. |
|
(7) |
Konsegwentement, u sabiex din l-iskarsezza tkun koperta, għal perjodu limitat ta' żmien Spanja għandha tkun awtorizzata tapprova l-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa u tal-istokk għat-tħawwil prodotti miż-żerriegħa tal-ispeċi Pinus radiata li tissodisfa rekwiżiti anqas iebsa minn dawk previsti fl-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva 1999/105/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-identifikazzjoni u mat-tikettar. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għal kwantità massima ta' 400 kg ta' żerriegħa fis-sena, u għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2021. |
|
(8) |
Iż-żerriegħa u l-istokk għat-tħawwil ta' dan it-tip għandhom jiġu kkumerċjalizzati b'dokument li jkun fih ċerti dettalji tal-identifikazzjoni tagħhom. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi għar-rekwiżiti tal-identifikazzjoni u tat-tikkettar. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
1. Sal-31 ta' Marzu 2021, Spanja hija awtorizzata tapprova għall-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħha, skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness, massimu ta' 400 kg fis-sena ta' żerriegħa tal-Pinus radiata D. Don, li tkun ġejja minn New Zealand, li tkun maħsuba għall-produzzjoni tal-istokk għat-tħawwil, u li ma tissodisfax ir-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva 1999/105/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-identifikazzjoni u mat-tikkettar.
2. Sal-31 ta' Marzu 2021, Spanja hija awtorizzata tapprova għall-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħha, skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness, stokk għat-tħawwil li jkun ġie prodott miż-żerriegħa approvata għall-kummerċjalizzazzjoni skont il-paragrafu 1, u li ma jissodisfax ir-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva 1999/105/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-identifikazzjoni u mat-tikkettar.
Artikolu 2
Spanja għandha tinnotifika minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda skont din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Rekwiżiti tal-identifikazzjoni u tat-tikkettar taż-żerriegħa u tal-istokk għat-tħawwil, imsemmija fl-Artikolu 1.
1.
L-informazzjoni kollha li ġejja hija meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-materjal riproduttiv:|
(a) |
il-kodiċi ta' identifikazzjoni għall-materjal bażiku, jekk ikun disponibbli; |
|
(b) |
l-isem botaniku; |
|
(c) |
il-kategorija; |
|
(d) |
l-iskop; |
|
(e) |
it-tip ta' materjal bażiku; |
|
(f) |
jekk huwiex modifikat ġenetikament; |
|
(g) |
ir-reġjuni tal-provenjenza jew il-kodiċi tal-identità; |
|
(h) |
l-oriġini, jekk ikun il-każ: jiġifieri jekk l-oriġini tal-materjal hijiex awtoktona jew indiġena, mhux awtoktona jew mhux indiġena, jew mhux magħrufa; |
|
(i) |
il-provenjenza jew iż-żona ġeografika definita bil-koordinati ġeografiċi; |
|
(j) |
l-altitudni jew il-medda altitudinali; |
|
(k) |
is-sena tal-maturazzjoni. |
2.
It-tikketta jew id-dokument tal-fornitur għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:|
(a) |
l-informazzjoni fil-punt 1 ta' dan l-Anness; |
|
(b) |
isem il-fornitur; |
|
(c) |
il-kwantità fornuta; |
|
(d) |
dikjarazzjoni li ż-żerriegħa u l-istokk għat-tħawwil prodott minn din iż-żerriegħa jissodisfaw rekwiżiti anqas iebsa minn dawk previsti fl-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva 1999/105/KE. |
|
18.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/55 |
DEĊIŻJONI TAL-BORD TAL-GVERNATURI
tal-20 ta' Jannar 2016
dwar l-Emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-BEI biex jiġi rifless it-Tisħiħ tal-Governanza tal-BEI [2016/772]
IL-BORD TAL-GVERNATURI TAL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT,
WARA LI KKUNSIDRA
|
1. |
l-Artikolu 7(3)(h) tal-Istatut, li permezz tiegħu l-Bord tal-Gvernaturi japprova r-Regoli ta' Proċedura tal-Bank; |
|
2. |
l-Artikolu 11(1)(h) tal-Istatut, li permezz tiegħu, fuq proposta tal-Bord tad-Diretturi, il-Bord tal-Gvernaturi jaħtar membri tal-Kumitat ta' Tmexxija; u |
|
3. |
l-Artikolu 11(2)(h) tal-Istatut, li permezz tiegħu, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, il-Bord tal-Gvernaturi jista' jiddeċiedi li jġiegħel lil membru tal-Kumitat ta' Tmexxija biex jirtira. |
BILLI l-Bank jixtieq jirrinforza r-rwol tal-Kumitat tal-Etika u l-Konformità tiegħu u jsaħħaħ ir-regoli interni tiegħu dwar il-ħatra u s-sospensjoni potenzjali ta' membri tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-Bank;
BILLI r-rwol tal-Kumitat tal-Etika u l-Konformità għandu jissaħħaħ bl-introduzzjoni tal-possibbiltà li dan il-Kumitat jagħti opinjonijiet dwar kwalunkwe materja etika li tikkonċerna membru tal-Kumitat ta' Tmexxija jew tal-Bord tad-Diretturi.
BILLI l-Bord tal-Gvernaturi, li huwa l-korp kompetenti skont l-Istatut biex jieħu deċiżjoni dwar l-irtirar obbligatorju ta' membri tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-Bank, jista' wkoll jiddeċiedi li temporanjament jissospendi membru tal-Kumitat ta' Tmexxija;
BILLI delega ta' din l-awtorità biex jissospendi membri tal-Kumitat ta' Tmexxija f'ċirkostanzi speċifiċi definiti u għal tul ta' żmien limitat hija mixtieqa sabiex il-Bank ikun jista' jirrispondi malajr għal sitwazzjonijiet eċċezzjonali; il-mekkaniżmu propost jipprevedi li din id-delega tingħata lill-President tal-Bank bi ftehim maċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi, jew, f'każijiet li jikkonċernaw il-President tal-Bank, liċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi;
BILLI kwalunkwe deċiżjoni ta' sospensjoni bħal din tiġi ppreċeduta minn konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Etika u l-Konformità;
BILLI l-proċeduri rilevanti applikabbli huma stabbiliti fl-Artikolu 23.b. il-ġdid tar-Regoli ta' Proċedura tal-Bank;
BILLI fi ħdan il-qafas stabbilit mir-regoli msemmija hawn fuq, l-adozzjoni ta' regoli ta' implimentazzjoni addizzjonali għal proċeduri ta' sospensjoni u rtirar obbligatorju għandha tiġi ddelegata lill-Bord tad-Diretturi;
BILLI r-regoli msemmija hawn fuq għandhom jiġu vvutati b'maġġoranza kkwalifikata tal-Bord tal-Gvernaturi fid-dawl tal-Artikolu 11(2) tal-Istatut;
BILLI sabiex jappoġġja l-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-ħatriet ta' membri tal-Kumitat ta' Tmexxija, għandu jinħoloq kumitat ta' konsulenza dwar ħatriet ad hoc bil-kompitu li jagħti opinjonijiet mhux vinkolanti;
BILLI sabiex jiffaċilita t-teħid ta' deċiżjonijiet dwar ħatriet bħal dawn u biex jirrispondi għall-iżviluppi riċenti fl-aħjar prassi bankarja, fir-Regoli ta' Proċedura tal-Bank għandhom jiddaħħlu xi kriterji sabiex jiġu applikati fid-deċiżjoni tal-ħatra;
BILLI huma meħtieġa għadd ta' bidliet tekniċi fl-Artikolu 11(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Bank mmirati sabiex jiżguraw funzjonament bla xkiel tad-diversi Kumitati maħluqa fi ħdan il-Bord tad-Diretturi bħall-Kumitat għall-Politika tar-Riskju,
GĦALDAQSTANT IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ, waqt li aġixxa b'maġġoranza kkwalifikata
|
1. |
Bil-preżenti, qegħdin jiġu emendati l-Artikoli 11(3) u 11(4) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Bank qegħdin jiddaħħlu żewġ Artikoli 23.a. u 23.b. ġodda fir-Regoli ta' Proċedura tal-Bank kif indikat fid-Dokument 16/01; |
|
2. |
Ir-Regoli ta' Proċedura emendati għandhom jidħlu fis-seħħ 120 jum wara l-jum meta din id-deċiżjoni tiġi adottata jew fl-1 ta' Settembru 2016, skont liema jiġi aktar tard. |
|
3. |
Ir-Regoli ta' Proċedura emendati għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
Għall-Bord tal-Gvernaturi
Iċ-Chairman
H.-J. SCHELLING
Is-Segretarju
K. TRÖMEL
ANNESS
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ewropew tal-Investiment, kif approvati fl-4 ta' Diċembru 1958 u kif emendati fil-15 ta' Jannar 1973, id-9 ta' Jannar 1981, il-15 ta' Frar 1986, is 6 ta' April 1995, id-19 ta' Ġunju 1995, id-9 ta' Ġunju 1997, il-5 ta' Ġunju 2000, is-7 ta' Marzu 2002, l-1 ta' Mejju 2004. it-12 ta' Mejju 2010, il-25 ta' April 2012, is-26 ta' April 2013 u l-20 ta' Jannar 2016 mill-Bord tal-Gvernaturi
KAPITOLU I
SENA FINANZJARJA
Artikolu 1
Is-sena finanzjarja tal-Bank għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru kull sena.
KAPITOLU II
BORD TAL-GVERNATURI
Artikolu 2
1. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jiltaqa' meta tissejjaħ laqgħa miċ-Chairman tiegħu fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' wieħed mill-membri tiegħu. Il-President tal-Bank jista', fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Bord tad-Diretturi, jitlob liċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi biex isejjaħ laqgħa tal-Bord.
2. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jagħmel Laqgħa Annwali, bil-għan li jiġi eżaminat ir-rapport annwali u għandu jiddetermina d-direttivi ġenerali għall-Bank.
3. Il-Bord tal-Gvernaturi jista' jiddeċiedi li japprova r-rapport annwali li jinkludi d-dikjarazzjonijiet finanzjarji (il-karta tal-bilanċ, il-kont tal-qligħ u t-telf, id-dikjarazzjoni tas-Sezzjoni Speċjali, in-noti għall-kontijiet annwali, inkluża l-verżjoni kkonsolidata tagħhom, u kwalunkwe dikjarazzjoni oħra li tista' titqies li hija neċessarja għall-evalwazzjoni tal-pożizzjoni jew tar-riżultati finanzjarji tal-Bank) barra mil-Laqgħa Annwali, inkluż bi proċedura miktuba.
4. Il-membri tal-Kumitat ta' Tmexxija jistgħu jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi. Il-membri tal-Bord tad-Diretturi, tal-Kumitat ta' Tmexxija u tal-Kumitat ta' Verifika għandhom jattendu l-Laqgħa Annwali tal-Bord tal-Gvernaturi.
Artikolu 3
1. Avviż tal-laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi għandu jinħareġ mhux inqas minn tletin jum qabel id-data ffissata għal kull laqgħa.
2. Il-membri tal-Bord tal-Gvernaturi għandu jkollhom l-aġenda u d-dokumenti relatati mhux inqas minn għoxrin jum qabel il-laqgħa.
3. Kull Gvernatur jista' jitlob l-inklużjoni ta' punti fuq l-aġenda għal laqgħa tal-Bord, kemm-il darba jibgħat it-talba tiegħu bil-miktub liċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi mhux inqas minn ħmistax-il jum qabel il-laqgħa.
4. It-termini ta' skadenza stabbiliti fil-paragrafi preċedenti jistgħu jiġu rrinunzjati, jekk il-membri kollha tal-Bord jaqblu jew, f'każ ta' emerġenza, miċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi fuq talba tal-President tal-Bank.
Artikolu 4
Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Gvernaturi għandhom jittieħdu b'mod konformi mal-Artikolu 8 tal-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (l-“Istatut”).
Artikolu 5
1. Iċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi u ċ-Chairman tal-Bord tad-Diretturi jistgħu jpoġġu deċiżjonijiet għall-vot permezz ta' korrispondenza bil-miktub jew elettronika.
2. Id-deċiżjonijiet għandhom jitqiesu li ġew adottati malli s-segretarjat tal-Bord tal-Gvernaturi jkun irċieva numru suffiċjenti ta' voti favur.
3. Il-votazzjoni permezz ta' korrispondenza bil-miktub jew elettronika, fejn xieraq bi proċedura taċita, għandha tkun il-proċedura li tintuża normalment għall-ħatra ta' membri tal-Bord tad-Diretturi, tal-Kumitat ta' Tmexxija u tal-Kumitat ta' Verifika.
4. Ħlief f'oqsma fejn hija meħtieġa unanimità jew maġġoranza kkwalifikata, il-Bord tal-Gvernaturi jista', fuq proposta f'dan is-sens mill-Bord tad-Diretturi, jadotta deċiżjonijiet bi proċedura taċita. Deċiżjoni bi proċedura taċita għandha titqies li ġiet adottata fi żmien sitt ġimgħat minn meta tkun intbagħtet in-notifika tagħha, ħlief jekk nofs il-membri tal-Bord jew numru ta' membri li jirrappreżentaw aktar minn nofs il-kapital sottoskritt ikunu indikaw li ma jaqblux.
Kull Gvernatur jista' jitlob li l-proċedura taċita tiġi interrotta.
Artikolu 6
Kull Gvernatur jista' jirċievi awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand mhux aktar minn wieħed mill-kollegi tiegħu biex jaġixxi bħala l-prokuratur tiegħu f'laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi u biex jivvota minfloku.
Artikolu 7
1. Il-kariga ta' Chairman għandha tkun okkupata minn kull membru tal-Bord b'rotazzjoni skont l-ordni tal-protokoll tal-Istati Membri stabbilita mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
2. It-terminu tal-kariga ta' membru tal-Bord bħala Chairman għandu jintemm fit-tmiem il-jum tal-Laqgħa Annwali jew tal-approvazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-aktar tard. It-terminu tal-kariga taċ-Chairman il-ġdid għandu jibda fil-jum ta' wara.
Artikolu 8
Għandhom jinżammu minuti tal-proċedimenti tal-Bord tal-Gvernaturi. Dawn għandhom jiġu ffirmati miċ-Chairman u mis-Segretarju.
Artikolu 9
Kull membru tal-Bord tal-Gvernaturi għandu jkun intitolat li juża waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Huwa jista' jitlob li kwalunkwe dokument għall-konsiderazzjoni tal-Bord jinkiteb bil-lingwa li jagħżel hu.
Artikolu 10
Il-korrispondenza għall-Bord tal-Gvernaturi għandha tiġi indirizzata lis-Segretarjat tal-Bord tal-Gvernaturi fis-sede tal-Bank.
KAPITOLU III
BORD TAD-DIRETTURI
Artikolu 11
1. Il-Bord tad-Diretturi għandu jiltaqa' mhux inqas minn sitt darbiet fis-sena u għandu jiddeċiedi, f'kull okkażjoni, id-data tal-laqgħa tiegħu li jmiss.
2. Iċ-Chairman għandu jsejjaħ laqgħa tal-Bord tad-Diretturi qabel id-data skedata, jekk terz tal-membri li għandhom il-vot jitolbu hekk jew jekk iċ-Chairman jidhirlu li dan ikun meħtieġ.
3. Għandu jiġi stabbilit Kumitat dwar ir-Remunerazzjoni tal-Persunal u l-Baġit fi ħdan il-Bord tad-Diretturi, bħala parti mir-responsabbiltajiet tiegħu u b'mod konformi mal-Artikolu 18 ta' dawn ir-Regoli, u għandu jiġi inkarigat bi kwistjonijiet identifikati bil-quddiem, sabiex jagħti opinjonijiet mhux vinkolanti lill-Bord tad-Diretturi biex jiffaċilita l-proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet.
Bħala parti mir-responsabbiltajiet tiegħu u b'mod konformi mal-Artikolu 18 ta' dawn ir-Regoli, il-Bord tad-Diretturi jista' jiddeċiedi li joħloq Kumitat għall-Politika tar-Riskju u Kumitat għall-Politika tal-Parteċipazzjoni fl-Ishma Azzjonarji, li l-membri tagħhom għandhom ikunu maħtura u r-regoli ta' proċedura tagħhom għandhom jiġu adottati malli jiġu kkostitwiti. Dawn il-Kumitati jista' jkollhom laqgħat konġunti meta jkun xieraq u jistiednu lill-Kumitat ta' Verifika għal laqgħa. Għandhom joħorġu rakkomandazzjonijiet u jagħtu opinjonijiet mhux vinkolanti lill-Bord tad-Diretturi sabiex jiffaċilitaw il-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet.
Il-Kumitati msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu komposti minn uħud mid-diretturi jew mis-supplenti tagħhom.
Il-President għandu jippresjedi u jkun intitolat li jiddelega l-pożizzjoni taċ-Chairman lill-Kumitati msemmija hawn fuq lil membru tal-Bord tad-Diretturi jew lill-Viċi-President. Is-Segretarju Ġenerali għandu jipprovdi servizzi segretarjali għall-Kumitati msemmija hawn fuq.
4. Għandu jiġi stabbilit Kumitat tal-Etika u l-Konformità, kompost mill-erba' diretturi li jkun ilhom l-aktar fil-kariga u li jivvolontarjaw biex jipparteċipaw fih, flimkien maċ-Chairman tal-Kumitat ta' Verifika. Il-Kumitat għandu jkun ippresedut mid-direttur li jkun ilu l-aktar fil-kariga u t-terminu tal-kariga ta' Chairman tal-Kumitat għandu jkun ta' tliet snin u għandu jiġġedded b'mod konformi mat-termini stabbiliti fir-regoli dwar l-operat tal-Kumitat. Il-Kumitat tal-Etika u l-Konformità għandu:
|
— |
jieħu deċiżjonijiet dwar kull konflitt ta' interess ta' membru jew ex membru tal-Bord tad-Diretturi, il-Kumitat ta' Tmexxija, jew fuq bażi volontarja, membru tal-Kumitat ta' Verifika; |
|
— |
jagħti opinjonijiet dwar kull kwistjoni etika li tikkonċerna membru tal-Bord tad-Diretturi jew tal-Kumitat ta' Tmexxija; |
|
— |
jeżerċita s-setgħat l-oħrajn kollha mogħtija permezz ta' dawn ir-Regoli. |
Għandu japplika d-dispożizzjonijiet legali dwar l-inkumpatibbiltà mad-dmirijiet adottati mill-Bord tal-Gvernaturi. Il-Kumitat għandu jinforma lill-Bord tad-Diretturi u lill-Bord tal-Gvernaturi bid-deċiżjonijiet adottati.
Il-Kap Uffiċjal tal-Konformità għandu jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat mingħajr id-dritt tal-vot.
L-Ispettur Ġenerali għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat meta jiġu diskussi kwistjonijiet relatati mal-frodi, bħal kwistjonijiet relatati mal-politika tal-BEI kontra l-frodi kif emendata minn żmien għal żmien, iżda mingħajr id-dritt tal-vot.
Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jadotta r-regoli dwar l-operat tal-Kumitat tal-Etika u l-Konformità.
Artikolu 12
1. Avviż tal-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi flimkien mad-dettalji tal-Aġenda għandu, normalment, jinħareġ mhux inqas minn ħmistax-il jum qabel id-data ffissata għal kull laqgħa.
2. Il-membri tal-Bord tad-Diretturi għandu jkollhom aċċess għad-dokumenti mhux inqas minn għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-laqgħa. Il-Bank jista' juża mezzi elettroniċi.
3. Kull membru tal-Bord tad-Diretturi jista' jeħtieġ l-inklużjoni ta' punti fuq l-aġenda għal laqgħa tal-Bord, kemm-il darba jibgħat it-talba tiegħu bil-miktub liċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi mhux inqas minn ħamest ijiem qabel il-laqgħa.
4. F'każijiet ta' emerġenza, iċ-Chairman jista' jsejjaħ laqgħa tal-Bord immedjatament. Id-deċiżjonijiet jistgħu wkoll jitpoġġew għall-vot b'korrispondenza bil-miktub jew elettronika. Iċ-Chairman jista' juża wkoll il-proċedura taċita skont it-termini stabbiliti mill-Bord tad-Diretturi.
Artikolu 13
Kull membru tal-Bord tal-Gvernaturi għandu jkun intitolat li juża waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Huwa jista' jitlob li kwalunkwe dokument għall-konsiderazzjoni tal-Bord jinkiteb bil-lingwa li jagħżel hu.
Artikolu 14
1. Is-supplenti jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi. Is-supplenti nnominati minn Stat, jew bi ftehim komuni ta' bosta Stati, jew mill-Kummissjoni, jistgħu jissostitwixxu lid-diretturi nnominati minn dak l-Istat, minn wieħed minn dawk l-Istati jew mill-Kummissjoni rispettivament. Is-supplenti m'għandhomx dritt tal-vot, ħlief meta jissostitwixxu direttur wieħed jew aktar jew meta jkunu ġew iddelegati biex jagħmlu dan b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.
2. Meta l-Artikolu 9(2) tal-Istatut jipprovdi li Stat jista' jinnomina direttur wieħed u żewġ supplenti, id-direttur għandu jindika liema supplent, f'ordni ta' prijorità, għandu jirrappreżentah meta ma jkunx jista' jattendi, u fin-nuqqas għandhom japplikaw ir-regoli stipulati fil-paragrafu segwenti.
3. Meta l-Artikolu 9(2) tal-Istatut jipprovdi li bosta Stati Membri għandhom jinnominaw direttur wieħed u jinnominaw konġuntament diversi supplenti, is-supplent imsejjaħ biex iwettaq id-dmirijiet ta' direttur meta dan tal-aħħar ma jkunx jista' jattendi għandu jiġi stabbilit, fin-nuqqas ta' delega espressa, skont l-ordni li ġejja:
|
(a) |
is-supplent speċifikat fil-mument tan-nomina jew ħatra tas-supplenti; |
|
(b) |
is-supplent li jkun ilu l-aktar fil-kariga; |
|
(c) |
l-aktar supplent anzjan f'termini ta' età. |
4. Jekk direttur jieqaf iwettaq id-dmirijiet tiegħu jew imut, huwa għandu jiġi ssostitwit minn supplent magħżul skont ir-regoli pprovduti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu preċedenti sakemm jinħatar direttur ġdid mill-Bord tal-Gvernaturi.
5. Meta direttur li ma jkunx jista' jattendi, ma jkunx jista' jsib supplent biex jirrappreżentah, huwa jista' jiddelega l-vot tiegħu bil-miktub lil membru ieħor tal-Bord tad-Diretturi.
6. Ebda membru tal-Bord tad-Diretturi ma jista' jkollu aktar minn żewġ voti.
Artikolu 15
1. Il-kworum ipprovdut fl-Artikolu 10(2) tal-Istatut għandu jkun tmintax-il membru preżenti li għandhom il-vot.
2. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi għandhom jittieħdu b'mod konformi mal-Artikolu 10(2) tal-Istatut.
3. L-unanimità stipulata fl-Artikolu 19(5) u (6) tal-Istatut tfisser in-numru totali ta' voti favur mitfugħa mill-membri li għandhom il-vot u li jkunu preżenti u rappreżentati.
Artikolu 16
1. B'mod konformi mar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tal-Istatut, il-Bord tad-Diretturi għandu jaħtar b'co-option sitt esperti mingħajr dritt ta' vot: tlieta bħala membri sħaħ u tlieta bħala supplenti.
2. Il-President għandu jipproponi lill-Bord tad-Diretturi l-kandidati li huma membri sħaħ u l-kandidati supplenti, għal perjodu li jiskadi fit-tmiem tal-kariga tad-diretturi.
3. Dawn il-kandidati għandhom jintagħażlu minn fost persuni li jkollhom kwalifika u esperjenza bi provi f'qasam relatat mal-attivitajiet tal-Bank.
4. Il-Bord tad-Diretturi għandu japprova l-proposta tal-President b'mod konformi mal-proċedura pprovduta fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 10(2) tal-Istatut.
5. L-esperti maħtura b'co-option għandhom igawdu l-istess drittijiet tal-membri mingħajr vot tal-Bord tad-Diretturi u għandhom ikunu soġġetti għall-istess obbligi.
Artikolu 17
Għandhom jinżammu minuti tal-proċedimenti tal-Bord tad-Diretturi. Dawn għandhom jiġu ffirmati miċ-Chairman tal-laqgħa u miċ-Chairman li jippresjedi l-laqgħa li matulha jiġu approvati kif ukoll mis-Segretarju tal-laqgħa.
Artikolu 18
1. Skont l-Artikolu 9(1) tal-Istatut, il-Bord tad-Diretturi għandu jeżerċita dawn is-setgħat:
|
— |
għandu jistabbilixxi, fuq proposta mill-Kumitat ta' Tmexxija, it-termini u l-kundizzjonijiet li jikkostitwixxu l-qafas ġenerali għall-operazzjonijiet ta' finanzjament, garanzija u teħid ta' self tal-Bank, b'mod partikolari billi japprova l-kriterji għall-iffissar tar-rati tal-imgħax, kummissjonijiet u ħlasijiet oħrajn; |
|
— |
għandu jadotta, fuq proposta mill-Kumitat ta' Tmexxija, id-deċiżjonijiet ta' politika dwar it-tmexxija tal-Bank; |
|
— |
għandu jiżgura l-konsistenza tal-politiki u l-attivitajiet tal-Grupp tal-BEI; |
|
— |
għandu japprova l-operazzjonijiet ta' finanzjament u garanzija proposti mill-Kumitat ta' Tmexxija; |
|
— |
għandu jawtorizza lill-Kumitat ta' Tmexxija biex iwettaq operazzjonijiet ta' teħid ta' self u attivitajiet assoċjati ta' teżor u derivattivi taħt programm globali li għandu jistabbilixxi; |
|
— |
għandu jissorvelja l-ekwilibriju finanzjarju tal-Bank u l-kontroll tar-riskju; |
|
— |
għandu jiddeċiedi dwar id-dokumenti ewlenin tat-tmexxija tal-Bank ippreżentati mill-Kumitat ta' Tmexxija — b'mod partikolari l-Pjan Korporattiv tal-Operat, il-baġit annwali u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji, inkluża l-verżjoni kkonsolidata tagħhom — u, fejn xieraq, dwar l-implimentazzjoni tagħhom; |
|
— |
għandu jeżamina l-proposti kollha tal-Kumitat ta' Tmexxija sottomessi lill-Bord tal-Gvernaturi; |
|
— |
għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali tal-Bank dwar aċċess għad-dokumenti; |
|
— |
għandu jiddetermina d-dispożizzjonijiet applikati għal esperti maħtura b'co-option; |
|
— |
għandu jadotta, wara li jkun ikkonsulta lill-Kumitat ta' Verifika, il-prinċipji ta' kontabilità applikati għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Bank. |
2. B'mod ġenerali, għandu jiżgura li l-Bank huwa mmexxi sew b'mod konformi mat-Trattat, l-Istatut, id-direttivi stabbiliti mill-Bord tal-Gvernaturi u t-testi l-oħrajn li jirregolaw l-attività tal-Bank fit-twettiq tal-kompitu tiegħu taħt it-Trattat. Fit-twettiq tal-poteri tiegħu, il-Bord tad-Diretturi jista' jitlob lill-Kumitat ta' Tmexxija biex jieħu l-inizjattiva u jissottometti proposti.
3. Huwa jista', fuq il-bażi ta' deċiżjoni meħuda b'maġġoranza kkwalifikata, jiddelega wħud mill-funzjonijiet tiegħu lill-Kumitat ta' Tmexxija. Għandu jiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet għal tali delegazzjoni u għandu jissorvelja l-eżekuzzjoni tagħha.
4. Għandu jeżerċita l-poteri l-oħrajn kollha pprovduti fl-Istatut u għandu jagħti lill-Kumitat ta' Tmexxija, fir-regoli u d-deċiżjonijiet li jadotta, il-poteri implimentattivi korrispondenti, waqt li huwa mifhum li l-Kumitat ta' Tmexxija għandu, b'mod konformi mal-Artikolu 11(3) tal-Istatut, ikun responsabbli għan-negozju attwali tal-Bank, taħt l-awtorità tal-President u s-sorveljanza tal-Bord tad-Diretturi.
Artikolu 19
1. Il-membri tal-Bord tad-Diretturi għandhom ikunu intitolati għal rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tagħhom meta jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi.
2. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jiddetermina l-ammont tal-benefiċċju għall-attendenza għal diretturi u supplenti.
KAPITOLU IV
KUMITAT TA' TMEXXIJA
Artikolu 20
1. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun ir-rappreżentant permanenti u l-korp tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Bank, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Istatut.
2. Għandu jiltaqa' kif u meta meħtieġ min-negozju tal-Bank.
Artikolu 21
1. Ta' mill-inqas ħames membri tal-Kumitat ta' Tmexxija għandhom ikunu preżenti sabiex id-deċiżjonijiet meħuda u l-opinjonijiet mogħtija minnu jkunu validi.
2. Il-President għandu jippresjedi l-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi, il-kumitati stabbiliti b'mod konformi mal-Artikolu 11(3) ta' dawn ir-Regoli u l-Kumitat ta' Tmexxija. Jekk il-President ma jkunx jista' jattendi, ikun ma jiflaħx jew ikollu konflitt ta' interess, il-Viċi President li jkun ilu l-aktar fil-kariga għandu jissostitwih. Meta żewġ Viċi Presidenti jew aktar ikun ilhom fil-kariga għall-istess tul ta' żmien, il-Viċi President li jkun l-aktar anzjan f'termini ta' età għandu jissotitwixxi lill-President.
3. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa mill-membri preżenti. Kull membru tal-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkollu vot wieħed. F'każ ta' pareġġ fil-votazzjoni mill-membri tal-Kumitat ta' Tmexxija, il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv.
4. Il-Kumitat ta' Tmexxija jista' jiddelega l-adozzjoni ta' miżuri ta' tmexxija jew amministrattivi lill-President jew lil wieħed jew aktar mill-Viċi Presidenti, soġġett għar-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fid-deċiżjoni ta' delegazzjoni. Kull deċiżjoni adottata b'dan il-mod għandha tiġi nnotifikata lill-Kumitat minnufih.
Il-Kumitat ta' Tmexxija jista' jiddelega l-adozzjoni ta' miżuri oħrajn konġuntament lill-President u lil wieħed jew aktar mill-Viċi Presidenti, soġġett għar-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fid-deċiżjoni ta' delegazzjoni, jekk ma jkunx possibbli, minħabba ċ-ċirkustanzi, li tittieħed deċiżjoni matul il-laqgħa. Kull deċiżjoni adottata b'dan il-mod għandha tiġi nnotifikata lill-Kumitat minnufih.
5. Il-Kumitat ta' Tmexxija jista' jivvota dwar u jadotta deċiżjonijiet permezz ta' korrispondenza bil-miktub jew elettronika. Il-Kumitat ta' Tmexxija jista' juża wkoll il-proċedura taċita u, f'każijiet eċċezzjonali, jirrikorri għal telekonferenzi skont termini li jistabbilixxi huwa stess.
Artikolu 22
Il-proċedimenti tal-Kumitat ta' Tmexxija għandhom jinġabru fil-qosor mis-Segretarju f'minuti approvati mill-Kumitat ta' Tmexxija u ffirmati mill-President tal-Bank u s-Segretarju Ġenerali.
Artikolu 23
1. B'mod konformi mal-Artikolu 11(3) u (7) tal-Istatut, il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun kompetenti biex jadotta u jimplimenta r-regoli amministrattivi dwar l-organizzazzjoni u l-operat tad-dipartimenti tal-Bank, inkluż fir-rigward tal-ġestjoni tal-persunal, ir-Regoli tal-Persunal u d-drittijiet u l-obbligi korrispondenti, mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti tal-Persunal. Għandu jinforma lill-Bord tad-Diretturi dwar dan.
2. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkollu wkoll il-kompetenza, taħt l-istess termini u kundizzjonijiet, biex jikkonkludi kull ftehim mal-persunal tal-Bank.
3. Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet preċedenti, il-President għandu jkollu s-setgħa li jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet individwali kollha tal-persunal, jilħaq kompromessi, jirrikonċilja differenzi, jikkonkludi ftehimiet u, b'mod ġenerali, jagħmel dak kollu li huwa utli u neċessarju fl-interess tal-Bank, b'mod konformi mal-Artikolu 11(7) tal-Istatut.
Artikolu 23.a
1. Il-membri tal-Kumitat ta' Tmexxija għandhom ikunu persuni indipendenti u kompetenti u jkollhom esperjenza f'materji finanzjarji, bankarji u/jew tal-Unjoni Ewropea. F'kull ħin, għandhom:
|
— |
ikunu ta' integrità għolja u jgawdu reputazzjoni għolja; |
|
— |
ikollhom għarfien, ħiliet u kompetenza esperta suffiċjenti sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. |
Il-kompożizzjoni ġenerali tal-Kumitat ta' Tmexxija għandha jkollha l-għan li tirrifletti b'mod adegwat firxa wiesgħa ta' kompetenza esperta kif ukoll diversità bejn is-sessi.
2. Għandu jiġi stabbilit Kumitat ta' Konsulenza dwar Ħatriet sabiex jagħti opinjonijiet mhux vinkolanti dwar l-adegwatezza ta' kandidati sabiex iwettqu d-dmirijiet ta' membru tal-Kumitat ta' Tmexxija fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu msemmi u speċifikati aktar fir-regoli dwar l-operat ta' dan il-Kumitat qabel ma l-Bord tal-Gvernaturi jagħmel il-ħatriet imsemmija fl-Artikolu 11.1 tal-Istatut.
Il-Kumitat għandu jinkludi ħames membri esterni għall-Bank, maħtura mill-Bord tal-Gvernaturi fuq proposta tal-President, li jkunu indipendenti, kompetenti, ta' integrità għolja u ta' reputazzjoni għolja. Il-membri tal-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkollhom esperjenza professjonali rilevanti, b'mod partikolari, kompetenza esperta bankarja, inkluża s-sorveljanza bankarja u/jew kompetenza esperta finanzjarja, fis-settur privat jew pubbliku u/jew għarfien espert fi kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Il-kompożizzjoni ġenerali tal-Kumitat għandha jkollha l-għan li tirrifletti b'mod adegwat firxa wiesgħa ta' kompetenza esperta kif ukoll diversità bejn is-sessi. Il-membri tal-Kumitat għandhom jiġu maħtura għal perjodu sa sitt snin u jistgħu jerġgħu jinħatru darba.
Il-Bank għandu jorganizza servizzi segretarjali għall-Kumitat. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jadotta r-regoli dwar l-operat tal-Kumitat. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jadotta r-regoli dwar l-operat tal-Kumitat.
Artikolu 23.b
1. Fil-każ ta' mġiba ħażina serja jew allegatament serja ta' membru tal-Kumitat ta' Tmexxija, sew jekk permezz ta' nuqqas serju li josserva l-obbligi professjonali tiegħu/tagħha, ksur tal-liġi jew kwalunkwe każ ieħor li jista' jaffettwa serjament ir-reputazzjoni tal-Bank u/jew li jkollha l-konsegwenza li l-membru kkonċernat ma jibqax f'pożizzjoni li jeżerċita sew id-dmirijiet tiegħu/tagħha, il-President, bi ftehim maċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi, jista' jissospendi lill-membru kkonċernat tal-Kumitat ta' Tmexxija skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu 23.b.
F'każijiet li jikkonċernaw il-President, iċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi jista' jissospendi lill-President.
2. Kull deċiżjoni ta' sospensjoni:
|
— |
għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Etika u l-Konformità u wara li tkun riċevuta kull osservazzjoni relatata mal-Membru kkonċernat tal-Kumitat ta' Tmexxija; |
|
— |
għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien lill-Bord tad-Diretturi u l-Bord tal-Gvernaturi; |
|
— |
għandha jkollha tul ta' żmien limitat għal perjodu ta' tliet xhur, li matulu konferma ta' din id-deċiżjoni għal perjodu addizzjonali sa disa' xhur għandha tittella' għall-votazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata. Għal dan il-għan, il-Bord tal-Gvernaturi jingħata l-opinjoni tal-Kumitat tal-Etika u l-Konformità u l-osservazzjonijiet relatati tal-Membru kkonċernat tal-Kumitat ta' Tmexxija. Il-Bord tal-Gvernaturi jintalab jivvota qabel it-tmiem tal-perjodu ta' sospensjoni ta' tliet xhur u wara dan, il-votazzjoni tingħalaq. |
3. Jekk il-Bord tal-Gvernaturi fi żmien tliet xhur jiddeċiedi li jikkonferma s-sospensjoni għal perjodu addizzjonali, il-membru kkonċernat tal-Kumitat ta' Tmexxija jiġi sospiż sat-tmiem ta' dan il-perjodu ta' sospensjoni addizzjonali sakemm:
|
— |
ma tiġix adottata deċiżjoni ta' ħatra mill-ġdid mill-Bord tal-Gvernaturi, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata; |
|
— |
ma tiġix adottata deċiżjoni ta' rtirar obbligatorju skont l-Artikolu 11.2 tal-Istatut mill-Bord tal-Gvernaturi, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata. |
4. Jekk il-Bord tal-Gvernaturi fi żmien tliet xhur ma jiddeċidix li jikkonferma s-sospensjoni għal perjodu addizzjonali, il-membru kkonċernat tal-Kumitat ta' Tmexxija jiġi ristabbilit awtomatikament.
5. Mal-iskadenza tal-perjodu ta' sospensjoni, il-membru kkonċernat tal-Kumitat ta' Tmexxija jiġi ristabbilit awtomatikament sakemm ma jkunx soġġett għal deċiżjoni ta' rtirar obbligatorju skont l-Artikolu 11.2 tal-Istatut.
6. Fil-każ ta' proċedura ta' rtirar obbligatorju skont l-Artikolu 11.2 tal-Istatut, il-Kumitat tal-Etika u l-Konformità għandu jiġi kkonsultat. L-opinjoni tal-Kumitat tal-Etika u l-Konformità tintbagħat lill-Bord tad-Diretturi flimkien mal-osservazzjonijiet relatati tal-Membru kkonċernat tal-Kumitat ta' Tmexxija.
7. Il-Bord tad-Diretturi għandu jistabbilixxi d-dettalji tal-proċeduri ta' sospensjoni u ta' rtirar obbligatorju.
KAPITOLU V
KUMITAT TAL-VERIFIKA
Artikolu 24
1. Skont l-Artikolu 12 tal-Istatut, il-Kumitat tal-Verifika (iktar 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”) għandu jivverifika annwalment li l-operazzjonijiet tal-bank saru u l-kotba tiegħu nżammu kif suppost.
2. Huwa għandu jkun responsabbli biex jivverifika l-kontijiet tal-Bank.
3. Għandu jivverifika li l-attivitajiet tal-Bank jikkonformaw mal-aħjar prattika bankarja applikabbli għalih.
Artikolu 25
1. Il-Kumitat għandu jagħmel laqgħa ta' mill-inqas darba fis-sena mal-Kumitat ta' Tmexxija sabiex jiddiskuti r-riżultati tal-ħidma tiegħu matul is-sena finanzjarja preċedenti kif ukoll il-programm ta' ħidma tiegħu għas-sena finanzjarja attwali.
2. Fit-tmiem ta' kull sena finanzjarja u sa mhux aktar tard minn ġimgħatejn qabel is-sottomissjoni lill-Bord tal-Gvernaturi, il-Kumitat għandu jirċievi l-abbozz tar-rapport annwali tal-Bord tad-Diretturi, li jkun fih l-abbozz tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
3. Fi żmien tliet ġimgħat minn meta jirċievi dawn il-kummenti, il-Kumitat, wara li jkun wettaq il-kompiti meqjusa li huma meħtieġa, wara li jkun ingħata assigurazzjoni mill-Kumitat ta' Tmexxija dwar l-effettività tas-sistemi ta' kontroll intern, ta' ġestjoni tar-riskju u tal-amministrazzjoni interna, għandu jibgħat dikjarazzjoni lill-President tal-Bank li tikkonferma li, sa fejn jaf hu u fl-aħjar ġudizzju tiegħu:
|
— |
l-attivitajiet tal-Bank huma mmexxija kif suppost, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju u l-monitoraġġ; |
|
— |
il-Kumitat ivverifika li l-operazzjonijiet tal-Bank ġew immexxija u l-kotba tiegħu nżammu kif suppost u li, għal dan il-għan, huwa vverifika li l-operazzjonijiet tal-Bank twettqu b'mod konformi mal-formalitajiet u l-proċeduri stipulati fl-Istatut u fir-Regoli tal-Proċedura; |
|
— |
il-Kumitat jikkonferma li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni finanzjarja oħra li tinsab fil-kontijiet annwali mħejjija mill-Bord tad-Diretturi, jagħtu stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Bank fir-rigward tal-assi u r-responsabbiltajiet tiegħu, u tar-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi ta' flus tiegħu għas-sena finanzjarja eżaminata. Għandu jipprovdi l-istess konferma fir-rigward tal-verżjoni kkonsolidata tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. |
4. Jekk il-Kumitat ikun tal-fehma li mhuwiex f'pożizzjoni li jikkonferma dak li ntqal hawn fuq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni bi spjegazzjoni mmotivata lill-President tal-Bank fl-istess limitu ta' żmien.
5. Id-dikjarazzjoni tal-Kumitat għandha tiġi kkomunikata lill-Bord tal-Gvernaturi bħala anness għar-rapport annwali tal-Bord tad-Diretturi.
6. Il-Kumitat għandu jibgħat rapport dettaljat lill-Bord tal-Gvernaturi dwar ir-riżultati tal-ħidma tiegħu matul is-sena finanzjarja preċedenti, inkluża verifika li l-attivitajiet tal-Bank jikkonformaw mal-aħjar prattika bankarja applikabbli għaliha, u kopja tagħha għandha tintbagħat lill-membri tal-Bord tad-Diretturi u lill-Kumitat ta' Tmexxija. Ir-rapport tal-Kumitat għandu jintbagħat lill-Bord tal-Gvernaturi flimkien mar-rapport annwali tal-Bord tad-Diretturi.
Artikolu 26
1. Il-Kumitat għandu jkollu aċċess għall-kotba u l-kupuni kollha tal-Bank u jista' jitlob li jara kwalunkwe document ieħor li jidhirlu li jkun meħtieġ sabiex jeżamina l-qadi ta' dmirijietu. Id-dipartimenti tal-Bank għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu għal kwalunkwe għajnuna.
2. Il-Kumitat għandu jirrikorri wkoll għand awdituri esterni li huwa għandu jinnomina wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Tmexxija, u li lilhom jista' jiddelega xogħol ta' kuljum dwar il-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Bank. Għal dan il-għan, huwa għandu jirrevedi kull sena n-natura u l-ambitu tal-verifika esterna proposta u l-proċeduri ta' verifika li għandhom jintużaw. Għandu jivverifika wkoll ir-riżultati u l-konklużjonijiet ta' tali verifika, inklużi kwalunkwe kummenti jew rakkomandazzjonijiet. L-ittra ta' ingaġġ tal-awdituri esterni għandha tiġi fformulata minnufih mill-Bank b'mod konformi mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kumitat.
3. Il-Kumitat għandu jirrevedi wkoll kull sena l-programm ta' ħidma, l-ambitu u r-riżultati tal-verifika interna tal-Bank.
4. Għandu jiżgura li jkun hemm koordinazzjoni adegwata bejn l-awdituri interni u esterni. Jekk ikun meħtieġ, il-Kumitat jista' jikkonsulta esperti oħrajn.
5. Il-proċeduri tal-Kumitat għandhom ikunu validi biss jekk il-maġġoranza tal-membri tiegħu jkunu preżenti. Minbarra d-dikjarazzjoni u r-rapport imsemmija fl-Artikolu 25 ta' dawn ir-Regoli tal-Proċedura, li jistgħu jiġu adottati biss b'mod unanimu, id-deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat għandhom jeħtieġu l-kunsens tal-maġġoranza tal-membri tiegħu. F'każ ta' pareġġ fil-votazzjoni tal-membri tal-Kumitat, iċ-Chairman għandu jkollu l-vot deċiżiv.
6. Iċ-Chairman tal-Kumitat jista' jpoġġi deċiżjonijiet għall-vot permezz ta' korrispondenza bil-miktub jew elettronika.
7. Il-Kumitat innifsu għandu jiddetermina r-regoli operattivi l-oħrajn kollha.
8. Il-Membri tal-Kumitat m'għandhom jiżvelaw ebda informazzjoni jew dejta li jsiru jafu biha matul it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom lil persuni jew korpi barra l-Bank. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll għall-awdituri esterni magħżula mill-Kumitat b'mod konformi mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 27
1. Il-membri tal-Kumitat għandhom jiġu maħtura mill-Bord tal-Gvernaturi. Il-ħatra tagħhom għandha tkun għal sitt snin finanzjarji konsekuttivi u m'għandhiex tiġġedded. Wieħed mill-membri tal-Kumitat għandu jinbidel kull sena.
2. Il-membri għandhom jintagħżlu minn fost persuni li għandhom l-indipendenza, il-kompetenza u l-integrità meħtieġa. Il-membri għandu jkollhom ħila esperta fil-qasam finanzjarju, tal-verifika u tas-sorveljanza bankarja fis-settur privat jew pubbliku, u bejniethom għandhom ikopru l-firxa sħiħa ta' ħila esperta.
3. It-termini tal-kariga tal-membri tal-Kumitat għandhom jintemmu fit-tmiem il-jum tal-Laqgħa Annwali tal-Bord tal-Gvernaturi msemmija fl-Artikolu 2(2) ta' dawn ir-Regoli jew tal-approvazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, skont liema jkun l-aktar tard. It-terminu tal-kariga tal-membri l-ġodda għandu jibda fil-jum ta' wara.
4. Il-Bord tal-Gvernaturi, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jġiegħel lil membru tal-Kumitat jirtira, jekk jidhirlu li m'għadux kapaċi jaqdi dmirijietu.
5. Il-kariga ta' Chairman tal-Kumitat għandha tinżamm għal sena waħda b'rotazzjoni mill-membru li l-ħatra tiegħu ser tintemm fit-tmiem il-jum tal-Laqgħa Annwali tal-Bord tal-Gvernaturi msemmija fl-Artikolu 2(2) ta' dawn ir-Regoli jew tal-approvazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, skont liema jkun l-aktar tard.
6. Il-Bord tal-Gvernaturi, fuq proposta konġunta mill-President tal-Bank u miċ-Chairman tal-Kumitat ta' Verifika, jista' jaħtar massimu ta' tlett osservaturi għal terminu ta' sitt snin li ma jistax jiġġedded. Huma għandhom jiġu maħtura fuq il-bażi tal-kwalifiki partikolari tagħhom, b'mod speċjali fir-rigward tas-sorveljanza bankarja. Huma għandhom jassistu lill-Kumitat fit-twettiq tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tiegħu. Il-membri sħaħ tal-Kumitat jistgħu jafdaw lill-osservaturi b'ċerti kompiti speċifiċi, b'mod partikolari studji fi tħejjija għal-laqgħat tal-Kumitat.
Artikolu 28
F'każ li titbattal xi kariga b'riżultat ta' mewt, riżenja volontarja, irtirar obbligatorju jew xi raġuni oħra, il-Bord tal-Gvernaturi għandu, fi żmien tliet xhur, jaħtar sostitut għall-perjodu li jkun fadal tat-terminu tal-kariga.
Artikolu 29
Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jiddetermina l-emolumenti tal-membri tal-Kumitat u bl-istess mod tal-osservaturi. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għixien li huma jonfqu fil-qadi ta' dmirijiethom għandhom jiġu rrimborżati taħt il-kundizzjonijiet applikabbli għall-membri tal-Bord tad-Diretturi.
KAPITOLU VI
SEGRETARJAT
Artikolu 30
Is-Segretarju Ġenerali tal-Bank għandu jipprovdi servizzi ta' segretarjat għall-Bord tal-Gvernaturi, il-Bord tad-Diretturi, il-Kumitat ta' Tmexxija u l-Kumitat ta' Verifika. Huwa għandu jipprovdi wkoll servizzi segretarjali għall-kumitati stabbiliti fi ħdan il-Bord tad-Diretturi u għall-entitajiet maħluqa fil-kuntest ta' mandat tal-Unjoni Ewropea jew ta' korpi oħrajn, fejn jiġi pprovdut li l-Bank għandu jipprovdi tali servizzi.
KAPITOLU VII
PERSUNAL TAL-BANK
Artikolu 31
Il-Bord tad-Diretturi għandu jippreskrivi r-regolamenti dwar il-persunal tal-Bank. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jadotta l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta' dawn ir-regolamenti b'mod konformi mal-Artikolu 23 ta' dawn ir-Regoli.
Artikolu 32
1. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jiżgura li d-drittijiet tal-membri tal-persunal tal-Bank huma salvagwardati f'każ ta' likwidazzjoni tal-Bank.
2. F'każ ta' emerġenza l-Kumitat ta' Tmexxija għandu jieħu fil-pront il-miżuri li jidhirlu huma meħtieġa, iżda għandu jirrapporta minnufih dwarhom lill-Bord tad-Diretturi.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONI FINALI
Artikolu 33
1. Dawn ir-Regoli ta' Proċedura, u l-emendi għalihom, għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum tal-approvazzjoni tagħhom.
2. Id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'ebda mod m'għandhom jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istatut.