ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 108

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
23 ta' April 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/635 tat-22 ta' April 2016 li jemenda l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2870/2000 rigward ċerti metodi ta' referenza għall-analiżi tal-ispirti

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/636 tat-22 ta' April 2016 li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-dokosatetraen-1-il isobutirat, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/637 tat-22 ta' April 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija ta' ċerti sustanzi aromatizzanti mil-lista tal-Unjoni ( 1 )

24

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/638 tat-22 ta' April 2016 li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

28

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/639 tat-22 ta' April 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

30

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/640 tal-21 ta' April 2016 li taħtar ħames membri tal-Qorti tal-Awdituri

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2016/641 tal-21 ta' April 2016 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/642 tal-21 ta' April 2016 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/643 tal-21 ta' April 2016 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/644 tas-16 ta' Jannar 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA 31855 (11/C, ex N 503/10) li Ċipru qed jippjana li jagħti għar-ristrutturar tal-Biċċerija Ċentrali ta' Kofinos (notifikata bid-dokument numru C(2015) 58)

36

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/645 tat-22 ta' April 2016 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument C(2016) 3261)  ( 1 )

61

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/635

tat-22 ta' April 2016

li jemenda l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2870/2000 rigward ċerti metodi ta' referenza għall-analiżi tal-ispirti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 28(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2870/2000 (2) isemmi u jiddeskrivi l-metodi ta' referenza għall-analiżi tal-ispirti. Madankollu, uħud mill-metodi elenkati fl-Anness ta' dak ir-Regolament, fosthom il-metodi biex tiġi ddeterminata l-aċidità volatili u z-zokkor totali fl-ispirti, għadhom ma ġewx deskritti.

(2)

Il-metodi għad-determinazzjoni tal-aċidità volatili u z-zokkor totali f'ċerti spriti ġew soġġetti għal żewġ studji internazzjonali ta' validazzjoni li twettqu skont proċeduri miftiehma internazzjonalment u nstab li l-parametri tal-prestazzjoni analitika tagħhom huma aċċettabbli. L-istudji twettqu bħala parti minn proġett ta' riċerka skont il-Programm Qafas IV tal-Kummissjoni Ewropea (KE) għall-Istandards fil-Kejl u l-Ittestjar (SMT). Għaldaqstant, id-deskrizzjoni ta' dawk il-metodi għandha tiġi inkluża fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2870/2000.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jistabbilixxi r-rekwiżiti għal xi kategoriji ta' spirti li jitħallew jimmaturaw fl-injam u jistipula li xi spirti oħra jistgħu jitħallew jimmaturaw bl-istess mod. L-analiżi tal-komposti prinċipali li jagħti l-injam tista' tkun ta' għajnuna meta jiġu kkunsidrati jekk kampjun ikunx konsistenti mad-definizzjoni korrispondenti tal-kategorija rilevanti tal-ispirtu. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) irrikonoxxiet metodu ta' analiżi għad-determinazzjoni ta' dawk il-komposti fir-Riżoluzzjoni tagħha OIV/OENO 382A/2009. Ir-rikonoxximent tal-metodu kien ibbażat fuq id-dejta miksuba minn studju internazzjonali tal-prestazzjoni analitika fuq spirti differenti mwettaq skont proċeduri miftiehma internazzjonalment. Dan il-metodu u d-deskrizzjoni tiegħu għandhom għalhekk jiżdiedu mal-metodi ta' referenza tal-Unjoni għall-analiżi tal-ispirti stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2870/2000.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2870/2000 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Ispirti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2870/2000 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2870/2000 tad-19 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi l-metodi Komunitarji ta' referenza għall-analiżi tax-xorb spirituż (ĠU L 333, 29.12.2000, p. 20).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2870/2000 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-werrej huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punti III.3 u VIII, it-terminu “(p.m.)” jitħassar;

(b)

jiżdied il-punt li ġej:

“X.

Id-determinazzjoni tal-komposti tal-injam: furfural, 5-idrossimetilfurfural, 5-metilfurfural, vanillina, siringaldeid, koniferaldeid, sinapaldeid, aċidu galliku, aċidu ellaġiku, aċidu vanilliku, aċidu sirinġiku u skopoletina.”

(2)

Fil-Kapitolu III tiżdied il-parti li ġejja:

“III.3.   DETEMINAZZJONI TAL-AĊIDI VOLATILI TAL-ISPIRTI

1.   Kamp tal-applikazzjoni

Il-metodu ġie vvalidat permezz ta' studju interlaboratorju għar-rum, il-brandy, il-marc u l-ispirti tal-frott, f'livelli li jvarjaw minn 30 mg/l sa 641 mg/l.

2.   Referenzi Normattivi

ISO 3696: 1987 Ilma għall-użu analitiku — Speċifikazzjonijiet u metodi tal-ittestjar.

3.   Definizzjonijiet

3.1.   L-aċidità volatili hija kkalkulata billi titnaqqas l-aċidità fissa mill-aċidità totali.

3.2.   L-aċidità totali hija s-somma ta' aċiditajiet titrabbli.

3.3.   L-aċidità fissa hija l-aċidità tar-residwu li jibqa' wara l-evaporazzjoni tal-ispirtu sa ma jinxef.

4.   Prinċipju

L-aċidità totali u l-aċidità fissa huma ddeterminati permezz tat-titrazzjoni jew tal-potenzjometrija.

5.   Reaġenti u Materjali

Matul l-analiżi, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, uża biss reaġenti ta' grad analitiku rikonoxxut u ilma mill-inqas tal-grad 3 kif definit fl-ISO 3696:1987.

5.1.   Soluzzjoni 0,01 M idrossidu tas-sodju (NaOH)

5.2.   Soluzzjoni tal-indikatur imħallat:

 

Iżen 0,1 g ta' karminju indigo u 0,1 g ta' fenol aħmar.

 

Ħoll f'40 mL ilma u żid bl-etanol sa 100 mL.

6.   Apparat u Tagħmir

Apparat tal-laboratorju indirett, oġġetti tal-ħġieġ tal-kategorija A u dan li ġej:

6.1.

Pompa tal-ilma

6.2.

Evaporatur rotatorju jew banju ultrasoniku

6.3.

Tagħmir għat-titrazzjoni potenzjometrika (fakultattiv)

7.   It-teħid tal-kampjuni u l-kampjuni

Il-kampjuni jinħażnu f'temperatura tal-kamra qabel l-analiżi.

8.   Proċedura

8.1.   Aċidità totali

8.1.1.   Preparazzjoni tal-kampjun

L-ispirtu jiġi irradjat bl-ultrasoniku (ultrasonikazzjoni) jew imħawwad għal żewġ minuti f'vakwu biex jinħeles mid-dijossidu tal-karbonju jekk meħtieġ.

8.1.2.   Titrazzjoni

B'pipetta iġbed 25 mL tal-ispirtu fi flask Erlenmeyer ta' 500 ml.

Żid madwar 200 mL ilma mgħolli, iddistillat u mkessaħ (imħejji frisk ta' kuljum) u 2-6 qatriet mis-soluzzjoni mħallta tal-indikatur (5.2).

Ittitra bis-soluzzjoni 0,01 M idrossidu tas-sodju (5.1) sakemm ikun hemm kambjament tal-kulur minn isfar fl-aħdar għal vjola fil-każ ta' spirti mingħajr kulur, u minn isfar fil-kannella għal kannella fl-aħmar fil-każ ta' spirtu ta' lewn kannella rispettivament.

It-titrazzjoni tista' titwettaq ukoll permezz ta' potenzjometrija, sa pH 7,5.

Nieħdu n1 mL bħala l-volum tas-soluzzjoni 0,01 M idrossidu tas-sodju miżjud.

8.1.3.   Kalkolu

L-aċidità totali (AT) espressa f'milliekwivalenti għal kull L ta' spirtu hija ugwali għal 0,4 × n1.

L-aċidità totali (AT′) espressa f'mg ta' aċidu aċetiku għal kull L ta' spirtu hija ugwali għal 24 × n1.

8.2.   Aċidità fissa

8.2.1.   Tħejjija tal-kampjun

Evapora 25 mL tal-ispirtu sa ma jinxef:

 

B'pipetta iġbed 25 mL tal-ispirtu f'dixx ċilindriku tal-evaporazzjoni bil-qiegħ ċatt b'dijametru ta' 55 mm. Matul l-ewwel siegħa ta' evaporazzjoni, poġġi d-dixx tal-evaporazzjoni fuq l-għatu ta' banjumarija biex il-likwidu ma jagħlix; jekk jagħli jintilef ħafna minnu minħabba t-titjir.

 

Lesti t-tnixxif billi tqiegħed id-dixx tal-evaporazzjoni f'forn tat-tnixxif b'temperatura ta' 105 °C għal sagħtejn. Ħalli d-dixx tal-evaporazzjoni jiksaħ f'dessikatur.

8.2.2.   Titrazzjoni

Ħoll ir-residwu li jibqa' wara l-evaporazzjoni b'ilma mgħolli, iddistillat u mkessaħ (imħejji frisk ta' kuljum) u żid sa ma l-volum ikun madwar 100 mL; u żid bejn 2 u 6 qatriet mis-soluzzjoni mħallta tal-indikatur (5.2).

Ittitra bis-soluzzjoni 0,01 M idrossidu tas-sodju (5.1).

It-titrazzjoni tista' titwettaq ukoll permezz ta' potenzjometrija, sa pH 7,5.

Meta n2 mL ikun il-volum tas-soluzzjoni 0,01 M idrossidu tas-sodju miżjud.

8.2.3.   Kalkolu

L-aċidità fissa (AF) espressa f'milliekwivalenti kull L ta' spirtu hija ugwali għal 0,4 × n2.

L-aċidità fissa (AF) espressa f'mg ta' aċidu aċetiku għal kull L ta' spirtu hija ugwali għal 24 × n2.

9.   Kalkolu ta' aċidità volatili

9.1.   Espressjoni f'milliekwivalenti għal kull L:

Nieħdu:

AT

=

aċidità totali f'milliekwivalenti għal kull L

AF

=

aċidità fissa f'milliekwivalenti għal kull L

L-aċidità volatili, AV, f'milliekwivalenti għal kull L hija ugwali għal:

AT – AF

9.2.   Espressjoni f'mg ta' aċidu aċetiku għal kull L:

Meta:

AT′

=

aċidità totali f'mg ta' aċidu aċetiku għal kull L

AF′

=

aċidità fissa f'mg ta' aċidu aċetiku għal kull L

L-aċidità volatili, AV, f'mg ta' aċidu aċetiku għal kull L hija ugwali għal:

AT′ – AF′

9.3.   Espressjoni fi g ta' aċidu aċetiku għal kull hl ta' alkoħol 100 % vol pur hija ugwali għal:Formula

meta A hija l-qawwa alkoħolika skont il-volum tal-ispirtu.

10.   Karatteristiċi tal-prestazzjoni analitika (Preċiżjoni)

10.1.   Ir-riżultati statistiċi tat-test interlaboratorju

Din id-dejta nkisbet minn studju internazzjonali ta' prestazzjoni analitika mwettaq skont il-proċeduri miftiehma internazzjonalment [1] [2].

Sena tat-test interlaboratorju:

2000

Għadd ta' laboratorji

18

Għadd ta' kampjuni

6


Kampjuni

A

B

C

D

E

F

Għadd ta' laboratorji wara l-eliminazzjoni tal-eċċezzjonijiet

16

18

18

14

18

18

Għadd ta' eċċezzjonijiet (Laboratorji)

2

 

 

4

 

 

Għadd ta' riżultati aċċettati

32

36

36

28

36

36

Mean value

Formula

[mg/L]

272*

241*

30

591*

641*

46

107

492

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/L]

8,0

3,6

15,0

3,7

6,7

8,5

Devjazzjoni standard relattiva ta' ripetibilità, RSDr [%]

3,1

11,8

2,4

8,0

6,2

1,7

Limitu ta' ripetibilità r r [mg/L]

23

10

42

10

19

24

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/L]

8,5

8,4

25,0

4,55

13,4

24,4

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibilità, RSDR [%]

3,3

27,8

4,1

9,9

12,5

5,0

Limitu ta' riproduċibilità, R [mg/L]

24

23

70

13

38

68

Tipi ta' kampjuni:

A

Spirtu tal-għajnbaqar; Livell maqsum *

B

Rum I; duplikati għomja

C

Rum II; livell maqsum *

D

Slivovitz; duplikati għomja

E

Brandy; duplikati għomja

F

Spirtu tal-Marc; duplikati għomja

[1]

“Protocol for the Design, Conduct and Interpretation of Method- Performance Studies”, Horwitz, W. (1995) Pure and Applied Chemistry 67, 332-343.

[2]

Horwitz, W. (1982) Analytical Chemistry 54, 67 A-76 A”.

(3)

Jiddaħħal il-Kapitolu VIII li ġej:

“VIII.   ZOKKOR TOTALI

1.   Kamp tal-applikazzjoni

Il-metodu HPLC–RI jiġi applikat biex jiddetermina t-total ta' zokkor (espress bħala zokkor invertit) fl-ispirti, bl-esklużjoni ta' likuri li fihom il-bajd u l-prodotti tal-ħalib.

Il-metodu ġie vvalidat fi studju interlaboratorju għall-pastis, l-aniżetta distillata, il-likur taċ-ċirasa, il-crème de (segwit bl-isem ta' frotta jew il-materja prima użata) u l-crème de cassis, fil-livelli li jvarjaw bejn 10,86 g/l sa 509,7 g/l. Madankollu, il-linearità tar-rispons tal-istrument ġiet ippruvata għall-medda tal-konċentrazzjoni 2,5 g/l sa 20,0 g/l.

Dan il-metodu mhuwiex maħsub biex jiddetermina l-livelli baxxi ta' zokkor.

2.   Referenzi Normattivi

ISO 3696:1987 Ilma għall-użu analitiku — Speċifikazzjonijiet u metodi tal-ittestjar.

3.   Prinċipju

Assaġġi ta' kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja tas-soluzzjonijiet taz-zokkor, biex jiġu determinati l-konċentrazzjonijiet tal-glukożju, tal-fruttożju, tas-sukrożju, tal-maltożju u tal-lattożju.

Dan il-metodu juża fażi stazzjonarja alkilammina u d-detezzjoni ta' riffrattometrija differenzjali u qed jingħata bħala eżempju. L-użu ta' reżini ta' skambju anjoniku bħala fażi stazzjonarja għandu jkun possibbli wkoll.

4.   Reaġenti u Materjali

4.1.   Glukożju (CAS 50-99-7), b'purezza tal-inqas 99 %.

4.2.   Fruttożju (CAS 57-48-7), b'purezza tal-inqas 99 %.

4.3.   Sukrożju (CAS 57-50-1), b'purezza tal-inqas 99 %.

4.4.   Lattożju (CAS 5965-66-2), b'purezza tal-inqas 99 %.

4.5.   Maltożju monoidrat (CAS 6363-53-7), b'purezza tal-inqas 99 %.

4.6.   Aċetonitril pur (CAS 75-05-8) għall-analiżi HPLC.

4.7.   Ilma distillat jew demineralizzat, preferibbilment mikrofiltrat.

4.8.   Solventi (eżempju)

Is-solvent tal-elwizzjoni huwa magħmul minn:

 

75 parti b'volum ta' aċetonitril (4.6),

 

25 parti b'volum ta' ilma distillat (4.7).

Għaddi l-elju minnu b'rata baxxa għal 5-10 minuti qabel jintuża biex ineħħi l-gass.

Jekk l-ilma użat ma jkunx ġie mikrofiltrat, is-solvent għandu jiġi ffiltrat b'filter għas-solventi organiċi b'daqs tal-pori 0,45 μm jew inqas.

4.9.   Etanol assolut (CAS 64-17-5).

4.10.   Soluzzjoni ta' etanol (5 %, v/v).

4.11.   Tħejjija ta' soluzzjoni ewlenija standard (20 g/L)

Iżen 2 g minn kull zokkor li jrid jiġi analizzat (4.1. sa 4.5.), ittrasferihom mingħajr telf fi flask volumetriku ta' 100 mL. (NB 2.11 g ta' maltożju monoidrat huwa ekwivalenti għal 2 g ta' maltożju).

Aġġusta għal 100 mL b'5 % alkoħol (4.10), ħawwad u aħżen f'madwar + 4 °C. Ħejji soluzzjoni ewlenija ġdida darba fil-ġimgħa.

4.12.   Tħejjija ta' soluzzjonijiet standard tax-xogħol (2,5, 5,0, 7,5, 10,0 u 20,0 g/L)

Iddilwa s-soluzzjoni ewlenija, 20 g/L, (4.11) bejn wieħed u ieħor b'5 % vol. ta' soluzzjoni ta' alkoħol (4.10) biex tagħti ħames standards ta' xogħol ta' 2,5, 5,0, 7,5, 10,0 u 20,0 g/L. Iffiltra b'filter b'daqs tal-pori 0,45 μm jew anqas (5.3).

5.   Apparat u Tagħmir

5.1.   Is-sistema HPLC tista' tikseb riżoluzzjoni bażi taz-zokkor kollu.

5.1.1.   Il-kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja b'valv tal-injezzjoni b'sitt passaġġi mgħammar b'loop ta' 10 μL jew kwalunkwe apparat ieħor, kemm jekk awtomatiku jew manwali, għall-injezzjoni affidabbli tal-mikrovolumi.

5.1.2.   Sistema ta' ppumpjar li tippermettilek tilħaq u żżomm rata ta' fluss kostanti jew ipprogrammata bi preċiżjoni kbira.

5.1.3.   Rifrattometru differenzjali.

5.1.4.   Integratur jew recorder komputazzjonali, li l-prestazzjoni tiegħu hija kompatibbli mal-bqija tas-sistema.

5.1.5.   Prekolonna:

Huwa rrakkomandat li tinhemeż prekolonna adattata mal-kolonna analitika.

5.1.6.   Kolonna (eżempju):

Materjal:

azzar inossidabbli jew ħġieġ.

Dijametru Intern:

2-5 mm.

Tul:

100-250 mm (jiddependi mid-daqs tal-partiċelli ippakkjati), pereżempju, 250 mm jekk il-partiċelli għandhom dijametru ta' 5 μm.

Fażi stazzjonarja:

gruppi funzjonali tal-alkilammina ibbondjati mas-siliċe, daqs massimu tal-partiċella 5 μm.

5.1.7.   Kundizzjonijiet tal-kromatografija (eżempju):

 

Solvent tal-elwizzjoni (4,8), rata ta' fluss: 1 mL/minuta.

 

Detezzjoni: Rifrattometrija differenzjali.

Biex jiġi żgurat li d-ditekter ikun perfettament stabbli, għandu jinxtegħel ftit sigħat qabel l-użu. Iċ-ċellola ta' referenza trid timtela bis-solvent ta' elwizzjoni.

5.2.   Bilanċ analitiku preċiż sa 0,1 mg.

5.3.   Apparat għall-filtrazzjoni għal volumi żgħar bl-użu ta' mikromembrana 0,45 μm.

6.   Ħażna tal-kampjuni

Meta jaslu, il-kampjuni jinħażnu f'temperatura tal-kamra qabel l-analiżi.

7.   Proċedura

7.1.   PARTI A: Tħejjija tal-Kampjun

7.1.1.   Ħawwad il-kampjun.

7.1.2.   Iffiltra l-kampjun minn ġo filtru b'daqs tal-pori 0,45 μm jew inqas (5.3).

7.2.   PARTI B: HPLC

7.2.1.   Determinazzjoni

Injetta 10 μL tas-soluzzjoni standard (4.12.) u l-kampjuni (7.1.2.). Agħmel l-analiżi skont il-kundizzjonijiet adattati tal-kromatografija, pereżempju dawk deskritti hawn fuq.

7.2.2.   Jekk xi massimu ta' kampjun ikollu erja (jew għoli) akbar mill-ogħla livell korrispondenti fl-aktar standard ikkonċentrat, il-kampjun għandu jiġi dilwit bl-ilma ddistillat u analizzat mill-ġdid.

8.   Kalkolu

Qabbel iż-żewġ kromotogrami miksuba mis-soluzzjoni standard u l-ispirtu. Identifika l-qċaċet permezz tal-ħinijiet tagħhom ta' retenzjoni. Kejjel l-erjas (jew l-għoli) tagħhom biex tikkalkula l-konċentrazzjonijiet permezz tal-metodu standard estern. Qis kull dilwizzjoni magħmula fuq il-kampjun.

Ir-riżultat finali huwa s-somma ta' sukrożju, maltożju, lattożju, glukożju u fruttożju, espressa bħala zokkor invertit fi g/L.

Iz-zokkor invertit huwa kkalkulat bħala s-somma tal-monosakkaridi u d-disakkaridi bi proprjetajiet ta' riduzzjoni kollha preżenti, flimkien mal-ammont stojkjometriku ta' glukożju u fruttożju ikkalkulat mis-sukrożju preżenti.

Zokkor invertit (g/L)

=

glukożju (g/L) + fruttożju (g/L) + maltożju (g/L) + lattożju (g/L) + (sukrożju (g/L) × 1,05)

1,05

=

(Piż Molekulari ta' fruttożju + Piż Molekolari ta' glukożju)/Piż Molekulari ta' sukrożju

9.   Karatteristiċi tal-prestazzjoni analitika (Preċiżjoni)

9.1.   Ir-riżultati statistiċi tat-test interlaboratorju

Din id-dejta nkisbet minn studju internazzjonali ta' prestazzjoni analitika mwettaq skont il-proċeduri miftiehma internazzjonalment [1] [2].

Sena tat-test interlaboratorju

2000

Għadd ta' laboratorji

24

Għadd ta' kampjuni

8

[1]

“Protocol for the Design, Conduct and Interpretation of Method-Performance Studies” Horwitz, W. (1995) Pure and Applied Chemistry 67, 332-343.

[2]

Horwitz, W. (1982) Analytical Chemistry 54, 67 A-76 A.

Tabella 1

Fruttożju, Glukożju, Maltożju

Analita

Fruttożju

Glukożju

Maltożju

Kampjuni (× 2)

Crème de Cassis

Standard (50 g/l)

Spirti bit-togħma tal-aniżetta

Crème de Cassis

Standard (50 g/l)

Spirti bit-togħma tal-aniżetta

Standard (10 g/l)

Valur medju [g/l]

92,78

50,61

15,62

93,16

50,06

15,81

9,32

Għadd ta' Laboratorji mingħajr eċċezzjonijiet

21

22

21

23

19

21

22

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr, [g/l]

2,34

2,12

0,43

3,47

1,01

0,48

0,54

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

2,53

4,2

2,76

3,72

2,03

3,02

5,77

Limitu ta' ripetibilità, r [g/l]

(r = 2,8 × sr)

6,56

5,95

1,21

9,71

2,84

1,34

1,51

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [g/l]

7,72

3,13

0,84

9,99

2,7

0,88

1,4

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

8,32

6,18

5,37

10,72

5,4

5,54

15,06

Limitu ta' riproduċibilità, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

21,62

8,76

2,35

27,97

7,57

2,45

3,93


Tabella 2

Sukrożju

Analita

Sukrożju

Kampjuni

Pastis

Ouzo

Likur taċ-ċirasa

Crème de Menthe

Crème de Cassis

Standard (100 g/l)

Valur medju [g/l]

10,83

29,2

19,7 (*)

103,33

349,96

319,84

99,83

Għadd ta' Laboratorji mingħajr eċċezzjonijiet

19

19

20

18

18

18

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [g/l]

0,09

0,75

2,17

5,99

4,31

1,25

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

0,81

3,07

2,1

1,71

1,35

1,25

Limitu ta' ripetibilità, r [g/l]

(r = 2,8 × sr)

0,25

2,1

6,07

16,76

12,06

3,49

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [g/l]

0,79

0,92

4,18

9,94

16,11

4,63

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

7,31

3,76

4,05

2,84

5,04

4,64

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

2,22

2,57

11,7

27,84

45,12

12,97


Tabella 3

Total ta' Zokkor

(Nota: din id-dejta ġiet ikkalkulata għat-total ta' zokkor, mhux zokkor invert kif definit fit-Taqsima 8 aktar 'il fuq).


Kampjuni

Pastis

Ouzo

Spirti bit-togħma tal-aniżetta

Likur taċ-ċirasa

Crème de Menthe

Crème de Cassis

Standard (220 g/l)

Valur medju [g/l]

10,86

29,2

19,7 (**)

31,59

103,33

349,73

509,69

218,78

Għadd ta' Laboratorji mingħajr eċċezzjonijiet

20

19

20

20

18

18

19

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [g/l]

0,13

0,75

0,77

2,17

5,89

5,59

2,71

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

1,16

3,07

2,45

2,1

1,69

1,1

1,24

Limitu ta' ripetibilità, r [g/l]

(r = 2,8 × sr)

0,35

2,1

2,17

6,07

16,5

15,65

7,59

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità sR [g/l]

0,79

0,92

1,51

4,18

9,98

14,81

8,53

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

7,25

3,76

4,79

4,04

2,85

2,91

3,9

Limitu ta' riproduzzjoni R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

2,21

2,57

4,24

11,7

27,94

41,48

23,89

(4)

Jiżdied dan il-Kapitolu X:

“X.   DETERMINAZZJONI TAL-KOMPOSTI TAL-INJAM LI ĠEJJIN FL-ISPIRTI PERMEZZ TA' KROMATOGRAFIJA LIKWIDA BI PRESTAZZJONI GĦOLJA (HPLC): FURFURAL, 5-IDROSSIMETILFURFURAL, 5-METILFURFURAL, VANILLINA, SIRINGALDEID, KONIFERALDEID, SINAPALDEID, AĊIDU GALLIKU, AĊIDU ELLAGIKU, AĊIDU VANILLIKU, AĊIDU SIRINĠIKU U SKOPOLETINA

1.   Kamp tal-applikazzjoni

Il-metodu qiegħed biex jiddetermina s-sustanzi li ġejjin: furfural, 5-idrossimetilfurfural, 5-metilfurfural, vanillina, siringaldeid, koniferaldeid, sinapaldeid, aċidu galliku, aċidu ellagiku, aċidu vanilliku, aċidu sirinġiku u skopoletina, permezz ta' kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja.

2.   Referenzi normattivi

Il-metodu analitiku rikonoxxut mill-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) u ppubblikat mill-OIV bir-referenza OIV-MA-BS-16: R2009.

3.   Prinċipju

Id-determinazzjoni bil-kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja (HPLC), b'detezzjoni permezz ta' spettrofotometrija ultravjola b'tul ta' mewġ differenti u permezz ta' spettrofluworimetrija.

4.   Reaġenti

Ir-reaġenti kollha jridu jkunu ta' kwalità analitika. L-ilma użat irid ikun ilma distillat jew ilma b'tal-anqas purità ekwivalenti. Preferibbilment jintuża ilma mikroffiltrat b'qawwa ta' reżistenza ta' 18,2 M Ω.cm.

4.1.   96 % vol. ta' alkoħol.

4.2.   Metanol bi kwalità għall-HPLC (Solvent B).

4.3.   Aċidu aċetiku dilwit għal 0,5 % vol. (Solvent A).

4.4.   Fażijiet mobbli: (mogħti biss bħala eżempju)

Solvent A (0,5 % aċidu aċetiku) u solvent B (metanol pur). Iffiltra minn membrana (b'porożità ta' 0,45 μm). Neħħi l-gass f'banju ultrasoniku, jekk ikun meħtieġ.

4.5.   Standards ta' referenza ta' 99 % purità minima: furfural, 5-idrossimetil furfural, 5-metilfurfural, vanillina, siringaldeid, koniferaldeid, sinapaldeid, aċidu galliku, aċidu ellagiku, aċidu vanilliku, aċidu sirinġiku u skopoletina.

4.6.   Soluzzjoni ta' referenza: is-sustanzi standard maħlula f'soluzzjoni ta' 50 % vol. soluzzjoni ta' alkoħol milwiema. Il-konċentrazzjonijiet finali fis-soluzzjoni ta' referenza għandhom ikunu fl-ordni ta':

furfural: 5 mg/L; 5-idrossimetil furfural: 10 mg/L; 5-metilfurfural 2 mg/L; vanillina: 5 mg/L; siringaldeid: 10 mg/L; koniferaldeid: 5 mg/L; sinapaldeid: 5 mg/L; aċidu galliku: 10 mg/L; aċidu ellagiku: 10 mg/L; aċidu vanilliku: 5 mg/L; aċidu sirinġiku: 5 mg/L; skopoletina: 0,5 mg/L.

5.   Tagħmir

Apparat standard tal-laboratorju

5.1.   Kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja li tista' taħdem f'modalità ta' gradjent binarju u mgħammra bi:

5.1.1.

Ditekter spettrofotometriku li jista' jkejjel tul ta' mewġ bejn 260 u 340 nm. Madankollu, preferibbilment ikun jaħdem b'ditekter ta' tul ta' mewġ multiplu b'arranġament dijodu jew simili, biex jikkonferma l-purità tal-qċaċet.

5.1.2.

Ditettur spettrofloworimetriku — tul ta' mewġ ta' eċċitament: 354 nm, tul ta' mewġ ta' emissjoni: 446 nm (għad-determinazzjoni ta' traċċi ta' skopoletina; li huwa wkoll osservabbli f'313 nm bl-ispettrofotometrija).

5.1.3.

Apparat ta' injezzjoni li jista' jintroduċi 10 jew 20 μl (pereżempju) tal-kampjun tat-test.

5.1.4.

Kolonna ta' kromatografika likwida bi prestazzjoni għolja, tip RP C18, daqs massimu tal-partiċella 5 μm.

5.2.   Siringi għal HPLC.

5.3.   Apparat għall-filtrazzjoni b'membrana ta' volumi żgħar.

5.4.   Kompjuter-integratur jew rekorder bi prestazzjoni kompatibbli mal-apparat kollu, u b'mod partikolari, għandu jkollu diversi kanali ta' akkwist.

6.   Proċedura

6.1.   Tħejjija tas-soluzzjoni li għandha tiġi injettata

Is-soluzzjoni ta' referenza u l-ispirtu huma ffiltrati, jekk ikun meħtieġ, permezz ta' membrana b'dijametru massimu tal-pori ta' 0,45 μm.

6.2.   Kundizzjonijiet tat-tħaddim kromatografiku: agħmel l-analiżi f'temperatura ambjentali permezz tat-tagħmir deskritt f'(5.1) u bl-użu tal-fażijiet mobbli f'(4.4) bi fluss ta' madwar 0,6 ml kull minuta b'segwiment tal-gradjent ta' hawn taħt (mogħti biss bħala eżempju)

Ħin: 0 min 50 min 70 min 90 min

Solvent A (aċidu-ilma): 100 % 60 % 100 % 100 %

solvent B (metanol): 0 % 40 % 0 % 0 %

Innota li f'ċerti każijiet dan il-gradjent għandu jiġu modifikat biex tevita l-koelwizzjoni.

6.3.   Determinazzjoni

6.3.1.   Injetta l-istandards ta' referenza separatament, imbagħad imħallta.

Adatta l-kundizzjonijiet operattivi biex il-fatturi tar-riżoluzzjoni tal-qċaċet tal-komponenti kollha jkunu tal-anqas 1.

6.3.2.   Injetta l-kampjun kif imħejji fil-6.1.

6.3.3.   Kejjel iż-żona tal-qċaċet fis-soluzzjoni ta' referenza u fl-ispirtu u kkalkula l-konċentrazzjonijiet.

7.   Preżentazzjoni tar-riżultati

Ippreżenta l-konċentrazzjoni ta' kull kostitwent f'mg/l.

8.   Karatteristiċi tal-prestazzjoni tal-metodu (preċiżjoni)

Din id-dejta nkisbet minn studju internazzjonali ta' prestazzjoni analitika mwettaq skont il-proċeduri miftiehma internazzjonalment [1], [2].

8.1.   Furfural

Analita

Furfural

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

15

15

15

15

15

15

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

14

12

13

14

13

13

Valur medju [mg/l]

2,9

1,2

1,7

10,6

15,3

13,9

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,04

0,05

0,04

0,18

0,23

0,20

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

1,4

4,5

2,3

1,7

1,5

1,5

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,1

0,2

0,1

0,5

0,6

0,6

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,24

0,18

0,09

1,4

0,49

0,69

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

8

15

5

13

3

5

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,7

0,5

0,3

3,8

1,4

1,9

8.2.   5-idrossimetilfurfural

Analita

5-idrossimetilfurfural

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

16

16

16

16

16

16

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

14

14

14

14

14

14

Valur medju [mg/l]

5,0

11,1

9,4

33,7

5,8

17,5

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,09

0,09

0,09

0,42

0,07

0,13

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

1,7

0,8

1,0

1,3

1,2

0,8

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,2

0,3

0,3

1,2

0,2

0,4

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,39

1,01

0,50

4,5

0,4

1,6

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

8

9

5

13

7

9

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

1,1

2,8

1,4

12,5

1,1

4,6

8.3.   5-Metilfurfural

Analita

5-Metilfurfural

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

11

11

11

11

11

11

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

11

11

8

11

10

11

Valur medju [mg/l]

0,1

0,2

0,1

0,5

1,7

0,8

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,01

0,01

0,02

0,02

0,03

0,07

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

10,7

6,1

13,6

4,7

2,0

10,0

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,0

0,0

0,1

0,1

0,1

0,2

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,03

0,04

0,03

0,18

0,20

0,26

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

35

18

22

39

12

35

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,1

0,1

0,1

0,5

0,6

0,7

8.4.   Vanillina

Analita

Vanillina

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

16

15

16

16

16

16

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

16

15

16

16

16

16

Valur medju [mg/l]

0,5

0,2

1,2

1,2

3,2

3,9

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,03

0,02

0,06

0,11

0,11

0,09

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

6,8

9,6

4,6

8,9

3,5

2,3

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,1

0,1

0,2

0,3

0,3

0,3

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,09

0,06

0,18

0,27

0,41

0,62

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

19

25

15

22

13

16

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,3

0,2

0,5

0,8

1,2

1,7

8.5.   Siringaldeid

Analita

Siringaldeid

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

16

15

16

16

16

16

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

13

13

13

12

14

13

Valur medju [mg/l]

1,0

0,2

4,8

3,2

10,5

9,7

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,03

0,02

0,04

0,08

0,10

0,09

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

2,6

8,1

0,8

2,6

0,9

0,9

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,1

0,1

0,1

0,2

0,3

0,3

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,08

0,07

0,23

0,19

0,39

0,43

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

8

33

5

6

4

4

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,2

0,2

0,7

0,5

1,1

1,2

8.6.   Koniferaldeid

Analita

Koniferaldeid

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

13

12

13

12

13

13

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

12

12

13

12

13

13

Valur medju [mg/l]

0,2

0,2

0,6

0,8

4,6

1,3

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,02

0,02

0,03

0,03

0,09

0,06

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

9,2

9,8

4,6

4,3

1,9

4,5

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,04

0,04

0,07

0,09

0,24

0,16

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,04

0,04

0,11

0,18

0,38

0,25

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

23

27

21

23

8

19

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,1

0,1

0,3

0,5

1,1

0,7

8.7.   Sinapaldeid

Analita

Sinapaldeid

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

14

14

14

14

15

14

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

14

13

12

13

13

12

Valur medju [mg/l]

0,3

0,2

0,2

1,6

8,3

0,3

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,02

0,01

0,02

0,06

0,14

0,03

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

7,5

4,6

11,2

3,7

1,6

11,4

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,06

0,03

0,06

0,17

0,38

0,08

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,09

0,05

0,08

0,20

0,81

0,18

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

31

27

46

13

10

73

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,2

0,2

0,2

0,6

2,3

0,5

8.8.   aċidu galliku

Analita

Aċidu galliku

Kampjun

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

16

15

16

16

16

16

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

15

14

16

16

16

16

Valur medju [mg/l]

1,2

0,4

2,0

6,1

7,3

21,8

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,07

0,04

0,06

0,18

0,18

0,60

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

6,1

8,1

2,9

3,0

2,4

2,8

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,2

0,1

0,2

0,5

0,5

1,7

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,43

0,20

0,62

3,3

2,2

7,7

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

36

47

31

53

30

35

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

1,2

0,6

1,7

9,1

6,2

21,7

8.9.   Aċidu ellagiku

Analita

Aċidu ellagiku

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

7

7

7

7

7

7

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

7

7

7

7

7

6

Valur medju [mg/l]

3,2

1,0

9,5

13

13

36

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,20

0,16

0,30

0,41

0,95

0,34

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

6,3

16

3,2

3,2

7,4

1,0

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,6

0,4

0,9

1,1

2,7

1,0

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

1,41

0,42

4,0

5,0

4,9

14

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

44

43

42

39

39

40

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

4,0

1,2

11

14

14

40

8.10.   Aċidu vanilliku

Analita

Aċidu vanilliku

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

15

15

15

15

15

15

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

12

11

14

14

15

14

Valur medju [mg/l]

0,2

0,2

1,5

0,8

2,4

2,7

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,03

0,04

0,03

0,10

0,13

0,21

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

14,2

16,5

2,3

12,6

5,3

7,7

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,1

0,1

0,1

0,3

0,4

0,6

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,06

0,05

0,51

0,2

1,22

0,70

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

28

20

35

31

51

26

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,2

0,1

1,4

0,7

3,4

2,0

8.11.   Aċidu sirinġiku

Analita

Aċidu sirinġiku

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

16

15

16

16

16

16

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

16

15

15

15

16

15

Valur medju [mg/l]

0,4

0,2

2,5

1,4

3,4

4,8

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,03

0,02

0,06

0,13

0,08

0,11

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

6,7

12,6

2,3

9,0

2,3

2,3

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,1

0,1

0,2

0,4

0,2

0,3

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,08

0,05

0,29

0,26

0,43

0,67

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

19

29

11

18

13

14

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,2

0,1

0,8

0,7

1,2

1,9

8.12.   Skopoletina

Analita

Skopoletina

Kampjuni

Whisky

Brandy

Rum

Cognac 1

Bourbon

Cognac 2

Għadd ta' laboratorji parteċipanti

10

10

10

10

10

10

Għadd ta' riżultati aċċettati (laboratorji)

9

8

9

8

8

8

Valur medju [mg/l]

0,09

0,04

0,11

0,04

0,65

0,15

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, sr [mg/l]

0,0024

0,0008

0,0018

0,0014

0,0054

0,0040

Devjazzjoni standard ta' ripetibilità, RSDr [%]

2,6

2,2

1,6

3,3

0,8

2,7

Limitu ta' ripetibilità, r [mg/l]

(r = 2,8 × sr)

0,007

0,002

0,005

0,004

0,015

0,011

Devjazzjoni standard ta' riproduċibilità, sR [mg/l]

0,01

0,01

0,03

0,01

0,09

0,02

Devjazzjoni standard relattiva ta' riproduċibbilità, RSDR [%]

15

16

23

17

15

15

Limitu ta' riproduzzjoni, R [g/l]

(R = 2,8 × sR)

0,04

0,02

0,07

0,02

0,26

0,06

[1]

“Protocol for the Design, Conduct and Interpretation of Method- Performance Studies” Horwitz, W. (1995) Pure and Applied Chemistry 67, 332-343

[2]

Horwitz, W. (1982) Analytical Chemistry 54, 67 A-76 A.”


(*)  livell maqsum

(**)  livell maqsum”


23.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/636

tat-22 ta' April 2016

li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-dokosatetraen-1-il isobutirat, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni alternattiva tal-Artikolu 21(3) u tal-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (2) inkludiet iz-Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-dokosatetraen-1-il isobutirat bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/308 (4) talab lin-notifikatur biex sat-30 ta' Ġunju 2015 jippreżenta informazzjoni ta' konferma dwar l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku, kif inhu manifatturat kummerċjalment, inkluża l-informazzjoni dwar kull impurità rilevanti.

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li huma approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5).

(3)

In-notifikatur ma ppreżentax l-informazzjoni ta' konferma mitluba sal-iskadenza tat-30 ta' Ġunju 2015. Wara li ġie infurmat mill-Kummissjoni dwar il-konsegwenzi jekk din l-informazzjoni tibqa' ma titressaqx, l-applikant ma esprimiex l-intenzjoni li jippreżenta l-informazzjoni ta' konferma meħtieġa.

(4)

Għaldaqstant, jixraq li tiġi rtirata l-approvazzjoni taz-Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-dokosatetraen-1-il isobutirat.

(5)

Għalhekk, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

L-Istati Membri għandhom jingħataw żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iz-Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-dokosatetraen-1-il isobutirat.

(7)

Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iz-Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-dokosatetraen-1-il isobutirat, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu għandu jiskadi mhux aktar tard minn 18-il xahar wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Irtirar tal-approvazzjoni

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-dokosatetraen-1-il isobutirat hija rtirata.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, ir-ringiela 259, Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-dokosatetraen-1-il isobutirat, hija mħassra.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iz-Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-dokosatetraen-1-il isobutirat bħala sustanza attiva sat-13 ta' Novembru 2016.

Artikolu 4

Perjodu ta' grazzja

Kwalunkwe perjodu ta' grazzja mogħti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mit-13 ta' Novembru 2017.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' bosta sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/308 tas-26 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar il-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva isobutirat ta' Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-dokożatetraen-1-il (ĠU L 56, 27.2.2015, p. 9).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


23.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/637

tat-22 ta' April 2016

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija ta' ċerti sustanzi aromatizzanti mil-lista tal-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 25(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali mis-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuqu u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni inkella wara li Stat Membru jew parti interessata tressaq applikazzjoni għal dan.

(4)

Il-lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u materjali mis-sors tinkludi għadd ta' sustanzi li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) talbet dejta xjentifika addizzjonali dwarhom u li trid tingħata biex titlesta l-evalwazzjoni qabel l-iskadenzi speċifiċi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(5)

Fil-każ ta' dawn l-erba' sustanzi li jappartjenu għas-sottogrupp tal-kimiki 2.2 tal-FGE.19: 2,6,6-trimetil-1-ċikloeżen-1-karbossaldeid (Nru FL 05.121), format tal-mirtenil (Nru FL 09.272), mirtenil-2-metilbutirat (Nru FL 09.899), u mirtenil-3-metilbutirat (Nru FL 09.900), id-data ta' skadenza tal-31 ta' Diċembru 2012 kienet stabbilita fil-lista tal-Unjoni għat-tressiq tad-dejta xjentifika addizzjonali mitluba. Din id-dejta tressqet mill-applikant.

(6)

Dan il-grupp kimiku jinkludi wkoll is-sustanza p-menta-1,8-dien-7-al (Nru FL 05.117) li ntużat bħala sustanza rappreżentattiva għall-grupp u li għalija tressqet id-dejta dwar it-tossiċità.

(7)

L-Awtorità evalwat id-dejta mressqa u fl-opinjoni xjentifika tagħha tal-24 ta' Ġunju 2015 (4) ikkonkludiet li s-sustanza p-menta-1,8-dien-7-al (Nru FL 05.117) hija ġenotossika in vivo u għalhekk l-użu tagħha bħala sustanza aromatizzanti tqajjem tħassib għas-sikurezza. Dik is-sustanza diġà tneħħiet mil-lista tal-Unjoni bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1760 (5).

(8)

F'dik l-opinjoni, l-Awtorità kkonkludiet ukoll li billi p-menta-1,8-dien- 7-al (Nru FL 05.117) hija rappreżentattiva għas-sustanzi f'dan il-grupp, hemm tħassib potenzjali dwar is-sikurezza għal sustanzi bħal dawn.

(9)

Għaldaqstant, 2,6,6-trimetil-1-ċikloeżen-1-karbossaldeid (Nru FL 05.121), format tal-mirtenil (Nru FL 09.272), mirtenil-2-metilbutirat (Nru FL 09.899), u mirtenil-3-metilbutirat (Nru FL 09.900) għandhom jitneħħew mil-lista tal-Unjoni.

(10)

Filwaqt li jitqiesu raġunijiet tekniċi, għandhom jiġu stabbiliti perjodi tranżizzjonali biex ikopru l-ikel li tiżdied miegħu waħda mill-erba' sustanzi aromatizzanti, li tqiegħed fis-suq jew mibgħut minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(11)

Għaldaqstant, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   L-ikel li tiżdied miegħu waħda mis-sustanzi aromatizzanti mniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament li tqiegħed fis-suq legalment qabel id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għajr għal taħlitiet ta' aromatizzanti, jista' jiġi kkumerċjalizzat sad-data minima ta' durabilità jew sad-data ta' skadenza tiegħu.

2.   Ikel importat fl-Unjoni li tiżdied miegħu waħda mis-sustanzi aromatizzanti mniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għajr għal taħlitiet ta' sustanzi aromatizzanti, jista' jiġi kkumerċjalizzat sad-data minima ta' durabilità jew sad-data ta' skadenza tiegħu meta l-importatur ta' ikel bħal dan jista' juri li dan intbagħat mill-pajjiż terz ikkonċernat u li kien fi triqtu lejn l-Unjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE. ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1.

(4)  Scientific Opinion on Flavouring Group Evaluation 208 Revision 1 (FGE.208Rev1): Consideration of genotoxicity data on representatives for 10 alicyclic aldehydes with the α,β-unsaturation in ring/side-chain and precursors from chemical subgroup 2.2 of FGE.19. EFSA Journal 2015;13(7):4173, 28 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4173 Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1760 tal-1 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti p-menta-1,8-dien-7-al mil-lista tal-Unjoni (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 27).


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, jitħassru dawn l-entrati:

“05.121

2,6,6-Trimethyl-1-cyclohexen-1-carboxaldehyde

432-25-7

979

2133

 

 

2

EFSA

09.272

Format tal-mirtenil

72928-52-0

983

10858

 

 

2

EFSA

09.899

Mirtenil-2-metilbutirat

138530-44-6

 

 

 

 

2

EFSA

09.900

Mirtenil-3-metilbutirat

33900-84-4

 

 

 

 

2

EFSA”


23.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/638

tat-22 ta' April 2016

li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (2) inkludiet iz-Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/418 (4) talab lin-notifikatur biex sat-30 ta' Ġunju 2015 jippreżenta informazzjoni ta' konferma dwar l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, inkluża l-informazzjoni dwar kull impurità rilevanti.

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5).

(3)

In-notifikatur ma ppreżentax l-informazzjoni ta' konferma mitluba sal-iskadenza tat-30 ta' Ġunju 2015. Fl-10 ta' Settembru 2015, dan informa lill-Kummissjoni b'email li din l-informazzjoni mhux beħsiebu jippreżentaha.

(4)

Konsegwentement jixraq li tiġi rtirata l-approvazzjoni taz-Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat.

(5)

Għaldaqstant l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

L-Istati Membri għandhom jingħataw iż-żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iz-Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat.

(7)

Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iz-Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Irtirar tal-approvazzjoni

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat hija rtirata.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, ir-ringiela 258, Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat, hija mħassra.

Artikolu 3

Miżuri tranżitorji

L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iz-Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat bħala sustanza attiva sat-13 ta' Novembru 2016.

Artikolu 4

Perjodu ta' grazzja

Kull perjodu ta' grazzja mogħti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mit-13 ta' Novembru 2017.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' bosta sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/418 tat-12 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 36).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


23.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/639

tat-22 ta' April 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

275,5

MA

97,8

TR

108,9

ZZ

160,7

0707 00 05

MA

81,5

TR

107,2

ZZ

94,4

0709 93 10

MA

99,6

TR

128,0

ZZ

113,8

0805 10 20

CR

66,6

EG

50,0

IL

79,4

MA

60,7

TR

39,9

ZZ

59,3

0805 50 10

MA

132,7

ZZ

132,7

0808 10 80

AR

86,1

BR

101,0

CL

115,8

CN

90,8

NZ

159,8

US

177,1

ZA

85,2

ZZ

116,5

0808 30 90

AR

128,4

CL

110,9

CN

90,6

ZA

109,5

ZZ

109,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

23.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/640

tal-21 ta' April 2016

li taħtar ħames membri tal-Qorti tal-Awdituri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka,

Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-mandati tas-Sur Jan KINŠT, is-Sur Igors LUDBORŽS, is-Sur Augustyn KUBIK, is-Sur Milan Martin CVIKL u s-Sur Ladislav BALKO ser jiskadu fis-6 ta' Mejju 2016.

(2)

Għaldaqstant għandhom isiru ħatriet ġodda,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin bħala membri tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mis-7 ta' Mejju 2016 sas-6 ta' Mejju 2022:

Is-Sur Jan GREGOR,

Is-Sur Mihails KOZLOVS,

Is-Sur Janusz WOJCIECHOWSKI,

Is-Sur Samo JEREB,

Is-Sur Ladislav BALKO.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G.A. VAN DER STEUR


(1)  Opinjonijiet tat-13 ta' April 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


23.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/641

tal-21 ta' April 2016

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 (1) u (UE, Euratom) 2015/1790 (2) li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Egbert BIERMANN, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Herr Dr. Norbert KLUGE, Leiter der Abteilung Mitbestimmungsförderung der Hans-Böckler-Stiftung, huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G.A. VAN DER STEUR


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 23).


23.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/642

tal-21 ta' April 2016

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Rumanija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Rumen,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Mihai STEPANESCU, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Robert Sorin NEGOIȚĂ bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Robert Sorin NEGOIȚĂ, primarul sectorului 3 al municipiului București,

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Ovidiu Iulian PORTARIUC, primarul municipiului Botoșani, județul Botoșani.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G.A. VAN DER STEUR


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


23.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/643

tal-21 ta' April 2016

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi tas-Sur Mauro D'ATTIS (Consigliere comunale di Brindisi) ġie propost,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Firma Mauro D'Attis, Assessore del Comune di Roccafiorita (ME) (bidla tal-mandat).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G.A. VAN DER STEUR


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


23.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/644

tas-16 ta' Jannar 2015

dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA 31855 (11/C, ex N 503/10) li Ċipru qed jippjana li jagħti għar-ristrutturar tal-Biċċerija Ċentrali ta' Kofinos

(notifikata bid-dokument numru C(2015) 58)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jibagħtu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni ċċitata hawn fuq (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Fis-6 ta' Mejju 2010, il-Kummissjoni approvat għajnuna ta' salvataġġ għall-Biċċerija Ċentrali ta' Kofinos (“CSK”) fil-forma ta' garanzija mill-Istat li tappoġġja self ta' EUR 1,6 miljun (2).

(2)

Permezz ta' ittra tat-3 ta' Novembru 2010, Ċipru nnotifika pjan ta' ristrutturar għal CSK skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(3)

Permezz ta' ittra tas-7 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni talbet informazzjoni supplimentari, li l-awtoritajiet Ċiprijotti pprovdew fl-10 ta' Jannar 2011. Fl-20 ta' Jannar 2011, il-Kummissjoni rċeviet ilment mingħand il-kumpanija Cypra Ltd (“Cypra”), kompetitur ta' CSK.

(4)

Fis-7 ta' Frar 2011, il-Kummissjoni indirizzat ittra lil Ċipru, li fiha stednitu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar l-allegazzjonijiet tal-kumpanija lmentatriċi, u talbitu informazzjoni addizzjonali dwar il-pjan ta' ristrutturar. Ċipru pprovda l-kummenti tiegħu fl-4 ta' Marzu 2011.

(5)

Fis-16 ta' Frar 2011, il-Kummissjoni indirizzat talba għal informazzjoni addizzjonali lill-ilmentatriċi. Cypra wieġbet fit-2 ta' Marzu 2011.

(6)

Permezz ta' ittra datata s-26 ta' April 2011, il-Kummissjoni għarrfet lil Ċipru li hija kienet iddeċidiet fl-20 ta' April 2011 li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-għajnuna għar-ristrutturar. Hija għarrfet lil Ċipru wkoll li hija ddeċidiet li tinvestiga numru ta' għajnuniet allegatament mogħtija lill-benefiċjarju. Dawk l-għajnuniet kienu: (i) it-tolleranza kontinwa min-naħa tal-Istat għal dewmien fil-ħlas tal-ammonti dovuti, (ii) is-self ta' EUR 512 850 mill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet, (iii) l-allegata għajnuna b'konnessjoni mal-bonds appoġġjati mill-gvern, u (iv) l-akkwiżizzjoni tal-impjegati eżistenti u tal-obbligazzjonijiet tal-pensjoni relatati mill-muniċipalitajiet.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna.

(8)

Permezz ta' ittra tal-25 ta' Mejju 2011, l-awtoritajiet Ċiprijotti talbu estensjoni tal-iskadenza ta' xahar għas-sottomissjoni tal-kummenti tagħhom. Din l-estensjoni tal-iskadenza ngħatat permezz ta' ittra mill-Kummissjoni datata s-7 ta' Ġunju 2011.

(9)

L-awtoritajiet Ċiprijotti bagħtu l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni permezz ta' ittra datata l-24 ta' Ġunju 2011.

(10)

Il-Kummissjoni rċeviet ukoll il-kummenti tal-partijiet interessati, jiġifieri Cypra, A&A Sfagia Ltd., is-Cyprus Pig Farmers Association u r-raba' parti interessata li talbet li s-sottomissjoni tagħha tinżamm kunfidenzjali. Il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti li waslu mingħand il-partijiet interessati lill-awtoritajiet Ċiprijotti u tathom l-opportunità li jirreaġixxu; Ċipru bagħat il-kummenti tiegħu permezz ta' ittra datata t-8 ta' Novembru 2011.

(11)

Permezz ta' ittra datata l-1 ta' Marzu 2012, il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni supplimentari, li l-awtoritajiet Ċiprijotti pprovdew permezz ta' ittra datata t-30 ta' Marzu 2012.

(12)

Permezz ta' ittra tal-24 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni talbet aktar kjarifiki u informazzjoni aġġornata. L-awtoritajiet Ċiprijotti bagħtu tweġiba fis-26 ta' Novembru 2012.

(13)

Fl-14 ta' Mejju 2013, l-awtoritajiet Ċiprijotti bagħtu aktar informazzjoni u kjarifiki.

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

II.1   TITOLU

(14)

In-notifika kienet tikkonċerna l-għajnuna għar-ristrutturar lil CSK. Madankollu, is-suġġett tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni kien estiż biex jinkludi wkoll għajnuniet oħrajn allegatament mogħtija lill-benefiċjarju.

II.2   IT-TUL TA' ŻMIEN U L-BAĠIT

(15)

Skont l-awtoritajiet Ċiprijotti, l-għajnuna għar-ristrutturar tingħata biss lill-benefiċjarju mal-approvazzjoni tagħha mill-Kummissjoni. L-ammont ta' għajnuna inizjali, kif innotifikat f'Novembru 2010, kien ta' EUR 15-il miljun. Madankollu, fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Mejju 2013, l-awtoritajiet Ċiprijotti indikaw ammont ta' għajnuna ta' EUR 17,8 miljun, fid-dawl taż-żieda fl-ispejjeż tar-ristrutturar.

II.3   IL-BENEFIĊJARJA

(16)

Il-benefiċjarja ta' din l-għajnuna hija CSK. CSK twaqqfet fl-1981 bħala kumpanija ta' utilità pubblika tal-Istat, bil-għan li taqdi l-ħtiġijiet ta' ċerti muniċipalitajiet tad-Distretti ta' Lefkosia, Lemesos u Larnaka. Fl-2003, is-sistema regolatorja rilevanti ġiet liberalizzata permezz tal-adozzjoni tal-Liġi 26(I) tal-2003. (4) Dik il-liġi tirregola l-istruttura, l-organizzazzjoni u l-funzjonijiet ta' biċċeriji ċentrali, bħal CSK. Skont l-istess liġi, il-proprjetà mobbli u immobbli ta' organizzazzjonijiet bħal dawn ma tistax tkun soġġetta għal proċedimenti normali ta' infurzar jew sekwestru, u lanqas għal xi proċedura oħra wara li tittieħed azzjoni kontrihom. Fl-2010 (jiġifieri fiż-żmien meta ntbagħtet in-notifika tal-għajnuna għar-ristrutturar), CSK kellha sehem mis-suq ta' madwar 30,7 % fis-suq Ċiprijott (5). F'Novembru 2012, is-sehem naqas għal madwar 26,5 %. L-awtoritajiet Ċiprijotti kkonfermaw li CSK topera f'żona li hija megħjuna għal finijiet ta' għajnuna reġjonali skont id-deroga tal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE.

(17)

Skont il-liġi Ċiprijotta, huma biss il-kumpaniji rregolati bil-liġi privata li jistgħu jkunu soġġetti għal proċedimenti ta' falliment, billi d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi tal-Kumpaniji japplikaw biss għall-kumpaniji rregolati bil-liġi privata. B'konsegwenza ta' dan, jidher li l-kumpaniji ta' utilità pubblika tal-Istat ma jistgħux ikunu soġġetti għal proċedimenti ta' falliment.

(18)

Skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji li ġew sottomessi, fi tmiem l-2009 CSK kellha obbligazzjonijiet b'terminu qasir ta' madwar EUR 19,4 miljun u akkumulat telf ta' madwar EUR 28,6 miljun. Sal-aħħar tal-2012, l-obbligazzjonijiet b'terminu qasir qabżu EUR 30 miljun u t-telf akkumulat żdied għal kważi EUR 40 miljun.

(19)

Fiż-żmien tan-notifika tar-ristrutturar, CSK kellha 110 impjegati, li 22 minnhom kienu impjegati bi status ta' impjegat taċ-ċivil, filwaqt li l-bqija kienu ħaddiema bil-ġurnata. Il-fatturat tal-kumpanija għas-sena 2009 kien ta' madwar EUR 5 miljun. Fl-2012, il-fatturat naqas għal madwar EUR 3,6 miljun. Minkejja l-fatturat baxx tagħha, il-kumpanija ma tistax titqies bħala SME skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (6) għaliex aktar minn 25 % tad-drittijiet tal-vot tagħha (skont it-tifsira tal-Artikolu 3(4) tal-Anness għal dik ir-Rakkomandazzjoni) huma kkontrollati minn korp pubbliku. CSK hija kompletament proprjetà tal-Istat u l-membri kollha tal-Bord tad-Diretturi tagħha jinħatru mill-awtoritajiet lokali parteċipanti.

(20)

Kif ġie spjegat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2010 b'rabta mal-għajnuna għas-salvataġġ lil CSK (każ Nru N 60/10), CSK irċeviet għajnuna għas-salvataġġ minħabba li ma setgħetx tiffunzjona aktar fil-forma attwali tagħha. Bħala r-raġuni ewlenija li wasslet lil CSK għas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha l-awtoritajiet Ċiprijotti indikaw il-fatt li, għall-kuntrarju tal-kompetituri ewlenin tagħha, CSK kienet kumpanija ta' utilità pubblika tal-Istat. Dan irriżulta f'nuqqas ta' flessibbiltà (fir-rigward tat-teħid tad-deċiżjonijiet u r-relazzjonijiet mal-persunal), kif ukoll fi spejjeż tax-xogħol għoljin u nuqqas ta' kultura tal-kumpanija. Fid-dawl tal-liberalizzazzjoni tas-suq, u d-dħul fis-suq ta' biċċeriji ġodda bi proprjetà privata, dan wassal għall-erożjoni tal-ishma mis-suq ta' CSK u għall-akkumulazzjoni sussegwenti tad-djun.

(21)

Fid-Deċiżjoni tagħha fil-każ Nru N 60/10 l-Kummissjoni rrikonoxxiet li CSK kienet impriża f'diffikultà. Il-kontijiet annwali tal-kumpanija għas-snin 2006-2009 ikkonfermaw din is-sejba. Huma wrew li l-introjtu tal-kumpanija ma setax ikopri l-infiq kurrenti, l-aktar minħabba l-ispejjeż tax-xogħol għoljin. B'riżultat ta' dan, il-kumpanija ma kinitx f'pożizzjoni li tħallas lura l-pagamenti akkont tas-self u obbligazzjonijiet oħrajn. CSK uriet is-sinjali ta' impriża f'diffikultà li jidhru hawn taħt: żieda fit-telf, tnaqqis fil-fatturat, żieda fil-kapaċità eċċessiva, tnaqqis fil-likwidità, żieda fid-dejn u tnaqqis fil-valur tal-assi netti. Fid-Deċiżjoni tagħha tas-6 ta' Mejju 2010, il-Kummissjoni sabet ukoll li CSK ma setgħetx tirkupra mingħajr għajnuna, minħabba li l-fondi u l-assi tagħha kienu qegħdin jonqsu malajr u li hija ma setgħetx tikseb fondi minn sorsi tas-suq.

(22)

Minn dak iż-żmien 'il hawn, ix-xejra negattiva fl-iżvilupp ekonomiku ta' CSK issoktat. Il-fatturat tagħha waqa' f'daqqa għal madwar EUR 3,6 miljuni fl-2012 meta hija akkumulat it-telf u, fl-istess waqt, l-ekwità negattiva kienet tammonta għal kważi EUR 40 miljun.

(23)

Sal-31 ta' Diċembru 2011, CSK kienet akkumulat dejn pendenti mal-Kummissarju tas-Self Ċiprijott ta' madwar EUR 11-il miljun, kellha pagamenti pendenti x'jitħallsu lill-awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali ta' madwar EUR 8,7 miljun u spejjeż veterinarji ta' madwar EUR 1,3 miljun.

II.4   BAŻI LEGALI

(24)

Il-bażi legali tal-għajnuna għar-ristrutturar hija d-Deċiżjoni Nru 71.196 datata t-2 ta' Novembru 2010, li ġiet adottata mill-Kunsill Ministerjali ta' Ċipru.

II.5   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

(25)

L-għajnuna għar-ristrutturar inizjalment innotifikata u li kellha tingħata lill-benefiċjarju kienet tammonta għal EUR 15-il miljun. Dan l-ammont kien jirrappreżenta 55,6 % tal-ispiża totali tar-ristrutturar ta' EUR 26,85 miljun. L-44,4 % li fadal kellu jiġi ffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet li saru minn CSK stess (cf. il-premessa 26 hawn taħt). Madankollu, fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Mejju 2013, l-awtoritajiet Ċiprijotti indikaw li, sadanittant, l-ispejjeż tar-ristrutturar kienu żdiedu u li, konsegwentement, l-ammont tal-għajnuna għar-ristrutturar kellu jiżdied ukoll għal EUR 17,772 miljun. It-tqassim tal-ispejjeż tar-ristrutturar skont l-awtoritajiet Ċiprijotti huwa kif ġej:

Miżura ta' Ristrutturar

L-ispiża f'Novembru 2010 (f'miljuni ta' EUR)

L-ispiża f'Mejju 2013 (f'miljuni ta' EUR)

Kumpens lill-Persunal

3,5

3,340

Il-ħlas tad-djun lejn l-Organiżmi tas-Sigurtà Soċjali

4,891

6,140

Il-ħlas tad-djun lejn it-Taqsima tad-Dħul Intern

2,361

3,646

Il-Pagamenti tal-Pensjonijiet tal-Persunal u pagamenti oħrajn ta' darba lill-ħaddiema

4,9

3,340

Ripagamenti tas-Self

11,1

13,306

Servizzi ta' Konsulenza

0,1

 

Totali

26,852

29,772

(26)

Skont l-awtoritajiet Ċiprijotti, CSK kellha l-ħsieb li tiffinanzja l-kontribuzzjoni tagħha permezz li tieħu self ġdid ta' EUR 5 miljun u permezz ta' ammont ta' EUR 7 miljuni miġbura minn bejgħ ta' proprjetà. Għalhekk, il-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju ta' EUR 12-il miljun tikkorrespondi għal 40,3 % tal-ispejjeż tar-ristrutturar aġġornati totali. F'April 2013, l-awtoritajiet Ċiprijotti ssottomettew stima tal-proprjetà immobbli ta' CSK, li tistma l-valur tal-assi immobbli tal-biċċerija (art, bini u kiri) għal madwar EUR 8,2 miljun. Madankollu, fir-rigward tat-teħid ta' self ġdid, l-awtoritajiet Ċiprijotti indikaw fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Mejju 2013 li, fl-isfond tal-ambjent ekonomiku attwali, il-kisba ta' self bħal dan għandha titqies bħala dubjuża.

II.6   IL-PJAN TA' RISTRUTTURAR

(27)

Il-pjan ta' ristrutturar tħejja f'Ottubru tal-2010 u ntbagħat lill-Kummissjoni bħala parti min-notifika sottomessa fit-3 ta' Novembru 2010. It-tweġiba pprovduta minn Ċipru fis-26 ta' Novembru 2012 kienet tinkludi aġġornament fir-rigward tal-projezzjonijiet finanzjarji u d-dejta tas-suq rilevanti. Il-pjan ta' ristrutturar oriġinali jinkludi t-taqsimiet li ġejjin:

II.6.1   Analiżi tas-suq

(28)

Din it-taqsima tal-pjan ta' ristrutturar tibda billi tispjega kif jiffunzjonaw il-biċċeriji f'Ċipru. Il-biċċeriji privati saru permessi mill-2003, fid-dawl tad-dħul imminenti ta' Ċipru fl-Unjoni Ewropea.

(29)

Il-pjan jgħaddi biex jippreżenta s-suq tal-produzzjoni tal-laħam (il-produzzjoni skont it-tip ta' laħam — majjal, ċanga u ovini/kaprini, il-prezzijiet, il-kwalità, l-impjiegi, l-importazzjonijiet/esportazzjonijiet, il-kompetituri) kif ukoll il-konsum tal-laħam f'Ċipru (il-konsum per capita, il-konsum ta' prodotti importati, il-konsum għal kull punt ta' bejgħ — ipermerkati/ħwienet tal-laħam/HORECA/industriji ta' prodotti tal-laħam ippreparati, markar korporattiv, il-kwalità tal-laħam). Il-pjan jipprovdi wkoll estimi tal-prospetti futuri għall-provvista u d-domanda fis-swieq ikkonċernati.

(30)

F'dak li għandu x'jaqsam mas-suq tal-biċċeriji, hemm ħames kumpaniji li huma attivi f'Ċipru. Fl-2010, is-sehem mis-suq tal-benefiċjarja skont il-pjan kien ta' madwar 31 %. Jekk is-suq jinqasam skont il-kategorija tal-laħam, l-ishma mis-suq kienu kif jidher hawn taħt għall-2009 u għall-ewwel tmien xhur tal-2010:

(%)

Tip ta' Annimal

Nagħaġ/mogħoż

Baqar

Ħnieżer

Total (7)

Sena

2009

2010

2009

2010

2009

2010

2009

2010

Cypra Ltd

20,39

22,37

63,34

70,40

50,79

56,79

Il-Biċċerija Ċentrali ta' Kofinou

34,24

30,53

100

100

27,26

21,96

34,84

30,72

Agioi Trimithias

18,97

17,15

4,74

2,46

6,71

4,26

A&A Slaughterhouses Ltd

14,52

18,37

4,66

5,18

5,87

6,62

Il-Biċċerija Muniċipali ta' Polis Chrysochous

11,89

11,58

1,73

1,61

(31)

Mill-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Ċiprijotti fis-26 ta' Novembru 2012 jirriżulta li s-sehem mis-suq totali ta' CSK kompla jonqos għal 29,3 % fl-2011 u għal 26,5 % fl-2012. Il-kumpanija tilfet ukoll il-monopolju tagħha fil-kategorija tal-qtil tal-baqar, wara d-dħul fis-suq ta' Cypra, iżda xorta waħda kellha aktar minn 92 % tas-sehem mis-suq f'dan is-segment. B'mod ġenerali, is-suq Ċiprijott għall-qtil tal-annimali fil-biċċeriji juri xejra ġenerali 'l isfel bi staġnar fl-2010, tnaqqis ta' 2 % fl-2011 u tnaqqis ieħor ta' 3,8 % fl-2012.

(32)

Fl-aħħar tal-2012, il-ħames biċċeriji attivi fis-suq Ċiprijott kellhom il-kapaċità indikata hawn taħt ta' annimali maqtula kuljum:

Nru

Isem tal-biċċerija

Kapaċità ta' annimali maqtula kuljum

Baqar

Ħnieżer

Nagħaġ/mogħoż

1

Il-Biċċerija Ċentrali ta' Kofinou

200

3 040

960

2

Cypra Ltd

104

1 920

1 200

3

A + A Slaughterhouses Ltd

1 200

880

4

Agioi Trimithias

700

700

5

Il-Biċċerija Muniċipali ta' Polis Chrysochous

500

(33)

Iċ-ċifri pprovduti juru l-waqgħa tabilħaqq konsiderevoli tas-sehem mis-suq ta' CSK fl-aħħar ftit snin. Fl-2005, is-sehem mis-suq ġenerali ta' CSK kien għadu għoli xejn inqas minn 68 %. Din iċ-ċifra niżlet għal 41 % fl-2008 u għal 26,5 % fl-2012. Dan l-iżvilupp kien dovut l-aktar għal-liberalizzazzjoni tas-suq fl-2003 u għad-dħul fis-suq sussegwenti ta' impriżi bi proprjetà privata.

(34)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-qtil tal-baqar fil-biċċeriji, il-pjan ta' ristrutturar kien ibbażat fuq is-suppożizzjoni li mill-inqas żewġ kompetituri attwali (Cypra u Ayioi Trimithias) kellhom il-ħsieb li jidħlu fis-suq. Barra minn hekk, qed jingħad li hemm kumpanija oħra (l-Organizzazzjoni Pan-Ċiprijotta ta' Dawk li Jrabbu l-Baqar) li għandha l-ħsieb li tidħol fis-suq. Dik l-organizzazzjoni tikkontrolla 75 % tas-suq tal-produzzjoni tal-baqar f'Ċipru. Eventwalment, Cypra daħlet f'dan is-segment fl-2012 u tirrikonoxxi wkoll li Agioi Trimithias u l-Organizzazzjoni Pan-Ċiprijotta ta' Dawk li Jrabbu l-Baqar ukoll qegħdin jippjanaw li jidħlu fis-suq għall-qtil tal-baqar fil-biċċeriji.

II.6.2   Preżentazzjoni tal-Benefiċjarja

(35)

CSK inħolqot permezz tad-Digriet Ministerjali bħala organizzazzjoni ta' Servizz Pubbliku, bil-għan li sservi bosta muniċipalitajiet, inklużi l-bliet ewlenin f'Ċipru, li kellu jkollhom faċilitajiet ta' biċċeriji. Il-Bord tad-Diretturi huwa magħmul minn 15-il membru (sitt sindki, ħames kunsilliera muniċipali u erba' rappreżentanti mill-Unjoni Komunitarja).

(36)

Kif ġie spjegat qabel, il-pożizzjoni kompetittiva tal-kumpanija bdiet tiddeterjora mil-liberalizzazzjoni tas-suq fl-2003. Skont l-awtoritajiet Ċiprijotti, il-fatturi ewlenin li kkontribwixxew għas-sitwazzjoni tagħha jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

il-funzjonament tal-kumpanija u l-kompożizzjoni tal-Bord tad-Diretturi tagħha (uffiċjali muniċipali li għandhom prijoritajiet oħrajn u għalhekk mhux neċessarjament jiffokaw fuq il-problemi tal-kumpanija);

(b)

il-bażi tal-ekwità inizjali;

(c)

il-liberalizzazzjoni tas-suq, mingħajr pjan strateġiku sabiex jiġu ffaċċjati l-isfidi rilevanti;

(d)

l-ispejjeż tax-xogħol għoljin (persunal superfluwu, nuqqas ta' motivazzjoni, produttività baxxa, nuqqas ta' flessibbiltà fit-terminazzjoni tal-kuntratti, ebda kultura orjentata lejn is-servizzi, eċċ.);

(e)

produttività baxxa.

(37)

Il-maniġment tal-kumpanija pprova jindirizza wħud minn dawn il-problemi, u kellu xi riżultati pożittivi. Madankollu, il-waqgħa tal-ishma mis-suq tal-kumpanija rriżultat f'telf dejjem jiżdied matul is-snin.

(38)

Il-pjan jipprovdi analiżi SWOT (saħħa, dgħufija, opportunitajiet u theddid) għal CSK. Huwa sostnut li l-elementi ta' saħħa tagħha jinkludu kapaċità ta' produzzjoni sinifikanti, għarfien u tradizzjoni u konformità mar-regolamenti tal-UE. Id-dgħufijiet jinkludu spejjeż tal-produzzjoni għoljin, id-dipendenza fuq attività waħda, in-nuqqas ta' kultura orjentata lejn is-servizz u t-telf tal-fiduċja tal-klijenti fir-rigward tal-iskedi tal-qtil tal-annimali fil-biċċeriji. Barra minn hekk, il-kumpanija għandha nuqqas ta' flessibbiltà fir-rigward tal-funzjonament tagħha, kif ukoll fir-rigward tal-impjiegi. Li kieku l-kumpanija kienet qiegħda tiffunzjona bħala kumpanija privata, bil-parteċipazzjoni ta' investituri privati, id-deċiżjonijiet rilevanti kienu jittieħdu mill-Bord tad-Diretturi u mill-assemblea ġenerali tagħha. Fl-aħħar nett, l-impjegati tal-kumpanija għandhom status ta' impjegati taċ-ċivil, għalhekk it-tkeċċija tagħhom tkun estremament diffiċli u għalja.

(39)

It-theddidiet jinkludu d-dħul ta' parteċipanti ġodda fis-suq, iż-żieda mistennija fl-importazzjonijiet tal-laħam minn Stati Membri oħrajn tal-UE, minħabba l-prezzijiet aktar baxxi u l-kwalità aħjar tal-prodotti importati, li għandha twassal għal tnaqqis fil-qtil tal-annimali fil-biċċeriji f'Ċipru, it-tnaqqis tal-attivitajiet ta' trobbija tal-annimali f'Ċipru u l-ispejjeż għoljin tal-produzzjoni. F'dak li għandu x'jaqsam mal-opportunitajiet, il-pjan jirrikonoxxi l-possibbiltà li jinkrew linji tal-produzzjoni lil kumpaniji terzi, it-titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija permezz tal-bejgħ ta' proprjetà immobbli, kif ukoll il-kollaborazzjoni mal-parteċipanti kbar fis-suq.

II.6.3   Miżuri ta' ristrutturar

(40)

Għall-ewwel, l-ispiża totali għar-ristrutturar tal-kumpanija kienet tammonta għal madwar EUR 27 miljun. 55,6 % ta' dak l-ammont kellu jiġi pprovdut mill-Istat, filwaqt li l-parteċipazzjoni tal-kumpanija kellha tirrappreżenta l-44,4 % li jifdal (EUR 12-il miljun). Madankollu, kif ġie spjegat fil-premessa 25 aktar 'il fuq, l-awtoritajiet Ċiprijotti indikaw fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Mejju 2013 li, sadanittant, l-ispejjeż għar-ristrutturar kienu żdiedu għal madwar EUR 29,8 miljun, filwaqt li l-kontribuzzjoni ta' CSK kienet se tibqa' l-istess.

(41)

Il-kontribuzzjoni proprja ta' CSK se tinġabar (i) mill-bejgħ ta' proprjetà immobbli (EUR 7 miljun) li, skont l-awtoritajiet Ċiprijotti, għandu jkun nieqes minn element ta' għajnuna mill-Istat, minħabba li l-prezz se jiġi kkalkolat skont il-valur tas-suq minn stimatur indipendenti, u (ii) minn kuntratt ta' ftehim ta' self ġdid (EUR 5 miljun). Madankollu, l-awtoritajiet Ċiprijotti rrikonoxxew ukoll fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Mejju 2013 li, fil-kuntest tal-ambjent ekonomiku attwali, il-kisba ta' self bħal dan għandha titqies bħala dubjuża.

(42)

Il-pjan jipprevedi l-miżuri ta' ristrutturar li ġejjin:

II.6.3.1   Flessibbiltà — Bidla tal-istatus legali

(43)

Għat-titjib tal-flessibbiltà tiegħu fl-oqsma kollha, il-pjan ta' ristrutturar jipproponi t-trasformazzjoni ta' CSK f'kumpanija rregolata bil-liġi privata. Huwa mistenni li dan itejjeb il-flessibbiltà tal-kumpanija f'dak li għandu x'jaqsam mat-teħid tad-deċiżjonijiet. Dan għandu jistimola wkoll l-interess minn investituri privati, li jistgħu jidħlu fil-parteċipazzjoni azzjonarja tal-kumpanija. Fl-aħħar nett, il-bidla fl-istatus tal-impjegati tiffaċilita l-ingaġġar u t-tkeċċija tal-persunal.

II.6.3.2   Tnaqqis tal-obbligazzjonijiet tal-kumpanija

(44)

Il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi l-ħlas sħiħ tad-djun tal-kumpanija lill-Fond tas-Sigurtà Soċjali (EUR 6,14 miljun sal-aħħar tal-2012) u lit-Taqsima tad-Dħul Intern (EUR 3,646 miljun sal-aħħar tal-2012). Barra minn hekk, il-kumpanija se tħallas id-djun maturi li jammontaw għal EUR 13,306 miljun (inkluż is-self ta' salvataġġ diġà approvat ta' EUR 1,6 miljun). L-ispiża globali ta' din il-miżura hija kkalkolata li tlaħħaq għal madwar EUR 23,1 miljun. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċiprijotti kkonfermaw fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Mejju 2013 li l-obbligazzjonijiet pendenti dovuti lis-Servizz Veterinarju se jitħallsu b'mod gradwali wara r-ristrutturar.

II.6.3.3   Il-persunal

(45)

Il-pjan jipprevedi l-migrazzjoni tal-impjegati kollha li għandhom status ta' impjegati taċ-ċivil lejn il-muniċipalitajiet u t-tkeċċija tal-persunal li jifdal. Il-kumpanija, bl-istatus il-ġdid tagħha, imbagħad tissostitwixxi l-persunal tagħha b'impjegati ġodda. L-impjegati l-ġodda jiġu ingaġġati b'kundizzjonijiet ta' salarji u bi skemi ta' pensjoni ġodda. Il-kumpanija se jkollha wkoll il-possibbiltà li tirrikorri għal servizzi ta' esternalizzazzjoni kull meta jkollha bżonn. Huwa previst li wara r-ristrutturar tal-kumpanija, il-membri tal-persunal ikunu magħmula biss minn disa' karigi maniġerjali u 67 impjegat/ħaddiem. L-ispiża tal-miżuri rilevanti kollha għal CSK se tammonta għal EUR 6,68 miljun, maqsuma bejn l-ispejjeż tal-kumpens lill-persunal (EUR 3,34 miljun) u l-ħlas tad-drittijiet tal-pensjoni (EUR 3,34 miljun). Huwa previst li ladarba l-pjan jidħol fis-seħħ, l-ispejjeż tas-salarji jitnaqqsu drastikament.

II.6.4   Miżuri ta' kumpens

(46)

Il-pjan jipproponi l-miżuri ta' kumpens li ġejjin:

impenn minn CSK li ma testendix l-attivitajiet tagħha għal swieq assoċjati oħrajn (il-kummerċ tal-laħam, il-ħolqien ta' faċilitajiet għat-tqattigħ tal-laħam) għal perjodu ta' tliet snin;

impenn minn CSK li ma taġġornax it-teknoloġija tagħha għall-qtil tal-ħnieżer fil-biċċeriji, bix-xiri ta' linja għall-isturdament tal-ħnieżer bl-użu tad-dijossidu tal-karbonju, għal perjodu ta' tliet snin;

impenn minn CSK li, għal perjodu ta' tliet snin, ma tirrikorrix għal azzjonijiet aggressivi sabiex iżżid l-ishma tas-suq tagħha għal livelli 'l fuq minn dawk li hija kellha fl-2009. L-awtoritajiet Ċiprijotti identifikaw dawn li ġejjin bħala azzjonijiet aggressivi: (i) kampanji attivi ta' reklamar, (ii) tnaqqis aggressiv tal-prezzijiet, (iii) aġġornamenti teknoloġiċi sabiex tittejjeb il-kwalità, u (iv) l-akkwiżizzjoni tal-kompetituri.

(47)

Skont l-awtoritajiet Ċiprijotti, mhux se jkun possibbli li CSK tnaqqas il-kapaċità tagħha. Ir-raġuni hija li CSK għandha biss linja ta' produzzjoni waħda għal kull tip ta' annimal. L-awtoritajiet Ċiprijotti jsostnu li l-bejgħ tal-magni rilevanti sabiex titnaqqas il-kapaċità se jwassal biex CSK toħroġ mis-segment tas-suq rilevanti.

II.7   OBBLIGU TA' SOSPENSJONI

(48)

Skont l-awtoritajiet Ċiprijotti, l-għajnuna għar-ristrutturar tista' tingħata biss wara li tiġi approvata mill-Kummissjoni.

II.8   RAPPORTI ANNWALI

(49)

L-awtoritajiet Ċiprijotti impenjaw ruħhom li jissottomettu rapporti dettaljati regolari dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar.

III.   L-ILMENT

(50)

Fl-20 ta' Jannar 2011, Cypra, kompetitur ta' CSK, ressqet ilment. Cypra hija kumpanija bi proprjetà privata li bdiet topera fis-suq tal-biċċeriji ta' Ċipru fl-2006. Fiż-żmien li ressqet l-ilment, Cypra kellha l-akbar sehem fis-suq tal-qtil tal-ħnieżer fil-biċċeriji (71 %), kif ukoll fis-suq tal-biċċeriji globali ta' Ċipru (57 %).

(51)

L-ilment allega li, fil-passat riċenti, il-benefiċjarja bbenifikat minn bosta għajnuniet. B'mod aktar speċifiku, qed jiġi sostnut li CSK irċeviet l-għajnuniet li ġejjin:

(a)

għajnuna fil-forma ta' tolleranza kontinwa mill-Istat għal dewmien fil-ħlas tal-ammonti dovuti ta' madwar EUR 29 miljun, magħmula minn affarijiet bħal obbligazzjonijiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, self mogħti mill-Kummissarji tas-Self, imgħaxijiet rilevanti, kif ukoll ammonti li jirrappreżentaw il-ħlasijiet għall-qtil fil-biċċeriji. B'sostenn għat-talba tagħha, il-kumpanija lmentatriċi ssottomettiet opinjoni motivata maħruġa mill-Kummissarju Ċiprijott għall-għajnuna mill-Istat fid-9 ta' Lulju 2007, li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Ċiprijotta fl-20 ta' Lulju 2007. Tabilħaqq, l-opinjoni tirrikonoxxi li l-awtoritajiet Ċiprijotti, billi jonqsu milli jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiġbru d-djun ta' CSK, fir-realtà qegħdin jagħtu għajnuna mill-Istat;

(b)

bidla taż-żona tal-akkomodazzjoni u tal-ippjanar tar-roqgħa art ta' CSK minn żona agrikola għal waħda industrijali f' Marzu 2007;

(c)

l-għoti ta' self li jammonta għal EUR 512 850 mill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet implimentata f'Diċembru tal-2007;

(d)

l-għajnuna għas-salvataġġ ta' EUR 1,6 miljun approvata mill-Kummissjoni Ewropea f'Mejju 2010, li skont l-ilmentatriċi ma kinitx tiġi approvata li kieku Ċipru ma naqasx li jiżvela fatti materjali, b'mod speċjali l-għoti preċedenti ta' għajnuniet mill-Istat.

(52)

L-ilment jikkonkludi li l-għotja tal-għajnuna għar-ristrutturar se tfixkel il-kompetizzjoni, minħabba li fis-snin ta' qabel il-benefiċjarja gawdiet b'mod kostanti minn għajnuniet mogħtija mill-Istat Ċiprijott.

(53)

Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-bidla taż-żona tal-akkomodazzjoni u tal-ippjanar tar-roqgħa art ta' CSK ma kinitx tidher li tinvolvi t-trasferiment ta' riżorsi tal-Istat, filwaqt li l-għajnuna għas-salvataġġ diġà kienet soġġetta għall-iskrutinju tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni offriet l-opportunità lill-awtoritajiet Ċiprijotti li jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar l-allegazzjonijiet dwar l-għoti tal-għajnuniet imsemmija taħt il-premessa 51(a) u (c) hawn fuq.

(54)

Fit-tweġiba tagħhom tal-4 ta' Marzu 2011, l-awtoritajiet Ċiprijotti ma pprovdewx informazzjoni adegwata li turi li t-tolleranza kontinwa tad-dewmien fil-ħlas tal-ammonti dovuti ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tas-self ta' EUR 512 850, l-awtoritajiet Ċiprijotti indikaw li wara opinjoni negattiva mill-Kummissarju Ċiprijott għall-għajnuna mill-Istat, CSK ħallset lura s-self lill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet bl-imgħax, permezz tat-trasferiment tas-sjieda tal-art.

IV.   DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI TAL-20 TA' APRIL 2011

(55)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-20 ta' April 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE. B'mod aktar speċifiku, hija kkonkludiet li, fir-rigward tal-għajnuna għar-ristrutturar, il-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 107(1) huma, prima facie, issodisfati. Instab ukoll li kien hemm indikazzjonijiet li setgħet ingħatat xi għajnuna oħra fil-forma ta': (i) it-tolleranza kontinwa mill-Istat għal dewmien fil-ħlas tal-ammonti dovuti, (ii) is-self ta' EUR 512 850 mill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet, (iii) l-allegata għajnuna b'konnessjoni mal-bonds appoġġjati mill-gvern, u (iv) l-akkwiżizzjoni mill-muniċipalitajiet tal-impjegati eżistenti u tal-obbligazzjonijiet tal-pensjoni marbutin magħhom.

IV.1   IL-KUMMENTI TA' ĊIPRU DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI TAL-20 TA' APRIL 2011

(56)

L-awtoritajiet Ċiprijotti għamlu l-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2011 permezz ta' ittra datata l-24 ta' Ġunju 2011. L-argumenti tal-awtoritajiet Ċiprijotti huma ppreżentati fil-punti li ġejjin.

IV.1.1   It-tolleranza tal-Istat għad-dewmien fil-ħlas tal-ammonti dovuti

(57)

Fit-tweġiba tagħhom, l-awtoritajiet Ċiprijotti jsostnu li bosta awtoritajiet pubbliċi, bħad-Dipartiment tad-Dħul Intern u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, fil-passat kisbu deċiżjonijiet tal-qrati li ordnaw lil CSK tħallas lura d-djun tagħha lill-awtoritajiet rilevanti. Madankollu, abbażi tal-Artikolu 18 tal-Liġi 26(I) tal-2003, il-proprjetà mobbli u immobbli tal-biċċeriji pubbliċi ma tistax tkun soġġetta għal proċedimenti normali ta' infurzar jew sekwestru, u lanqas għal xi proċedura oħra wara li tittieħed azzjoni kontrihom. Għalhekk, skont is-sistema regolatorja attwali, l-ordnijiet tal-qorti maħruġa kontra CSK ma jistgħux jiġu infurzati.

(58)

Huwa sostnut ukoll li minħabba li ma jistgħux jiġu infurzati d-deċiżjonijiet tal-qrati kontra CSK, u minħabba l-proċess ta' ristrutturar kontinwu, mhux se jittieħdu aktar miżuri mill-awtoritajiet sakemm jiġi konkluż il-proċess tar-ristrutturar. Huwa nnotat ukoll li ebda azzjoni differenti għall-ġbir tad-djun inkwistjoni ma tirriżulta fl-irkupru tal-ammonti. L-awtoritajiet Ċiprijotti jikkonkludu li d-deċiżjoni tagħhom li jagħtu l-għajnuna għar-ristrutturar lil CSK tikkostitwixxi prova tal-intenzjoni tal-gvern li jħallas id-djun ta' CSK lid-dipartimenti tal-gvern.

IV.1.2   Għoti ta' self ta' EUR 512 850 mill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet

(59)

L-awtoritajiet Ċiprijotti jirrikonoxxu li l-Unjoni tal-Muniċipalitajiet tat self ta' EUR 512 850 lil CSK f'Diċembru tal-2007. Wara li ġie sottomess l-ilment, il-Kummissarju Ċiprijott għall-għajnuna mill-Istat iddeċieda li l-għotja ta' din is-somma għandha titqies bħala għajnuna operattiva illegali li ngħatat mingħajr notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea. L-awtoritajiet Ċiprijotti jżidu li CSK ħallset lura dan l-ammont fil-15 ta' Jannar 2010 lill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet bl-imgħax, permezz tat-trasferiment tas-sjieda tal-art b'valur ta' EUR 580 000. L-istima tal-art kienet effettwata mid-Dipartiment tar-Reġistru u tal-Istħarriġ tal-Artijiet, li huwa meqjus bħala l-istimatur uffiċjali tal-Istat. L-awtoritajiet Ċiprijotti jsostnu li l-imgħax ta' EUR 67 150 jikkorrespondi għal rata ta' imgħax annwali ta' 6,12 %, jekk titqies ukoll il-kapitalizzazzjoni annwali. Skont l-awtoritajiet Ċiprijotti, din ir-rata ta' imgħax mhijiex aktar baxxa mir-rati tal-imgħax tas-suq b'kollateral immobbli matul il-perjodu inkwistjoni.

IV.1.3   Allegata għajnuna ġdida b'konnessjoni mal-bonds appoġġjati mill-Istat

(60)

L-awtoritajiet Ċiprijotti jtennu li l-bonds inkwistjoni nħarġu fl-1985 b'garanzija tal-Istat u reġgħu nħarġu fl-1992 u fl-1999 abbażi ta' Liġi approvata mill-Parlament. Fid-9 ta' Lulju 2007, il-Qorti Reġjonali ta' Lefkosia ordnat il-ħlas tad-dejn mill-Istat bħala l-garanti lil wieħed mill-proprjetarji tal-bonds. Wara din id-deċiżjoni tal-Qorti, il-gvern kellu jerġa' jħallas is-somom rilevanti, inkluż l-imgħax. L-Istat ma kellux kontro-pretensjonijiet kontra CSK u, għal dik ir-raġuni, ma sar ebda tħassir tal-pretensjonijiet.

IV.1.4   It-trasferiment tal-persunal lill-muniċipalitajiet

(61)

Fir-rigward tat-trasferiment tal-persunal lill-muniċipalitajiet, l-awtoritajiet Ċiprijotti jsostnu li dan kien jikkonċerna biss 19-il impjegat. Il-benefiċċji tal-pensjoni għal dawn in-nies diġà tqiesu fl-ispejjeż tar-ristrutturar u skont il-pjan ta' ristrutturar dawn jammontaw għal EUR 1,4 miljun. Tlettax-il muniċipalità qablu li jingaġġaw 15 minn fost id-19-il membru permanenti tal-persunal ta' CSK, li b'dan il-mod ikopru l-ħtiġijiet tagħhom f'termini ta' persunal. Wara dan il-ftehim, il-Ministeru tal-Intern u l-Ministeru tal-Finanzi ma jawtorizzawx il-ħolqien ta' impjiegi ġodda jew addizzjonali fil-muniċipalitajiet involuti.

(62)

Wara dak li ntqal hawn fuq, ġie miftiehem li kull impjegat permanenti ta' CSK għandu jiġi ttrasferit bl-istess pożizzjoni u bl-istess salarju bħalma kellu diġà qabel f'CSK. Għal din ir-raġuni, ġei miftiehem li l-muniċipalitajiet li jieħdu f'idejhom l-impjegati preċedenti ta' CSK iħallsu l-parti tas-salarju li tikkorrespondi għall-iskala tas-salarju inizjali ta' impjegat ġdid u l-Istat iħallas id-differenza fis-salarju. L-ammonti li jħallas l-Istat jikkonċernaw il-perjodu mit-trasferiment sal-aħħar tal-karriera ta' kull impjegat. Din is-somma għall-15-il impjegat ta' CSK kienet stmata għal madwar EUR 3,4 miljun. Skont l-awtoritajiet Ċiprijotti, din is-somma ma tikkonċernax in-nefqa li kellha titħallas minn CSK u, għal din ir-raġuni, mhijiex inkluża fl-ispejjeż tar-ristrutturar. Din hija prattika standard f'ċirkostanzi simili. L-awtoritajiet Ċiprijotti jikkonkludu li, għal din ir-raġuni, il-miżura mhijiex ta' karattru selettiv u, għalhekk, ma tissodisfax waħda mill-kundizzjonijiet għall-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat. Madankollu, l-awtoritajiet Ċiprijotti jsostnu li anki kieku din kellha titqies bħala għajnuna mill-Istat, hija tikkostitwixxi għajnuna ta' karattru soċjali li jmur lil hinn mill-interessi tal-benefiċjarju. Għal dawn l-għajnuniet, il-Linji Gwida jiddikjaraw li l-Kummissjoni tadotta approċċ pożittiv.

IV.1.5   L-effiċjenza tal-miżuri tal-pjan ta' ristrutturar

(63)

Fir-rigward tal-previżjoni tal-pjan ta' ristrutturar għal żieda fis-suq tal-biċċeriji ta' 2 % fit-tliet xenarji kollha (l-aqwa każ, l-agħar każ u intermedju), l-awtoritajiet Ċiprijotti jinnotaw li dan il-perċentwal kien iż-żieda annwali medja tal-annimali maqtula fil-biċċeriji f'Ċipru matul il-perjodu 1998-2008. Din kienet ukoll il-previżjoni li saret mill-maniġment ta' CSK għall-perjodu ta' ħames snin ta' wara. Tnaqqis fir-rata ta' tkabbir ta' 0,5 % isarraf fi tnaqqis fil-profitti ta' CSK ta' EUR 500 000, madankollu, il-benefiċjarja xorta waħda tibqa' tagħmel profitt wara l-perjodu ta' ristrutturar.

(64)

Fir-rigward tal-ispejjeż għat-trasferiment tal-persunal lill-muniċipalitajiet, l-awtoritajiet Ċiprijotti jtennu li se jiġu ttrasferiti 19-il persuna biss u li l-maġġoranza tal-membri tal-persunal żejda se jingħataw is-sensja.

(65)

Fid-deċiżjoni tagħha tal-20 ta' April 2011, il-Kummissjoni tqajjem id-dubji dwar il-ħila ta' CSK li tikkuntratta ftehimiet ta' self mal-istituzzjonijiet finanzjarji. F'dan ir-rigward l-awtoritajiet Ċiprijotti jsostnu li CSK ikkuntrattat self ma' banek kummerċjali, li qiegħed jitħallas b'mod normali u mingħajr dewmien. Minħabba l-fatt li, kif ġie spjegat hawn fuq, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti, il-proprjetà ta' CSK ma tistax tkun soġġetta għal proċedimenti normali ta' infurzar u sekwestru, is-self ikkuntrattat mal-banek huwa kopert minn garanziji tal-Istat. L-awtoritajiet Ċiprijotti jżidu li dan se jinbidel bir-ristrutturar tal-kumpanija u bil-bidla tal-istatus legali tagħha. Is-self futur skont il-kundizzjonijiet tas-suq se jkun jista' jinkiseb bis-saħħa tal-proprjetà tal-kumpanija, fost din il-proprjetà immobbli ta' valur ta' madwar EUR 7 miljun. Rigward il-valur tal-proprjetà immobbli ta' CSK, l-awtoritajiet Ċiprijotti jispeċifikaw li dan il-valur ġie kkalkulat mid-Dipartiment tar-Reġistru u tal-Istħarriġ tal-Artijiet u mill-Ministeru tal-Intern.

(66)

Fl-aħħarnett, l-awtoritajiet Ċiprijotti jtennu li l-problemi ta' CSK huma bbażati fuq il-fatti li ġejjin: (a) in-nuqqas ta' flessibbiltà fir-rigward tal-istruttura u l-funzjonament tagħha, (b) l-ispejjeż tax-xogħol għoljin, u (c) id-djun għoljin. Il-pjan ta' ristrutturar jirnexxilu jegħleb dawn il-problemi billi jbiddel l-istatus legali tal-kumpanija, inaqqas l-ispejjeż tax-xogħol u jnaqqas id-djun tal-kumpanija.

IV.1.6   L-effiċjenza tal-miżuri ta' kumpens

(67)

Fir-rigward tal-miżuri ta' kumpens, l-awtoritajiet Ċiprijotti l-ewwel itennu t-tħassib tagħhom dwar il-possibbiltà li Cypra tista' tikseb pożizzjoni ta' monopolju fis-suq. Skont l-awtoritajiet Ċiprijotti, Cypra indirizzat ittra lill-Ministeri Ċiprijotti tal-Intern, tal-Kummerċ u tal-Finanzi, fejn issemma li l-kumpanija għandha sehem mis-suq ta' 71 % fis-suq tal-qtil tal-ħnieżer fil-biċċeriji, li l-prezzijiet tagħha huma 20 % ogħla u li l-preferenza tal-klijenti hija bbażata, fost l-oħrajn, fuq il-fatt li hija toffri kwalità aħjar ta' laħam. Fil-fehma tal-awtoritajiet Ċiprijotti, dan jikkostitwixxi prova tal-fatt li Cypra għandha pożizzjoni dominanti u li, jekk CSK tieqaf topera, il-prezzijiet jogħlew. L-awtoritajiet Ċiprijotti jżidu li minkejja li Cypra indikat l-intenzjoni tagħha li tidħol fis-suq tal-qtil tal-baqar fil-biċċeriji fi żmien sitt xhur, sa issa hija għadha ma għamlitx dan. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċiprijotti jsostnu li Cypra għad ma għandhiex il-liċenzji kollha meħtieġa għall-ippjanar tat-tqassim tal-ispazju u liċenzji ta' natura oħra, u għalhekk id-dħul tagħha fis-segment tal-qtil tal-baqar fil-biċċeriji improbabbli fil-limitu ta' żmien stabbilit. Skont l-informazzjoni li għandhom l-awtoritajiet Ċiprijotti, ma hemm ebda kumpanija oħra li għandha l-ħsieb li tidħol f'dan is-segment.

(68)

Fir-rigward tal-kwistjoni tal-kapaċità eċċessiva, l-awtoritajiet Ċiprijotti jinnotaw li l-kapaċità eċċessiva fis-segment tal-qtil tal-ħnieżer fil-biċċeriji tilħaq 39 % u li l-kapaċità f'dan is-segment żdiedet bi 32 % minn mindu Cypra daħlet fis-suq fl-2006, filwaqt li l-kapaċità eċċessiva għall-ovini/kaprini maqtula fil-biċċeriji tilħaq 51 %, fejn żdiedet bi 17 % mid-dħul ta' Cypra fis-suq. Skont l-awtoritajiet Ċiprijotti, dan iwassal għall-konklużjoni li l-kapaċità eċċessiva fis-suq inħolqot mid-dħul ta' Cypra fl-istess suq. L-awtoritajiet Ċiprijotti jikkonkludu li minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja ta' CSK, kull restrizzjoni addizzjonali fuq l-operazzjonijiet ta' CSK taffettwa b'mod negattiv il-vijabbiltà tagħha.

IV.2   KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

IV.2.1   Kummenti tal-kumpanija ilmentatriċi dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2011

(69)

L-ilmentatriċi ssottomettiet il-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2011 permezz ta' ittra datata l-4 ta' Lulju 2011. Fl-ittra tagħha, Cypra ttenni li l-Organizzazzjoni Pan-Ċiprijotta ta' Dawk li Jrabbu l-Baqar għandha l-ħsieb li toħloq biċċerija.

(70)

Fir-rigward tal-miżuri ta' kumpens, Cypra tosserva li jekk l-għajnuna għar-ristrutturar tiġi approvata u jekk dawk li jrabbu l-ħnieżer jiġu involuti f'CSK, meta wieħed iqis ukoll il-kostruzzjoni tal-biċċerija l-ġdida ta' A&A, il-vijabbiltà tagħha tiġi pperikolata. Ir-raġuni hija li n-numru ta' ħnieżer maqtula minnha se jonqos b'mod sinifikanti. Cypra tfakkar ukoll li riċentament hija investiet somom importanti sabiex iżżid il-kapaċità tagħha. Hija żiedet ukoll li s-Cyprus Pig Farmers Association (li tirrappreżenta 100 % ta' dawk li jrabbu l-ħnieżer f'din il-gżira) hija involuta fil-proċess ta' ristrutturar. Apparentament, lil din l-assoċjazzjoni il-gvern qiegħed joffrilha ishma fil-kumpanija l-ġdida li se tinħoloq wara r-ristrutturar. Dan diġà, skont Cypra, imur kontra l-impenn li kumpanija ma tirrikorrix għal azzjonijiet aggressivi biex iżżid l-ishma mis-suq għal tliet snin. Fir-rigward tal-kapaċità, it-tliet kumpaniji Cypra, A&A u Trimithias għandhom kapaċità li joqtlu aktar minn 20 000 ħanżir fil-ġimgħa, filwaqt li l-produzzjoni rilevanti hija ta' madwar 14 000.

(71)

Cypra ssostni li qabel tiġi approvata l-għajnuna, l-awtoritajiet Ċiprijotti għandhom juru li CSK tkun f'pożizzjoni li tikkuntratta self ta' EUR 5 miljun. Fi kwalunkwe każ, l-aqwa soluzzjoni, skont l-ilmentatriċi, hija li tingħalaq il-linja tal-produzzjoni tal-qtil tal-ħnieżer. Dan ma joħloq ebda nuqqas fis-suq, minħabba li l-bqija tal-kumpaniji jistgħu jkopru l-ħtiġijiet tal-pajjiż. Cypra tagħmel ukoll allegazzjonijiet dwar ir-relazzjoni mill-qrib bejn il-membri attwali u dawk preċedenti tal-gvern Ċiprijott mal-maniġment ta' CSK li, jekk tissokta, twassal għal aktar imġiba inġusta kontra l-biċċeriji privati.

(72)

Fir-rigward tal-pretensjonijiet tal-Istat kontra CSK, Cypra ssostni li CSK ġabret ħlasijiet veterinarji li jammontaw għal EUR 900 000, li ma ngħatawx lura lill-Istat. Fir-rigward tat-trasferiment tal-persunal, l-Istat qabel li jissussidja l-ispiża tat-trasferiment tal-impjegati, billi jħallas id-differenza bejn is-salarju ta' impjegati li għadhom kif inħatru (fil-muniċipalitajiet) u s-salarju attwali tal-ħaddiema, għall-impjegati kollha li se jiġu ttrasferiti. Barra minn hekk, għall-impjegati li se jibqgħu fil-kumpanija l-ġdida, l-Istat se jissussidja 40 % tas-salarju preċedenti, sakemm jiġi fi tmiemu s-servizz tagħhom, filwaqt li l-kumpanija ġdida tħallas 60 %.

(73)

Fir-rigward tal-kontribuzzjoni proprja tal-kumpanija, Cypra ssostni li l-bejgħ tal-proprjetà immobbli ta' CSK għandu jsir fis-suq ħieles. Cypra tissuspetta li l-valur tal-art inkwistjoni, kif jidher mill-kera li talab l-Istat mingħand kumpanija oħra (Sigan Management Limited) fl-istess żona, huwa ferm aktar baxx minn dak indikat fil-pjan ta' ristrutturar. Fir-rigward tal-għoti tas-self ta' EUR 512 850 mill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet, Cypra tiddubita kemm is-self tħallas lura permezz tat-trasferiment ta' sjieda tal-art.

(74)

Fl-aħħarnett, l-ilmentatriċi tipproponi li kull ristrutturar ta' CSK fil-ġejjieni għandu jinkludi l-kiri temporanju tal-linja għall-qtil tal-baqar fil-biċċerija lill-Organizzazzjoni Pan-Ċiprijotta ta' Dawk li Jrabbu l-Baqar, il-kiri temporanju tal-linja tal-produzzjoni tal-ovini/kaprini lil kull min ikun interessat u l-għeluq tal-linja għall-qtil tal-ħnieżer. Meta l-Organizzazzjoni Pan-Ċiprijotta ta' Dawk li Jrabbu l-Baqar toħloq il-biċċerija tagħha, il-biċċerija ta' CSK għandha tingħalaq u l-gvern għandu jbigħ l-art involuta lil partijiet terzi.

IV.2.2   Il-kummenti ta' partijiet interessati oħrajn dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2011

(75)

Kien hemm għadd ta' partijiet terzi oħrajn li ssottomettew il-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2011.

(76)

Kumpanija kompetitriċi waħda (A&A Slaughterhouses) issostni li hija għadha kif lestiet mill-aġġornar tas-sit tal-produzzjoni tagħha u li bħalissa hija għandha l-possibbiltà li taqdi 35-40 % tal-ħtiġijiet tal-pajjiż fil-qtil tal-ħnieżer fil-biċċeriji u 30 % tal-qtil tal-ovini/kaprini fil-pajjiż. Il-kumpanija ssostni wkoll li l-pjan ta' ristrutturar għal CSK ma kkunsidrax l-iżviluppi, bħall-aġġornar tal-linja tal-produzzjoni tal-kompetituri ta' CSK, bħal A&A jew il-kumpanija Agioi Trimithias. B'riżultat ta' dan, hija sostniet li s-sitwazzjoni tal-benefiċjarja hija ferm agħar milli jidher fil-pjan ta' ristrutturar, anki jekk wieħed iqis l-agħar xenarju possibbli. Barra minn hekk, A&A ssostni li l-argument tal-awtoritajiet Ċiprijotti li Cypra tista' tikseb pożizzjoni ta' monopolju jekk CSK twaqqaf waħda mil-linji ta' produzzjoni tagħha mhuwiex validu, minħabba l-aġġornar tal-linji tal-produzzjoni ta' A&A u Agioi Trimithias u l-kapaċità ta' dawk il-kumpaniji. Fil-fehma ta' A&A, il-miżuri ta' kumpens proposti ma jistgħux jiġu aċċettati. L-unika miżura ta' kumpens kredibbli li tista' tiġi aċċettata tkun li CSK tieqaf toffri s-servizzi ta' qtil tal-ħnieżer fil-biċċeriji. Fl-istess ħin, il-ġestjoni ta' CSK għandha tiġi assenjata lil tim maniġerjali b'esperjenza fis-suq u għandhom jibqgħu fil-kumpanija joperaw il-linji għall-qtil tal-baqar u tal-ovini/kaprini numru żgħir biss ta' impjegati.

(77)

Parti waħda, li talbet li s-sottomissjoni tagħha tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali, sostniet li CSK debitament tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-Direttivi tal-UE dwar l-iskart. Madankollu, il-kompetituri tagħha kienu qegħdin jabbużaw mill-implimentazzjoni u l-kontroll inadegwati tad-Direttivi rilevanti tal-UE mill-awtoritajiet lokali, ħaġa li kienet qed tikkawża kompetizzjoni inġusta diretta u indiretta għal CSK, u li hija waħda mir-raġunijiet għas-sitwazzjoni finanzjarja attwali tal-kumpanija, minħabba li CSK, għall-kuntrarju tal-kompetituri tagħha, trid tħallas biex tittratta l-iskart li tiġġenera.

(78)

Parti waħda, is-Cyprus Pig Farmers Association, esprimiet tħassib fir-rigward tal-“aggressività tal-kumpanija dominanti fis-segment tal-qtil tal-ħnieżer fil-biċċerija”, jiġifieri Cypra. Huwa sostnut li jekk CSK tieqaf topera, Cypra tikseb pożizzjoni ta' monopolju, għall-inqas fis-segment tal-qtil tal-ħnieżer fil-biċċerija. Barra minn hekk, huwa sostnut li d-dħul fis-segment tal-qtil tal-baqar fil-biċċerija mhuwiex probabbli. L-assoċjazzjoni tinnota wkoll li dawk li jrabbu l-ħnieżer riċentament ħolqu kumpanija li bħalissa qiegħda tikkontrolla 60 % tal-produzzjoni tal-pajjiż. Fil-mument, l-għażla tal-biċċerija ssir mill-klijent (il-bejjiegħ tal-laħam bl-imnut jew bl-ingrossa). Madankollu, l-assoċjazzjoni tinnota li fil-ġejjieni l-kumpanija tista' tibbaża l-għażla tagħha tal-biċċerija fuq kunsiderazzjonijiet ta' vijabbiltà tal-biċċerija, pereżempju, billi titlob li jiġu sottomessi l-offerti għall-qtil tal-annimali tagħha. Għalhekk, fid-dawl tal-istruttura tas-suq f'Ċipru, il-vijabbiltà ta' ebda kumpanija ma għandha tittieħed bħala fatt.

IV.3   IL-KUMMENTI TA' ĊIPRU DWAR IS-SOTTOMISSJONIJIET TA' PARTIJIET TERZI

(79)

Permezz ta' ittra datata t-8 ta' Novembru 2011, l-awtoritajiet Ċiprijotti pprovdew il-kummenti tagħhom dwar is-sottomissjonijiet ta' partijiet terzi.

(80)

Fir-rigward tal-kummenti li saru minn A&A, l-awtoritajiet Ċiprijotti sostnew li l-pjan ta' ristrutturar kien ibbażat fuq is-sitwazzjoni tas-suq fiż-żmien tal-elaborazzjoni tiegħu. Tabilħaqq, il-pjan ikkunsidra l-funzjonament tal-biċċeriji ta' Agioi Trimithias u Cypra. Fir-rigward tal-ftuħ tal-faċilità ġdida ta' A&A, CSK temmen li dan mhux se jaffettwa l-kundizzjonijiet fis-suq b'mod sinifikanti. Ta' min jinnota li l-kummenti ta' A&A huma bbażati fuq il-fatt li din il-kumpanija se tibbenifika minn ħruġ potenzjali ta' CSK mis-suq. Madankollu, jekk dan iseħħ, CSK tiġi xolta u l-assi tagħha ma jkunux biżżejjed biex ikopru d-djun li għandha. F'dan il-każ, l-Istat jieħu f'idejh l-obbligazzjonijiet ta' CSK u jkun jista' jerġa' jiftaħ il-biċċerija operatur privat ieħor. Min-naħa l-oħra, il-pjan ta' ristrutturar jagħti l-opportunità lil CSK sabiex tkopri l-obbligazzjonijiet tagħha hi stess u, fl-istess ħin, ikun hemm il-possibbiltà li jidħlu investituri privati. Fir-rigward tal-miżuri ta' kumpens, l-awtoritajiet Ċiprijotti jsostnu li A&A ma tissostanzjax is-suġġerimenti tagħha, li huma wkoll arbitrarji, ma jagħmlux sens ekonomiku u f'ebda każ ma jwasslu għall-vijabbiltà tal-kumpanija. L-awtoritajiet Ċiprijotti jsostnu wkoll li s-sottomissjoni ta' A&A tagħti l-impressjoni li l-pjan ta' ristrutturar ma tfassalx bir-reqqa. Madankollu, A&A tidher li tinjora l-elementi bażiċi tal-leġiżlazzjoni rilevanti u tal-pjan ta' ristrutturar innifsu.

(81)

Fir-rigward tal-kummenti li saru minn Cypra, l-awtoritajiet Ċiprijotti jsostnu li f'dak li għandu x'jaqsam mar-riskji ta' monopolju, fil-mument mhuwiex ċar jekk humiex se jiftħu biċċeriji ġodda. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet jiffavorixxu miżuri li jippermettu lil CSK tkompli topera u li jimpedixxu l-ħolqien ta' monopolji jew oligopolji. Ir-ristrutturar ta' CSK iservi dan l-għan, speċjalment jekk CSK tkompli topera fis-segment tal-qtil tal-ħnieżer fil-biċċeriji. It-tħassib ta' Cypra dwar il-vijabbiltà tagħha jidher li huwa relatat aktar mal-ftuħ tal-biċċerija ta' A&A flimkien mal-funzjonament ulterjuri ta' CSK. F'dak li għandu x'jaqsam mal-identità tal-investituri privati, l-awtoritajiet Ċiprijotti jinnotaw li wieħed mill-investituri possibbli jista' tabilħaqq ikun membru tas-Cyprus Pig Farmers Association. Madankollu, dan ma jfissirx li waħda mill-kundizzjonijiet għal din il-parteċipazzjoni tkun li n-numri ta' ħnieżer maqtula minn CSK għandhom jiżdiedu jew li dawk li jrabbu l-ħnieżer għandhom ikunu l-klijenti ta' CSK.

(82)

L-awtoritajiet Ċiprijotti jiċħdu l-affermazzjoni ta' relazzjoni mill-qrib bejn il-membri preċedenti u dawk attwali tal-gvern ma' CSK u jsostnu li tali affermazzjonijiet huma infondati. Fir-rigward tal-ħlasijiet veterinarji, huwa sostnut li dawn qegħdin jitħallsu lura gradwalment. Bħala eżempju, l-awtoritajiet Ċiprijotti jinnotaw li fil-perjodu bejn l-2008 u l-2011 CSK ħallset is-somma ta' EUR 479 000. F'dak li għandu x'jaqsam mal-bejgħ tal-proprjetà immobbli ta' CSK, l-awtoritajiet Ċiprijotti jsemmu li l-istima tal-art saret minn stimatur indipendenti (id-Dipartiment tar-Reġistru u tal-Istħarriġ tal-Artijiet) u li l-affermazzjonijiet ta' Cypra huma ugwalment infondati. L-awtoritajiet Ċiprijotti ppreżentaw ittra li ntbagħtet mid-Dipartiment tar-Reġistru u tal-Istħarriġ tal-Artijiet tal-Istat, fejn ġiet iġġustifikata d-differenza fil-prezz bejn il-kera mħallsa minn Sigan Management Limited u l-evalwazzjoni tal-art ta' CSK. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Ċiprijotti jsostnu li l-proposti ta' Cypra ma jistgħux jiġu aċċettati. Anki f'każ li r-ristrutturar ta' CSK ma jitlestiex, l-Istat jew il-likwidatur ta' CSK ikollu l-obbligu u d-dritt li jbigħ jew jikri l-assi ta' din il-kumpanija lil investituri jew impriżi privati.

IV.4   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI SOTTOMESSA MILL-AWTORITAJIET ĊIPRIJOTTI

(83)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Ċiprijotti pprovdew aktar kjarifiki u informazzjoni aġġornata permezz ta' ittri tat-30 ta' Marzu 2012 u tas-26 ta' Novembru 2012. Huma ssupplimentaw is-sottomissjoni tagħhom b'elementi addizzjonali fl-14 ta' Mejju 2013.

(84)

Fir-rigward tal-obbligazzjonijiet pendenti ta' CSK, Ċipru pprovda tqassim fl-ittra tat-30 ta' Marzu 2012 u kompla jispeċifika n-natura ta' dawk l-obbligazzjonijiet u d-dati ta' maturità proprja tagħhom fl-ittra tas-26 ta' Novembru 2012. L-awtoritajiet Ċiprijotti ġibdu wkoll l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li l-Liġi 26(I) tal-2003, li tirregola l-istruttura, l-organizzazzjoni u l-operat tal-biċċeriji ċentrali bħal CSK, u li tgħid li l-proprjetà mobbli u immobbli ta' dawn l-organizzazzjonijiet ma tistax tkun soġġetta għal proċedimenti normali ta' infurzar jew sekwestru, u lanqas għal ebda proċedura oħra wara li tittieħed azzjoni kontrihom, sempliċiment ħadet post il-Liġi 69 tal-1981 dwar il-Biċċeriji, li kienet tinkludi eżattament l-istess dispożizzjoni fl-Artikolu 22 tagħha. Għalhekk, l-awtoritajiet Ċiprijotti jħeġġu lill-Kummissjoni biex teżamina sa liema punt id-dispożizzjoni tal-Liġi tal-2003 tikkostitwixxi għajnuna eżistenti bis-saħħa tat-Trattat tal-Adeżjoni rilevanti u jirreferu għal każ simili li kien eżaminat mill-Kummissjoni (E 12/2005 — il-Polonja — Garanzija bla limitu mill-Istat favur Poczta Polska) fejn il-Kummissjoni kienet tal-fehma li għalkemm id-dispożizzjoni leġiżlattiva attwali li ssalva lill-impriża inkwistjoni milli tfalli hija inkluża f'Liġi tal-2003, dan kien każ ta' għajnuna eżistenti, minħabba li s-sustanza ta' dik id-dispożizzjoni oriġinat minn Liġi li tmur lura għall-1934.

(85)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċiprijotti fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Mejju 2013 ikkonfermaw li l-ammonti li jridu jitħallsu fil-kuntest tar-ristrutturar jinkludu ammonti nominali flimkien mal-arretrati tal-imgħax. Barra minn hekk, huma kkonfermaw li d-dejn pendenti dovut lis-Servizzi Veterinarji se jitħallas gradwalment minn CSK wara r-ristrutturar.

(86)

Fir-rigward tat-trasferiment tal-impjegati lill-muniċipalitajiet, fl-ittra tagħhom tat-30 ta' Marzu 2012, l-awtoritajiet Ċiprijotti speċifikaw li, fid-data tal-ittra, tmien impjegati kienu diġà ġew ittrasferiti fuq talba tal-muniċipalitajiet stess, li kellhom ħtiġijiet ta' persunal addizzjonali u meta, fil-klima ekonomika prevalenti, il-Ministeru tal-Intern u l-Ministeru tal-Finanzi ma setgħux japprovaw il-ħolqien ta' karigi ġodda jew addizzjonali fil-muniċipalitajiet. Il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi t-trasferiment ta' 15-il impjegat b'kollox u jinkludi dispożizzjoni dwar drittijiet tal-pensjoni għal dawk il-15-il impjegat. Huwa previst li l-muniċipalitajiet lil dawk l-impjegati se jħallsuhom somma li tikkorrespondi mal-ewwel pass tal-iskala, bħallikieku kienu qegħdin jimpjegaw persuna maħtura ġdida fl-istess pożizzjoni, u li l-Istat se jkopri d-differenza bejn is-salarju l-ġdid u s-salarju attwali tal-impjegati. L-ammont totali meħtieġ sabiex ikopri d-differenza fis-salarju tal-15-il impjegat kien stmat mill-awtoritajiet Ċiprijotti għal EUR 3 342 450, mid-data tat-trasferiment sal-irtirar ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati. Fl-istess kuntest, l-awtoritajiet Ċiprijotti enfasizzaw li, skont il-Liġi dwar it-Terminazzjoni tal-Impjiegi (N.24/1976), l-ispiża minima għall-biċċeriji privati biex jagħtu s-sensja lil 15-il impjegat tikkorrespondi għal perjodu ta' avviż obbligatorju ta' tmien ġimgħat. Skont l-awtoritajiet Ċiprijotti, biċċerija privata mhijiex obbligata li tħallas xi kumpens għat-tkeċċija tal-ħaddiema, sakemm ma jkunx hemm ftehimiet kollettivi speċifiċi mat-trade unions. Barra minn hekk, l-istess awtoritajiet indikaw li l-kumpanija kompetitriċi prinċipali ta' CSK ma jidhirx li għandha ftehimiet kollettivi ma' trade unions.

(87)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċiprijotti ppreżentaw pjan tan-negozju aġġornat ibbażat fuq l-iżviluppi riċenti, kif ukoll fuq id-dejta tas-suq. Huma pprovdew ukoll tqassim aġġornat tal-ispejjeż tar-ristrutturar attwali u l-iffinanzjar tagħhom u, f'dan il-kuntest, ippreżentaw stima tal-proprjetà immobbli ta' CSK tal-24 ta' April 2013, li saret mid-Dipartiment tal-Artijiet u tal-Istħarriġ fi ħdan il-Ministeru tal-Intern, li tistma l-valur fis-suq tal-art u tal-bini li jappartjenu lil CSK għal madwar EUR 8,16 miljun.

(88)

Fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Mejju 2013, l-istess awtoritajiet irrikonoxxew ukoll li, fir-rigward tat-teħid ta' self ġdid, il-kisba ta' self bħal dan għandha titqies bħala dubjuża fl-isfond tal-ambjent ekonomiku attwali.

V.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

V.1   L-APPLIKABBILTÀ TAR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(89)

CSK hija attiva fil-qtil tal-annimali għall-ikel, jiġifieri nagħaġ/mogħoż, ħnieżer u baqar. L-Artikolu 180 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (8), li kien fis-seħħ fil-mument tan-notifika tal-għajnuna għar-ristrutturar għal CSK, jgħid li l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat (issal-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE) għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ taċ-ċanga u tal-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż. Għalhekk, il-miżuri inkwistjoni għandhom jiġu eżaminati fid-dawl tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

V.2   IL-PREŻENZA TAL-GĦAJNUNA

(90)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti hija pprojbita, safejn hija taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(91)

L-għajnuna għar-ristrutturar tingħata mill-Istat ta' Ċipru u tagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarja tagħha, minħabba li tingħata biss lil CSK. Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-sempliċi fatt li l-pożizzjoni kompetittiva ta' impriża tissaħħaħ meta mqabbla ma' impriżi kompetituri oħrajn, billi tingħata benefiċċju ekonomiku li altrimenti ma kinitx tirċievi matul il-kors normali tan-negozju tagħha, jindika distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni (9). CSK hija attiva f'suq fejn iseħħ kummerċ bejn l-Istati Membri u, għalhekk, l-għajnuna tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri minħabba li CSK tingħata vantaġġ meta mqabbla mal-kompetituri tagħha, filwaqt li t-trasport transkonfinali tal-annimali għal finijiet ta' qtil fil-biċċeriji huwa permess. Barra minn hekk, l-investituri barranin jistgħu jinvestu f'biċċeriji f'Ċipru. B'hekk, il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(92)

Id-deċiżjoni preżenti, minbarra l-għajnuna għar-ristrutturar, tkopri wkoll bosta għajnuniet possibbli oħrajn li setgħu ngħataw jew li se jingħataw lil CSK. Dawn l-għajnuniet huma (i) t-tolleranza kontinwa tal-Istat għad-dewmien fil-ħlas tal-ammonti dovuti, (ii) is-self ta' EUR 512 850 mill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet, (iii) l-allegata għajnuna b'konnessjoni mal-bonds appoġġjati mill-gvern, u (iv) l-akkwiżizzjoni mill-muniċipalitajiet tal-impjegati eżistenti u tal-obbligazzjonijiet tal-pensjoni relatati.

V.2.1   It-tolleranza tal-Istat għad-dewmien fil-ħlas tal-ammonti dovuti

(93)

It-tolleranza kontinwa min-naħa tal-Istat għad-dewmien fil-ħlas tal-ammonti dovuti normalment tista' taqa' taħt id-definizzjoni ta' għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE: hija każistika stabbilita sewwa li t-trattament favorevoli ta' kumpanija mill-Istat fir-rigward tal-irkupru tad-djun jista' jitqies bħala għajnuna mill-Istat. Skont il-każistika tal-UE (10), tnaqqis tal-pagamenti fuq id-dejn mill-Istat bħala l-kreditur, jew in-nuqqas tal-Istat li jiġbor id-dejn pendenti, jistgħu jikkostitwixxu għajnuna, sakemm ma jkunx hemm kreditur privat li, fl-istess ċirkostanzi jew f'ċirkostanzi komparabbli, ikun aġixxa bl-istess mod. Tabilħaqq, fil-każ preżenti, jidher li l-għajnuna tingħata permezz ta' riżorsi tal-Istat, minħabba li l-Istat qed jirrinunzja għal dħul li jirriżulta mill-ħlas lura tad-djun ta' CSK. Kif iddikjarat fil-premessa 23 aktar 'il fuq, sal-31 ta' Diċembru 2011, CSK akkumulat dejn ta' madwar EUR 11-il miljun li kellu jitħallas lill-Kummissarju tas-Self, pagamenti ta' madwar EUR 8,7 miljun li kellhom jitħallsu lill-awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali u spejjeż veterinarji ta' madwar EUR 1,3 miljun. Barra minn hekk, jidher li l-miżura tagħti vantaġġ selettiv lil CSK, minħabba li tingħata speċifikament lil din l-impriża. L-istess kunsiderazzjonijiet bħal dawk imsemmija fuq fil-premessa 91 huma pertinenti għall-kundizzjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ. Għalhekk, it-tolleranza tal-Istat għad-dewmien fil-ħlas tal-ammonti dovuti minn CSK tikkostitwixxi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

V.2.2   Self ta' EUR 512 850

(94)

F'dak li għandu x'jaqsam mas-self ta' EUR 512 850 mill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet, l-awtoritajiet Ċiprijotti indikaw li dan l-ammont ingħata f'Diċembru 2007. Wara opinjoni negattiva mill-Kummissarju Ċiprijott għall-għajnuna mill-Istat, CSK ħallset lura dan l-ammont bl-imgħax lill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet fil-15 ta' Jannar 2010, permezz tat-trasferiment tal-art b'valur ta' EUR 580 000. L-istima tal-art saret mid-Dipartiment tar-Reġistru u tal-Istħarriġ tal-Artijiet, li huwa meqjus bħala l-valutatur uffiċjali tal-Istat.

(95)

L-awtoritajiet Ċiprijotti jsostnu li l-imgħax ta' EUR 67 150 jikkorrespondi għal rata ta' imgħax annwali ta' 6,12 %, inkluża l-kapitalizzazzjoni annwali. Skont l-awtoritajiet Ċiprijotti, din ir-rata ta' imgħax mhijiex aktar baxxa mir-rati tal-imgħax fis-suq bil-kollateral immobbli matul il-perjodu inkwistjoni. Il-Kummissjoni tinnota li r-rati tal-imgħax bażi għal Ċipru fil-perjodu ta' referenza jvarjaw minn 4,99 % (ta' Diċembru 2007) għal 1,24 % (ta' Jannar 2010). Skont l-avviż preċedenti tal-Kummissjoni dwar il-metodu għall-iffissar tar-rati ta' referenza u tar-rati ta' skont (11), kellhom jiżdiedu 75 punt bażi mar-rata bażi sabiex tiġi ddeterminata r-rata ta' referenza rilevanti. Skont il-Komunikazzjoni l-ġdida mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-iffissar tar-rati ta' referenza u tar-rati ta' skont (12), applikabbli mill-1 ta' Lulju 2008, bħala medja, għandu jiżdied marġini ta' 220 punt bażi (li jikkorrespondi għal kollateral normali u klassifikazzjoni sodisfaċenti jew inkella għal kollateral għoli u klassifikazzjoni finanzjarja dgħajfa). L-imgħax ta' 6,12 % p.a. mħallas minn CSK lill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet kien, bħala medja, ogħla mir-rata ta' referenza applikabbli għall-perjodu ta' Diċembru 2007 sa Jannar 2010. Għalhekk, il-Kummissjoni tista' fil-prinċipju taċċetta li, f'dak li għandu x'jaqsam mas-self ta' EUR 512 850 lil CSK mill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet, kull għajnuna involuta li possibbilment ingħatat mill-Istat fil-fatt tħallset lura lill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet.

(96)

Madankollu, ir-rati ta' referenza ddikjarati hawn fuq ma japplikawx għall-kumpaniji f'diffikultà. Kif ġie indikat diġà fil-premessa 21, il-Kummissjoni rrikonoxxiet fid-deċiżjoni tagħha li tapprova l-għajnuna għas-salvataġġ lil CSK, li din tal-aħħar kienet tabilħaqq impriża f'diffikultà. Dan kien ukoll l-argument tal-awtoritajiet ta' Ċipru qabel l-adozzjoni ta' dik id-deċiżjoni, kif sostnut mill-kontijiet tal-kumpanija għas-snin 2006-2009. Barra minn hekk, il-fatt li l-kumpanija naqset milli tonora l-bonds tagħha f'Lulju 2007 u, konsegwentement, l-Istat Ċiprijott bħala l-garanti kellu jintervjeni (cf. il-premessa 60), ikompli jagħti aktar saħħa lil din is-sejba. Matul l-2007, jidher li CSK wriet is-sinjali tas-soltu ta' impriża f'diffikultà, bħal żieda fit-telf, tnaqqis fil-fatturat, żieda fil-kapaċità eċċessiva, tnaqqis fil-likwidità u tnaqqis fil-valur tal-assi netti, kif deskritt fil-punt 11 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f'diffikultà, li kienu applikabbli f'dak iż-żmien. (13) Kemm l-avviż preċedenti tal-Kummissjoni dwar il-metodu għall-iffissar tar-rati ta' referenza u tar-rati ta' skont, kif ukoll il-Komunikazzjoni l-ġdida mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-iffissar tar-rati ta' referenza u tar-rati ta' skont jipprevedu marġini ta' riskju ta' mill-inqas 400 bps li għandu jiġi applikat għall-kumpaniji f'diffikultà. Minħabba li, f'Diċembru 2007, CSK kienet diġà ssodisfat il-kundizzjonijiet sabiex tiġi kklassifikata bħala kumpanija f'diffikultà, id-differenza bejn l-imgħax effettivament imħallas u l-imgħax li kien ikollha tħallas b'kunsiderazzjoni ta' marġini ta' riskju ta' 400 bps hija għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

V.2.3   Bonds b'Garanzija tal-Istat

(97)

Fl-1985, CSK ħarġet bonds b'garanzija tal-Istat, li reġgħu nħarġu fl-1992 u fl-1999. Ċipru adotta liġi għal dak il-għan. B'hekk, jidher li l-għajnuna ngħatat qabel l-adeżjoni ta' Ċipru mal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, skont il-punt 2.1 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE (issal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE) għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (14), għajnuna fil-forma ta' garanzija tingħata fil-mument li tingħata l-garanzija, mhux meta tiġi invokata l-garanzija, u lanqas meta jsiru l-pagamenti taħt it-termini tal-garanzija. Għalhekk, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li ma ngħatat ebda għajnuna mill-Istat meta l-garanzija ġiet invokata fl-2007.

V.2.4   Għajnuna relatata mat-trasferiment tal-persunal

(98)

Fl-aħħar nett, kif hemm indikat fil-pjan ta' ristrutturar, għadd ta' membri tal-persunal se jiġu ttrasferiti lill-muniċipalitajiet. Kif ġie spjegat mill-awtoritajiet Ċiprijotti fl-ittra tagħhom tal-20 ta' April 2011, id-drittijiet tal-pensjoni tal-impjegati li se jiġu ttrasferiti lill-muniċipalitajiet ġew inklużi fl-ispejjeż tar-ristrutturar u jammontaw għal EUR 1,4 miljun. L-ispejjeż soċjali li ma ġewx inklużi fil-pjan ta' ristrutturar għandhom x'jaqsmu mal-parti tas-salarju tal-impjegati li hija d-differenza bejn il-livell tas-salarju ta' impjegat ġdid f'muniċipalità u s-salarju li kull impjegat kellu f'CSK. Dan l-ammont huwa stmat għal EUR 3,4 miljun.

(99)

Kull miżura li teżenta lil impriża mill-ħlasijiet li normalment jiġu inklużi fil-baġit tagħha tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Dan jinkludi wkoll l-ispejjeż marbuta mal-paga tal-impjegat. F'dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet tal-fehma li l-fatt li l-miżuri tal-Istat għandhom l-għan li jikkumpensaw għall-ispejjeż addizzjonali ma jistax jikkostitwixxi bażi għall-iskwalifika tagħhom mid-definizzjoni ta' għajnuna. (15)

(100)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-differenza fis-salarju ta' EUR 3,4 miljun għall-impjegati li qegħdin jiġu ttrasferiti lill-muniċipalitajiet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur CSK.

V.3   IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

(101)

Il-projbizzjoni fuq l-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE ma teskludix li xi kategoriji ta' għajnuna jistgħu jiġu ddikjarati bħala kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dak l-Artikolu.

(102)

Fl-applikazzjoni tad-derogi fl-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, il-Kummissjoni tista' tqis l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern jekk jinstab li din tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta' ċerti żoni ekonomiċi, fejn tali għajnuna ma taffettwax b'mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Madankollu, għandu jkun innotat li, fil-prinċipju, l-għajnuna mill-Istat lil impriża f'diffikultà tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli biss skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f'diffikultà, (16) minħabba li l-għajnuna lil impriża f'diffikultà normalment ma tkunx xierqa sabiex jintlaħaq objettiv leġittimu ta' kompatibbiltà, sakemm tibqa' dubjuża dik il-vijabbiltà stess tal-impriża.

V.3.1   It-tolleranza tal-Istat għad-dewmien fil-ħlas tal-ammonti dovuti

(103)

Skont il-paragrafi 66 u 67 tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (17), il-miżuri ta' għajnuna għandhom jinkludu xi element ta' inċentiv. Effett ta' inċentiv jeżisti biss meta l-għajnuna tbiddel l-imġiba ta' impriża b'tali mod li din tkun involuta f'attività addizzjonali li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-settur li ma kinitx tkun involuta fiha mingħajr l-għajnuna jew li fiha kienet tkun involuta biss b'mod ristrett jew differenti. Il-miżuri unilaterali ta' għajnuna mill-Istat li huma sempliċiment maħsuba biex itejbu s-sitwazzjoni finanzjarja ta' impriża, iżda li b'ebda mod ma jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-settur, huma meqjusa li jikkostitwixxu għajnuniet operattivi li huma inkompatibbli mas-suq intern.

(104)

It-tolleranza kontinwa tad-dewmien fil-ħlas tal-ammonti dovuti minn CSK ma kinitx marbuta mal-investiment, mat-taħriġ, mal-ħolqien tal-impjiegi jew ma' ebda kontroparti mitluba mill-benefiċjarja. L-għajnuna kienet sempliċiment maħsuba biex issaħħaħ il-pożizzjoni finanzjarja tal-benefiċjarja. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li din l-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna operattiva, li hija inkompatibbli mas-suq intern.

(105)

Fil-każ inkwistjoni, irid jiġi eżaminat ukoll jekk din il-miżura tistax tikkwalifika bħala għajnuna eżistenti.

(106)

Skont il-punt 4 tal-Anness IV.4 tat-Trattat dwar l-Adeżjoni ta' Ċipru, l-iskemi ta' għajnuna u l-għajnuna individwali mogħtija għall-attivitajiet marbuta mal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, imdaħħla fis-seħħ fi Stat Membru ġdid qabel id-data tal-adeżjoni u li baqgħu applikabbli anki wara dik id-data, għandhom jitqiesu bħala għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 88(1) tat-Trattat tal-KE (issal-Artikolu 108(1) tat-TFUE) jekk il-miżura ta' għajnuna tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni fi żmien erba' xhur mid-data tal-adeżjoni. Il-lista kkomunikata minn Ċipru wara l-adeżjoni tiegħu fl-1 ta' Mejju 2004 u ppubblikata mill-Kummissjoni (18) ma kienet tinkludi ebda għajnuna mogħtija favur CSK. Għalhekk, il-miżura inkwistjoni ma tistax titqies bħala għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-punt 4 tal-Anness IV.4 tat-Trattat tal-Adeżjoni.

(107)

Madankollu, il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi, fost l-oħrajn, it-trasformazzjoni ta' CSK f'kumpanija rregolata bil-liġi privata. Din it-trasformazzjoni se ġġib fi tmiemu l-istatus legali attwali ta' CSK li, fil-ġejjieni, se tkun soġġetta wkoll għal proċedimenti normali ta' falliment.

(108)

Barra minn hekk, il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi l-ħlas sħiħ tad-djun tal-kumpanija lill-Fond tas-Sigurtà Soċjali u lit-Taqsima għad-Dħul Intern, kif ukoll il-ħlas tad-djun maturi lill-Kummissarju tas-Self (cf. il-premessa 44). Minbarra dan, l-awtoritajiet Ċiprijotti kkonfermaw li l-obbligazzjonijiet pendenti dovuti lis-Servizz Veterinarju se jitħallsu gradwalment wara r-ristrutturar. Huma jsostnu li d-deċiżjoni tagħhom li jagħtu l-għajnuna għar-ristrutturar lil CSK tikkostitwixxi prova tal-intenzjoni tal-gvern li jimplimenta arranġament fir-rigward tad-djun dovuti minn CSK lid-dipartimenti tal-gvern.

(109)

Billi impriża f'diffikultà, bħalma hi CSK, tista' fil-prinċipju tgawdi biss minn għajnuna kompatibbli mill-Istat abbażi ta' pjan ta' ristrutturar u salvataġġ approvat, il-ħlas tal-obbligazzjonijiet pendenti se jiġi ttrattat direttament taħt il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar.

V.3.2   Self ta' EUR 512 850

(110)

Kif intwera fil-premessa 96 aktar 'il fuq, ma jistax jiġi eskluż li kien hemm element ta' għajnuna addizzjonali b'konnessjoni mas-self ta' EUR 512 850 mill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet li sa issa għadu ma tħallasx lura minn CSK. Din l-għajnuna addizzjonali lanqas ma kienet marbuta mal-investiment, mat-taħriġ, mal-ħolqien tal-impjiegi jew ma' ebda kontroparti mitluba mill-benefiċjarja. L-għajnuna kienet sempliċiment maħsuba biex issaħħaħ il-pożizzjoni finanzjarja tal-benefiċjarja. Għalhekk, din l-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna operattiva, li hija inkompatibbli mas-suq intern. Dan l-element ta' għajnuna addizzjonali xorta waħda jrid jitħallas lura lill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet u jżid l-obbligazzjonijiet pendenti ta' CSK, li l-ħlas tagħhom se jiġi ttrattat taħt id-dejn li jrid jitħallas bħala parti mir-ristrutturar (cf. il-premessa 109 hawn fuq).

V.3.3   Għajnuna lill-persunal

(111)

Il-Kummissjoni konsistentement sostniet li l-kumpens għall-hekk imsejħa spejjeż mhux irkuprabbli (jiġifieri spejjeż li jirriżultaw mill-impenji konklużi qabel il-bidu tal-ftuħ tas-suq li ma jistgħux jibqgħu jiġu onorati taħt l-istess kundizzjonijiet f'ambjent ta' suq kompetittiv) jista', f'ċerti ċirkostanzi, jitqies bħala kompatibbli mas-suq intern.

(112)

F'dan il-kuntest, hija rrikonoxxiet li t-tranżizzjoni gradwali minn sitwazzjoni ta' kompetizzjoni ristretta ħafna għal waħda ta' kompetizzjoni ġenwina fil-livell tal-Unjoni għandha ssir taħt kundizzjonijiet ekonomiċi aċċettabbli. Għalhekk, f'għadd ta' deċiżjonijiet, hija aċċettat li l-Istati Membri jagħtu għajnuna mill-Istat sabiex jeżentaw lill-operatur storiku minn parti mill-obbligazzjonijiet tal-“legat” tiegħu. Fil-prattika deċiżjonali tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-eżenzjoni għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju sabiex tibbilanċja r-rata tal-obbligazzjonijiet soċjali li jħallas l-operatur storiku bħala spiża mar-rata tal-obbligazzjonijiet soċjali mħallsa mill-kompetituri tiegħu. (19)

(113)

Fil-każ preżenti, huwa kkunsidrat li CSK, minħabba n-natura tagħha bħala organizzazzjoni ta' servizz pubbliku, tinsab fi żvantaġġ strutturali meta mqabbla mal-kompetituri tagħha, minħabba li hija jkollha tħallas spejjeż tax-xogħol għoljin li jirriżultaw mill-perjodu ta' qabel il-liberalizzazzjoni tas-suq tal-biċċeriji f'Ċipru qabel l-adeżjoni ta' Ċipru mal-UE fl-2004 (cf. il-premessi 35 u 36).

(114)

Fit-tweġiba tagħhom tat-30 ta' Marzu 2012, l-awtoritajiet Ċiprijotti jsostnu li skont il-Liġi dwar it-Terminazzjoni tal-Impjiegi (N.24/1976) l-ispiża minima għall-biċċeriji privati biex jagħtu s-sensja lill-impjegati tikkorrespondi għal perjodu ta' avviż obbligatorju ta' tmien ġimgħat (cf. il-premessa 86 aktar 'il fuq). Skont l-awtoritajiet Ċiprijotti, biċċerija privata mhijiex obbligata li tħallas xi kumpens għat-tkeċċija tal-ħaddiema, sakemm ma jkunx hemm ftehimiet kollettivi speċifiċi mat-Trade Unions li, skont l-istess awtoritajiet, ma jidhirx li huwa l-każ għall-kumpanija kompetitriċi prinċipali ta' CSK.

(115)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-differenza fis-salarju ta' EUR 3,4 miljun għall-impjegati li qegħdin jiġu ttrasferiti lill-muniċipalitajiet tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern iżda, minħabba li CSK hija impriża f'diffikultà, din kellha tiġi inkluża minn Ċipru fl-ispejjeż tar-ristrutturar rispettivi. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà se tiġi ttrattata direttament taħt il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar.

V.3.4   Għajnuna għar-ristrutturar

(116)

Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna inkwistjoni tistax titqies bħala kompatibbli abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, hija għandha tiġi eżaminata fl-isfond tal-kundizzjonijiet stipulati fil-Linji Gwida applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f'diffikultà.

(117)

Fid-9 ta' Lulju 2014, il-Kummissjoni adottat Linji Gwida ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi mhux finanzjarji li jinsabu f'diffikultà (20). Bi qbil mal-punt 136 ta' dawk il-Linji Gwida ġodda, in-notifiki rreġistrati mill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Awwissu 2014 se jiġu eżaminati fid-dawl tal-kriterji li kienu fis-seħħ fiż-żmien tan-notifika.

(118)

Fiż-żmien tan-notifika tal-għajnuna għar-ristrutturar favur CSK (it-3 ta' Novembru 2010), kienu fis-seħħ il-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f'diffikultà (“il-Linji Gwida”). Għalhekk, l-għajnuna inkwistjoni trid tiġi eżaminata fl-isfond tad-dispożizzjonijiet inklużi f'dawk il-Linji Gwida.

V.3.4.1   L-eliġibbiltà tal-benefiċjarja

(119)

Bħala punt tat-tluq, għandu jiġi eżaminat jekk il-benefiċjarja hijiex impriża f'diffikultà skont it-tifsira tal-punti 10 u 11 tal-Linji Gwida. Fil-qafas tal-kawża N 60/10, l-awtoritajiet Ċiprijotti diġà wrew li CSK kienet impriża f'diffikultà minħabba li kien hemm is-sinjali tas-soltu ta' impriża f'diffikultà (bħal żieda fit-telf, tnaqqis fil-fatturat, żieda fil-kapaċità eċċessiva, tnaqqis fil-likwidità, żieda fid-dejn u tnaqqis fil-valur tal-assi netti) u li hija ma setgħetx tirkupra permezz tar-riżorsi tagħha jew bil-fondi li setgħet tikseb mingħand il-proprjetarji/azzjonisti tagħha jew mir-riżorsi tas-suq (cf. il-premessa 21). Minn dak iż-żmien 'il hawn, ix-xejra negattiva fl-iżvilupp ekonomiku ta' CSK issoktat (cf. il-premessi 22 u 23). Għalhekk, CSK tista' titqies bħala impriża f'diffikultà skont it-tifsira tal-punt 11 tal-Linji Gwida.

(120)

Il-kundizzjoni tal-punt 12 tal-Linji Gwida hija ssodisfata wkoll billi CSK mhijiex kumpanija ġdida, billi hija nħolqot fl-1981. Fl-aħħarnett, fil-qafas tal-kawża N 60/10, l-awtoritajiet Ċiprijotti kkonfermaw li CSK ma tifformax parti minn grupp kummerċjali akbar.

(121)

Il-Kapitolu 5 tal-Linji Gwida fih dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-għajnuna għar-ristrutturar fis-settur agrikolu. Madankollu, il-miżuri ta' għajnuna favur l-impriżi li jipproċessaw u jikkummerċjalizzaw il-prodotti agrikoli mhumiex koperti minn dak il-Kapitolu. Billi CSK hija attiva fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Linji Gwida applikabbli għall-għajnuna għar-ristrutturar fis-settur agrikolu ma japplikawx.

V.3.4.2   Ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul

(122)

Skont il-punt 34 tal-Linji Gwida, l-għoti ta' għajnuna għar-ristrutturar għandu jkun kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar, li għandu jkun approvat mill-Kummissjoni fil-każijiet kollha ta' għajnuna individwali. Skont il-punt 35 tal-Linji Gwida, il-pjan ta' ristrutturar għandu jreġġa' lura l-vijabbiltà fit-tul tal-impriża fi żmien raġonevoli.

(123)

Fil-każ preżenti, Ċipru tabilħaqq approva pjan ta' ristrutturar u kkomunikah lill-Kummissjoni fil-kuntest tan-notifika sottomessa fit-3 ta' Novembru 2010. Kif mitlub mil-Linji Gwida, il-pjan huwa komprensiv u jinkludi stħarriġ dettaljat tas-suq tal-biċċeriji f'Ċipru. Fuq talba tal-Kummissjoni, fis-26 ta' Novembru 2012, l-awtoritajiet Ċiprijotti ppreżentaw aġġornament tal-pjan tan-negozju fir-rigward tal-projezzjonijiet finanzjarji u d-dejta tas-suq.

(124)

Il-pjan oriġinali jiddeskrivi fid-dettall il-problemi li kellha tiffaċċja CSK u li affettwaw il-vijabbiltà tagħha. Ir-raġunijiet ewlenin kienu n-nuqqas ta' flessibbiltà ta' CSK bħala impriża pubblika, id-djun kbar, kif ukoll l-ispejjeż tal-persunal. Il-miżuri ta' ristrutturar kif deskritti aktar 'il fuq fil-premessi 43 sa 45 (bidla tal-istatus legali, tnaqqis tal-obbligazzjonijiet tal-kumpanija u tnaqqis tal-persunal) jistgħu jikkontribwixxu għar-ritorn tal-kumpanija għall-vijabbiltà. Il-pjan ta' ristrutturar oriġinali huwa bbażat fuq ir-riżultati attwali tas-sena 2009 u tal-ewwel tmien xhur tal-2010 u fuq tkabbir tas-suq preżunt ta' 2 % p.a. L-awtoritajiet Ċiprijotti jsostnu li dan il-perċentwal kien iż-żieda annwali medja ta' annimali maqtula għall-ikel f'Ċipru matul il-perjodu 1998-2008 u din kienet ukoll il-previżjoni li saret mill-maniġment ta' CSK għall-perjodu ta' projezzjoni ta' ħames snin fil-pjan ta' ristrutturar oriġinali (cf. il-premessa 63). Id-dejta u l-projezzjonijiet għall-iżvilupp tal-kumpanija huma ppreżentati sal-2017.

(125)

Ir-riżultati finanzjarji previsti fil-pjan oriġinali għat-tliet xenarji kollha (ix-xenarju mistenni, l-aħjar xenarju possibbli u l-agħar xenarju possibbli) u enfasizzati mill-awtoritajiet Ċiprijotti, huma ppreżentati fit-tabelli ta' hawn taħt (figuri murija f'eluf ta' Euros).

Xenarju mistenni

Sena

2011

2012

2013

2014

2015

2016

2017

Spejjeż tal-Produzzjoni

3 029

3 006

3 083

3 121

3 196

3 255

3 403

Spejjeż tal-Amministrazzjoni

451

458

466

476

485

495

504

Dħul Operattiv

4 867

5 041

5 15

5 341

5 459

5 666

5 791

Somom Mhux Operattivi

3 277

– 1 494

– 1 167

– 1 178

– 1 123

– 962

– 893

Eċċess

4 833

275

547

660

687

958

993

L-aħjar xenarju possibbli

Sena

2011

2012

2013

2014

2015

2016

2017

Spejjeż tal-Produzzjoni

3 369

3 343

3 429

3 470

3 555

3 620

3 686

Spejjeż tal-Amministrazzjoni

457

463

472

481

491

500

510

Dħul Operattiv

5 426

5 620

5 750

5 955

6 086

6 317

6 456

Somom Mhux Operattivi

3 277

– 1 494

– 1 164

– 1 161

– 1 087

– 925

– 855

Eċċess

5 081

604

831

979

1 091

1 417

1 577

L-agħar xenarju possibbli

Sena

2011

2012

2013

2014

2015

2016

2017

Spejjeż tal-Produzzjoni

2 734

2 710

2 781

2 813

2 881

2 932

2 986

Spejjeż tal-Amministrazzjoni

444

451

459

469

478

487

497

Dħul Operattiv

4 303

4 457

4 560

4 723

4 827

5 011

5 121

Somom Mhux Operattivi

3 277

– 1 494

– 1 279

– 1 332

– 1 322

– 1 205

– 182

Eċċess

4 535

– 82

147

215

254

497

568

(126)

It-tliet xenarji kollha juru tnaqqis ċar fl-ispejjeż tal-produzzjoni u fl-ispejjeż amministrattivi (li xorta kienu jammontaw għal madwar EUR 4,5 miljun u EUR 1,5 miljun, rispettivament, fl-2009), li jippermetti lil CSK tipproduċi profitt nett mill-2011 'il quddiem (ħlief għal telf nett ta' madwar EUR 80 000 fl-2012 fl-agħar xenarju possibbli).

(127)

Madankollu, dawk ir-riżultati għandhom jiġu kkunsidrati fl-isfond tal-pożizzjoni finanzjarja globali ta' CSK u b'konnessjoni mal-likwidità mistennija. It-telf akkumulat wassal għal ekwità negattiva ta' CSK ta' madwar EUR 28,6 miljun sal-aħħar tal-2009. Anki fl-aħjar xenarju possibbli tal-pjan tan-negozju oriġinali, CSK ma kinitx terġa' lura għal bażi ta' ekwità pożittiva (fil-fatt hija prevista ekwità negattiva ta' madwar EUR 3 miljun għall-aħħar tal-perjodu ta' previżjoni fl-2017). Barra minn hekk, ix-xenarju mistenni qed jipprevedi likwidità netta negattiva għall-perjodu 2012-2016. F'dan il-kuntest, għandu jiġi nnotat ukoll li ma hija bbaġitjata ebda nefqa kapitali sa tmiem l-2012 u qed jiġu kkunsidrati biss nefqiet ta' EUR 200 000 għas-snin 2013 u 2014 u ta' EUR 100 000 għall-perjodu 2015-2017. Fid-dawl ta' livell ta' deprezzament previst li jvarja bejn EUR 595 000 fl-2011 u EUR 346 000 fl-2017 fit-tliet xenarji li huma, dan jidher bħala imprudenti.

(128)

F'Novembru 2012, fuq talba tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Ċiprijotti ppreżentaw il-previżjonijiet finanzjarji aġġornati għax-xenarju mistenni u għax-xenarju tal-agħar każ possibbli, li kienu jkopru l-perjodu 2013-2020. Iż-żewġ xenarji jużaw il-pożizzjoni finanzjarja, l-għadd ta' persunal u r-rimunerazzjoni tagħhom, id-daqs tas-suq u s-sehem mis-suq ta' CSK fil-31 ta' Awwissu 2012 bħala punt tat-tluq. Skont l-awtoritajiet Ċiprijotti, huwa preżunt li CSK se terġa' lura għall-ishma mis-suq kif użati fil-pjan ta' ristrutturar oriġinali (fix-xenarju rispettiv). L-argument prinċipali tagħhom sabiex jenfasizzaw din is-suppożizzjoni huwa li ħafna klijenti, minkejja li kienu ddikjaraw li xtaqu jaħdmu ma' CSK, waqfu jaħdmu magħha minħabba l-inċertezza f'dak li għandu x'jaqsam mal-operat kontinwu tagħha u l-fatt li huma jixtiequ jiggarantixxu fornitur tas-servizzi għall-qtil tal-annimali tagħhom.

(129)

Il-pjan tan-negozju aġġornat juri l-projezzjonijiet li ġejjin:

Xenarju Mistenni Aġġornat

Sena

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Spejjeż tal-Produzzjoni

3 058

3 151

3 070

3 117

3 192

3 248

3 305

3 363

Spejjeż tal-Amministrazzjoni

604

470

468

478

486

496

504

514

Dħul Operattiv

4 472

4 495

4 495

4 596

4 762

4 868

5 053

5 164

Somom Mhux Operattivi

2 303

– 1 253

– 1 107

– 1 078

– 1 068

– 919

– 764

– 724

Eċċess

3 568

76

305

374

432

610

867

950

L-agħar xenarju possibbli aġġornat

Sena

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Spejjeż tal-Produzzjoni

2 981

3 015

2 918

2 938

2 993

3 027

3 072

3 123

Spejjeż tal-Amministrazzjoni

604

470

468

478

486

496

504

514

Dħul Operattiv

3 922

3 935

3 823

3 852

3 933

3 959

4 110

4 201

Somom Mhux Operattivi

2 303

– 1 291

– 1 207

– 1 240

– 1 307

– 1 243

– 1 185

– 1 251

Eċċess

3 095

– 386

– 315

– 340

– 389

– 334

– 68

– 194

(130)

Minħabba d-dħul aktar tard fi profittabbiltà, is-sitwazzjoni tal-ekwità ta' CSK hija saħansitra agħar fil-pjan ta' negozju aġġornat, li fix-xenarju mistenni aġġornat juri ekwità negattiva ta' madwar EUR 10,4 miljun fl-aħħar tal-perjodu ta' projezzjoni (2020) u ebda likwidità netta pożittiva għall-perjodu 2015-2020.

(131)

Il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta' negozju oriġinali huwa bbażat fuq tkabbir tas-suq preżunt ta' 2 % p.a. (cf. il-premessa 124). Madankollu, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Ċiprijotti fis-26 ta' Novembru 2012, is-suq Ċiprijott għall-qtil tal-annimali fil-biċċeriji wera xejra b'mod ġenerali 'l isfel bi staġnar fl-2010, tnaqqis ta' 2 % fl-2011 u tnaqqis ieħor ta' 3,8 % fl-2012 (cf. il-premessa 31). Barra minn hekk, sadanittant, Cypra daħlet fis-segment tal-qtil tal-baqar u, b'mod ġenerali, kien hemm żieda fil-kapaċità eċċessiva fis-suq. F'dan l-isfond, huwa sorprendenti li, b'rabta mal-pjan ta' negozju aġġornat (ippreżentat f'Novembru 2012), l-awtoritajiet Ċiprijotti jassumu li CSK se terġa' lura għall-ishma mis-suq kif użati fil-pjan ta' ristrutturar oriġinali (cf. il-premessa 128 hawn fuq).

(132)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li minħabba l-pożizzjoni finanzjarja b'mod ġenerali dgħajfa ta' CSK (ekwità negattiva fl-aħħar tal-perjodu ta' projezzjoni anki fl-aħjar xenarju possibbli tal-pjan tan-negozju oriġinali, cf. il-paragrafu 127 aktar 'il fuq) u s-sitwazzjoni ta' likwidità stretta tal-kumpanija, flimkien mal-kundizzjonijiet tas-suq xejn favorevoli, il-pjan ta' ristrutturar previst ma jippermettix li l-kumpanija terġa' tikseb il-vijabbiltà fit-tul.

V.3.4.3   L-evitar tat-tfixkil żejjed tal-kompetizzjoni

(133)

Skont il-punt 38 tal-Linji Gwida, għandhom jittieħdu miżuri ta' kumpens biex ikun żgurat li l-effetti negattivi fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ jitnaqqsu kemm jista' jkun, bil-għan li l-effetti pożittivi segwiti jissuperaw lil dawk negattivi.

(134)

Skont il-punt 39 tal-Linji Gwida, miżuri ta' dan it-tip jistgħu jinkludu l-iżvestiment tal-assi, it-tnaqqis fil-kapaċità jew tal-preżenza fis-suq u t-tnaqqis tal-ostakoli għad-dħul fis-swieq ikkonċernati. Tali miżuri ma għandhomx iwasslu għal deterjorazzjoni fl-istruttura tas-suq, pereżempju, permezz tal-effett indirett li joħolqu monopolju jew sitwazzjoni ta' oligopolija stretta. Skont il-punt 40 tal-Linji Gwida, il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati mal-effetti distortivi tal-għajnuna u, b'mod partikolari, mad-daqs u mal-importanza relattiva tal-impriża fis-suq jew fis-swieq tagħha. Ta' min wieħed jinnota li, skont il-punt 56 tal-Linji Gwida, il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturar jistgħu jkunu inqas stretti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' kumpens għal kumpanija li tinsab f'żona assistita. Kif issemma fuq, CSK tabilħaqq tinsab f'żona assistita skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

(135)

Il-miżuri ta' kumpens proposti fil-pjan ta' ristrutturar (il-premessa 46 tad-deċiżjoni) huma purament ta' natura komportamentali u ma jikkonsistu f'ebda żvestiment tal-assi jew tnaqqis fil-kapaċità jew tal-preżenza fis-suq. L-argumenti mqajma mill-awtoritajiet Ċiprijotti f'dan ir-rigward huma dawn li ġejjin:

(136)

Il-pjan ta' ristrutturar isostni li s-sehem mis-suq ta' CSK fis-suq Ewropew huwa minimu u li s-sehem mis-suq tagħha f'Ċipru naqas b'mod stabbli matul l-aħħar snin. Dan kien dovut għall-kompetizzjoni qawwija li hija ffaċċjat minn parteċipanti oħrajn fis-suq, speċjalment minn Cypra. L-argument li jikkonċerna s-sehem mis-suq baxx ta' CSK fuq skala Ewropea jidher li mhuwiex rilevanti. Għalkemm it-trasport transkonfinali tal-annimali għall-finijiet tal-qtil tagħhom huwa permess (cf. il-premessa 91), fil-prattika, il-klijenti tal-biċċeriji f'Ċipru ma jidhirx li jirrikorru għas-servizzi ta' qtil tal-annimali għall-ikel barra minn Ċipru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li, għalkemm is-sehem ta' CSK fis-suq tal-qtil tal-annimali f'Ċipru ra tnaqqis konsiderevoli, minn 68 % fl-2005 għal madwar 31 % fl-2010 u 26,5 % fl-2012 (cf. il-premessi 30 sa 33), is-sehem mis-suq tagħha xorta għadu importanti.

(137)

Il-pjan inizjali sostna wkoll li jekk CSK tieqaf topera, dan jikkawża tfixkil serju fis-suq, kif ukoll problemi ta' kompetizzjoni. L-ewwel nett, id-domanda staġjonali għal-laħam probabbilment ma tiġix issodisfata minħabba l-kapaċità mnaqqsa minn operaturi oħrajn fis-suq. Barra minn hekk, billi CSK kienet l-unika impriża attiva fil-qtil tal-baqar għall-ikel, ebda impriża oħra ma tista' tipprovdi s-servizzi rilevanti. Minbarra dan, kien sostnut li Cypra jkollha kważi monopolju fis-suq għall-qtil tal-ħnieżer u sehem għoli ħafna fis-suq għall-qtil tal-ovini/kaprini. Fl-aħħar nett, anki jekk kien hemm indikazzjonijiet li kien qed jiġi previst id-dħul fis-suq, l-awtoritajiet Ċiprijotti invokaw li ma kien hemm ebda kumpanija oħra attiva fis-suq għall-qtil tal-baqar fiż-żmien tan-notifika tar-ristrutturar. Madankollu, dejta aktar riċenti wriet li, sal-aħħar tal-2012, Cypra kienet fil-fatt daħlet fis-suq għall-qtil tal-baqar, b'kapaċità addizzjonali ta' 104 annimali maqtula kuljum, meta mqabbla mal-kapaċità eżistenti ta' CSK ta' 200 annimal (cf. il-premessa 32).

(138)

Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argumenti mressqa mill-awtoritajiet Ċiprijotti. Huwa possibbli li, fin-nuqqas tal-għajnuna, CSK tispiċċa tfalli, u li kumpanija oħra tista' tikseb l-assi tagħha, sabiex b'hekk tkompli topera. Li kieku dan iseħħ, il-kapaċità globali tas-suq ma tonqosx u Cypra ma tasalx f'sitwazzjoni ta' kważi monopolju. Anki li kieku Cypra kellha tikseb l-assi ta' CSK, jidher li hemm livell għoli ta' kapaċità tal-akkwist fiż-żewġ segmenti tal-qtil tal-ħnieżer u tal-qtil tal-baqar fil-biċċeriji li minħabba fih huma improbabbli ħafna jew impossibbli l-ħolqien ta' suq oligopolistiku strett u żieda fil-prezzijiet. Pereżempju, is-Cyprus Pig Farmers Association innotat li riċentament huma ħolqu kumpanija li tikkontrolla 60 % tal-produzzjoni tal-pajjiż. Huma jirrikonoxxu wkoll li, fil-ġejjieni, dik il-kumpanija tista' tibbaża l-għażla tagħha tal-biċċerija fuq kunsiderazzjonijiet ta' vijabbiltà. L-istess jiġri fil-każ ta' dawk li jrabbu l-baqar. B'mod kollettiv, l-assoċjazzjoni tagħhom tirrappreżenta 75 % tal-produzzjoni tal-pajjiż u huwa diffiċli li nimmaġinaw kif il-biċċeriji jistgħu jimponu prezzijiet iżjed kompetittivi.

(139)

Barra minn hekk, jidher ċar li s-suq qiegħed ibati minn kapaċità eċċessiva. L-awtoritajiet Ċiprijotti jirrikonoxxu dan fis-sottomissjonijiet tagħhom. Il-ħruġ ta' CSK mis-suq ma joħloqx skarsezzi fis-segmenti differenti tal-qtil tal-annimali għall-ikel.

(140)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri ta' kumpens proposti, il-pjan isostni li l-iżvestiment tal-kapaċità tal-produzzjoni jew it-tnaqqis tal-preżenza fis-suq sempliċiment mhumiex possibbli fil-każ ta' CSK. CSK hija kumpanija żgħira li ma għandha ebda attività oħra minbarra l-qtil tal-annimali għall-ikel. Il-linja tal-produzzjoni tagħha tvarja biss bi grad żgħir ħafna skont it-tip ta' annimal. Kull tip ta' qtil isir mill-istess persunal, filwaqt li għadd ta' servizzi (eż. l-ikkargar) huma komuni għal-linji tal-produzzjoni kollha. Għal dawn ir-raġunijiet, il-pjan isostni li tnaqqis fil-kapaċità sempliċiment jagħmel lil CSK mhux vijabbli.

(141)

Huwa minnu li, billi CSK hija attiva f'żona assistita, il-Kummissjoni tkun tista' taċċetta miżuri ta' kumpens limitati. Madankollu, dawn xorta jridu jkunu konformi mal-linji gwida dwar ir-ristrutturar u s-salvataġġ, u jinkludu l-iżvestiment tal-assi, tnaqqis fil-kapaċità jew tal-preżenza fis-suq u tnaqqis tal-ostakoli għad-dħul fis-swieq ikkonċernati, filwaqt li jirriżultaw fi tnaqqis tal-preżenza ta' CSK fis-suq, imqabbel mas-sitwazzjoni ta' qabel ir-ristrutturar. Il-firxa preċiża tal-miżuri ta' kumpens neċessarji tiddependi fuq l-istruttura tas-suq u l-impatt tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni.

(142)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-awtoritajiet Ċiprijotti ma pprovdew ebda evidenza li turi li se jiġi evitat it-tfixkil żejjed tal-kompetizzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri ta' kumpens proposti minn Ċipru mhumiex biżżejjed.

V.3.4.4   Għajnuna limitata għall-minimu: kontribuzzjoni reali, mingħajr għajnuna

(143)

Il-Linji Gwida (il-punt 43) jgħidu li l-ammont u l-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu limitati għall-minimu strett tal-ispejjeż tar-ristrutturar meħtieġa sabiex ikun jista' jsir ir-ristrutturar fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji eżistenti tal-kumpanija, tal-azzjonisti tagħha jew tal-grupp kummerċjali li għalih tappartjeni.

(144)

Il-punt 44 tal-Linji Gwida jistipula li l-Kummissjoni normalment tikkunsidra kontribuzzjoni għar-ristrutturar fil-każ ta' impriża kbira (bħal CSK fil-każ preżenti) ta' mill-inqas 50 % bħala waħda xierqa. Madankollu, skont il-punti 55 u 56 tal-Linji Gwida, il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna jistgħu jkunu inqas stretti fir-rigward tad-daqs tal-kontribuzzjoni tal-benefiċjarja, jekk din tal-aħħar tkun tinsab f'żona assistita.

(145)

Skont il-pjan ta' ristrutturar inizjali, l-ispiża totali għar-ristrutturar ta' CSK kienet tammonta għal madwar EUR 27 miljun, li EUR 15-il miljun minnhom kellhom jingħataw mill-Istat bħala għajnuna għar-ristrutturar u EUR 12-il miljun li jifdal kellhom jiġu ffinanzjati mill-kontribuzzjoni proprja ta' CSK (il-bejgħ ta' proprjetà immobbli b'valur ta' EUR 7 miljun u l-kontrazzjoni ta' self ġdid ta' EUR 5 miljun). Skont dan il-pjan ta' ristrutturar inizjali, il-parteċipazzjoni tal-kumpanija kellha tirrappreżenta 44,4 % tal-ispejjeż tar-ristrutturar totali (cf. il-premessi 25 u 26). L-awtoritajiet Ċiprijotti kkonfermaw li l-ammont ta' għajnuna se jintuża biss sabiex CSK tkun tista' tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha. Għalhekk, dan se jintuża biss għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar u mhux se jipprovdi flus kontanti żejda lill-kumpanija li jistgħu jintużaw għal attivitajiet li mhumiex marbuta mal-proċess ta' ristrutturar.

(146)

Fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Mejju 2013, l-awtoritajiet Ċiprijotti indikaw li l-ispejjeż tar-ristrutturar sadanittant żdiedu għal madwar EUR 29,8 miljun. Barra minn hekk, kif jidher fil-premessa 115 aktar 'il fuq, id-differenza fis-salarju ta' EUR 3,4 miljun għall-impjegati li qegħdin jiġu ttrasferiti lill-muniċipalitajiet għandha tiġi inkluża wkoll fl-ispejjeż tar-ristrutturar, b'tali mod li tgħolli l-livell totali tagħhom għal madwar EUR 33,2 miljun. Il-kontribuzzjoni ta' CSK tibqa' l-istess u b'hekk tirrappreżenta biss madwar 36 %, jekk jitqiesu l-ispejjeż tar-ristrutturar miżjuda totali. Barra minn hekk, fl-istess sottomissjoni, l-awtoritajiet Ċiprijotti rrikonoxxew li fl-ambjent ekonomiku attwali, il-kisba tas-self previst għandha titqies bħala dubjuża. Meta wieħed iqis biss ir-rikavat mill-bejgħ tal-art b'valur ta' madwar EUR 7 miljun, il-kontribuzzjoni proprja ta' CSK tammonta biss għal madwar 21 %, li l-Kummissjoni tqis bħala baxxa wisq, anki jekk wieħed iqis il-fatt li l-benefiċjarja tinsab f'żona assistita. (21)

V.3.4.5   Implimentazzjoni sħiħa tal-pjan

(147)

L-għoti ta' għajnuna għar-ristrutturar huwa kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar. Fil-fatt, l-awtoritajiet Ċiprijotti kkonfermaw li n-nuqqas ta' implimentazzjoni (kompletament jew parzjalment) tal-pjan ta' ristrutturar mill-benefiċjarja, fil-limitu ta' żmien speċifikat, iwassal għall-kanċellazzjoni tal-għoti tal-għajnuna, u jwassal ukoll għall-obbligu li jitħallsu lura l-ammonti diġà mogħtija.

V.3.4.6   Il-monitoraġġ u r-rapport annwali

(148)

L-awtoritajiet Ċiprijotti impenjaw ruħhom li jipprovdu, fuq bażi annwali, rapport li jkun fih l-informazzjoni mitluba mill-punt 51 tal-Linji Gwida.

V.3.4.7   “Għajnuna ta' darba, tal-aħħar darba”

(149)

Skont il-Linji Gwida, l-għajnuna għar-ristrutturar għandha tingħata darba waħda biss kull għaxar snin.

(150)

L-awtoritajiet Ċiprijotti kkonfermaw, fil-kuntest tad-deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ, li CSK ma rċeviet ebda għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar qabel.

V.3.5   Għajnuna għas-salvataġġ

(151)

Fil-paragrafu 28 tad-Deċiżjoni dwar l-għajnuna għas-salvataġġ, l-awtoritajiet ta' Ċipru impenjaw ruħhom li jikkomunikaw pjan ta' ristrutturar jew pjan ta' likwidazzjoni jew inkella prova li s-self tħallas lura kollu u/jew li l-garanzija ġiet terminata lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara li tkun ġiet awtorizzata l-miżura ta' għajnuna għas-salvataġġ. (22) Sal-lum, il-Kummissjoni ma rċeviet ebda komunikazzjoni bħal din mingħand l-awtoritajiet ta' Ċipru.

VI.   KONKLUŻJONI

(152)

Il-Kummissjoni ssib li, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 132, 142 u 146, l-għajnuna għar-ristrutturar innotifikata minn Ċipru fit-3 ta' Novembru 2010 hija inkompatibbli mas-suq intern.

(153)

Il-Kummissjoni titlob li, fir-rigward tal-għajnuna għas-salvataġġ ta' EUR 1,6 miljun għal CSK approvata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2010, Ċipru jew jissottometti evidenza li l-għajnuna tħallset lura, jew inkella pjan ta' likwidazzjoni ta' CSK, skont il-punt 27 tal-Linji Gwida.

(154)

Il-Kummissjoni tordna lil Ċipru sabiex jirkupra kull għajnuna diġà mogħtija lil CSK b'rabta mat-tolleranza tal-Istat għad-dewmien fil-ħlas tal-ammonti dovuti, b'konnessjoni mat-trasferiment tal-persunal lill-muniċipalitajiet u kull għajnuna possibbli li għadha ma tħallsitx lura lill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet b'rabta mas-self ta' EUR 512 850,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li Ċipru qiegħed jippjana li jagħti għar-ristrutturar tal-Biċċerija Ċentrali ta' Kofinos (“CSK”) hija inkompatibbli mas-suq intern.

Għaldaqstant, din l-għajnuna ma għandhiex tiġi implimentata.

Artikolu 2

Ċipru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, dwar il-miżuri li jkun ħa biex jikkonforma mal-Artikolu 1.

Artikolu 3

L-għajnuna għas-salvataġġ ta' EUR 1,6 miljun għal CSK approvata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2010, kif ukoll l-għajnuna b'rabta mat-tolleranza tal-Istat għad-dewmien fil-ħlas tal-ammonti dovuti, b'konnessjoni mat-trasferiment tal-persunal lill-muniċipalitajiet u b'rabta mas-self ta' EUR 512 850, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 4

1.   Ċipru għandu jirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3 mingħand il-benefiċjarja, jiġifieri CSK.

2.   Is-somom li jridu jiġu rkuprati għandu jkollhom l-imgħax mid-data li fiha jkunu tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarja sal-irkupru effettiv tagħhom.

3.   L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta b'konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (23) u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 (24) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.

4.   Ċipru għandu jikkanċella l-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.

Artikolu 5

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   Ċipru għandu jiżgura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, Ċipru għandu jippreżenta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (kapital u mgħax tal-irkupru) li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarja;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u ta' dawk li huma ppjanati biex ikun hemm konformità ma' din id-Deċiżjoni;

(c)

dokumenti li juru li l-benefiċjarja ġiet ordnata tħallas lura l-għajnuna.

2.   Ċipru għandu jżomm lill-Kummissjoni infurmata bil-progress tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm tiġi rkuprata l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3. Huwa għandu jibgħat minnufih, fuq talba sempliċi mill-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu diġà u dwar dawk ippjanati sabiex jikkonforma ma' din id-Deċiżjoni. Huwa għandu jipprovdi wkoll l-informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u l-imgħax għall-irkupru li diġà ġew irkuprati mingħand il-benefiċjarja.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Ċipru.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 165, 7.6.2011, p. 12.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat N 60/2010 (ĠU C 233, 28.8.2010, p. 2).

(3)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(4)  L-Anness I(I) tal-Gazzetta Uffiċjali, Nru 3679, 31 ta' Jannar 2003.

(5)  Ikkalkolat bħala l-unitajiet ta' bhejjem skont it-tifsira tal-Artikolu 4(A) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 fuq problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ ġewwa l-Komunità ta' prodotti tal-laħam (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64).

(6)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(7)  Ikkalkolat bħala l-unitajiet ta' bhejjem skont l-Artikolu 4(A) tad-Direttiva 64/433/KEE.

Sors: Id-Dipartiment Veterinarju, tal-Ministeru tal-Agrikoltura, tar-Riżorsi Naturali u tal-Ambjent

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(9)  Sentenza tal-Qorti tas-17 ta' Settembru 1980 fil-Kawża 730/79 Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1980] Ġabra 2671, il-para. 11.

(10)  Ara, pereżempju, il-kawża tal-QPI 152/99, HAMSA/Il-Kummissjoni, Ġabra 2001, II-3049, il-para. 156 et.seq.

(11)  ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3.

(12)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

(13)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(14)  ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.

(15)  Il-Kawża 30/59 Gezamenlijke Steenkolenmijnen f'Limburg vs l-Awtorità Għolja [1961] Ġabra 3, il-paragrafi 29 u 30; il-Kawża C-251/97 Franza vs il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-6639, il-paragrafi 40, 46 u 47; u l-Kawżi Konġunti C-71/09 P, C-73/09 P u C-76/09 P Comitato Venezia vuole vivere vs il-Kummissjoni [2011] Ġabra I-4727, il-paragrafi 90 sa 96.

(16)  Il-Linji Gwida tal-2004 dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f'diffikultà huma applikabbli kif ġie spjegat fil-premessi 117-118 hawn taħt.

(17)  ĠU C 204, 1.7.2014, p. 1.

(18)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Għajnuna mill-Istat — Il-pubblikazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna mill-Istat eżistenti fl-Istati Membri l-ġodda fis-settur tal-agrikoltura (ĠU C 147, 17.6.2005, p. 2).

(19)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/204/KE tal-10 ta' Ottubru 2007 rigward l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza f'dak li jikkonċerna r-riforma tal-metodu ta' finanzjament għall-pensjonijiet għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma' La Poste (ĠU L 63, 7.3.2008, p. 16).

(20)  ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.

(21)  Li kieku kien hemm element ta' għajnuna addizzjonali b'konnessjoni mas-self mill-Unjoni tal-Muniċipalitajiet (cf. il-premessa 112), li kien ikollu jiġi miżjud mal-ispejjeż tar-ristrutturar, il-kontribuzzjoni proprja ta' CSK kienet tammonta saħansitra għal inqas.

(22)  Supra nota f'qiegħ il-paġna Nru 1.

(23)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(24)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).


23.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/61


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/645

tat-22 ta' April 2016

dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument C(2016) 3261)

(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontrol ta' ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tagħha;

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-marda tal-infafet fil-ġilda (bl-Ingliż, Lumpy Skin Disease jew LSD) hija marda virali li primarjament tittieħed minn vettur tal-annimali bovini, ikkaratterizzata minn telfiet sinifikanti fl-annimali suxxettibbli u bil-potenzjal li l-marda tinfirex malajr ħafna, l-aktar permezz ta' movimenti u kummerċ tal-annimali suxxettibbli ħajjin u l-prodotti tagħhom. L-LSD mhix xi marda ta' importanza għas-saħħa pubblika għax il-vajrus ma jistax jiġi trażmess lill-bniedem.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tistabbilixxi miżuri ġenerali għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali, inkluża l-LSD. Dawn jinkludu miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' suspett u konferma tal-LSD f'azjenda. Il-miżuri li għandhom jittieħdu jinkludu l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u sorveljanza madwar it-tifqigħat u miżuri addizzjonali oħrajn sabiex tiġi kkontrollata l-firxa tal-marda. Dawn il-miżuri jipprevedu wkoll it-tilqim ta' emerġenza f'każ ta' tifqigħa tal-LSD.

(3)

L-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 92/119/KEE jesiġi li fejn, f'reġjun partikolari, l-epiżootika inkwistjoni tkun eċċezzjonalment serja, il-miżuri addizzjonali kollha li jridu jittieħdu mill-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' komitoloġija.

(4)

Fit-12 ta' April 2016, il-Bulgarija għarrfet lill-Kummissjoni dwar suspett ta' LSD f'żewġ azjendi bovini li jinsabu rispettivament fl-irħula Voden u Chernogorovo fil-muniċipalità Dimitrovgrad, fir-reġjun ta' Haskovo fiċ-ċentru tan-nofsinhar tal-Bulgarija, madwar 80 km mill-fruntieri mal-pajjiżi ġirien. Fit-13 ta' April 2016, il-Bulgarija nnotifikat il-konferma taż-żewġ tifqigħat tal-LSD u suspett ieħor ta' LSD fil-muniċipalità ġara ta' Vodenicharovo fir-reġjun ta' Stara Zagora. Fil-15 ta' April 2016, il-Bulgarija kkonfermat tifqigħa oħra fir-raħal Bialo Pole, fir-reġjun ta' Stara Zagora, u fl-irħula Radievo u Marijno fir-Reġjun ta' Haskovo.

(5)

Il-Bulgarija ħadet il-miżuri previsti mid-Direttiva 92/119/KEE, u b'mod partikolari l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u sorveljanza madwar it-tifqigħat kif stipulat fl-Artikolu 10 ta' dik id-Direttiva u barra minn hekk rażżnet il-moviment tal-annimali suxxettibbli fiż-żewġ reġjuni milquta u, bħala miżura ta' prekawzjoni, fir-reġjuni ġirien ta' Burgas, Yambol, Sliven, Kardzhali, Plovdiv, Pazardjik, Smolyan, Blagoevgrad, Kjustendil, Pernik, id-Distrett ta' Sofija u l-Belt ta' Sofija. Is-sorveljanza hija intensifikata mal-pajjiż kollu.

(6)

Minħabba r-riskju li l-vajrus tal-LSD jinxtered f'żoni oħra tal-Bulgarija u fi Stati Membri oħra, partikolarment permezz tal-kummerċ tal-annimali bovini ħajjin u l-prodotti ġerminali tagħhom, għandu jiġi kkontrollat il-moviment ta' ċerti ruminanti selvaġġi u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali bovini.

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha tuża d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 92/119/KEE, l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (5) u l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (6). Madankollu, huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti xi definizzjonijiet speċifiċi f'din id-Deċiżjoni.

(8)

Huwa neċessarju li tiġi mfissra l-parti tat-territorju tal-Bulgarija li hija meqjusa bħala ħielsa mil-LCD u li mhix soġġetta għar-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE u fid-Deċiżjoni preżenti. Huwa għalhekk neċessarju li titfisser iż-żona ristretta fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqies il-livell ta' riskju għat-tixrid tal-LSD. Il-konfini ġeografiċi tat-tali żona ristretta għandhom jissejsu fuq ir-riskju u l-eżitu ta' traċċar ta' kuntatti possibbli mal-azjenda infettata, ir-rwol possibbli tal-vetturi u tal-possibbiltà li jkunu implimentati kontrolli suffiċjenti fuq il-moviment ta' annimali tal-ispeċijiet suxxettibbli u l-prodotti derivati minn dawk l-annimali. Iż-żona ristretta għandha tinkludi ż-żoni kollha ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont id-Direttiva 92/119/KEE. Fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta mill-Bulgarija, it-territorju kollu tar-reġjuni ta' Haskovo u Stara Zagora fil-Bulgarija għandhom ikunu ż-żona ristretta deskritta fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

(9)

Huwa meħtieġ ukoll li jkunu previsti ċerti restrizzjonijiet fuq il-bgħit ta' annimali ta' speċijiet suxxettibbli u l-prodotti ġerminali tagħhom miż-żona ristretta stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, kif ukoll restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti sekondarji tal-annimali minn dik iż-żona ristretta.

(10)

F'termini tar-riskju ta' tixrid tal-LSD, prodotti differenti joħolqu livelli differenti ta' riskju. Kif intqal fl-Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar il-marda tal-infafet fil-ġilda (7) il-moviment ta' annimali bovini ħajjin, semen bovina u ġlud mhux ipproċessati u ġlud ta' annimali bovini infettati, joħolqu aktar riskji mil-lat ta' esponiment u konsegwenzi minn prodotti oħra bħall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, ġlud ittrattati jew laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li joriġinaw minn annimali bovini, fejn ma jkunx hemm evidenza xjentifika jew sperimentali dwar ir-rwol tagħhom fit-trażmissjoni tal-marda. Għalhekk, il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni għandhom ikunu bbilanċjati u proporzjonati għar-riskji.

(11)

Il-movimenti ta' annimali bovini ħajjin miż-żona ristretta fil-Bulgarija stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu pprojbiti sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-LSD. Skont l-opinjoni xjentifika tal-EFSA dwar il-marda tal-infafet fil-ġilda u tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), il-fawna selvaġġa, jiġifieri ċerti ruminanti selvaġġi eżotiċi jistgħu potenzjalment ikollhom rwol fit-trażmissjoni tal-LSD, b'mod partikolari fl-Afrika fejn dik il-marda hija endemika. Għalhekk xi miżuri preventivi għandhom ukoll japplikaw għar-ruminanti selvaġġi. Fin-nuqqas ta' regoli iktar preċiżi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-istandards internazzjonali xierqa għal dawn il-movimenti pprovduti mill-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE (OIE Terrestrial Animal Health Code) (8) għandhom jintużaw għal dan l-għan.

(12)

Billi l-Bulgarija talbet għal eżenzjoni mill-projbizzjoni tal-bgħit ta' annimali bovini direttament għall-qatla minn azjendi li jinsabu fiż-żona ristretta barra ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza u tali eżenzjoni hija prevista fl-Artikolu 11.11.5. tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE, huwa xieraq li jkun permess il-bgħit ta' kunsinni bħal dawn taħt ċerti kundizzjonijiet.

(13)

Bl-istess mod, it-trażmissjoni tal-LSD permezz ta' semen u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi bovina ma tistax tiġi eskluża. Għalhekk, ċerti miżuri ta' protezzjoni għandhom jiġu previsiti inkonnessjoni ma' dawk il-prodotti. Fin-nuqqas ta' standards tal-Unjoni, l-opinjoni xjentifika tal-EFSA dwar l-LSD u r-rakkomandazzjonijiet xierqa tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE għandhom jintużaw għal dan l-għan.

(14)

Skont l-opinjoni xjentifika tal-EFSA dwar il-marda tal-infafet fil-ġilda, it-trażmissjoni tal-vajrus tal-LSD permezz tas-semen (tgħammir naturali inkella b'inseminazzjoni artifiċjali) intweriet b'mod sperimentali, u l-vajrus tal-LSD ġie iżolat f'semen minn barrin infettati għall-għan sperimentali. Il-ġbir u l-użu ta' semen ta' annimali tal-ispeċijiet bovini li joriġinaw fiż-żona ristretta għandhom għalhekk ikunu pprojbiti.

(15)

Skont l-Artikolu 4.7.14 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE, l-LSD hija assenjata skont il-Manwal tas-Soċjetà Internazzjonali tat-Trasferiment tal-Embrijuni bħala mard jew aġenti patoġeniċi tal-Kategorija 4, l-istess bħal dawk li għalihom twettqu l-istudji, jew li l-istudji jinsabu għaddejjin dwarhom, li jindika li l-ebda konklużjoni ma għadha possibbli fir-rigward tal-livell ta' riskju ta' trażmissjoni jew li r-riskju tat-trażmissjoni permezz ta' trasferiment ta' embrijuni jista' ma jkunx negliġibbli anki jekk l-embrijuni jiġu ttrattati kif jixraq skont dan il-Manwal bejn il-ġbir u t-trasferiment. Il-ġbir u l-użu ta' embrijuni ta' annimali tal-ispeċi tal-bovini li joriġinaw fiż-żona ristretta għandhom għalhekk ikunu pprojbiti.

(16)

Ma hemm l-ebda evidenza xjentifika jew sperimentali li tissuġġerixxi t-trażmissjoni tal-vajrus tal-LSD fost l-ispeċijiet tal-annimali suxxettibbli permezz ta' laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam jew prodotti tal-laħam. Għalkemm l-opinjoni xjentifika tal-EFSA dwar l-LSD tindika li l-vajrus tal-LSD jista' jgħix fil-laħam għal perjodu ta' żmien mhux indikat, il-projbizzjoni eżistenti tal-Unjoni fuq l-għalf ta' proteini ruminanti lil ruminanti teskludi l-possibbiltà ta' trażmissjoni orali improbabbli ta' vajrus tal-LSD. Biex jiġi evitat ir-riskju li tinfirex l-LSD, it-tqegħid fis-suq ta' laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam minn annimali bovini li joriġinaw fiż-żona ristretta li hija prevista fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom ikunu permessi biss meta l-laħam frisk prodott minn annimali bovini jkun miżmum f'azjendi ħielsa mill-marda li jinsabu fiż-żona ristretta stabbilita barra ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza. Laħam bħal dan għandu jitqiegħed fis-suq fit-territorju tal-Bulgarija biss.

(17)

Barra minn hekk, il-bgħit ta' kunsinni ta' laħam frisk miksub minn annimali miżmuma u maqtula barra ż-żona ristretta, kif ukoll preparazzjonijiet ta' laħam u prodotti tal-laħam kif definiti fil-punt 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati, kif definit fil-punt 7.9 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li ngħaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (10) prodotti minn dan il-laħam frisk u pproċessat fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ristretta barra ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, għandhom ikunu permessi taħt ċerti kundizzjonijiet.

(18)

Kolostru, prodotti tal-ħalib u prodotti tal-ħalib użati bħala għalf tal-annimali jista' jkollhom rwol importanti fit-tixrid tal-LSD, b'mod partikolari, meta l-kolostru, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ma jkunux ġew ittrattati bis-sħana jew aċidifikati biżżejjed biex jiġi inattivat il-vajrus tal-LSD.

(19)

Fl-Opinjoni Xjentifika tagħha dwar ir-riskji tas-saħħa tal-annimali mit-tmigħ ta' annimali bi prodotti tal-ħalib lesti għall-użu mingħajr trattamenti ulterjuri (11) l-EFSA tispeċifika b'mod iktar preċiż xi metodi li jistgħu jtaffu r-riskji tat-tixrid tal-LSD permezz tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. Għalhekk, it-tqegħid fis-suq u l-bgħit ta' kunsinni ta' ħalib u prodotti tal-ħalib għall-konsum uman prodott minn annimali miżmuma f'żona ristretta, għandu jkun permess taħt ċerti kundizzjonijiet.

(20)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (12), jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), inklużi r-rekwiżiti għall-ipproċessar sikur ta' prodotti sekondarji u derivati tal-annimali. Sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-LSD, it-tqegħid fis-suq ta' prodotti sekondarji tal-annimali mhux ipproċessati għandu jiġi pprojbit. Ir-referenza għal prodotti sekondarji proċessati tal-annimali f'din id-Deċiżjoni għandha titqies bħala referenza għall-istandards tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 142/2011.

(21)

F'każ ta' tifqigħa tal-LSD, l-Artikolu 19 tad-Direttiva 92/119/KEE jipprevedi l-possibbiltà li jsir it-tilqim kontra dik il-marda. Il-Bulgarija ma eskludietx rikors għal tilqim ta' emerġenza kontra l-LSD. Ir-riskju ta' tixrid ta' dik il-marda minn annimali mlaqqma u l-prodotti tagħhom huwa differenti mir-riskji li jirriżultaw minn annimali mhux imlaqqma u annimali li possibilment qed jinkubaw. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-moviment ta' annimali bovini mlaqqma u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti li ġejjin minn dawn l-annimali.

(22)

L-għarfien dwar l-LSD mhux sħiħ. L-annimali bovini mlaqqma huma protetti mis-sinjali kliniċi ta' dik il-marda iżda mhux neċessarjament protetti mill-infezzjoni u mhux l-annimali kollha mlaqqma jirreaġixxu b'immunità protettiva. Għalhekk, dawn l-annimali wara perjodu ta' mill-inqas 28 jum wara l-vaċċinazzjoni għandhom jitħallew jintbagħtu direttament għall-qatla immedjata f'biċċeriji li jinsabu fit-territorju tal-Bulgarija.

(23)

Konsegwentement, il-laħam frisk u l-preparazzjonijiet tal-laħam tiegħu, kif ukoll prodotti tal-laħam soġġetti għal trattament mhux speċifiku jistgħu jikkostitwixxu riskju mhux negliġibbli ta' tixrid tal-LSD. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li t-tqegħid fis-suq ta' laħam frisk minn annimali bovini u ugulati selvaġġi suxxettibbli, u l-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam minnhom jiġi limitat għat-territorju tal-Bulgarija, sakemm dawn il-prodotti jkunu soġġetti għal immarkar speċjali li ma jkunx ovali u li ma jkunx jixbah il-marka sanitarja għal-laħam frisk kif stipulat fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u l-marka tal-identifikazzjoni għal preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu fi, jew li fihom, laħam ta' annimali bovini, kif stabbilit fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(24)

Trattament speċifiku ta' prodotti tal-laħam f'kontenituri ssiġillati ermetikament sa valur Fo ta' tlieta jew aktar u t-trattament deskritt fil-punti minn 1.1 sa 1.5 tal-Parti A tal-Anness IX tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE (15) ta' ħalib u prodotti tal-ħalib jiddiżattiva biżżejjed il-vajrus tal-LSD f'tali prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem u għalhekk dawn il-prodotti tal-laħam u dan il-ħalib u prodotti mill-ħalib għandhom jitħallew jitqiegħdu fis-suq fit-territorju kollu tal-Bulgarija u fi Stati Membri oħrajn u li jiġu mibgħuta lejn pajjiżi terzi.

(25)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-miżuri protettivi b'rabta mat-tifqigħa tal-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Bulgarija u l-miżuri addizzjonali li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri konċernati skont id-Direttiva 92/119/KEE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw rispettivament id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttivi 64/432/KEE, 92/65/KEE u 92/119/KEE.

Barra minn dan, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“annimal bovin” tfisser ungalat tal-ispeċijiet Bos taurus, Bos indicus, Bison bison u Bubalus bubalis;

(b)

“żona ristretta” tfisser parti mit-territorju ta' Stat Membru elenkata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni li tinkludi ż-żona fejn ġiet ikkonfermata l-marda tal-infafet fil-ġilda u kwalunkwe żona ta' protezzjoni u sorveljanza stabbilita skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/119/KEE;

(c)

“ruminant selvaġġ miżmum fil-magħluq” tfisser annimal tas-subordni Ruminantia fi ħdan l-ordni Artiodactyla li jkollu fenotip mhux affettwat b'mod sinifikanti bis-selezzjoni mill-bniedem iżda li jgħix taħt is-superviżjoni jew il-kontroll dirett tal-bniedem, inklużi annimali taż-żù;

(d)

“ruminant selvaġġ” tfisser annimal tas-subordni Ruminantia fi ħdan l-ordni Artiodactyla li jkollu fenotip mhux affettwat bis-selezzjoni mill-bniedem u li jgħix b'mod indipendenti mill-kontroll jew is-superviżjoni diretta tal-bniedem.

(e)

“prodotti tal-laħam” tfisser prodotti tal-laħam, kif imfissra fil-punt 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati kif imfissra fil-punt 7.9 ta' dak l-Anness li ngħaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fil-parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

Artikolu 3

Projbizzjoni fuq il-moviment u t-tqassim ta' ċerti annimali u s-semen u l-embrijuni tagħhom, u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti sekondarji tal-annimali

1.   Il-Bulgarija għandha tipprojbixxi l-bgħit tal-prodotti li ġejjin miż-żona ristretta lejn partijiet oħra tal-Bulgarija, lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi:

(a)

annimali bovini u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq;

(b)

semen, ova u embrijuni ta' annimali bovini.

2.   Il-Bulgarija għandha tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq barra miż-żona ristretta u l-bgħit lejn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi tal-prodotti li ġejjin li huma prodotti minn annimali bovini u ruminanti selvaġġi kkaċċjati fiż-żona ristretta jew miżmuma fiha:

(a)

laħam frisk u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam prodotti minn tali laħam frisk;

(b)

kolostru, ħalib u prodotti tal-ħalib minn annimali bovini;

(c)

ġlud friski minbarra dawk li jaqgħu taħt id-definizzjonijiet fil-punti 28 u 29 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011;

(d)

prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali, sakemm mhux maħsuba u kanalizzati taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti għar-rimi jew għall-ipproċessar f'impjant approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 fit-territorju tal-Bulgarija.

Artikolu 4

Deroga mill-projbizzjoni fuq il-bgħit ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq għal qtil dirett u l-bgħit ta' laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam miksuba minn dawn l-annimali

1.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 3(1)(a), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-bgħit ta' annimali bovini u ta' ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq minn azjendi li jinsabu fiż-żona ristretta għal biċċerija li tinsab f'partijiet oħra tal-Bulgarija dejjem jekk:

(a)

l-annimali kienu residenti mit-twelid jew għal dawn l-aħħar 28 jum, fi stabbiliment fejn l-ebda każ tal-marda tal-infafet fil-ġilda ma ġie rrappurtat uffiċjalment matul dak il-perjodu;

(b)

l-annimali ġew spezzjonati klinikament waqt it-tagħbija u ma ppreżentawx xi sinjali kliniċi tal-marda tal-infafet fil-ġilda;

(c)

l-annimali jiġu ttrasportati għall-qatla immedjata b'mod dirett, mingħajr waqfien jew ħatt;

(d)

il-biċċerija tiġi nnominata għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti;

(e)

l-awtorità kompetenti tal-biċċerija għandha tiġi informata bil-quddiem mill-awtorità tal-bgħit kompetenti bl-intenzjoni li jintbagħtu l-annimali f'dik il-biċċerija u tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-bgħit bil-wasla tagħhom;

(f)

mal-wasla fil-biċċerija, l-annimali jinżammu u jinqatlu separatament minn annimali oħra f'perjodu ta' żmien inqas minn 36 siegħa;

(g)

l-annimali maħsuba li se jiġu soġġetti għal moviment:

(i)

ma tlaqqmux kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda u nżammu f'azjendi:

fejn it-tilqim ma sarx u li jinsabu barra ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza, jew

fejn it-tilqim sar u li jinsabu barra ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza u perjodu ta' stennija ta' mill-inqas sebat (7) ijiem wara li jkun skada t-tilqim fil-merħla, jew

li jinsabu f'żona ta' sorveljanza miżmuma għal aktar minn 30 jum minħabba l-okkorrenza ta' każijiet oħra tal-marda; kif imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 92/119/KEE, jew

(ii)

tlaqqmu kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-moviment u ġew minn azjenda li fiha l-annimali kollha suxxettibbli kienu tlaqqmu għall-inqas 28 jum qabel il-moviment maħsub.

2.   Kull bgħit ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq skont il-paragrafu 1 għandu jseħħ biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-mezz ta' trasport ikun tnaddaf u ġie diżinfettat kif jixraq qabel u wara t-tagħbija ta' tali annimali b'konformità mal-Artikolu 9;

(b)

qabel u matul it-trasport, l-annimali jkunu protetti kontra attakki ta' insetti vettorjali.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam miksuba mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jitqiegħdu fis-suq skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5 u 6.

Artikolu 5

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta' laħam frisk u preparazzjonijiet tal-laħam ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi

1.   B'deroga mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(2)(a) u (c), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tqegħid fis-suq fil-Bulgarija barra ż-żona ristretta tal-laħam frisk, eskluż il-ġewwieni minbarra l-fwied, u preparazzjonijiet tal-laħam tiegħu, kif ukoll ġlud friski miksuba minn annimali bovini u ruminanti selvaġġi:

(a)

miżmuma f'azjendi fiż-żona ristretta li ma kinux taħt restrizzjonijiet skont id-Direttiva 92/119/KEE; jew

(b)

li nqatlu jew ġew ikkaċċjati qabel it-13 ta' April 2016, jew

(c)

imsemmija fl-Artikolu 4(1).

2.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss id-dipaċċ lejn Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi ta' laħam frisk miksub minn annimali bovini li huma miżmuma u maqtula barra ż-żona ristretta, u preparazzjonijiet tal-laħam prodotti minn dan il-laħam frisk, sakemm dan il-laħam u l-preparazzjonijiet tal-laħam huma prodotti, maħżuna u mqandla mingħajr ma jiġu f'kuntatt ma' laħam u preparazzjoniiet tal-laħam li mhumiex awtorizzati li jintbagħtu lejn Stati Membri oħra skont l-Artikolu 3(2)(a), u l-kunsinni lejn Stati Membri oħra jkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali tas-saħħa skont il-mudell stabbilit fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 (16), li mal-Parti II tiegħu tinżied l-attestazzjoni li ġejja:

“Laħam frisk jew preparazzjonijiet tal-laħam li jikkonformaw mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/645 tat-22 ta' April 2016 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Bulgarija.”.

Artikolu 6

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-laħam li jikkonsistu fi, jew li fihom, laħam ta' annimali bovini jew ruminanti selvaġġi

1.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 3(2)(a), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-laħam prodotti fiż-żona ristretta minn laħam frisk ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi:

(a)

miżmuma f'azjendi fiż-żona ristretta li mhumiex taħt ir-restrizzjonijiet skont id-Direttiva 92/119/KEE,

(b)

li nqatlu jew ġew ikkaċċjati qabel it-13 ta' April 2016, jew

(c)

imsemmija fl-Artikolu 4(1), jew

(d)

miżmuma u maqtula barra miż-żona ristretta.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-laħam imsemmija fil-paragrafu 1, li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-punti (a), (b) jew (c) ta' dak il-paragrafu, fit-territorju tal-Bulgarija biss, sakemm il-prodotti tal-laħam li jkunu ġew suġġetti għal trattament mhux speċifiku li jiżgura li l-wiċċ maqtugħ tal-prodotti tal-laħam ma jibqax juri l-karatteristiċi ta' laħam frisk.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-prodotti tal-laħam imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma jintbagħtux lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss il-bgħit ta' kunsinji ta' prodotti tal-laħam prodotti minn laħam frisk miksub minn annimali li għalihom jirreferi l-paragrafu 1(a), (b) u (c) lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi, bil-kundizzjoni li l-prodotti tal-laħam ġew soġġetti għal trattament speċifiku, kif jistipula l-punt B tal-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, f'kontenituri ssiġillati ermetikament sa valur Fo ta' tlieta jew aktar, u l-kunsinni lejn Stati Membri oħra jkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali tas-saħħa b'mod konformi mal-mudell stipulat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 599/2004, li mal-Parti II tiegħu tinżied l-attestazzjoni li ġejja:

“Prodotti tal-laħam li jikkonformaw mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/645 tat-22 ta' April 2016 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Bulgarija.”.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss il-bgħit lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi ta' kunsinni tal-prodotti tal-laħam prodotti minn laħam frisk miksub mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1(d), sakemm il-prodotti tal-laħam ikunu ġew soġġetti għal talanqas trattament mhux speċifiku, kif jistipula l-punt A tal-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, li jiżgura li l-wiċċ maqtugħ tal-prodotti tal-laħam ma jkunx għadu juri l-karatteristiċi ta' laħam frisk u l-kunsinni lejn Stati Membri oħra jkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali tas-saħħa b'mod konformi mal-mudell stipulat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 599/2004, li mal-Parti II tiegħu tinżied l-attestazzjoni li ġejja:

“Prodotti tal-laħam li jikkonformaw mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/645 tat-22 ta' April 2016 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Bulgarija.”.

Artikolu 7

Deroga mill-projbizzjoni fuq il-bgħit u t-tqegħid fis-suq ta' ħalib u prodotti tal-ħalib

1.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 3(2)(b), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ħalib għall-konsum uman, miksub minn annimali bovini miżmuma f'azjendi li jinsabu fiż-żona ristretta, u l-prodotti tal-ħalib magħmulin minnu, sakemm il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ikun sarilhom it-trattament deskritt fil-punti minn 1.1 sa 1.5 tal-Parti A tal-Anness IX tad-Direttiva 2003/85/KE.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss il-bgħit lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi ta' kunsinni ta' ħalib u prodotti tal-ħalib miskuba minn annimali bovini miżmuma f'azjendi li jinsabu fiż-żona ristretta, u prodotti tal-ħalib miksuba minnhom, sakemm il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, ġew sottoposti għat-trattament imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-kunsinni lejn Stati Membri oħra jkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali tas-saħħa b'mod konformi mal-mudell stipulat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 599/2004, li mal-Parti II tiegħu tinżied l-attestazzjoni li ġejja:

“Ħalib jew prodotti tal-ħalib li jikkonformaw mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/645 tat-22 ta' April 2016 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Bulgarija.”.

Artikolu 8

Immarkar speċjali tal-laħam frisk, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam imsemmija fl-Artikoli 5(1) u 6(2) rispettivament

Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-laħam frisk, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam imsemmija fl-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(2) jiġu mmarkati b'marka sanitarja jew b'marka ta' identifikazzjoni speċjali li ma tkunx ovali u li ma tkunx tixbaħ:

(a)

lill-marka tas-saħħa għal-laħam frisk stabbilita fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004;

(b)

lill-marka ta' identifikazzjoni għall-preparazzjonijiet tal-laħam u għall-prodotti tal-laħam li fihom jew li jikkonsistu minn laħam tal-bovini stabbilita fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 9

Rekwiżiti dwar il-vetturi tat-trasport, it-tindif u d-diżinfezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li, għal kwalunkwe vettura li tkun ġiet f'kuntatt ma' annimali tal-ispeċijiet suxxettibbli fiż-żona ristretta u għandha l-ħsieb li tħalli din l-istess żona, l-operatur jew is-sewwieq ta' din il-vettura jipprovdi xhieda li turi li, wara l-aħħar kuntatt ma' dawk l-annimali, il-vettura tnaddfet u ġiet diżinfettata b'mod li l-vajrus tal-marda tal-infafet fil-ġilda jiġi inattivat.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa mill-operatur jew mis-sewwieq tal-vettura għall-ġarr tal-bhejjem sabiex turi li t-tindif u d-diżinfezzjoni meħtieġa jkunu saru.

Artikolu 10

Rekwiżiti ta' informazzjoni

Il-Bulgarija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, bir-riżultati ta' sorveljanza għall-marda tal-infafet fil-ġilda mwettqa fiż-żona ristretta.

Artikolu 11

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 12

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.

(4)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) ta' Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

(7)  EFSA Journal 2015;13(1):3986 [73 pp.].

(8)  L-24 edizzjoni, 2015.

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).

(11)  EFSA Journal 2006; 347, p. 1.

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ir-Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).

(15)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta' mudell armonizzat ta' ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44).


ANNESS

IŻ-ŻONA RISTRETTA MSEMMIJA FIL-PUNT (b) TAT-TIENI SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 2

Ir-reġjuni li ġejjin fil-Bulgarija:

Ir-Reġjun ta' Haskovo

Ir-Reġjun ta' Stara Zagora