ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 95

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
9 ta' April 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/548 tat-8 ta' April 2016 li japprova s-sustanza bażika fosfat tad-diammonju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/549 tat-8 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi bentażon, ċjalofop butil, dikwat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), metalaksil-M, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, tijabendażol u tifensulfuron-metil ( 1 )

4

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/550 tat-8 ta' April 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/551 tat-23 ta' Marzu 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni dwar Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni dwar l-arranġamenti ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 6 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni mill-1 ta' Ġunju 2016

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/552 tal-5 ta' April 2016 li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/553 tal-5 ta' April 2016 li taħtar ħames membri u erba' membri supplenti, proposti mir-Repubblika ta' Franza, fil-Kumitat tar-Reġjuni

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/554 tal-5 ta' April 2016 li taħtar disa' membri, proposti mir-Repubblika ta' Franza, fil-Kumitat tar-Reġjuni

15

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/322 tal-10 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet tar-rekwiżiti tal-kopertura tal-likwidità ( ĠU L 64, 10.3.2016 )

17

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417 tas-17 ta' Marzu 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) ( ĠU L 75, 22.3.2016 )

20

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/548

tat-8 ta' April 2016

li japprova s-sustanza bażika fosfat tad-diammonju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fid-29 ta' Settembru 2014 il-Kummissjoni waslitilha applikazzjoni mill-Institut Technique de l'Agriculture Biologique (ITAB) għall-approvazzjoni tal-fosfat tad-diammonju bħala sustanza bażika. Ma' dik l-applikazzjoni ngħatat l-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3).

(2)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) għal għajnuna xjentifika. Fis-6 ta' Ottubru 2015, l-Awtorità ppreżentat Rapport Tekniku dwar is-sustanza inkwistjoni lill-Kummissjoni (2). Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' rieżami (3) kif ukoll abbozz għal dan ir-Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 ta' Diċembru 2015, u ffinalizzathom għal-laqgħa ta' dan il-Kumitat fit-8 ta' Marzu 2016.

(3)

Il-fosfat tad-diammonju huwa awtorizzat li jintuża fl-enoloġija bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (4).

(4)

Id-dokumentazzjoni provduta mill-applikant turi li l-fosfat tad-diammonju ma jintużax b'mod predominanti għal finijiet tal-protezzjoni tal-pjanti, iżda madankollu huwa utli għall-protezzjoni tal-pjanti fi prodott li jikkonsisti mis-sustanza u mill-ilma.

(5)

Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-fosfat tad-diammonju jista' jkun mistenni li jissodisfa, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant jixraq li l-fosfat tad-diammonju jiġi approvat bħala sustanza bażika.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ madankollu li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, li huma spjegati fid-dettall fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(7)

F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5) għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza bażika

Is-sustanza fosfat tad-diammonju kif speċifikat fl-Anness I hija approvata bħala sustanza bażika soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2015. Rapport tekniku dwar l-eżitu tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-EFSA dwar l-applikazzjoni għas-sustanza bażika fosfat tad-diammonju biex tintuża għall-protezzjoni tal-pjanti bħala attirant tal-ikel mhux letali għad-dubbien tal-frott. Il-pubblikazzjoni ta' sostenn tal-EFSA 2015:EN-873. 34 pp.

(3)  http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.selection&language=EN

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

L-Isem IUPAC

Purità (1)

Id-data tal-approvazzjoni

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi

Il-fosfat tad-diammonju

Nru tas-CAS: 7783-28-0

Idroġenufosfat tad-diammonju

Grad enoloġiku

Id-29 ta' April 2016

Il-fosfat tad-diammonju għandu jintuża f'konfomità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar il-fosfat tad-diammonju (SANTE/12351/2015) u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modalitajiet tal-użu tas-sustanza bażika jinsabu fir-rapport ta' rieżami.


ANNESS II

Fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

L-Isem IUPAC

Purità (*1)

Id-data tal-approvazzjoni

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi

“11

Fosfat tad-diammonju

Nru tas-CAS: 7783-28-0

Idroġenufosfat tad-diammonju

Grad enoloġiku

Id-29 ta' April 2016

Il-fosfat tad-diammonju jista' jintuża f'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar il-fosfat tad-diammonju (SANCO/12351/2015) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.”


(*1)  Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modalitajiet tal-użu tas-sustanza bażika jinsabu fir-rapport ta' rieżami.


9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/549

tat-8 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi bentażon, ċjalofop butil, dikwat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), metalaksil-M, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, tijabendażol u tifensulfuron-metil

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi bentażon, ċjalofop butil, dikwat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), metalaksil-M, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, tijabendażol u tifensulfuron-metil ġew estiżi permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 (3). L-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2016. L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-inklużjoni ta' dawk is-sustanzi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4) tressqu f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (5).

(3)

Minħabba l-fatt li l-valutazzjoni tas-sustanzi ttardjat għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-applikanti, l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi x'aktarx li se jiskadu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(4)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, f'każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex sodisfatti, il-Kummissjoni tistabbilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data bħal ta' qabel dan ir-Regolament, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament, sakemm ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza attiva, skont liema data tiġi l-aħħar. Fir-rigward ta' każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta' sustanza attiva li hemm referenza għaliha fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tistabbilixxi, kif xieraq skont iċ-ċirkostanzi, l-aktar data ta' applikazzjoni kmieni possibbli.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-D, aċibenżolar-s-metil, amitrol, bentażon, ċjalofop-butil, dikwat, esfenvalerat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), glifosat, iprovalikarb, isoproturon, lambda-ċjalotrina, metalaksil-M, metsulfuron-metil, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, piraflufen-etil, tijabendażol, tifensulfuron-metil u triasulfuron (ĠU L 276, 21.10.2015, p. 48).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 11, Bentażon, id-data it-“30 ta' Ġunju 2016” tinbidel bid-data it-“30 ta' Ġunju 2017”;

(2)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 15, Dikwat, id-data it-“30 ta' Ġunju 2016” tinbidel bid-data it-“30 ta' Ġunju 2017”;

(3)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 17, Tijabendażol, id-data it-“30 ta' Ġunju 2016” tinbidel bid-data it-“30 ta' Ġunju 2017”;

(4)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 19, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), id-data it-“30 ta' Ġunju 2016” tinbidel bid-data it-“30 ta' Ġunju 2017”;

(5)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 23, Pimetrożina, id-data it-“30 ta' Ġunju 2016” tinbidel bid-data it-“30 ta' Ġunju 2017”;

(6)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 26, Tifensulfuron-metil, id-data it-“30 ta' Ġunju 2016” tinbidel bid-data it-“30 ta' Ġunju 2017”;

(7)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 31, Prosulfuron, id-data it-“30 ta' Ġunju 2016” tinbidel bid-data it-“30 ta' Ġunju 2017”;

(8)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 34, Ċjalofop butil, id-data it-“30 ta' Ġunju 2016” tinbidel bid-data it-“30 ta' Ġunju 2017”;

(9)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 35, Famoksadon, id-data it-“30 ta' Ġunju 2016” tinbidel bid-data it-“30 ta' Ġunju 2017”;

(10)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 37, Metalaksil-M, id-data it-“30 ta' Ġunju 2016” tinbidel bid-data it-“30 ta' Ġunju 2017”;

(11)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 38, Pikolinafen, id-data it-“30 ta' Ġunju 2016” tinbidel bid-data it-“30 ta' Ġunju 2017”;

(12)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 39, Flumjoksażina, id-data it-“30 ta' Ġunju 2016” tinbidel bid-data it-“30 ta' Ġunju 2017”.


9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/550

tat-8 ta' April 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

268,0

MA

88,2

SN

164,2

TR

103,7

ZZ

156,0

0707 00 05

MA

79,9

TR

125,1

ZZ

102,5

0709 93 10

MA

90,1

TR

143,3

ZZ

116,7

0805 10 20

EG

49,8

IL

69,5

MA

54,7

TN

71,4

TR

44,6

ZA

51,4

ZZ

56,9

0805 50 10

MA

91,9

TR

65,0

ZZ

78,5

0808 10 80

AR

86,1

BR

110,5

CL

113,0

US

162,4

ZA

85,3

ZZ

111,5

0808 30 90

AR

105,4

CL

135,3

CN

66,8

ZA

113,8

ZZ

105,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/551

tat-23 ta' Marzu 2016

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni dwar Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni dwar l-arranġamenti ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 6 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni mill-1 ta' Ġunju 2016

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (“il-Ftehim”) ġie konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/252/UE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2014. Skont l-Artikolu 24(3) tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 6 tal-Ftehim li jirreferu għar-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi għandhom japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2017.

(2)

L-Unjoni u t-Turkija esprimew il-qbil politiku tagħhom fis-summit li sar fid-29 ta' Novembru 2015, li l-Ftehim ikun applikabbli b'mod sħiħ mill-1 ta' Ġunju 2016.

(3)

L-Artikolu 19(1)(b) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni jiddeċiedi dwar arranġamenti ta' implimentazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tal-Ftehim. Għaldaqstant ikun xieraq li jiġu stabbiliti b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni l-arranġamenti ta' implimentazzjoni meħtieġa sabiex l-applikabbiltà tal-obbligi skont l-Artikoli 4 u 6 tal-Ftehim tiġi antiċipata mill-1 ta' Ġunju 2016.

(4)

Ir-Renju Unit huwa marbut bil-Ftehim u għalhekk qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(5)

L-irlanda mhijiex marbuta bil-Ftehim u lanqas mhija suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu u għalhekk mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(6)

Id-Danimarka mhijiex marbuta bil-Ftehim u lanqas mhija suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu u għalhekk mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deiċiżjoni.

(7)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni dwar deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni dwar l-arranġamenti ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 6 tal-Ftehim mill-1 ta' Ġunju 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija fir-rigward ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni dwar arranġamenti ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 6 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni mill-1 ta' Ġunju 2016, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni, mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Emendi minuri għal dak l-abbozz ta' deċiżjoni jistgħu jiġu aċċettati mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/252/UE tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 134, 7.5.2014, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 2/2016 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAR-RIAMMISSJONI STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA DWAR IR-RIAMMISSJONI TA' PERSUNI LI JIRRISJEDU MIGĦAJR AWTORIZZAZZJONI

ta'

dwar l-arranġamenti ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 6 tal-Ftehim mill-1 ta' Ġunju 2016

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ('il-Ftehim') daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2014.

(2)

L-Artikolu 24(3) tal-Ftehim jistipula li l-obbligi marbuta mar-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi kif inhuma previsti fl-Artikoli 4 u 6 tail-Ftehim għandhom isiru applikabbli biss tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

(3)

Filwaqt li jikkunsidra l-ftehim politiku li ntlaħaq miż-żewġ partijiet fis-Summit bejn l-UE u t-Turkija li sar fid-29 ta' Novembru 2015 sabiex il-Ftehim jibda japplika b'mod sħiħ minn Ġunju 2016,

IDDEĊIEDA LI JADOTTA L-ARRANĠAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-obbligi ppreżentati fl-Artikoli 4 u 6 tal-Ftehim, li jirreferu għar-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi, ser ikunu applikabbli mill-1 ta' Ġunju 2016.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tkun vinkolanti wara li jkunu twettqu l-proċeduri interni meħtieġa mil-liġijiet tal-Partijiet.

Magħmul fi …

(għall-Unjoni Ewropea)

(għar-Repubblika tat-Turkija)


9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/552

tal-5 ta' April 2016

li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Thomas KASTRUP-LARSEN, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Erik NIELSEN, Mayor of Rødovre Municipality.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/553

tal-5 ta' April 2016

li taħtar ħames membri u erba' membri supplenti, proposti mir-Repubblika ta' Franza, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Franċiż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), 2015/190 (2) u 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Claudette BRUNET-LECHENAULT, is-Sur Jean-Louis DESTANS, is-Sur Pierre HUGON u s-Sinjura Anne-Marie KEISER u s-Sur Pierre MAILLE saru vakanti s-siġġijiet ta' ħames membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Pierre BERTRAND, is-Sinjura Mireille LACOMBE, u s-Sur Jean-Louis TOURENNE saru vakanti s-siġġijiet ta' tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur André VIOLA bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Jean-Paul POURQUIER, Conseiller départemental de la Lozère,

Is-Sinjura Nathalie SARRABEZOLLES, Présidente du Conseil départemental du Finistère,

Is-Sinjura Martine VASSAL, Présidente du Conseil départemental des Bouches-du-Rhône,

Is-Sur Jean-Noël VERFAILLIE, Conseiller départemental du Nord,

Is-Sur André VIOLA, Président du Conseil départemental de l'Aude,

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sinjura Claudette BRUNET-LECHENAULT, Conseillère départementale de Saône-et Loire,

Is-Sur Christian GILLET, Président du Conseil départemental de Maine-et Loire,

Is-Sinjura Nathalie MARAJO-GUTHMULLER, Conseillère départementale du Bas-Rhin,

Is-Sur Claude WALLENDORFF, Vice-Président du Conseil départemental des Ardennes.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/554

tal-5 ta' April 2016

li taħtar disa' membri, proposti mir-Repubblika ta' Franza, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Franċiż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Claude GEWERC, is-Sinjura Annabelle JAEGER, is-Sur Charles MARZIANI, is-Sur Pierrick MASSIOT, is-Sur René SOUCHON u s-Sur Bernard SOULAGE saru vakanti s-siġġijiet ta' sitt membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati saru vakanti s-siġġijiet ta' tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta' dan is-Sur François DECOSTER (Conseiller régional du Nord-Pas-de-Calais), is-Sur Pascal MANGIN (Conseiller régional d'Alsace) u s-Sur Stéphan ROSSIGNOL (Conseiller régional du Languedoc-Roussilon) ġew proposti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sinjura Isabelle BOUDINEAU, Vice-présidente du Conseil régional Aquitaine-Poitou-Charente-Limousin,

Is-Sinjura Martine CALDEROLI-LOTZ, Conseillère régionale du Conseil régional Alsace-Champagne-Ardenne-Lorraine,

Is-Sur Christophe CLERGEAU, Conseiller régional du Conseil régional Pays-de-la-Loire,

Is-Sur François DECOSTER, Vice-président du Conseil régional Nord-Pas-de-Calais-Picardie (bidla tal-mandat),

Is-Sinjura Mélanie FORTIER, Conseillère régionale du Conseil régional Centre-Val-de-Loire,

Is-Sur Pascal MANGIN, Conseiller régional du Conseil régional Alsace-Champagne-Ardenne-Lorraine (bidla tal-mandat),

Is-Sinjura Marie-Antoinette MAUPERTUIS, Conseillère exécutive de la Collectivité territoriale de Corse,

Is-Sur Stéphan ROSSIGNOL, Conseiller régional du Conseil régional Languedoc-Roussillon-Midi-Pyrénées (bidla tal-mandat),

Is-Sur Thierry SOLERE, Conseiller régional du Conseil régional Ile-de-France.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


Rettifika

9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/17


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/322 tal-10 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet tar-rekwiżiti tal-kopertura tal-likwidità

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L64 tal-10 ta' Marzu 2016 )

F'paġna 2, l-Artikolu 1, il-punti 1 u 2,

minflok:

“1.

L-Artikolu 15 jinbidel b'dan li ġej:

‘Artikolu 15

Il-format u l-frekwenza tar-rappurtar dwar rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità

1.   Sabiex jirrappurtaw l-informazzjoni dwar ir-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità skont l-Artikolu 415 tar- Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali u konsolidata, l-istituzzjonijiet japplikaw dan li ġej:

(a)

l-istituzzjonijiet ta' kreditu jippreżentaw l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XXII skont l-istruzzjonijiet fl- Anness XXIII bi frekwenza ta' kull xahar;

(b)

l-istituzzjonijiet l-oħra kollha għajr dawk speċifikati fil-punt (a), jippreżentaw l-informazzjoni speċifikata fl- Anness XII skont l-istruzzjonijiet fl-Anness XIII bi frekwenza ta' kull xahar.

2.   L-informazzjoni li tinsab fl-Annessi XII u XXII tqis l-informazzjoni ppreżentata għad-data ta' referenza u l- informazzjoni dwar il-flussi tal-flus tal-istituzzjoni matul it-30 jum tal-kalendarju ta' wara.’;

2.

L-Annessi XXII u XXIII huma miżjuda kif stabbilit rispettivament fl-Annessi I u II għal dan ir-Regolament;”,

aqra:

“1.

L-Artikolu 15 jinbidel b'dan li ġej:

‘Artikolu 15

Il-format u l-frekwenza tar-rappurtar dwar rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità

1.   Sabiex jirrappurtaw l-informazzjoni dwar ir-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità skont l-Artikolu 415 tar- Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali u konsolidata, l-istituzzjonijiet japplikaw dan li ġej:

(a)

l-istituzzjonijiet ta' kreditu jippreżentaw l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XXIV skont l-istruzzjonijiet fl-Anness XXV bi frekwenza ta' kull xahar;

(b)

l-istituzzjonijiet l-oħra kollha għajr dawk speċifikati fil-punt (a), jippreżentaw l-informazzjoni speċifikata fl- Anness XII skont l-istruzzjonijiet fl-Anness XIII bi frekwenza ta' kull xahar.

2.   L-informazzjoni li tinsab fl-Annessi XII u XXIV tqis l-informazzjoni ppreżentata għad-data ta' referenza u l- informazzjoni dwar il-flussi tal-flus tal-istituzzjoni matul it-30 jum tal-kalendarju ta' wara.’;

2.

L-Annessi XXIV u XXV huma miżjuda kif stabbilit rispettivament fl-Annessi I u II għal dan ir-Regolament;”,

f'paġna 4, l-Anness I,

minflok:

“ANNESS I

‘ANNESS XXII’ ”,

aqra:

“ANNESS I

‘ANNESS XXIV’ ”;

f'paġna 19, l-Anness I, l-Anness XXIV miżjud, fit-tabella, il-formola “C 73.00 — KOPERTURA TAL-LIKWIDITÀ — FLUSSI TA' ĦRUĠ”, ir-ringieli 1140 sa 1280 jinbidlu bit-test li ġej:

 

Ammont

Valur tas-suq tal-kollateral estiż

Valur tal-kollateral estiż skont l-Artikolu 9

Ponderazzjoni Standard

Ponderazzjoni Applikabbli

Fluss ta' ħruġ

Ringiela

ID

Entrata

010

020

030

040

050

060

ENTRATI TA' MEMORANDUM

“1140

2

Bonds fil-livell ta' konsumatur b'maturità residwa ta' inqas minn 30 jum

 

 

 

 

 

 

1150

3

Depożiti fil-livell ta' konsumatur eżentati mill-kalkolu tal-flussi ta' ħruġ

 

 

 

 

 

 

1160

4

Depożiti fil-livell ta' konsumatur mhux ivvalutati

 

 

 

 

 

 

1170

5

Flussi ta' ħruġ ta' likwidità li jridu jkunu nnettjati bi flussi ta' dħul interdipendenti

 

 

 

 

 

 

 

6

Depożiti operazzjonali miżmumin għall-ikklerjar, il-kustodja, il-ġestjoni tal-likwidità jew servizzi komparabbli oħrajn fil-kuntest ta' relazzjoni operazzjonali stabbilita

 

 

 

 

 

 

1180

6.1

ipprovduti minn istituzzjonijiet ta' kreditu

 

 

 

 

 

 

1190

6.2

ipprovduti minn konsumaturi finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu

 

 

 

 

 

 

1200

6.3

ipprovduti minn sovrani, banek ċentrali, MDBs u PSEs

 

 

 

 

 

 

1210

6.4

ipprovduti minn konsumaturi oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

7

Depożiti mhux operazzjonali miżmuma minn konsumaturi finanzjarji u konsumaturi oħra

 

 

 

 

 

 

1220

7.1

ipprovduti minn istituzzjonijiet ta' kreditu

 

 

 

 

 

 

1230

7.2

ipprovduti minn konsumaturi finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu

 

 

 

 

 

 

1240

7.3

ipprovduti minn sovrani, banek ċentrali, MDBs u PSEs

 

 

 

 

 

 

1250

7.4

ipprovduti minn konsumaturi oħrajn

 

 

 

 

 

 

1260

8

Impenji ta' finanzjament lil konsumaturi mhux finanzjarji

 

 

 

 

 

 

1270

9

Kollateral tal-Livell 1 minbarra Bonds koperti EHQ depożitati għal derivattivi

 

 

 

 

 

 

1280

10

Monitoraġġ tal-SFTS

 

 

 

 

 

 

 

11

Flussi ta' ħruġ intragrupp jew IPS”

 

 

 

 

 

 

f'paġna 56, l-Anness II,

minflok:

“ANNESS II

‘ANNESS XXIII’ ”,

aqra:

“ANNESS II

‘ANNESS XXV’ ”.


9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/20


Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417 tas-17 ta' Marzu 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 75 tat-22 ta' Marzu 2016 )

F'paġna 24, fit-tabella,

minflok:

 

 

 

 

 

“Total FI:

EUR

20 520,70

0,00

20 520,70 ”

aqra:

 

 

 

 

 

“Total FI:

EUR

– 20 520,70

0,00

– 20 520,70 ”