|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
14.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/757
tat-3 ta' Frar 2016
li jiddetermina dawk l-operazzjonijiet b'rabta mal-applikazzjoni tar-Regolamenti agrikoli li jeħtieġu l-introduzzjoni tal-informazzjoni fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-għan tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali (CIS) huwa li tassisti fil-prevenzjoni, fl-investigazzjoni u fil-prosekuzzjoni ta' operazzjonijiet li jkunu qegħdin jiksru l-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola. Sabiex is-CIS tkompli tindirizza l-ħtiġijiet tal-awtoritajiet kompetenti huwa meħtieġ li jsir aġġornament tal-lista tal-operazzjonijiet li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni agrikola li għandhom jiġu inklużi fis-CIS. |
|
(2) |
L-introduzzjoni tal-informazzjoni fis-CIS rigward l-operazzjonijiet b'rabta mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni agrikola għandha tkun limitata għall-prodotti koperti mill-Kapitoli 1 sa 24 tan-Nomenklatura magħquda. |
|
(3) |
Sabiex ikun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwieġbu b'ħeffa għall-emerġenzi tas-saħħa, it-traċċar u r-rintraċċar taċ-ċaqliq tal-prodotti soġġetti għal-leġiżlazzjoni agrikola huma ta' importanza fundamentali. Sabiex ikun żgurat li tali oġġetti jkunu traċċati u rintraċċati fl-istadji kollha taċ-ċaqliq, għandha tkun provduta informazzjoni dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-ħażna temporanja u ċ-ċaqliq intern fl-UE ta' tali oġġetti. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-operazzjonijiet b'rabta mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni agrikola li skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 515/97 jeħtieġu l-introduzzjoni tal-informazzjoni fis-CIS ikunu dawk li jirrigwardaw:
|
(a) |
l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' prodotti soġġetti għad-dispożizzjonijiet adottati skont il-politika agrikola komuni u r-regoli speċjali adottati fir-rigward ta' oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli. |
|
(b) |
l-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' prodotti soġġetti għad-dispożizzjonijiet adottati skont il-politika agrikola komuni u r-regoli speċjali adottati fir-rigward ta' oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli. |
|
(c) |
iċ-ċaqliq ta' prodotti, soġġetti għad-dispożizzjonijiet adottati fir-rigward ta' oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli, taħt il-kopertura ta' proċedura komuni ta' tranżitu jew proċedura ta' tranżitu estern u l-operazzjonijiet li jinvolvu l-ħżin temporanju fl-Unjoni ta' tali prodotti meta jiġu esportati mill-ġdid mill-Unjoni lejn pajjiż terz. |
|
(d) |
iċ-ċaqliq intern fl-UE tal-prodotti li huma soġġetti għal restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet abbażi ta' dispożizzjonijiet adottati permezz tal-politika agrikola komuni u r-regoli speċjali adottati fir-rigward ta' oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli jew li jibbenefikaw mill-assistenza tal-UE. |
Artikolu 2
Jitħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 696/98 (2).
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Settembru 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 02, Vol. 008, p. 217).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 696/98 tas-27 ta' Marzu 1998 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fuq kwistjonijiet doganali u agrikoli (ĠU L 96, 28.3.1998, p. 22).
|
14.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/3 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/758
tal-4 ta' Frar 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adattament tal-Anness III tiegħu
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 49(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jipprevedi l-possibilità li jiġu adattati mapep indikattivi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) li ġie estiż għall-pajjiżi ġirien speċifiċi abbażi ta' ftehimiet ta' livell għoli dwar netwerks tat-l-infrastruttura tan- tat-trasport bejn l-Unjoni u l-pajjiżi ġirien ikkonċernati. |
|
(2) |
Ftehim ta' livell għoli bejn l-Unjoni u l-pajjiżi Balkani tal-Punent; l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja, ġie approvat fis-27 ta' Awwissu 2015 waqt is-Summit tas-Sitta tal-Balkani tal-Punent ta' Vjenna dwar l-adattament ta' estensjoni indikattiva tal-mapep komprensivi tat-TEN-T, kif ukoll fuq l-identifikazzjoni ta' konnessjonijiet tan-netwerk ewlieni fuq il-mapep komprensivi tan-netwerk. Il-ftehim jikkonċerna l-linji tan-netwerks ferrovjarji u tat-toroq, kif ukoll il-portijiet u l-ajruporti. L-adattament tal-mapep komprensivi tan-netwerk indikattivi u, b'mod partikolari, l-identifikazzjoni ta' netwerk ewlieni indikattiv, għandu jippermetti lill-Unjoni timmira aħjar l-kooperazzjoni tagħha, inkluż f'termini ta' appoġġ finanzjarju, mal-Balkani tal-Punent. |
|
(3) |
Ftehim ta' livell għoli bejn l-Unjoni u l-Iżlanda u n-Norveġja ntlaħaq fit-30 ta' Ottubru 2015, fil-qafas tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea dwar l-adattament ta' estensjoni indikattiva tal-mapep komprensivi tat-TEN-T f'dawk il-pajjiżi. L-adattament jikkonċerna numru limitat ta' aġġustamenti fil-mapep tan-netwerk tat-toroq, tal-portijiet u tal-ajruporti ta', sabiex jirriflettu b'mod aktar preċiż l-allinjament TEN-T indikattiv mal-metodoloġija tat-TEN-T (2). |
|
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Frar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.
(2) SWD(2013) 542 finali.
ANNESS
L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt 11.1 jinbidel b'dan li ġej:
“ |
|
(2) |
Il-punt 11.2 jinbidel b'dan li ġej:
“ |
|
(3) |
Il-punt 11.3 jinbidel b'dan li ġej:
“ |
|
(4) |
Il-punt 11.4. jinbidel b'dan li ġej:
“ |
|
(5) |
Il-punt 13.1 jinbidel b'dan li ġej:
“ |
|
(6) |
Il-punt 13.2 jinbidel b'dan li ġej:
“ |
|
(7) |
Il-punt 13.3 jinbidel b'dan li ġej:
“ |
|
(8) |
Il-punt 13.4 jinbidel b'dan li ġej:
“ |
|
14.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/759
tat-28 ta' April 2016
li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 8(1) u 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jirrikjedi li prodotti mill-annimali jistgħu jiġu importati biss minn pajjiż terz jew minn parti ta' pajjiż terz li tidher f'lista mfassla skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/812/KE (3) tfassal listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ċerti prodotti għall-konsum uman bla ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (4). Dawk il-listi jinkludu lista tal-pajjiżi terzi jew il-partijiet ta' pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet tal-ġelatina maħsuba għall-konsum uman. Madankollu, ma hemm l-ebda lista li tkopri i-kollġen, jew il-materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen għall-konsum uman. Huwa xieraq li jitfasslu tali listi. |
|
(3) |
F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-operaturi tan-negozji tal-ikel li jimpurtaw prodotti mill-annimali għandhom jiżguraw li d-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004. Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 (6) jistabbilixxi mudelli ta' ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali li huma maħsuba għall-konsum uman. Dawk il-mudelli taċ-ċertifikati jinkludu referenzi mhux aġġornati għal-leġiżlazzjoni preċedenti li jeħtieġ li jiġu aġġornati. |
|
(4) |
Il-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u territorji elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE (7), fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (8), fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 (9) jew fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (10) jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Unjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' laħam frisk u ta' ċerti prodotti tas-sajd. Dawk il-listi jistgħu jintużaw ukoll għall-importazzjonijiet tal-materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen. Madankollu, għandhom japplikaw rekwiżiti anqas stretti jekk dik il-materja prima tkun suġġetta għal ċerti trattamenti kif stipulati fit-Taqsimiet XIV u XV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
|
(5) |
Il-materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen, sew jekk hi ttrattata jew le, introdotta fl-Unjoni għat-tranżitu lejn pajjiż terz, tippreżenta riskju negliġibbli għas-saħħa pubblika. Madankollu, din il-materja prima, anke meta tiġi ttrattata, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa tal-annimali. Għaldaqstant, għandha titfassal lista tal-pajjiżi terzi u l-partijiet minn pajjiżi terzi u territorji u jiġu stabbiliti mudelli ta' ċertifikati għat-tranżitu, u l-ħażna qabel it-tranżitu, tal-materja prima u l-materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen. |
|
(6) |
Minħabba s-sitwazzjoni ġeografika ta' Kaliningrad, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għat-tranżitu fl-Unjoni ta' kunsinni ta' materja prima u ta' materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina jew il-kollaġen mir-Russja u lejha, li tikkonċerna biss tranżitu mil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja. |
|
(7) |
Fl-interess taċ-ċarezza u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/863/KE (11), f'Anness ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu stabbiliti l-listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni tas-saqajn taż-żrinġijiet, il-bebbux, il-ġelatina, il-kollaġen, il-materja prima u l-materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen, u l-għasel, il-ħalib tan-naħal u prodotti oħra tal-apikultura maħsuba għall-konsum uman, u l-mudelli taċ-ċertifikati għal dawk il-prodotti. Għaldaqstant, iċ-ċertifikati korrispondenti eżistenti għandhom jitħassru mill-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza ta' ċerti prodotti raffinati ħafna li joriġinaw mill-annimali, ir-rekwiżiti speċifiċi ddaħħlu fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Għalhekk huwa xieraq li titfassal lista ta' pajjiżi li minnhom jistgħu jiġu importati dawk il-prodotti u u jiġi stabbilit mudell ta' ċertifikat għal dawk il-prodotti. |
|
(9) |
Peress li l-listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet tal-pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti ta' selvaġġina bil-fêr imrobbijin u l-prodotti tal-laħam selvaġġina bir-rix imrobbijin u tal-laħam tal-leporidae (fenek u liebru) u l-prodotti tal-laħam tagħhom ġew stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (12) u fir-Regolament (KE) Nru 119/2009 rispettivament, id-Deċiżjoni 2003/812/KE m'għadx għandha użu u għandha titħassar. |
|
(10) |
Huwa xieraq li jiġi introdott perjodu ta' tranżizzjoni li jippermetti lill-Istati Membri u lill-operaturi tan-negozju tal-ikel sabiex jadattaw għar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
IMPORTAZZJONIJIET TA' ĊERTI PRODOTTI MILL-ANNIMALI
Artikolu 1
Listi ta' pajjiżi terzi, partijiet ta' pajjiżi terzi u territorji
Il-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman huma stabbiliti fil-Partijiet rilevanti tal-Anness I:
|
(a) |
saqajn taż-żrinġijiet, il-Parti I; |
|
(b) |
bebbux, il-Parti II; |
|
(c) |
ġelatina u kollaġen, il-Parti III; |
|
(d) |
materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen, il-Parti IV; |
|
(e) |
materja prima ttratata għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen, il-Parti V; |
|
(f) |
għasel, ħalib tan-naħal u prodotti oħrajn tal-apikultura, il-Parti VI; |
|
(g) |
il-prodotti raffinati ħafna li ġejjin, il-Parti VII:
|
Artikolu 2
Mudelli taċ-ċertiftikati:
1. Il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 huma stabbiliti fl-Anness II kif ġej:
|
(a) |
saqajn taż-żrinġijiet, il-Parti I; |
|
(b) |
bebbux, il-Parti II; |
|
(c) |
ġelatina, il-Parti III; |
|
(d) |
kollaġen, il-Parti IV; |
|
(e) |
il-materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen, il-Parti V; |
|
(f) |
materja prima ttratata għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen, il-Parti VI; |
|
(g) |
għasel, ħalib tan-naħal u prodotti oħrajn tal-apikultura, il-Parti VII; |
|
(h) |
il-prodotti raffinati ħafna li ġejjin, il-Parti VIII:
|
Dawk iċ-ċertifikati għandhom jimtlew b'konformità man-noti ta' spjegazzjoni stipulati fl-Anness IV u n-noti fiċ-ċertifikat rilevanti.
2. Jistgħu jintużaw iċ-ċertifikazzjoni elettronika u sistemi oħra maqbula bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz konċernat.
KAPITOLU 2
TRANŻITU TA' ĊERTI PRODOTTI MILL-ANNIMALI
Artikolu 3
Listi ta' pajjiżi terzi, partijiet ta' pajjiżi terzi u territorji
Il-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tranżitu mill-Unjoni tal-materja prima u l-materja prima ttrattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u kollaġen maħsuba għall-konsum uman destinati għal pajjiż terz, kemm jekk permezz ta' tranżitu immedjat jew wara l-ħażna fl-Unjoni skont l-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (14), huma stabbiliti fil-partijiet IV u V tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, rispettivament.
Artikolu 4
Mudell ta' ċertifikat
1. Il-mudell taċ-ċertifikat għat-tranżitu mill-Unjoni tal-materja prima u tal-materja prima ttrattata msemmija fl-Artikolu 3 hija stabbilita fl-Anness III.
Dak iċ-ċertifikat għandu jimtela skont in-noti stabbiliti fl-Anness IV u skont iċ-ċertifikat mudell rilevanti.
2. Jistgħu jintuaw ċertifikazzjoni elettronika u sistemi oħrajn armonizzati fil-livell tal-Unjoni.
Artikolu 5
Derogi għat-tranżitu mil-Latvija, il-Litwanja u l-Polonja
1. B'deroga mill-Artikolu 3, it-tranżitu fuq it-triq jew bil-ferrovija bejn il-postijiet speċifiċi ta' spezzjoni fil-fruntiera magħżula fil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, elenkati u mmarkati bir-rimarka speċjali 13 fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (15), tal-kunsinni tal-materja prima jew il-materja prima ttrattata msemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament li ġejjin mir-Russja jew fi triqthom lejha, direttament jew minn pajjiż terz ieħor, għandu jiġi awtorizzat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-kunsinna tiġi ssiġillata b'siġill innumerat f'serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul; |
|
(b) |
id-dokumenti ta' akkumpanjament mal-kunsinna, kif stipulat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE, jiġu ttimbrati bil-kliem “Għat-tranżitu biss lejn ir-Russja mill-UE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul; |
|
(c) |
ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE; |
|
(d) |
il-kunsinna tiġi ċċertifikata bħala tajba għat-tranżitu fid-dokument veterinarju komuni tad-dħul maħruġ mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul. |
2. Il-kunsinni msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux jinħattu jew jinħażnu, kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fi ħdan l-Unjoni.
3. Għandu jsir awditjar regolari mill-awtorità kompetenti biex ikun assigurat li n-numru ta' kunsinni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, u n-numru ta' kwantitajiet korrispondenti ta' prodotti li jitilqu mill-Unjoni jikkorrispondu man-numru u l-kwantitajiet li jidħlu fl-Unjoni.
KAPITOLU 3
DISPOIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 6
Emenda
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Taqsima I, il-Kapitoli I, II, III u VI jitħassru; |
|
(2) |
l-Appendiċi I, II, III u VI jitħassru. |
Artikolu 7
Abrogazzjoni
Id-Deċiżjoni 2003/812/KE titħassar.
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Il-kunsinni tal-prodotti mill-annimali li għalihom iċ-ċertifikati rilevanti nħarġu skont ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 jistgħu jkomplu jiġu introdotti fl-Unjoni sakemm iċ-ċertifikat ġie ffirmat qabel it-3 ta' Diċembru 2016.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/812/KE tas-17 ta' Novembru 2003 li tifformula lista ta' pajjiżi terzi minfejn l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti għall-konsum uman bla ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (ĠU L 305, 22.11.2003, p. 17).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49).
(5) Regulation (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 tad-9 ta' Frar 2009 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta' laħam ta' leporidae selvaġġi, ta' ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta' fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 39, 10.2.2009, p. 12)
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/863/KE tat-2 ta' Diċembru 2003 dwar ċertifikati tas-saħħa fuq l-importazzjoni ta' prodotti tal-annimali għall-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 46)
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16)
(14) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).
(15) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 Tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).
ANNESS I
Listi ta' pajjiżi terzi, partijiet ta' pajjiżi terzi u territorji kif imsemmija fl-Artikolu 1
PARTI I
SAQAJN TAŻ-ŻRINĠIJIET
Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna “Pajjiżi” tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, ħlief dawk li għalihom tissemma restrizzjoni fil-kolonna “Restrizzjonijiet” ta' dak l-Anness, u dawn il-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:
|
KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ |
PAJJIŻ/TERRITORJU |
|
MK (*1) |
l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
PARTI II
BEBBUX
Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna “Pajjiżi” tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, ħlief dawk li għalihom tissemma restrizzjoni fil-kolonna “Restrizzjonijiet” ta' dak l-Anness, u dawn il-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:
|
KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ |
PAJJIŻ/TERRITORJU |
|
MD |
Il-Moldova |
|
MK (*2) |
l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
|
SY |
Is-Sirja |
PARTI III
ĠELATINA U KOLLAĠEN MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
TAQSIMA A
Ġelatina u kollaġen li ġejjin mill-bovini, l-ovini, il-kaprini, il-porċini u l-annimali ekwini, kemm dawk li jitrabbew f'azjenda agrikola kif ukoll dawk selvaġġi
Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u dawn il-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:
|
KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ |
PAJJIŻ/TERRITORJU |
|
KR |
Ir-Repubblika tal-Korea |
|
MY |
Il-Malasja |
|
PK |
Il-Pakistan |
|
TW |
It-Tajwan |
TAQSIMA B
Ġelatina u kollaġen li ġejjin mit-tjur inklużi għasafar li ma jtirux u tjur tal-kaċċa:
Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.
TAQSIMA C
Ġelatina u kollaġen li ġejjin mill-prodott tas-sajd
Il-pajjiżi terzi u t-territorji kollha elenkati fil-kolonna “Pajjiżi” tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, irrispettivament tissemmiex restrizzjoni fil-kolonna “Restrizzjonijiet” ta' dak l-Anness.
TAQSIMA D
Ġelatina u kollaġen li ġejjin mil-leporidae u mill-mammali selvaġġi tal-art mhux imsemmija fit-Taqsima A:
Il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.
PARTI IV
MATERJA PRIMA GĦALL-PRODUZZJONI TAL-ĠELATINA U TAL-KOLLAĠEN MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
TAQSIMA A
Materja prima li ġejja mill-bovini, l-ovini, il-kaprini, il-porċini u l-annimali ekwini, kemm dawk li jitrabbew f'azjenda agrikola kif ukoll dawk selvaġġi;
Il-pajjiżi terzi, it-territorji u partijiet tagħhom elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' dik il-kategorija ta' laħam frisk tal-ispeċijiet rispettivi kif speċifikat f'dik il-parti ta' dak l-Anness, sakemm tali introduzzjoni mhix limitata bil-garanziji supplimentari A jew F kif indikat fil-kolonna 5.
TAQSIMA B
Materja prima li ġejja mit-tjur inklużi għasafar li ma jtirux u tjur tal-kaċċa:
Il-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' laħam frisk tat-tjur tal-ispeċijiet rispettivi kif speċifikati f'dik il-Parti ta' dak l-Anness.
TAQSIMA C
Materja prima li ġejja mill-prodotti tas-sajd:
Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna “Pajjiżi” tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, soġġetti għar-restrizzjonijiet imsemmija fil-kolonna “Restrizzjonijiet” ta' dak l-Anness.
TAQSIMA D
Materja prima li ġejja mil-leporidae u mill-mammali selvaġġi tal-art mhux imsemmija fit-Taqsima A:
Il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009, li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' laħam frisk tal-ispeċijiet rispettivi kif speċifikati f'dik il-Parti ta' dak l-Anness.
PARTI V
MATERJA PRIMA TTRATTATA GĦALL-PRODUZZJONI TAL-ĠELATINA U TAL-KOLLAĠEN MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
TAQSIMA A
Materja prima ttratata li ġejja mill-bovini, l-ovini, il-kaprini, il-porċini u l-annimali ekwini, kemm dawk li jitrabbew f'azjenda agrikola kif ukoll dawk selvaġġi;
Il-pajjiżi terzi u territorji u partijiet minnhom elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, u l-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:
|
KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ |
PAJJIŻ/TERRITORJU |
|
KR |
Ir-Repubblika tal-Korea |
|
MY |
Il-Malasja |
|
PK |
Il-Pakistan |
|
TW |
It-Tajwan |
TAQSIMA B
Materja prima ttrattata li ġejja mit-tjur inklużi għasafar li ma jtirux u tjur tal-kaċċa:
Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.
TAQSIMA C
Materja prima ttrattata li ġejja mill-prodotti tas-sajd:
Il-pajjiżi terzi u t-territorji kollha elenkati fil-kolonna “Pajjiżi” tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, irrispettivament tissemmiex restrizzjoni fil-kolonna “Restrizzjonijiet” ta' dak l-Anness.
TAQSIMA D
Materja prima ttrattata li ġejja mil-leporidae u mill-mammali selvaġġi tal-art mhux imsemmija fit-Taqsima A:
Il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.
TAQSIMA E
Materja prima ttrattata msemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, it-Taqsima XIV, il-Kapitolu I, il-punt 4(b)(iii) u t-Taqsima XV, il-Kapitolu I, il-punt 4(b)(iii)
Il-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji msemmija fil-Parti IV ta' dan l-Anness.
PARTI VI
GĦASEL, ĦALIB TAN-NAĦAL U PRODOTTI OĦRA TAL-APIKULTURA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
Il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna “Pajjiżi” fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/KE (1), immarkati b'“X” fil-kolonna “Għasel” f'dak l-Anness.
PARTI VII
SULFAT TAL-KONDROJTINA, AĊIDU ĦJALURONIKU, PRODOTTI OĦRAJN TAL-QARQUĊA IDROLIZZATA, KITOSAN, GLUKOSOSAMMINA, RENNIN, ISINGLASS U AĊIDI AMMINIĊI RAFFINATI ĦAFNA GĦALL-KONSUM UMAN
|
(a) |
Fil-każ tal-materja prima derivata mill-bhejjem tal-ifrat li jinkludu l-ekwidi, il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, u l-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin:
|
|
(b) |
Fil-każ tal-materja prima derivata mill-prodotti tas-sajd, il-pajjiżi terzi u t-territorji kollha elenkati fil-kolonna “Pajjiżi” fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE, irrispettivament jekk ir-restrizzjoni tissemmiex jew le fil-kolonna “Restrizzjonijiet” ta' dak l-Anness. |
|
(c) |
Fil-każ tal-materja prima derivata mit-tjur, il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fil-kolonna 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. |
(*1) L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tiġi miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.
(*2) L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tiġi miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).
ANNESS II
Ċertifikati mudell kif imsemmija fl-Artikolu 2
PARTI I
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' SAQAJN TAŻ-ŻRINĠIJIET IMKESSĦIN, IFFRIŻATI JEW IPPREPARATI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
PARTI II
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' BEBBUX IMKESSAĦ, IFFRIŻAT, IMQAXXAR, IMSAJJAR, IPPREPARAT JEW IPPRESERVAT MAĦSUB GĦALL-KONSUM UMAN
PARTI III
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKATI GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TAL-ĠELATINA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
PARTI IV
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKATI GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TAL-KOLLAĠEN MAĦSUB GĦALL-KONSUM UMAN
PARTI V
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' MATERJA PRIMA GĦALL-PRODUZZJONI TA' ĠELATINA/KOLLAĠEN MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN (1)
PARTI VI
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' MATERJA PRIMA TTRATTATA GĦALL-PRODUZZJONI TA' ĠELATINA/KOLLAĠEN MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
PARTI VII
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TAL-GĦASEL, TAL-ĦALIB TAN-NAĦAL U PRODOTTI OĦRA TAL-APIKULTURA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
PARTI VIII
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKATI GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA' SULFAT TAL-KONDROJTINA, AĊIDU ĦJALURONIKU, PRODOTTI OĦRAJN TAL-QARQUĊA IDROLIZZATA, KITOSAN, GLUKOSOSAMMINA, RENNIN, ISINGLASS U AĊIDI AMMINIĊI RAFFINATI ĦAFNA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN
(1) Sakemm ma jkunx kopert mill-Parti VI.
ANNESS III
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT GĦAT-TRANŻITU MILL-UNJONI, TRANŻITU IMMEDJAT JEW WARA L-ĦAŻNA, GĦALL-MATERJA PRIMA JEW IL-MATERJA PRIMA TTRATTATA GĦALL-PRODUZZJONI TAL-ĠELATINA/IL-KOLLAĠEN GĦALL-KONSUM UMAN
ANNESS IV
NOTI TA' SPJEGAZZJONI GĦALL-MILI TAĊ-ĊERTIFIKATI
(imsemmija fl-Artikoli 2(1) u 4(1))
|
(a) |
Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill-pajjiż terz esportatur, ibbażati fuq il-mudelli stipulati fl-Annessi II u III, skont id-disinn tal-mudell li jikkorrispondi għall-prodotti mill-annimali kkonċernati. Għandu jkollhom, fl-ordni nnumerat li jidher fil-mudell, l-attestazzjonijiet li huma meħtieġa għal kull pajjiż terz u, skont il-każ, dawk il-garanziji supplimentari li huma meħtieġa għall-pajjiż terz esportatur jew parti minnu. Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jimponi, għall-prodotti mill-annimali kkonċernati, rekwiżiti addizzjonali għaċ-ċertifikazzjoni, iċ-ċertifikazzjonijiet li juru li dawk ir-rekwiżiti qed jiġu sodisfati għandhom jiġu inkorporati mal-kopja oriġinali taċ-ċertifikat veterinarju. |
|
(b) |
Jekk iċ-ċertifikat mudell jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif imiss, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jistgħu jiġu ingassati u inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal ta' ċertifikazzjoni, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat. |
|
(c) |
Għandu jiġi pprovdut ċertifikat separat u uniku għall-prodotti mill-annimali li huma esportati minn territorju jew territorji jew żona jew żoni tal-istess pajjiż esportatur elenkat jew imsemmija fl-Anness I li huma kkunsinjati lejn l-istess destinazzjoni u ttrasportati fl-istess vagun tal-ferrovija, trakk, inġenju tal-ajru, jew vapur. |
|
(d) |
L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda jew, fejn huwa meħtieġ aktar test, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli. |
|
(e) |
Iċ-ċertifikat għandu jitħejja f'tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera mnejn tidħol il-kunsinna fl-UE, kif ukoll f'dik tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-ħruġ taċ-ċertifikat bil-lingwa uffiċjali ta' Stat Membru ieħor, u li jkun akkumpanjat, jekk jeħtieġ, minn traduzzjoni uffiċjali. |
|
(f) |
Għal raġunijiet ta' identifikazzjoni tal-oġġetti tal-kunsinna (inventarju fil-punt I.28 tal-mudell taċ-ċertifikat), folji ta' karta addizzjonali jiġu mehmuża maċ-ċertifikat, dawn il-folji ta' karta għandhom jiġu kkunsidrati wkoll bħal parti mill-kopja oriġinali taċ-ċertifikat billi jiġu ffirmati u ttimbrati fuq kull waħda mill-paġni mill-uffiċjal li qed jiċċertifika. |
|
(g) |
Meta ċ-ċertifkat, inklużi folji ta' karta addizzjonali msemmija fl-ittra (f), ikun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tiġi nnumerata, (in-numru tal-paġna) min-(numru totali tal-paġni), fl-aħħar tal-paġna u jkollha fuqha n-numru tar-referenza taċ-ċertifikat indikat mill-awtorità kompetenti n-naħa ta' fuq ta' kull paġna. |
|
(h) |
Il-kopja oriġinali taċ-ċertifikat għandha tiġi mimlija u ffirmata minn veterinarju uffiċjali jew minn spettur uffiċjali ieħor deżinjat, fejn saru provvedimenti għal dan fil-mudell taċ-ċertifkat. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li qed jesporta għandhom jiżguraw li r-regoli għaċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 96/93/KE (1) qed jiġu sodisfati. Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal timbri għajr dawk ibbuzzati jew b'marka tal-ilma. |
|
(i) |
In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-kaxxi I.2 u II.a. għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar ċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28).
|
14.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/63 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/760
tat-13 ta' Mejju 2016
dwar miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 220(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' Diċembru 2014, l-Italja kkonfermat u nnotifikat il-preżenza tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8. It-tifqigħa ta' din il-marda ġiet ikkonfermata f'azjenda agrikola kummerċjali tad-dundjani għat-tismin maskili li tinsab fil-muniċipalità ta' Porto Viro, fil-provinċja ta' Rovigo, fir-Reġjun tal-Veneto fl-Italja. |
|
(2) |
L-Italja ħadet il-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji kollha meħtieġa, minnufih u b'mod effiċjenti, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (2). |
|
(3) |
B'mod partikolari, l-awtoritajiet Taljani ħadu miżuri ta' kontroll, ta' monitoraġġ u ta' prevenzjoni u stabbilew żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/936/UE (3). B'hekk l-awtoritajiet Taljani irnexxielhom jeqirduha malajr. Il-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali ġew applikati sas-16 ta' Frar 2015 fl-azjendi agrikoli kollha ħlief għall-azjenda agrikola fejn jinżammu d-dundjani għat-tismin maskili, li fihom il-miżuri ġew applikati sal-25 ta' Frar 2015. |
|
(4) |
Fit-23 ta' Ġunju 2015, l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni li l-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji meħtieġa, li ġew applikati biex irażżnu u jeqirdu t-tixrid tal-virus, laqtu lil xi operaturi, u li dawk l-operaturi ġarrbu telf ta' dħul li mhuwiex eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(5) |
Fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet talba formali mingħand l-awtoritajiet Taljani għall-finanzjament parzjali ta' ċerti miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ skont l-Artikolu 220(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. L-awtoritajiet Taljani ċċaraw it-talba tagħhom fl-11 ta' Jannar 2016 u fis-27 ta' Jannar 2016. |
|
(6) |
Minħabba l-applikazzjoni tal-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u miżuri veterinarji, it-tqegħid tal-għasafar f'azjendi agrikoli għat-tismin tal-ħosien, tat-tiġieġ Golden, tat-tiġieġ standard, u tad-dundjani li jinsabu fiż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza ddewwem, u azjenda agrikola tad-dundjani għat-tgħammir li tinsab f'żona bħal din ma setgħetx tipproduċi bajd għat-tfaqqis. Dan wassal għal telf fil-produzzjoni tal-laħam tal-ħosien għat-tismin, tat-tiġieġ Golden, tat-tiġieġ standard, u tad-dundjani, u telf fil-produzzjoni tal-bajd għat-tfaqqis li ġej mid-dundjani għat-tgħammir matul il-perjodu li fih kienu fis-seħħ il-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji. Għalhekk jixraq li jingħata kumpens għal dan it-telf. |
|
(7) |
Bħala riżultat tal-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u tal-miżuri veterinarji li ġew applikati, it-tiġieġ li kien joriġina minn diversi azjendi agrikoli li jinsabu fiż-żona ta' protezzjoni inqatel immedjatament u l-laħam miksub minn dan it-tiġieġ ġie ttrattat bis-sħana b'konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2005/94/KE jew inkella ġie ffriżat biex jiġi ffaċilitat il-bejgħ progressiv tal-laħam tat-tjur iffriżat fiż-żona ta' protezzjoni. Għalhekk, it-telf minħabba d-differenza fil-valur bejn il-laħam tat-tjur frisk u l-laħam tat-tjur ittrattat bis-sħana jew laħam tat-tjur iffriżat għandu jiġi kkumpensat. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 220(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-finanzjament parzjali mill-Unjoni huwa ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa mġarrba mill-Italja għall-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ. Il-kwantitajiet massimi eliġibbli għall-finanzjament fir-rigward ta' kull miżura eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni wara li tkun fliet it-talba mingħand l-Italja. |
|
(9) |
Biex jiġi evitat ir-riskju ta' kumpens żejjed, għandu jiġi stipulat ammont ta' finanzjament parzjali b'rata fissa, f'livell xieraq għal kull prodott. |
|
(10) |
L-ispeċijiet affettwati huma tiġieġ (ħosien, tiġieġ Golden u tiġieġ standard) u dundjani (irġiel u nisa) imrobbija għal-laħam, bajd tad-dundjan għat-tfaqqis u laħam tat-tiġieġ iffriżat jew ittrattat bis-sħana. |
|
(11) |
Biex jiġi evitat ir-riskju ta' finanzjament doppju, it-telf imġarrab ma jridx ikun ġie kkumpensat minn għajnuna mill-Istat jew minn polza tal-assigurazzjoni, u l-finanzjament parzjali mill-Unjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun limitat għall-prodotti eliġibbli li għalihom ma jkun ittieħed l-ebda kontribut finanzjarju tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014. |
|
(12) |
Il-livell u t-tul ta' żmien tal-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ stipulati f'dan ir-Regolament għandhom ikunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-appoġġ tas-suq ikkonċernat. |
|
(13) |
Biex il-baġit ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ ikollu ġestjoni soda, dawk il-pagamenti magħmula mill-Italja lill-benefiċjarji sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru 2016 biss se jkunu eliġibbli għal finanzjament parzjali tal-Unjoni. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (5) ma għandux japplika. |
|
(14) |
Biex jiġu żgurati l-eleġibbiltà u l-korrettezza tal-pagamenti, l-awtoritajiet Taljani għandhom iwettqu verifiki ex-ante. |
|
(15) |
Biex l-Unjoni tkun tista' twettaq il-kontroll finanzjarju tagħha, l-awtoritajiet Taljani għandhom jinnotifikaw l-approvazzjoni tal-pagamenti lill-Kummissjoni. |
|
(16) |
Biex jiġi żgurat li l-Italja timplimenta dawn il-miżuri b'mod immedjat, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa mġarrba mill-Italja biex tappoġġa s-suq tal-bajd għat-tfaqqis u tal-laħam tat-tjur li ntlaqat serjament mit-tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 li nstabet u ġiet innotifikata mill-Italja fil-15 ta' Diċembru 2014, u li għaliha ġew applikati miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u miżuri veterinarji fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni sas-16 ta' Frar 2015 fl-azjendi agrikoli kollha ħlief għall-azjenda agrikola fejn jinżammu d-dundjani għat-tismin maskili, li fihom il-miżuri ġew applikati sal-25 ta' Frar 2015.
In-nefqa għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni jekk tkun tħallset mill-Italja lill-benefiċjarji sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru 2016 biss. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014 ma għandux japplika.
Artikolu 2
Il-livell massimu tal-finanzjament parzjali mill-Unjoni għandu jkun kif ġej:
|
(a) |
għat-telf fil-produzzjoni tal-bajd għat-tfaqqis tad-dundjani għat-tgħammir li jinsabu fiż-żona sorveljata, rata fissa ta' EUR 0,42 għal kull bajda għat-tfaqqis tad-dundjani bil-kodiċi NM 0407 19 11 sa mhux aktar minn 313 560 waħda. |
|
(b) |
għat-telf fil-produzzjoni tal-laħam tat-tjur minħabba dewmien marbut mal-miżuri tas-saħħa tal-annimali u mal-miżuri veterinarji fir-rigward tal-ħosien, tat-tiġieġ Golden, tat-tiġieġ standard u tad-dundjani għat-tismin maskili u femminili fl-azjendi agrikoli li jinsabu fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, rata fissa ta':
|
|
(c) |
għat-telf fil-valur bejn laħam tat-tiġieġ frisk u laħam tat-tiġieġ ittrattat bis-sħana li jinkiseb minn tiġieġ standard li jinqatlu immedjatament fiż-żona ta' protezzjoni, rata fissa ta' EUR 0,3761 għal kull kilogramm ta' tiġieġ ħajjin sa ammont totali ta' EUR 98 297,50; |
|
(d) |
għat-telf fil-valur bejn laħam tat-tiġieġ frisk u laħam tat-tiġieġ iffriżat li jinkiseb minn tiġieġ standard li jinqatlu immedjatament fiż-żona ta' protezzjoni, rata fissa ta' EUR 0,04 għal kull kilogramm ta' laħam tat-tiġieġ sa ammont totali ta' EUR 3 402,44. |
Artikolu 3
Il-finanzjament parzjali mill-Unjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun limitat għall-prodotti mhux ikkumpensati minn għajnuna mill-Istat jew minn polza tal-assigurazzjoni, u li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014.
Artikolu 4
Qabel ma jsir xi ħlas, l-Italja għandha twettaq verifiki amministrattivi u fiżiċi eżawrjenti biex tiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament.
B'mod partikolari, l-awtoritajiet Taljani għandhom jivverifikaw:
|
(a) |
l-eliġibbiltà tal-benefiċjarju li jkun ressaq it-talba għall-appoġġ; |
|
(b) |
għal kull operatur eliġibbli: l-eliġibbiltà, il-kwantità u t-telf reali tal-produzzjoni tal-bajd għat-tfaqqis li ġej minn dundjani tat-tgħammir; |
|
(c) |
għal kull operatur eliġibbli: l-eliġibbiltà, il-kwantità u t-telf reali tal-produzzjoni tal-laħam tat-tiġieġ u tad-dundjani, minħabba d-dewmien biex il-ħosien, it-tiġieġ Golden, it-tiġieġ standard u d-dundjani għat-tismin jitpoġġew f'azjendi agrikoli li jinsabu fiż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza waqt li jiġu applikati l-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u miżuri veterinarji; |
|
(d) |
għal kull operatur eliġibbli: l-eliġibbiltà, il-kwantità u t-telf reali fil-valur bejn il-laħam tat-tiġieġ frisk u l-laħam tat-tiġieġ ittrattat bis-sħana li jinkiseb minn tiġieġ standard li jinqatlu immedjatament fiż-żona ta' protezzjoni waqt li jiġu applikati l-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u miżuri veterinarji; |
|
(e) |
għal kull operatur eliġibbli: l-eliġibbiltà, il-kwantità u t-telf reali fil-valur bejn il-laħam tat-tiġieġ frisk u l-laħam tat-tiġieġ iffriżat li jinkiseb minn tiġieġ standard li jinqatlu immedjatament fiż-żona ta' protezzjoni waqt li jiġu applikati l-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u miżuri veterinarji; |
|
(f) |
li l-operaturi eliġibbli ma jkunux irċevew finanzjament minn sorsi oħrajn biex jikkumpensaw għat-telf imsemmi fl-Artikolu 2. |
Artikolu 5
L-awtoritajiet Taljani għandhom jikkomunikaw l-approvazzjoni tal-pagamenti lill-Kummissjoni.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/936/UE tas-17 ta' Diċembru 2014 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-Italja (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 160).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
|
14.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/67 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/761
tat-13 ta' Mejju 2016
li jidderoga mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 fejn tidħol id-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-pagament, id-data finali għan-notifika ta' emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-pagament u d-data finali għal applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku għas-sena 2016
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 78 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 (2) jipprevedi d-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-pagament, id-data finali għan-notifika ta' emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-pagament u d-data finali għal applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku. |
|
(2) |
Minħabba d-diffikultajiet amministrattivi li ġew affaċċjati fl-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-qafas legali l-ġdid għall-iskemi ta' pagament dirett u għal miżuri ta' żvilupp rurali u li għadhom jeżistu f'xi Stati Membri, kif ukoll l-elementi l-ġodda marbuta mat-tħejjija tal-proċess ta' applikazzjoni għas-sena tat-talba 2016, l-amministrazzjoni tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna u tat-talbiet għall-pagament, u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku għandhom jiġu ttardjati f'xi Stati Membri. Dawk id-diffikultajiet ġeneralment iseħħu minħabba s-sitwazzjoni ekonomika ħażina li teżisti f'ċerti setturi agrikoli. |
|
(3) |
Għalhekk ġiet affettwata l-possibbiltà li benefiċjarji jissottomettu l-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-pagament u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku fil-limiti taż-żmien previsti fl-Artikoli 13(1) u 22(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014. |
|
(4) |
Minħabba dan kollu, jixraq li tiġi prevista deroga mill-Artikoli 13(1) u 22(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 ħalli għall-2016 l-Istati Membri jkunu jistgħu jiffissaw data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-pagament u data finali għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku, u dawn id-dati jkunu aktar tard minn dawk previsti f'dawk l-Artikoli. Peress li d-dati u l-perjodi msemmija fl-Artikoli 11(4), 15(2) u (2a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 huma marbuta mad-data finali prevista fl-Artikolu 13(1) ta' dak ir-Regolament, għandha ssir deroga bħal din għan-notifika ta' emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-pagament u fil-verifiki preliminari. |
|
(5) |
Billi dawn id-derogi jkopru l-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-pagament, l-emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-pagament u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament għall-2016, jixraq li dan ir-Regolament ikun japplika għal applikazzjonijiet u talbiet għall-pagament li għandhom x'jaqsmu mas-sena 2016. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti u l-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, għall-2016, id-dati finali li għandhom jiffissaw l-Istati Membri għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-pagament ma għandhomx ikunu aktar tard mill-15 ta' Ġunju.
Artikolu 2
B'deroga mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 u meta l-Istati Membri jużaw id-deroga prevista fl-Artikoli 1 u 3 ta' dan ir-Regolament, għall-2016, l-emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-pagament skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti sal-15 ta' Ġunju.
Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu għandha tapplika wkoll biex jiġu kkalkulati l-perjodi ta' 26, 35 u ta' 10 ijiem kalendarji, rispettivament, wara d-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-pagament u d-data finali għan-notifika ta' emendi kif imsemmija fl-Artikoli 11(4) u 15(2a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014.
Artikolu 3
B'deroga mill-Artikolu 22(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, għall-2016, id-data li jridu jiffissaw l-Istati Membri għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-intitolamenti għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tal-intitolamenti għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta' Ġunju.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan japplika għal applikazzjonijiet u talbiet għall-pagament li għandhom x'jaqsmu mal-2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).
|
14.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/69 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/762
tat-13 ta' Mejju 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
95,5 |
|
TR |
75,0 |
|
|
ZZ |
85,3 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
116,3 |
|
ZZ |
116,3 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
137,6 |
|
ZZ |
137,6 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
45,4 |
|
IL |
88,6 |
|
|
MA |
55,4 |
|
|
TR |
31,5 |
|
|
ZA |
78,5 |
|
|
ZZ |
59,9 |
|
|
0805 50 10 |
ZA |
168,2 |
|
ZZ |
168,2 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
111,7 |
|
BR |
98,2 |
|
|
CL |
123,9 |
|
|
CN |
61,7 |
|
|
NZ |
155,0 |
|
|
US |
162,5 |
|
|
ZA |
95,9 |
|
|
ZZ |
115,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
14.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/71 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/763
tat-13 ta' Mejju 2016
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern fir-rigward tal-abbozz ta' deċiżjoni dwar il-proċeduri ta' arbitraġġ skont l-Artikolu XIX:8 tal-Ftehim Rivedut dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Rivedut dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (“il-GPA Rivedut”), li daħal fis-seħħ fis-6 ta' April 2014, jistabbilixxi qafas legali mġedded applikabbli mill-Partijiet tal-GPA Rivedut fir-rigward tal-akkwist kopert. Il-GPA Rivedut jipprevedi l-possibbiltà għall-Partijiet tal-GPA Rivedut li jużaw proċeduri ta' arbitraġġ f'każijiet meta oġġezzjonijiet rigward xi rettifika proposta, trasferiment ta' entità minn anness għall-ieħor, irtirar ta' entità jew xi modifika oħra fl-annessi ta' xi Parti tal-Appendiċi I ikunu tqajmu iżda ma setgħux jiġu riżolti permezz ta' konsultazzjonijiet. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu XIX:8 tal-GPA Rivedut, il-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern huwa meħtieġ li jadotta proċeduri ta' arbitraġġ biex iħaffef ir-riżoluzzjoni ta' dawk l-oġġezzjonijiet. |
|
(3) |
Il-Partijiet tal-GPA Rivedut iddiskutew b'mod estensiv il-kontenut possibbli ta' tali proċeduri ta' arbitraġġ fir-rigward ta' diversi għażliet li għandhom ikunu applikati f'każ ta' oġġezzjoni għal xi modifika proposta tal-kopertura ta' akkwist ta' xi Parti. Il-Partijiet tal-GPA Rivedut irnexxielhom jiksbu kunsens dwar dik il-kwistjoni. |
|
(4) |
Il-proċeduri ta' arbitraġġ maqbula huma stabbiliti f'abbozz ta' Deċiżjoni dwar proċeduri ta' arbitraġġ skont l-Artikolu XIX:8 tal-GPA Rivedut. |
|
(5) |
Dak l-abbozz ta' deċiżjoni dwar proċeduri ta' arbitraġġ jistipula l-kondizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu sodisfatti biex wieħed jirrikorri għall-proċeduri ta' arbitraġġ u jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-ħatra tal-arbitri, il-parteċipazzjoni ta' Partijiet terzi fil-proċeduri ta' arbitraġġ, l-iżvolġiment tal-proċedimenti u d-determinazzjoni tal-arbitri. |
|
(6) |
L-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar il-proċeduri ta' arbitraġġ mistennija tagħti kontribut pożittiv għall-qafas legali eżistenti tal-GPA Rivedut peress li għandha l-għan li tiffaċilita r-riżoluzzjoni ta' lmenti mqajma fil-kuntest ta' xi rettifika proposta, trasferiment ta' entità minn Anness għall-ieħor, irtirar ta' entità jew xi modifika oħra għall-Annessi ta' xi Parti tal-Appendiċi I tal-GPA Rivedut. |
|
(7) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern fir-rigward tal-abbozz ta' deċiżjoni dwar il-proċeduri ta' arbitraġġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern għandha tkun li tiġi approvata l-addozzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni dwar il-proċeduri ta' arbitraġġ skont l-Artikolu XIX:8 tal-Ftehim Revedut dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern.
It-test tal-abbozz ta' deċiżjoni dwar il-proċeduri ta' arbitraġġ huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
E.M.J. PLOUMEN
ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI DWAR PROĊEDURI TA' ARBITRAĠĠ SKONT L-ARTIKOLU XIX:8 TAL-GPA RIVEDUT
Il-Kumitat dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (“il-Kumitat”),
Filwaqt li jinnota li l-Artikolu XIX:8 tal-Ftehim Rivedut dwar l-Akkwist Pubbliku (“il-Ftehim”) jirrikjedi li l-Kumitat jiżviluppa proċeduri ta' arbitraġġ biex iħaffef ir-riżoluzzjoni ta' oġġezzjonijiet skont l-Artikolu XIX:2 tal-Ftehim; u
Jikkonferma l-importanza tal-Artikolu XIX:8(b) u (c) tal-Ftehim dwar dawn il-proċeduri ta' arbitraġġ u jtenni l-impenn tal-Partijiet li jadottaw deċiżjonijiet skont l-Artikolu XIX:8(b) u (c) tal-Ftehim.
B'dan jadotta l-proċeduri ta' arbitraġġ li ġejjin biex iħaffef ir-riżoluzzjoni ta' oġġezzjonijiet skont l-Artikolu XIX:2 tal-Ftehim:
Invokazzjoni tal-Proċeduri ta' Arbitraġġ
|
1. |
Skont l-Artikolu XIX:7 tal-Ftehim, meta l-Parti modifikatriċi u xi Parti li toġġezzjona ma jirnexxilhomx isolvu oġġezzjoni għal proposta ta' modifika skont l-Artikolu XIX:1 tal-Ftehim, il-Parti modifikatriċi jew kwalunkwe parti li toġġezzjona jistgħu jirreferu l-modifika proposta għall-arbitraġġ, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għat-talba tagħha, billi tinnotifika lill-Kumitat sa mhux aktar kmieni minn 45 ġurnata mid-data taċ-ċirkulazzjoni tan-notifika ta' modifika proposta skont l-Artikolu XIX:1 tal-Ftehim. |
|
2. |
Meta żewġ partijiet jew aktar jirreferu l-istess modifika proposta għall-arbitraġġ qabel ma jkunu nħatru l-arbitri kollha, il-Parti modifikatriċi u dawk il-Partijiet kollha li joġġezzjonaw għandhom jaqblu dwar arbitraġġ waħdieni li jindirizza l-oġġezzjonijiet kollha għall-istess modifika proposta. Jekk isiru konsultazzjonijiet addizzjonali fuq l-istess modifika proposta wara l-ħatra tal-arbitri kollha, il-Parti modifikatriċi u l-Partijiet kollha li joġġezzjonaw għandhom jaqblu li jiġi applikat arbitraġġ waħdieni, kull fejn dan ikun possibbli. |
Il-Ħatra tal-Arbitri
|
3. |
L-arbitraġġ għandu jsir permezz ta' arbitri. Sakemm il-Partijiet fl-arbitraġġ ma jaqblux mod ieħor, għandu jkun hemm tliet arbitri. L-arbitri għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti għall-membri tal-panel skont l-Artikoli 8(1), 8(2) u 8(9) tal-Qbil dwar Regoli u Proċeduri li Jirregolaw is-Soluzzjoni ta' Tilwim. |
|
4. |
Is-Segretarjat tal-Kumitat għandu fuq talba minn xi Parti tal-arbitraġġ, jipproponi n-nomini tal-arbitri. Il-Partijiet fit-tilwima m'għandhomx jopponu nomini għajr għal raġunijiet validi. Iċ-ċittadini tal-Partijiet fl-arbitraġġ u l-uffiċjali tal-gvern ta' Partijiet terzi m'għandhomx jinħatru bħala arbitri, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet fl-arbitraġġ. |
|
5. |
Jekk il-Partijiet fl-arbitraġġ ma jkunux jistgħu jaqblu dwar min għandu jinħatar bħala arbitri fi żmien 20 jum wara li jkunu rreferew il-modifika proposta għall-arbitraġġ, fuq talba ta' Parti fl-Arbitraġġ, id-Direttur Ġenerali għandu jaħtar l-arbitri fi żmien 10 ijiem, wara li jikkonsulta lill-Partijiet fl-arbitraġġ u lill-President tal-Kumitat. |
Parteċipazzjoni ta' Partijiet Terzi
|
6. |
Kwalunkwe Parti fil-Ftehim li għandha interess sostanzjali f'modifika proposta mressqa għall-arbitraġġ u li tkun innotifikat l-interess tagħha lill-Kumitat (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Parti terza”) fi żmien 10 ijiem wara li l-modifika proposta tiġi riferuta għall-arbitraġġ, għandha tiġi mistiedna sabiex tagħmel sottomissjoni bil-miktub, tattendi l-laqgħat sostantivi tal-arbitri mal-Partijiet fl-arbitraġġ, tagħmel dikjarazzjonijiet orali, u tkun intitolata twieġeb il-mistoqsijiet tal-arbitri. |
Proċeduri
|
7. |
Fil-proċedimenti tagħhom, l-arbitri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim u jkunu ggwidati mid-deċiżjoni adottata mill-Kumitat skont l-Artikolu XIX:8(b) tal-Ftehim, ladarba dan jiġi adottat. Barra minn hekk, għandhom japplikaw il-proċeduri ta' ħidma li ġejjin:
|
|
8. |
Ir-Regoli ta' Kondotta għall-Qbil dwar ir-Regoli u l-Proċeduri li Jirregolaw is-Soluzzjoni tat-Tilwim għandhom japplikaw għal kull persuna li sservi bħala arbitru skont dawn il-proċeduri u, kif speċifikat fir-Regoli ta' Kondotta u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal, għal dawk il-membri tas-Segretarjat msejħa biex jassistu lill-arbitri. |
|
9. |
Meta l-Partijiet fl-arbitraġġ jaslu għal soluzzjoni miftiehma bejn iż-żewġ naħat għal oġġezzjonijiet għall-modifika proposta, huma għandhom immedjatament jinnotifikaw lill-arbitri. Mal-wasla tan-notifika, l-arbitri għandhom itemmu l-proċedimenti għal dawk il-Partijiet. Id-dettalji ta' kwalunkwe soluzzjoni miftiehma bejn iż-żewġ naħat għandhom ikunu notifikati lill-Kumitat, fejn kwalunkwe Parti fil-Ftehim tista' tikkummenta. |
Id-Determinazzjoni tal-Arbitri
|
10. |
It-termini ta' referenza għall-arbitri għandhom jeħtieġu li l-arbitri jiddeterminaw:
|
|
11. |
L-arbitri għandhom joħorġu rapport li jkun jinkludi d-determinazzjoni raġunata tal-Partijiet fl-arbitraġġ fi żmien 90 jum jew, f'każ li l-iskeda hija modifikata mill-arbitri, mhux iktar tard minn 120 jum minn:
Il-perijodu ta' żmien stabbilit f'dan il-paragrafu jista' jiġi estiż bi ftehim reċiproku tal-Partijiet fl-arbitraġġ. Is-Segretarjat tal-Kumitat għandu jiċċirkola minnufih ir-rapport lill-Partijiet fil-Ftehim wara li jkun ġie tradott. |
|
12. |
Meta l-arbitri jagħmlu determinazzjoni negattiva skont il-paragrafu 10.a., u meta l-arbitri ma jkunu għamlu l-ebda determinazzjoni ta' aġġustament kumpensatorju skont il-punt 10.b., kwalunkwe Parti fl-arbitraġġ tista' titlob, wara 30 jum u mhux aktar tard minn 60 jum wara ċ-ċirkulazzjoni tar-rapport tal-arbitri, li l-istess arbitri, meta disponibbli, jiddeterminaw il-livell ta' aġġustament kumpensatorju li jirriżulta f'livell paragunabbli ta' kopertura u jżommu l-bilanċ tad-drittijiet u l-obbligi skont dan il-Ftehim. Fit-twettiq ta' dan, l-arbitri għandhom ikunu ggwidati mid-deċiżjoni adottata mill-Kumitat skont l-Artikolu XIX:8(c) tal-Ftehim, ladarba dan jiġi adottat. Meta xi arbitri oriġinali ma jkunux disponibbli, għandu jinħatar suċċessur skont il-paragrafi 3. sa 5. |
Implimentazzjoni
|
13. |
Il-Partijiet fl-arbitraġġ għandhom jaċċettaw id-determinazzjoni tal-arbitri bħala waħda finali. |
|
14. |
Għall-finijiet tal-Artikolu XIX:7(b)(i) tal-Ftehim, il-proċeduri tal-arbitraġġ ikunu kompluti:
|
ANNESS
SKEDA PROPOSTA GĦALL-ARBITRAĠĠ
L-arbitri għandhom jibbażaw l-iskeda ta' żmien adottata skont il-paragrafu 7.a. fuq dan li ġej:
|
a. |
Il-wasla ta' sottomissjonijiet bil-miktub tal-Partijiet fl-arbitraġġ: |
|
|
|
- - - - - - - - - - ġimgħatejn |
||
|
- - - - - - - - - - ġimgħatejn |
||
|
b. |
Wasla ta' sottomissjonijiet minn parti terza: |
- - - - - - - - - - ġimgħa |
|
|
c. |
Laqgħa sostantiva mal-arbitri: |
- - - - - - - - - - ġimgħa sa ġimgħatejn |
|
|
d. |
Tweġibiet għall-mistoqsijiet lill-Partijiet u lill-Partijiet terzi fl-arbitraġġ: |
- - - - - - - - - - ġimgħa sa ġimgħatejn |
|
|
e. |
Ħruġ u ċirkolazzjoni tar-rapport tal-arbitri dwar id-determinazzjoni tagħhom: |
- - - - - - - - - - 4 ġimgħat |
B'mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 11., l-arbitri jistgħu jbiddlu l-iskeda ta' żmien ta' hawn fuq u jistgħu jorganizzaw laqgħat addizzjonali mal-Partjiet fl-arbitraġġ wara li jikkonsultawhom.
|
14.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/77 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/764
tat-12 ta' Mejju 2016
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni
(notifikata bid-dokument C(2016) 2731)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Minn meta ġiet adottata d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 (2), sa Frar tal-2016, l-Italja lill-Kummissjoni rrappurtatilha bosta tifqigħat ta' Xylella fastidiosa (Wells et al.) (li minn hawn 'il quddiem tidher bħala “l-organiżmu speċifikat”) fiż-żona ta' madwar il-provinċja ta' Lecce. Dawn it-tifqigħat seħħu f'għadd kbir ta' muniċipji li jinsabu fil-provinċji ta' Taranto u Brindisi. Barra minn hekk, l-aħħar awditu li wettqet il-Kummissjoni f'Novembru tal-2015 ikkonferma li l-attivitajiet ta' stħarriġ meħtieġa mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 twettqu biss b'mod limitat ħafna fiż-żona ta' madwar il-provinċja ta' Lecce (fir-reġjun ta' Apulia fl-Italja). L-awditu kkonferma wkoll li l-programm attwali ta' stħarriġ xorta waħda ma jiżgurax li jinsabu kmieni t-tifqigħat ġodda, jew li jinsab b'mod eżatt kemm ikun infirex fiż-żona l-organiżmu speċifikat. |
|
(2) |
L-aħħar awditu kkonferma r-riskju li l-organiżmu speċifikat jinfirex mal-kumplament taż-żona kkonċernata. Għaldaqstant, u minħabba d-daqs ta' din iż-żona, jixraq li titkabbar iż-żona meqjusa bħala infettata biex ikunu jistgħu japplikaw il-miżuri ta' trażżin 'il barra mil-limiti tal-provinċja ta' Lecce, u biex il-ġarr ta' pjanti speċifiċi 'l barra minn dik iż-żona jkun permess biss taħt kundizzjonijiet stretti. Dan it-tkabbir għandu jsir mingħajr dewmien, meta wieħed iqis li r-riskju li jinxtered iżjed l-organiżmu speċifikat fil-kumplament tat-territorju tal-Unjoni jiżdied mal-bidu tal-istaġun meta jibdew itiru l-insetti li jġorruh. Għalhekk, iż-żona meqjusa bħala infettata għandha titkabbar biex tkopri lil dawk il-muniċipji, jew partijiet minn ċerti muniċipji, fil-provinċji ta' Brindisi u Taranto fejn diġà kien hemm tifqigħat tal-organiżmu speċifikat, jew fejn x'aktarx l-organiżmu diġà nfirex u stabbilixxa ruħhu. Madankollu, iż-żona meqjusa bħala infettata ma għandhiex tinkludi ż-żona li l-Italja diġà ddikjaratha ħielsa mill-organiżmu speċifikat qabel l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Għall-finijiet ta' ċertezza legali, għandu jiġi emendat il-kliem fil-punt (c) tal-Artikolu 7(2) biex ikun ċar li l-miżuri li għandhom jittieħdu skont dak l-Artikolu japplikaw biss fiż-żona meqjusa bħala infettata, u mhux barra minn din iż-żona. |
|
(4) |
Biex ikun żgurat ħarsien effikaċi mill-organiżmu speċifikat tal-kumplament tat-territorju tal-Unjoni, u billi tkabbret iż-żona ta' trażżin, jixraq li ż-żona ta' sorveljanza tiġi ssostitwita b'rekwiżiti ġodda għall-istħarriġ f'dik iż-żona ta' trażżin. Dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw fuq żona wiesgħa 20 km mil-limiti taż-żona ta' protezzjoni u li tibqa' dieħla fiż-żona ta' trażżin, u fiż-żona ta' protezzjoni ta' 10 km. |
|
(5) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789, l-esperjenza wriet li billi l-organiżmu speċifikat diġà jkun stabbilit fiż-żoni infettati, huwa sproporzjonat li wieħed japplika l-istess rekwiżiti meħtieġa għall-ġarr tal-pjanti speċifikati fiż-żoni ta' protezzjoni għall-ġarr ta' pjanti speċifikati minn żona infettata għal oħra. |
|
(6) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789, l-esperjenza kkonfermat li l-pjanti speċifikati li jitkabbru in vitro f'kundizzjonijiet sterili tul iċ-ċiklu ta' produzzjoni tagħhom, ma jikkostitwixxux riskju tat-tixrid tal-organiżmu speċifikat, billi dak it-tip ta' tkabbir jelimina r-riskju tal-infezzjoni billi jipprekludi l-possibbiltà ta' kuntatt mal-vetturi tal-organiżmu speċifikat. Għaldaqstant jixraq li jkun permess, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-ġarr ta' dawk il-pjanti speċifikati fl-Unjoni, u l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni. |
|
(7) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789, l-esperjenza tal-kontrolli uffiċjali wriet li rigward il-kontrolli uffiċjali mal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-pjanti speċifikati li joriġinaw minn żoni li jkunu ħielsa mill-organiżmu speċifikat, dawn għandhom ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti bħall-pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi fejn ma jeżistix l-organiżmu speċifikat. |
|
(8) |
L-Anness I għandu jiġi emendat biex ikun jinkludi l-ispeċijiet kollha tal-pjanti li, mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2417 (3) ġew identifikati mill-Kummissjoni bħala pjanti speċifikati. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 hija emendata kif ġej:
|
1. |
Fl-Artikolu 4(2), it-tielet sottoparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Rigward il-preżenza tal-organiżmu speċifikat fil-provinċja ta' Lecce u fil-muniċipji elenkati fl-Anness II, iż-żona infettata għandha tinkludi għallinqas dawk il-muniċipji, jew, skont kif japplika, l-irqajja' tal-art irreġistrati (“Fogli”) taħt dawk il-muniċipji.” |
|
2. |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
3. |
Jitħassar l-Artikolu 8. |
|
4. |
Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'li ġej: “1. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-pjanti speċifikati li ma jkunux tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni. Il-ġarr tal-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 4, barra miż-żoni demarkati għal ġo ż-żoni ta' protezzjoni rispettivi, għandu jiġi pprojbit.” |
|
5. |
Jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej: “Artikolu 9a Il-ġarr fl-Unjoni tal-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro 1. Il-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu tal-produzzjoni, u għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 4, jistgħu jinħarġu miż-żoni demarkati, u miż-żoni infettati għal ġo ż-żoni ta' protezzjoni rispettivi biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 5. 2. Il-pjanti speċifikati msemmijin fil-paragrafu 1 tkabbru f'lok fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin ġew issodisfati kollha:
3. Il-pjanti speċifikati msemmijin fil-paragrafu 1 tkabbru f'kontenitur trasparenti f'kundizzjonijiet sterili u jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
4. Il-pjanti speċifikati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinġarru f'kontenitur trasparenti f'kundizzjonijiet sterili li jipprekludu l-possibbiltà li jiġu infettati mill-organiżmu speċifikat permezz tal-vetturi. 5. Dawn għandu jkollhom magħhom passaport tal-pjanti li jkun tħejja u nħareġ bi qbil mad-Direttiva 92/105/KEE.” |
|
6. |
L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
|
7. |
Fl-Artikolu 18, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej: “2. Fil-każ ta' pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiż terz fejn ma jkunx preżenti l-organiżmu speċifikat jew f'żona msemmija fl-Artikolu 17(2), il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq il-kontrolli li ġejjin:
3. Fil-każ ta' pjanti speċifikati li joriġinaw minn żona fejn hu magħruf li hemm l-organiżmu speċifikat, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq il-kontrolli li ġejjin:
4. Il-kampjuni msemmija fil-paragrafi 2(b) u 3(b) għandhom ikunu ta' daqs li jippermetti li jiġi identifikat b'affidabbiltà ta' 99 %, livell ta' pjanti infettati ta' 1 % jew ogħla, b'kunsiderazzjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 31. L-ewwel sottoparagrafu ma japplikax għal pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu tal-produzzjoni u li jkunu nġarru f'kontenituri trasparenti f'kundizzjonijiet sterili.” |
|
8. |
L-Anness I huwa emendat kif stipulat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. |
|
9. |
L-Anness li jidher fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni għandu jiżdied bħala l-Anness II. |
Artikolu 2
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 tat-18 ta' Mejju 2015 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (ĠU L 125, 21.5.2015, p. 36).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2417 tas-17 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 143).
ANNESS I
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-entrati li ġejjin huma mdaħħla f'ordni alfabetika:
|
|
(2) |
L-entrati li ġejjin tħassru:
|
|
(3) |
L-entrata “Cytisus racemosus Broom” hija ssostitwita minn: “Genista x spachiana (syn. Cytisus racemosus Broom)”. |
ANNESS II
L-Anness II ta' hawn taħt inżied mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789:
“ANNESS II
IL-LISTA TAL-MUNIĊIPJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(2)
|
(1) |
Muniċipji li jinsabu fil-provinċja ta' Brindisi:
|
|
(2) |
Il-muniċipji li jinsabu fil-provinċja ta' Taranto:
|