|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
16.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/581
tal-11 ta' April 2016
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' Lulju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati ma' ċerti Membri oħrajn tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, fil-kuntest tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja. |
|
(2) |
In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni fil-qafas tad-direttivi ta' negozjar adottati mill-Kunsill. |
|
(3) |
Dawk in-negozjati ġew konklużi u Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea ġie inizjalat fit-18 ta' Diċembru 2015. |
|
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII ta' GATT 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni t' dak il-Ftehim (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta' April 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M.H.P. VAN DAM
(1) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.
REGOLAMENTI
|
16.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/582
tal-15 ta' April 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 333/2007 fir-rigward tal-analiżi tal-arseniku inorganiku, taċ-ċomb u tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi u ta' ċerti kriterji ta' prestazzjoni għall-analiżi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 (2) jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel |
|
(2) |
Il-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (3). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1006 (4) emenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 biex jistabbilixxi l-livelli massimi ta' arseniku inorganiku, u għalhekk huwa xieraq li jiġu stipulati proċeduri speċifiċi relatati mal-analiżi għall-arseniku inorganiku. |
|
(3) |
L-istandard EN 13804 relatat mad-determinazzjoni tal-elementi u tal-ispeċi kimika tagħhom ġie aġġornat, u għaldaqstant huwa xieraq li r-referenza għal dak l-istandard tiġi aġġornata skont dan. |
|
(4) |
Il-livelli massimi ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) fiż-żerriegħa tal-kawkaw u fil-prodotti dderivati jridu jkunu stabbiliti abbażi tax-xaħam. It-testijiet tal-profiċjenza mwettqa mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-PAH jindikaw diverġenzi fid-determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam. Għalhekk, huwa xieraq li l-approċċ għad-determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam jiġi armonizzat. |
|
(5) |
Fuq parir tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-metalli tqal fl-għalf u fl-ikel, huwa xieraq li jiġu emendati d-definizzjoni tal-limitu ta' kwantifikazzjoni u l-kriterji ta' prestazzjoni marbuta mal-limitu ta' identifikazzjoni għall-metodi ta' analiżi għaċ-ċomb, għall-kadmju, għall-merkurju u għal-landa inorganika. |
|
(6) |
Huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet marbuta mal-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi japplikaw ukoll 'il barra mill-qafas tal-kontrolli uffiċjali. |
|
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 333/2007 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 333/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-titolu jinbidel b'dan li ġej: “Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikroelementi u ta' kontaminanti tal-ipproċessar fl-oġġetti tal-ikel”; |
|
(2) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. It-teħid ta' kampjuni u l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' ċomb, ta' merkurju, ta' landa inorganika, ta' arseniku inorganiku, ta' 3-MCPD u ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (“PAH”) elenkati fit-Taqsimiet 3, 4 u 6 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandhom jitwettqu skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.”; |
|
(3) |
L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1006 tal-25 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' arseniku inorganiku fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 161, 26.6.2015, p. 14).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 333/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt C.2.2.1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “C.2.2.1. Proċeduri speċifiċi għaċ-ċomb, għall-kadmju, għall-merkurju, għal-landa inorganika u għall-arseniku inorganiku L-analista għandu jiżgura li l-kampjuni ma jiġux ikkontaminati waqt it-tħejjija tal-kampjuni. Kull meta jkun possibbli, l-apparat u t-tagħmir li jiġi f'kuntatt mal-kampjun ma għandux ikun fihom dawk il-metalli li jridu jiġu ddeterminati u għandhom ikunu magħmula minn materjali inerti, pereżempju plastik bħal polipropilen, politetrafluworoetilen (PTFE), eċċ. Dawn għandhom jitnaddfu bl-aċidu sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' kontaminazzjoni. Għax-xfafar jista' jintuża azzar li ma jissaddadx ta' kwalità għolja. Hemm bosta proċeduri speċifiċi sodisfaċenti ta' tħejjija tal-kampjuni li jistgħu jintużaw għall-prodotti kkonċernati. Għal dawk l-aspetti li mhumiex koperti speċifikament b'dan ir-Regolament, l-Istandard tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) “Oġġetti tal-ikel. Determinazzjoni tal-elementi u tal-ispeċi kimika tagħhom. Kunsiderazzjonijiet ġenerali u rekwiżiti speċifiċi” (*1) jitqies li huwa sodisfaċenti iżda metodi oħra ta' tħejjija tal-kampjun jistgħu ikunu daqstant validi. Fil-każ tal-landa inorganika, għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-materjal kollu jittieħed f'soluzzjoni peress li huwa magħruf li faċilment isir telf, b'mod partikolari minħabba l-idroliżi, li bħala riżultat tagħha tinħoloq l-ispeċi ossida ta' Sn(IV) idratata u insolubbli. (*1) L-istandard EN 13804:2013, “Oġġetti tal-ikel. Determinazzjoni tal-elementi u tal-ispeċi kimika tagħhom. Kunsiderazzjonijiet ġenerali u rekwiżiti speċifiċi”, CEN, Rue de Stassart 36, B-1050 Bruxelles/Brussell.” " |
|
(2) |
Fil-punt C.2.2.2 Proċeduri speċifiċi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, jinżdied il-paragrafu li ġej: “Għall-analiżi tal-PAH fil-kawkaw u fil-prodotti dderivati mill-kawkaw, id-determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam titwettaq skont il-metodu uffiċjali Nru 963.15 tal-Metodi Uffiċjali ta' Analiżi (AOAC) għad-determinazzjoni tal-kontenut tax-xaħam fiż-żerriegħa tal-kawkaw u fil-prodotti dderivati. Jistgħu jiġu applikati proċeduri ekwivalenti ta' determinazzjoni tax-xaħam li fihom ikun jista' jintwera li l-proċedura ta' determinazzjoni tax-xaħam li tkun intużat tipprovdi valur indaqs (ekwivalenti) ta' kontenut tax-xaħam.” |
|
(3) |
Fil-punt C.3.1 Definizzjonijiet, id-definizzjoni ta' LOQ hija sostwita b'dan li ġej:
|
|
(4) |
Fil-punt C.3.3.1 Kriterji ta' prestazzjoni, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5) |
Il-punt C.3.2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “C.3.2. Rekwiżiti ġenerali Il-metodi ta' analiżi li jintużaw għall-finijiet ta' kontroll tal-ikel għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Il-metodi ta' analiżi għal-landa totali huma xierqa għall-kontroll dwar il-livelli ta' landa inorganika. Għall-analiżi taċ-ċomb fl-inbid, japplikaw il-metodi u r-regoli stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) (*2), f'konformità mal-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (*3). Il-metodi ta' analiżi għal-landa totali huma xierqa għall-finijiet ta' skrinjar għall-kontroll dwar il-livelli ta' arseniku inorganiku. Jekk il-konċentrazzjoni totali ta' arseniku tkun taħt il-livell massimu ta' arseniku inorganiku, mhu meħtieġ ebda ttestjar iktar u l-kampjun jitqies li huwa konformi mal-livell massimu ta' arseniku inorganiku. Jekk il-konċentrazzjoni totali ta' arseniku tkun daqs il-livell massimu ta' arseniku inorganiku jew ogħla minnu, irid jitwettaq ittestjar ta' segwitu sabiex jiġi ddeterminat jekk il-konċentrazzjoni tal-arseniku inorganiku hijiex ogħla mil-livell massimu ta' arseniku inorganiku. (*2) Organisation internationale de la vigne et du vin." (*3) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).” " |
(*1) L-istandard EN 13804:2013, “Oġġetti tal-ikel. Determinazzjoni tal-elementi u tal-ispeċi kimika tagħhom. Kunsiderazzjonijiet ġenerali u rekwiżiti speċifiċi”, CEN, Rue de Stassart 36, B-1050 Bruxelles/Brussell.”
(*2) Organisation internationale de la vigne et du vin.
(*3) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).” ”
|
16.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/583
tal-15 ta' April 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1332/2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 8(5), u 9(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 (2) jirrikjedi li ajruplani li jaħdmu b'magna b'turbina, b'massa massima ċċertifikata waqt it-tluq (MCTOM) ta' iktar minn 5 700 kg, jew li huma awtorizzati li jġorru aktar minn 19-il passiġġier, għandhom jiġu mgħammra bil-verżjoni l-ġdida 7.1 tas-softwer tas-sistema għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS II) biex jiġu evitati kolliżjonijiet fl-ajru. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-operaturi ta' ċerti ajruplani reġistrati f'pajjiż terz. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1332/2011 jirrikejdi li anki l-operaturi tal-ajru tal-Unjoni li huma suġġetti għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (3) jinstallaw il-verżjoni l-ġdida 7.1 tas-softwer tal-ACAS II fuq l-ajruplani tagħhom. Madankollu, din id-dispożizzjoni hija skaduta għaliex ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91 ma għadux japplika għal dawk l-operaturi minn mindu tħassar l-Anness III. Minflok, għal dawn l-operaturi issa japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (4) u fih ir-regoli meħtieġa f'dan ir-rigward. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet skaduti fir-Regolament (UE) Nru 1332/2011 għandhom jitħassru. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1332/2011 fih regoli dwar il-proċeduri operattivi applikabbli f'sitwazzjonijiet fejn l-ACAS II jagħti indikazzjoni lill-ekwipaġġ tat-titjira b'suġġeriment ta' manuvrar biex tiġi żgurata s-separazzjoni tal-ajruplan mit-theddid kollu jew biex tinżamm is-separazzjoni eżistenti (riżoluzzjoni konsultattiva). Billi dawk ir-regoli huma ktiċiċi għas-sikurezza kemm għall-piloti u kemm għall-kontrolluri, speċjalment rigward l-interazzjoni ta' bejniethom, dawn huma indirizzati aħjar fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (5) minflok. Għalhekk, ir-regoli relatati ma' proċeduri operattivi ta' dan it-tip stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1332/2011 għandhom jitħassru. |
|
(4) |
Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 1332/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni (6) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni f'konformità mal-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1332/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 4 jitħassar; |
|
(2) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafi 2 u 3 huma jinbidlu b'dan li ġej: “2. L-Artikolu 3 japplika mill-1 ta' Marzu 2012. 3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, fil-każ ta' inġenju tal-ajru b'ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbilità maħruġ qabel l-1 ta' Marzu 2012, l-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta' Diċembru 2015.”; |
|
(3) |
l-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-25 ta' Awwissu 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 tas-16 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru (ĠU L 336, 20.12.2011, p. 20).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-htigijiet teknici u proceduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni civili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).
(6) L-Opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Nru 4/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 għall-emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru (SERA Parti C).
ANNESS
“ANNESS
Sistemi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru (ACAS) II
(Parti-ACAS)
AUR.ACAS.1005 Rekwiżit tal-prestazzjoni
|
(1) |
L-ajruplani bil-magna mħaddma bit-turbini li ġejjin għandhom ikunu mgħammra bil-verżjoni 7.1 tas-sistema għall-evitar ta' kolliżjonijiet tal-ACAS II:
|
|
(2) |
L-inġenji tal-ajru mhux imsemmija fil-punt (1) li huma mgħammra bl-ACAS II fuq bażi volontarja għandu jkollhom il-verżjoni 7.1 tas-sistema għall-evitar ta' kolliżjonijiet. |
|
(3) |
Il-punt (1) ma għandux japplika għal sistemi ta' inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ. |
AUR.ACAS.1010 Taħriġ tal-ACAS II
L-operaturi għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-programm tat-taħriġ tal-ACAS II biex l-ekwipaġġ tat-titjira jkun imħarreġ b'mod xieraq fl-evitar ta' kolliżjonijiet u jsir kompetenti fl-użu tat-tagħmir tal-ACAS II.”
|
16.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/584
tal-15 ta' April 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
279,2 |
|
MA |
93,6 |
|
|
SN |
175,5 |
|
|
TR |
94,1 |
|
|
ZZ |
160,6 |
|
|
0707 00 05 |
MA |
80,7 |
|
TR |
119,1 |
|
|
ZZ |
99,9 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
94,0 |
|
TR |
137,2 |
|
|
ZZ |
115,6 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
48,6 |
|
IL |
77,8 |
|
|
MA |
55,6 |
|
|
TR |
38,9 |
|
|
ZZ |
55,2 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
89,5 |
|
BR |
98,6 |
|
|
CL |
121,6 |
|
|
CN |
131,9 |
|
|
US |
155,0 |
|
|
ZA |
81,6 |
|
|
ZZ |
113,0 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
102,2 |
|
CL |
106,8 |
|
|
CN |
90,5 |
|
|
ZA |
111,1 |
|
|
ZZ |
102,7 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DIRETTIVI
|
16.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/12 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/585
tat-12 ta' Frar 2016
li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb, il-kadmju, il-kromju eżavalenti u l-eteri tad-difenil polibromurat (PBDE) fil-parts tal-bdil irkuprati minnn u użati għat-tiswija jew ir-rinnovament ta' mezzi mediċi jew mikroskopji tal-elettroni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb, tal-kadmju, tal-kromju eżavalenti u tal-eteri tad-difenil polibromurat (PBDE) fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq. |
|
(2) |
Hemm stabbiliti prattiki ta' rinnovament għat-tagħmir tal-immaġini bħat-tagħmir tal-produzzjoni tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, l-apparat tat-tomografija bil-kompjuter, il-mezzi dijanjostiċi in vitro, l-apparat għall-monitoraġġ tal-pazjenti u l-mikroskopji tal-elettroni. Xi wħud mill-parts tal-bdil irkuprati użati mill-ġdid għar-rinnovament ikun fihom ammonti żgħar ta' ċomb, kadmju, kromju eżavalenti, jew PBDE. |
|
(3) |
L-eżenzjoni stipulata fil-punt 31 tal-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE ma tippermettix l-użu tal-parts ta' bdil irkuprati minn tagħmir użat li ma kienx diġà mqiegħed fis-suq tal-Unjoni u għaldaqstant tillimita d-disponibilità tal-parts ta' bdil irkuprati. |
|
(4) |
Tqabbil tal-impatti ambjentali tal-użu tal-parts rinnovati f'tali każijiet mal-impatti ambjentali tas-sostituzzjoni tal-parts rinnovati ma' oħrajn ġodda juri li t-total tal-impatti negattivi tas-sostituzzjoni fuq l-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi huma ikbar mill-benefiċċji totali tagħha. |
|
(5) |
Meta wieħed iqis li r-restrizzjoni tas-sustanza se tibda japplika fuq tagħmir differenti kkonċernat f'dati differenti kif previst fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2011/65/UE, għandha tiġi stabbilita data ta' skadenza differenti għall-eżenzjoni għal kull tip ta' tagħmir. |
|
(6) |
Id-Direttiva 2011/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Biex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr skossi għall-operaturi tas-suq mid-dispożizzjonijiet l-qodma għad-dispożizzjonijiet proposti u biex jiġi evitat tfixkil tas-suq uniku, huwa xieraq li tiġi stabbilita data għall-applikazzjoni simultanja mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom li tipprovdi wkoll perjodu raġonevoli ta' żmien wara d-data tat-traspożizzjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-28 ta' Frar 2017, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-6 ta' Novembru 2017.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/EU tiġi emendata kif ġej:
|
(1) |
Il-punt 31 jitħassar. |
|
(2) |
Jiżdied il-punt 31a li ġej:
|
DEĊIŻJONIJIET
|
16.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/15 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/586
tal-14 ta' April 2016
dwar l-istandards tekniċi għall-mekkaniżmu tar-rikarika tas-sigaretti elettroniċi
(notifikat bid-dokument C(2016) 2093)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(13) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 20(3)(g) tad-Direttiva 2014/40/UE jesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li s-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri tar-rikarika tagħhom ikollhom mekkaniżmu li jiżgura li jimtlew mill-ġdid bla ma jnixxu. |
|
(2) |
L-Artikolu 20(13) tad-Direttiva 2014/40/UE jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-istandards tekniċi għall-mekkaniżmu tar-rikarika tas-sigaretti elettroniċi permezz ta' att ta' implimentazzjoni. |
|
(3) |
Minħabba t-tossiċità tal-likwidi li fihom in-nikotina użati fis-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri tar-rikarika, huwa xieraq li jiġi żgurat li s-sigaretti elettroniċi jkunu jistgħu jerġgħu jimtlew b'mod li jimminimizza r-riskju li dawn il-likwidi jmissu mal-ġilda u jinbelgħu bi żball. |
|
(4) |
Abbażi tar-rispons tal-partijiet interessati u ħidmet kuntrattur estern, ġew identifikati standards tekniċi maħsuba biex jiżguraw li l-mekkaniżmi tar-rikarika konformi jipprovdu protezzjoni adegwata kontra t-tnixxija. |
|
(5) |
L-istandards tekniċi identifikati jinkludu wkoll miżuri li jiżguraw li l-konsumaturi jkunu infurmati kif xieraq dwar kif joperaw il-mekkaniżmi tar-rikarika sabiex jiġi żgurat li l-mili mill-ġdid isir bla tnixxija. |
|
(6) |
Il-partijiet interessati jaf ikunu jixtiequ jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar mekkaniżmi alternattivi li jkunu żviluppaw biex jiżguraw mili mill-ġdid bla tnixxija, u dan jista' jwassal biex din id-Deċiżjoni tiġi riveduta. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/40/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-istandards tekniċi għall-mekkaniżmu tar-rikarika tas-sigaretti elettroniċi manifatturati jew importati fl-Unjoni.
Artikolu 2
Rekwiżiti għall-mekkaniżmu tar-rikarika
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri tar-rikarika jitqiegħdu fis-suq biss jekk il-mekkaniżmu tar-rikarika tas-sigaretti elettroniċi jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
jinvolvi l-użu ta' kontenitur tar-rikarika b'tagħmir imwaħħal sew ta' żennuna twila mill-inqas 9 mm, li tkun idjaq mill-fetħa tat-tank tas-sigaretti elettroniċi li tintuża magħhom u li tidħol fiha bla diffikultà filwaqt li jkollha mekkaniżmu li jikkontrolla l-fluss li ma jitfax iktar minn 20 qatra tal-likwidu tal-mili mill-ġdid kull minuta meta jitqiegħed b'mod vertikali u jkun suġġett għal pressjoni atmosferika biss ta' 20 °C ± 5 °C; |
|
(b) |
dan jopera permezz ta' sistema ta' dokkjar li jirrilaxxa l-likwidi ta' rikarika biss fit-tank tas-sigarett elettroniku meta s-sigarett elettroniku u l-kontenitur tar-rikarika jkunu konnessi. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sigaretti elettroniċi u l-kontenituri tar-rikarika jinkludu struzzjonijiet xierqa dwar il-mili mill-ġdid, inklużi dijagrammi, bħala parti tal-istruzzjonijiet għall-użu stipulati mill-Artikolu 20(4)(a)(i) tad-Direttiva 2014/40/UE.
Is-sigaretti elettroniċi li jimtlew mill-ġdid u l-kontenituri tar-rikarika b'mekkaniżmu tar-rikarika tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandhom jindikaw kemm hi wiesgħa ż-żennuna jew il-fetħa tat-tank fl-istruzzjonijiet għall-użu b'mod li jippermetti lill-konsumaturi jidentifikaw il-kompatibbiltà tas-sigaretti elettroniċi mal-kontenituri tar-rikarika.
Is-sigaretti elettroniċi li jimtlew mill-ġdid u l-kontenituri tar-rikarika b'mekkaniżmu tar-rikarika tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1(b) għandhom jispeċikaw, fl-istruzzjonijiet dwar l-użu, it-tipi tas-sistemi ta' dokkjar li magħhom ikunu kompatibbli t-tali sigaretti elettroniċi u kontenituri tar-rikarika.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
|
16.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/17 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/587
tal-14 ta' April 2016
dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fis-sistema ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-applikazzjoni li ġiet imressqa mill-manifattur Mazda Motor Europe GmbH fis-7 ta' Lulju 2015 għall-approvazzjoni ta' illuminazzjoni bl-użu ta' dijodi li jemettu d-dawl (LED), u l-applikazzjoni li ġiet imressqa minn Honda fit-8 ta' Jannar 2016 għall-approvazzjoni ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja li tuża dijodi li jemettu d-dawl ġew ivvalutati skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2) u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009. |
|
(2) |
L-informazzjoni li nbagħtet fl-applikazzjonijiet ta' Mazda u Honda turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 ġew issodisfati. Bħala riżultat, l-illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża LEDs ta' Mazda u Honda għandha tiġi approvata bħala teknoloġija innovattiva. |
|
(3) |
Bid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2014/128/UE (3), (UE) 2015/206 (4) u (UE) 2016/160 (5), il-Kummissjoni approvat tliet applikazzjonijiet b'rabta ma' teknoloġiji li jikkontribwixxu lejn it-titjib tal-effiċjenza ta' sistemi ta' illuminazzjoni esterna. Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mill-valutazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet, kif ukoll mill-applikazzjonijiet Mazda u Honda, intwera b'mod sodisfaċenti u konklużiv li illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja li tuża LEDs li tinkludi kombinament xieraq ta' dwal LED esterni ta' effiċjenza għolja bħall-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi, il-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin, il-fanali ta' quddiem, il-fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar, il-fanali ta' wara kontra ċ-ċpar, id-dwal tal-indikaturi ta' quddiem, id-dwal tal-indikaturi ta' wara, id-dwal tal-pjanċi u d-dwal tar-rivers jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, u jipprovdu tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 ta' mill-inqas 1 g ta' CO2/km meta mqabbel ma' pakkett ta' illuminazzjoni esterna ta' referenza li jinkludi l-istess kombinament ta' dwal tal-vetturi. |
|
(4) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li l-manifatturi jingħataw il-possibbiltà li jiċċertifikaw l-iffrankar ta' CO2 minn illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja li tuża LEDs li tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat li jkunu biss sistemi ta' illuminazzjoni esterna li jużaw LEDs u li huma konformi ma' dawk il-kundizzjonijiet li jiġu proposti għal ċertifikazzjoni, il-manifattur għandu jipprovdi rapport ta' verifika minn korp ta' verifika indipendenti li jikkonferma l-konformità flimkien mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ppreżentata lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
(5) |
Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tqis li s-sistema ta' illuminazzjoni li tuża LEDs ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar għandha tiġi miċħuda. |
|
(6) |
Huwa xieraq li l-metodoloġija tal-ittestjar tiġi approvata biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 minn sistemi ta' illuminazzjoni esterna li jużaw LEDs. |
|
(7) |
Sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 minn sistema ta' illuminazzjoni esterna li tuża LEDs, jeħtieġ li tiġi stabbilita t-teknoloġija ta' referenza li magħha għandu jsir tqabbil u skont liema għandha tiġi evalwata l-effiċjenza tas-sistema ta' illuminazzjoni li tuża LEDs. Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba, ikun xieraq li s-sistemi ta' illuminazzjoni tal-aloġenu jitqiesu bħala t-teknoloġija ta' referenza. |
|
(8) |
L-iffrankar minn illuminazzjoni esterna li tuża LEDs jista' jintwera parzjalment permezz tat-test imsemmi fl-Anness XII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (6). Għalhekk jeħtieġ li jiġi żgurat li din il-kopertura parzjali tiġi kkunsidrata fil-metodoloġija tgħall-ittestjar tal-iffrankar tas-CO2 minn illuminazzjoni esterna li tuża LEDs. |
|
(9) |
Sabiex jiġi ffaċilitat użu usa' ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja li tuża LEDs f'vetturi ġodda, manifattur għandu jkollu wkoll il-possibbiltà li japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn diversi sistemi ta' illuminazzjoni esterna li tuża LEDs b'applikazzjoni waħda ta' ċertifikazzjoni. Madankollu, huwa xieraq li jiġi żgurat li fejn tintuża din il-possibbiltà jiġi applikat mekkaniżmu li jinċentiva l-użu esklussiv ta' dawk is-sistemi ta' illuminazzjoni esterna li tuża LEDs li joffru l-ogħla effiċjenza. |
|
(10) |
Bil-għan li jiġi ddeterminat il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni ġenerali li għandu jintuża fid-dokumenti rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), għandu jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li jrid jintuża għat-teknoloġija innovattiva għas-sistemi ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja li tuża LEDs, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni
It-teknoloġija użata fid-dijodi li jemettu d-dawl (LEDs) Mazda u fis-sistema ta' illuminazzjoni bl-LEDs Honda hija approvata bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
Artikolu 2
Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2
1. Il-manifattur jista' japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn sistema waħda jew aktar ta' illuminazzjoni esterna li tuża LEDs maħsuba għall-użu f'vetturi M1 li jinkludu wieħed jew kombinament tat-tipi ta' illuminazzjoni b'LED li ġejjin,
|
(a) |
il-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi; |
|
(b) |
il-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin; |
|
(c) |
il-fanali ta' quddiem; |
|
(d) |
il-fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar; |
|
(e) |
il-fanali ta' wara kontra ċ-ċpar; |
|
(f) |
id-dwal tal-indikaturi ta' quddiem; |
|
(g) |
id-dwal tal-indikaturi ta' wara; |
|
(h) |
id-dwal tal-pjanċi; |
|
(i) |
id-dwal tar-rivers. |
Id-dawl LED jew il-kombinament ta' dwal LED li jiffurmaw l-illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża LEDs għandhom, bħala minimu, jipprovdu t-tnaqqis ta' CO2 speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 725/2011.
2. Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar minn sistema waħda jew aktar ta' illuminazzjoni esterna li tuża LEDs għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta' verifika indipendenti li jiċċertifika li dik jew dawk is-sistemi ta' illuminazzjoni b'LED hija jew huma konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
3. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċħad l-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni jekk issib li sistema waħda jew aktar ta' illuminazzjoni esterna li tuża LEDs mhijiex jew mhumiex konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
Artikolu 3
Ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2
1. It-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-użu ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża LEDs imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandu jiġi kkalkulat permezz tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.
2. Meta manifattur jippreżenta applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn diversi sistemi ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja msemmija fl-Artikolu 2(1) fir-rigward ta' verżjoni waħda ta' vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina liema mis-sistemi ta' illuminazzjoni esterna ta' effiċjenza għolja li tuża LEDs li ġiet ittestjata trendi l-inqas iffrankar ta' CO2, u għandha tirreġistra l-aktar valur baxx fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti. Dak il-valur għandu jkun indikat fiċ-ċertifikat ta' konformità skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.
Artikolu 4
Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni
Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 19 għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip meta ssir referenza għal din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal- 25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/128/UE tal-10 ta' Marzu 2014 dwar l-approvazzjoni tal-modulu LED bir-raġġ baxx “E-Light” bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 30).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/206 tad-9 ta' Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tad-dawl effiċjenti fuq barra tad-Daimler AG bl-użu ta' dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet tad-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 10.2.2015, p. 52).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/160 tal-5 ta' Frar 2016 dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta' illuminazzjoni esterna effiċjenti tat-Toyota Motor Europe li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 31, 6.2.2016, p. 70).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
ANNESS
IL-METODOLOĠIJA BIEX JIĠI KKALKULAT L-IFFRANKAR TAS-CO2 MINN ILLUMINAZZJONI ESTERNA TAL-VETTURI BL-UŻU TA' DIJODI LI JEMETTU D-DAWL (LEDS).
1. INTRODUZZJONI
Sabiex jiġi stabbilit it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jista' jiġi attribwit lil pakkett ta' dwal LED esterni ta' effiċjenza għolja li jikkonsisti minn kombinament xieraq ta' dwal tal-vetturi imsemmija fl-Artikolu 2 għall-użu f'vettura tat-tip M1, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dawn li ġejjin:
|
(1) |
Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar; |
|
(2) |
It-tagħmir tat-testijiet; |
|
(3) |
Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija; |
|
(4) |
Il-kalkolu tal-iffrankar tas-CO2; |
|
(5) |
Il-kalkolu tal-iżball statistiku. |
2. SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET
Simboli bil-Latin
|
|
— |
Iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km] |
|
CO2 |
— |
Diossidu tal-karbonju |
|
CF |
— |
Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) [g CO2/l] kif iddefinit fit-Tabella 3 |
|
m |
— |
In-numru ta' dwal LED esterni ta' effiċjenza għolja li jiffurmaw il-pakkett |
|
n |
— |
In-numru ta' kemm il darba tkejjel il-kampjun |
|
P |
— |
Il-konsum tal-enerġija mid-dwal tal-vettura [W] |
|
|
— |
Id-devjazzjoni standard tal-konsum ta' enerġija mid-dwal LED [W] |
|
|
— |
Id-devjazzjoni standard tal-medja tal-konsum ta' enerġija mid-dwal LED [W] |
|
|
— |
Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km] |
|
UF |
— |
Il-fattur tal-użu [-] kif definit fit-Tabella 4 |
|
v |
— |
Il-veloċità medja tas-sewqan taċ-Ċiklu tas-Sewqan Ewropew il-Ġdid (NEDC) [km/h] |
|
VPe |
— |
Il-konsum tal-enerġija effettiva [l/kWh] kif iddefinit fit-Tabella 2 |
|
|
— |
Is-sensittività tal-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat b'rabta mal-konsum ta' enerġija mid-dwal LED |
Simboli Griegi
|
Δ |
— |
Id-differenza |
|
ηA |
— |
L-effiċjenza tal-alternatur [%] |
Simboli miktubin taħt il-vers
L-indiċi (i) jirreferi għad-dwal tal-vettura
L-indiċi (j) jirreferi għall-kejl tal-kampjun
|
EI |
— |
Eko-innovattiv |
|
RW |
— |
Il-kundizzjonijiet tal-ħajja reali |
|
TA |
— |
Il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip |
|
B |
— |
Ix-xenarju ta' referenza |
3. IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR
Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament NU/EKE Nru 112 (1) dwar dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' fanali ta' quddiem ta' vetturi bil-mutur li jemettu raġġ baxx assimetriku jew raġġ tas-sewqan jew it-tnejn u mgħammra b'fanali tal-filament u/jew moduli tad-dijodi li jemettu d-dawl (LED). Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi kkalkulat skont il-punt 6.1.4. tar-Regolament NU/EKE Nru 112 u l-punti 3.2.1 u 3.2.2 tal-Anness 10 tal-istess Regolament.
4. TAGĦMIR TAT-TEST
Għandu jintuża t-tagħmir li ġej, kif muri fl-Illustrazzjoni:
|
— |
Unità tal-provvista tal-enerġija (jiġifieri provvista ta' vultaġġ varjabbli); |
|
— |
Żewġ Multi Miters Diġitali, wieħed għall-kejl tal-kurrent dirett, u l-ieħor għall-kejl tal-vultaġġ tal-kurrent dirett. Fl-Illustrazzjoni tintwera konfigurazzjoni possibbli ta' test, fejn il-miter tal-vultaġġ tal-kurrent dirett huwa integrat fl-unità għall-provvista tal-enerġija. |
Konfigurazzjoni tat-test
Monitor tal-kurrent
Provvista ta’ vultaġġ varjabbli
Fanal LED
5. KEJL U DETERMINAZZJONI TAL-IFFRANKAR TA' ENERĠIJA
Għal kull tip ta' dawl LED estern ta' effiċjenza għolja inkluż fil-pakkett, il-kejl tal-kurrent għandu jsir kif muri fl-Illustrazzjoni b'vultaġġ ta' 13,2 V. Modulu(i) LED imħaddem(imħaddma) b'ger tal-kontroll ta' sors tad-dawl elettroniku għandu(għandhom) jitkejjel(jitkejlu) kif speċifikat mill-applikant.
Il-manifatur jista' jitlob li jsir kejl ieħor tal-kurrent f'vultaġġi addizzjonali oħra. F'dak il-każ, il-manifattur irid jgħaddi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dokumentazzjoni verifikata dwar il-ħtieġa li jitwettaq dan il-kejl addizzjonali. Il-kalkoli tal-kurrenti f'kull wieħed minn dawn il-voltaġġi addizzjonali għandhom jitwettqu b'mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames (5) darbiet. Il-vultaġġi installati eżatti u l-kurrent imkejjel iridu jitniżżlu f'erba' ċifri deċimali.
Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi determinat billi l-vultaġġ installat jiġi mmultiplikat bil-kurrent imkejjel. Il-medja ta' konsum tal-enerġija għal kull dawl LED estern ta' effiċjenza għolja (
L-iffrankar tal-enerġija ta' kull dawl LED estern ta' effiċjenza għolja (ΔPi) għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja:
Formula 1
fejn il-konsum tal-enerġija tad-dawl tal-vetturi ta' referenza korrispondenti huwa definit mit-Tabella 1.
Tabella 1
Il-ħtiġijiet enerġetiċi għat-tipi differenti ta' dwal tal-vetturi ta' referenza
|
Dawl tal-vettura |
Enerġija elettrika totali (PB) [W] |
|
Il-fanal ta' quddiem tar-raġġi baxxi |
137 |
|
Il-fanal ta' quddiem tar-raġġi għoljin |
150 |
|
Il-fanali ta' quddiem |
12 |
|
Id-dwal tal-pjanċi |
12 |
|
Il-fanali ta' quddiem kontra ċ-ċpar |
124 |
|
Il-fanali ta' wara kontra ċ-ċpar |
26 |
|
Il-fanal tal-indikaturi ta' quddiem |
13 |
|
Il-fanal tal-indikaturi ta' wara |
13 |
|
Il-fanal tar-rivers |
52 |
6. IL-KALKOLU TAL-IFFRANKAR TA' CO2
L-iffrankar totali ta' CO2 tal-pakkett ta' illuminazzjoni għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-Formula 2.
Formula 2
fejn
|
v |
: |
Il-veloċità medja tas-sewqan tal-NEDC [km/h], li hija 33,58 km/h |
||||||||||||||||||||
|
ηA |
: |
L-effiċjenza tal-alternatur [%], li hija ta' 67 % |
||||||||||||||||||||
|
VPe |
: |
Il-konsum tal-enerġija effettiva [l/kWh] kif iddefinit fit-Tabella 2 Tabella 2 Il-konsum ta' enerġija effettiva
|
||||||||||||||||||||
|
CF |
: |
Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) [g CO2/l] kif iddefinit fit-Tabella 3 Tabella 3 Il-fattur ta' konverżjoni tal-fjuwil
|
||||||||||||||||||||
|
UF |
: |
Il-fattur tal-użu tad-dawl tal-vettura [-] kif definit fit-Tabella 4 Tabella 4 Il-fattur tal-użu għal tipi differenti ta' dwal tal-vetturi
|
7. IL-KALKOLU TAL-IŻBALL STATISTIKU
L-iżbalji statisiċi fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar ikkawżati mill-kejl għandhom jiġu kkwantifikati. Għal kull dawl LED estern ta' effiċjenza għolja inkluż fil-pakkett, id-devjazzjoni standard tiġi kkalkulata kif definit mill-Formula 3.
Formula 3
fejn:
|
n |
: |
L-għadd ta' drabi ta' kejl tal-kampjun, li huwa mill-inqas ħamsa (5). |
Id-devjazzjoni standard tal-konsum tal-enerġija ta' kull dawl LED estern ta' effiċjenza għolja (
Formula 4
8. SINIFIKAT STATISTIKU
Għal kull tip, varjant u verżjoni ta' vettura mgħammra bil-kombinament ta' dwal LED esterni ta' effiċjenza għolja jrid jintwera li l-iżball fl-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat skont il-Formula 4 mhuwiex ikbar mid-differenza bejn l-għadd totali ta' CO2 iffrankat u l-limitu minimu ta' ffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (ara l-Formula 5).
Formula 5
fejn:
|
MT |
: |
Il-limitu minimu [g CO2/km], li huwa ta' 1 g CO2/km |
Meta, bħala riżultat tal-kalkolu li juża l-Formula 5, it-total tal-iffrankar ta' emissjonijiet ta' CO2 tal-pakkett ta' dwal LED esterni ta' effiċjenza għolja jkun taħt il-limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, japplika it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) ta' dak ir-Regolament.
(1) E/ECE/324/Rev.2/Add.111/Rev.3 — E/ECE/TRANS/505/Rev.2/Add.111/Rev.3, id-9 ta' Jannar 2013.
|
16.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/25 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/588
tal-14 ta' April 2016
dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fl-alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 Volts bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-applikazzjoni mressqa mill-fornitur Valeo Equipments Electriques Moteur fit-3 ta' Novembru 2015 għall-approvazzjoni tal-alternatur Valeo ta' effiċjenza għolja b'dijodi ta' effiċjenza għolja, u l-applikazzjoni mressqa mill-fornitur Robert Bosch GmbH fl-10 ta' Ġunju 2015 għall-approvazzjoni tal-alternatur Bosch ta' effiċjenza għolja b'dijodi MOS sinkronizzati (MGD) ġew ivvalutati skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2) u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009. |
|
(2) |
L-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni Valeo u fl-applikazzjoni Bosch turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 ġew issodisfati. Bħala riżultat ta' dan, l-alternaturi ta' effiċjenza għolja Valeo u Bosch għandhom ikunu approvati bħala teknoloġiji innovattivi. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni approvat sitt applikazzjonijiet b'rabta ma' teknoloġiji li jikkontribwixxu lejn it-titjib tal-effiċjenza tal-alternaturi permezz tad- Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/341/UE (3), 2014/465/UE (4), (UE) 2015/158 (5), (UE) 2015/295 (6) u (UE) 2015/2280 (7). Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mill-valutazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet u mill-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet Valeo u Bosch, intwera b'mod sodisfaċenti u konklużiv li alternatur ta' 12 Volts (12 V) b'effiċjenza minima li tvarja bejn 73,4 % u 74,2 %, skont is-sistema tal-motopropulsjoni, u b'massa li ma taqbiżx il-massa tal-alternatur ta' referenza b'aktar minn massimu ta' 3 kg jissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u jipprovdi tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 ta' mill-inqas 1 g CO2/km meta mqabbel mal-alternatur ta' referenza b'effiċjenza ta' 67 %. |
|
(4) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li l-manifatturi jingħataw il-possibbiltà li jiċċertifikaw l-iffrankar tas-CO2 minn alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat li jkunu biss alternaturi li huma konformi ma' dawk il-kundizzjonijiet li jiġu proposti għaċ-ċertifikazzjoni, il-manifattur għandu jipprovdi rapport ta' verifika minn korp ta' verifika indipendenti li jikkonferma l-konformità flimkien mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ppreżentata lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. |
|
(5) |
Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tqis li l-alternatur ta' 12 V ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar għandha tiġi miċħuda. |
|
(6) |
Huwa xieraq li l-metodoloġija tal-ittestjar tiġi approvata biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 minn alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V. |
|
(7) |
Sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 minn alternatur ta' effiċjenza għolja ta' 12 V, jeħtieġ li tiġi stabbilita t-teknoloġija ta' referenza li magħha għandu jsir tqabbil biex tiġi vvalutata l-effiċjenza tal-alternatur. Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba, huwa xieraq li alternatur ta' 12 V b'effiċjenza ta' 67 % jitqies bħala teknoloġija ta' referenza. |
|
(8) |
L-iffrankar minn alternatur ta' effiċjenza għolja ta' 12 V jista' jintwera parzjalment permezz tat-test imsemmi fl-Anness XII għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (8). Għalhekk jeħtieġ li jiġi żgurat li din il-kopertura parzjali tiġi kkunsidrata fil-metodoloġija tal-ittestjar għall-iffrankar ta' CO2 minn alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V. |
|
(9) |
Sabiex ikun iffaċilitat użu usa' ta' alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V f'vetturi ġodda, manifattur għandu jkollu wkoll il-possibbiltà li japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn diversi alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V permezz ta' applikazzjoni waħda għal ċertifikazzjoni. Madankollu huwa xieraq li jiġi żgurat li meta tintuża din il-possibbiltà jiġi applikat mekkaniżmu li jinċentiva biss l-użu ta' dawk l-alternaturi li joffru l-ogħla effiċjenza. |
|
(10) |
Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li għandu jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), għandu jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija innovattiva għal alternaturi ta' effiċjenza għolja ta' 12 V, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni
It-teknoloġija użata fl-alternatur Valeo ta' effiċjenza għolja b'dijodi ta' effiċjenza għolja u fl-alternatur Bosch ta' effiċjenza għolja b'dijodi MOS sinkronizzati hija approvata bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
Artikolu 2
Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2
1. Il-manifattur jista' japplika għal ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn alternatur ta' effiċjenza għolja ta' 12 Volts (V) wieħed jew aktar għall-użu f'vetturi M1, bil-kundizzjoni li l-alternatur ikun/l-alternaturi jkunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-komponent ikun jintuża biss għall-iċċarġjar tal-batterija tal-vettura, u biex jalimenta s-sistema tal-elettriku tal-vettura meta l-magna tal-kombustjoni tagħha tkun operattiva; |
|
(b) |
il-massa tal-alternatur b'effiċjenza għolja ma taqbiżx il-massa tal-alternatur ta' referenza ta' 7 kg b'aktar minn 3 kg; |
|
(c) |
l-effiċjenza tiegħu tkun ta' mill-inqas:
|
2. Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar minn alternatur ta' effiċjenza għolja wieħed jew aktar għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta' verifika indipendenti li jiċċertifika li l-alternatur huwa jew l-alternaturi huma konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
3. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċħad l-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni f'każ li jidhrilha li l-alternatur jew alternaturi ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
Artikolu 3
Ċertifikazzjoni tal-iffrankar tas-CO2
1. It-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mill-użu ta' alternatur ta' effiċjenza għolja msemmi fl-Artikolu 2(1) għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.
2. Meta manifattur jippreżenta applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn aktar minn alternatur wieħed imsemmi fl-Artikolu 2(1) fir-rigward ta' verżjoni waħda ta' vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina liema mill-alternaturi li ġew ittestjati jrendi l-inqas iffrankar ta' CO2, u għandha tirreġistra l-aktar valur baxx fid-dokumentazzjoni rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip. Dak il-valur għandu jkun indikat fiċ-ċertifikat ta' konformità skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.
Artikolu 4
Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni
Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 17 għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip meta ssir referenza għal din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE tas-27 ta' Ġunju 2013 dwar l-approvazzjoni tal-Alternatur ta' Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 98).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/465/UE tas-16 ta' Lulju 2014 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE (ĠU L 210, 17.7.2014, p. 17).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/158 tat-30 ta' Jannar 2015 dwar l-approvazzjoni ta' żewġ alternaturi ta' effiċjenza għolja Robert Bosch GmbH bħala t-teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 26, 31.1.2015, p. 31).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/295 tal-24 ta' Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti MELCO GXi bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 53, 25.2.2015, p. 11).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2280 tas-7 ta' Diċembru 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 64).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
ANNESS
IL-METODOLOĠIJA BIEX JIĠI KKALKULAT L-IFFRANKAR TAS-CO2 MINN ALTERNATUR TA' EFFIĊJENZA GĦOLJA TA' 12 V
1. INTRODUZZJONI
Sabiex jiġi kkalkulat l-iffrankar tas-CO2 li jista' jiġi attribwit għall-użu ta' alternatur ta' effiċjenza għolja f'vettura tat-tip M1, jeħtieġ li jiġu speċifikati dawn li ġejjin:
|
(1) |
il-kundizzjonijiet tal-ittestjar; |
|
(2) |
it-tagħmir tat-testijiet; |
|
(3) |
id-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-alternatur ta' effiċjenza għolja u tal-alternatur tax-xenarju ta' referenza; |
|
(4) |
il-kalkolu tal-iffrankar tas-CO2; |
|
(5) |
Il-kalkolu tal-iżball statistiku. |
Simboli, parametri u unitajiet
Simboli bil-Latin
|
|
— |
Iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km] |
|
CO2 |
— |
Diossidu tal-karbonju |
|
CF |
— |
Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) [g CO2/l] kif iddefinit fit-Table 3 |
|
h |
— |
Il-frekwenza kif iddefinita fit-Tabella 1 |
|
I |
— |
L-intensità tal-kurrent li bih għandu jitwettaq il-kejl [f'A] |
|
m |
— |
In-numru ta' kemm il darba tkejjel il-kampjun |
|
M |
— |
It-torque [f'Nm] |
|
n |
— |
Il-frekwenza tar-rotazzjoni [f'min– 1] kif iddefinita fit-Tabella 1 |
|
P |
— |
Il-potenza [f'W] |
|
|
— |
Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-alternatur eko-innovattiv [%] |
|
|
— |
Id-devjazzjoni standard tal-medja tal-effiċjenza tal-alternatur eko-innovattiv [%] |
|
|
— |
Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali tas-CO2 [g CO2/km] |
|
U |
— |
Il-vultaġġ tat-test li fih għandu jitwettaq il-kejl [f'V] |
|
v |
— |
Il-veloċità medja tas-sewqan taċ-Ċiklu tas-Sewqan Ewropew il-Ġdid (NEDC) [km/h] |
|
VPe |
— |
Il-konsum tal-potenza effettiva [l/kWh] kif iddefinit fit-Table 2 |
|
|
— |
Is-sensittività tal-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat b'rabta mal-effiċjenza tal-alternatur eko-innovattiv |
Simboli Griegi
|
Δ |
— |
Id-differenza |
|
η |
— |
L-effiċjenza tal-alternatur ta' referenza [%] |
|
ηEI |
— |
L-effiċjenza tal-alternatur ta' effiċjenza għolja [%] |
|
|
— |
L-effiċjenza medja tal-alternatur eko-innovattiv fil-punt tat-tħaddim i [%] |
Simboli miktubin taħt il-vers
L-indiċi (i) jirreferi għall-punt tat-tħaddim
L-indiċi (j) jirreferi għall-kejl tal-kampjun
|
EI |
— |
Eko-innovattiv |
|
m |
— |
Mekkaniku |
|
RW |
— |
Il-kundizzjonijiet tal-ħajja reali |
|
TA |
— |
Il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip |
|
B |
— |
Ix-xenarju ta' referenza |
2. KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST
Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-istandard tal-ISO 8854:2012 (1).
Tagħmir tat-test
It-tagħmir tat-test għandu jkun skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-istandard tal-ISO 8854:2012.
3. KEJL U DETERMINAZZJONI TAL-EFFIĊJENZA
L-effiċjenza tal-alternatur ta' effiċjenza għolja għandha tiġi stabbilita skont l-istandard tal-ISO 8854:2012, ħlief għall-elementi speċifikati f'dan il-paragrafu.
Il-kejl għandu jsir f'diversi punti tat-tħaddim i, kif iddefinit fit-Table 1. L-intensità tal-kurrent tal-alternatur hija ddefinita bħala nofs il-kurrent nominali għall-punti kollha tat-tħaddim. Għal kull veloċità, il-vultaġġ u l-kurrent tal-output tal-alternatur għandhom jinżammu kostanti, u l-vultaġġ għandu jkun dejjem ta' 14,3 V.
Tabella 1
Punti ta' tħaddim
|
Il-punt ta' tħaddim i |
Il-ħin ta' żamma [s] |
Il-frekwenza tar-rotazzjoni ni [min– 1] |
Il-frekwenza hi |
|
1 |
1 200 |
1 800 |
0,25 |
|
2 |
1 200 |
3 000 |
0,40 |
|
3 |
600 |
6 000 |
0,25 |
|
4 |
300 |
10 000 |
0,10 |
L-effiċjenza għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 1.
Formula 1
Il-kejl kollu tal-effiċjenza għandu jsir b'mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames (5) darbiet. Għandu jiġi kkalkulat il-kejl medju f'kull punt tat-tħaddim (
L-effiċjenza tal-alternatur eko-innovattiv (ηEI) għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 2.
Formula 2
L-alternatur ta' effiċjenza għolja jwassal biex tiġi ffrankata l-potenza mekkanika fil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) u fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (ΔPmTA) kif iddefinit fil-Formula 3.
Formula 3
ΔPm = ΔPmRW – ΔPmTA
Fejn il-potenza mekkanika ffrankata bil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) tiġi kkalkulata skont il-Formula 4 u l-potenza mekkanika ffrankata bil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (ΔPmTA) tiġi kkalkulata skont il-Formula 5.
Formula 4
Formula 5
fejn
|
PRW |
: |
Ir-rekwiżit tal-potenza bil-kundizzjonijiet “tal-ħajja reali” [f'W], jiġifieri 750 W |
|
PTA |
: |
Ir-rekwiżit tal-potenza bil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip [f'W], jiġifieri 350 W |
|
ηB |
: |
L-effiċjenza tal-alternatur ta' referenza [%], jiġifieri 67 % |
Il-kalkolu tal-iffrankar tas-CO2
L-iffrankar tas-CO2 tal-alternatur ta' effiċjenza għolja għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja.
Formula 6
fejn
|
v |
: |
Il-veloċità medja tas-sewqan tal-NEDC [km/h], li hija 33,58 km/h |
||||||||
|
VPe |
: |
Huwa l-konsum tal-potenza effettiva kif iddefinit fit-Table 2 li ġejja Tabella 2 Il-konsum tal-potenza effettiva
|
||||||||
|
CF |
: |
Huwa l-fattur speċifikat fit-Table 3 li ġejja Tabella 3 Il-fattur ta' konverżjoni tal-fjuwil
|
Kalkolu tal-livell tal-iżball statistiku
Għandhom jiġu kkwantifikati l-iżbalji statistiċi fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar ikkawżati mill-kejl. Id-devjazzjoni standard għandha tiġi kkalkulata għal kull punt tat-tħaddim kif iddefinit mill-formula li ġejja:
Formula 7
Id-devjazzjoni standard tal-valur tal-effiċjenza tal-alternatur ta' effiċjenza għolja (
Formula 8
Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-alternatur (
Formula 9
Sinifikat statistiku
Għal kull tip, varjant u verżjoni ta' vettura mgħammra bl-alternatur ta' effiċjenza għolja jrid jintwera li l-iżball fl-iffrankar tas-CO2 ikkalkulat skont il-Formula 9 mhuwiex ikbar mid-differenza bejn l-għadd totali ta' CO2 iffrankat u l-limitu minimu ta' ffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (ara l-Formula 10).
Formula 10
fejn:
|
MT |
: |
Il-limitu minimu [g CO2/km], li huwa ta' 1 g CO2/km |
Rapport tat-test u ta' valutazzjoni
Ir-rapport għandu jinkludi:
|
— |
Il-mudell u l-massa tal-alternaturi ttestjati |
|
— |
Deskrizzjoni tal-bank tat-test |
|
— |
Ir-riżultati tat-test (valuri mkejla) |
|
— |
Ir-riżultati kkalkulati u l-formuli korrispondenti |
L-alternatur ta' effiċjenza għolja li għandu jiġi installat fil-vetturi
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar tas-CO2 abbażi tal-kejl relatat mal-alternatur ta' effiċjenza għolja u mal-alternatur ta' referenza billi tuża l-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita f'dan l-Anness. F'każ li jiġu ffrankati inqas emissjonijiet tas-CO2 mil-limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1), japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011.
(1) L-istandard tal-ISO 8854:2012 Vetturi tat-triq — Alternaturi bir-regolaturi — Metodi ta' ttestjar u rekwiżiti ġenerali. Numru ta' referenza ISO 8854:2012, ippubblikat fl-1 ta' Ġunju 2012.
Rettifika
|
16.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/33 |
Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 69 tal-15 ta' Marzu 2016 )
F'paġna 39, l-Anness 2, l-Anness 3, l-Anness 4 u l-Anness 5 jinbidlu kif ġej: