ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 114

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
28 ta' April 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/654 tas-26 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/655 tal-15 ta' April 2016 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Saucisson de l'Ardèche (IĠP))

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/656 tat-18 ta' April 2016 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Patata del Fucino (IĠP)]

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/657 tas-27 ta' April 2016 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Lietuviškas skilandis (STG))

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/658 tas-27 ta' April 2016 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Levický slad (IĠP)]

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/659 tas-27 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

9

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/660 tas-27 ta' April 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2016/661 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' April 2016 fuq l-ammont totali ta' drittijiet superviżorji annwali għall-2016 (BĊE/2016/7)

14

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/654

tas-26 ta' Frar 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta' April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba n-nuqqas tal-Istati Uniti biex iġibu l-Att dwar il-Kumpens għall-Persistenza tad-Dumping u għaż-Żamma tas-Sussidji (CDSOA) konformi mal-obbligi skont il-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 impona dazju doganali addizzjonali ad valorem ta' 15 % fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika mill-1 ta' Mejju 2005. B'konformità mal-awtorizzazzjoni tad-WTO biex tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet lill-Istati Uniti, il-Kummissjoni għandha taġġusta l-livell tas-sospensjoni kull sena għal-livell ta' nullifikazzjoni jew indebolment, ikkawżat mis-CDSOA lill-Unjoni Ewropea f'dak iż-żmien.

(2)

L-iżborżi tas-CDSOA għall-aktar sena riċenti li għaliha hemm dejta disponibbli għandhom x'jaqsmu mad-distribuzzjoni ta' dazji antidumping u kumpensatorji miġbura matul is-Sena Fiskali 2015 (mill-1 ta' Ottubru 2014 sat-30 ta' Settembru 2015) kif ukoll mad-distribuzzjoni addizzjonali ta' dazji antidumping u kumpensatorji miġbura matul is-Snin Fiskali 2011 u 2014. Abbażi tad-dejta ppubblikata mill-Ħarsien tad-Dwana u tal-Fruntieri tal-Istati Uniti, il-livell ta' nullifikazzjoni jew indebolment kkawżat lill-Unjoni huwa kkalkulat li jammonta għal USD 887 696.

(3)

Il-livell ta' nullifikazzjoni jew indebolment, u konsegwentement, ta' sospensjoni, naqas. Madankollu, il-livell ta' sospensjoni ma jistax jiġi aġġustat għal-livell ta' nullifikazzjoni jew indebolment billi jiżdiedu jew jitneħħew prodotti mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 673/2005. Minħabba f'hekk, skont l-Artikolu 3(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 673/2005, il-Kummissjoni għandha żżomm il-lista ta' prodotti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament bla tibdil u temenda r-rata tad-dazju addizzjonali sabiex taġġusta l-livell ta' sospensjoni għal-livell ta' nullifikazzjoni jew indebolment. L-erba' prodotti elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 673/2005 għandhom għalhekk jinżammu fil-lista u r-rata tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali għandha tiġi emendata u ffissata għal 0,45 %.

(4)

L-effett ta' dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni ta' 0,45 % ad valorem fuq importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 jirrappreżenta, fuq tul ta' sena, valur ta' kummerċ li ma jaqbiżx USD 887 696.

(5)

Biex ikun żgurat li ma jkun hemm ebda dewmien fl-applikazzjoni tar-rata emendata tad-dazju ta' importazzjoni addizzjonali, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Dazju ad valorem ta' 0,45 % addizzjonali għad-dazju doganali applikabbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (*) għandu jiġi impost fuq il-prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Mejju 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1; kif emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 38/2014 (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 52).


ANNESS

“ANNESS I

Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw dazji addizzjonali huma identifikati mill-kodiċijiet NM tagħhom bi tmien ċifri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati taħt dawn il-kodiċijiet tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1) ta' Dwana kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 (2).

 

0710 40 00

 

9003 19 30

 

8705 10 00

 

6204 62 31



28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/655

tal-15 ta' April 2016

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Saucisson de l'Ardèche (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Saucisson de l'Ardèche”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 719/2011 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Saucisson de l'Ardèche” (IĠP), hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 719/2011 tal-20 ta' Lulju 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Saucisson de l'Ardèche (IĠP)] (ĠU L 193, 23.7.2011, p. 17).

(3)  ĠU C 437, 29.12.2015, p. 9.


28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/656

tat-18 ta' April 2016

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Patata del Fucino (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Patata del Fucino” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Patata del Fucino” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Patata del Fucino” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 438, 30.12.2015, p. 8.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/657

tas-27 ta' April 2016

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Lietuviškas skilandis (STG))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26 u l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Litwanja ppreżentat id-denominazzjoni “Lietuviškas skilandis” bil-ħsieb li din tkun tista' tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti previst bl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2)

Id-denominazzjoni “Skilandis” kienet ġiet irreġistrata qabel (2) mingħajr riżerva tad-denominazzjoni skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (3) bħala speċjalità tradizzjonali garantita. Wara l-proċedura nazzjonali ta' oppożizzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Skilandis” ġiet ikkomplimentata bit-terminu “Lietuviškas” li jidentifika l-karattru tradizzjonali u speċifiku tagħha, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)

Il-Kummissoni eżaminat it-talba mressqa tad-denominazzjoni “Lietuviškas skilandis” u sussegwentement ippubblikatha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4).

(4)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Lietuviškas skilandis” għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'dan, id-denominazzjoni “Lietuviškas skilandis” (STG) qed tiddaħħal fir-reġistru.

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-STG “Skilandis” għandha titqies li hi l-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-STG “Lietuviškas skilandis” bir-riżerva tad-denominazzjoni.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.), kif elenkat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (5).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Skilandis (STG)] (ĠU L 10, 15.1.2010, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1). Ir-Regolament tħassar u nbidel bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  ĠU C 355, 27.10.2015, p. 28.

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/658

tas-27 ta' April 2016

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Levický slad (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tas-Slovakkja biex id-denominazzjoni “Levický slad” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Levický slad” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Levický slad” (IĠP) b'dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tirreferi għal prodott tal-Klassi 1.8. Prodotti oħrajn tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 433, 23.12.2015, p. 13.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/659

tas-27 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li, billi ntgħażlu mill-Kunsill, huma koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fil-31 ta' Marzu 2016, il-Kunsill iddeċieda li jżid entità waħda fil-lista tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom l-iffrizar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi għandu japplika u, li jħassar entità waħda minn dik il-lista. Il-Kunsill emenda wkoll l-entrati għal sitt persuni fil-lista. Għaldaqstant, l-Anness V għandu jiġi aġġornat.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effikaċi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.


ANNESS

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni segwenti elenkati fl-intestatura “C. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)” huma sostitwiti kif ġej:

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjonijiet tar-Raġunijiet

“4.

KIM Il-Su

Data tat-twelid: 2.9.1965

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Maniġer fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang u eks kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

5.

KANG Song-Sam

Data tat-twelid: 5.7.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

L-ex rappreżentant awtorizzat tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) f'Hamburg, ikompli jaġixxi f'isem KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

6.

CHOE Chun-Sik

Data tat-twelid: 23.12.1963

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Passaport Nru.745132109

Validu sat-12.2.2020

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

7.

SIN Kyu-Nam

Data tat-twelid: 12.9.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Passaport Nru.PO472132950

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjonital-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang u eks rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

8.

PAK Chun-San

Data tat-twelid: 18.12.1953

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Passaport Nru.PS472220097

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang sa mill-inqas Diċembru 2015 u eks kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

9.

SO Tong Myong

Data tat-twelid: 10.9.1956

Ex-President tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), li jaġixxi f'isem KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.”

(2)

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “D. Persuni ġuridiċi, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)”:

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

“7.

Il-Korea National Insurance Corporation (KNIC) u l-fergħat tagħha (magħrufa wkoll bħala l-Korea Foreign Insurance Company)

Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, DPRK

Rahlstedter Strasse 83 a, 22149 Hamburg.

Korea National Insurance Corporation of Alloway, Kidbrooke Park Road, Blackheath, London SE3 0LW

Korea National Insurance Corporation (KNIC), hi kumpanija proprjetà tal-Istat u kkontrollata mill-Istat, qed tiġġenera dħul ta' kambju barrani sostanzjali li jista' jikkontribwixxi għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva tar-RDPK.

Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali ta' KNIC fi Pyongyang huma marbuta mal-Uffiċċju 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa entità nominata.”

(3)

L-entrata segwenti titħassar fl-intestatura “D. Persuni ġuridiċi, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)”:

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

“7.

Korea National Insurance Company (KNIC) GmbH (magħrufa wkoll bħala Korea Foreign Insurance Company)

Rahlstedter Strasse 83 a, 22149 Hamburg

KNIC GmbH, bħala sussidjarja kkontrollata mill-kwartieri ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang (indirizz: Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, RDPK), li hi entità tal-gvern, qed tiġġenera dħul sostanzjali f'munita barranija li jintuża biex jiġi appoġġat ir-reġim fil-Korea ta' Fuq. Dawn ir-riżorsi jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati man-nuklear, relatati mal-missili ballistiċi jew relatati ma' armi oħra tal-qerda massiva.

Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang huma marbuta mal-Uffiċċju 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa entità nominata.”


28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/660

tas-27 ta' April 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

268,0

MA

85,8

ZZ

176,9

0707 00 05

MA

83,0

TR

118,9

ZZ

101,0

0709 93 10

MA

95,4

TR

127,5

ZZ

111,5

0805 10 20

AR

115,8

EG

47,1

IL

85,1

MA

58,1

TR

39,9

ZZ

69,2

0808 10 80

AR

123,2

BR

100,4

CL

112,7

CN

73,3

NZ

147,2

US

199,1

ZA

94,3

ZZ

121,5

0808 30 90

AR

122,3

CL

93,3

CN

62,0

ZA

111,8

ZZ

97,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/14


DEĊIŻJONI (UE) 2016/661 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta' April 2016

fuq l-ammont totali ta' drittijiet superviżorji annwali għall-2016 (BĊE/2016/7)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropea tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jinġabru skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandhom ikopru, imma mhux jaqbżu, in-nefqa magħmula mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward tal-kompiti superviżorji tiegħu fil-perijodu tariffarju rilevanti. Din in-nefqa tikkonsisti primarjament fi spejjeż relatati direttament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju s-superviżjoni ta' entitajiet sinifikanti, is-sorveljanza tas-superviżjoni ta' entitajiet inqas sinifikanti u t-twettiq ta' kompiti orizzontali u servizzi speċjalizzati. Tinkludi wkoll spejjeż relatati indirettament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju servizzi pprovduti mill-oqsma ta' appoġġ tan-negozju tal-BĊE, inklużi postijiet ta' negozju, ġestjoni tar-riżorsi umani u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

(2)

Sabiex jiġu kkalkulati d-drittijiet superviżorji annwali pagabbli fir-rigward ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni, u entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni, u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, l-ispejjeż totali għandhom jinqasmu fuq il-bażi tan-nefqa allokata lill-funzjonijiet rilevanti li jwettqu s-superviżjoni diretta tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u tal-grupp sinifikanti taħt superviżjoni u s-superviżjoni indiretta ta' entitajiet inqas sinjifikanti taħt superviżjoni u ta' grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni.

(3)

L-ammont totali tat-tariffa superviżorja annwali għall-2016 għandha tiġi kkalkulata bħala s-somma ta': (a) l-ispejjeż annwali stmati ta' kompiti superviżorji għall-2016, ibbażati fuq il-baġit tal-BĊE approvat għall-2016, wara li jittieħed inkunsiderazzjoni kull żvilupp fl-ispejjeż annwali stmati li jsiru mill-BĊE li kienu magħrufa fiż-żmien meta din id-Deċiżjoni ġiet adottata; u (b) l-bilanċ pożittiv jew tal-iżbilanċ mill-2015.

(4)

Il-bilanċ pożittiv jew żbilanċ għandu jiġi ddeterminat billi jitnaqqsu l-ispejjeż annwali attwali tal-kompiti superviżorji li saru fl-2015, kif rifless fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE għall-2015 (3), mill-ispejjeż annwali stmati miġburin għall-2015, kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2015/727 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/17) (4).

(5)

Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), l-ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma kinux għall-ġbir, ħlasijiet ta' imgħax irċevuti u ċerti ammonti oħrajn rċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament, jekk hemm, għandhom jittieħdu inkunsidrazzjoni wkoll fl-ispejjeż annwali stmati tal-kompiti superviżorji għall-2016.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (5) u r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41).

Artikolu 2

L-ammont totali ta' drittijiet superviżorji annwali għall-2016

1.   L-ammont totali ta' drititjiet superviżorji annwali għall-2016 għandu jkun ta' EUR 404 536 022, ikkalkulati kif jidher fl-Anness.

2.   Kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għandha tħallas l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali li ġejjin:

(a)

entitajiet sinjifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 357 520 301;

(b)

entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 47 015 721.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta' April 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23.

(3)  Ippubblikati fis-sit elettroniku tal-BĊE li jinsab f'ww.ecb.europa.eu fi Frar 2016.

(4)  Deċiżjoni (UE) 2015/727 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' April 2015 dwar l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-ewwel perijodu tariffarju u għall-2015 (BĊE/2015/17) (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 36).

(5)  Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali ddenominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).


ANNESS

Kalkolu fuq l-ammont totali ta' drittijiet superviżorji annwali għall-2016

EUR

Spejjeż annwali stmati għall-2016

423 241 789

Salarji u benefiċċji

193 557 286

Kera u manutenzjoni

52 972 412

Infiq ieħor operattiv

176 712 091

Bilanċ pożittiv/żbilanċ mill-2015

– 18 926 078

Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41)

220 311

Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru

0

Ħlasijiet ta' imgħax irċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq

– 49 054

Ammonti rċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq

269 365

TOTAL

404 536 022