ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 91

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
7 ta' April 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/539 tas-6 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tat-taħriġ, tal-ittestjar u tal-kontroll perjodiku tal-bdoti għan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni ( 1 )

1

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/540 tas-6 ta' April 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/541 tal-15 ta' Frar 2016 li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit li huma meqjusa neċessarja biex jagħmlu tajjeb għas-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv (2015/1410)

18

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/542 tal-15 ta' Frar 2016 dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja għal żmien qasir mill-Unjoni lill-Greċja (2015/1181)

22

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/543 tal-15 ta' Frar 2016 li tapprova l-programm ta' aġġustament tal-Greċja (2015/1182)

26

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/544 tal-15 ta' Frar 2016 li tapprova l-programm ta' aġġustament makroekonomiku tal-Greċja (2015/1411)

27

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/539

tas-6 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tat-taħriġ, tal-ittestjar u tal-kontroll perjodiku tal-bdoti għan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal bdoti involuti fl-operat ta' ċerti inġenji tal-ajru, kif ukoll tal-apparat ta' taħriġ fis-simulazzjoni tat-titjir, persuni u organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar u fil-kontrolli ta' dawk il-bdoti.

(2)

Jenħtieġ li f'dak ir-Regolament jiġu inklużi rekwiżiti addizzjonali għat-taħriġ, għall-ittestjar u għall-kontroll perjodiku għall-bdoti li jtiru skont proċeduri tan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (“PBN”) u li għalhekk jeħtieġu privileġġi PBN approvati fil-programmi tal-klassifikazzjoni bl-istrumenti (“IR”). L-approvazzjoni PBN m'għandhiex toħloq piż amministrattiv addizzjonali għall-awtorità kompetenti.

(3)

Il-bdoti, detenturi ta' IR, li abbażi tar-rekwiżiti applikabbli tal-liġi nazzjonali, jew b'mod simili, kisbu l-għarfien teoriku u l-ħiliet prattiċi fl-operazzjonijiet PBN qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali meta jistgħu juru għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-għarfien u l-ħiliet miksuba b'dak il-mod huma ekwivalenti għal dawk miksuba permezz ta' korsijiet u taħriġ meħtieġa skont dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-ekwivalenza ta' għarfien u ħiliet ta' dan it-tip fuq informazzjoni u kriterji oġġettivi.

(4)

Mhux il-bdoti kollha, speċjalment fl-avjazzjoni ġenerali, itiru skont il-proċeduri PBN billi, pereżempju, l-inġenju tal-ajru tagħhom jew l-ajrudrom lokali ma jkollhomx tagħmir iċċertifikat b'mod xieraq għal dak l-għan. Għalhekk, bħalissa jista' jkun li dawk il-bdoti ma jeħtiġux taħriġ u kkontroll addizzjonali relatati mal-PBN. Filwaqt li jikkunsidra r-rata tal-iskjerament talt-tagħrim u tal-proċeduri tal-PBN madwar l-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jipprevedi perjodu ta' żmien raġonevoli, li warajh ir-rekwiżiti addizzjonali għat-taħriġ, l-ittestjar u l-verifiki perjodiċi għall-PBN se jsiru applikabbli għal dawk il-bdoti.

(5)

Il-perjodu li matulu l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fit-territorju tagħhom għall-bdoti li jkollhom liċenzja u ċertifikat mediku assoċjat maħruġa minn pajjiż terz, u li jkunu involuti fl-operat mhux kummerċjali ta' ċerti inġenji tal-ajru, għandu jiġi estiż, minħabba n-negozjati tal-Unjoni li għaddejjin ma' ċerti pajjiżi terzi bl-għan li jiffaċilitaw l-iskambju ta' dawn il-liċenzji u ċertifikati mediċi. Għandu jiġi ċċarat li, fejn Stat Membru jieħu deċiżjoni bħal din, jew ħadha diġà, hu għandu jippubblika dik id-deċiżjoni b'mod xieraq u li jippermetti lill-partijiet kollha kkonċernati jieħdu nota ta' dan, filwaqt li jiżgura li r-rekwiżiti ta' trasparenza u ċertezza tad-dritt huma sodisfatti.

(6)

Fir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom jiġu inklużi wkoll rekwiżiti addizzjonali dwar il-privileġġi tal-bdoti tat-testijiet tat-titjira, biex dawk il-bdoti jitħallew joperaw inġenji tal-ajru għal ċerti titjiriet bla ma jikkonformaw mar-rekwiżit li jkollhom klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rispettivi.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jistipula li l-kors tat-taħriġ għal liċenzji ta' aktar minn bdot wieħed (“MPL”) għandu jingħata minn organizzazzjoni tat-taħriġ approvata li hija parti mill-operatur ta' trasport bl-ajru. Barra minn hekk, dak ir-Regolament jistipula li, sakemm detentur ta' MPL ma jkunx lesta l-kors ta' konverżjoni tal-istess operatur, ma jistax jeżerċita l-privileġġi tal-MPL. Hemm każijiet fejn, minħabba tort tal-operatur, xi detenturi ta' MPL ma jistgħux ilestu l-kors ta' konverżjponi ta' dak l-operatur u b'konsegwenza la jistgħu jaħdmu ma' dak l-operatur u lanqas ma' operaturi oħra. Ir-restrizzjoni fuq il-privileġġi tal-eżerċitar ta' MPL xi mkien ieħor tpoġġi lil dawk id-detenturi ta' MPL fi żvantaġġ mingħajr ma hija ġġusstifikata għal raġunijiet ta' sikurezza. Bdoti li jibdlu l-operatur huma meħtieġa li jlestu l-kors ta' konverżjoni tal-operatur il-ġdid minkejja l-fatt li jkunu għamlu l-kors ta' konverżjoni mal-operatur preċedenti. Barra minn hekk, il-kors ta' konverżjoni ta' kwalunkwe operatur jrid iqis bis-sħiħ il-livell ta' esperjenza tal-bdoti li jingħaqdu ma' dak l-operatur. Għalhekk jenħtieġ li dik ir-restrizzjoni titneħħa. Hekk ir-rekwiżiti tal-MPL ikunu allinjati wkoll mal-istandards tal-ICAO.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma abbażi tal-Opinjoni (3) maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

“Artikolu 4a

Privileġġi tal-kwalifika ta' titjir bl-istrumenti tan--navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni

1.   Il-bdoti jistgħu jtiru biss skont il-proċeduri tan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN) wara li jkunu ngħataw privileġġi PBN bħala approvazzjoni tal-kwalifika ta' titjir bl-istrumenti (“IR”) tagħhom.

2.   Bdot għandu jingħata privileġġi PBN meta jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-bdot ikun lesta b'suċċess kors ta' għarfien teoriku inkluż dwar il-PBN, skont FCL.615 tal-Anness I (il-Parti-FCL);

(b)

il-bdot jkun lesta b'suċċess taħriġ tat-titjir inkluż dwar il-PBN, skont FCL.615 tal-Anness I (il-Parti-FCL);

(c)

il-bdot jkun lesta b'suċċess test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 7 tal-Anness I (il-Parti-FCL), jew inkella test tal-ħiliet jew kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 tal-Anness I (il-Parti-FCL).

3.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) u (b) għandhom jitqiesu li ġew issodisfati meta l-awtorità kompetenti tqis li l-kompetenza miksuba, permezz tat-taħriġ jew bil-familjarità mal-operazzjonijiet tal-PBN, hija ekwivalenti għall-kompetenza miksuba permezz tal-korsijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a) u (b), u l-bdot kapaċi juri din il-kompetenza għas-sodisfazzjon tal-eżaminatur fil-kontroll tal-profiċjenza jew fit-test tal-ħiliet imsemmi fil-paragrafu 2(c).

4.   Fil-ġurnal abbord tal-bdot għandu jinżamm rekord tat-turija tal-kompetenza fil-PBN b'suċċess, wara li jitlesta t-test tal-ħiliet jew il-kontroll tal-profiċjenza msemmija fil-paragrafu 2(c), jew rekord ekwivalenti u ffirmat mill-eżaminatur li jkun wettaq it-test jew il-kontroll.

5.   Bdoti IR mingħajr privileġġi PBN jistgħu jtiru biss f'rotot u approċċi li ma jeħtiġux il-privileġġi tal-PBN u l-ebda oġġett tal-PBN ma jkun meħtieġ għat-tiġdid tal-IR tagħhom sal-25 ta' Awwissu 2020; wara dik id-data, il-privileġġi PBN għandhom ikunu meħtieġa għal kull IR.”

(2)

Fl-Artikolu 10a, għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   L-organizzazzjoni tat-taħriġ tal-bdoti għandhom jiżguraw li l-korsijiet tat-taħriġ IR li jorrfu jkunu jinkludu l-privileġġi PBN f'konformità mar-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti FCL) sa mhux aktar tard mill-25 ta' Awwissu 2020.”

(3)

Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 12 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   B'deroga mill-paragrafu 1, sat-8 ta' April 2017 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għall-bdoti li jkollhom liċenzja u ċertifikat mediku assoċjat maħruġa minn pajjiż terz u li jkunu involuti fl-operat ta' inġenji tal-ajru mhux kummerċjali kif speċifikati fl-Artikolu 4(1)(b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. L-Istati Membri għandhom ipoġġu dawk id-deżiċjonijiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.”

(4)

L-Annessi I u VII huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-8 ta' April 2016.

Madankollu, il-punti 1, 2, u 4 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-25 ta' Awwissu 2018, bl-eċċezzjoni tal-punt 1(g) tal-Anness, li għandu japplika mit-8 ta' April 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 79, 13.3.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

(3)  L-Opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Nru 03/2015 tal-31.3.2015 għal Regolament tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-kriterji għall-approvazzjoni operazzjonali għan-Navigazzjoni Bbażata fuq il-Prestazzjoni (PBN).


ANNESS

L-Annessi I u VII tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

id-definizzjonijiet li ġejjin jiddaħħlu fl-FCL.010:

 

“ “Operazzjoni angulari” tfisser operazzjoni ta' avviċinament bi strument li fiha l-massimu tollerabbli ta' żball/devjazzjoni mit-trajettorja ppjanata huwa espress bid-diflessjoni tal-labar tal-Indikatur tad-Devjazzjoni tar-Rotta (CDI) jew apparat tal-wiri ekwivalenti fil-kokpit.

 

“Operazzjoni Lineari” tfisser operazzjoni ta' avviċinament bi strument li fiha l-massimu tollerabbli ta' żball/devjazzjoni mit-trajettorja ppjanata huwa espress f'unitajiet ta' tul, pereżempju mil nawtiku, għal devjazzjoni perpendikolari laterali.

 

“LNAV” tfisser Navigazzjoni Laterali.

 

“LPV” tfisser l-Prestazzjoni tal-Lokalizzatur bi Gwida Vertikali.

 

“Navigazzjoni Bbażata fuq il-Prestazzjoni (PBN)” tfisser navigazzjoni taż-żona bbażata fuq rekwiżiti ta' prestazzjoni għal inġenji tal-ajru li joperaw fuq rotta ATS, fuq proċedura ta' avviċinament bl-istrumenti jew fi spazju tal-ajru ddeżinjat.

 

“RNP APCH” tfisser speċifikazzjoni tal-PBN użata għal operazzjonijiet ta' avviċinament bl-istrumenti.

 

“Operazzjoni RNP APCH għall-minimu tal-LNAV” tfisser operazzjoni 2D ta' avviċinament bl-istrumenti li għaliha l-gwida laterali hija bbażata fuq lokalizzazzjoni GNSS.

 

“Operazzjoni RNP APCH għall-minimu tal-LNAV/VNAV” tfisser operazzjoni 3D ta' avviċinament bl-istrumenti li għaliha l-gwida laterali hija bbażata fuq lokalizzazzjoni GNSS u li l-gwida vertikali hija pprovduta mill-funzjoni Baro VNAV jew mil-lokalizzazzjoni GNSS inkluż SBAS.

 

“Operazzjoni RNP APCH għall-minimu tal-LPV” tfisser operazzjoni 3D ta' avviċinament bl-istrumenti li għaliha kemm il-gwida laterali u dik vertikali huma bbażati fuq lokalizzazzjoni GNSS inkluż SBAS.

 

“RNP AR APCH” tfisser speċifikazzjoni tan-navigazzjoni użata għal operazzjonijiet ta' avviċinament bl-istrumenti li jeħtieġu approvazzjoni speċifika.

 

“Operazzjoni ta' approċċ bl-istrumenti tridimensjonali (3D)” tfisser operazzjoni ta' avviċinament bl-istrumenti li tuża gwida tan-navigazzjoni laterali u vertikali.

 

“Operazzjoni ta' approċċ bl-istrumenti bidimensjonali (2D)” tfisser operazzjoni ta' avviċinament bl-istrumenti li tuża gwida tan-navigazzjoni laterali biss.

 

“VNAV” tfisser Navigazzjoni Vertikali.”;

(b)

FCL.600.IR jinbidel b'dan li ġej:

“Ħlief kif previst fl-FCL.825, l-operazzjonijiet taħt IFR fuq ajruplan, ħelikopter, ballun tal-arja jew inġenju tal-ajru bil-powered-lift għandhom jitwettqu biss mid-detenturi ta':

(a)

PPL, CPL, MPL u ATPL, u

(b)

għajr għal meta jkun qed iwettaq test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew meta jkun qed jirċievi struzzjoni, IR bi privileġġi xierqa applikabbli għar-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru u tal-kategorija tal-inġenju tal-ajru.”;

(c)

punt (a) fl-FCL.605.IR jinbidel b'li ġej:

“(a)

Il-privileġġi ta' detentur ta' IR iridu jtajru inġenju tal-ajru skont IFR, inklużi operazzjonijiet PBN, b'altitudni deċiżjonali ta' mhux inqas minn 200 pied (60 m)”;

(d)

il-punt (a) ta' FCL.700 jinbidel b'li ġej:

“(a)

Id-detenturi ta' liċenzja ta' bdot m'għandhomx jaġixxu fi kwalunkwe kapaċità bħala bdoti ta' inġenju tal-ajru sakemm ma jkollhomx liċenzja valida u xierqa tal-klassi jew tat-tip, għajr fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(i)

għal LAPL, SPL u BPL;

(ii)

meta jwettqu testijiet tal-ħiliet jew kontrolli tal-profiċjenza għat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip;

(iii)

waqt li jkunu qed jitgħallmu jtiru;

(iv)

meta jkollhom klassifikazzjoni ta' test tat-titjira maħruġa skont l-FCL.820.”;

(e)

jitħassar il-punt (c) ta' FCL.700;

(f)

fil-punt (c) ta' FCL.820, punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“(3)

iwettaq titjiriet mingħajr klassifikazzjoni tat-tip jew tal-klassi kif iddefinit fis-Subparti H, ħlief li l-klassifikazzjoni ta' test tat-titjir m'għandhiex tintuża għal operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru.”;

(g)

il-punt 2 tal-Appendiċi 5 jinbidel b'dan li ġej:

“2.

Approvazzjoni għal kors ta' taħriġ MPL għandha tingħata lil ATO li tkun parti minn operatur tat-trasport bl-ajru kummerċjali ċċertifikata f'konformità mal-Parti-ORO jew li jkollha qbil speċifiku ma' operatur ta' dak it-tip.”

(h)

L-Appendiċi 7 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 1 jinbidel b'li ġej:

“1.

Applikant għal IR għandu jkun ingħata tagħlim dwar l-istess klassi jew tip ta' inġenju tal-ajru li jintuża fit-test li għandu jkun mgħammar kif jixraq għall-għanijiet tat-taħriġ u tal-ittestjar.”;

(ii)

il-punt 11 jinbidel b'li ġej:

“11.

Għandhom japplikaw il-limiti li ġejjin u dawn ġew ikkoreġuti biex jagħmlu tajjeb għal kundizzjonijiet turbulenti u għall-kwalitajiet tal-immaniġġjar u l-eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru użat:

Għoli

Ġeneralment

± 100 pied

Bidu ta’ tidwira f’altitudni deċiżjonali

+ 50 pied/– 0 piedi

Għoli/MAP/altitudni minima ta’ tbaxxija

+ 50 pied/– 0 piedi

Traċċar

Għajnuniet bir-radju

± 5°

Għal devjazzjonijiet angolari

diflessjoni ta’ nofs skala, ażimut u l-passaġġ tal-inżul (eż. LPV, ILS, MLS, GLS).

Devjazzjonijiet laterali “lineari” 2D (LNAV) u 3D (LNAV/VNAV)

Id-devjazzjoni/l-iżball/perpendikolari għandhom normalment ikunu limitati għal ±

Formula

il-valur RNP assoċjat mal-proċedura. Devjazzjonijiet żgħar minn dan l-istandard sa massimu ta’ 1 darba l-valur RNP huma permissibbli.

Devjazzjonijiet vertikali lineari 3D (eż. RNP APCH (LNAV/VNAV) bl-użu baroVNAV)

mhux aktar minn – 75 pied taħt il-profil vertikali fi kwalunkwe ħin, u mhux aktar minn + 75 pied ‘il fuq mill-profil vertikali f’1 000 pied ‘il fuq mil-livell tal-ajrudrom jew taħtu.

Heading

il-magni kollha joperaw

± 5°

bi ħsara simulata fil-magna

± 10°

Veloċità

il-magni kollha joperaw

± 5 mili nawtiċi

bi ħsara simulata fil-magna

10 mili nawtiċi/5 mili nawtiċi

KONTENUT TAT-TEST

Ajruplani

TAQSIMA 1 — OPERAZZJONIJIET TA' QABEL IT-TITJIRA U T-TLUQ

Użu tal-lista ta' kontroll, ħila fit-titjir, proċeduri ta' kontra s-silġ/tat-tneħħija tas-silġ, eċċ., għandhom jiġu applikati fit-taqsimiet kollha

a

Użu tal-manwal tat-titjira (jew ekwivalenti) speċjalment kalkolu tal-eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru, massa u bilanċ

b

Użu ta' dokument tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru, dokument tat-temp

c

Tħejjija ta' pjan tat-titjira tal-ATC, pjan/log tat-titjira tal-IFR

d

Identifikazzjoni ta' sistemi ta' navigazzjoni meħtieġa għat-tluq, għall-wasla u għall-proċeduri tal-avviċinament

e

Spezzjoni ta' qabel it-titjira

f

Kundizzjonijiet Meteoroloġiċi

g

Taxiing

h

Tluq PBN (jekk applikabbli):

Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tat-tluq.

i

Tgħarrif ta' qabel it-tlugħ mill-art, Tlugħ mill-art

j (1)

Tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti

k (1)

Proċeduri ta' tluq bl-istrumenti, inkluż t-tluq PBN, u l-issettjar tal-altimetru

l (1)

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 2 — IMMANIĠĠJAR ĠENERALI (1)

a

Kontroll tal-ajruplan b'referenza biss għall-istrumenti, inkluż: livell tat-titjira f'diversi veloċitajiet, trim

b

Dawriet waqt tlugħ fl-ajru u tbaxxija b'dawra sostnuta ta' Rata 1

c

Irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu, inklużi dawriet bi bbankjar ta' 45° u dawriet f'daqqa waqt it-tbaxxija

d (*1)

Irkupru minn avviċinament għal waqfien tal-magna f'titjira fi pjan, dawriet ta' tlugħ fl-ajru/tbaxxija u f'konfigurazzjoni ta' nżul — applikabbli biss għall-ajruplani

e

Panew limitat: tlugħ fl-ajru jew tbaxxija stabbilizzati, dawriet f'livell b'Rata 1 fuq headings partikolari, irkupru minn attitudnijiet mhux tas-soltu — applikabbli biss għall-ajruplani

TAQSIMA 3 — PROĊEDURI IFR WAQT IR-ROTTA (1)

a

Traċċar, inkluża l-interċettazzjoni, eż. NDB, VOR, traċċar bejn waypoints

b

Użu ta' sistema tan-navigazzjoni u għajnuniet bir-radju

c

Titjira fi pjan, kontroll ta' heading, altitudni u airspeed, issettjar tal-qawwa, teknika ta' trim

d

Issettjar tal-altimetru

e

Puntwalità u reviżjoni tal-ETAs (żamma waqt ir-rotta, jekk meħtieġ)

f

Monitoraġġ tal-progress tat-titjira, log tat-titjira, użu tal-fjuwil, immaniġġjar tas-sistemi

g

Proċeduri ta' protezzjoni mis-silġ, simulati jekk meħtieġ

h

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 3a — PROĊEDURI TAL-WASLA

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni, jekk applikabbli

b

Proċeduri tal-wasla, kontrolli bl-altimetru

c

Altitudni u limitazzjonijiet tal-veloċità, jekk applikabbli

d

Wasla PBN (jekk applikabbli):

Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-wasla.

TAQSIMA 4 (1) — OPERAZZJONIJIET 3D (3)

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

Kontroll tal-angolu tat-trajettorja vertikali

Għall-RNP APCH:

Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

b

Tgħarrif tal-avviċinament u tal-inżul, inklużi l-kontrolli ta' tbaxxija/avviċinament/inżul, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet

c (2)

Proċedura ta' żamma

d

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

e

Puntwalità tal-avviċinament

f

Altitudni, veloċità, kontroll tal-heading (avviċinament stabilizzat)

g (2)

Azzjoni ta' tidwir

h (2)

Proċedura ta' avviċinament bla suċċess/inżul

i

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 5 (1) — OPERAZZJONIJIET 2D (3)

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

Għall-RNP APCH:

Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

b

Tgħarrif tal-avviċinament u tal-inżul, inklużi l-kontrolli ta' tbaxxija/avviċinament/inżul, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet

c (2)

Proċedura ta' żamma

d

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

e

Puntwalità tal-avviċinament

f

Atitudni/Dstanza sal-MAPt, veloċità, kontroll tal-heading (avviċinament stabilizzat), Stop Down Fixes (SDF(s)), jekk applikabbli

g (2)

Azzjoni ta' tidwir

h (2)

Proċedura ta' avviċinament bla suċċess/inżul

i

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 6 — TITJIRA B'MAGNA WAĦDA MA TAĦDIMX (ajruplani b'aktar minn magna waħda biss) (1)

a

Ħsara simulata fil-magna wara t-tlugħ jew fit-tidwir

b

Avviċinament, tidwir u avviċinament bla suċċess proċedurali b'magna waħda ma taħdimx

c

Avviċinament u nżul b'magna waħda ma taħdimx

d

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T


Ħelikopters

TAQSIMA 1 — TLUQ

Użu tal-lista ta' kontroll, ħila fit-titjir, proċeduri ta' kontra s-silġ/tat-tneħħija tas-silġ, eċċ., għandhom jiġu applikati fit-taqsimiet kollha

a

Użu tal-manwal tat-titjira (jew ekwivalenti) speċjalment kalkolu tal-eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru; massa u bilanċ

b

Użu ta' dokument tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru, dokument tat-temp

c

Tħejjija ta' pjan tat-titjira tal-ATC, pjan/log tat-titjira tal-IFR

d

Identifikazzjoni ta' sistemi ta' navigazzjoni meħtieġa għat-tluq, għall-wasla u għall-proċeduri tal-avviċinament

e

Spezzjoni ta' qabel it-titjira

f

Kundizzjonijiet Meteoroloġiċi

g

Taxiing/Taxi fl-ajru f'konformità mal-ATC jew struzzjonijiet tal-għalliem

h

Tluq PBN (jekk applikabbli):

Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tat-tluq.

i

Tgħarrif, proċeduri u kontrolli ta' qabel it-tlugħ mill-art

j

Tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti

k

Proċeduri ta' tluq bl-istrumenti, inklużi proċeduri tal-PBN

TAQSIMA 2 — IMMANIĠĠJAR ĠENERALI

a

Kontroll tal-ħelikopter b'referenza biss għall-istrumenti, inkluż:

b

Dawriet waqt tlugħ fl-ajru u tbaxxija b'dawra sostnuta ta' Rata 1

c

Irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu, inklużi dawriet bi bbankjar ta' 30° u dawriet f'daqqa waqt it-tbaxxija

TAQSIMA 3 — PROĊEDURI IFR WAQT IR-ROTTA

a

Traċċar, inkluża l-interċettazzjoni, pereżempju NDB, VOR, RNAV

b

Użu ta' għajnuniet bir-radju

c

Titjira fi pjan, kontroll ta' heading, altitudni u airspeed, issettjar tal-qawwa

d

Issettjar tal-altimetru

e

Puntwalità u reviżjoni tal-ETAs

f

Monitoraġġ tal-progress tat-titjira, log tat-titjira, użu tal-fjuwil, immaniġġjar tas-sistemi

g

Proċeduri ta' protezzjoni mis-silġ, simulati jekk ikun meħtieġ u applikabbli

h

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 3a — PROĊEDURI TAL-WASLA

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni, jekk applikabbli

b

Proċeduri tal-wasla, kontrolli bl-altimetru

c

Altitudni u limitazzjonijiet tal-veloċità, jekk applikabbli

d

Wasla PBN (jekk applikabbli)

Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-wasla.

TAQSIMA 4 — OPERAZZJONIJIET 3D (4)

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

Iċċekkja l-angolu tat-Trajettorja Veritkali għal RNP APCH:

(a)

Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

(b)

Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

b

Tgħarrif tal-avviċinament u l-inżul, inklużi l-kontrolli ta' tbaxxija/avviċinament/inżul

c (*2)

Proċedura ta' żamma

d

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

e

Puntwalità tal-avviċinament

f

Altitudni, veloċità, kontroll tar-rotta (approċċ stabilizzat)

g (*2)

Azzjoni ta' tidwir

h (*2)

Proċedura ta' avviċinament bla suċċess/inżul

i

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 5 — OPERAZZJONIJIET 2D (4)

a

Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

Għall-RNP APCH:

Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

b

Tgħarrif tal-avviċinament u tal-inżul, inklużi l-kontrolli ta' tbaxxija/avviċinament/inżul u l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet

c (*2)

Proċedura ta' żamma

d

Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

e

Puntwalità tal-avviċinament

f

Altitudni, veloċità, kontroll tar-rotta (approċċ stabilizzat)

g (*2)

Azzjoni ta' tidwir

h (*2)

Proċedura ta' approċċ bla suċċess (*2)/inżul

i

Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

TAQSIMA 6 — PROĊEDURI ANORMALI U TA' EMERĠENZA

Din it-taqsima tista' tiġi kkombinata mat-taqsimiet 1 sa 5. It-test għandu jqis il-kontroll tal-ħelikopter, l-identifikazzjoni tal-magna bil-ħsara, azzjonijiet immedjati (touch drills), azzjonijiet ta' segwitu u kontrolli u preċiżjoni tat-titjira fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

a

Ħsara simulata fil-magna wara t-tlugħ jew mal-avviċinament/waqt l-avviċinament (*3) (f'altitudni sikura sakemm ma ssirx f'FFS jew f'FNPT II/III, FTD 2,3)

b

Ħsara fl-apparat ta' żieda fl-istabbiltà/sistema idrawlika (jekk applikabbli)

c

Panew limitat

d

Awtorotazzjoni u rkupru għal altitudni stabbilita minn qabel

e

Operazzjonijiet 3D manwali mingħajr direttur tat-titjira (*4)

Operazzjonijiet 3D b'direttur tat-titjira (*4)

(i)

L-Appendiċi 8 huwa emendat kif ġej:

(i)

in-nota f'qiegħ tat-tabella fit-taqsima A tinbidel b'dan li ġej:

“(*)

Sakemm matul it-12-il xahar preċedenti, l-applikant ikun tar mill-inqas tliet tluq u avviċinamenti IFR bil-privileġġi PBN, fosthom avviċinament wieħed RNP APCH fuq ajruplan ta' klassi jew tip SP f'operazzjonijiet ta' bdot wieħed, jew, għal ajruplani b'aktar minn magna waħda, għajr ajruplani kumplessi HP, l-applikant ikun għadda mit-taqsima 6 tat-test tal-ħiliet għal ajruplani SP ajruplani għajr dawk kumplessi HP li jittajru biss b'referenza għall-istrumenti f'operazzjoni ta' bdot wieħed.”,

(ii)

in-nota f'qiegħ tat-tabella fit-taqsima B tinbidel b'dan li ġej:

“(*)

Sakemm matul it-12-il xahar preċedenti, l-applikant ikun tar mill-inqas tliet tluq u avviċinamenti IFR bl-eżerċizzju tal-privileġġi PBN, fosthom avviċinament wieħed RNP APCH (jista' jkun avviċinament Point in Space (PinS)) fuq ħelikopter tat-tip SP f'operazzjoni SP.”,

(j)

L-Appendiċi 9 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 4 tat-Taqsima B jinbidel b'li ġej:

“4.

Għandhom japplikaw il-limiti li ġejjin u dawn ġew ikkoreġuti biex jagħmlu tajjeb għal kundizzjonijiet turbulenti u għall-kwalitajiet tal-immaniġġjar u l-eżekuzzjoni tal-ajruplan użat:

Għoli

Ġeneralment

± 100 pied

Bidu ta’ tidwira f’altitudni deċiżjonali

+ 50 pied/– 0 piedi

Għoli/altitudni minimi ta’ tbaxxija

+ 50 pied/– 0 piedi

Traċċar

fuq għajnuniet bir-radju

± 5°

Għal devjazzjonijiet “angolari”

Diflessjoni ta’ nofs skala, ażimut u l-passaġġ tal-inżul (eż. LPV, ILS, MLS, GLS).

Devjazzjonijiet “lineari” 2D (LNAV) u 3D (LNAV/VNAV)

Id-devjazzjoni/l-iżball/perpendikolari għandhom normalment ikunu limitati għal ±

Formula

il-valur RNP assoċjat mal-proċedura. Devjazzjonijiet żgħar minn dan l-istandard sa massimu ta’ 1 darba l-valur RNP huma permissibbli.

Devjazzjonijiet vertikali lineari 3D (eż. RNP APCH (LNAV/VNAV) bl-użu baroVNAV)

mhux aktar minn – 75 pied taħt il-profil vertikali fi kwalunkwe ħin, u mhux aktar minn + 75 pied ‘il fuq mill-profil vertikali f’1 000 pied ‘il fuq mil-livell tal-ajrudrom jew taħtu.

Heading

il-magni kollha joperaw

± 5°

bi ħsara simulata fil-magna

± 10°

Veloċità

il-magni kollha joperaw

± 5 knots

bi ħsara simulata fil-magna

+ 10 mili nawtiċi/– 5 mili nawtiċi”,

(ii)

jiddaħħal il-punt (h) li jmiss fil-punt 5 tat-Taqsima B:

“(h)

Biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-privileġġi PBN approċċ wieħed għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhix prattikabbli, din għandha titwettaq f'FSTD mgħammar b'mod xieraq.”,

(iii)

ir-ringieli 3B.4 u 3B.5 tat-tabella fil-punt 5 tat-Taqsima B jinbidlu b'dan li ġej:

“3B0.4*

Operazzjonijiet 3D sa DH/A ta' 200 pied (60 m) jew għal valuri minimi ogħla jekk meħtieġa fil-proċedura tal-avviċinament (jista' jintuża l-awtopilota għall-intersezzjoni vertikali fis-segment tal-avviċinament finali)

 

P—–>

——>

 

M

 

3B.5*

Operazzjonijiet 2D għal MDH/A

 

P—–>

——>

 

M”

 

(iv)

jiddaħħal il-punt (j) li jmiss fil-punt 6 tat-Taqsima B:

“(j)

Biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-privileġġi PBN approċċ wieħed għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhix prattikabbli, din għandha titwettaq f'FSTD mgħammar b'mod xieraq.”,

(v)

ir-ringiela 3.9.3 tat-tabella fil-punt 6 tat-Taqsima B tinbidel b'dan li ġej:

“3.9.3*

Operazzjonijiet 3D għal DH/A f'200 pied (60 m) jew għal valuri minimi ogħla jekk mitluba fil-proċedura tal-avviċinament

 

 

 

 

 

 

 

Nota:

Skont l-AFM, il-proċeduri tal-RNP APCH jistgħu jeħtieġu l-użu ta' awtopilota jew ta' direttur tat-titjira. Il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-ajru manwalment għandha tintgħażel filwaqt li jitqiesu dawn il-limitazzjonijiet (pereżempju jintgħażel ILS għal 3.9.3.1 f'każ ta' limitazzjoni AFM).”

(vi)

Ir-ringieli 3.9.3.4 u 3.9.4 tat-tabella fil-punt 6 tat-Taqsima B jinbidlu b'dan li ġej:

“3.9.3.4*

manwalment, b'magna waħda ma taħdimx b'mod simulat; il-ħsara tal-magna għandha tiġi simulata matul l-avviċinament finali qabel ma jinqabeż 1 000 pied 'il fuq mil-livell tal-ajrudrom sakemm tintmess l-art jew sakemm titlesta l-proċedura ta' avviċinament bla suċċess

F'ajruplani li ma jkunux iċċertifikati bħala kategorija ta' ajruplani ta' trasport (JAR/FAR 25) jew bħala kategorija ta' ajruplani ta' vvjaġġar minn post għall-ieħor (SFAR 23), l-avviċinament bi ħsara simulata tal-magna u l-avviċinament b'tidwir li jirriżulta għandhom jinbdew flimkien mal-avviċinament mingħajr preċiżjoni kif deskritt fi 3.9.4. It-tidwir għandu jinbeda meta jintlaħaq l-għoli ppubblikat ta' spazju ħieles mingħajr ostaklu (OCH/A), iżda mhux aktar tard minn meta jintlaħaq għoli/altitudni minimu/a ta' nżul (MDH/A) ta' 500 pied 'il fuq mill-elevazzjoni minima tar-runway. Għal ajruplani li jkollhom l-istess prestazzjoni ta' ajruplan ta' trasport fir-rigward ta' massa ta' tlugħ u ta' altitudni ta' densità, l-għalliem jista' jissimula l-ħsara ta' magna skont 3.9.3.4.

 

 

P—–>

—–>

 

M

 

3.9.4*

Operazzjonijiet 2D sal-MDH/A

 

 

P*—>

—–>

 

M”

 

(vii)

ir-ringiela 4.1 tat-tabella fil-punt 6 tat-Taqsima B tinbidel b'dan li ġej:

“4.1

Avviċinament b'tidwir bil-magni kollha jaħdmu* waqt operazzjoni 3D meta tintlaħaq l-altitudni deċiżjonali miftiehma

 

 

P*—>

—–>”,

 

 

 

(viii)

ir-ringiela 5.1 tat-tabella fil-punt 6 tat-Taqsima B tinbidel b'dan li ġej:

“5.1

Inżul Normali* b'referenza viżiva stabbilita f'DH wara operazzjoni ta' avviċinament bl-istrumenti.

 

 

P”

 

 

 

 

(ix)

fir-ringiela 6.2 tat-tabella fil-punt 6 tat-Taqsima B il-kelma “ILS” tinbidel b'dan li ġej: “CAT II/III”,

(x)

il-punt 4(a) tat-Taqsima C tinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Limiti tat-titjira IFR.

Għoli

Ġeneralment

± 100 pied

Bidu ta’ tidwira f’altitudni deċiżjonali

+ 50 pied/– 0 piedi

Għoli/altitudni minimi ta’ tbaxxija

+ 50 pied/– 0 piedi

Traċċar

Għajnuniet bir-radju

± 5°

Devjazzjonijiet “angolari” 3D

Diflessjoni ta’ nofs skala, ażimut u l-passaġġ tal-inżul (eż. LPV, ILS, MLS, GLS).

Devjazzjoni “lineari” 2D (LNAV) u 3D (LNAV/VNAV):

Id-devjazzjoni/l-iżball/perpendikolari għandhom normalment ikunu limitati għal ±

Formula

il-valur RNP assoċjat mal-proċedura. Devjazzjonijiet żgħar minn dan l-istandard sa massimu ta’ darba (1) l-valur RNP huma permissibbli.

Devjazzjonijiet vertikali lineari 3D (eż. RNP APCH (LNAV/VNAV) bl-użu baroVNAV):

mhux aktar minn – 75 pied taħt il-profil vertikali fi kwalunkwe ħin, u mhux aktar minn + 75 pied ‘il fuq mill-profil vertikali f’1 000 pied ‘il fuq mil-livell tal-ajrudrom jew taħtu.

Heading

Operazzjonijiet normali

± 5°

Operazzjonijiet anormali/emerġenzi

± 10°

Veloċità

Ġeneralment

± 10 mili nawtiċi

Bi ħsara simulata fil-magna

+ 10 mili nawtiċi/– 5 mili nawtiċi”,

(xi)

ir-ringieli 5.4, 5.4.1 u 5.4.2 tat-tabella fil-punt 12 tat-Taqsima C jinbidlu b'dan li ġej:

“5.4

Operazzjonijiet 3D għal DH/A f'200 pied (60 m) jew għal valuri minimi ogħla jekk mitluba fil-proċedura tal-avviċinament

P*

—>*

—>*

 

 

 

5.4.1

Manwalment, mingħajr direttur tat-titjira

Nota: Skont l-AFM, il-proċeduri tal-RNP APCH jistgħu jeħtieġu l-użu ta' awtopilota jew ta' direttur tat-titjira. Il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-ajru manwalment għandha tintgħażel filwaqt li jitqiesu dawn il-limitazzjonijiet (pereżempju jintgħażel ILS għal 5.4.1 f'każ ta' limitazzjoni AFM).

P*

—>*

—>*

 

M*

 

5.4.2

Manwalment, b'Direttur tat-Titjira

P*

—>*

—>*

 

M*”

 

(xii)

ir-ringieli 5.4.4 u 5.5 tat-tabella fil-punt 12 tat-Taqsima C jinbidlu b'dan li ġej:

“5.4.4

Manwalment, b'magna waħda ma taħdimx b'mod simulat; il-ħsara tal-magna għandha tiġi simulata matul l-avviċinament finali qabel ma tgħaddi 1 000 pied 'il fuq mill-ajrudrom sakemm tintmess l-art jew sakemm titlesta l-proċedura ta' avviċinament bla suċċess

P*

—>*

—>*

 

M*

 

5.5

Operazzjonijiet 2D sal-altitudni minima tal-inżul MDA/H

P*

—>*

—>*

 

M*”

 

(2)

Fl-Anness VII, il-punt (a) ta' ORA.ATO.135 jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

L-ATO għandha tuża flotta adegwata ta' inġenji tal-ajru jew FSTDs għat-taħriġ, li jkunu mgħammra kif jixraq għall-korsijiet ta' taħriġ ipprovduti.”.

(1)  

(°)

Għandha titwettaq b'referenza għall-istrumenti biss.

(*1)  Tista' titwettaq f'FFS, FTD 2/3 jew FNPT II.

(2)  

(+)

Tista' titwettaq fit-Taqsima 5 jew fit-Taqsima 6.

(3)  

(++)

Biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-privileġġi PBN approċċ wieħed fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5 għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhix prattikabbli, din għandha titwettaq f'FSTD mgħammar b'mod xieraq.

(4)  

(+)

Biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-privileġġi PBN approċċ wieħed fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5 għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhix prattikabbli, din għandha titwettaq f'FSTD mgħammar b'mod xieraq.

(*2)  Għandhom jitwettqu fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5.

(*3)  Ħelikopter b'aktar minn magna waħda biss.

(*4)  Jiġi ttestjat punt wieħed biss.”


7.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/540

tas-6 ta' April 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

268,0

MA

93,1

SN

164,2

TR

102,8

ZZ

157,0

0707 00 05

MA

80,7

TR

127,6

ZZ

104,2

0709 93 10

MA

87,0

TR

145,3

ZZ

116,2

0805 10 20

EG

45,8

IL

76,9

MA

56,3

TN

71,4

TR

72,9

ZA

51,4

ZZ

62,5

0805 50 10

MA

91,9

TR

105,4

ZZ

98,7

0808 10 80

AR

86,1

BR

110,1

CL

116,3

CN

124,1

US

158,2

ZA

86,9

ZZ

113,6

0808 30 90

AR

139,5

CL

136,4

CN

66,8

ZA

103,2

ZZ

111,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

7.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/541

tal-15 ta' Frar 2016

li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit li huma meqjusa neċessarja biex jagħmlu tajjeb għas-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv (2015/1410) (1)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jevitaw defiċits pubbliċi eċċessivi u jistabbilixxi l-proċedura ta' defiċit eċċessiv. Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, li fil-parti korrettiva tiegħu jimplimenta l-proċedura ta' defiċit eċċessiv, jipprovdi l-qafas li jsostni l-politiki tal-gvern għal ritorn rapidu lejn pożizzjonijiet baġitarji solidi filwaqt li titqies is-sitwazzjoni ekonomika.

(2)

Fis-27 ta' April 2009, il-Kunsill iddeċieda, skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li kien jeżisti defiċit eċċessiv fil-Greċja.

(3)

Fl-10 ta' Mejju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/320/UE (2) indirizzata lill-Greċja taħt l-Artikolu 126(9) u l-Artikolu 136 TFUE bl-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit li huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv mhux aktar tard mill-iskadenza tal-2014. Il-Kunsill stabbilixxa l-2014 bħala l-iskadenza għall-korrezzjoni tas-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv, u miri annwali għad-defiċit pubbliku.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/320/UE ġiet emendata sostanzjalment diversi drabi. Billi kellhom isiru aktar emendi, fl-interess taċ-ċarezza, din ġiet riformulata, fit-12 ta' Lulju 2011, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/734/UE (3). Sussegwentement, dik id-Deċiżjoni ġiet emendata b'mod sinifikattiv diversi drabi bejn it-8 ta' Lulju 2011 u Diċembru 2012 (4).

(5)

Id-deterjorament ferm gravi tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Greċja wasslet lill-Istati Membri taż-żona tal-euro biex jiddeċiedu li jipprovdu sostenn ta' stabbiltà, bil-għan li l-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro kollha tiġi salvagwardata, flimkien ma' assistenza multilaterali pprovduta mill-Fond Monetarju Internazzjonali. Minn Mejju 2010 sa Ġunju 2015, l-appoġġ provdut mill-Istati Membri taż-żona euro ħa l-forma kemm ta' Faċilità ta' Self bilaterali favur il-Greċja kif ukoll ta' self mill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja ('EFSF'). Is-sostenn tal-kredituri kien akkumpanjat minn kondizzjonijiet estensivi ta' politika, inkluż ir-rispett min-naħa tal-Greċja tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/734/UE u l-emendi sussegwenti għaliha.

(6)

Fit-8 ta' Lulju 2015, il-Greċja talbet assistenza finanzjarja mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (“MES”) fil-forma ta' self għal tliet snin, u fit-12 ta' Lulju 2015 ntlaħaq qbil fil-prinċipju dwar l-għoti ta' self sa massimu ta' EUR 86 000 miljun lill-Greċja. Fis-17 ta' Lulju, il-Bord tal-Gvernaturi tal-MES inkariga lill-Kummissjoni Ewropea, f'koordinament mal-Bank Ċentrali Ewropew, u mal-Fond Monetarju Internazzjonali, biex jinnegozja Memorandum ta' Qbil (“MtQ”) li jindika fid-dettall il-kondizzjonijiet ta' politika għal faċilità ta' assistenza finanzjarja li tkopri l-perjodu 2015-2018 skont l-Artikolu 13(3) tat-Trattat MES.

(7)

F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu, Stat Membru li jitlob assistenza finanzjarja mill-MES ikollu jipprepara programm ta' aġġustament makroekonomiku (“il-Programm”) għall-approvazzjoni mill-Kunsill. Tali programm għandu jiżgura l-adozzjoni ta' sett ta' riformi meħtieġa għat-titjib tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u l-kuntest regolatorju.

(8)

Il-Programm imħejji mill-Greċja ġie approvat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/544 (6).

(9)

L-Artikolu 10(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 jistabbilixxi wkoll li, meta Stat Membru li jkun soġġett għal programm ta' aġġustament makroekonomiku taħt l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament ikun ukoll soġġett għal deċiżjoni taħt l-Artikolu 126(9) TFUE għall-korrezzjoni ta' defiċit eċċessiv, il-miri baġitarji annwali tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku tiegħu għandhom jiġu integrati fid-deċiżjoni li jingħata avviż taħt l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (7); barra minn hekk, il-miżuri li jwasslu għal dawk il-miri fil-programm ta' aġġustament makroekonomiku għandhom wkoll ikunu integrati fid-deċiżjoni li jingħata avviż taħt l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. Barra dan l-Artikolu 10(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 jistabbilixxi li l-Istat Membru għandu jkun eżentat milli jippreżenta rapporti taħt l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. Finalment, l-Artikolu 10(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 jistabbilixxi li l-monitoraġġ isir kif previst skont l-Artikolu 7(4) ta' dak ir-Regolament u l-Istat Membru għandu jkun eżentat mill-monitoraġġ taħt l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 u mill-monitoraġġ li jakkumpanja kull deċiżjoni skont l-Artikolu 6(2) ta' dak ir-Regolament.

(10)

Attwalment huwa previst li l-attività ekonomika fil-Greċja ser tkun ferm aktar dgħajfa milli kien mistenni meta ġiet adottata l-aħħar emenda għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/734/UE f'Diċembru 2012. Kemm il-PGD reali kif ukoll dak nominali huma mistennija jkunu f'livelli ferm aktar baxxi fl-2015 u l-2016 milli kien mistenni fil-Previżjoni tar-Rebbiegħa 2015 tal-Kummissjoni, minħabba l-inċertezza politika, in-nuqqas ta' implimentazzjoni tar-riformi, in-nuqqas fid-dħul pubbliku, l-għeluq tal-banek u l-impożizzjoni ta' kontrolli tal-kapital. Il-Kummissjoni aġġornat il-previżjoni tagħha għat-tkabbir tal-PGD f'Awwissu 2015, kif neċessarju bħala sostenn għan-negozjati għall-MtF meħtieġ għal programm tal-MES. Skont din il-Previżjoni, il-PGD reali fl-2015-2016 huwa pprojettat li jonqos bi 2,3 % u 1,3 % rispettivament, (meta mqabbel ma' tkabbir pożittiv ta' 0,5 % u 2,9 % fil-Previżjoni tar-Rebbiegħa tal-2015 għas-snin korrispondenti), qabel jikber b'2,7 % fl-2017 u 3,1 % fl-2018. Dan id-deterjorament notevoli tax-xenarju ekonomiku fl-2015-2016 jimplika deterjorament korrispondenti tal-prospettiva għall-finanzi pubbliċi jekk ma jinbidlux il-linji politiċi.

(11)

Huwa stmat li l-Greċja tejbet id-defiċit strutturali tagħha b'16-il punt perċentwali tal-PGD minn defiċit ta' 15,2 % fl-2009 għal stima ta' surplus ta' 1 % fl-2014, u b'hekk ġie żgurat titjib fil-bilanċ strutturali fl-2009-2014, li hu akbar b'mod sinifikanti minn dak ir-rekwiżit ta' mill-inqas 10 punti perċentwali tal-PGD matul il-perijodu rrakkomandat mill-Kunsill. Fl-2014, id-defiċit pubbliku laħaq 3,5 % tal-PGD, b'mod ċar fil-limitu tad-defiċit pubbliku ta' 4,5 % tal-PGD (abbażi tal-ESA2010) għall-2014 stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill. Madankollu, il-bilanċ primarju ta' 0,4 % tal-PGD kien sostanzjalment aktar dgħajjef milli mistenni u ma laħaqx il-mira stabbilita ta' 1,5 % tal-PGD minħabba kombinazzjoni ta' fatturi inkluż l-inverżjoni fiċ-ċiklu ekonomiku u impatt negattiv relatat mad-dħul tal-baġit, l-illaxkar fil-politika fiskali u aktar inċertezza ekonomika. L-indeboliment tal-kuntest makroekonomiku akkumpanjat b'miżuri fiskali temporanji li jiskadu fl-2015, madankollu, għamluha impossibbli li tintlaħaq il-mira tal-bilanċ primarju ta' 3 % tal-PGD fl-2015 prevista fl-aħħar emenda għad-Deċiżjoni 2011/734/UE li ġiet adottata f'Diċembru 2012. Il-miri fiskali ġew, għalhekk, riveduti 'l isfel b'mod sostanzjali, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi makroekonomiċi u s-sitwazzjoni fiskali attwali, biex jiġi evitat li l-politika fiskali tkun eċċessivament restrittiva fuq terminu qasir.

(12)

Il-Greċja għalhekk ser issegwi direzzjoni fiskali ġdida, ibbażata fuq miri ta' surplus primarju ta' – 0,25, 0,5, 1,75, u 3,5 % tal-PGD fl-2015, l-2016, l-2017 u l-2018 u lil hinn, rispettivament. It-trajettorja tal-miri fiskali hija konsistenti mar-rati ta' tkabbir mistennija tal-ekonomija Griega hekk kif tkun qed tirkupra mill-akbar reċessjoni tagħha qatt irreġistrata. Id-direzzjoni riveduta timplika li d-defiċit pubbliku ser jinżel taħt it-3 % tal-PGD fl-2017.

(13)

Skont il-previżjoni aġġornata tas-servizzi tal-Kummissjoni għat-tkabbir fil-PGD nominali, il-bilanċ primarju tal-amministrazzjoni pubblika huwa mistenni li jilħaq defiċit ta' EUR 7 631 miljun (4,4 % tal-PGD) fl-2015, defiċit ta' EUR 6 166 miljun (3,6 % tal-PGD) fl-2016, defiċit ta' EUR 4 089 miljun (2,3 % tal-PGD) fl-2017 u defiċit ta' EUR 753 miljun (0,4 % tal-PGD) fl-2018.

(14)

Il-baġit għall-2016 li għandu jiġi adottat mill-Parlament Grieg jifforma parti mill-Istrateġija Fiskali fuq Terminu Medju (MTFS) 2016-2019, bil-għan li jipprovdi konsolidazzjoni fiskali mdaqqsa u li titwettaq sa mill-bidu tal-Istrateġija, b'iffrankar ta' aktar minn EUR 6 900 miljun, qrib l-4 % tal-PGD.

(15)

Il-fatt li r-reviżjoni tal-programm finali tal-EFSF ma tkomplietx, il-pagamenti tas-servizz tad-dejn li ma sarux, l-iskadenza tal-programm tal-EFSF u l-introduzzjoni ta' kontrolli fuq il-kapital ħolqu ċirkostanzi ġodda li wasslu għal deterjorament qawwi ulterjuri fis-sostenibbiltà tad-dejn. Dan ġara minħabba stimi aktar baxxi, reviżjoni 'l isfel tal-miri tas-surplus primarju, reviżjoni 'l isfel tad-dħul mill-privatizzazzjoni, deterjorament qawwi tal-bżonnijiet ta' finanzjament tas-settur bankarju wara l-impożizzjoni tal-kontrolli kapitali, il-bżonn ta' likwidazzjoni ogħla tal-arretrati wara nuqqas ta' likwidità esperjenzata minħabba l-effetti sovrani u ta' valutazzjoni minħabba d-deprezzament tal-euro fir-rigward tad-drittijiet speċjali ta' prelevament. Bħala riżultat ta' dawn l-iżviluppi, ir-relazzjoni tad-dejn mal-PGD hija mistennija li tilħaq 198,3 % fl-2016, qabel ma tonqos għal 169,3 % fl-2020, 154,5 % fl-2022 u 115,9 % fl-2030 fix-xenarju bażi.

(16)

Meta jitqiesu dawk l-iżviluppi, jeħtieġ li d-direzzjoni ta' aġġustament lejn il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tiġi aġġornata. L-impenn li ħadet il-Greċja jikkonċerna mhux biss il-miżuri ta' konsolidazzjoni fiskali, iżda wkoll dawk il-miżuri meħtieġa biex jissaħħaħ il-kuntest li jiffavorixxi t-tkabbir u li jiġi minimizzat kwalunkwe impatt soċjali negattiv.

(17)

Kull miżura stipulata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/544 hija strumentali fil-kisba tal-aġġustament baġitarju neċessarju. Xi miżuri għandhom impatt dirett fuq is-sitwazzjoni baġitarja tal-Greċja filwaqt li l-oħrajn huma miżuri strutturali li ser jirriżultaw f'titjib fil-governanza fiskali u sitwazzjoni baġitarja aktar solida fuq terminu medju.

(18)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, jidher li huwa neċessarju li ssir reviżjoni tal-miri baġitarji annwali preċedenti u tal-miżuri li wasslu għal dawk il-miri. Il-miri baġitarji annwali ġodda u miżuri li jwasslu għal dawk il-miri huma dawk li jinsabu fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/544,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Greċja għandha ttemm is-sitwazzjoni attwali ta' defiċit eċċessiv malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2017.

2.   Id-direzzjoni ta' aġġustament lejn il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv għandha tkun immirata biex jintlaħqu l-miri annwali tad-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika, kif stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/544 u ser tkun ibbażata fuq miri ta' surplus primarju ta' – 0,25, 0,5, 1,75 u 3,5 % tal-PGD fl-2015, l-2016, l-2017 u l-2018 u lil hinn, rispettivament. It-trajettorja tal-miri fiskali hija konsistenti mar-rati ta' tkabbir mistennija tal-ekonomija Griega hekk kif tkun qed tirkupra mill-akbar reċessjoni tagħha qatt irreġistrata. Id-direzzjoni riveduta timplika li d-defiċit pubbliku ser jinżel taħt it-3 % tal-PGD fl-2017.

3.   Il-Greċja għandha tadotta u timplimenta bis-sħiħ il-miżuri kollha ta' aġġustament fiskali, ekonomiċi u strutturali inkorporati fil-programm ta' aġġustament ekonomiku u finanzjarju kif approvat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/544.

4.   Il-Greċja għandha tkun lesta tadotta miżuri ulterjuri jekk jimmaterjalizzaw riskji għall-pjanijiet baġitarji. Miżuri ta' konsolidazzjoni baġitarja għandhom jiżguraw titjib dejjiemi fil-bilanċ strutturali tal-amministrazzjoni pubblika b'mod li jiffavorixxi t-tkabbir.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M.H.P. VAN DAM


(1)  Dan l-att oriġinarjament ġie adottat bl-Ingliż biss u ppubblikat fil-ĠU L 219, 20.8.2015, p. 8.

(2)   ĠU L 145, 11.6.2010, p. 6.

(3)   ĠU L 296, 15.11.2011, p. 38.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/791/UE tat-8 ta' Novembru 2011 (ĠU L 320, 3.12.2011, p. 28), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/211/UE tat-13 ta' Marzu 2012 (ĠU L 113, 25.4.2012, p. 8), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/6/UE tal-4 ta' Diċembru 2012 (ĠU L 4, 9.1.2013, p. 40).

(5)   ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.

(6)  Ara l-paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(7)   ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10 Volum 001 p. 89).


7.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/22


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/542

tal-15 ta' Frar 2016

dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja għal żmien qasir mill-Unjoni lill-Greċja (2015/1181) (1)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Greċja talbet assistenza finanzjarja ġdida mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (“MES”) u hemm ftehim fil-prinċipju biex l-assistenza mitluba tingħata.

(2)

Madankollu, il-Greċja teħtieġ finanzjament tranżitorju sakemm dik l-assistenza tista' tiġi applikata, sabiex tiġi ppreservata l-integrità taż-żona tal-euro, tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja u tiġi evitata inadempjenza ulterjuri rigward l-obbligi tagħha ta' ħlas lura. Fid-dawl tat-taqlib ekonomiku u finanzjarju gravi kkawżat minn ċirkostanzi eċċezzjonali li l-Gvern ma setax jikkontrolla, il-Greċja talbet uffiċjalment xi assistenza finanzjarja urġenti mill-Unjoni fil-15 ta' Lulju 2015 bil-għan li titħares l-istabbiltà finanzjarja fil-Greċja, fiż-żona tal-euro u fl-Unjoni. L-assistenza li tingħata lill-Greċja mill-MES ser tintuża sabiex jitħallas lura s-self li rċeviet il-Greċja taħt il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (“EFSM”).

(3)

L-abbozz tal-programm ta' aġġustament ekonomiku u finanzjarju (il-“Programm”) ippreżentat mill-Greċja lill-Kummissjoni u lill-Kunsill għandu l-għan li jiżgura l-adozzjoni ta' sett ta' riformi meħtieġa biex titjieb is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u l-ambjent regolatorju.

(4)

Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni, b'koordinazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”), hija li l-Greċja teħtieġ finanzjament ta' ammont totali ta' EUR 7 160 miljun matul ix-xahar ta' Lulju 2015. It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar Faċilità ta' Self.

(5)

L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun amministrata mill-Kummissjoni.

(6)

Il-Greċja ppreżentat il-Programm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-għan li tiġi żgurata l-adozzjoni ta' sett ta' riformi meħtieġa biex titjieb is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u l-ambjent regolatorju. Fil-15 ta' Lulju 2015, intlaħaq ftehim fil-livell tas-servizzi bejn il-Gvern u l-Kummissjoni fir-rigward tal-Programm, li għandu jiġi stipulat f'Memorandum ta' Qbil dwar il-Kondizzjonijiet Speċifiċi tal-Politika Ekonomika (il-“Memorandum ta' Qbil”).

(7)

Il-Kummissjoni għandha tivverifika regolarment li l-kondizzjonijiet tal-politika ekonomika marbutin mal-assistenza jiġu ssodisfati, permezz ta' missjonijiet u rapportar regolari mill-awtoritajiet Griegi.

(8)

L-assistenza għandha tiġi pprovduta bil-għan li tappoġġa l-implimentazzjoni b'suċċess tal-Programm.

(9)

L-Istati Membri taż-żona tal-euro kkomunikaw l-impenn tagħhom li jirrimborżaw flimkien u fil-pront, permezz ta' arranġament apposta, lil kull Stat Membru li mhuwiex fiż-żona tal-euro għall-ammont li l-Istat Membru li mhuwiex fiż-żona tal-euro jkun ħallas f'riżorsi proprji li jikkorrispondi għall-użu tal-baġit ġenerali tal-Unjoni f'każijiet ta' telf li jirriżulta minn assistenza finanzjarja mill-Unjoni lil Stat Membru taż-żona tal-euro taħt ir- Regolament (UE) Nru 407/2010. Ser jiddaħħlu wkoll fis-seħħ arranġamenti xierqa sabiex jiġi żgurat li ma jingħatax kumpens żejjed lil Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, meta jiġu attivati strumenti li jipproteġu l-baġit ġenerali tal-Unjoni, inkluż l-irkupru ta' dejn, fejn neċessarju bit-tpaċija ta' ammonti riċevibbli u pagamenti maż-żmien.

(10)

Is-self tal-EFSM huwa garantit mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. F'każ ta' inadempjenza taħt dan is-self, il-Kummissjoni tista' tutilizza fondi addizzjonali li jaqbżu l-assi tagħha, b'kont meħud ta' kwalunkwe surplus ta' likwidità, biex tagħmel tajjeb għad-dejn tal-Unjoni. Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (ir-“Regolament Finanzjarju”) applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u r-regoli dettaljati tiegħu jipprevedu strumenti li jipproteġu l-baġit tal-Unjoni li jinkludu l-irkupru tad-dejn, fejn meħtieġ bi tpaċija tal-ammonti riċevibbli u pagamenti maż-żmien. Il-Kummissjoni ser tapplika dawn l-istrumenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Greċja self li jammonta għal massimu ta' EUR 7 160 miljun, b'maturità massima ta' tliet xhur.

2.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni taħt din id-Deċiżjoni ma għandhiex titqiegħed għad-dispożizzjoni sakemm ma jiġix pprovdut kollateral likwidu li jikkorrispondi għall-esponiment tagħhom lil dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex il-euro permezz ta' arranġamenti legalment vinkolanti b'mod li jkun jista' jitħallas lilhom fil-miżura neċessarja biex ikopri kull obbligazzjoni li jistgħu jġarrbu b'riżultat ta' kwalunkwe nuqqas mill-Greċja li tħallas lura l-assistenza finanzjarja skont it-termini tagħha.

3.   L-assistenza finanzjarja għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

4.   L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni lill-Greċja f'mhux iktar minn żewġ pagamenti.

5.   Il-pagamenti għandhom jiġu rilaxxati soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar is-Self u l-Memorandum ta' Qbil, u l-osservanza mill-Greċja tal-kondizzjonijiet ta' politika rilevanti, skont l-Artikolu 3.

6.   Il-Greċja għandha tħallas l-ispiża tal-finanzjament tal-Unjoni, b'żieda ta' għaxar punti bażi.

7.   L-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 407/2010 għandhom jitħallsu mill-Greċja.

8.   Jekk ikun meħtieġ, sabiex jiġi ffinanzjat is-self fil-ħin, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tissellef permezz ta' pjazzament privat ta' noti jew permezz ta' kwalunkwe arranġament finanzjarju ieħor xieraq li jippermettilha tiġbor fondi fi żmien qasir ħafna.

Artikolu 2

1.   L-assistenza għandha tkun amministrata mill-Kummissjoni b'mod konsistenti mal-impenji tal-Greċja.

2.   Il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mal-BĊE, għandha taqbel mal-awtoritajiet Griegi dwar il-kondizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika marbutin mal-assistenza finanzjarja kif stipulat fl-Artikolu 3. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jiġu stipulati fil-Memorandum ta' Qbil, li għandu jiġi ffirmat mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet Griegi f'konformità mal-impenji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar Faċilità ta' Self li għandu jiġi konkluż mal-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika regolarment li l-kondizzjonijiet tal-politika ekonomika marbutin mal-assistenza jkunu ssodisfati, u tippreżenta rapporti lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Griegi għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni u l-BĊE, u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom kull informazzjoni neċessarja. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju infurmat dwar l-iżviluppi rilevanti kollha.

Artikolu 3

1.   Il-programm ta' aġġustament ekonomiku u finanzjarju (il-“Programm”) imħejji mill-awtoritajiet Griegi huwa b'dan approvat.

2.   L-iżborż tal-assistenza għandu jsir bil-kondizzjoni li l-Greċja:

(i)

tadotta l-miżuri msemmija fil-Programm li għandhom l-15 ta' Lulju 2015 bħala t-terminu għall-adozzjoni;

(ii)

tieħu passi ċari sabiex tħejji l-implimentazzjoni tal-kondizzjonijiet l-oħra tal-politika elenkati fil-Programm; u

(iii)

tikseb il-qbil fil-prinċipju mill-membri tal-MES taħt l-Artikolu 13(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà sabiex jipprovdu assistenza finanzjarja lill-Greċja.

3.   Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri indikati hawn taħt fil-mument propizju:

 

Sistema tal-VAT

tadotta, sal-15 ta' Lulju 2015, leġiżlazzjoni li tirriforma s-sistema tal-VAT. Ir-riforma għandu jkollha l-mira ta' żieda netta fid-dħul ta' 1 % tal-PDG fuq bażi annwali minn bidliet parametriċi. Is-sistema l-ġdida tal-VAT għandha: (i) tarmonizza r-rati għal waħda standard ta' 23 %, li għandha tinkludi r-ristoranti u l-forniment tal-ikel, u rata mnaqqsa ta' 13 % għall-ikel bażiku, l-enerġija, il-lukandi u l-ilma (minbarra d-drenaġġ), u rata mnaqqsa ħafna ta' 6 % għall-farmaċewtiċi, il-kotba u t-teatru; (ii) tissimplifika l-eżenzjonijiet biex twessa' l-bażi u żżid it-taxxa fuq l-assigurazzjoni; u (iii) telimina l-iskontijiet għall-gżejjer, billi tibda mill-gżejjer bl-ogħla dħul u li huma d-destinazzjonijiet turistiċi l-aktar popolari, ħlief għal dawk l-aktar remoti. Ir-riforma għandha tkun kompluta sa tmiem l-2016, hekk kif jiġu determinati miżuri fiskalment newtrali xierqa u mmirati li jikkompensaw lil dawk l-abitanti li huma l-aktar fil-bżonn. Ir-rati l-ġodda tal-VAT fuq il-lukandi u l-gżejjer għandhom jiġu implimentati mill-1 ta' Ottubru 2015.

 

Pensjonijiet

tadotta leġiżlazzjoni sabiex tiffriża l-limiti garantiti ta' kull xahar tal-pensjonijiet kontributorji f'termini nominali sal-2021;

tadotta leġiżlazzjoni li tipprovdi lil min jirtira wara d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni rilevanti Griega l-pensjonijiet bażiċi, kontributorji garantiti, u abbażi ta' test tal-mezzi fil-mument biss li jilħqu l-età normali statutorja tal-irtirar li attwalment hija ta' 67 sena;

tadotta leġiżlazzjoni li żżid il-kontribuzzjonijiet tas-saħħa għall-pensjonanti minn 4 % għal 6 % bħala medja u testendiha għall-pensjonijiet supplementari;

tadotta l-istrument legali xieraq sabiex tordna lill-fondi kollha tal-pensjoni biex jimplimentaw bis-sħiħ il-liġi 3863/2010 għat-talbiet ġodda għal pensjoni mressqa mill-1 ta' Jannar 2015.

 

Governanza statistika

tadotta leġiżlazzjoni biex issaħħaħ il-governanza tal-Awtorità Ellenika tal-Istatistika (ELSTAT). Il-leġiżlazzjoni għandha tkopri (i) ir-rwol u l-istruttura tal-Korpi konsultattivi tas-Sistema Ellenika tal-Istatistika, inklużi t-trasformazzjoni tal-Kunsill tal-ELSS (Sistema Ellenika tal-Istatistika) f'Kumitat konsultattiv tal-ELSS, u r-rwol tal-GPAC (Kumitat Konsultattiv għall-Prattika Korretta); (ii) il-proċedura tar-reklutaġġ għall-President tal-ELSTAT, li tiżgura r-reklutaġġ ta' President tal-ogħla kalibru professjonali, u ssegwi proċeduri u kriterji tal-għażla trasparenti; (iii) l-involviment tal-ELSTAT kif xieraq f'kull proposta leġiżlattiva jew proposta legali oħra li tikkonċerna l-istatistika; (iv) kwistjonijiet oħra li għandhom impatt fuq l-indipendenza tal-ELSTAT, inklużi l-awtonomija finanzjarja, l-għoti tas-setgħa lill-ELSTAT biex talloka mill-ġdid karigi permanenti eżistenti u biex timpjega persunal fejn ikun meħtieġ u biex timpjega persunal xjentifiku speċjalizzat, u l-klassifikazzjoni tal-istituzzjoni bħala korp ta' politika fiskali fil-liġi reċenti 4270/2014; ir-rwol u s-setgħat tal-Bank of Greece fl-istatistika f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

 

Implimentazzjoni tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TSKG) fl-UEM

Il-Greċja għandha timplimenta d-dispożizzjonijiet rilevanti tat-TSKG sal-15 ta' Lulju 2015.

Artikolu 4

Il-Greċja għandha tiftaħ kont speċjali mal-Bank of Greece għall-ġestjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva man-notifika tagħha.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M.H.P. VAN DAM


(1)  Dan l-att oriġinarjament ġie adottat bl-Ingliż biss u ppubblikat fil-ĠU L 192, 18.7.2015, p. 15.

(2)   ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.

(3)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


7.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/26


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/543

tal-15 ta' Frar 2016

li tapprova l-programm ta' aġġustament tal-Greċja (2015/1182) (1)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 jistabbilixxi regoli għall-approvazzjoni ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku għal Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja, inkluż mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM). Jeħtieġ li dawn ir-regoli jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 (3) li jistabbilixxi l-EFSM.

(2)

Il-Greċja ngħatat assistenza finanzjarja mill-EFSM permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/542 (4) dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja għal żmien qasir mill-Unjoni lill-Greċja.

(3)

Għal raġunijiet ta' konsistenza, l-approvazzjoni tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku għall-Greċja taħt ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 għandha ssir b'referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/542.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri speċifikati fl-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/542 li għandhom jittieħdu mill-Greċja fil-kuntest tal-programm ta' aġġustament tagħha huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha..

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2016

Għall-Kunsill

Il-President

M.H.P. VAN DAM


(1)  Dan l-att ġie adottat b'mod oriġinali fl-Ingliż biss u ġie ppubblikat fil-ĠU L 192, 18.7.2015, p. 19.

(2)   ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1)

(4)  Ara l-paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


7.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/544

tal-15 ta' Frar 2016

li tapprova l-programm ta' aġġustament makroekonomiku tal-Greċja (2015/1411) (1)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro bil-ħsieb li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-unjoni ekonomika u monetarja.

(2)

Mill-2010, il-Greċja ngħatat assistenza finanzjarja mill-Istati Membri u mill-Fond Monetarju Internazzjonali (“FMI”). Fit-2 ta' Mejju 2010, intlaħaq qbil dwar l-ewwel Programm ta' Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja: l-Istati Membri taż-żona tal-euro qablu li jipprovdu self bilaterali, miġbur mill-Kummissjoni Ewropea, għal ammont totali ta' EUR 80 000 miljun li kellu jiġi żborsat fil-perjodu bejn Mejju 2010 u Ġunju 2013, u l-FMI ipprovdiet ammont addizzjonali ta' EUR 30 000 miljun taħt arranġament ta' riserva. It-Tieni Programm ta' Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja ġie approvat fl-14 ta' Marzu 2012. L-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-FMI kkommettew l-ammonti mhux żborsati tal-ewwel programm flimkien ma' ammont addizzjonali ta' EUR 130 000 miljun għas-snin 2012-2014. Filwaqt li l-finanzjament tal-ewwel programm kien ibbażat fuq self bilaterali, intlaħaq ftehim li, min-naħa tal-Istati Membri taż-żona tal-euro, it-tieni programm ikun iffinanzjat mill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF), li kienet ilha topera b'mod sħiħ minn Awwissu 2010. B'kollox, it-tieni programm ippreveda assistenza finanzjarja ta' EUR 164 500 miljun sa tmiem l-2014 (il-perjodu ġie sussegwentement estiż sa tmiem Ġunju 2015). Minn dik iċ-ċifra, l-impenn taż-żona tal-euro jammonta għal EUR 144 700 miljun li għandu jingħata permezz tal-EFSF, filwaqt li l-FMI kkontribwixxa EUR 19 800 miljun, bħala parti minn arranġament fuq erba' snin ta' EUR 28 000 miljun taħt il-Faċilità ta' Fondi Estiża għall-Greċja li l-FMI approva f'Marzu 2012.

(3)

Fit-8 ta' Lulju 2015, fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali ta' kriżi ekonomika u finanzjarja gravi, l-awtoritajiet Griegi talbu assistenza finanzjarja mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-sistema bankarja Griegaxieraq, biex jissodisfaw l-obbligi tad-dejn tal-Greċja, biex isostnu r-ritorn tal-ekonomija Griega lejn tkabbir sostenibbli u jissalvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro u tal-Istati Membri tagħha.

(4)

Bis-saħħa tal-Artikolu 13(1) tat-Trattat tal-MES, u biex tifforma l-bażi għal deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MES, skont l-Artikolu 13(2) tiegħu, dwar jekk għandhiex tingħata, fil-prinċipju, sostenn għall-istabbiltà lill-Greċja fil-forma ta' self, fit-8 ta' Lulju 2015 il-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MES inkariga lill-Kummissjoni Ewropea, b'kollaborazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew ('BĊE'), biex tivvaluta l-eżistenza ta' riskju lill-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro b'mod ġenerali jew lill-Istati Membri tagħha; biex tivvaluta, flimkien mal-FMI, jekk id-dejn pubbliku hux sostenibbli; u biex tagħmel stima tal-bżonnijiet finanzjarji effettivi jew potenzjali tal-Greċja.

(5)

B'mod konformi mal-Artikolu 13 tat-Trattat tal-MES, il-Kummissjoni Ewropea, b'kollaborazzjoni mal-BĊE, u b'għajnuna mill-persunal tal-FMI, lestiet dawk il-valutazzjonijiet fl-10 ta' Lulju 2015, u kkonkludiet li l-kondizzjonijiet għas-sostenn finanzjarju għall-Greċja, li għandu jingħata fil-forma ta' self mill-MES, huma stabbiliti. Il-bżonnijiet finanzjarji ġew stmati li jammontaw sa EUR 86 000 miljun.

(6)

Fis-17 ta' Lulju 2015, il-Greċja ngħatat EUR 7 160 miljun bħala assistenza finanzjarja għal perjodu qasir taħt il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM), bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/542 (3), biex tissodisfa l-obbligi ta' rimborż ta' Lulju 2015 u biex tħallas l-arretrati dovuti lill-FMI. L-għajnuna ġiet żborsata f'rata waħda fl-20 ta' Lulju 2015, u kienet soġġetta għal kondizzjonijiet ta' politika ekonomika. L-għajnuna tal-MES ser tintuża, inter alia, biex jitħallas lura dak is-self tranżitorju għal perjodu qasir tal-EFSM.

(7)

Fis-16 ta' Lulju 2015, il-Bord tal-Gvernaturi tal-MES stieden lill-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni mal-BĊE, il-MES, l-awtoritajiet Griegi, u, fejn xieraq, il-FMI, biex jaqblu dwar programm ta' aġġustament makroekonomiku għall-Greċja. Il-programm tħejja skont il-proċedura prevista taħt l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013. Fil-11 ta' Awwissu 2015, dawk l-istituzzjonijiet laħqu ftehim fuq livell tekniku dwar programm ta' aġġustament makroekonomiku (il-“Programm”) mal-Gvern Grieg. Il-Programm imressaq mill-Greċja lill-Kummissjoni u lill-Kunsill għandu l-għan li jiżgura l-adozzjoni ta' sett ta' riformi meħtieġa biex titjieb is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja u biex jiġu promossi t-tkabbir, l-impjiegi, u l-ġustizzja soċjali.

(8)

B'segwitu għal dak il-ftehim, il-Greċja għandha tadotta pakkett komprensiv ta' politika, li għandu jiġi implimentat fl-ambitu ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku ta' tliet snin, fuq perjodu mit-tielet trimestru tal-2015 sat-tielet trimestru tal-2018.

(9)

Il-pakkett komprensiv ta' politika, li għandu jiġi stipulat f'Memorandum ta' Qbil tal-MES dwar Kondizzjonijiet Speċifiċi ta' Politika Ekonomika (il-“Memorandum ta' Qbil”), għandu jkollu l-għan li jġib lura l-kunfidenza fis-swieq finanzjarji, jerġa' jistabbilixxi bilanċi makroekonomiċi sodi u jippermetti li l-ekonomija terġa' lura għal tkabbir sostenibbli. Għandu jiġi strutturat fuq erba' pilastri. ir-restawr tas-sostenibbiltà fiskali, is-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja, it-tisħiħ tal-kompetittività u tat-tkabbir, u l-immodernizzar tal-Istat u tal-Amministrazzjoni Pubblika.

(10)

Is-servizzi tal-Kummissjoni aġġornaw il-previżjoni tagħhom għal tkabbir nominali tal-PDG f'Awwissu 2015, bħala kontribut għan-negozjati għall-programm tal-MES. Skont din il-previżjoni, iċċentrata fuq rata tat-tkabbir nominali tal-PDG ta' – 3,2 % fl-2015, – 0,7 % fl-2016, 3,4 % fl-2017, 4,1 % fl-2018 u 4,2 % fl-2019, il-proporzjon tad-dejn għall-PGD ikun ta' 196,3 % fl-2015, 200,9 % fl-2016, 198,6 % fl-2017, 190,7 % fl-2018 u 182,3 % fl-2019. Għaldaqstant, il-proporzjon tad-dejn għall-PDG jiżdied sal-2016 u mbagħad jaqbad xejra 'l isfel, u huwa stmat li jinżel għal 174,5 % fl-2020, bid-dinamiċi tad-dejn affettwati minn diversi operazzjonijiet esklużi mit-total tal-kont. Skont il-previżjoni aġġornata tas-servizzi tal-Kummissjoni għat-tkabbir nominali tal-PDG, il-bilanċ primarju tal-amministrazzjoni pubblika għandu jilħaq defiċit ta' EUR 7 631 miljun (4,4 % tal-PDG) fl-2015, defiċit ta' EUR 6 166 miljun (3,6 % tal-PGD) fl-2016, defiċit ta' EUR 4 089 miljun (2,3 % tal-PGD) fl-2017 u defiċit ta' EUR 753 miljun (0,4 % tal-PGD) fl-2018.

(11)

L-awtoritajiet ser isegwu direzzjoni fiskali ġdida fuq il-bażi ta' miri ta' surplus primarju ta' – 0,25, 0,5, 1,75, u 3,5 % tal-PDG fl-2015, 2016, 2017 u 2018 u lil hinn, rispettivament. It-trajettorja tal-miri fiskali hija konsistenti mar-rati ta' tkabbir mistennija tal-ekonomija Griega hekk kif tirkupra mill-akbar reċessjoni tagħha qatt irreġistrata.

(12)

It-tisħiħ tar-reżiljenza tas-settur bankarju Grieg fuq perjodu twil huwa kruċjali għar-restawr tal-istabbiltà finanzjarja fil-Greċja u għal preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-euro bħala entità sħiħa. Sabiex tiġi ppreservata l-likwidità fis-settur bankarju Grieg, ġew imposti miżuri amministrattivi temporanji, inkluż kontrolli fuq il-kapital.

(13)

L-implimentazzjoni ta' riformi komprensivi u ambizzjużi fl-oqsma finanzjarji, fiskali u strutturali għandha tissalvagwardja s-sostenibbiltà, fuq terminu medju, tad-dejn pubbliku Grieg.

(14)

Il-Kummissjoni Ewropea, b'kollaborazzjoni mal-BĊE, u fejn xieraq, mal-FMI, għandha tivverifika f'intervalli regolari l-implimentazzjoni rigoruża tal-Programm tal-Greċja permezz ta' missjonijiet u rappurtar regolari mill-awtoritajiet Griegi, fuq bażi trimestrali.

(15)

Matul il-perijodu tal-implimentazzjoni tal-pakkett komprensiv ta' politika tal-Greċja, il-Kummissjoni għandha tipprovdi konsulenza politika addizzjonali kif ukoll assistenza teknika f'oqsma speċifiċi.

(16)

L-awtoritajiet Griegi għandhom jinvolvu, skont ir-regoli u l-prattika nazzjonali attwali, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programm.

(17)

Kwalunkwe forma ta' assistenza finanzjarja riċevuta mill-Greċja sabiex tgħinha fl-implimentazzjoni tal-politiki taħt il-Programm tagħha għandha tkun konformi mar-rekwiżiti legali u mal-politiki tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-qafas ta' governanza ekonomika tal-Unjoni. Kwalunkwe interventb'appoġġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji għandu jitwettaq skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe miżura stipulata f'Memorandum ta' Qbil fil-kuntest ta' assistenza finanzjarja tal-MES mitluba tkun kompletament konsistenti ma' din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Sabiex ikun iffaċilitat ir-ritorn tal-ekonomija Griega lejn direzzjoni ta' tkabbir sostenibbli u lejn stabbiltà fiskali u finanzjarja, il-Greċja għandha timplimenta b'mod rigoruż il-Programm, li l-elementi prinċipali tiegħu huma stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni. Il-Programm għandu jindirizza r-riskji speċifiċi li joriġinaw mill-Greċja għall-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro u għandu jkollu l-għan li terġa' tiġi stabbilita malajr sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika solida u sostenibbli fil-Greċja u li tiġi restawrata l-kapaċità tagħha li tiffinanzja ruħha kompletament fis-swieq finanzjarji internazzjonali. Il-Programm għandu jqis debitament ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill indirizzati lill-Greċja taħt l-Artikoli 121, 126, 136 u 148 TFUE kif ukoll l-azzjonijiet tal-Greċja biex tikkonforma magħhom, filwaqt li jimmira biex jestendi, isaħħaħ u japprofondixxi l-miżuri ta' politika meħtieġa.

2.   Il-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni mal-BĊE, u fejn xieraq, mal-FMI, għandha tagħmel monitoraġġ tal-progress tal-Greċja fl-implimentazzjoni tal-Programm tagħha. Il-Greċja għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-Kummissjoni u mal-BĊE. B'mod partikolari għandha tipprovdilhom l-informazzjoni kollha li huma jqisu meħtieġa għall-monitoraġġ tal-Programm.

3.   Il-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni mal-BĊE, u fejn xieraq, mal-FMI, għandha teżamina mal-awtoritajiet Griegi kull bidla u aġġornament għall-Programm li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jittieħed kont debitu, inter alia, ta' kwalunkwe diskrepanza sinifikanti bejn il-previżjonijiet makroekonomiċi u fiskali u ċ-ċifri effettivi, ta' effetti konsekwenzjali negattivi, kif ukoll ta' xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji.

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-Programm, u bħala għajnuna biex l-iżbilanċi jiġu kkorreġuti b'mod sostenibbli, il-Kummissjoni għandha tipprovdi konsulenza u gwida kontinwi dwar ir-riformi fiskali, strutturali u tas-swieq finanzjarji.

Il-Kummissjoni għandha f'intervalli regolari tivvaluta l-impatt ekonomiku tal-Programm u għandha tirrakkomanda l-korrezzjonijiet neċessarji bil-għan li jissaħħaħ it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, tiżgura l-konsolidazzjoni fiskali neċessarja, u jiġu minimizzati impatti soċjali dannużi.

Artikolu 2

1.   L-objettivi fundamentali tal-Programm għandhom ikunu: ir-restawr tas-sostenibbiltà fiskali, is-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja, it-tisħiħ tal-kompetittività u tat-tkabbir, u l-immodernizzar tal-Istat u tal-Amministrazzjoni Pubblika.

2.   Il-Greċja għandha ssegwi konsolidazzjoni fiskali permezz ta' miżuri permanenti ta' kwalità għolja filwaqt li timminimizza l-impatt fuq min hu żvantaġġat. L-awtoritajiet Griegi jimpenjaw ruħhom li jiżguraw finanzi pubbliċi sostenibbli u li jiksbu surplus primarju mdaqqas u sostenibbli fuq terminu medju li b'mod kostanti jnaqqas l-proporzjon tad-dejn għall-PDG. Għaldaqstant l-awtoritajiet għandhom isegwu direzzjoni fiskali ġdida fuq il-bażi ta' miri ta' surplus primarju ta' – 0,25, 0,5, 1,75, u 3,5 % tal-PDG fl-2015, 2016, 2017 u 2018 u lil hinn, rispettivament. Il-Greċja għandha timmira għal surplus primarju, fuq terminu medju, ta' 3,5 % tal-PDG li għandu jinkiseb permezz ta' kombinazzjoni ta' riformi inizjali tal-parametri fiskali, inkluż tas-sistema tagħha tal-VAT u tal-pensjoni, sostnut minn programm ambizzjuż biex tissaħħaħ il-konformità fiskali u l-amministrazzjoni finanzjarja pubblika, u tiġi miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, filwaqt li tiġi żgurata protezzjoni adegwata tal-gruppi vulnerabbli. Flimkien mal-miżuri ta' hawn fuq, l-awtoritajiet jimpenjaw ruħhom biex, f'Ottubru 2015, jgħaddu liġijiet rigward miżuri strutturali kredibbli li jipproduċu mill-inqas 0,75 % tal-PDG li jidħlu fis-seħħ fl-2017 u 0,25 % tal-PDG li jidħlu fis-seħħ fl-2018 biex isostnu l-kisba tal-mira ta' bilanċ primarju, fuq perjodu medju, ta' 3,5 % tal-PDG. L-awtoritajiet jimpenjaw ruħhom li jieħdu aktar miżuri strutturali f'Ottubru 2016, jekk ikun meħtieġ biex jiġu żgurati l-miri tal-2017 u tal-2018. Dawk jinkludu tnaqqis fin-nefqa għad-difiża, ir-riforma tat-taxxa ppjanata fuq d-dħul personali u l-iffriżar tal-infiq statutorju. Il-miżuri li jirrigwardaw il-parametri fiskali għandhom jiġu sostnuti minn firxa wiesgħa ta' azzjonijiet amministrattivi li jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-ġbir u fl-infurzar tat-taxxa. Il-Gvern Grieg għandu jagħmel monitoraġġ tar-riskji fiskali, inklużi sentenzi tal-qorti, u għandu jieħu miżuri ta' kumpens, skont il-bżonn, biex jintlaħqu l-miri fiskali. L-awtoritajiet għandhom il-ħsieb li jittrasferixxu mill-inqas 30 % ta' kwalunkwe entrata aħjar mill-previżjonijiet għal kont issegregat mmarkat għal tnaqqis tad-dejn. Barra minn hekk, 30 % oħrajn tal-entrati aħjar mill-previżjonijiet għandhom jintużaw biex jitħallsu obbligi tal-Gvern mhux imħallsa fil-passat.

3.   Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri speċifikati hawn taħt:

(i)

Tieħu miżuri fuq terminu qasir biex iżżid id-dħul u tiffoka u tikkontrolla l-infiq. Fost il-miżuri biex iżżid id-dħul, il-Greċja għandha tabolixxi b'mod gradwali r-rifużjoni tad-dazju tas-sisa fuq id-diżil lill-bdiewa u żżid it-taxxa fuq it-tunnellaġġ. L-awtoritajiet għandhom jieħdu azzjonijiet biex jibdew l-eżerċizzju rigward it-taxxa fuq il-proprjetà tal-2015 (ENFIA) biex jinħarġu l-kontijiet f'Ottubru 2015 fejn l-aħħar rata tkun dovuta fi Frar 2016. Huma għandhom jikkoreġu wkoll kwistjonijiet identifikati marbuta mal-miżuri rigward id-dħul li ġew implimentati reċentement. L-awtoritajiet impenjaw ruħhom ukoll li jiffukaw u jikkontrollaw l-infiq billi jnaqqsu l-kost tal-kura tas-saħħa u billi jibdew l-analiżi komprensiva tas-sistema soċjali. Il-pakkett jinkludi aktar miżuri b'impatt fuq il-baġit, bħal riformi tal-amministrazzjoni pubblika, riformi lijindirizzaw in-nuqqas fl-infurzar u fil-ġbir tat-taxxa, u miżuri parametriċi oħrajn.

(ii)

Biex turi l-impenn tagħha għal politiki fiskali kredibbli, iltadotta f'Ottubru 2015, baġit supplementari tal-2015 kif meħtieġ, l-abbozz ta' baġit tal-2016 u Strateġija Fiskali fuq Terminu Medju 2016–2019, sostnut minn pakkett imdaqqas u kredibbli ta' miżuri parametriċi u ta' riformi fiskali strutturali.

(iii)

Tirriforma t-tassazzjoni kemm diretta kif ukoll indiretta biex ittejjeb l-effiċjenza, il-kapaċità tal-ġbir u tistimola l-offerta tax-xogħol. Biex itemm il-prattiki tal-passat u jtejjeb il-kultura tal-ħlas tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, il-Gvern għandu jieħu azzjoni b'saħħitha biex itejjeb il-ġbir u biex la jintroduċi skemi ġodda ta' ħlas rateali, jew skemi oħra ta' amnestija jew ta' saldu u lanqas li jestendi l-iskemi attwali.

(iv)

Tkompli bir-riformi li għandhom l-għan li jtejbu l-proċess tal-baġit u l-kontrolli fuq l-infiq, li jitħallsu l-arretrati, u li jsaħħu l-irrapportar tal-baġit u l-ġestjoni tal-likwidità. Il-Gvern Grieg huwa impenjat biex l-Kunsill Fiskali isir operattiv.

(v)

Tieħu aktar azzjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku biex iżżid l-effiċjenza u t-trasparenza tas-sistema Griega tal-akkwist pubbliku, tipprevjeni l-irregolarità, u tiżgura aktar responsabbiltà u kontroll. Għandu jinlaħaq qbil dwar il-politiki mal-Kummissjoni Ewropea, li għandha tassisti fl-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni.

(vi)

Timplimenta bis-sħiħ ir-riformi eżistenti u tipproċedi wkoll b'aktar riformi biex issaħħaħ is-sostenibbiltà fit-tul, u timmira għal tfaddil ta' madwar 0,25 % tal-PDG fl-2015 u madwar 1 % tal-PDG sal-2016. Il-pakkettgħandu l-għan, inter alia, li joħloq diżinċentivi qawwija rigward l-irtirar antiċipat billi jżid il-penalitajiet għal irtirar antiċipat u billi jelimina gradwalment l-anterjorità tad-drittijiet għal irtirar qabel l-età ta' rtirar statutorja.

(vii)

Tkompli tirriforma s-settur tal-kura tas-saħħa, billi tikkontrolla l-infiq pubbliku, tirregolamenta l-prezzijiet tal-farmaċewtiċi, ittejjeb l-amministrazzjoni tal-isptarijiet, iżżid l-akkwist ċentralizzat tal-provvisti tal-isptarijiet, li tiġġestixxi t-talba għal farmaċewtiċi u għall-kura tas-saħħa permezz ta' protokolli ta' preskrizzjonijiet elettroniċi bbażati fuq l-evidenza, tagħżel il-fornituri tal-kura tas-saħħa tas-settur privat b'mod kost effettiv, jimmodernizzaw is-sistemi tal-IT, tiżviluppa sistema ta' referenza elettronika ġdida għall-kura primarja u sekondarja li tippermetti l-formulazzjoni ta' metodi ta' kura għall-pazjenti.

(viii)

Tadotta sa Marzu 2016 serje ulterjuri ta' skemi garantiti b'appoġġ għall-impjiegi li jinkludu miżuri attivi individwalizzati għas-suq tax-xogħol favur il-parteċipanti, billi tuża sħubijiet lokali, tinvolvi s-setturi ekonomiċi privati u soċjali u tiżgura l-użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi disponibbli.

Sabiex ikun hemm soċjetà aktar ġusta il-Greċja teħtieġ li ttejjeb il-mod kif is-sistema ta' benefiċċji soċjali tagħha hi strutturata, b'mod li jkun hemm xibka ta' sikurezza soċjali ġenwina li talloka riżorsi skarsi lejn dawk li l-aktar għandhom bżonn. L-awtoritajiet jippjanaw li jibbenefikaw minn għajnuna teknika disponibbli minn organizzazzjonijiet internazzjonali għall-analiżi tas-servizzi soċjali u għall-implimentazzjoni tal-introjtu minimu garantit.

4.   Biex tissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja, il-Greċja għandha minnufih tieħu passi biex taffronta l-kwistjoni tas-Self Improduttiv u tirrestawra l-likwidità u l-kapital fis-sistema bankarja. Proċess ta' kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-banek għandu jitlesta qabel tmiem l-2015, li miegħu għandu jkollu miżuri konkomitanti biex isaħħu l-governanza tal-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (HFSF) u tal-banek. Miżuri oħrajn jinvolvu r-riżoluzzjoni tas-Self Improduttiv u l-governanza tal-HFSF u tal-banek.

5.   Għall-promozzjoni tat-tkabbir, tal-kompetittività u tal-investiment, il-Greċja għandha tfassal u timplimenta firxa wiesgħa ta' riformi fis-swieq tax-xogħol u fis-swieq tal-prodotti (inkluż tal-enerġija) li mhux biss jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea, imma jimmiraw ukoll li jadottaw l-aħjar prattika Ewropea. Swieq aktar miftuħin huma essenzjali biex jinħolqu opportunitajiet ekonomiċi u biex tittejjeb il-ġustizzja soċjali, billi jiġi kumbattut aġir li jwassal għal renti parassitarji u aġir monopolistiku, li wasslu għal prezzijiet ogħla u standards tal-ħajja aktar baxxi. B'mod konformi mal-istrateġija tat-tkabbir tagħhom, l-awtoritajiet għandhom jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex idaħħlu fis-seħħ l-inizzjattivi ewlenin u l-proposti ta' riforma kif ukoll biex isaħħu l-aġenda b'aktar riformi ambizzjużi li għandhom isostnu r-ritorn tal-pajjiż għal tkabbir sostenibbli, li jattiraw l-investimenti u li joħloqu impjiegi.

6.   Is-swieq tal-enerġija Griegi jeħtieġu riformi fuq firxa wiesgħa biex jiġu allinjati mal-leġiżlazzjoni u mal-politiki tal-Unjoni, isiru aktar moderni u kompetittivi, inaqqsu r-renti monopolistiċi u l-ineffiċjenzi, jippromwovu l-innovazzjoni, jiffavorixxu l-adozzjoni aktar estensiva tal-enerġija rinnovabbli u tal-gass, u jiżguraw li l-benefiċċji ta' dawn il-bidliet kollha imorru għand il-konsumaturi. L-awtoritajiet għandhom jadottaw ir-riforma tas-suq tal-gass u tal-pjan direzzjonali speċifiku tagħha, li twassal, inter alia, għal sitwazzjoni fejn lil-klijenti kollha jkollhom il-possibbiltà sħiħa li jibdlu l-fornitur mill-2018, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni rigward is-sistema riformata ta' pagamenti abbażi tal-kapaċità (inkluż mekkaniżmu temporanju u wieħed permanenti) u rigward l-organizzazzjoni ġdida tas-Swieq fil-prodotti Elettriċi. Fi kwalunkwe każ, sal-2020 l-ebda impriża ma għandha tkun tista' tipproduċi jew timporta, direttament jew indirettament, aktar minn 50 % tal-elettriku totali prodott u importat fil-Greċja.

7.   Għandu jkun hemm programm ta' privatizzazzjoni ambizzjuż u politiki li jsostnu l-investiment. Il-Gvern jimpenja ruħu li jiffaċilita l-proċess ta' privatizzazzjoni u jikkompleta l-azzjonijiet governattivi kollha meħtieġa biex l-offerti jkunu jistgħu jiġu eżegwiti b'suċċess. F'dan ir-rigward il-Gvern għandu jikkompleta l-azzjonijiet kollha meħtieġa kif maqbul fuq bażi trimestrali bejn il-Fond għall-Iżvilupp tal-Assi tar-Repubblika Ellenika (HRADF), l-istituzzjonijiet u l-Gvern. Il-Lista tal-Azzjonijiet Pendenti tal-Gvern ġiet approvata mill-Bord tad-Diretturi tal-HRADF. B'mod konformi mad-dikjarazzjoni tas-Summit dwar l-Euro tat-12 ta' Lulju 2015, għandu jiġi stabbilit fond indipendenti ġdid (il-“Fond”) u jkollu fih assi Griegi ta' valur. L-objettiv ġenerali tal-Fond huwa li jamministra assi Griegi ta' valur; u jipproteġi, joħloq u fl-aħħar jimmassimizza l-valur tagħhom li għandu jimmonetizza permezz ta' privatizzazzjonijiet u mezzi oħrajn.

8.   Stat u amministrazzjoni pubblika moderni għandhom ikunu l-prijorità ewlenija tal-Programm. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiżdied l-effiċjenza tas-settur pubbliku fil-forniment ta' prodotti u servizzi pubbliċi essenzjali. Għandhom jittieħdu miżuri biex tissaħħaħ l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja u biex tittejjeb il-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Ir-riformi għandhom iservu biex isaħħu l-indipendenza istituzzjonali u operattiva tal-istituzzjonijiet ewlenin bħall-amministrazzjoni tad-dħul u l-istitut tal-istatistika (ELSTAT).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M.H.P. VAN DAM


(1)  Dan l-att oriġinarjament ġie adottat bl-Ingliż biss u ppubblikat fil-ĠU L 219, 20.8.2015, p. 12.

(2)   ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.

(3)  Ara l-paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.