ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 109

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
26 ta' April 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/647 tal-25 ta' April 2016 li jemenda għall-245 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida

23

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/648 tal-25 ta' April 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/649 tal-15 ta' Jannar 2016 dwar il-miżura SA.24123 (12/C) (ex 11/NN) implimentata min-Netherlands — Allegat bejgħ ta' art bi prezz orħos minn tas-suq mill-Muniċipalità ta' Leidschendam-Voorburg (notifikata bid-dokument C(2016) 85)  ( 1 )

27

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/650 tal-25 ta' April 2016 li tistabbilixxi l-istandards għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta' apparat kwalifikat għall-ħolqien ta' firem u siġilli skont l-Artikoli 30(3) u 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern ( 1 )

40

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/71 tas-26 ta' Jannar 2016 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għal 1-metilċiklopropen, flonikamid, flutrijafol, aċidu indolilaċetiku, aċidu indolilbutiriku, petoksamid, pirimikarb, protijokonażol u teflubenżuron f'ċerti prodotti jew fuqhom ( ĠU L 20, 27.1.2016 )

43

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/646

tal-20 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huwa wieħed mill-atti regolatorji separati li jaqa' taħt il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jeħtieġ li l-vetturi l-ġodda light-duty jikkonformaw ma' ċerti limiti ta' emissjoni u jistipula rekwiżiti addizzjonali dwar l-aċċess għall-informazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament ġew adottati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (3).

(3)

Il-Kummissjoni wettqet analiżi dettaljata tal-proċeduri, tat-testijiet u tar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 692/2008 fuq il-bażi tar-riċerka tagħha stess u ta' informazzjoni esterna u sabet li l-emissjonijiet iġġenerati minn sewqan reali fit-triq ta' vetturi Euro 5/6 jaqbżu sostanzjalment l-emissjonijiet imkejla fuq iċ-Ċiklu l-Ġdid tas-Sewqan Ewropew (NEDC) regolatorju, b'mod partikolari fir-rigward tal-emissjonijiet tal-NOx minn vetturi diesel.

(4)

Ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip rigward l-emissjonijiet għal vetturi motorizzati saru gradwalment u sinifikatament aktar stretti permezz tal-introduzzjoni u r-reviżjoni sussegwenti tal-Eurostandards. Filwaqt li fil-vetturi b'mod ġenerali seħħ tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet għall-firxa kollha ta' sustanzi li jniġġsu li huma regolati, dan mhuwiex il-każ għall-emissjonijiet ta' NOx minn magni diesel, b'mod partikolari l-vetturi ħfief. Għalhekk għadd ta' azzjonijiet huma meħtieġa biex tissewwa din is-sitwazzjoni.

(5)

“Tagħmir ta' riduzzjoni” kif definit fl-Artikolu 3(10) tar- Regolament (KE) Nru 715/2007 li tnaqqas il-livell tal-kontroll tal-emissjonijiet huwa projbit. L-avvenimenti reċenti enfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħaħ l-infurzar f'dan ir-rigward. Għalhekk huwa xieraq li tiġi meħtieġa superviżjoni aħjar tal-istrateġija għall-kontroll tal-emissjonijiet applikati mill-manifattur waqt l-approvazzjoni tat-tip, skont il-prinċipji diġà applikati għall-vetturi heavy duty bir-Regolament (KE) Nru 595/2009 Euro VI u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.

(6)

L-indirizzar tal-problema tal-emissjonijiet ta' NOx minn vetturi diesel għandu jikkontribwixxi għal tnaqqis tal-livelli dejjem għoljin attwali tal-konċentrazzjonijiet ta' NO2 fl-arja ambjentali, li huma ta' tħassib ewlieni fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem.

(7)

F'Jannar 2011, il-Kummissjoni stabbilixxiet grupp ta' ħidma li jinvolvi l-partijiet ikkonċernati kollha għall-iżvilupp ta' proċedura għall-ittestjar tal-emissjonijiet f' sewqan reali (RDE) li tkun tirrifletti aħjar l-emissjonijiet imkejla fuq it-triq. Għal dan l-għan, u wara diskussjonijiet tekniċi fil-fond, saret l-għażla kif issuġġerita fir-Regolament (KE) Nru 715/2007, jiġifieri l-użu ta' sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) kif ukoll limiti li ma għandhomx jinqabżu (NTE).

(8)

Kif miftiehem mal-partijiet interessati fil-proċess CARS 2020 (4), il-proċeduri tat-testijiet tal-RDE għandhom jiġu introdotti f'żewġ fażijiet: matul l-ewwel perjodu ta' tranżizzjoni, il-proċeduri tat-testijiet għandhom jiġu applikati biss għal finijiet ta' monitoraġġ, filwaqt li wara dan, għandhom jiġu applikati flimkien ma' rekwiżiti vinkolanti ta' RDE għall-approvazzjonijiet kollha ġodda tat-tip u l-vetturi l-ġodda.

(9)

Il-proċeduri tat-testijiet RDE ġew introdotti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 (5). Issa jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti kwantitattivi tal-RDE sabiex jiġu limitati l-emissjonijiet mill-pajp tal-egżost taħt il-kundizzjonijiet kollha normali ta' użu skont il-limiti ta' emissjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Għal dak il-għan għandhom jiġu kkunsidrati l-inċertezzi tekniċi u statistiċi dwar il-proċeduri tal-kejl.

(10)

Sabiex il-manifatturi jkunu jistgħu jadattaw gradwalment għar-regoli tal-RDE, ir-rekwiżiti kwantitattivi finali tal-RDE għandhom jiġu introdotti f'żewġ fażijiet sussegwenti. Fl-ewwel fażi, li għandha tibda tapplika erba' (4) snin wara d-dati tal-applikazzjoni mandatorja tal-istandards Euro 6, għandu japplika fattur ta' konformità ta' 2,1. It-tieni fażi għandha ssegwi sena (1) u erba' (4) xhur wara l-ewwel (1) fażi u għandha teħtieġ konformità sħiħa mal-valur ta' limitu għall-emissjonijiet tan-NOx ta' 80 mg/km, stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 flimkien ma' marġini li jqis l-inċertezzi ta' kejl addizzjonali marbuta mal-applikazzjoni tas-Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS).

(11)

Filwaqt li huwa importanti li s-sitwazzjonijiet kollha ta' sewqan jiġu potenzjalment koperti mill-ittestjar tal-RDE, għandu jiġi evitat li l-vetturi ttestjati jinsaqu b'mod preġudikat, jiġifieri bil-ħsieb li jiġi ġġenerat test b'riżultat pożittiv jew negattiv, mhux skont il-prestazzjoni teknika tal-vettura iżda minħabba mudelli estremi ta' sewqan. Għaldaqstant qed jiġu introdotti parametri supplimentari għall-ittestjar tal-RDE sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet bħal dawn.

(12)

Minħabba n-natura tagħhom stess, il-kundizzjonjiet tas-sewqan li wieħed jiltaqa' magħhom matul vjaġġi PEMS individwali jistgħu ma jikkorrispondux għal “kundizzjonijiet normali tal-użu ta' vettura”. Is-severità tal-kontroll tal-emissjonijiet matul dawn il-vjaġġi tista' għaldaqstant tvarja. B'konsegwenza ta' dan, u sabiex jittieħed kont tal-inċertezzi tekniċi u statistiċi tal-proċeduri tal-kejl, fil-ġejjieni jista' jiġi kkunsidrat li fil-limiti tal-emissjonijiet NTE applikabbli għall-vjaġġi individwali tal-PEMS jiġu riflessi l-karatteristiċi ta' dawk il-vjaġġi, deskritti minn ċerti parametri li jistgħu jitkejlu, pereżempju fir-rigward tad-dinamika tas-sewqan jew it-tagħbija. Jekk dak il-prinċipju jiġi applikat, dan m'għandux iwassal biex l-effett ambjentali u l-effikaċja tal-proċeduri tat-test RDE jiddgħajfu, u dan għandu jiġi ppruvat permezz ta' studju xjentifiku evalwat bejn il-pari. Barra minn hekk, għall-evalwazzjoni tas-severità tal-kontroll tal-emissjonijiet waqt vjaġġ tal-PEMS, għandhom jiġu kkunsidrati biss il-parametri li jistgħu jiġu ġġustifikati b'raġunijiet xjentifiċi u oġġettivi u mhux sempliċement minħabba raġunijiet ta' kalibrazzjoni tal-magna jew apparat ta' kontroll tas-sustanzi li jniġġsu jew is-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet.

(13)

Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-ħtieġa ta' kontroll tal-emissjonijiet ta' NOx f'kundizzjonijiet urbani, għandha tingħata konsiderazzjoni urġenti għat-tibdil tal-ponderazzjoni relattiva tal-elementi urbani, rurali u tal-awtostrada tat-test tal-RDE biex jiġi żgurat li jista' jinkiseb fil-prattika fattur ta' konformità baxx, u b'hekk tinħoloq kundizzjoni ta' limitu ulterjuri marbuta mad-dinamika tas-sewqan fit-tielet pakkett regolatorju tal-RDE li lil hin minnha għandhom ikunu applikabbli l-kundizzjonijiet estiżi mid-dati ta' introduzzjoni tal-fażi 1.

(14)

Il-Kummissjoni għandha tanalizza d-dispożizzjonijiet tal-proċedura tat-test tal-RDE u tadatta dawk id-dispożizzjonijiet biex tindirizza t-teknoloġiji ġodda tal-vetturi u biex tiġi żgurata l-effikaċja tagħhom. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha tanalizza annwalment il-livell xieraq tal-fattur ta' konformità finali fid-dawl tal-progress tekniku. B'mod partikolari hija għandha tirrevedi ż-żewġ metodi alternattivi għall-evalwazzjoni tad-dejta tal-emissjonijiet tal-PEMS stabbiliti fl-Appendiċi 5 u 6 tal-Anness IIIA tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 bil-ħsieb li jiġi żviluppat metodu uniku.

(15)

Huwa għalhekk xieraq li r-Regolament (KE) Nru 692/2008 jiġi emendat skont dan.

(16)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi Motorizzati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 2, għandhom jiżdiedu l-punti 43 u 44 li ġejjin:

“43.

‘Strateġija Bażi għall-Emissjonijiet’ (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘BES’) tfisser strateġija għall-emissjonijiet li tkun attiva matul il-medda operattiva tal-veloċità u t-tagħbija tal-vettura sakemm ma tkunx ġiet attivata Strateġija Awżiljarja għall-Kontroll tal-Emissjonijiet;

44.

‘Strateġija Awżiljari għall-Kontroll tal-Emissjonijiet’ (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘AES’) tfisser strateġija tal-emissjonijiet li ssir attiva u tieħu post jew li timmodifika Strateġija Bażi għall-Emissjonijiet għal skop speċifiku u bħala reazzjoni għal grupp speċifiku ta' kundizzjonijiet ambjentali jew operattivi u li tibqa' operattiva biss sakemm jibqgħu jeżistu dawn il-kundizzjonijiet.”;

2.

Fl-Artikolu 3(10) it-tielet paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Sa tliet snin wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u erba' snin wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:”;

3.

L-Artikolu 3(10)(a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Ir-rekwiżiti ta' punt 2.1 tal-Anness IIIA ma għandhomx japplikaw.”

4.

Fl-Artikolu 5, jiddaħħlu l-paragrafi 11 u 12 li ġejjin:

“11.

Il-manifattur għandu jipprovdi wkoll pakkett ta' dokumentazzjoni estiża bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

informazzjoni dwar l-operat tal-istrateġiji kollha AES u BES, inkluż deskrizzjoni tal-parametri modifikati minn kwalunkwe AES u tal-parametri li taħthom joperaw l-istrateġiji AES, u indikazzjoni tal-AES jew il-BES li x'aktarx ikunu attivi fil-kundizzjonijiet tal-proċeduri tat-testijiet stipulati f'dan ir-Regolament;

(b)

deskrizzjoni tal-loġika ta' kontroll tas-sistema tal-fjuwil, tal-istrateġiji ta' sinkronizzazzjoni u tal-punti ta' swiċċjar fil-modalitajiet kollha ta' tħaddim;

12.

Il-pakkett ta' dokumentazzjoni estiża msemmi fil-paragrafu 11 għandu jibqa' strettament kunfidenzjali. Dan jista' jinżamm mill-awtorità tal-approvazzjoni, jew, fid-diskrezzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni, mill-fabbrikant. Fil-każ li l-pakkett ta' dokumentazzjoni jinżamm mill-fabbrikant, il-pakkett għandu jiġi identifikat u datat mill-awtorità tal-approvazzjoni wara li jiġi rivedut u approvat. Għandu jkun disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni fiż-żmien tal-approvazzjoni jew f'kull żmien li fih l-approvazzjoni tkun valida.”

5.

L-Appendiċi 6 tal-Anness I hija emendata kif stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

6.

L-Anness IIIA huwa emendat kif stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(4)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni CARS 2020: Pjan ta' Azzjoni għal industrija tal-karozzi kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa (COM(2012)636 finali).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 tal-10 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta' emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (ĠU L 82, 31.3.2016, p. 1).


ANNESS I

Fl-Appendiċi 6 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, it-tabella 1 hija emendata kif ġej:

(1)

ir-ringieli ZD, ZE, ZF jinbidlu kif ġej:

“ZD

Euro 6c

Euro 6-2

M, N1 klassi I

PI; CI

 

1.9.2018

31.8.2019

ZE

Euro 6c

Euro 6-2

N1 klassi II

PI; CI

 

1.9.2019

31.8.2020

ZF

Euro 6c

Euro 6-2

N1 class III, N2

PI; CI

 

1.9.2019

31.8.2020”

(2)

ir-ringieli li ġejjin jidħlu wara r-ringiela ZF:

“ZG

Euro 6d-TEMP

Euro 6-2

M, N1 klassi I

PI; CI

1.9.2017

1.9.2019

31.12.2020

ZH

Euro 6d-TEMP

Euro 6-2

N1 klassi II

PI; CI

1.9.2018

1.9.2020

31.12.2021

ZI

Euro 6d-TEMP

Euro 6-2

N1 class III, N2

PI; CI

1.9.2018

1.9.2020

31.12.2021

ZJ

Euro 6d

Euro 6-2

M, N1 klassi I

PI; CI

1.1.2020

1.1.2021

 

ZK

Euro 6d

Euro 6-2

N1 klassi II

PI; CI

1.1.2021

1.1.2022

 

PLN

Euro 6d

Euro 6-2

N1 class III, N2

PI; CI

1.1.2021

1.1.2022”

 

(3)

fl-ispjega tat-tabella, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin wara l-paragrafu dwar l-istandard tal-emissjonijiet “Euro 6b”:

“Standard ta' emissjonijiet ‘Euro 6c’= ir-rekwiżiti ta' emissjonijiet Euro 6 kollha iżda mingħajr ir-rekwiżiti kwantitattivi tal-RDE, jiġifieri standard ta' emissjonijiet Euro 6b, l-istandards tan-numru ta' partikoli finali għall-vetturi PI, l-użu ta' fjuwil ta' referenza E10 u B7 (fejn applikabbli) evalwat fuq iċ-ċiklu tat-testijiet tal-laboratorju regolatorju u l-ittestjar tal-RDE għall-monitoraġġ biss (ebda limiti ta' emissjoni NTE ma jiġu applikati);

Standard ta' emissjonijiet ‘Euro 6d-TEMP’= ir-rekwiżiti ta' emissjonijiet Euro 6 kollha, jiġifieri standard ta' emissjonijiet Euro 6b, l-istandards tan-numru ta' partikoli finali għall-vetturi PI, l-użu ta' fjuwil ta' referenza E10 u B7 (fejn applikabbli) evalwat fuq l-ittestjar tal-RDE għall-fatturi ta' konformità temporanja u taċ-ċiklu tat-testijiet tal-laboratorju regolatorju;”

4.

fl-ispjega tat-tabella, il-paragrafu li jirrigwarda l-“Istandard ta' emissjonijiet Euro 6c” jinbidel b'dan li ġej:

“Standard ta' emissjonijiet ‘Euro 6d’= ir-rekwiżiti ta' emissjonijiet Euro 6 kollha, jiġifieri standard ta' emissjonijiet Euro 6b, l-istandards tan-numru ta' partikoli finali għall-vetturi PI, l-użu ta' fjuwil ta' referenza E10 u B7 (fejn applikabbli) evalwat fuq l-ittestjar tal-RDE għall-fatturi ta' konformità finali u taċ-ċiklu tat-testijiet tal-laboratorju regolatorju;”.


ANNESS II

L-Anness IIIA tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 jiġi emendat kif ġej:

(1)

il-punt 2.1 jinbidel b'dan li ġej:

“2.1   Limiti ta' emissjoni li ma għandhomx jinqabżu

L-emissjonijiet ta' vettura approvata għat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 kif determinat skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness u emessi fi kwalunkwe test possibbli tal-RDE mwettaq skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Anness, matul il-ħajja normali tagħha, ma għandhomx ikunu ogħla minn dawn il-valuri li ġejjin li ma għandhomx jinqabżu (not-to-exceed — NTE):

NTEpollutant = CFpollutant × TF(p1, …, pn) × EURO-6

fejn EURO- 6 huwa l-limitu tal-emissjonijiet applikabbli ta' Euro 6 stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.”;

(2)

jidħlu l-punti 2.1.1., 2.1.2 u 2.1.3. li ġejjin:

“2.1.1   Fatturi ta' Konformità Finali

Il-fattur ta' konformità CF pollutant għas-sustanza niġġiesa rispettiva huwa speċifikat kif ġej:

Sustanza niġġiesa

Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx)

Numru ta' partikoli (PN)

Massa ta' monossidu tal-karbonju (CO) (1)

Massa ta' idrokarburi totali (THC)

Massa kombinata ta' idrokarburi totali u ossidi tan-nitroġenu (THC + NOx)

CFpollutant

1 + marġini b' marġini = 0,5

għandha tiġi ddeterminata

il-marġini huwa parametru li jqis l-inċertezzi addizzjonali tal-kejl li jkunu ġejjin mit-tagħmir tal-PEMS, li huma suġġetti għal reviżjoni annwali u jistgħu jiġu riveduti bħala riżultat tal-kwalità mtejba tal-proċedura tal-PEMS jew tal-progress tekniku.

2.1.2   Fatturi ta' Konformità Temporanja

B'eċċezzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-punt 2.1.1, matul perjodu ta' ħames (5) snin u erba' (4) xhur wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u fuq talba tal-manifattur, il-fatturi ta' konformità temporanja li ġejjin jistgħu japplikaw:

Sustanza niġġiesa

Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx)

Numru ta' partikoli (PN)

Massa ta' monossidu tal-karbonju (CO) (2)

Massa ta' idrokarburi totali (THC)

Massa kombinata ta' idrokarburi totali u ossidi tan-nitroġenu (THC + NOx)

CFpollutant

2,1

għandha tiġi ddeterminata

L-applikazzjoni tal-fatturi ta' konformità temporanji għandhom jiġu reġistrati fiċ-ċertifikat ta' konformità tal-vettura.

2.1.3   Funzjonijiet ta' trasferiment

Il-funzjoni ta' trasferiment TF(p1, …, pn ) imsemmija fil-punt 2.1 hija ssettjata fuq 1 għall-medda kollha ta' parametri pi (i = 1, …, n).

Jekk il-funzjoni ta' trasferiment TF(p1, …, pn) tiġi emendata, dan għandu jsir b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-impatt ambjentali u l-effikaċja tal-proċeduri tat-test tal-RDE. B'mod partikolari għandha tibqa' din il-kundizzjoni:

TF (p1, …, pn) * Q (p1, …, pn) dp = ∫ Q (p1, …, pn) dp

Fejn:

dp tirrappreżenta l-integrali fuq l-ispazju kollu tal-parametri pi (i = 1, …, n)

Q(p1, …, pn), hija d-densità ta' probabilità ta' avveniment li tikkorrispondi għall-parametri pi (i = 1, …, n) fis-sewqan reali.”;

(3)

jiddaħħal il-punt 3.1.0 li ġej:

“3.1.0

Ir-rekwiżiti tal-punt 2.1 għandhom jiġu sodisfatti għall-parti urbana u l-vjaġġ kollu tal-PEMS. Bl-għażla tal-manifattur, il-kundizzjonijiet ta' mill-inqas wieħed miż-żewġ punti ta' hawn taħt għandhom jiġu sodisfatti:

3.1.0.1

Mgas,d,t NTEpollutant u Mgas,d,u NTEpollutant bid-definizzjonijiet tal-punt 2.1 ta' dan l-Anness u l-punti 6.1 u 6.3 tal-Appendiċi 5 u l-issettjar gas = pollutant.

3.1.0.2

Mw,gas,d NTEpollutant and Mw,gas,d,U NTEpollutant bid-definizzjonijiet tal-punt 2.1 ta' dan l-Anness u l-punt 3.9 tal-Appendiċi 6 u l-issettjar gas = pollutant.”;

(4)

il-punt 5.3 jitħassar;

(5)

il-punt 5.4 jinbidel b'dan li ġej:

“5.4.   Kundizzjonijiet dinamiċi

Il-kundizzjonijiet dinamiċi jinkludu l-effett tal-grad tat-triq, id-dinamika tar-riħ minn faċċata u tas-sewqan (żieda u tnaqqis ta' veloċità) u s-sistemi awżiljari mal-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-vettura tat-test. Il-verifika tan-normalità tal-kundizzjonijiet dinamiċi għandha ssir wara li t-test ikun tlesta, bl-użu tad-dejta tal-PEMS rreġistrata. Din il-verifika għandha ssir f'żewġ (2) fażijiet:

5.4.1

L-eċċess jew in-nuqqas ġenerali tad-dinamika tas-sewqan matul il-vjaġġ għandhom jiġu vverifikati bl-użu tal-metodi deskritti fl-Appendiċi 7a ta' dan l-Anness.

5.4.2.

Jekk il-vjaġġ jirriżulta validu wara l-verifiki skont il-punt 5.4.1, iridu jiġu applikati l-metodi għall-verifika tan-normalità tal-kundizzjonijiet dinamiċi u li ġew stabbiliti fl-Appendiċijiet 5 u 6 ta' dan l-Anness. Kull metodu jinkludi referenza għall-kundizzjonijiet dinamiċi, il-meded ta' madwar ir-referenza u rekwiżiti ta' kopertura minimi sabiex jinkiseb test validu.”;

(6)

il-punt 6.8 jinbidel b'dan li ġej:

“6.8

Il-veloċità medja (inkluż il-waqfien) tal-parti tal-vjaġġ tas-sewqan urban għandha tkun bejn 15 u 40 km/siegħa. Il-perjodi ta' waqfien, iddefiniti bħala l-veloċità tal-vettura ta' inqas minn 1 km/siegħa, għandhom jirrappreżentaw minn 6-30 % tal-perjodu ta' ħin tal-operazzjoni urbana. L-operazzjoni urbana għandu jkun fiha diversi perjodi ta' waqfien ta' 10 s jew aktar. Jekk perjodu ta' waqfien idum aktar minn 180 s, l-avvenimenti ta' emissjoni matul l-180 s wara perjodu ta' waqfien eċċessivament twil bħal dan għandhom jiġu esklużi mill-evalwazzjoni.”;

(7)

Fil-punt 6.11, qed tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Barra minn hekk, iż-żieda fl-għoli pożittiva kumulattiva u proporzjonali għandha tkun inqas minn 1 200 m/100 km u għandha tiġi ddeterminata skont l-Appendiċi 7b.”;

(8)

il-punt 9.5 jinbidel b'dan li ġej:

“9.5.

Jekk matul intervall ta' ħin partikolari l-kundizzjonijiet ambjentali jiġu estiżi skont il-punt 5.2, l-emissjonijiet matul dan l-intervall ta' ħin ikkalkulat skont l-Appendiċi 4 għandhom jiġi diviżi b'valur ta' 1.6 qabel ma jiġu evalwati għall-konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.”;

(9)

L-Appendiċi 1 hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 3.4.6, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Huwa permess li jingħata kurrent lil kull illuminazzjoni marbuta mas-sikurezza ta' tagħmir u installazzjonijiet ta' komponenti tal-PEMS barra mill-kabina tal-vettura permezz tal-batterija tal-vettura.”;

(b)

fil-punt 4.5, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Biex tiġi minimzzata d-deriva tal-analizzaturi, wieħed għandu jwettaq il-kalibrazzjoni fuq iz-żero u l-kalibrazzjoni fuq il-firxa tal-analizzaturi f'temperatura tal-ambjent li tixbaħ, kemm jista' jkun, it-temperatura li l-apparat tat-test ikun fiha matul il-vjaġġ tal-RDE.”;

(10)

fl-Appendiċi 2, in-nota tal-qiegħ Nru. 2 tat-tabella 4 fil-punt 8 tinbidel b'dan li ġej:

“(2)

Dan ir-rekwiżit ġenerali japplika għas-sensur tal-veloċità biss; jekk tintuża l-veloċità tal-vettura biex jiġu ddeterminati parametri bħall-aċċellerazzjoni, il-prodott tal-veloċità u l-aċċellerazzjoni pożittiva, jew l-RPA, is-sinjal tal-veloċità għandu jkollu eżattezza ta' 0,1 % 'il fuq minn 3 km/h u frekwenza ta' kampjonatura ta' 1 Hz. Dan ir-rekwiżit ta' eżattezza jista' jiġi sodisfatt bl-użu tas-sinjal ta' sensur tal-veloċità rotativa ta' rota.”

(11)

fl-Appendiċi 6, il-punt 2, id-definizzjoni li ġejja hija mħassra:

“ai

Aċċellerazzjoni reali f'fażi ta' ħin i, jekk mhux definita mod ieħor f'ekwazzjoni:

Formula
, [m/s2]”.

(12)

fl-Appendiċi 6 punt 2 jiddaħħlu d-definizzjonijiet li ġejjin:

Formula

Il-valur ipponderat tal-emissjoni ta' komponent tal-egżost tal-gass “gass” għas-subkampjun tas-sekondi kollha i b'vi < 60 km/h, g/s

Mw,gas,d,U

Emissjonijiet speċifiċi għad-distanza pponderati għall-komponent tal-egżost tal-gass “gass” għas-subkampjun tas-sekondi kollha i b'vi < 60 km/h, g/km

Formula

Veloċità pponderata tal-vettura fil-klassi ta' potenza fir-roti j, km/h”

(13)

fil-punt 3.1 tal-Appendiċi 6, l-ewwel paragrafu jitbiddel b'dan li ġej:

“Il-potenza reali fir-roti Pr,i hija l-potenza totali biex jingħelbu r-reżistenza tal-arja, ir-reżistenza mit-triq, l-inklinazzjonijiet tat-triq, l-inerzja lonġitudinali tal-vettura u l-inerzja rotazzjonali tar-roti.”

(14)

il-punt 3.2 fl-Appendiċi 6 jinbidel b'dan li ġej:

“3.2   Klassifikazzjoni tal-medji mobbli għas-sewqan urban, rurali u fuq l-awtostrada

Il-frekwenzi tal-potenza standard huma ddefiniti għas-sewqan urban u għall-vjaġġ totali (ara l-paragrafu 3.4) u evalwazzjoni separata tal-emissjonijiet għandha ssir għall-vjaġġ totali u għall-parti urbana. Il-medji mobbli ta' tliet sekondi, ikkalkulati skont il-paragrafu 3.3 għandhom għalhekk jiġu allokati aktar tard għal kundizzjonijiet ta' sewqan urban u ekstraurban skont is-sinjal tal-veloċità (vi) mis-sekonda reali i kif deskritt fit-Tabella 1-1.

Tabella 1-1

Meded ta' veloċità għall-allokazzjoni ta' dejta tat-test għal kundizzjonijiet urbani, rurali u tal-awtostrada fil-metodu tal-power binning

 

Urban

Rurali

Awtostrada

vi [km/h]

0 sa < 60

> 60 sa < 90

90”

(15)

il-punt 3.9 fl-Appendiċi 6 jinbidel b'dan li ġej:

“3.9   Kalkolu ta' valur ponderat tal-emissjonijiet speċifiku għad-distanzi

Il-medji ponderati abbażi tal-ħin tal-emissjonijiet fit-test għandhom jiġu kkonvertiti f'emissjonijiet abbażi tad-distanza, darba għas-sett ta' dejta urbana u darba għas-sett ta' dejta totali, kif ġej:

 

Għall-vjaġġ totali:

Formula

 

Għall-parti urbana tal-vjaġġ:

Formula

Bl-użu ta' dawn il-formuli, il-medji pponderati għandhom jiġu kkalkulati għal dawn is-sustanzi niġġiesa għall-vjaġġ kollu u għall-parti urbana tal-vjaġġ:

Mw,NOx,d

riżultat ponderat tat-test għan-NOx f'[mg/km]

Mw,NOx,d,U

riżultat ponderat tat-test għan-NOx f'[mg/km]

Mw,CO,d

riżultat ponderat tat-test għas-CO f'[mg/km]

Mw,CO,d,U

riżultat ponderat tat-test għas-CO f'[mg/km]”

(16)

jiddaħħlu l-appendiċijiet 7a u 7b li ġejjin:

“Appendiċi 7a

Verifika tad-dinamika ta' vjaġġ kumplessiv

1.   INTRODUZZJONI

Din l-Appendiċi tiddeskrivi l-proċeduri ta' kalkolu biex tiġi vverifikata d-dinamika ta' vjaġġ kumplessiv, biex jiġi ddeterminat l-eċċess jew in-nuqqas kumplessiv tad-dinamika waqt sewqan urban, rurali u fuq l-awtostrada.

2.   SIMBOLI

APR

Aċċelerazzjoni Pożittiva Relattiva

“reżoluzzjoni tal-aċċellerazzjoni ares

aċċellerazzjoni minima > 0 imkejla f'm/s2

T4253H

livellatur tad-dejta komposta

“aċċellerazzjoni pożittiva apos

aċċellerazzjoni [m/s2] li tkun aktar minn 0,1 m/s2

L-indiċi (i) jirreferi għall-fażi ta' ħin

L-indiċi (j) jirreferi għall-fażi ta' ħin tas-settijiet ta' dejta tal-aċċelerazzjoni pożittiva

L-indiċi (k) jirreferi għall-kategorija (t = total, u = urban, r = rurali, m = awtostrada)

Δ

differenza

>

iktar

iktar jew daqs

%

fil-mija

<

iżgħar

iżgħar jew daqs

a

aċċellerazzjoni [m/s2]

ai

aċċellerazzjoni fil-fażi ta' ħin i [m/s2]

apos

aċċellerazzjoni pożittiva iktar minn 0,1 m/s2 [m/s2]

apos,i,k

aċċellerazzjoni pożittiva iktar minn 0,1 m/s2 fil-fażi ta' ħin i, meqjusa d-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada [m/s2]

ares

riżoluzzjoni tal-aċċellerazzjoni [m/s2]

di

distanza koperta fil-fażi ta' ħin i [m]

di,k

distanza koperta fil-fażi ta' ħin i, meqjusa d-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada [m]

Mk

għadd ta' kampjuni għad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada b' aċċellerazzjoni pożittiva iktar minn 0,1 m/s2

Nk

għadd totali ta' kampjuni għad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada u għall-vjaġġ kollu

RPAk

aċċellerazzjoni pożittiva relattiva għad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada [m/s2 jew kWs/(kg × km)]

tk

tul ta' ħin tad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada u tal-vjaġġ/i kollu/kollha

v

veloċità tal-vettura [km/h]

vi

veloċità reali tal-vettura fil-fażi ta' ħin i [km/h]

vi,k

veloċità reali tal-vettura fil-fażi ta' ħin i, meqjusa d-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada [km/h]

(v · a)i

veloċità reali tal-vettura għal kull aċċelerazzjoni fil-fażi ta' ħin i [m2/s3 jew W/kg]

(v · apos)j,k

veloċità reali tal-vettura għal kull aċċellerazzjoni pożittiva ikbar minn 0,1 m/s2 fil-fażi ta' ħin j meqjusa d-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada [m2/s3 jew W/kg].

(v · apos)k _[95]

il-95 perċentil tal-prodott tal-veloċità tal-vettura għal kull aċċellerazzjoni pożittiva iktar minn 0,1 m/s2 għad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada [m2/s3 jew W/kg].

Formula

veloċità medja ta' vettura għad-distanzi ta' żoni urbani, rurali u tal-awtostrada [km/h]

3.   INDIKATURI TAL-VJAĠĠ

3.1.   Kalkoli

3.1.1.   Ipproċessar minn qabel ta' dejta

Il-parametri dinamiċi bħall-aċċelerazzjoni, v · apos jew l-RPA għandhom jiġu determinati b'sinjal tal-veloċità ta' preċiżjoni ta' 0,1 % 'l fuq minn 3 km/h u frekwenza ta' teħid ta' kampjuni ta' 1 Hz. Dan ir-rekwiżit ta' preċiżjoni ġeneralment jintlaħaq permezz ta' sinjali ta' veloċità (rotazzjonali) tar-roti.

It-traċċa tal-veloċità għandha tiġi kkontrollata għal taqsimiet difettużi jew mhux plawsibbli. It-traċċa tal-veloċità tal-vettura ta' dawn it-taqsimiet hija kkaratterizzata permezz tal-passi, tal-qbiż, tat-traċċi ta' veloċità mtarġin jew tal-valuri nieqsa. Sezzjonijiet difettużi qosra għandhom jiġu rettifikati, pereżempju bl-interpolazzjoni tad-dejta jew bil-valutazzjoni komparattiva fuq sinjal tal-veloċità sekondarju. Alternattivament, vjaġġi qosra li fihom sezzjonijiet difettużi jistgħu jiġu esklużi mill-analiżi sussegwenti tad-dejta. Fit-tieni stadju, il-valuri tal-aċċelerazzjoni għandhom jiġu kklassifikati f'ordni axxendenti, sabiex tiġi ddeterminata r-riżoluzzjoni tal-aċċelerazzjoni ares = (valur ta' aċċellerazzjoni minimu > 0).

Jekk ares ≤ 0,01 m/s2, il-kejl tal-veloċità tal-vettura huwa preċiż biżżejjed.

Jekk 0,01 < ares ≤ rmax m/s2, irid isir il-livellament bl-użu tal-filtru Hanning T4253.

Jekk ares > rmax m/s2, il-vjaġġ ikun invalidu.

Il-filtru Hanning T4253 iwettaq il-kalkoli li ġejjin: Il-livellatur jibda b'medjana kurrenti ta' 4, li tiġi ċċentrata b'medjana kurrenti ta' 2. Imbagħad jillivella mill-ġdid dawn il-valuri bl-applikazzjoni ta' medjana kurrenti ta' 5, medjana kurrenti ta' 3, u hanning (medji ponderati kurrenti). Ir-residwi jiġu kkomputati billi titnaqqas is-serje livellata mis-serje oriġinali. Dan il-proċess kollu mbagħad jiġi ripetut fuq ir-residwi kkomputati. Fl-aħħar nett, ir-residwi livellati jiġu kkomputati billi jitnaqqsu l-valuri approssimati miksuba għall-ewwel darba permezz tal-proċess.

It-traċċa tal-veloċità korretta tibni l-bażi għal aktar kalkoli u binning kif deskritt fil-paragrafu 3.1.2.

3.1.2.   Kalkolu tad-distanza, l-aċċelerazzjoni u v · a

Il-kalkoli li ġejjin għandhom isiru matul it-traċċa tal-veloċità kollha abbażi tal-ħin (riżoluzzjoni 1 Hz) mill-ewwel (1) sekonda għas-sekonda tt (l-aħħar sekonda).

Iż-żieda fid-distanza għal kull kampjun ta' dejta għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

di = vi /3,6, i = 1 to Nt

Fejn:

di hija d-distanza koperta fil-fażi ta' ħin i [m]

v i hija l-veloċità proprja tal-vettura fil-fażi ta' ħin i [km/h]

N t huwa n-numru totali ta' kampjuni

L-aċċellerazzjoni għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

ai = (v i + 1v i – 1)/(2 · 3,6), i = 1 to Nt

Fejn:

ai hija l-aċċellerazzjoni fil-fażi ta' ħin i [m/s2] Għal i = 1: vi – 1 = 0, għal i = Nt : vi + 1 = 0.

Il-prodott tal-veloċità tal-vettura għal kull aċċelerazzjoni għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

(v · a)i = vi · ai /3,6, i = 1 to Nt

Fejn:

(v · a)i huwa l-prodott tal-veloċità reali tal-vettura għal kull aċċelerazzjoni fil-fażi ta' ħin i [m2/s3 jew W/kg].

3.1.3.   Binning tar-riżultati

Wara l-kalkolu ta' ai u (v · a)i , il-valuri vi , di , ai u (v · a)i għandhom jiġu kklassifikati f'ordni axxendenti tal-veloċità tal-vettura.

Is-settijiet ta' dejta b' vi ≤ 60 km/h kollha jappartjenu għat-taqsima tal-veloċità “urbana”, is-settijiet ta' dejta b' 60 km/h < vi ≤ 90 km/h kollha jappartjenu għat-taqsima tal-veloċità “rurali” u s-settijiet ta' dejta b' vi > 90 km/h kollha jappartjenu għat-taqsima tal-veloċità “awtostrada”.

L-għadd ta' settijiet ta' dejta b'valuri ta' aċċelerazzjoni ai > 0,1 m/s 2 għandu jkun ikbar jew daqs 150 f'kull taqsima tal-veloċità.

Għal kull taqsima tal-veloċità, il-veloċità medja tal-vettura

Formula
għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula
, i = 1 to Nk,k = u,r,m

Fejn:

Nk huwa l-għadd totali ta' kampjuni tad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada.

3.1.4.   Kalkolu ta' v · apos_[95] għal kull taqsima tal-veloċità

Il-95 perċentil tal-valuri v · apos għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Il-valuri (v · a)i,k ta' kull taqsima tal-veloċità għandhom ikunu kklassifikati f'ordni axxendenti għas-settijiet kollha ta' dejta b' ai,k ≥ 0,1 m/s2 u għandu jiġi ddeterminat Mk l-għadd totali ta' dawn il-kampjuni.

Il-valuri perċentili jiġu mbagħad assenjati lill-valuri (v · apos)j,k b' ai,k ≥ 0,1 m/s2 kif ġej:

Lill-valur v · apos l-iktar baxx jingħata l-perċentil 1/Mk , lit-tieni l-iktar baxx 2/Mk , lit-tielet l-iktar baxx 3/Mk u lill-ogħla valur Mk /Mk = 100 %.

(v · apos)k _[95] huwa l-valur (v · apos)j,k , b' j/Mk = 95 %. Jekk j/Mk = 95 % ma jistax jintlaħaq, (v · apos)k _[95] għandu jiġi kkalkulat b'interpolazzjoni lineari bejn kampjuni konsekuttivi j u j + 1 b' j/Mk < 95 % u (j + 1)/Mk > 95 %.

L-aċċelerazzjoni pożittivi relattiva għal kull taqsima tal-veloċità għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

RPAk = Σjt · (v · apos ) j,k )/Σ idj,k , j = 1 to Mk,i = 1 to Nk,k = u,r,m

Fejn:

RPAk hija l-aċċellerazzjoni pożittiva relattiva għad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada [m/s2 jew kWs/(kg*km)]

Δt

id-differenza tal-ħin ugwali għal 1 sekonda

Mk

l-għadd ta' kampjuni għad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada b'aċċelerazzjoni pożittiva

Nk

huwa l-għadd totali ta' kampjuni għad-distanzi urbani, rurali u tal-awtostrada.

4.   VERIFIKA TAL-VALIDITÀ TAL-VJAĠĠ

4.1.1.   Verifika ta' v*apos_[95] għal kull taqsima tal-veloċità (b'v f'[km/h])

Jekk

Formula

u

Formula

huma sodisfatti, il-vjaġġ huwa invalidu.

Jekk

Formula
u
Formula
huma sodisfatti, il-vjaġġ huwa invalidu.

4.1.2.   Verifika tal-RPA għal kull taqsima tal-veloċità

Jekk

Formula
u
Formula
huma sodisfatti, il-vjaġġ huwa invalidu.

Jekk

Formula
u RPAk < 0,025 huma sodisfatti, il-vjaġġ huwa invalidu.

“Appendiċi 7b

Proċedura biex tiġi ddeterminata ż-żieda fl-elevazzjoni pożittiva kumulattiva ta' vjaġġ

1.   INTRODUZZJONI

Din l-Appendiċi tiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha tiġi ddeterminata ż-żieda ta' elevazzjoni kumulattiva ta' vjaġġ RDE.

2.   SIMBOLI

d(0)

distanza fil-bidu ta' vjaġġ [m]

d

distanza kumulattiva koperta fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat [m]

d0

distanza kumulattiva koperta sal-kejl direttament quddiem il-punt tat-triq d [m] rispettiv

d1

distanza kumulattiva koperta sal-kejl direttament wara l-punt tat-triq d [m] rispettiv

da

punt tat-triq ta' referenza fi d(0) [m]

de

distanza kumulattiva koperta sal-aħħar punt tat-triq individwali [m]

di

distanza istantanja [m]

dtot

distanza totali tat-test [m]

h(0)

għoli tal-vettura wara l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju ta' il-kwalità tad-dejta fil-bidu ta' vjaġġ [m fuq il-livell tal-baħar]

h(t)

għoli tal-vettura wara l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju ta' il-kwalità tad-dejta fil-punt t [m fuq il-livell tal-baħar]

h(d)

għoli tal-vettura fil-punt tat-triq d [m fuq il-livell tal-baħar]

h(t – 1)

għoli tal-vettura wara l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju ta' il-kwalità tad-dejta fil-punt t – 1 [m fuq il-livell tal-baħar]

hcorr(0)

għoli rettifikat direttament qabel il-punt tat-triq rispettiv d [m fuq il-livell tal-baħar]

hcorr(1)

għoli rettifikat direttament wara l-punt tat-triq rispettiv d [m fuq il-livell tal-baħar]

hcorr(t)

għoli tal-vettura istantanju rettifikat fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar]

hcorr(t – 1)

għoli tal-vettura istantanju rettifikat fil-punt tad-dejta t – 1 [m fuq il-livell tal-baħar]

hGPS,i

għoli tal-vettura istantanju mkejjel bil-GPS [m fuq il-livell tal-baħar]

hGPS(t)

għoli tal-vettura mkejjel b'GPS fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar]

hint(d)

għoli interpolat fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d [m fuq il-livell tal-baħar]

hint,sm,1(d)

għoli interpolat livellat, wara l-ewwel ċiklu ta' livellament fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d [m fuq il-livell tal-baħar]

hmap(t)

għoli tal-vettura abbażi ta' mappa topografika fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar]

Hz

hertz

km/siegħa

kilometru fis-siegħa

m

metru

roadgrade,1(d)

grad tat-triq livellat fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d wara l-ewwel ċiklu ta' livellament [m/m]

roadgrade,2(d)

grad tat-triq livellat fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d wara t-tieni ċiklu ta' livellament [m/m]

sin

funzjoni trigonometrika sinusojdali

t

ħin mill-bidu tat-test [s]

t0

ħin mill-kejl li jinsab direttament qabel il-punt tat-triq rispettiv d [s]

vi

veloċità tal-vettura istantanja [km/h]

v(t)

veloċità tal-vettura tal-punt tad-dejta t [km/h]

3.   REKWIŻITI ĠENERALI

Iż-żieda ta' elevazzjoni kumulattiva pożittiva ta' vjaġġ RDE għandha tiġi determinata abbażi ta' tliet parametri: l-għoli istantanju tal-vettura hGPS,i [m fuq il-livell tal-baħar] kif imkejjel bil-GPS, il-veloċità istantanja tal-vettura v i [km/h] reġistrata f'frekwenza ta' 1 Hz u l-ħin korrispondenti t [s] mill-bidu tat-test.

4.   KALKOLU TAŻ-ŻIEDA TA' ELEVAZZJONI KUMULATTIVA POŻITTIVA

4.1.   Ġenerali

Iż-żieda ta' elevazzjoni pożittiva kumulattiva ta' vjaġġ RDE għandha tiġi kkalkulata bħala proċedura fi tliet stadji, magħmula minn (i) l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta, (ii) ir-rettifika tad-dejta tal-altitudini istantanja tal-vettura, u (iii) il-kalkolu taż-żieda tal-elevazzjoni pożittiva kumulattiva.

4.2.   Skrinjar u verifika tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta

Id-dejta tal-veloċità istantanja tal-vettura għandha tiġi verifikata għall-kompletezza. Tista' ssir ir-rettifika ta' dejta nieqsa jekk jibqa' l-vojt fi ħdan ir-rekwiżiti speċifikati fil-punt 7 tal-Appendiċi 4; jekk mhux il-każ, ir-riżultati tat-test għandhom jiġu annullati. Id-dejta istantanja tal-għoli għandha tiġi verifikata għall-kompletezza. Il-vojt fid-dejta jrid jimtela permezz tal-interpolazzjoni tad-dejta. Il-korrettezza tal-interpolazzjoni tad-dejta għandha tiġi vverifikata permezz ta' mappa topografika. Huwa rrakkomandat li tiġi rettifikata d-dejta interpolata jekk ikun hemm il-kundizzjoni li ġejja:

|hGPS(t)hmap(t)| > 40 m

Ir-rettifika tal-altitudni għandha tiġi applikata b'tali mod li:

h(t) = hmap(t)

fejn:

h(t)

għoli tal-vettura wara l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju ta' kwalità tad-data fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar]

hGPS(t)

għoli tal-vettura mkejjel b'GPS fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar]

hmap(t)

għoli tal-vettura abbażi ta' mappa topografika fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar]

4.3.   Rettifika tad-dejta tal-għoli istantanju tal-vettura

L-għoli h(0) fil-bidu ta' vjaġġ f'd(0) għandu jinkiseb permezz tal-GPS u vverifikat għall-korrettezza bl-informazzjoni minn mappa topografika. Id-devjazzjoni ma għandhiex tkun akbar minn 40 m. Kull dejta tal-altitudini istantanja h(t) għandha tiġi rettifikata jekk ikun hemm il-kundizzjoni li ġejja:

|h(t)h(t – 1)| > (v(t)/3,6 * sin45°)

Ir-rettifika tal-altitudni għandha tiġi applikata b'tali mod li:

hcorr(t) = hcorr (t-1)

fejn:

h(t)

għoli tal-vettura wara l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju ta' kwalità tad-dejta fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar]

h(t-1)

għoli tal-vettura wara l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju ta' kwalità tad-dejta fil-punt tad-dejta t-1 [m fuq il-livell tal-baħar]

v(t)

veloċità tal-vettura tal-punt tad-dejta t [km/h]

hcorr(t)

għoli tal-vettura istantanju rettifikat fil-punt tad-dejta t [m fuq il-livell tal-baħar]

hcorr(t – 1)

għoli tal-vettura istantanju rettifikat fil-punt tad-dejta t – 1 [m fuq il-livell tal-baħar]

Wara t-tlestija tal-proċedura ta' rettifika jiġi stabbilit sett ta' dejta tal-għoli validu. Dan is-sett ta' dejta għandu jintuża għall-kalkolu finali taż-żieda tal-elevazzjoni pożittiva kumulattiva kif deskritt fil-punt 4.4.

4.4.   Kalkolu finali taż-żieda ta' elevazzjoni kumulattiva pożittiva

4.4.1.   Stabbiliment ta' riżoluzzjoni spazjali uniformi

Id-distanza totali dtot [m] koperta minn vjaġġ għandha tiġi ddeterminata bħala s-somma tad-distanzi istantanji d i. Id-distanza istantanja d i għandha tiġi ddeterminata bħala:

Formula

Fejn:

di

distanza istantanja [m]

vi

veloċità tal-vettura istantanja [km/h]

Iż-żieda tal-elevazzjoni kumulattiva għandha tiġi kkalkulata mid-dejta ta' riżoluzzjoni spazjali kostanti ta' 1 m mill-ewwel kejl fil-bidu ta' vjaġġ d(0). Il-punti ta' dejta individwali f'riżoluzzjoni ta' 1 m jissejħu punti tat-triq, ikkaratterizzati minn valur ta' distanza speċifika d (eż. 0, 1, 2. 3 m …) u l-għoli korrispondenti tagħhom h(d) [m fuq il-livell tal-baħar].

L-għoli ta' kull punt tat-triq individwali d għandu jiġi kkalkulat permezz tal-interpolazzjoni tal-għoli istantanju hcorr(t) bħala:

Formula

Fejn:

hint(d)

għoli interpolat fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d [m fuq il-livell tal-baħar]

hcorr(0)

għoli rettifikat direttament qabel il-punt tat-triq rispettiv il-punt d [m fuq il-livell tal-baħar]

hcorr(1)

għoli rettifikat direttament wara l-punt tat-triq rispettiv il-punt d [m fuq il-livell tal-baħar]

d

distanza kumulattiva koperta sal-punt tat-triq individwali kkunsidrat d [m]

d0

distanza kumulattiva koperta sal-kejl li jinsab direttament quddiem il-punt tat-triq d [m] rispettiv

d1

distanza kumulattiva koperta sal-kejl li jinsab direttament wara l-punt tat-triq d [m] rispettiv

4.4.2.   Livellament ta' dejta addizzjonali

Id-dejta tal-għoli miksuba għal kull punt tat-triq individwali għandha tiġi livellata bl-applikazzjoni ta' proċedura f'żewġ stadji; d a u d e huma l-ewwel u l-aħħar punt tad-dejta rispettivament (Figura 1). L-ewwel ċiklu ta' livellament għandu jiġi applikat kif ġej:

Formula
for d ≤ 200 m

Formula
for 200 m < d < (de – 200 m)

Formula
for d ≥ (de – 200 m)

h int,sm,1(d) = h int,sm,1(d – 1 m) + road grade,1(d), d= da + 1 to de

h int,sm,1(da ) = hint (da ) + road grade,1(da )

Fejn:

roadgrade,1(d)

grad tat-triq livellat fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat wara l-ewwel ċiklu ta' livellament [m/m]

hint(d)

għoli interpolat fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d [m fuq il-livell tal-baħar]

hint,sm,1(d)

għoli interpolat livellat, wara l-ewwel ċiklu ta' livellament fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d [m fuq il-livell tal-baħar]

d

distanza kumulattiva koperta fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat [m]

da

punt tat-triq ta' referenza f'distanza ta' metri żero [m]

de

distanza kumulattiva koperta sal-aħħar punt tat-triq individwali [m]

It-tieni ċiklu ta' livellament għandu jiġi applikat kif ġej:

Formula
for d ≤ 200 m

Formula
for 200 m < d < (de – 200 m)

Formula
for d ≥ (de – 200 m)

Fejn:

roadgrade,2(d)

grad tat-triq livellat fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat wara t-tieni ċiklu ta' livellament [m/m]

hint,sm,1(d)

għoli interpolat livellat, wara l-ewwel ċiklu ta' livellament fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat d [m fuq il-livell tal-baħar]

d

distanza kumulattiva koperta fil-punt tat-triq individwali kkunsidrat [m]

da

punt tat-triq ta' referenza f'distanza ta' metri żero [m]

de

distanza kumulattiva koperta sal-aħħar punt tat-triq individwali [m]

Figura 1

Rappreżentazzjoni tal-proċedura ta' livellament tas-sinjali tal-għoli interpolati

Image 1

hint (d – 200m)

jew

hint,sm,1 (d – 200m)

hint

jew

hint,sm,1

[m fuq il-livell tal-baħar]

roadgrade,1 (d)

jew

roadgrade,2 (d)

hint (d)

jew

hint,sm,1 (d)

hint (d + 200m)

jew

hint,sm,1 (d + 200m)

d [m]

4.4.3.   Kalkolu tar-riżultat finali

Iż-żieda tal-elevazzjoni kumulattiva pożittiva ta' vjaġġ għandha tiġi kkalkolata billi jiġu integrati l-inklinazzjonijiet interpolati pożittivi u livellati kollha, jiġifieri roadgrade,2(d). Ir-riżultat għandu jiġi normalizzat permezz tad-distanza totali tat-test d tot u espress f'metri ta' żieda fl-elevazzjoni kumulattiva għal kull mitt kilometru ta' distanza.

5.   EŻEMPJU NUMERIKU

It-Tabelli 1 u 2 juru l-istadji biex tiġi kkalkulata ż-żieda tal-elevazzjoni pożittiva fuq il-bażi ta' dejta rreġistrata waqt test fit-triq bil-PEMS. Għall-qosor qed jiġi ppreżentat hawnhekk estratt ta' 800 m u 160 s.

5.1.   Skrinjar u verifika tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta

L-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta jikkonsistu f'żewġ stadji. L-ewwel, tiġi ċċekkjata l-kompletezza tad-dejta tal-veloċità tal-vettura. Ma jinstab ebda vojt ta' dejta marbuta mal-veloċità tal-vettura f'dan il-kampjun ta' dejta (ara t-Tabella 1). It-tieni, tiġi verifikata għall-kompletezza d-dejta tal-għoli; fil-kampjun tad-dejta, id-dejta tal-għoli marbuta mas-sekondi 2 u 3 huma nieqsa. Il-vojt jimtela billi jiġi interpolat is-sinjal tal-GPS. Barra minn hekk, l-għoli tal-GPS jiġi vverifikat permezz ta' mappa topografika; din il-verifika tinkludi l-għoli h(0) fil-bidu tal-vjaġġ. Id-dejta tal-għoli marbuta mas-sekondi 112-114 tiġi rettifikata abbażi tal-mappa topografika biex tkun sodisfatta l-kundizzjoni li ġejja:

hGPS(t)hmap(t) < – 40 m

Bħala riżultat tal-verifika tad-dejta applikata tinkiseb id-dejta fil-ħames kolonna h(t).

5.2.   Rettifika tad-dejta tal-għoli istantanju tal-vettura

Bħala l-istadju li jmiss, id-dejta tal-għoli h(t) tas-sekondi 1 sa 4, 111 sa 112 u 159 sa 160 jiġu rettifikati u jieħdu l-forma tal-valuri tal-għoli tas-sekondi 0, 110 u 158 rispettivament peress li jkun hemm il-kundizzjoni li ġejja:

|h(t)h(t – 1)| > (v(t)/3,6 * sin45°)

Bħala riżultat tar-rettifika tad-dejta applikata tinkiseb id-dejta fis-sitt kolonna hcorr(t). L-effett tal-istadji tal-verifika u r-rettifika applikati fuq id-dejta tal-għoli jidher fil-Figura 2.

5.3.   Kalkolu taż-żieda ta' elevazzjoni kumulattiva pożittiva

5.3.1.   Stabbiliment ta' riżoluzzjoni spazjali uniformi

Id-distanza istantanja di tiġi kkalkulata billi l-veloċità istantanja tal-vettura mkejla f'km/h tiġi diviża b'3.6 (Kolonna 7 fit-Tabella 1). Bil-kalkolu mill-ġdid tad-dejta tal-għoli biex tinkiseb riżoluzzjoni spazjali uniformi ta' 1 m, wieħed jasal sal-punti tat-triq individwali d (Kolonna 1 fit-Tabella 2) u l-valuri tal-għoli korrispondenti hint(d) (Kolonna 7 fit-Tabella 2). L-għoli ta' kull punt tat-triq individwali d jiġi kkalkulat permezz tal-interpolazzjoni tal-għoli istantanju mkejjel hcorr bħala:

Formula

Formula

5.3.2.   Livellament ta' dejta addizzjonali

Fit-Tabella 2, l-ewwel u l-aħħar punti tat-triq individwali huma: d a = 0 m u d e = 799 m, rispettivament. Id-dejta tal-għoli ta' kull punt tat-triq individwali tiġi livellata bl-applikazzjoni ta' proċedura f'żewġ stadji. L-ewwel ċiklu ta' livellament jikkonsisti minn:

Formula

chosen to demonstrate the smoothing for d ≤ 200 m

Formula

chosen to demonstrate the smoothing for 200 m < d < (599 m)

Formula

chosen to demonstrate the smoothing for d ≥ (599 m)

L-għoli livellat u interpolat jiġi kkalkulat bħala:

h int,sm,1(0) = hint (0) + road grade,1(0) = 120,3 + 0,0033 ≈ 120,3033 m

h int,sm,1(799) = h int,sm,1(798) + road grade,1(799) = 121,2550 – 0,0220 = 121,2330 m

It-tieni ċiklu ta' livellament:

Formula

chosen to demonstrate the smoothing for d ≤ 200 m

Formula

chosen to demonstrate the smoothing for 200 m < d < (599)

Formula

chosen to demonstrate the smoothing for d ≥ (599 m)

1.3.3.   Kalkolu tar-riżultat finali

Iż-żieda tal-elevazzjoni kumulattiva pożittiva ta' vjaġġ tiġi kkalkolata billi jiġu integrati l-inklinazzjonijiet interpolati pożittivi u livellati kollha, jiġifieri roadgrade,2(d). Fl-eżempju ppreżentat, id-distanza totali koperta kienet dtot  = 139,7 km u l-inklinazzjonijiet interpolati u livellati pożittivi kollha kienu ta' 516 m. Għalhekk inkisbet żieda ta' elevazzjoni pożittiva kumulattiva ta' 516 × 100/139,7 = 370 m/100 km.

Tabella 1

Rettifika tad-dejta tal-għoli istantanju tal-vettura

Ħin t [s]

v(t)

[km/h]

hGPS(t)

[m]

hmap(t)

[m]

h(t)

[m]

hcorr(t)

[m]

di

[m]

Cum. d

[m]

0

0,00

122,7

129,0

122,7

122,7

0,0

0,0

1

0,00

122,8

129,0

122,8

122,7

0,0

0,0

2

0,00

-

129,1

123,6

122,7

0,0

0,0

3

0,00

-

129,2

124,3

122,7

0,0

0,0

4

0,00

125,1

129,0

125,1

122,7

0,0

0,0

18

0,00

120,2

129,4

120,2

120,2

0,0

0,0

19

0,32

120,2

129,4

120,2

120,2

0,1

0,1

37

24,31

120,9

132,7

120,9

120,9

6,8

117,9

38

28,18

121,2

133,0

121,2

121,2

7,8

125,7

46

13,52

121,4

131,9

121,4

121,4

3,8

193,4

47

38,48

120,7

131,5

120,7

120,7

10,7

204,1

56

42,67

119,8

125,2

119,8

119,8

11,9

308,4

57

41,70

119,7

124,8

119,7

119,7

11,6

320,0

110

10,95

125,2

132,2

125,2

125,2

3,0

509,0

111

11,75

100,8

132,3

100,8

125,2

3,3

512,2

112

13,52

0,0

132,4

132,4

125,2

3,8

516,0

113

14,01

0,0

132,5

132,5

132,5

3,9

519,9

114

13,36

24,30

132,6

132,6

132,6

3,7

523,6

 

149

39,93

123,6

129,6

123,6

123,6

11,1

719,2

150

39,61

123,4

129,5

123,4

123,4

11,0

730,2

 

157

14,81

121,3

126,1

121,3

121,3

4,1

792,1

158

14,19

121,2

126,2

121,2

121,2

3,9

796,1

159

10,00

128,5

126,1

128,5

121,2

2,8

798,8

160

4,10

130,6

126,0

130,6

121,2

1,2

800,0

- tirrappreżenta vojt fid-dejta


Tabella 2

Kalkolu tal-pendenza tat-triq

d

[m]

t0

[s]

d0

[m]

d1

[m]

h0

[m]

h1

[m]

hint(d)

[m]

roadgrade,1(d)

[m/m]

hint,sm,1(d)

[m]

roadgrade,2(d)

[m/m]

0

18

0,0

0,1

120,3

120,4

120,3

0,0035

120,3

– 0,0015

120

37

117,9

125,7

120,9

121,2

121,0

– 0,0019

120,2

0,0035

200

46

193,4

204,1

121,4

120,7

121,0

– 0,0040

120,0

0,0051

320

56

308,4

320,0

119,8

119,7

119,7

0,0288

121,4

0,0088

520

113

519,9

523,6

132,5

132,6

132,5

0,0097

123,7

0,0037

720

149

719,2

730,2

123,6

123,4

123,6

– 0,0405

122,9

– 0,0086

798

158

796,1

798,8

121,2

121,2

121,2

– 0,0219

121,3

– 0,0151

799

159

798,8

800,0

121,2

121,2

121,2

– 0,0220

121,3

– 0,0152

Figura 2

L-effett tal-verifika u r-rettifika tad-dejta — Il-profil tal-għoli mkejjel permezz ta' GPS hGPS(t), il-profil tal-għoli pprovdut mill-mappa topografika hmap(t), il-profil tal-għoli miksub wara l-iskrinjar u l-verifika tal-prinċipju tal-kwalità tad-dejta h(t) u r-rettifika hcorr(t) tad-dejta elenkata fit-Tabella 1.

Image 2

hmap(t)

hcorr(t)

h(t)

hGPS(t)

Ħin [s]

Għoli [m fuq il-livell tal-baħar]

Figura 3

Paragun bejn il-profil tal-għoli rettifikat hcorr(t) u l-għoli livellat u interpolat hint,sm,1

Image 3

hint,sm,1

hcorr(t)

Ħin [s]

Għoli [m fuq il-livell tal-baħar]

Tabella 2

Kalkolu taż-żieda ta' elevazzjoni pożittiva

d

[m]

t0

[s]

d0

[m]

d1

[m]

h0

[m]

h1

[m]

hint(d)

[m]

roadgrade,1(d)

[m/m]

hint,sm,1(d)

[m]

roadgrade,2(d)

[m/m]

0

18

0,0

0,1

120,3

120,4

120,3

0,0035

120,3

– 0,0015

120

37

117,9

125,7

120,9

121,2

121,0

– 0,0019

120,2

0,0035

200

46

193,4

204,1

121,4

120,7

121,0

– 0,0040

120,0

0,0051

320

56

308,4

320,0

119,8

119,7

119,7

0,0288

121,4

0,0088

520

113

519,9

523,6

132,5

132,6

132,5

0,0097

123,7

0,0037

720

149

719,2

730,2

123,6

123,4

123,6

– 0,0405

122,9

– 0,0086

798

158

796,1

798,8

121,2

121,2

121,2

– 0,0219

121,3

– 0,0151

799

159

798,8

800,0

121,2

121,2

121,2

– 0,0220

121,3

– 0,0152


(1)  L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati fit-testijiet tal-RDE.

(2)  L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati fit-testijiet tal-RDE.


26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/647

tal-25 ta' April 2016

li jemenda għall-245 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fl-20 ta' April 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jżid ħames persuni fiżiċi mal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

(a)

“Turki Mubarak Abdullah Ahmad Al-Binali (magħruf ukoll bħala (a) Turki Mubarak Abdullah Al Binali, (b) Turki Mubarak al-Binali (c) Turki al-Benali, (d) Turki al-Binali, (e) Abu Human Bakr ibn Abd al-Aziz al-Athari, (f) Abu Bakr al-Athari, (g) Abu Hazm al-Salafi (h) Abu Hudhayfa al-Bahrayni, (i) Abu Khuzayma al-Mudari, (j) Abu Sufyan al-Sulami, (k) Abu Dergham, (l) Abu Human al-Athari). Data tat-twelid: 3.9.1984. Post tat-twelid: Al Muharraq, il-Bahrain. Nazzjonalità: Il-Bahrain. (ċittadinanza revokata f'Jannar 2015). Nru tal-passaport: (a) numru 2231616 tal-Passaport Bahraini maħruġ fit-2.1.2013 jiskadi fit-2.1.2023, (b) numru 1272611 tal-Passaport Bahraini ta' qabel, maħruġ fl-1.04.2003, (c) Numru tal-identità nazzjonali 840901356 Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 20.4.2016.”

(b)

“Faysal Ahmad Bin Ali Al-Zahrani (magħruf ukoll bħala (a) Faisal Ahmed Ali Alzahrani, (b) Abu Sarah al-Saudi (c) Abu Sara Zahrani). Data tat-twelid: 19.1.1986. Nazzjonalità: Sawdi. Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Numru tal-Passaport: (a) K142736 (numru tal-passaport Sawdi maħruġ fl-14.7.2011 f'Al-Khafji, l-Arabja Sawdija), (b) G579315 (numru tal-passaport Sawdi). Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 20.4.2016.”

(c)

“Tuah Febriwansyah (magħruf ukoll bħala (a) Tuah Febriwansyah bin Arif Hasrudin, (b) Tuwah Febriwansah (c) Muhammad Fachri (d) Muhammad Fachria (e) Muhammad Fachry). Data tat-twelid: 18.2.1968. Post tat-twelid: Jakarta, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjan. Indirizz: Jalan Baru LUK, Nru.1, RT 05/07, Kelurahan Bhakti Jaya, Sottodistrett ta' Setu, Distrett ta' Pamulang, Tangerang Selatan, Provinċja ta' Banten, l-Indoneżja. numru tal-karta tal-identità nazzjonali Indoneżjana 09.5004.180268.0074. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 20.4.2016.”

(d)

“Husayn Juaythini (magħruf ukoll bħala (a) Hussein Mohammed Hussein Aljeithni, (b) Husayn Muhammad al-Juaythini (c) Husayn Muhammad Husayn al-Juaythini d) Husayn Muhamad Husayn al-Juaythini (e) Husayn Muhammad Husayn Juaythini (f) Abu Muath al-Juaitni). Data tat-twelid: 3.5.1977. Post tat-twelid: Kamp tar-Refuġjati Nuseirat, l-Istrixxa ta' Gaża, it-Territorji Palestinjani. Nazzjonalità: Palestinjan. Indirizz: L-Istrixxa ta' Gaza, Territorji Palestinjani. Nru tal-passaport: 0363464 (maħruġ mill-Awtorità Palestinjana). Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 20.4.2016.”

(e)

“Muhammad Sholeh Ibrahim (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Sholeh Ibrahim, (b) Muhammad Sholeh Ibrohim (c) Muhammad Soleh Ibrahim (d) Sholeh Ibrahim (e) Muh Sholeh Ibrahim). Data tat-twelid: Settembru 1958. Post tat-twelid: Demak, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjan. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 20.4.2016.”


26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/648

tal-25 ta' April 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

267,4

MA

81,7

ZZ

174,6

0707 00 05

MA

81,5

TR

118,9

ZZ

100,2

0709 93 10

MA

99,6

TR

132,6

ZZ

116,1

0805 10 20

AR

115,8

EG

46,4

IL

79,9

MA

51,7

TR

40,9

ZZ

66,9

0805 50 10

MA

132,7

ZZ

132,7

0808 10 80

AR

88,6

BR

100,6

CL

101,7

CN

90,8

NZ

151,9

US

177,1

ZA

102,3

ZZ

116,1

0808 30 90

AR

104,9

CL

132,0

CN

76,7

ZA

112,2

ZZ

106,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/649

tal-15 ta' Jannar 2016

dwar il-miżura SA.24123 (12/C) (ex 11/NN) implimentata min-Netherlands — Allegat bejgħ ta' art bi prezz orħos minn tas-suq mill-Muniċipalità ta' Leidschendam-Voorburg

(notifikata bid-dokument C(2016) 85)

(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

B'ittra tal-10 ta' Settembru 2007, Stichting Behoud Damplein Leidschendam (minn hawn 'il quddiem “Stichting”), fondazzjoni stabbilita fl-2006 sabiex tiddefendi l-interessi tar-residenti li jinsabu fl-inħawi ta' Damplein f'Leidschendam (Muniċipalità ta' Leidschendam-Voorburg, in-Netherlands), ressqet ilment lill-Kummissjoni rigward l-allegat għoti ta' għajnuna mill-Istat fil-kuntest ta' proġett ta' proprjetà immobbli mniedi mill-Muniċipalità ta' Leidschendam-Voorburg f'kooperazzjoni ma' numru ta' partijiet privati.

(2)

Permezz ta' ittra tat-12 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni ressqet l-ilment lill-awtoritajiet Olandiżi, għall-konsiderazzjoni tagħhom, flimkien ma' talba biex jitwieġbu numru ta' mistoqsijiet. L-awtoritajiet Olandiżi ssottomettew it-tweġiba tagħhom permezz ta' ittra tas-7 ta' Diċembru 2007. Il-Kummissjoni bagħtet iktar talbiet għal informazzjoni lill-awtoritajiet Olandiżi permezz ta' ittri datati l-25 ta' April 2008, it-12 ta' Settembru 2008, l-14 ta' Awwissu 2009, it-12 ta' Frar 2010 u t-2 ta' Awwissu 2011. L-awtoritajiet Olandiżi wieġbu għal dawn it-talbiet permezz ta' ittri datati t-30 ta' Mejju 2008, is-7 ta' Novembru 2008, it-30 ta' Ottubru 2009, it-12 ta' April 2010, id-29 ta' Settembru 2011 u t-3 ta' Ottubru 2011, rispettivament. Fit-12 ta' Marzu 2010 saret laqgħa bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Olandiżi u, bħala riżultat, ġiet sottomessa informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni permezz ta' ittra tat-30 ta' Awwissu 2010.

(3)

B'ittra tas-26 ta' Jannar 2012, il-Kummissjoni għarrfet lin-Netherlands li kienet iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: “it-TFUE”) fir-rigward ta' miżura speċifika meħuda fil-kuntest tal-proġett tal-proprjetà immobbli. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura (minn hawn 'il quddiem “id-deċiżjoni ta' ftuħ”) kienet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Permezz ta' din id-Deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu kummenti dwar il-valutazzjoni preliminari tal-miżura.

(4)

B'ittra tat-18 ta' April 2012, l-awtoritajiet Olandiżi ssottomettew il-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ, wara li kienu rċivew żewġ estensjonijiet tal-iskadenza sabiex jikkummentaw u wara laqgħa mad-dipartimenti tal-Kummissjoni fit-12 ta' Marzu 2012 fil-preżenza tal-benefiċjarju tal-miżura.

(5)

B'ittra tas-16 ta' April 2012, Stichting issottomettiet il-kummenti tagħha lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ. Il-verżjoni mhux kunfidenzjali ta' dawn il-kummenti ntbagħtet lill-awtoritajiet Olandiżi permezz ta' ittra tas-16 ta' Mejju 2012. Permezz ta' ittra tal-14 ta' Ġunju 2012, l-awtoritajiet Olandiżi ssottomettew ir-reazzjoni tagħhom għall-kummenti ta' Stichting.

(6)

Fit-23 ta' Jannar 2013, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni finali, u kkonkludiet li l-proġett ta' proprjetà immobbli kkontestat fih għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(7)

Id-deċiżjoni tat-23 ta' Jannar 2013 ġiet appellata min-Netherlands, il-Muniċipalità ta' Leidschendam-Voorburg u l-benefiċjarju Schouten & de Jong Projectontwikkeling BV. Fis-sentenza tagħha tat-30 ta' Ġunju 2015, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni (3). Konsegwentement, il-Kummissjoni kellha teżamina mill-ġdid il-miżura u tieħu deċiżjoni ġdida dwar il-proġett ta' proprjetà immobli kkontestat.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

2.1.   IL-PARTIJIET INVOLUTI

(8)

Il-Muniċipalità ta' Leidschendam-Voorburg (minn hawn 'il quddiem: “il-Muniċipalità”) tinsab fil-provinċja tal-Olanda t'Isfel, qrib l-Aja, fin-Netherlands.

(9)

Schouten-de Jong Bouwfonds (minn hawn 'il quddiem “SJB”) hija sħubija mwaqqfa minn Schouten & de Jong Projectontwikkeling BV (minn hawn 'il quddiem “Schouten de Jong”) u Bouwfonds Ontwikkeling BV (minn hawn 'il quddiem “Bouwfonds”) għall-finijiet tal-proġett tal-proprjetà immobbli kkontestat u ma għandhiex personalità ġuridika skont il-liġi Olandiża (4).

(10)

Schouten de Jong, stabbilita f'Voorburg, in-Netherlands, hija attiva fl-iżvilupp ta' proġetti tal-proprjetà immobbli fin-Netherlands, partikolarment fiż-żona ta' Leidschendam. Il-fatturat tagħha kien ta' EUR 60 miljun fl-2011.

(11)

Bouwfonds, stabbilita f'Delft, in-Netherlands, u sussidjarja ta' Rabo Vastgoed, hija l-akbar żviluppatur tal-proprjetà immobbli fin-Netherlands u fost it-tliet atturi ewlenin fis-suq Ewropew tal-proprjetà immobbli. Bouwfonds hija attiva b'mod partikolari fin-Netherlands, il-Ġermanja u Franza. Kellha fatturat ta' EUR 1,6 biljun fl-2011.

(12)

Sħubija pubblika-privata fil-forma ta' vennootschap onder firma (minn hawn 'il quddiem: “il-PPP”) twaqqfet mill-Muniċipalità u minn SJB sabiex twettaq il-fażi tal-isfruttament tal-art tal-proġett tal-proprjetà immobbli kkontestat. Kull parti fil-PPP kellha ġġarrab 50 % tal-ispejjeż u r-riskji assoċjati mal-fażi tal-isfruttament tal-art tal-proġett. It-teħid tad-deċiżjonijiet tal-PPP kellu jsir b'unanimità. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Olandiżi, Schouten de Jong u Bouwfonds it-tnejn huma responsabbli b'mod konġunt u in solidum (“hoofdelijk aansprakelijk”) għat-twettiq minn SJB tal-obbligi tagħha skont il-ftehim tal-PPP (5).

2.2.   IL-PROĠETT TAL-PROPRJETÀ IMMOBBLI

(13)

Fis-6 ta' April 2004, il-Kunsill tal-Muniċipalità adotta Pjan Ewlieni tal-Kunċett tal-Isfruttament tal-Art ta' Damcentrum u Pjan Ewlieni tal-Kunċett ta' Damcentrum li jistabbilixxu qafas ta' ftehim bil-għan li tingħata ħajja ġdida liċ-ċentru tal-belt ta' Leidschendam (minn hawn 'il quddiem: “il-Proġett Leidschendam Centrum”) (6). Il-Proġett ta' Leidschendam Centrum jikkonċerna żona ta' madwar 20,7 ettaru u jikkonsisti fit-twaqqigħ ta' madwar 280 unità residenzjali li jservu prinċipalment għall-akkomodazzjoni soċjali, fit-tiġdid tal-ispazji pubbliċi u l-utilitajiet (id-drenaġġ, il-paviment, id-dawl, eċċ.) u fil-bini ta' madwar 600 unità residenzjali ġdida — kemm akkomodazzjoni soċjali kif ukoll akkomodazzjoni tas-settur liberu — kif ukoll madwar 3 000 metru kwadru fi spazju kummerċjali (ħwienet), garaxx tal-parkeġġ ta' taħt l-art fuq żewġ livelli u r-rilokazzjoni u l-bini mill-ġdid ta' skola. Il-Proġett ta' Leidschendam Centrum kien maqsum f'diversi subproġetti, fosthom il-proġett tal-proprjetà immobbli li jikkonċerna lil Damplein (minn hawn 'il quddiem: “il-Proġett Damplein”).

2.2.1.   Il-fażi tal-kostruzzjoni

(14)

Fuq il-bażi tal-Proġett ta' Leidschendam Centrum, il-Muniċipalità kkonkludiet ftehim ta' kooperazzjoni ma' għadd ta' żviluppaturi privati tal-proġetti, inkluż ma' SJB, fid-9 ta' Settembru 2004 (minn hawn 'il quddiem: “il-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004”). Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 jistipula li l-iżviluppaturi privati tal-proġetti, għal kull waħda mis-subpartijiet speċifiċi tal-Proġett ta' Leidschendam Centrum assenjata lilhom, jibnu u jbigħu, għar-riskju u bl-ispejjeż tagħhom, il-proprjetà immobbli prevista.

(15)

Skont il-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004, ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni jibdew ladarba l-art tkun tlestiet għall-kostruzzjoni (ara l-premessa (23) hawn taħt) u jkunu nkisbu l-permessi tal-bini meħtieġa. Madankollu, fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-unitajiet residenzjali tas-settur liberu, l-iżviluppaturi privati tħallew jipposponu l-kostruzzjoni sakemm ikunu nbiegħu bil-quddiem 70 % ta' dawn l-unitajiet, kemm jekk flimkien ma' unitajiet tal-akkomodazzjoni soċjali kif ukoll jekk le, fiż-żona tas-sub-proġett ikkonċernata (l-Artikolu 7.5 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004, minn hawn 'il quddiem: “il-klawsola tas-70 %”). Din il-klawżola tas-70 % spiss tiddaħħal f'kuntratti tal-kostruzzjoni fin-Netherlands u tipprova tillimita r-riskji għall-iżviluppaturi tal-proġetti li jibnu proprjetà immobbli li tista' ma tinbiegħx. Madankollu, il-ftehim ma kienx jipprovdi għall-possibbiltà li tiġi posposta l-kostruzzjoni fir-rigward tal-binjiet kummerċjali u l-garaxx tal-parkeġġ ta' taħt l-art.

(16)

Skont kemm il-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 kif ukoll ftehim ieħor tal-proġett konkluż fit-22 ta' Novembru 2004 (minn issa 'l quddiem: “il-Ftehim tal-Proġett SJB”), SJB kellha tibni 242 unità residenzjali b'kollox, li 74 minnhom għall-ewwel kienu ppjanati li jinbnew f'Damplein (7). SJB kellha tibni wkoll madwar 2 400 metru kwadru ta' spazju kummerċjali f'Damplein u kellha tibni l-garaxx tal-parkeġġ ta' taħt l-art, li minbarra sezzjoni privata (75 spazju għall-parkeġġ) kellu jinkludi wkoll sezzjoni pubblika (225 spazju għall-parkeġġ). Il-bini kummerċjali u l-unitajiet residenzjali jinbnew fuq il-garaxx tal-parkeġġ ta' taħt l-art.

(17)

Il-Muniċipalità, bħalma saħqu b'mod espliċitu wkoll l-awtoritajiet Olandiżi fil-kummenti tagħhom, ma kinitx involuta fil-fażi tal-kostruzzjoni tal-proġett u ma kienet qiegħda ġġarrab l-ebda riskju b'rabta mal-bejgħ tal-unitajiet residenzjali u l-binjiet kummerċjali. Il-qligħ minn dan il-bejgħ, jekk ikun hemm, imur direttament għand l-iżviluppaturi privati. Għandha ssir distinzjoni bejn il-fażi tal-kostruzzjoni tal-proġett u dik li tissejjaħ il-fażi tal-proġett tal-isfruttament tal-art, fejn il-Muniċipalità kienet involuta permezz tal-PPP ma' SJB u ġarrbet 50 % tar-riskji (ara l-premessa (19) hawn taħt).

2.2.2.   Il-fażi tal-isfruttament tal-art

(18)

Qabel ma setgħu jibdew ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'kull parti tal-proġett tal-proprjetà immobbli, kellha tinxtara l-art, l-infrastruttura pubblika kellha tiġi riorganizzata u l-art kellha titħejja għall-kostruzzjoni. Billi din il-fażi tal-proġett tal-“isfruttament tal-art” kienet mistennija li tinvolvi spejjeż għoljin (f'dak iż-żmien stmati għal madwar EUR 30 miljun) u riskji sinifikanti, il-Muniċipalità ddeċidiet li twaqqaf PPP ma' SJB sabiex twettaq dawn ix-xogħlijiet (8). Għal dan il-għan, il-Muniċipalità u SJB iffirmaw ftehim ta' sfruttament tal-art/PPP fit-22 ta' Novembru 2004 (minn hawn 'il quddiem: “il-GREX”).

(19)

B'kumpens għall-parteċipazzjoni tagħha fil-fażi tal-proġett tal-isfruttament tal-art, SJB tikseb sehem mill-introjtu tal-PPP u tirċievi d-drittijiet tal-iżvilupp fuq biċċiet ta' art li qabel kienu ġew allokati għall-Muniċipalità (9). Skont il-GREX, kemm il-Muniċipalità kif ukoll SJB kellhom jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja diretta għall-PPP għat-twettiq tax-xogħlijiet ta' sfruttament tal-art (10). Il-GREX jipprovdi wkoll li l-Muniċipalità u SJB t-tnejn li huma jġarrbu 50 % tal-ispejjeż u r-riskji tal-fażi ta' sfruttament tal-art (l-Artikolu 4.1 tal-GREX) u li d-dħul/it-telf finali tal-isfruttament tal-art jinqasam skont ir-regoli stipulati fil-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 (l-Artikolu 14.3). Dan kien jistipula li fi tmiem il-fażi ta' sfruttament tal-art riżultat negattiv jew pożittiv ta' mhux aktar minn EUR 1 miljun jinqasam indaqs bejn il-Muniċipalità u SJB, filwaqt li l-porzjon ta' riżultat pożittiv li taqbeż il-EUR 1 miljun tinqasam bejn il-Muniċipalità, SJB u l-partijiet privati l-oħra li jieħdu sehem fil-fażi ta' kostruzzjoni tal-proġett tal-proprjetà immobbli (l-Artikolu 10.9 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004).

(20)

Minbarra t-tħejjija tal-art għall-kostruzzjoni, il-fażi ta' sfruttament tal-art kienet tkopri wkoll il-kostruzzjoni, l-isfruttament temporanju u l-bejgħ mill-ġdid tal-parti pubblika tal-garaxx tal-parkeġġ ta' taħt l-art u l-bini tal-iskola (l-Artikolu 4 tal-Ftehim tal-GREX). Għal dan il-għan, il-PPP qablet ma' SJB li SJB tibni l-garaxx pubbliku ta' taħt l-art, li kien meqjus li huwa intrinsikament marbut mat-taqsima privata tal-garaxx tal-parkeġġ (l-Artikolu 9 tal-Ftehim tal-GREX), li għalih SJB tirċievi ammont massimu ta' madwar EUR 4,6 miljun (valur fl-1 ta' Jannar 2003) mill-PPP (l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-Proġett ta' SJB). Il-kostruzzjoni tat-taqsima privata tal-garaxx tal-parkeġġ tkun iffinanzjata minn SJB stess. Il-PPP kellha l-intenzjoni li tbigħ il-garaxx tal-parkeġġ kollu kemm hu lil parti terza u d-dħul minn dak il-bejgħ imur għand il-PPP, li kienet taqsmu bejn il-Muniċipalità u SJB.

(21)

Fl-aħħarnett, il-PPP tikkontribwixxi wkoll għal 50 % tal-ispejjeż għall-kostruzzjoni ta' skola f'żona oħra tal-pjan tal-Proġett ta' Leidschendam Centrum. Il-50 % tal-ispejjeż li jibqa' kellhom jiġu ffinanzjati direttament mill-Muniċipalità (l-Artikolu 8 tal-GREX).

(22)

Kif isegwi mill-premessi (18) sa (21) hawn fuq, l-ispejjeż tal-fażi ta' sfruttament tal-art tal-proġett kienu jikkonsistu essenzjalment fl-ispejjeż tax-xiri tal-art fejn din ma kinitx diġà proprjetà tal-Muniċipalità, l-ispejjeż tat-tħejjija tal-art għall-kostruzzjoni, l-ispejjeż għat-taqsima pubblika tal-garaxx tal-parkeġġ ta' taħt l-art u 50 % tal-ispejjeż tal-kostruzzjoni tal-iskola.

(23)

Il-PPP tiġġenera dħul mill-fażi tal-isfruttament tal-art, l-ewwel u qabel kollox, permezz tal-bejgħ tal-art lil żviluppaturi ta' proġetti privati, inkluża SJB, wara li l-PPP tkun ħejjiet l-art għall-kostruzzjoni. Kull żviluppatur tal-proġett kellu jixtri l-parti mill-art assenjata lilu sabiex jibni unitajiet residenzjali u binjiet kummerċjali. Il-prezzijiet tal-art kienu stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Anness 3a tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004. Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 ddikjara espliċitament li dawn il-prezzijiet kienu prezzijiet minimi, li setgħu jiżdiedu jekk jinbena spazju ta' art akbar minn dak ippjanat. Dawn il-prezzijiet kienu bbażati fuq rapport ta' valutazzjoni ta' espert indipendenti, datat il-11 ta' Marzu 2003, li qies li l-prezzijiet kienu konformi mas-suq. Il-ħlas tal-prezz tal-art kien dovut malli l-iżviluppatur privat ikkonċernat jikseb il-permessi tal-bini meħtieġa u kellu jseħħ mhux aktar tard mill-mument tat-trasferiment legali tal-art (l-Artikolu 10.5 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004).

(24)

Il-prezz minimu tal-art mibjugħa mill-PPP lil SJB għall-Proġett kumplessiv ta' Leidschendam Centrum kien stabbilit għal EUR 18,5 miljun (valur fl-1 ta' Jannar 2003). Kien stabbilit li l-art fiż-żona ta' Damplein mibjugħa mill-PPP lil SJB tiswa minimu ta' EUR 7,2 miljun (valur fl-1 ta' Jannar 2003), annwalmet indiċjati bi 2,5 % sal-ħlas.

(25)

It-tieni, il-PPP kellha tiġbor dħul addizzjonali billi żżomm mingħand kull żviluppatur privat tal-proġett miżata għall-isfruttament tal-art u miżata tal-kwalità skont l-Artikolu 10.3 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 (11). Dawn il-miżati ġew ikkalkolati fuq il-bażi tan-numru ta' unitajiet residenzjali li għandhom jinbnew mill-iżviluppatur privat tal-proġett u jistgħu jiżdiedu jew jitnaqqsu skont in-numru ta' unitajiet effettivament mibnija. Dawn il-miżati kienu dovuti sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2004 u kienu jeħtieġu li jitħallsu fi ħlas wieħed għall-unitajiet residenzjali kollha mibnija fil-Proġett ta' Leidschendam Centrum mill-iżviluppatur privat ikkonċernat.

(26)

Fir-rigward ta' SJB, il-miżata totali tal-isfruttament tal-art kienet stabbilita għal madwar EUR 1,1 miljun u l-miżata tal-kwalità għal madwar EUR 0,9 miljun (valur fl-1 ta' Jannar 2003), indiċjati kull sena bi 2,5 % sal-ħlas, għall-unitajiet residenzjali kollha li huma ppjanati li jinbnew fiż-żona ta' Leidschendam Centrum. Il-miżata tal-isfruttament tal-art finali u l-miżata tal-kwalità finali jkunu jiddependu min-numru ta' unitajiet residenzjali li fil-fatt jinbnew.

(27)

Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004, fl-Artikolu 6.6 (12) tiegħu jistipula li, jekk il-permessi tal-bini ma jaslux fil-ħin skedat, il-partijiet jerġgħu jinnegozjaw il-ftehim, inkluż il-kalkolu tal-prezzijiet tal-art u d-data li fiha dawn iridu jitħallsu, filwaqt li jibqgħu viċin kemm jista' jkun tal-kundizzjonijiet ta' dan il-ftehim u tal-ftehimiet bilaterali.

(28)

Barra minn hekk, l-Artikolu 16 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 jistipula li dan il-ftehim jew il-ftehimiet bilaterali jistgħu jiġu annullati totalment jew parzjalment fis-sitwazzjonijiet imniżżlin speċifikament. Waħda minn dawn is-stwazzjonijiet hija “ċirkostanzi imprevisti kif imsemmija fl-Artikolu 6:258 tal-Kodiċi Ċivili”: jekk imbagħad waħda mill-partijiet tkun tal-fehma li l-partijiet l-oħrajn ma jistgħux jitolbu mingħanda l-istess eżekuzzjoni tal-ftehim, iridu jidħlu f'negozjati sabiex jaslu għal termini modifikati maqbula reċiprokament.

(29)

L-Artikolu 18 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 jistipula li, jekk iqum xi tilwim fuq dan il-ftehim jew fuq il-ftehimiet bilaterali, dawn iridu jiġu solvuti kemm jista' jkun b'kooperazzjoni tajba u ġenwina bejn il-partijiet. Jekk dan ma jkunx possibbli, it-tilwima trid tintbagħat għall-arbitraġġ skont ir-regoli tal-Istitut Olandiż tal-Arbitraġġ f'Rotterdam. Il-post tal-arbitraġġ huwa Den Haag.

2.3.   IT-TNAQQIS RETROATTIV FIL-PREZZ U L-MIŻATI RINUNZJATI

(30)

Skont il-kalendarju li ġie stabbilit f'Marzu 2004, ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'Damplein għall-ewwel kienu ppjanati li jibdew f'Novembru 2005. Madankollu, minħabba diversi proċedimenti fil-qrati nazzjonali, il-permessi tal-bini li SJB kienet teħtieġ sabiex tibda l-kostruzzjoni damu ma ħarġu u eventwalment inkisbu biss f'Novembru 2008.

(31)

SJB bdiet bil-bejgħ bil-quddiem tal-unitajiet residenzjali fi Frar 2007, iżda sabet diffikultajiet fil-bejgħ tagħhom u eventwalment irnexxielha tbigħ bil-quddiem 20 biss mis-67 unità ppjanati. Minħabba d-dewmien li kien hemm fil-kisba tal-permessi tal-bini meħtieġa, dawn il-kuntratti ta' qabel il-bejgħ ġew annullati f'Settembru 2008 u, għalhekk, meta SJB finalment kisbet il-permessi sabiex tibda x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'Novembru ta' dik is-sena, l-ebda waħda mill-unitajiet residenzjali li SJB kienet meħtieġa li tibni f'Damplein ma kienet inbiegħet bil-quddiem. Sadanittant, kienet bdiet il-kriżi finanzjarja u din affettwat lis-suq tal-proprjetà immobbli Olandiż b'mod partikolari.

(32)

F'dan il-kuntest, SJB għarrfet lill-Muniċipalità li ma kinitx sejra tibda x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni, billi sfruttat il-klawżola tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 li kienet tippermettilha li tipposponi l-kostruzzjoni tal-unitajiet residenzjali jekk ikunu nbiegħu inqas minn 70 % ta' dawn l-unitajiet.

(33)

F'dan ir-rigward SJB irreferiet għad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fil-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004, b'mod partikolari l-Artikolu 6.6 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 li jipprovdi għall-possibilità li jerġgħu jiġu nnegozjati l-prezz u d-dati tal-kunsinna jekk il-permessi tal-bini ma jitwasslux fil-ħin. Skont SJB, peress li dawn il-permessi ngħataw biss tliet snin wara d-data ppjanata, SJB ma setgħetx tinżamm responsabbli li teżegwixxi l-ftehim ta' kooperazzjoni eżatt kif kien. Bħala riżultat, il-partijiet iddeċidew li jinnegozjaw mill-ġdid il-ftehimiet inizjali.

(34)

Fil-ħarifa tal-2008, SJB għamlet proposta lill-PPP sabiex tħallas EUR 4 miljun għall-art f'Damplein, minflok is-EUR 7,2 miljun (valur fl-1 ta' Jannar 2003) miftiehma oriġinarjament, sabiex SJB tibda x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'April 2009 irrispettivament minn jekk ikunux inbiegħu minn qabel l-unitajiet residenzjali. Għalhekk, bħala kumpens għal dan it-tnaqqis fil-prezz, SJB kienet lesta li tirrinunzja d-dritt tagħha li tinvoka l-klawżola tas-70 % li kien hemm fil-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 u d-dannu mġarrab minħabba l-ittardjar ta' tliet snin fil-ħruġ tal-permessi tal-bini. SJB pproponiet ukoll li tikkuntattja investitur li jiggarantixxi li jixtri l-unitajiet residenzjali mhux mibjugħa. Skont l-awtoritajiet Olandiżi, dan irriżulta fi prezz orħos minn dak mistenni minn bejgħ dirett lil persuni privati.

(35)

Fit-18 ta' Diċembru 2008, il-PPP u SJB qablu fil-prinċipju dwar it-tnaqqis fil-prezz, iżda qabel ma fittxet l-approvazzjoni tal-Kunsill tal-Muniċipalità, il-Muniċipalità kkuntattjat espert indipendenti sabiex jiddetermina jekk il-prezz ikkalkulat minn SJB kienx prezz li jikkonforma mas-suq. Fir-rapport tiegħu tal-11 ta' Frar 2009, l-espert ikkonkluda li EUR 4 miljun (valur fl-1 ta' Jannar 2010) jista', fuq il-bażi tal-metodu tal-valur residwu, jitqies bħala prezz li jikkonforma mas-suq għall-art fuq Damplein fl-2010, meta jitqies il-fatt li SJB impenjat ruħha li tbigħ l-unitajiet residenzjali mhux mibjugħa lil investitur u kienet qablet li tbaxxi l-marġni ta' profitt u riskju tagħha li kienet ippjanat inizjalment minn 5 % għal 2 %. Ir-rapport ma jqisx it-tnaqqis tal-miżata tal-isfruttament tal-art u l-miżata tal-kwalità.

(36)

Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport u minħabba li, skont l-awtoritajiet Olandiżi, il-Muniċipalità beżgħet li jista' jkun hemm aktar dewmien u qesitha ta' interess ġenerali li l-fażi tal-kostruzzjoni kellha tinbeda mill-aktar fis possibbli, il-Kunsill tal-Muniċipalità, fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta' Marzu 2009, iddeċieda li l-PPP taqbel li tnaqqas il-prezz u l-miżati maqbula inizjalment fl-2004 ma' SJB għall-art li tinsab f'Damplein. Proposta tat-18 ta' Frar 2009 mill-Muniċipalità, li ntbagħtet lill-membri tal-Kunsill tagħha, tirreferi għal tnaqqis fil-prezz tal-art u tnaqqis fil-miżati tal-isfruttament tal-art u tal-kwalità. Il-proposta tiddikjara wkoll li dan it-tnaqqis jibdel il-fażi ta' sfruttament tal-art, li kienet prevista fil-baġit li tilħaq punt ta' ekwilibriju, fi proġett li jagħmel it-telf. Il-proposta talbet ukoll lill-Muniċipalità sabiex tipprovdi kif neċessarju għal 50 % tat-telf. Il-proposta ssemmi wkoll li, minħabba l-kriżi finanzjarja, SJB ma kinitx kapaċi tikseb il-finanzjament neċessarju għall-iżvilupp ta' Damplein.

(37)

It-tnaqqis fil-prezz kien formalizzat fi ftehim konkluż fl-1 ta' Marzu 2010 (minn hawn 'il quddiem: “il-Ftehim Supplimentari”) bejn il-Muniċipalità, il-PPP u SJB. Dan il-Ftehim emenda l-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004, il-Ftehim tal-Proġett ta' SJB u l-ftehim-GREX. L-Artikolu 2.1.2, l-ewwel paragrafu, sub i), tal-Ftehim Supplimentari jistipula li, għall-kuntrarju ta' dak li ġie miftiehem fil-ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004, il-prezz tal-art f'Damplein li għandha tinbiegħ lil SJB ikun ta' EUR 4 miljun. L-Artikolu 2.1.2, l-ewwel paragrafu, sub ii), tal-Ftehim Supplimentari jistipula li l-miżata tal-isfruttament tal-art u l-miżata tal-kwalità miftiehma minn qabel ma kinux għadhom dovuti. Ma ssir l-ebda referenza f'dak it-tieni paragrafu għall-art f'Damplein b'mod partikolari (13).

(38)

Il-Ftehim Supplimentari jiddikjara wkoll li SJB bdiet ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'Damplein fis-7 ta' Lulju 2009 u li kellha twettaq dawk ix-xogħlijiet mingħajr interruzzjoni. Ix-xogħlijiet kellhom jitlestew sa Diċembru 2011. Fil-każ ta' kunsinna tard, SJB kellha tirrimborża parti mill-prezz imnaqqas. Il-kunsinna tal-art isseħħ mhux aktar tard minn nofs Marzu 2010 u l-ħlas isir l-aktar tard fil-jum tal-kunsinna.

(39)

Barra minn hekk, fit-13 ta' Lulju 2009, il-PPP u SJB kkonkludew ftehim ġdid rigward il-garaxx tal-parkeġġ pubbliku taħt l-art (14). Skont dan il-ftehim, SJB kellha tibda x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni fuq il-garaxx tal-parkeġġ pubbliku matul it-tieni trimestru tal-2009 u tlestihom fi ħdan perjodu ta' żmien fiss. Il-PPP tħallas lil SJB EUR 5,4 miljun (valur fl-1 ta' April 2009) għall-kostruzzjoni tal-garaxx għall-parkeġġ pubbliku (15); dan l-ammont jibqa' fiss sal-kunsinna u ma jiġix indiċjat.

(40)

Fil-15 ta' Jannar 2010, SJB u Wooninvest Projecten BV, kumpanija relatata ma' wieħed mill-iżviluppaturi tal-proġetti li ffirmaw il-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004, iffirmaw ftehim ta' xiri/kostruzzjoni (“koop/aannemingsovereenkomst”) għax-xiri ta' 43 unità residenzjali, li mbagħad Wooninvest tikri lil persuni privati. Fil-każ li SJB issib xerrej privat għal uħud minn dawn l-unitajiet residenzjali qabel id-29 ta' Jannar 2010, il-partijiet qablu li dawn l-unitajiet ma jinbigħux lil Wooninvest. Il-Ftehim jipprevedi wkoll perjodu bejn id-29 ta' Jannar 2010 u l-kunsinna tal-unitajiet lil Wooninvest li matulu SJB tista' tixtri lura l-unitajiet mibjugħa lil Wooninvest bl-istess kundizzjonijiet kif ġew mibjugħa lil Wooninvest, flimkien ma' kumpens għall-ispejjeż imġarrbin minn Wooninvest u imgħax ta' 6 % fis-sena għall-perjodu ta' bejn il-ħlas minn Wooninvest lil SJB u l-kunsinna mill-ġdid tal-unitajiet minn Wooninvest lil SJB (l-Artikolu 24).

3.   ID-DEĊIŻJONI TA' FTUĦ

(41)

Permezz tad-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni nediet il-proċedura ta' investigazzjoni formali stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tat-tnaqqis retroattiv fil-prezz tal-art u r-rinunzja tal-miżata tal-isfruttament tal-art u tal-kwalità mill-PPP favur SJB (minn hawn 'il quddiem: “il-miżuri kkontestati”) għar-raġuni li dawn il-miżuri jistgħu jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE u li l-Kummissjoni kellha dubji dwar il-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern.

(42)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni kkunsidrat li hu improbabbli li bejjiegħ privat ipotetiku f'sitwazzjoni simili għal dik tal-Muniċipalità kien jaqbel mal-istess tnaqqis fil-prezz u rinunzja tal-miżati kif mitlub mit-test tal-investitur f'ekonomija tas-suq (minn hawn 'il quddiem: “MEIT”). Billi retroattivament naqqset il-prezz tal-bejgħ tal-art li hija biegħet lil SJB, il-PPP u, għalhekk, il-Muniċipalità ddeċidiet li ġġarrab ir-riskju ta' suq tad-djar li qabad ibati. Din l-imġiba tmur kontra d-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet Olandiżi stess li l-fażi tal-kostruzzjoni tal-proġett kellha tkun għalkollox għar-riskju u l-ispejjeż tal-iżviluppaturi privati tal-proġett, inkluża SJB. Peress li l-PPP, bħala l-bejjiegħ tal-art, ma kellha l-ebda involviment finanzjarju f'din il-fażi tal-proġett, ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex wieħed jemmen li bejjiegħ privat ipotetiku f'sitwazzjoni simili bħal dik tal-Muniċipalità kien jaqbel li jnaqqas b'mod retroattiv il-prezz tal-bejgħ maqbul għal plott ta' art għaliex ix-xerrej kellu problemi sabiex ibigħ l-unitajiet residenzjali li huwa kien ippjana li jibni fuq dik l-art. Lanqas ir-rinunzji mogħtijin għall-miżati tal-isfruttament tal-art u tal-kwalità ma jidhru li huma konformi mal-MEIT, għaliex kien ikun improbabbli li investitur privat kien jirrinunzja b'mod retroattiv għal kontribuzzjoni miftiehma għall-ispejjeż tiegħu mingħajr kumpens.

(43)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk il-miżuri kkontestati jistgħux jaqgħu taħt xi waħda mill-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107 TFUE.

4.   KUMMENTI MIN-NETHERLANDS

(44)

B'ittra datata t-18 ta' April 2012, l-awtoritajiet Olandiża ssottomettew il-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ tal-Kummissjoni.

4.1.   KUMMENTI DWAR IL-FATTI

(45)

L-awtoritajiet Olandiżi speċifikaw li, għall-kuntrarju ta' dak li kien jissuġġerixxi t-test tal-Artikolu 2.1.2 tal-Ftehim Supplimentari, il-Muniċipalità ma kinitx irrinunzjat għall-ammonti sħaħ tal-miżata tal-isfruttament tal-art u l-miżata tal-kwalità miftiehma inizjalment fil-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004, iżda biss għal dawk il-miżati li kienu dovuti minn SJB għall-unitajiet residenzjali li kellhom jinbnew f'Damplein. Skont l-awtoritajiet Olandiżi, dawk il-miżati kienu jammontaw b'kollox għal EUR 511 544 (valur fl-1 ta' Jannar 2003, li jkun jirrappreżenta valur totali ta' EUR 719 400 fl-1 ta' Jannar 2010). Sabiex jiġġustifikaw il-pożizzjoni tagħhom, l-awtoritajiet Olandiżi rreferew għal proposta rigward it-tnaqqis fil-prezz mibgħuta mill-Muniċipalità lill-Kunsill tagħha fit-18 ta' Frar 2009 u għal programm ta' bini mehmuż mal-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 li jalloka miżata tal-isfruttament tal-art u tal-kwalità ta' EUR 511 544 għal Damplein.

(46)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Olandiżi għarrfu lill-Kummissjoni li t-tnaqqis fil-prezzijiet fir-rigward ta' SJB diġà kien diskuss fi ħdan il-PPP fl-2006 u fl-2008. Fl-2006, milli jidher il-PPP iddeċidiet li tbaxxi l-prezz tal-bejgħ tal-art għall-binjiet kummerċjali minħabba l-fatt li inqas spazju kummerċjali seta' jinbena minn dak li kien previst fil-bidu, filwaqt li fl-2008 milli jidher il-PPP iddeċidiet li tagħti lil SJB kumpens għad-dewmien fl-għoti tal-permess tal-bini. Dawn it-tnaqqisiet kellhom jingħataw bil-kundizzjoni li SJB tirċievi permess tal-bini validu mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2008. Peress li dan ma kienx il-każ, il-partijiet iddeċidew li jinnegozjaw it-tnaqqis mill-ġdid. Skont l-awtoritajiet Olandiżi, it-tnaqqis fil-prezz tal-art f'Damplein kif ukoll il-miżati rrinunzjati għandhom jiġu kkalkolati kif stabbilit fit-Tabella 1 hawn taħt.

Tabella 1

Kalkolu tat-tnaqqis fil-prezz u l-miżati rrinunzjati proposti mill-awtoritajiet Olandiżi

Tnaqqis ta' Damplein

valur 1.1.2010

Valur tal-art

8 622 480

Miżata tal-isfruttament tal-art u miżata tal-kwalità

719 400

Total tal-art u l-miżati

9 341 880

Tnaqqis miftiehem fl-2006 u l-2008

– 1 734 245

Tnaqqis fil-valur

7 607 635

Ftehim supplimentari tal-valur Marzu 2010

– 4 000 000

Tnaqqis totali

3 607 635

4.2.   KUMMENTI DWAR L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(47)

L-awtoritajiet Olandiżi ma jaqblux li l-miżuri kkontestati jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. Essenzjalment, l-awtoritajiet Olandiżi huma tal-fehma li l-miżuri kkontestati ma tawx vantaġġ lil SJB li kieku ma kinitx tikseb bil-kundizzjonijiet normali tas-suq.

(48)

Minflok, l-awtoritajiet Olandiżi huma tal-fehma li l-Muniċipalità aġixxiet f'konformità mal-MEIT, peress li n-nuqqas tat-twettiq tal-Proġett ta' Damplein kien ikollu effett fuq il-Proġett ta' Leidschendam Centrum kollu kemm hu u kien jikkawża danni diretti u indiretti għall-Muniċipalità.

(49)

L-ewwel nett, biex tikkalkola d-dannu dirett, il-Muniċipalità assumiet li SJB kienet teħtieġ mill-inqas sentejn biex tbigħ 70 % tal-unitajiet residenzjali matul il-perjodu ta' kriżi u tibda x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni fin-nuqqas tal-Ftehim Supplimentari. Il-Muniċipalità bbaġittjat id-dannu dirett ta' dewmien ta' sentejn oħra għal EUR 2,85 miljun għall-PPP li 50 % minnhom jiġġarrbu mill-Muniċipalità. Barra minn hekk, hija stmat kost addizzjonali dirett ta' EUR 50 000 għall-Muniċipalità waħedha għall-manutenzjoni taż-żona ddeterjorata (ara t-Tabella 2).

Tabella 2

Id-dannu dirett ikkalkolat mill-awtoritajiet Olandiżi

Danni diretti matul sentejn

PPP

muniċipilità (50%)

Spejjeż tal-imgħax fuq faċilità tal-kreditu (5% matul sentejn, ammont pendenti fl-01.01.2009 EUR 17-il miljun)

1 800 000

900 000

Forniment temporanju ta' ċnut, sinjali tat-toroq u manutenzjoni

60 000

30 000

Provvedimenti għaż-żieda fl-ispejjeż (indiċjar ta' 2,5%)

385 000

192 500

Spejjeż addizzjonali tal-ippjanar, jiġifieri spejjeż relatati mal-uffiċċju tal-proġett bħall-amministrazzjoni finanzjarja, l-assigurazzjoni, eċċ.

600 000

300 000

Manutenzjoni taż-żona deterjorata

 

50 000

Total

2 845 000

1 472 500

(50)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Olandiżi jsostnu li l-Muniċipalità kienet issofri dannu indirett minn dewmien bħal dan li kien iwassal għal deterjorament ulterjuri tal-ispazju pubbliku, telf ta' kunfidenza f'din iż-żona mill-abitanti tagħha u mix-xerrejja futuri tal-proprjetà immobbli, spejjeż għaċ-ċaqliq ta' ħwienet, talbiet għal kumpens għal danni mill-intrapriżi, spejjeż ta' manutenzjoni, u bidliet fil-pjanijiet għas-subproġetti l-oħrajn. Dewmien bħal dan jista' jfisser ukoll it-tmiem tal-faċilitajiet kummerċjali fiż-żona tal-iżvilupp li l-preżenza tagħhom tikkontribwixxi għall-abitabilità taż-żona sħiħa. Diġà qabel ma beda l-proġett, madwar 23 % tal-ħwienet kienu battala u, sal-2010, 27 % kienu għalqu. Mingħajr ir-rivitalizzazzjoni meħtieġa, iż-żona kollha kienet tkompli tiddeterjora.

(51)

Għaldaqstant, l-awtoritajiet Olandiżi huma tal-fehma li l-Muniċipalità aġixxiet kif kien jaġixxi investitur privat f'ekonomija tas-suq, billi ħadet f'kunsiderazzjoni t-tbassir finanzjarju u ppruvat tillimita, fl-interess tagħha stess, id-dannu dirett u indirett li kien jirriżulta minn dewmien ulterjuri tal-proġett. Fl-istess ħin, kisbet garanzija li kienu sejrin isiru x-xogħlijiet tal-kostruzzjoni f'Damplein.

(52)

It-tieni nett, l-awtoritajiet Olandiżi sostnew li l-Muniċipalità kienet aġixxiet kif kien jagħmel investitur privat billi kkonċediet il-miżuri kkontestati bi skambju ma' impenn minn SJB li tirrinunzja għad-dritt tagħha li tinvoka l-klawżola tas-70 %. Il-fatt li SJB ma setgħetx tibqa' tinvoka l-klawżola tas-70 % kellu implikazzjoni fuq is-suppożizzjonijiet li saru fil-valutazzjoni inizjali tal-art fl-2003 u l-prezz miftiehem fil-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004. Skont l-awtoritajiet Olandiżi, it-tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ tal-art u r-rinunzja tal-miżati kienet il-kunsiderazzjoni li l-Muniċipalità kellha tħallas sabiex SJB taqbel li tirrinunzja għad-dritt tagħha li tinvoka l-klawżola tas-70 %. Mingħajr il-Ftehim Supplimentari, SJB ma kinitx tibda l-kostruzzjoni f'Damplein.

4.3.   KUMMENTI DWAR IL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(53)

Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri kkontestati jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat, l-awtoritajiet Olandiżi jsostnu li din l-għajnuna tkun kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

4.3.1.   Interess ġenerali

(54)

L-awtoritajiet Olandiżi jsostnu li l-Muniċipalità kellha interess pubbliku fit-twettiq ta' dan il-proġett. Billi parti kbira mill-art f'Damplein kienet mitluqa u ż-żona kienet qiegħda tiddeterjora, il-Muniċipalità kkunsidrat il-bidu tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni f'Damplein bħala kruċjali mhux biss għall-iżvilupp ta' Damplein, iżda għaċ-ċentru tal-belt ta' Leidschendam kollu kemm hu. B'mod partikolari, il-posponiment tal-kostruzzjoni tal-garaxx tal-parkeġġ ta' taħt l-art seta' jipperikola t-twettiq tas-subproġetti l-oħrajn.

4.3.2.   Għan ta' interess komuni

(55)

Skont l-awtoritajiet Olandiżi, l-għoti ta' ħajja ġdida liċ-ċentru tal-belt ta' Leidschendam jikkontribwixxi għall-għan tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, kif stabbilit fl-Artikoli 3 u 174 tat-TFUE. L-għoti ta' ħajja ġdida liċ-ċentru tal-belt jagħmel użu effiċjenti mill-ispazju skars disponibbli għal unitajiet residenzjali ġodda, faċilitajiet kummerċjali u parkeġġ taħt l-art f'Leidschendam, filwaqt li t-titjib tal-infrastruttura pubblika jikkontribwixxi għall-koeżjoni taċ-ċentru tal-belt kollu kemm hu.

4.3.3.   Korrettezza tal-Ftehim Supplimentari

(56)

L-awtoritajiet Olandiżi jsostnu li SJB ma setgħetx tiġi mġiegħla tibda x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'Damplein minħabba l-klawżola tas-70 % fil-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004. Saż-żmien meta SJB rċiviet permess tal-bini validu, il-kriżi tal-kreditu kellha l-effett tagħha fis-suq tal-proprjetà immobbli Olandiż, li għamilha iktar improbabbli li SJB tkun tista' malajr tbigħ bil-quddiem 70 % tal-unitajiet residenzjali tas-settur liberu. Għalhekk il-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 reġa' ġie nnegozjat, minħabba li l-Muniċipalità qieset li kien tal-akbar importanza li jibdew ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'Damplein. Għalhekk il-Ftehim Supplimentari kien xieraq u meħtieġ sabiex il-Muniċipalità tilħaq l-għan tagħha li tagħti ħajja ġdida lil Damplein.

4.3.4.   Proporzjonalità

(57)

Sabiex il-Muniċipalità tikseb il-bidu immedjat tax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni, SJB kellha ċċedi d-dritt tagħha li tinvoka l-klawżola tas-70 % u kellha tibda x-xogħlijiet tal-kostruzzjoni bir-riskju li ma jinbigħux l-unitajiet residenzjali. Għalhekk, il-prezz miftiehem qabel ġie kkalkolat mill-ġdid minn SJB. Imbagħad, dan il-kalkolu ġie vverifikat minn espert indipendenti li stqarr li l-prezz miftiehem kien konformi mas-suq.

(58)

Skont l-awtoritajiet Olandiżi, il-fatt li l-prezz ġie ddikjarat bħala konformi mas-suq minn espert indipendenti jindika li t-tnaqqis fil-prezz huwa proporzjonat. Dan jimplika wkoll li ma ngħata l-ebda kumpens żejjed lil SJB. It-tnaqqis fil-prezz kien il-korrispettiv li l-Muniċipalità kellha tikkonċedi sabiex SJB taqbel li tirrinunzja d-dritt tagħha li tinvoka l-klawżola tas-70 %. Mingħajr il-Ftehim Supplimentari, SJB ma kinitx tibda l-kostruzzjoni f'Damplein.

(59)

Barra minn hekk, permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fil-PPP, SJB stess sejra ġġarrab 50 % tar-riskji u l-ispejjeż tal-isfruttament tal-art, u b'hekk tieħu sehem fit-tnaqqis maqbul tal-prezz tal-bejgħ. Sabiex jintlaħaq punt ta' ekwilibriju fl-isfruttament tal-art, ġie deċiż li SJB għandha tikkontribwixxi EUR 2,6 miljun għall-PPP (il-punt 5.2.1 tal-Pjan Ewlieni tal-Isfruttament tal-Art ta' Damcentrum) u, peress li l-PPP ġarrbet 50 % tal-ispejjeż tal-iskola, 25 % ta' dawk l-ispejjeż huma mġarrbin minn SJB (EUR 0,7 miljun).

4.3.5.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni

(60)

Fl-aħħar, l-awtoritajiet Olandiżi jsostnu li t-tnaqqis retroattiv fil-prezz jikkonċerna l-bini ta' 67 unità residenzjali u 14-il binja kummerċjali li sejrin jinbiegħu bi prezzijiet konformi mas-suq stmati minn espert indipendenti. Għalhekk, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni tkun ta' natura lokali ħafna u ma taqbiżx l-effetti pożittivi tat-tlestija tal-proġett.

5.   KUMMENTI TA' PARTIJIET TERZI

(61)

Stichting biss ipprovdiet kummenti bħala tweġiba għad-deċiżjoni ta' ftuħ. Stichting tilqa' d-deċiżjoni ta' ftuħ, iżda hija tal-fehma li l-miżuri kkontestati deskritti f'din id-deċiżjoni huma parti minn operazzjoni ta' għajnuna ħafna usa' u tirreferi għall-ilment tagħha u s-sottomissjonijiet addizzjonali. B'mod partikolari, Stichting tirreferi għall-allegat trasferiment b'xejn ta' art mill-Muniċipalità lill-PPP.

(62)

Stichting hija tal-fehma li d-dewmien fil-proġett ma kienx dovut għall-proċedimenti fil-qorti nazzjonali mibdija minnhom, u lanqas li l-kriżi finanzjarja ttardjat il-bejgħ tal-unitajiet residenzjali f'Damplein. Skont Stitching, ma kien hemm l-ebda domanda mis-suq għat-tip ta' unitajiet residenzjali proposti għal Damplein sa mill-bidu tal-proġett fl-2004.

(63)

Skont Stichting, l-art ma kinitx evalwata minn espert indipendenti, la fl-2003, u lanqas fl-2009.

6.   KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET OLANDIŻI DWAR IL-KUMMENTI TA' PARTIJIET TERZI

(64)

L-awtoritajiet Olandiżi ddikjaraw li t-tfassil tal-proġett mill-Muniċipalità kienet trasparenti u huwa deskritt fil-“Pjan Ewlieni tal-Kunċett ta' Damcentrum”, approvat fis-6 ta' April 2004. Kienu biss ftehimiet li kienu finanzjarjament sensittivi jew partijiet minnhom li nżammu kunfidenzjali.

(65)

Dwar it-trasferiment b'xejn tal-art mill-Muniċipalità lill-PPP, il-Muniċipalità spjegat li din mhijiex parti mid-deċiżjoni ta' ftuħ u rreferiet għas-sottomissjonijiet tagħha lill-Kummissjoni fl-2009, li fiha spjegat li dak it-trasferiment ma kienx mingħajr ħlas billi l-PPP pprovdiet servizzi bi skambju għalih. Fis-sottomissjonijiet preċedenti tagħha, il-Muniċipalità saħqet li x-xogħlijiet imwettqin mill-PPP normalment kellhom jitħallsu mill-Muniċipalità.

(66)

Skont l-awtoritajiet Olandiżi, kemm il-proċeduri legali differenti mibdija minn Stichting, li ġġeneraw ħafna pubbliċità negattiva għall-proġett, kif ukoll il-kriżi tal-kreditu, kellhom effett negattiv fuq il-bejgħ tal-unitajiet residenzjali f'Damplein. Madankollu, meta l-ewwel bejgħ beda fl-2007, kienu kważi nbiegħu terz tal-unitajiet residenzjali. Dawn il-ftehimiet ta' bejgħ eventwalment ġew ikkanċellati minħabba d-dewmien fil-ħruġ tal-permessi tal-bini meħtieġa. Għalhekk jista' jiġi konkluż li kien hemm domanda għal dawn l-unitajiet fil-bidu tal-proġett.

(67)

L-awtoritajiet Olandiżi josservaw ukoll li l-esperti indipendenti ntgħażlu mill-Muniċipalità, li ma kellha l-ebda interess li tikseb valur baxx għall-art.

7.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI KKONTESTATI

7.1.   L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT SKONT IT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TFUE

(68)

L-Artikolu 107(1) TFUE jistipula li: “kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat, fi kwalunkwe forma li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti, tkun inkompatibbli mas-suq intern jekk taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri”.

(69)

L-ewwel nett, ma ġiex ikkontestat li SJB kif ukoll Schouten de Jong u Bouwfonds, il-membri ta' din is-sħubija, jikkwalifikaw bħala impriżi għall-fini ta' din id-dispożizzjoni, billi huma jfittxu li jwettqu attivitajiet ekonomiċi fejn joffru oġġetti u servizzi fis-suq, kif indikat fid-deċiżjoni ta' ftuħ.

(70)

It-tieni, il-miżuri kkontestati ngħataw mill-PPP, u dan ifisser li saru bil-ftehim meħtieġ tal-Muniċipalità, li għandha sehem ta' 50 % fil-PPP. Peress li t-teħid ta' deċiżjonijiet tal-PPP jsir b'unanimità u ma setax jintlaħaq qbil dwar dawn il-miżuri mingħajr l-approvazzjoni espliċita tal-Kunsill tal-Muniċipalità, id-deċiżjoni li jingħataw il-miżuri kkontestati mill-PPP hija imputabbli lill-Istat. Barra minn hekk, kieku l-Muniċipalità ma qablitx li tikkonċedi l-miżuri kkontestati, il-firxa tal-iskopertura finanzjarja tagħha li tirriżulta mill-PPP kienet tkun proporzjonalment inqas. Għalhekk, it-tnaqqis tal-prezzijiet u l-miżati rrinunzjati miftiehma mill-PPP jimplikaw telf ta' riżorsi tal-Istat (16).

(71)

It-tielet, peress li l-miżuri jibbenefikaw biss lil SJB u, fl-aħħar mill-aħħar, lil Schouten de Jong u Bouwfonds, il-membri tas-sħubija, dawn għandhom jitqiesu bħala selettivi fin-natura tagħhom.

(72)

Madankollu, l-awtoritajiet Olandiżi oġġezzjonaw għall-affermazzjoni li l-Muniċipalità, billi qablet li tnaqqas il-prezz tal-bejgħ maqbul inizjalment għall-art mibjugħa lil SJB u tirrinunzja għall-miżati, tat vantaġġ ekonomiku lil SJB li din ma kinetx tikseb bil-kundizzjonijet normali tas-suq.

(73)

Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 74 sa 83 hawn taħt, il-Kummissjoni tista' taqbel mal-awtoritajiet Olandiżi dwar dan il-punt, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ u l-kuntest partikolari tal-miżuri kkontestati, inkluża b'mod partikolari l-pożizzjoni legali speċifika tal-Muniċipalità fuq il-bażi tal-ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 u l-bosta ftehimiet bilaterali ma' SJB.

7.1.1.   L-eżistenza ta' vantaġġ

(74)

Hija ġurisprudenza stabbilita li tranżazzjonijiet ekonomiċi mwettqin minn korp pubbliku jew minn impriża pubblika ma jagħtux vantaġġ lill-kontroparti tiegħu/tagħha u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna, jekk ikunu saru f'konformità mal-kundizzjonijiet normali tas-suq (17). Sabiex jiġi stabbilit jekk tranżazzjoni ekonomika tkunx saret fil-kundizzjonijiet normali tas-suq, l-imġiba tal-awtoritajiet jew l-impriżi pubbliċi għandha titqabbel ma' dik ta' operaturi ekonomiċi privati f'kundizzjonijiet normali tas-suq sabiex jiġi ddeterminat jekk it-tranżazzjonijiet ekonomiċi li jkunu saru minn tali awtoritajiet jew impriżi jagħtux vantaġġ lill-kontropartijiet tagħhom. Dan huwa magħruf bħala “l-prinċipju tal-operatur tal-ekonomija tas-suq” (MEOP).

(75)

Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit jekk il-Muniċipalità, billi qablet fuq tnaqqis tal-prezz tal-bejgħ maqbul inizjalment għall-art mibjugħa lil SJB u r-rinunzja tal-miżati, tatx vantaġġ ekonomiku lil SJB, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-Muniċipalità rrispettatx l-MEOP. Jiġifieri, jekk bejjiegħ privat ipotetiku fl-istess sitwazzjoni bħall-Muniċipalità kienx jaqbel mal-istess tnaqqis fil-prezz u rinunzji tal-miżati, sabiex tiġi prekluża l-eżistenza ta' vantaġġ bħala riżultat tal-miżuri kontestati.

(76)

F'dan ir-rigward, għandhom jiġu kkunsidrati l-aspetti rilevanti kollha tal-miżuri kkontestati u l-kuntest tagħhom (18), b'mod partikolari l-pożizzjoni legali tal-Muniċipalità u SJB fid-dawl tal-ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 u l-ftehimiet bilaterali differenti, kif ukoll il-kumplessità tal-proġett, li kien parti minn proġett usa' tal-proprjetà immobbli.

(77)

L-awtoritajiet Olandiżi huma tal-fehma li l-Muniċipalità aġixxiet f'konformità mal-MEOP, peress li n-nuqqas ta' twettiq tal-Proġett ta' Damplein kien ikollu effett fuq il-Proġett ta' Leidschendam Centrum kollu kemm hu u kien jikkawża dannu għall-Muniċipalità. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Olandiżi essenzjalment issottomettew dan li ġej. L-ewwel nett, skont l-awtoritajiet Olandiżi, il-Muniċipalità kellha interess finanzjarju u soċjali importanti sabiex tibda x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni fuq Damplein mill-iktar fis possibbli, billi dewmien ulterjuri jwassal għal dannu dirett u indirett għall-Muniċipalità u dan id-dannu jkun ogħla mill-ispiża għall-Muniċipalità sabiex taqbel mal-miżuri kkontestati. Minħabba dan l-interess finanzjarju, il-Muniċipalità ddeċidiet li tirrevedi l-ftehimiet li saru ma' SJB. It-tieni, l-awtoritajiet Olandiżi jsostnu li l-Muniċipalità aġixxiet kif kien jagħmel investitur privat meta aċċettat impenn minn SJB sabiex tirrinunzja d-dritt tagħha li tinvoka l-klawżola tas-70 % tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 b'kumpens għall-miżuri kkontestati.

(78)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva dan li ġej. Fil-każ preżenti, m'hemmx kontestazzjoni, kif iddikjarat fil-premessa 30 ta' hawn fuq, li x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'Damplein, li inizjalment kienu ppjanati li jibdew f'Novembru 2005, ġew ittardjati billi minħabba diversi proċeduri fil-qorti nazzjonali, il-permessi tal-bini meħtieġa setgħu jinkisbu biss f'Novembru 2008. F'dawn iċ-ċirkostanzi SJB ma kinitx iktar lesta li timplimenta l-ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 kif kien miftiehem inizjalment u, skont id-dispożizzjonijiet kuntrattwali, talbet lill-Muniċipalità sabiex terġa' tinnegozja l-arranġamenti inizjali.

(79)

Tabilħaqq dan isegwi mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 li d-dewmien fil-permessi tal-bini kien jitlob li l-partijiet jerġgħu jinnegozjaw il-ftehimiet maqbulin fl-2004. B'mod partikolari, l-Artikolu 6.6 tal-ftehim ta' Kooperazzjoni jistabbilixxi li l-partijiet f'każ ta' dewmien fil-permess tal-bini għandhom jerġgħu jinnegozjaw il-prezz maqbul inizjalment għall-art u d-dati tal-ħlas. Barra minn hekk, l-Artikolu 16 tal-istess ftehim kien jistipula li l-ftehim jista' jiġi annullat totalment jew parzjalment fis-sitwazzjonijiet imniżżlin speċifikament biss. Waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet elenkati hija “ċirkostanza imprevista kif imsemmija fl-Artikolu 6:258 tal-Kodiċi Ċivili”: jekk imbagħad waħda mill-partijiet tkun tal-fehma li l-partijiet l-oħrajn ma jistgħux jitolbu mingħanda l-istess eżekuzzjoni tal-ftehim, iridu jidħlu f'negozjati sabiex jaslu għal termini modifikati maqbula reċiprokament. Finalment, l-Artikolu 18 tal-ftehim ta' Kooperazzjoni jistipula li t-tilwim irid jiġi riżolt bi ftehim reċiproku jew ikun soġġett għal arbitraġġ.

(80)

Mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali joħroġ li kienet l-intenzjoni tal-partijiet li jżommu l-kooperazzjoni tagħhom u jillimitaw il-possibilità ta' annullament tal-kooparazzjoni għal sitwazzjonijiet li fihom ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim jew fejn il-partijiet ikunu naqsu milli jwettqu l-obbligi tagħhom b'tali mod li n-negozjati mill-ġdid ma jkunux iktar possibbli. F'dan id-dawl wieħed irid jikkunsidra wkoll li l-proġett kien kumpless, kien jikkonsisti f'diversi subproġetti li kienu marbutin flimkien u li l-proġett ta' proprjetà immobbli usa' kien jinvolvi diversi partijiet li kienu konnessi mal-ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004.

(81)

Barra minn hekk, għalkemm il-Muniċipalità kienet involuta biss fil-fażi ta' sfruttament tal-art tal-proġett tal-proprjetà immobli, filwaqt li l-fażi ta' kostruzzjoni tal-proġett kienet għar-riskju u bl-ispejjeż tal-iżviluppaturi privati kkonċernati, inkluża SJB, huwa stabbilit li fl-2008, meta SJB ikkomunikat lill-Muniċipalità li ma kinitx lesta li tibda x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni, il-proġett kien għadu fil-fażi ta' sfruttament tal-art. F'din il-fażi l-muniċipalità kienet involuta finanzjarjament fil-proġett, billi ġarrbet 50 % tal-ispejjeż u r-riskji. L-ispejjeż tal-fażi ta' sfruttament tal-art tal-proġett kienu jinkludu l-ispejjeż sabiex l-art tħejjiet għall-bini, l-ispejjeż għat-taqsima pubblika tal-garaxx tal-parkeġġ taħt l-art u 50 % tal-ispejjeż tal-kostruzzjoni tal-iskola. Għalhekk, kien fl-interess finanzjarju tal-Muniċipalità li x-xogħolijiet ta' sfruttament tal-art isiru fil-pront biex l-art tkun tista' tiġi pprovduta u jitħallas il-prezz tal-bejgħ tal-art, skont l-Artikolu 10.5 tal-ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004. F'dawn iċ-ċirkostanzi partikolari, il-Kummissjoni taċċetta li, filwaqt li l-kunsiderazzjonijiet tal-awtorità pubblika tal-Muniċipalità fit-twettieq tal-proġett mhumiex rilevanti għall-MEOP, operatur privat ipotetiku, li kien ikun f'pożizzjoni kuntrattwali u finanzjarja simili, kien ifittex li jerġa' jinnegozja l-prezz minflok ma jħassar immedjatament il-ftehim u joħroġ sejħa għal tender, speċjalment fid-dawl tal-fatt li l-kuntratt għall-kostruzzjoni tal-garaxx tal-parkeġġ diġà kien ingħata lil SJB. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva wkoll li, fil-ħin tan-negozjati mill-ġdid, kienet bdiet il-kriżi finanzjarja u din affettwat b'mod partikolari lis-suq tal-proprjetà immobbli Olandiż.

(82)

Fil-ħarifa tal-2008, in-negozjati mill-ġdid bejn il-partijiet sarrfu fi proposta minn SJB lill-PPP sabiex tħallas EUR 4 miljun għall-art, sabiex b'hekk SJB tibda x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'April 2009 indipendentement minn jekk l-unitajiet residenzjali jkunux inbiegħu bil-quddiem. Barra minn hekk, SJB kienet lesta li tirrinunzja għad-dritt tagħha li tinvoka l-klawżola tas-70 % li kien hemm fil-ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004. Barra minn hekk, nofs l-ispejjeż imnaqqsin tal-prezz tal-bejgħ jiġġarrbu minn SJB innifisha, permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fil-PPP.

(83)

Espert indipendenti, Fakton, ikkummissjonat mill-Muniċipalità, ikkonkluda fir-rapport tiegħu tal-11 ta' Frar 2009 li l-EUR 4 miljun (valur fl-1 ta' Jannar 2010) maqbula bħala l-prezz il-ġdid għall-art jistgħu jitqiesu bħala prezz konformi mas-suq għall-art ikkonċernata, fid-dawl tal-impenji l-oħrajn minn SJB.

(84)

F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni li temmen li l-imġiba tal-Muniċipalità, meta qablet dwar prezz ta' EUR 4 miljun fiċ-ċirkostanzi partikolari, mhijiex konformi mal-kundizzjonijiet normali tas-suq.

(85)

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li t-tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ tal-art u r-rinunzja tal-miżata tal-isfruttament tal-art u l-miżata tal-kwalità maqbula fil-Ftehim Supplimentari bejn il-Muniċipalità, il-PPP u SJB ma fihomx għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tnaqqis tal-prezz tal-bejgħ tal-art u rinunzja tal-miżata tal-isfruttament tal-art u l-miżata tal-kwalità miftiehma fl-1 ta' Marzu 2010 mill-Muniċipalità ta' Leidschendam-Voorburg, favur Schouten-de Jong Bouwfonds, sħubija li tikkonsisti f'Schouten & De Jong Projectontwikkeling BV u Bouwfonds Ontwikkeling BV, ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattament dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2016

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU C 86, 23.3.2012, p. 12.

(2)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.

(3)  Is-Sentenza tal-Qorti tat-30 ta' Ġunju 2015 fil-Kawżi Konġunti T-186/13, T-190/13 u T-193/13, In-Netherlands (T-186/13), Il-Muniċipalità ta' Leidschendam-Voorburg (T-190/13) u Bouwfonds Ontwikkeling BV en Schouten & De Jong Projectontwikkeling BV (T-193/13) vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2015:447.

(4)  Referenzi għal SJB tul il-bqija ta' din id-Deċiżjoni għandhom għaldaqstant jitqiesu bħala li jikkostitwixxu referenza kemm għal Schouten de Jong kif ukoll għal Bouwfonds.

(5)  L-Artikolu 4.1. tal-ftehim tal-isfruttament tal-art/PPP tat-22 ta' Novembru 2004 jistipula dan li ġej: “Gemeente en SJB vormen met ingang van de datum van ondertekening van deze overeenkomst een VOF. Als zodanig dragen zij met ingang van die datum gezamenlijk op basis van separaat te sluiten project-gronduitgifteovereenkomsten, in goed overleg, zorg voor de uitvoering van de grondexploitatie. De daaraan verbonden kosten en risico's komen voor 50 % voor rekening van SJB en voor 50 % van de Gemeente. Schouten en Bouwfonds zijn ieder hoofdelijk aansprakelijk voor de nakoming door SJB van haar verplichtingen ingevolge deze Overeenkomst (de Sok en de projectovereenkomst).”

(6)  Fil-bidu, il-proġett kien imsejjaħ il-proġett Dam centrum iżda ssemma' mill-ġdid bħala l-Proġett Leidschendam Centrum fl-2005. F'din id-Deċiżjoni “il-Proġett Leidschendam Centrum” tintuża biex tiddeskrivi l-proġett tal-proprjetà immobbli.

(7)  Il-pjanijiet finali għall-Damplein biss kellhom il-kostruzzjoni ta' 67 akkomodazzjoni minn SJB.

(8)  Ma saret ebda proċedura ta' akkwist pubbliku f'dan ir-rigward. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal kull analiżi li l-Kummissjoni tista' tagħmel fir-rigward tal-aspetti tal-akkwisti pubbliċi relatati mal-proġett.

(9)  Il-Punt 5.1.2 tal-Masterplan tal-Isfruttament tal-Art Damcentrum tal-10 ta' Frar 2004.

(10)  Skont il-Masterplan tal-Isfruttament tal-Art Damcentrum tal-10 ta' Frar 2004, il-Muniċipalità tikkontribwixxi EUR 7,3 miljun filwaqt li SJB tikkontribwixxi EUR 2,6 miljun.

(11)  Skont “Exploitatieverordening Gemeente Leidschendam-Voorburg 2009”, il-Muniċipalità tista' titlob lil partijiet privati sabiex jikkontribwixxu għall-ispejjeż tax-xogħlijiet infrastrutturali. Għal dan il-għan, il-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 jistipula li l-partijiet privati sejrin iħallsu dritt għall-isfruttament tal-art u, minħabba li l-Muniċipalità ddeċidiet li tuża prodotti ta' kwalità għolja biex tiżviluppa ż-żona pubblika, miżata tal-kwalità għall-PPP, apparti l-prezz tal-art.

(12)  L-Artikolu 6.6 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-2004 jistipula li: “Indien de vereiste bouwvergunningen als gevolg van niet aan de aanvragende partij toe te rekenen planologische belemmeringen niet binnen de terzake in het ATS voorziene termijn verkregen worden, zullen Partijen dienaangaande — daaronder begrepen aangaande grondprijsberekening en grondprijsbetaaldata — nadere afspraken met elkaar maken die zo dicht mogelijk blijven bij de inhoud van deze SOK, respectievelijk de Bilaterale overeenkomsten.”

(13)  L-Artikolu 2.1.2 punt 1 tal-Ftehim Supplimentari jipprovdi dan li ġej: “In afwijking van het bepaalde in een of meer van de in de considerans genoemde overeenkomsten (i) wordt de koopsom van het Verkochte, welke koper bij levering verschuldigd is aan Verkoper, onder de in deze overeenkomst opgenomen voorwaarden nader bepaald op € 4 000 000,- (zegge: vier miljoen euro) exclusief btw kosten Koper Vermeerderd met 5 % rente vanaf 1 januari 2010. (ii) zijn de oorspronkelijk overeengekomen grex en kwaliteitsbijdragen niet verschuldigd, (iii) wordt de grond bouwrijp geleverd. De koopsom is gebaseerd op prijspeil 1 januari 2010 en is niet verrekenbaar.”

(14)  Dan il-ftehim ġdid jirreferi għal 208 spazji tal-parkeġġ, jiġifieri inqas mill-225 ippjanati inizjalment.

(15)  Dan jikkorrespondi għall-EUR 4,6 miljun miftehmin qabel (valur tal-1 ta' Jannar 2003) indiċjati 2,5 % sal-1 ta' Jannar 2010.

(16)  Kif ikkonfermat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tat-30 ta' Ġunju 2015, ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 3, il-paragrafi 62-72.

(17)  Kawża C-39/94 SFEI u Oħrajn UE:C:1996:285, il-paragrafi 60-61.

(18)  Il-Kawża T-244/08 Konsum Nord vs Il-Kummissjoni EU:T:2011:732, paragrafu 57 u l-każistika ċitata.


26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/40


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/650

tal-25 ta' April 2016

li tistabbilixxi l-istandards għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta' apparat kwalifikat għall-ħolqien ta' firem u siġilli skont l-Artikoli 30(3) u 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 30(3) u 39(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 jistipula r-rekwiżiti għal apparat kwalifikat għall-ħolqien ta' firem elettroniċi u għal apparat kwalifikat għall-ħolqien ta' siġilli elettroniċi.

(2)

Il-kompitu biex jitfasslu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti filwaqt li jitqies l-istadju attwali tat-teknoloġija, jitwettaq minn organizzazzjonijiet kompetenti fil-qasam tal-istandardizzazzjoni.

(3)

ISO/IEC (Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni/Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali) jistabbilixxu l-kunċetti ġenerali u l-prinċipji tas-sigurtà tal-IT u jispeċifikaw il-mudell ġenerali ta' valutazzjoni li għandu jintuża bħala l-bażi għall-evalwazzjoni tal-karatteristiċi tas-sigurtà tal-prodotti tal-IT.

(4)

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) żviluppa, taħt il-mandat ta' standardizzazzjoni M/460 mogħti mill-Kummissjoni, standards għal apparat kwalifikat għall-ħolqien ta' firem u ta' siġilli elettroniċi, fejn id-dejta għall-ħolqien ta' firem elettroniċi jew id-dejta għall-ħolqien ta' siġilli elettroniċi tinżamm f'ambjent kompletament, iżda mhux neċessarjament esklussivament, ġestit mill-utent. Dawn l-istandards huma kkunsidrati adattati għall-valutazzjoni tal-konformità ta' tali apparat mar-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

(5)

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 jistipula li fornitur ta' servizz ta' fiduċja kwalifikat biss jista' jiġġestixxi d-dejta għall-ħolqien ta' firem elettroniċi f'isem firmatarju. Ir-rekwiżiti tas-sigurtà u l-ispeċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni rispettivi tagħhom huma differenti meta l-firmatarju fiżikament għandu prodott fil-pussess tiegħu u meta fornitur ta' servizz ta' fiduċja kwalifikat jopera f'isem il-firmatarju. Sabiex jiġu indirizzati ż-żewġ sitwazzjonijiet kif ukoll sabiex matul iż-żmien jgħin l-iżvilupp ta' prodotti u standards ta' valutazzjoni adattati għal ħtiġijiet partikolari, l-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jelenka standards li jkopru ż-żewġ sitwazzjonijiet.

(6)

Fil-mument li tkun ġiet adottata din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, diversi fornituri ta' servizz ta' fiduċja diġà jkunu qed joffru soluzzjonijiet li jiġġestixxu d-dejta għall-ħolqien ta' firem elettroniċi f'isem il-klijenti tagħhom. Iċ-ċertifikazzjonijiet tal-prodotti bħalissa huma limitati għall-moduli tas-sigurtà tal-ħardwer ma' standards differenti iżda għadhom mhumiex ċertifikati speċifikament mar-rekwiżiti għal apparat kwalifikat għall-ħolqien ta' firem u siġilli. Madankollu, standards ippubblikati, bħal EN 419 211 (applikabbli għall-ħolqien ta' firem elettroniċi f'ambjent kompletament, iżda mhux neċessarjmanet esklussivament, ġestit mill-utent) għadhom ma jeżistux għal suq daqstant importanti ta' prodotti remoti ċertifikati. Minħabba l-fatt li standards li jistgħu jkunu adattati għal tali skopijiet bħalissa qed jiġu żviluppati, il-Kummissjoni se tikkumplimenta din id-Deċiżjoni, meta tali standards ikunu disponibbli u vvalutati bħala konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 910/2014. Sakemm tiġi stabbilita l-lista ta' tali standards, jista' jintuża proċess alternattiv għall-valutazzjoni tal-konformità ta' tali prodotti skont il-kundizzjonijiet previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 30(3) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

(7)

L-Anness jelenka EN 419 211 li jikkonsisti minn partijiet differenti (1 sa 6) li jkopru sitwazzjonijiet differenti. Il-parti 5 ta' EN 419 211 u l-parti 6 ta' EN 419 211 jagħtu estensjonijiet marbuta mal-ambjent ta' apparat kwalifikat għall-ħolqien ta' firem, bħal komunikazzjoni b'applikazzjonijiet ta' fiduċja għall-ħolqien ta' firem. Il-manifatturi ta' prodott huma liberi li japplikaw tali estensjonijiet. Skont il-Premessa 56 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, l-ambitu taċ-ċertifikazzjoni skont l-Artikoli 30 u 39 ta' dak ir-Regolament huwa limitat għall-protezzjoni tad-dejta għall-ħolqien ta' firem, u l-applikazzjonijiet għall-ħolqien ta' firem huma esklużi mill-ambitu taċ-ċertifikazzjoni.

(8)

Sabiex ikun żgurat li l-firem jew is-siġilli elettroniċi ġġenerati permezz ta' apparat kwalifikat għall-ħolqien ta' firem jew siġilli huma affidabbli kontra l-iffalsifikar, kif meħtieġ permezz tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, l-algoritmi kriptografiċi, it-tulijiet tal-kodiċijiet u l-funzjonijiet tal-hash adattati huma prerekwiżit għas-sigurtà tal-prodott ċertifikat. Minħabba l-fatt li din il-kwistjoni ma ġietx armonizzata fil-livell Ewropew, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jaqblu dwar l-algoritmi kriptografiċi, it-tulijiet tal-kodiċijiet u l-funzjonijiet tal-hash li għandhom jintużaw fil-qasam tal-firem u tas-siġilli elettroniċi.

(9)

L-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni trendi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/511/KE (2) mingħajr użu. Għalhekk għandha titħassar.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-istandards għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta' prodotti tat-teknoloġija tal-informatika li japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni ta' apparat kwalifikat għall-ħolqien ta' firem elettroniċi jew apparat kwalifikat għall-ħolqien ta' siġilli elettroniċi skont il-punt (a) tal-Artikolu 30(3) jew l-Artikolu 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, fejn id-dejta għall-ħolqien ta' firem elettroniċi jew id-dejta għall-ħolqien ta' siġilli elettroniċi tinżamm f'ambjent kompletament, iżda mhux neċessarjament esklussivament, ġestit mill-utenti, huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni.

2.   Sakemm il-Kummissjoni tistabbilixxi lista ta' standards għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta' prodotti tat-teknoloġija tal-informatika li japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni ta' apparat kwalifikat għall-ħolqien ta' firem elettroniċi jew apparat kwalifikat għall-ħolqien ta' siġilli elettroniċi, fejn fornitur ta' servizz ta' fiduċja kwalifikat jiġġestixxi d-dejta għall-ħolqien ta' firem elettroniċi jew id-dejta għall-ħolqien ta' siġilli elettroniċi f'isem firmatarju jew ta' persuna li tkun ħolqot siġill, iċ-ċertifikazzjoni ta' tali prodotti għandha tkun ibbażata fuq proċess li, skont l-Artikolu 30(3)(b), juża livelli tas-sigurtà komparabbli għal dawk meħtieġa permezz tal-Artikolu 30(3)(a) u li huwa notifikat lill-Kummissjoni mill-korp pubbliku jew privat imsemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2003/511/KE b'dan titħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/511/KE tal-14 ta' Lulju 2003 dwar il-pubblikazzjoni ta' numri ta' referenza ta' standards rikonoxxuti b'mod ġenerali għall-prodotti tal-firem elettroniċi skont id-Direttiva 1993/93/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 175, 15.7.2003, p. 45).


ANNESS

LISTA TAL-ISTANDARDS IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(1)

ISO/IEC 15408 — Information technology — Security techniques — Evaluation criteria for IT security, partijiet 1 sa 3 kif elenkati hawn taħt:

ISO/IEC 15408-1:2009 — Information technology — Security techniques — Evaluation criteria for IT security — Part 1. ISO, 2009.

ISO/IEC 15408-2:2008 — Information technology — Security techniques — Evaluation criteria for IT security — Part 2. ISO, 2008.

ISO/IEC 15408-3:2008 Information technology — Security techniques — Evaluation criteria for IT security — Part 3. ISO, 2008

u

ISO/IEC 18045:2008: Information technology — Security techniques — Methodology for IT security evaluation,

u

EN 419 211 — Protection profiles for secure signature creation device (Profili tal-protezzjoni għal apparat sigur għall-ħolqien ta' firem), il-partijiet 1 sa 6 — kif jixraq — kif elenkati hawn taħt:

EN 419211-1:2014 — Protection profiles for secure signature creation device — Parti 1: Overview (Ħarsa ġenerali)

EN 419211-2:2013 — Protection profiles for secure signature creation device — Parti 2: Device with key generation (Apparat b'ġeneratur tal-kodiċijiet)

EN 419211-3:2013 — Protection profiles for secure signature creation device — Parti 3: Device with key import (Apparat b'importatur tal-kodiċijiet)

EN 419211-4:2013 — Protection profiles for secure signature creation device — Parti 4: Extension for device with key generation and trusted channel to certificate generation application (Estensjoni għal apparat b'ġeneratur tal-kodiċijiet u mezz ta' fiduċja għal applikazzjoni li tiġġenera ċ-ċertifikati)

EN 419211-5:2013 — Protection profiles for secure signature creation device — Parti 5: Extension for device with key generation and trusted channel to signature creation application (Estensjoni għal apparat b'ġeneratur tal-kodiċijiet u mezz ta' fiduċja għal applikazzjoni għall-ħolqien ta' firem)

EN 419211-6:2014 — Protection profiles for secure signature creation device — Parti 6: Extension for device with key import and trusted channel to signature creation application (Estensjoni għal apparat b'importatur tal-kodiċijiet u mezz ta' fiduċja għal applikazzjoni għall-ħolqien ta' firem)


Rettifika

26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/43


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/71 tas-26 ta' Jannar 2016 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għal 1-metilċiklopropen, flonikamid, flutrijafol, aċidu indolilaċetiku, aċidu indolilbutiriku, petoksamid, pirimikarb, protijokonażol u teflubenżuron f'ċerti prodotti jew fuqhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 20 tas-27 ta' Jannar 2016 )

F'paġna 17, l-Anness, il-punt 1(b), it-test tat-tabella jinbidel bit-test li ġej:

“Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (a)

Flonikamid: is-somma ta' flonikamid, TFNA u TFNG espressi bħala flonikamid (R)

Flutrijafol

Pirimikarb (R )

Protijokonażol: protijokonażol-destijo (somma ta' iżomeri) (F)

Teflubenżuron (F)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

 

 

 

 

0110000

Frott taċ-ċitru

0,15 (+)

0,01 (*)

3

0,01 (*)

0,01 (*)

0110010

Grejpfrut

 

 

 

 

 

0110020

Larinġ

 

 

 

 

 

0110030

Lumi

 

 

 

 

 

0110040

Xkomp

 

 

 

 

 

0110050

Mandolin

 

 

 

 

 

0110990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0120000

Ġewż tas-siġar

0,06 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

0120010

Lewż

 

 

 

 

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

 

 

 

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

 

 

 

 

0120040

Qastan

 

 

 

 

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

 

 

 

 

0120060

Ġellewż / ġellewż Ewropew

 

 

 

 

 

0120070

Macadamia

 

 

 

 

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

 

 

 

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

 

 

 

 

0120100

Pistaċċi

 

 

 

 

 

0120110

Ġewż

 

 

 

 

 

0120990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0130000

Pomu

0,3

0,4 (+)

 

0,01 (*)

1

0130010

Tuffieħ

 

 

0,5 (+)

 

(+)

0130020

Lanġas

 

 

0,5 (+)

 

 

0130030

Sfarġel

 

 

1,5 (+)

 

 

0130040

Naspli

 

 

1

 

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

 

1

 

 

0130990

Oħrajn

 

 

0,01 (*)

 

 

0140000

Frott tal-għadma

 

 

 

0,01 (*)

 

0140010

Berquq

0,03 (*)

0,01 (*)

3

 

0,01 (*)

0140020

Ċiras (ħelu)

0,4 (+)

1

5 (+)

 

0,01 (*)

0140030

Ħawħ

0,4

0,6

1,5 (+)

 

0,01 (*)

0140040

Għanbaqar

0,3 (+)

0,4

3

 

0,1 (*)

0140990

Oħrajn

0,03 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

 

0,01 (*)

0150000

Frott irqiq u frott żgħir

0,03 (*)

 

 

 

0,01 (*)

0151000

(a)

għeneb

 

 

0,01 (*)

0,01 (*)

 

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0,8

 

 

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

1,5 (+)

 

 

 

0152000

(b)

frawli

 

0,5 (+)

1,5

0,01 (*)

 

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0,01 (*)

4 (+)

0,01 (*)

 

0153010

Tut

 

 

 

 

 

0153020

Ċawsli iswed (Dewberries)

 

 

 

 

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

 

 

 

 

0153990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0154000

(d)

frott żgħir u berries oħrajn

 

0,01 (*)

1

 

 

0154010

Mirtill

 

 

 

0,01 (*)

 

0154020

Cranberries

 

 

 

0,15

 

0154030

Passolina (sewda, ħamra u bajda)

 

 

 

0,01 (*)

 

0154040

Ribes (ħodor, ħomor u sofor)

 

 

 

0,01 (*)

 

0154050

Warda Skoċċiża

 

 

 

0,01 (*)

 

0154060

Ċawsli (suwed u bojod)

 

 

 

0,01 (*)

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

 

 

0,01 (*)

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

 

 

0,01 (*)

 

0154990

Oħrajn

 

 

 

0,01 (*)

 

0160000

Frott mixxelanju li għandu

0,03 (*)

 

0,01 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0161000

(a)

qoxra li tittiekel

 

0,01 (*)

 

 

 

0161010

Tamal

 

 

 

 

 

0161020

Tin

 

 

 

 

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

 

 

 

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

 

 

 

 

0161050

Karambola

 

 

 

 

 

0161060

Kaki

 

 

 

 

 

0161070

Jambolan

 

 

 

 

 

0161990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0162000

(b)

qoxra li ma tittikilx, żgħir

 

0,01 (*)

 

 

 

0162010

Frott tal-kiwi (aħdar, aħmar u isfar)

 

 

 

 

 

0162020

Liċċi

 

 

 

 

 

0162030

Frotta tal-passjoni

 

 

 

 

 

0162040

Bajtar tax-xewk / frott tal-kaktus

 

 

 

 

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

 

 

 

 

0162060

Kaki Amerikan / Kaki tal-Virġinja

 

 

 

 

 

0162990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0163000

(c)

qoxra li ma tittikilx, kbir

 

 

 

 

 

0163010

Avokado

 

0,01 (*)

 

 

 

0163020

Banana

 

0,3

 

 

 

0163030

Mango

 

0,01 (*)

 

 

 

0163040

Papaja

 

0,01 (*)

 

 

 

0163050

Rummien

 

0,01 (*)

 

 

 

0163060

Ċerimoja

 

0,01 (*)

 

 

 

0163070

Gwava

 

0,01 (*)

 

 

 

0163080

Ananas

 

0,01 (*)

 

 

 

0163090

Frott tas-siġra tal-ħobż

 

0,01 (*)

 

 

 

0163100

Durian

 

0,01 (*)

 

 

 

0163110

Frotta tal-annona

 

0,01 (*)

 

 

 

0163990

Oħrajn

 

0,01 (*)

 

 

 

0200000

ĦXEJJEX, FRISKI jew IFFRIŻATI

 

 

 

 

 

0210000

Ħxejjex mill-għeruq u t-tuberi

 

 

0,05

 

 

0211000

(a)

patata

0,09

0,01 (*)

 

0,02 (*)

0,05

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

0,03 (*)

0,01 (*)

 

0,01 (*)

0,01 (*)

0212010

Għeruq tal-kassava

 

 

 

 

 

0212020

Patata ħelwa

 

 

 

 

 

0212030

Jammijiet

 

 

 

 

 

0212040

Ararut

 

 

 

 

 

0212990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi

0,03 (*)

 

 

 

0,01 (*)

0213010

Pitravi

 

0,06 (+)

 

0,1 (+)

 

0213020

Zunnarija

 

0,01 (*)

 

0,1 (+)

 

0213030

Krafes bl-għeruq / krafes Ġermaniżi

 

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

0213040

Għerq tal-mustarda

 

0,01 (*)

 

0,1 (+)

 

0213050

Artiċokks

 

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0,01 (*)

 

0,1 (+)

 

0213070

Tursin tuberuż

 

0,01 (*)

 

0,1 (+)

 

0213080

Ravanell

 

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

0213090

Sassefrika

 

0,01 (*)

 

0,1 (+)

 

0213100

Swedes

 

0,01 (*)

 

0,1 (+)

 

0213110

Ġdur

 

0,01 (*)

 

0,1 (+)

 

0213990

Oħrajn

 

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,03 (*)

0,01 (*)

 

 

0,01 (*)

0220010

Tewm

 

 

0,1

0,01 (*)

 

0220020

Basal

 

 

0,1

0,05 (+)

 

0220030

Xalotti

 

 

0,01 (*)

0,05 (+)

 

0220040

Basal tar-rebbiegħa / basal aħdar u basal ta' Wales

 

 

0,01 (*)

0,01 (*)

 

0220990

Oħrajn

 

 

0,01 (*)

0,01 (*)

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

 

 

 

 

0231000

(a)

solanacea

 

 

0,5

0,01 (*)

1,5

0231010

Tadam

0,5 (+)

0,6 (+)

 

 

(+)

0231020

Bżar ħelu / kapsikum

0,3

1

 

 

 

0231030

Brunġiel

0,5 (+)

0,01 (*)

 

 

 

0231040

Okra

0,03 (*)

0,01 (*)

 

 

 

0231990

Oħrajn

0,03 (*)

0,01 (*)

 

 

 

0232000

(b)

kukurbiti tal-qoxra li tittiekel

0,5

0,01 (*)

1

0,01 (*)

 

0232010

Ħjar

 

 

 

 

0,5

0232020

Ħjar tal-pikles

 

 

 

 

1,5

0232030

Qargħabagħli

(+)

 

 

 

0,5

0232990

Oħrajn

 

 

 

 

0,5

0233000

(b)

kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx

0,4 (+)

 

 

0,01 (*)

0,01 (*)

0233010

Bettieħ

 

0,2 (+)

0,4 (+)

 

 

0233020

Qargħa ħamra

 

0,01 (*)

1

 

 

0233030

Dulliegħ

 

0,2 (+)

0,5 (+)

 

 

0233990

Oħrajn

 

0,01 (*)

0,01 (*)

 

 

0234000

(d)

qamħirrum

0,03 (*)

0,01 (*)

0,05

0,02

0,01 (*)

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,03 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0240000

Ħxejjex tal-brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-għelejjel tal-brassika tal-weraq żgħar)

 

0,01 (*)

 

 

 

0241000

(a)

Brassika li twarrad

0,03 (*)

 

0,5

0,05 (+)

0,01 (*)

0241010

Brokkli

 

 

 

 

 

0241020

Pastard

 

 

 

 

 

0241990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0242000

(b)

Brassika bir-ras

 

 

 

 

 

0242010

Brussels sprouts

0,6

 

0,6 (+)

0,1 (+)

0,5 (+)

0242020

Kaboċċa bir-ras

0,03 (*)

 

0,5

0,09 (+)

0,2 (+)

0242990

Oħrajn

0,03 (*)

 

0,01 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0243000

(c)

Brassika bil-weraq

0,03 (*)

 

 

0,01 (*)

0,01 (*)

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

 

0,5

 

 

0243020

Kale

 

 

0,3 (+)

 

 

0243990

Oħrajn

 

 

0,01 (*)

 

 

0244000

(d)

ġdur

0,03 (*)

 

0,5

0,01 (*)

0,01 (*)

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

 

 

 

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex tal-insalata

0,03 (*)

0,01 (*)

 

0,01 (*)

0,01 (*)

0251010

Ħass tal-ħaruf / insalata tal-qamħ

 

 

15

 

 

0251020

Ħass

 

 

1,5

 

 

0251030

Escaroles / Indivja tal-weraq wiesa'

 

 

1 (+)

 

 

0251040

Krexxun u nebbieta u rimi oħrajn

 

 

15

 

 

0251050

Krexxun tal-art

 

 

15

 

 

0251060

Aruka

 

 

15

 

 

0251070

Mustarda ħamra

 

 

15

 

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħar (fosthom speċijiet ta' brassika)

 

 

15

 

 

0251990

Oħrajn

 

 

0,01 (*)

 

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

0,03 (*)

0,01 (*)

0,06

0,01 (*)

0,01 (*)

0252010

Spinaċi

 

 

 

 

 

0252020

Burdlieq

 

 

(+)

 

 

0252030

Weraq tal-pitravi

 

 

(+)

 

 

0252990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0253000

(b)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,03 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0254000

(d)

krexxuni

0,03 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0255000

(e)

ċikwejra

0,03 (*)

0,01 (*)

0,05 (+)

0,01 (*)

0,01 (*)

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,06 (*)

0,02 (*)

 

0,02 (*)

0,02 (*)

0256010

Maxxita

 

 

0,8

 

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

 

0,8

 

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

 

3

 

 

0256040

Tursin

 

 

3

 

 

0256050

Salvja

 

 

0,8

 

 

0256060

Klin

 

 

0,8

 

 

0256070

Sagħtar

 

 

0,8

 

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

 

0,8

 

 

0256090

Weraq tar-rand

 

 

0,8

 

 

0256100

Stragun

 

 

0,8

 

 

0256990

Oħrajn

 

 

0,02 (*)

 

 

0260000

Legumi

 

0,01 (*)

 

0,01 (*)

0,01 (*)

0260010

Fażola (bil-miżwed)

0,03 (*)

 

1,5 (+)

 

 

0260020

Fażola (bla miżwed)

0,03 (*)

 

0,7

 

 

0260030

Piżelli (bil-miżwed)

0,03 (*)

 

1,5 (+)

 

 

0260040

Piżelli (bla miżwed)

0,7

 

0,7

 

 

0260050

Għads

0,03 (*)

 

0,7

 

 

0260990

Oħrajn

0,03 (*)

 

0,01 (*)

 

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,03 (*)

0,01 (*)

 

 

0,01 (*)

0270010

Asparagu

 

 

0,01 (*)

0,01 (*)

 

0270020

Kardun

 

 

0,2 (+)

0,01 (*)

 

0270030

Krafes

 

 

0,15 (+)

0,01 (*)

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

 

2

0,01 (*)

 

0270050

Qaqoċċ

 

 

5

0,01 (*)

 

0270060

Kurrat

 

 

0,01 (*)

0,06 (+)

 

0270070

Rabarbu

 

 

2

0,01 (*)

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

 

0,01 (*)

0,01 (*)

 

0270090

Qlub tal-palm

 

 

0,01 (*)

0,01 (*)

 

0270990

Oħrajn

 

 

0,01 (*)

0,01 (*)

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,03 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

 

 

 

 

0280020

Faqqiegħ selvaġġ

 

 

 

 

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

 

 

 

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,03 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0300000

ŻRIERAGĦ IMNIXXFIN TAL-LEGUMI

0,03 (*)

0,01 (*)

0,2

 

0,01 (*)

0300010

Fażola

 

 

 

0,05 (+)

 

0300020

Għads

 

 

 

1 (+)

 

0300030

Piżelli

 

 

 

1 (+)

 

0300040

Lupini

 

 

 

1 (+)

 

0300990

Oħrajn

 

 

 

0,01 (*)

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

 

 

 

0,02 (*)

0401000

Żrieragħ żejtnija

 

 

 

 

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,06 (*)

0,02 (*)

0,05 (+)

0,09 (+)

 

0401020

Karawett/karawett mitħun

0,06 (*)

0,15

0,02 (*)

0,02 (*) (+)

 

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,06 (*)

0,02 (*)

0,05

0,09 (+)

 

0401040

Żerriegħa tal-ġulġlien

0,06 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

 

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,06 (*)

0,02 (*)

0,1

0,02 (*)

 

0401060

Żerriegħa tal-lift

0,06 (*)

0,5

0,05 (+)

0,15 (+)

 

0401070

Fażola tas-sojja

0,06 (*)

0,4

0,02 (*)

0,2

 

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,06 (*)

0,5

0,05 (+)

0,09 (+)

 

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,2

0,02 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

 

0401100

Żerriegħa tal-qargħa ħamra

0,06 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

 

0401110

Żerriegħa tal-għosfor

0,06 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

 

0401120

Żerriegħa tal-fidloqqom

0,06 (*)

0,02 (*)

0,1 (+)

0,02 (*)

 

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,06 (*)

0,5

0,05

0,04 (+)

 

0401140

Żerriegħa tal-qannebusa

0,06 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

 

0401150

Żerriegħa tar-riġnuwa

0,06 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

 

0401990

Oħrajn

0,06 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

 

0402000

Frott taż-żejt

0,06 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

0,02 (*)

 

0402010

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

 

 

 

 

 

0402020

Qlub taż-żerriegħa tal-palm taż-żejt

 

 

 

 

 

0402030

Frott tal-palm taż-żejt

 

 

 

 

 

0402040

Kapok

 

 

 

 

 

0402990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0500000

ĊEREALI

 

 

0,05

 

0,01 (*)

0500010

Xgħir

0,4

0,15

 

0,2 (+)

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

0,03 (*)

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

0500030

Qamħirrum

0,03 (*)

0,01 (*)

 

0,1

 

0500040

Millieġ komuni

0,03 (*)

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

0500050

Ħafur

0,4

0,01 (*)

 

0,05 (+)

 

0500060

Ross

0,03 (*)

1,5 (+)

 

0,01 (*)

 

0500070

Segala

2 (+)

0,15

 

0,05 (+)

 

0500080

Sorgu

0,03 (*)

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

0500090

Qamħ

2 (+)

0,15

 

0,1 (+)

 

0500990

Oħrajn

0,03 (*)

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,1 (*)

 

 

0,05 (*)

0,05 (*)

0610000

Tejiet

 

0,05 (*)

0,05 (*)

 

 

0620000

Żrieragħ tal-kafè

 

0,15

0,05 (*)

 

 

0630000

Infużjonijiet erbali minn

 

0,05 (*)

 

 

 

0631000

(a)

fjuri

 

 

10 (+)

 

 

0631010

Kamomilla

 

 

 

 

 

0631020

Ibisku

 

 

 

 

 

0631030

Ward

 

 

 

 

 

0631040

Ġiżimin

 

 

 

 

 

0631050

Tilju

 

 

 

 

 

0631990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0632000

(b)

weraq u ħxejjex aromatiċi

 

 

10 (+)

 

 

0632010

Frawli

 

 

 

 

 

0632020

Rooibos

 

 

 

 

 

0632030

Te tal-Paragwaj

 

 

 

 

 

0632990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0633000

(c)

Għeruq

 

 

0,05 (*)

 

 

0633010

Valerjana

 

 

 

 

 

0633020

Ġinseng

 

 

 

 

 

0633990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0639000

(d)

kwalunkwe parti oħra tal-pjanta

 

 

0,05 (*)

 

 

0640000

Żerriegħa tal-kawkaw

 

0,05 (*)

0,05 (*)

 

 

0650000

Ħarrub

 

0,05 (*)

0,05 (*)

 

 

0700000

ĦOPS

3 (+)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0800000

ĦWAWAR

 

 

 

 

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,1 (*)

0,05 (*)

5

0,05 (*)

0,05 (*)

0810010

Ħlewwa

 

 

 

 

 

0810020

Ħlewwa sewda / Kemmun iswed

 

 

 

 

 

0810030

Karfus

 

 

 

 

 

0810040

Kosbor

 

 

 

 

 

0810050

Kemmun

 

 

 

 

 

0810060

Xibt

 

 

 

 

 

0810070

Bużbież

 

 

 

 

 

0810080

Fienu

 

 

 

 

 

0810090

Noċemuskata

 

 

 

 

 

0810990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,1 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

 

 

 

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

 

 

 

 

0820030

Ħlewwa Ġermaniża

 

 

 

 

 

0820040

Kardamomu

 

 

 

 

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

 

 

 

 

0820060

Bżar (iswed, aħdar u abjad)

 

 

 

 

 

0820070

Vanilla

 

 

 

 

 

0820080

Tamarind

 

 

 

 

 

0820990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,1 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0830010

Kannella

 

 

 

 

 

0830990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

 

 

 

 

0840010

Għud is-sus

0,1 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0840020

Ġinġer

0,1 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0840030

Żagħfran tal-Indja

0,1 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0840040

Għerq tal-mustarda

(+)

(+)

(+)

(+)

(+)

0840990

Oħrajn

0,1 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,1 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

 

 

 

 

0850020

Kappar

 

 

 

 

 

0850990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0860000

Ħwawar ta' qalb il-fjura

0,1 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0860010

Żagħfran

 

 

 

 

 

0860990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0870000

Ħwawar tal-Aril

0,1 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0870010

Qoxra barranija tan-noċemuskata

 

 

 

 

 

0870990

Oħrajn

 

 

 

 

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,03 (*)

 

0,01 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0900010

Għeruq tal-pitravi

 

0,06

 

 

 

0900020

Kannamieli

 

0,01 (*)

 

 

 

0900030

Għeruq taċ-ċikwejra

 

0,01 (*)

 

 

 

0900990

Oħrajn

 

0,01 (*)

 

 

 

1000000

PRODOTTI TA' ORIĠINI TAL-ANNIMALI — ANNIMALI TERRESTRI

 

 

 

 

(+)

1010000

Tessut minn

 

 

 

 

0,05

1011000

(a)

ħnieżer

 

 

0,05 (+)

 

 

1011010

Muskolu

0,02 (*)

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

1011020

Tessut xaħmi

0,02 (*)

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

1011030

Fwied

0,03

0,1 (+)

 

0,5 (+)

 

1011040

Kliewi

0,03

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,03

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1011990

Oħrajn

0,03

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1012000

(b)

bovini

 

 

0,05 (+)

 

 

1012010

Muskolu

0,03

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

1012020

Tessut xaħmi

0,02 (*)

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

1012030

Fwied

0,04

0,3 (+)

 

0,5 (+)

 

1012040

Kliewi

0,04

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,04

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1012990

Oħrajn

0,04

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1013000

(c)

nagħaġ

 

 

0,05 (+)

 

 

1013010

Muskolu

0,03

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

1013020

Tessut xaħmi

0,02 (*)

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

1013030

Fwied

0,04

0,3 (+)

 

0,5 (+)

 

1013040

Kliewi

0,04

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,04

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1013990

Oħrajn

0,04

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1014000

(d)

mogħoż

 

 

0,05 (+)

 

 

1014010

Muskolu

0,03

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

1014020

Tessut xaħmi

0,02 (*)

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

1014030

Fwied

0,04

0,3 (+)

 

0,5 (+)

 

1014040

Kliewi

0,04

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,04

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1014990

Oħrajn

0,04

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1015000

(e)

ekwini

 

 

0,05 (+)

 

 

1015010

Muskolu

0,03

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

1015020

Tessut xaħmi

0,02 (*)

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

1015030

Fwied

0,04

0,3 (+)

 

0,5 (+)

 

1015040

Kliewi

0,04

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,04

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1015990

Oħrajn

0,04

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1016000

(f)

tjur

 

0,01 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

 

1016010

Muskolu

0,03

 

 

 

 

1016020

Tessut xaħmi

0,03

 

 

 

 

1016030

Fwied

0,03

 

 

 

 

1016040

Kliewi

0,02 (*)

 

 

 

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,03

 

 

 

 

1016990

Oħrajn

0,03

 

 

 

 

1017000

(g)

annimali terrestri oħrajn tar-razzett

 

 

0,05 (+)

 

 

1017010

Muskolu

0,03

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

1017020

Tessut xaħmi

0,02 (*)

0,01 (*)

 

0,01 (*)

 

1017030

Fwied

0,04

0,3 (+)

 

0,5 (+)

 

1017040

Kliewi

0,04

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,04

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1017990

Oħrajn

0,04

0,01 (*)

 

0,5 (+)

 

1020000

Ħalib

0,02 (*)

0,01 (*)

0,05 (+)

0,01 (*) (+)

0,05

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

 

 

 

 

1020020

Nagħaġ

 

 

 

 

 

1020030

Mogħoż

 

 

 

 

 

1020040

Żwiemel

 

 

 

 

 

1020990

Oħrajn

 

 

 

 

 

1030000

Bajd tat-tjur

0,04

0,01 (*)

0,01 (*)

0,01 (*)

0,05

1030010

Tiġieġ

 

 

 

 

 

1030020

Papri

 

 

 

 

 

1030030

Wiżż

 

 

 

 

 

1030040

Summien

 

 

 

 

 

1030990

Oħrajn

 

 

 

 

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

0,05 (*)

1050000

Amfibji u Rettili

0,02 (*)

0,01 (*)

0,05

0,01 (*)

0,05

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,02 (*)

0,01 (*)

0,05

0,01 (*)

0,05

1070000

Annimali terrestri vertibrati selvaġġi

0,02 (*)

0,01 (*)

0,05

0,01 (*)

0,05