ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 85

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
1 ta' April 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/465 tal-31 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/466 tal-31 ta' Marzu 2016 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

3

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/467 tat-30 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalkolu ta' rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta' assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ( 1 )

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/468 tad-29 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-paġella ħamra fl-ilmijiet internazzjonali u tal-Unjoni taż-żoni VI, VII u VIII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/469 tad-29 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi l-projbizzjoni tas-sajd għall-petrika fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/470 tad-29 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlin abjad fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/471 tad-29 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

26

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/472 tal-31 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 72/2010 fir-rigward tad-definizzjoni tat-terminu spettur tal-Kummissjoni ( 1 )

28

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/473 tal-31 ta' Marzu 2016 li jemenda għall-244 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida

30

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/474 tal-31 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

32

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/475 tal-31 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/476 tal-31 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/477 tal-31 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/478 tal-31 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

48

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

1.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/465

tal-31 ta' Marzu 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK (1) adottata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea li ħassret u ssostitwiet id-Deċiżjoni 2010/800/PESK.

(2)

Fil-31 ta' Marzu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/475 (3), li telenka l-Korean National Insurance Corporation (KNIC) u li tipprovdi derogi li jippermettu li persuni u entitajiet tal-UE jiksbu assigurazzjoni mill-KNIC għal attivitajiet li jridu jitwettqu fil-Korea ta' Fuq. Il-Kunsill iddeċieda wkoll li persuni jew entitajiet tal-UE għandhom jiħallew jirċievu ħlasijietmill-KNIC li jkunu ġejjin minn tali assigurazzjoni jew fir-rigward ta' ħsara kkaw/ata fit-territorju tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2016/475.

(3)

Ir- Regolament (KE) Nru 329/2007 għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KE) Nru 329/2007,jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

1.   B'deroga mill-Artikolu 6(4), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għall-Korean National Insurance Company (KNIC) fejn dan ikun meħtieġ għall-ħlas ta' primjums f'kuntratt tal-assigurazzjoni ma' ċittadin ta' Stat Membru jew persuna ġuridika, entità jew korp inkorporati jew ikkostitwiti skont il-liġi ta' Stat Membru, dment li l-ħlas:

(a)

ikun esklussivament għall-finijiet ta' attivitajiet li ma jkunux ipprojbiti minn dan ir-Regolament li jitwettqu fil-Korea ta' Fuq minn ċittadin ta' Stat Membru jew persuna ġuridika, entità jew korp ikkostitwiti skont il-liġi ta' Stat Membru,

(b)

il-ħlas ma jkunx direttament jew indirettament għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness IV, V jew Va minbarra l-KNIC,

2.   Ċittadin ta' Stat Membru u persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi inkorporati jew ikkostitwiti skont il-liġi ta' Stat Membru jistgħu jirċievu ħlasijiet mill-KNIC soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II. Tali awtorizzazzjoni tista' tingħata dment li l-ħlas:

(a)

ikun dovut skont kuntratt għal servizzi tal-assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 8a(1)(a), jew skont kuntratt għal servizzi tal-assigurazzjoni pprovdut mill-KNIC fir-rigward ta' ħsara kkawżata fit-territorju tal-Unjoni minn kwalunkwe parti għal tali kuntratt;

(b)

ma jkunx direttament jew indirettament għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness IV, V jew Va;

(c)

ma jikkontribwixxix għal attività pprojbita skont dan ir-Regolament; u

(d)

ma jirriżultax fir-rilaxx ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi tal-KNIC li jinsabu barra mill-Korea ta' Fuq.

3.   L-awtorizzazzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx ikunu meħtieġa meta l-ħlas lil jew mill-KNIC ikun meħtieġ għall-finijiet uffiċjali ta' missjoni diplomatika jew konsulari ta' Stat Membru fil-Korea ta' Fuq.

4.   B'deroga mill-Artikolu 6(2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati tal-KNIC, skont il-kondizzjonijiet li jqisu xierqa, wara li jkunu stabbilixxew li:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw b'mod esklussiv għal ħlas mill-KNIC dovut għal kuntratt konkluż qabel l-1 ta' April 2016;

(b)

il-kuntratt mhuwiex relatat, direttament jew indirettament, ma' attività pprojbita skont dan ir-Regolament;

(c)

il-ħlas ma jkunx direttament jew indirettament għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkat fl-Annessi IV, V jew Va.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont dan il-paragrafu.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  ĠU L 111, 23.4.2013, p. 52.

(2)  Regolament (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/475 tal-31 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ara l-paġna 34 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


1.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/466

tal-31 ta' Marzu 2016

li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2016 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

(2)

Fis-16 ta' Marzu 2015, il-Kunsill fakkar li soluzzjoni politika biss tista' tipprovdi triq 'il quddiem sostenibbli u tikkontribwixxi għall-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u rrefera inter alia għall-importanza li jiġu evitati azzjonijiet li jistgħu jaggravaw id-diviżjonijiet attwali.

(3)

Il-Kunsill jibqa' serjament imħasseb dwar is-sitwazzjoni fil-Libja u b'mod partikolari dwar atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Libja, u li jostakolaw jew jimminaw it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Libja, bħal atti li jostakolaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim Politiku Libjan tas-17 ta' Diċembru 2015 u l-formazzjoni ta' Gvern b'Kunsens Nazzjonali, inkluż permezz ta' nuqqasripetut li tittieħed azzjoni minn persuni b'influwenza politika fil-Libja.

(4)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja, tliet persuni addizzjonali għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2016/44 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1


ANNESS

“ANNESS III

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)

A.   PERSUNI

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

16.

SALEH ISSA GWAIDER, Agila

data tat-twelid 1944 (mhux konfermata)

Agila Saleh ilu l-President tal-Kunsill Libjan tad-Deputati fil-Kamra tar-Rappreżentanti mill-5 ta' Awwissu 2014.

Fis-17 ta' Diċembru 2015 Saleh iddikjara li hu jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja ffirmat fis-17 ta' Diċembru 2015.

Bħala l-President tal-Kunsill tad-Deputati, Saleh fixkel u mmina t-transizzjoni politika Libjana, inkluż billi rrifjuta li ssir votazzjoni fil-Kamra tar-Rappreżentanti fit-23 ta' Frar 2016 dwar il-Gvern b'Kunsens Nazzjonali (‘GKN’).

Fit-23 ta' Frar 2016 Saleh iddeċieda li joħloq kumitat li mistenni li jiltaqa' ma' membri oħrajn tal-‘Libyan-Libyan process’ li jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

 

17.

GHWELL, Khalifa

magħruf ukoll bħala AL GHWELL, Khalifa

AL-GHAWAIL, Khalifa

data tat-twelid 1964

Misratah

Khalifa Ghwell huwa l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘KNG’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-President tal-KNĠ Nuri Abu Sahmain.

Bħala ‘Prim Ministru’ tal-KNĠ, Ghwell kellu rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-‘GKN’ stabbilit skont il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-KNĠ ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kwalunkwe membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru elett tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jirfes Tripli.

 

18.

ABU SAHMAIN, Nuri

magħruf ukoll bħala BOSAMIN, Nori

BO SAMIN, Nuri

BADI, Salahdin

data tat-twelid 16.5.1956

Zouara/Zuwara Libya

Nuri Abu Sahmain huwa l-hekk imsejjaħ ‘President’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘KNĠ’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Bħala President tal-KNĠ, Nuri Abu Sahmain kellu rwol ċentrali fit-tfixkil u l-oppożizzjoni għall-Ftehim Politiku dwar il-Libja u għall-istabbiliment tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali (‘GKN’).

Fil-15 ta' Diċembru 2015 Sahmain appella għall-posponiment tal-Ftehim Politiku dwar il-Libja li kien skedat li jiġi maqbul f'laqgħa fis-17 ta' Diċembru.

Fis-16 ta' Diċembru 2015 Sahmain ħareġ stqarrija li l-KNĠ ma kien awtorizza l-ebda membru tiegħu biex jipparteċipa fil-laqgħa jew biex jiffirma il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fl-1 ta' Jannar 2016 Sahmain ċaħad il-Ftehim Politiku dwar il-Libja f'taħditiet mar-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.”

 


1.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/6


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/467

tat-30 ta' Settembru 2015

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalkolu ta' rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta' assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(4), l- Artikolu 75(2) u (3), l-Artikolu 92 (1a), l-Artikolu 111(1)(b), (c), u (m) u l-Artikolu 308b(13) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, adottat mill-Kummissjoni f'Novembru 2014, jiffoka fuq it-tneħħija tal-ostakoli kollha għall-investiment, jipprovdi viżibbiltà u assistenza teknika għal proġetti ta' investiment u jagħmel użu iktar intelliġenti ta' riżorsi finanzjarji ġodda u eżistenti. Bħala parti minn dan il-pjan, it-twaqqif ta' Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (EFSI) permezz tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għandu l-għan li jissupera n-nuqqas ta' investiment fl-UE billi jimmobilizza l-finanzjament privat għal investimenti strateġiċi li s-suq ma jistax jiffinanzja waħdu. Huwa ser jappoġġa investimenti strateġiċi fl-infrastruttura kif ukoll finanzjament ta' riskju għan-negozji ż-żgħar. Fl-istess ħin, il-ħidma fuq l-istabbiliment ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali se tintensifika l-integrazzjoni finanzjarja u tgħin iżżid it-tkabbir u l-kompetittività fl-UE

(2)

Sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għal dawn l-għanijiet, kif ukoll għall-objettiv tal-Unjoni ta' tkabbir sostenibbli fit-tul, l-investimenti mill-assiguraturi, li huma investituri istituzzjonali kbar, fl-infrastruttura jew permezz tal-EFSI, għandhom jiġu ffaċilitati. Sabiex investiment bħal dawn jiġu ffaċilitati, klassi ġdida ta' assi għall-investimenti fl-infrastruttura għandhom jiġu stabbiliti fi ħdan il-qafas stabbilit bid-Direttiva 2009/138/KE. L-implimentazzjoni parallela ta' din it-tip ta' inizjattiva flimkien mal-EFSI, għandha żżid l-impatt globali għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Unjoni.

(3)

Il-Kummissjoni talbet u rċeviet parir tekniku mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol fir-rigward tal-kriterji u l-kalibrar ta' klassi ġdida ta' assi għall-investimenti fl-infrastruttura.

(4)

F'konformità mal-objettiv tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa biex jappoġġa investiment li jgħin biex tissaħħaħ l-infrastruttura tal-Ewropa, b'enfasi partikolari fuq il-bini ta' suq uniku iktar interkonness, il-klassi ta' assi ta' infrastruttura ġdida m'għandhiex tkun limitata għal setturi speċifiċi jew strutturi fiżiċi, iżda tinkludi s-sistemi kollha u netwerks li jipprovdu u jappoġġjaw servizzi pubbliċi essenzjali.

(5)

Biex jiġi żgurat li l-infrastruttura ta' klassi tal-assi hija effettivament delimitata għal investimenti fl-infrastruttura, l-assi tal-infrastruttura kwalifikanti għandhom ikunu proprjetà, finanzjati, żviluppati jew operati minn entità għall-proġett infrastrutturali li ma twettaq ebda funzjoni oħra.

(6)

Klassi ta' assi ta' infrastruttura ġdida għandha tkun inkwadrata minn kriterji li jiżguraw li l-investimenti fl-infrastruttura juru profil tar-riskju sod fir-rigward tar-reżiljenza tal-istress, il-prevedibbiltà ta' flussi ta' flus u l-ħarsien li jipprovdi qafas kuntrattwali. Fejn jista' jiġi ppruvat li investimenti fl-infrastruttura juru profil aħjar tar-riskju minn investimenti korporattivi oħra, l-allokazzjoni tar-riskju fil-firxa u s-submoduli tar-riskju ta' ekwità tal-formula standard għandhom jitnaqqsu.

(7)

L-entità għall-proġett infrastrutturali għandha tipprovdi qafas kuntrattwali li jassigura livell għoli ta' protezzjoni lill-investituri tagħha, inklużi dispożizzjonijiet kontra telf minn tmiem il-proġett mill-parti li tkun ftiehmet li tixtri prodotti u servizzi, kif jista' jsir bil-konklużjoni ta' ftehim ta' xiri. Arranġamenti finanzjarji suffiċjenti għandhom jiġu stabbiliti biex ikopru r-rekwiżiti tal-kapital tax-xogħol u ta' finanzjament ta' kontinġenza.

(8)

Sabiex jitnaqqas ir-riskju għal min isellef, grad suffiċjenti ta' kontroll fuq entità għall-proġett infrastrutturali, għandu jiġi stabbilit, inklużi s-sigurtà f'assi u l-ekwità, kif ukoll li jillimita l-użu ta' flussi ta' flus u attivitajiet.

(9)

Fejn il-kalibrar għal investimenti f'bonds u self huwa mnaqqas ibbażat fuq is-suppożizzjoni li ħafna investimenti fl-infrastruttura huma miżmuma sal-maturità, l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tkun tista' turi li hija kapaċi tagħmel dan.

(10)

Sabiex jiġu inċentivati investimenti fl-infrastruttura b'rati għolja ta' rkupru, klassi ġdida ta' assi għandha tkun limitata għal grad ta' investiment ta' dejn, u biss għal dejn ta' grd ogħla fejn ma tkunx disponibbli valutazzjoni esterna. Madankollu, biex jibqa' konsistenti mal-qafas għall-ekwitajiet stabbilit bid-Direttiva 2009/138/KE, l-inklużjoni ta' ekwità tal-infrastruttura f'din il-klassi ta' assi ġdida m'għandhiex tiddependi fuq l-eżistenza jew il-livell ta' kwalunkwe valutazzjoni esterna tal-entità tal-infrastruttura.

(11)

Fejn ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni esterna minn istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu nominata (ECAI) għal investiment f'infrastruttura kwalifikanti, kriterji addizzjonali għandhom japplikaw sabiex jiġi żgurat li l-investiment huwa suġġett għal riskju limitat. Dawk il-kriterji għandhom jipprovdu għal ġestjoni professjonali tal-proġett fil-fażi ta' kostruzzjoni, jiżguraw mitigazzjoni adegwata ta' riskju tal-kostruzzjoni, jillimitaw ir-riskju tal-operat u ta' finanzjament mill-ġdid, u jipprojbixxu lill-proġett milli jidħol f'pożizzjonijiet derivattivi spekulattivi.

(12)

Fejn l-ebda evalwazzjoni esterna minn ECAI nominata għal investiment f'infrastruttura kwalifikanti ma hija disponibbli, għandu jiġi żgurat li proġett ta' infrastruttura jkun soġġett għal ambjent politiku stabbli.

(13)

Proġetti bbażati fuq teknoloġija jew disinn innovattiv għandhom ikunu eliġibbli li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta' din il-klassi ġdida ta' assi, biex jiġi żgurat li l-UE tkun tista' tkompli tistinka biex tkun fuq quddiem nett tal-iżviluppi teknoloġiċi hekk kif jevolvu. Sabiex jiġi żgurat li l-proġetti bbażati fuq innovazzjonijiet huma sikuri, l-assiguraturi għandhom iwettqu diliġenza dovuta xierqa biex jivverifikaw li t-teknoloġija hija ttestjata. Dan jista' jinkludi l-ittestjar ta' prototipi, ittestjar pilota u forom oħra ta' ttestjar biex juru li l-proġett għandu teknoloġija u disinn sodi.

(14)

B'mod ġenerali, il-kombinazzjoni ta' dawn il-kriterji, ibbażata fuq il-parir tekniku tal-EIOPA, tiżgura li jkun hemm fis-seħħ sistema prudenzjalment soda, peress li dawk l-assi infrastrutturali li jibbenefikaw minn tnaqqis fir-rekwiżiti kapitali huma aktar sikuri u inqas volatili minn investimenti korporattivi kumparabbli.

(15)

L-EIOPA analizzat dejta dwar l-indiċi tal-ekwità infrastrutturali, l-ekwitajiet infrastrutturali elenkati u l-kumpaniji ta' inizjattivi ta' finanzjament privat. Fl-aħħar nett, ingħata parir dwar firxa ta' 30 % — 39 % għall-istress infrastrutturali. F'konformità mal-objettiv tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa biex jitrawwem investiment fl-ekonomija reali, intagħżel l-ikkalibrar ta' 30 % għal klassi ġdida ta' assi infrastrutturali, peress li dan l-ikkalibrar jipprovdi l-aktar inċentivi effettivi għall-investiment fl-infrastruttura.

(16)

Skont il-parir tal-EIOPA, l-aġġustament simmetriku tal-imposta tal-kapital ta' ekwità għandu jiġi applikat għall-fattur tal-istress fuq ekwitajiet tal-infrastruttura fuq bażi ta' prorata.

(17)

It-tnaqqis ta' allokazzjoni għar-riskju fis-submodulu tar-riskju ta' firxa għandu jieħu inkonsiderazzjoni tal-fatt li hemm evidenza li turi li l-investimenti infrastrutturali juru rati ta' rkupru aħjar mid-dejn korporattiv, u huma inqas sensittivi għal fatturi ekonomiċi usa'. Konsegwentement, għal klassi ġdida ta' assi, l-istress għall-komponent tal-kreditu tal-firxa għandu jitnaqqas f'konformità mal-ikkalibrar pprovdut mill-EIOPA. Sabiex jittieħed inkonsiderazzjoni l-kriterju kwalifikanti li l-investimenti infrastrutturali jistgħu jinżammu sal-maturità, għandu jitnaqqas ukoll l-istress għall-komponent ta' likwidità tal-firxa.

(18)

Fejn l-istress tal-komponent ta' likwidità tal-firxa huwa mnaqqas għal investimenti infrastrutturali kwalifikanti, dan it-tnaqqis għandu japplika wkoll għal assi f'portafoll ta' aġġustament ta' korrispondenza, madankollu mingħajr l-ebda kkalkolar doppju għar-riskju ta' likwidità mnaqqas. Għal din ir-raġuni, il-firxa tal-istress applikabbli għall-assi ta' infrastruttura kwalifikanti f'portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza għandha tkun jew l-istress imnaqqas applikabbli għal assi ta' aġġustament ta' korrispondenza jew il-firxa tal-istress għall-assi ta' infrastruttura kwalifikanti, skont liema waħda minnhom tkun l-iktar baxxa.

(19)

Għandu jiġi żgurat trattament aktar adegwat għall-investiment tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'fondi stabbiliti bir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), f'konformità mat-trattament tal-investimenti f'Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju u Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej li diġà huwa previst fl-Artikolu 168 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (4).

(20)

Fis-snin riċenti l-istrumenti finanzjarji kienu nnegozjati dejjem aktar fuq faċilitajiet multilaterali ta' negozjar (MTFs). Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tiżgura li l-MTFs ikunu suġġetti għall-istess rekwiżiti bħal tas-swieq irregolati f'dak li għandu x'jaqsam ma' min jistgħu jaċċettaw bħala membru jew parteċipant. Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jimponi wkoll rekwiżiti simili ta' trasparenza fuq l-MTFs u s-swieq regolati. Sabiex titqies ir-rilevanza akbar tal-MTFs u l-konverġenza tat-regoli applikabbli kemm għall-MTFs kif ukoll għas-swieq irregolati, esponimenti nnegozjati fuq MTF għandhom jitqiesu bħala ekwità tat-tip 1 fis-submodulu tar-riskju tal-ekwitajiet.

(21)

Id-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) introduċiet miżura tranżitorja applikabbli għall-investimenti ta' ekwità mixtrija qabel l-1 ta' Jannar 2016. Sabiex jiġi evitat li jkun hemm inċentivi għal diżinvestiment sinifikanti minn ekwitajiet mhux elenkati qabel mal-qafas stabbilit mid-Direttiva 2009/138/KE issir applikabbli, il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżura tranżitorja ma għandux ikun limitat għall-ekwitajiet elenkati.

(22)

Biex ikun hemm trattament proporzjonat tal-ekwitajiet miżmumin f'impriżi ta' investiment kollettivi jew tal-investimenti aggregati bħala fondi, meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli, dan ir-Regolament jispeċifika wkoll li l-miżura ta' tranżizzjoni stipulata fl-Artikolu 308b(13) tad-Direttiva 2009/138/KE għandha tapplika għal proporzjon ta' ishma azzjonarji miżmumin fl-impriża ta' investiment kollettiv jew fl-investimenti aggregati bħala fondi skont l-allokazzjoni fil-mira tal-assi sottostanti fl-1 ta' Jannar 2016, dejjem jekk l-allokazzjoni fil-mira tkun disponibbli għall-impriża. Dan jippermetti lill-impriżi biex jagħmlu stima tal-proporzjon ta' ekwitajiet mixtrija mill-maniġer tal-fond qabel l-1 ta' Jannar 2016, meta mhux possibbli li dawn ix-xirjiet jiġu rintraċċati minħabba l-limitazzjonijiet imposti minn regoli ta' divulgazzjoni, jew minħabba l-ispiża ferm għolja. Minn hemm 'il quddiem, il-proporzjon tal-ekwitajiet li għalihom tiġi applikata l-miżura tranżitorja għandhom jitnaqqsu ta' kull sena b'mod proporzjonat għall-proporzjon tal-fatturat tal-assi tal-impriża ta' investiment kollettiv jew għall-investimenti aggregati bħala fondi.

(23)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 jinkludi diversi żbalji żgħar ta' abbozzar li għandhom jiġu emendati skont dan.

(24)

B'mod partikolari, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 jistipula metodu ta' valutazzjoni għall-parteċipazzjonijiet f'impriżi relatati li huma esklużi mill-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp jew huma mnaqqsa mill-fondi proprji eliġibbli għas-solvenza tal-grupp. Il-konsegwenzi f'termini ta' valutazzjoni għal parteċipazzjonijiet f'impriżi relatati għandhom ikunu l-istess, tkun xi tkun ir-raġuni għall-esklużjoni ta' impriża relatata partikolari mill-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp u bħala riżultat, is-sitwazzjonijiet kollha fejn impriża relatata tista' tiġi eskluża mill-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp għandhom jiġu koperti. Għaldaqstant, l-Artikolu 13 għandu jiġi emendat.

(25)

Fir-rigward ta' parteċipazzjonijiet strateġiċi f'istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu, fejn issir referenza għal metodu 1 tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), dan ma għandux ifisser li l-grupp irid jiġi kkunsidrat ukoll bħala konglomerat u jkun suġġett għas-superviżjoni supplimentari skont din id-Direttiva. Sabiex tiġi applikata l-eżenzjoni, huwa biżżejjed li l-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu tkun inkluża fil-kalkolu tas-solvenza tal-grupp skont id-Direttiva 2009/138/KE. Iż-żewġ metodi ta' konsolidazzjoni fid-Direttiva 2002/87/KE u fid-Direttiva 2009/138/KE huma meqjusa ekwivalenti, kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 342/2014 (9). Għaldaqstant, l-Artikolu 68(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 għandu jiġi emendat.

(26)

Fir-rigward ta' dejta statistika aggregata, il-perjodi ta' żmien għar-rappurtar għandhom ikunu allinjati u għalhekk divulgazzjonijiet qabel il-31 ta' Diċembru 2020 għandhom jinkludu dejta mis-snin kollha ta' qabel li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016. Għaldaqstant, l-Artikolu 316(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 għandu jiġi emendat.

(27)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 fih ukoll għadd ta' żbalji tipografiċi, bħal kontroreferenzi żbaljati, li għandhom jiġu kkoreġuti.

(28)

Meta jiġu applikati r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regoalment, għandhom jitqiesu l-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fl-attivitajiet ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Il-piż u l-kumplessità imposti fuq l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom ikunu proporzjonati għall-profil tar-riskju tagħhom. Meta jiġu applikati r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, l-informazzjoni għandha titqies materjali jekk din l-istess informazzjoni jista' jkollha influwenza fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utenti previsti ta' din l-informazzjoni.

(29)

Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali dwar ir-reġim superviżorju qabel mar-reġim ta' Solvibbiltà II jiġi kompletament applikabbli fl-1 ta' Jannar 2016, huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet Emendatorji

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 huwa emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 1, jiddaħħlu l-punti segwenti 55a u 55b:

“55a.

‘Assi ta' infrastruttura’ tfisser strutturi fiżiċi jew faċilitajiet, sistemi u netwerks li jipprovdu jew li jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali.

55b.

‘Entità għall-proġett infrastrutturali’ tfisser entità li ma tista' twettaq l-ebda funzjoni oħra ħlief li tippossjedi, tiffinanzja, tiżviluppa jew topera assi ta' infrastruttura, fejn s-sors primarju ta' pagamenti lill-fornituri tas-self u lill-investituri azzjonarji jkun l-introjtu ġġenerat mill-assi li qed jiġu ffinanzjati.”;

2.

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

l-impriżi li jiġu esklużi mill-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp skont l-Artikolu 214(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;”;

(b)

il-paragrafu 6 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Meta l-kriterji msemmijin fl-Artikolu 9(4) ta' dan ir-Regolament jintlaħqu, u meta l-użu ta' metodi ta' valutazzjoni msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 mhumiex possibbli, il-parteċipazzjonijiet f'impriżi relatati jistgħu jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' metodu ta' valutazzjoni li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jużaw biex iħejju r-rapporti finanzjarji annwali jew lkonsolidati tagħhom. F'każijiet bħal dawn, l-impriża parteċipanti għandha tnaqqas mill-valur tal-impriża relatata il-valur tal-avvjament u ta' assi intanġibbli oħrajn li kieku kienu jiġu vvalutati żero skont l-Artikolu 12(2) ta' dan ir-Regolament.”;

3.

Fl-Artikolu 68, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma għandhomx inaqqsu il-parteċipazzjonijiet strateġiċi kif imsemmi fl-Artikolu 171 li huma inklużi fil-kalkolu tas-solvenza tal-grupp abbażi tal-metodu 1 kif stipulat fl-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE jew abbażi tal-metodu 1 kif stipulat fl-Artikolu 230 tad-Direttiva 2009/138/KE.”;

4.

fit-Titolu I, il-Kapitolu V, it-Sezzjoni 5, tiddaħħal Subsezzjoni 1a li ġejja:

“Subsezzjoni 1a

Investimenti infrastrutturali kwalifikanti

Artikolu 164a

Investimenti infrastrutturali kwalifikanti

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, investiment infrastrutturali kwalifikanti għandu jinkludi investiment f'entità għall-proġett infrastrutturali li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

l-entità għall-proġetti infrastrutturali tista' tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha taħt stress kontinwu li huwa rilevanti għar-riskju tal-proġett;

(b)

il-flussi tal-flus li entità għall-proġett infrastrutturali tiġġenera għall-fornituri tas-self u għall-investituri azzjonarji huma prevedibbli;

(c)

l-assi ta' infrastruttura u l-entità għall-proġett infrastrutturali huma rregolati minn qafas kuntrattwali li jagħti lill-fornituri tas-self u lill-investituri azzjonarji grad għoli ta' protezzjoni li jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

meta r-rikavati tal-entità għall-proġetti infrastrutturali ma jkunux iffinanzjati permezz ta' pagamenti minn għadd kbir ta' utenti, il-qafas kuntrattwali għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jipproteġu b'mod effettiv lill-fornituri tas-self u lill-investituri azzjonarji kontra telf li jirriżulta meta l-parti, li taqbel li tixtri l-oġġetti jew is-servizzi pprovduti mill-entità għall-proġett infrastrutturali, ittemm il-proġett;

(b)

l-entità għall-proġett infrastrutturali jkollha biżżejjed fondi ta' riżerva jew arranġamenti finanzjarji oħra sabiex tkopri l-finanzjament ta' kontinġenza u r-rekwiżiti ta' kapital ta' ħidma tal-proġett;

Meta l-investimenti jkunu f'bonds jew self, dan il-qafas kuntrattwali għandu jinkludi wkoll dawn li ġejjin:

(i)

il-fornituri tas-self ikollhom is-sigurtà sa fejn tippermetti l-liġi applikabbli għall-assi u l-kuntratti kollha meħtieġa sabiex jitħaddem il-proġett;

(ii)

l-ekwità hija mirhuna lill-fornituri tas-self b'tali mod li huma jkunu jistgħu jieħdu kontroll tal-entità għall-proġett infrastrutturali qabel l-inadempjenza;

(iii)

l-użu ta' flussi ta' flus operatorji netti wara l-pagamenti obbligatorji għall-proġett għal skopijiet li mhumiex l-obbligi għall-ħlas tad-dejn huwa ristrett;

(iv)

restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tal-entità għall-proġett infrastrutturali biex twettaq attivitajiet li jistgħu jkunu ta' detriment għall-fornituri tas-self, inkluż li d-dejn il-ġdid ma jkunx jista' jinħareġ mingħajr il-kunsens tal-fornituri tas-self eżistenti;

(d)

meta l-investimenti jkunu f'bonds jew self, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tista' turi lis-sorveljanti li hija kapaċi żżomm l-investiment sal-maturità tiegħu;

(e)

meta l-investimenti jkunu f'bonds li għalihom ma jkunx hemm disponibbli valuttazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, l-istrument tal-investiment jkollu prijorità fuq kull pretensjoni oħra għajr il-pretensjonijiet statutorji u l-pretensjonijiet minn kontropartijiet tad-derivattivi;

(f)

meta l-investimenti jkunu f'ekwitajiet jew f'bonds jew f'self li għalihom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata ma tkunx disponibbli, jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:

(i)

l-assi ta' infrastruttura u l-entità għall-proġett infrastrutturali jkunu fiż-ŻEE jew fl-OECD;

(ii)

meta l-entità għall-proġett infrastrutturali tkun fil-fażi tal-kostruzzjoni, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati minn investitur azzjonarju, jew meta jkun hemm aktar minn investitur azzjonarju wieħed, il-kriterji li ġejjin għandhom jintlaħqu mill-grupp kollu tal-investituri azzjonarji;

l-investituri azzjonarji għandhom storja ta' suċċess marbuta mal-iskrutinju ta' proġetti infrastrutturali u mal-għarfien espert rilevanti;

l-investituri azzjonarji għandhom riskju baxx ta' inadempjenza, jew hemm riskju baxx ta' telf materjali għall-entità għall-proġett infrastrutturali b'riżultat tal-inadempjenza tagħha;

l-investituri azzjonarji huma inċentivati biex jipproteġu l-interessi tal-investituri;

(iii)

l-entità għall-proġett infrastrutturali tistabbilixxi salvagwardji biex tkun żgurata t-tlestija tal-proġett skont l-ispeċifikazzjoni, il-baġit jew id-data tat-tlestija miftiehma;

(iv)

meta r-riskji operatorji fejn huma materjali, jkunu ġestiti kif suppost;

(v)

l-entità għall-proġett infrastrutturali tuża teknoloġija u disinn ittestjati;

(vi)

l-istruttura kapitali tal-entità għall-proġett infrastrutturali tippermettilha li tirrispetta l-obbligi tad-dejn tagħha;

(vii)

ir-riskju ta' rifinanzjament għall-entità għall-proġett infrastrutturali huwa baxx;

(viii)

l-entità għall-proġett infrastrutturali tuża d-derivattivi għal skopijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju biss.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), il-flussi ta' flus iġġenerati għal fornituri tas-self u l-investituri azzjonarji ma għandhomx jitqiesu prevedibbli, dment li r-rikavati kollha, ħlief xi parti irrelevanti minnhom, jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jintlaħaq wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin:

(i)

ir-rikavati jkunu abbażi ta' disponibilità;

(ii)

ir-rikavati jkunu suġġett għal regolament tar-rata tar-redditu;

(iii)

ir-rikavati jkunu suġġett għal kuntratt take-or-pay;

(iv)

il-livell ta' produzzjoni jew tal-użu u l-prezz għandu b'mod indipendenti jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:

ikun irregolat;

ikun iffissat b'kuntratt;

huwa suffiċjentement prevedibbli minħaba d-domanda baxxa tar-riskju;

(b)

meta r-rikavati tal-entità għall-proġett infrastrutturali ma jkunux iffinanzjati mill-pagamenti ta' għadd kbir ta' utenti, il-parti li taqbel li tixtri l-oġġetti jew is-servizzi pprovduti mill-entità għall-proġetti infrastrutturali tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

entità elenkata fl-Artikolu 180(2) ta' dan ir-Regolament;

(ii)

awtorità lokali jew gvern reġjonali li jkunu elenkati fir-Regolament adottat skont l-Artikolu 109a(2)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(iii)

entità bi klassifikazzjoni ECAI bi skala tal-kwalità tal-kreditu ta' mill-inqas tlieta (3);

(iv)

entità li hija sostitwibbli mingħajr bidla sinifikanti fil-livell u fit-twaqqit tar-rikavat.”;

5.

L-Artikolu 168 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Is-submodulu tar-riskju tal-ekwità msemmi fil-punt (b) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 105(5) tad-Direttiva 2009/138/KE għandu jinkludi submodulu tar-riskju għall-ekwitajiet tat-tip 1 u submodulu tar-riskju għall-ekwitajiet tat-tip 2 u modulu tas-sottoriskju għall-ekwitajiet tal-infrastruttura kwalifikanti.

2.   L-ekwitajiet tat-tip 1 jinkludu l-ekwitajiet elenkati fis-swieq irregolati fil-pajjiżi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), jew li huma negozjati f'faċilitajiet ta' negozjar multilaterali, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(22) tad-Direttiva 2014/65/UE, li l-uffiċċju rreġistrat jew l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun fl-Istati Membri tal-UE.

3.   L-ekwitajiet tat-tip 2 jinvolvu ekwitajiet oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2, komoditajiet u investimenti alternattivi oħrajn. Jinkludu wkoll l-assi kollha minbarra dawk koperti fis-submodulu tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, is-submodulu tar-riskju ta' proprjetà jew is-submodulu tar-riskju ta' firxa, inklużi l-assi u l-esponimenti indiretti msemmijin fl-Artikolu 84(1) u (2) meta approċċ ta' trasparenza mhuwiex possibbli u l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni ma tagħmilx użu mid-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 84(3).”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3 a.   L-ekwitajiet tal-infrastruttura kwalifikanti għandhom jinkludu investimenti ta' ekwità f'entitajiet għall-proġetti infrastrutturali li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 164a.”;

(c)

il-paragrafu 4 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' ekwità jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

meta:

(a)

L-ekwitajiet tat-tip 1 tal-RKS (SCRtype1equities) jiddenotaw ir-rekwiżit ta' kapital għal ekwitajiet tat-tip 1;

(b)

L-ekwitajiet tat-tip 2 tal-RKS (SCRtype2equities) jiddenotaw ir-rekwiżit ta' kapital għal ekwitajiet tat-tip 2;

(c)

L-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw tal-RKS (SCRquinf) jiddenotaw ir-rekwiżit ta' kapital għall-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw.”,

(d)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw, miżmumin fl-impriżi ta' investiment kollettiv li huma fondi intraprenditorjali soċjali li jikkwalifikaw kif imsemmi fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament, ikun possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv, jew unitajiet jew ishma ta' dawk il-fondi meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv;

(b)

l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw, miżmumin fl-impriżi ta' investiment kollettiv li huma fondi intraprenditorjali soċjali li jikkwalifikaw kif imsemmi fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament, ikun possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv, jew unitajiet jew ishma ta' dawk il-fondi meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv;

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18)."

(**)  Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital tar-riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).”"

(ii)

fil-punt (c), il-punt (i) jinbidel b'dan li ġej:

“(i)

l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw miżmumin f'tali fondi meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament ikun possibbli għall-esponimenti kollha fil-fond ta' investiment alternattiv;”;

(iii)

jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw miżmumin f' impriżi ta' investiment kollettiv li huma awtorizzati bħala fondi Ewropej ta' investiment ta' terminu twil skont ir-Regolament (UE) 2015/760 meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament ikun possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv, jew unitajiet jew ishma ta' dawk il-fondi meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv.”;

6.

fl-Artikolu 169, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Ir-rekwiżit kapitali għall-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw imsemmijin fl-Artikolu 168 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta mit-tnaqqis f'daqqa li ġej:

(a)

tnaqqis f'daqqa ta' 22 % fil-valur tal-investimenti ta' ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw f'impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u 212(2) tad-Direttiva 2009/138/KE meta dawn l-investimenti jkunu ta' għamla strateġika;

(b)

tnaqqis istantanju ugwali għall-ammont ta' 30 % u ta' 77 % tal-aġġustament simmetriku kif imsemmi fl-Artikolu 172 ta' dan ir-Regolament, fil-valur ta' ekwitajiet tal-infrastruttura kwalifikanti, minbarra dawk imsemmijin fil-punt (a).”;

7.

fl-Artikolu 170, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Meta impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun irċeviet approvazzjoni superviżorja biex tapplika d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 304 tad-Direttiva 2009/138/KE, ir-rekwiżit kapitali għal ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw ikun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis f'daqqa ta':

(a)

22 % fil-valur tal-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw li jikkorrispondi għan-negozju msemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 304(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)

22 % fil-valur tal-investimenti ta' ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw f'impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u (2) tad-Direttiva 2009/138/KE, meta dawn l-investimenti jkunu ta' għamla strateġika;

(c)

tas-somma ta' 30 % u ta' 77 % tal-aġġustament simmetriku kif imsemmi fl-Artikolu 172 ta' dan ir-Regolament, fil-valur ta' ekwitajiet tal-infrastrutura kwalifikanti, minbarra dawk imsemmijin fil-punti (a) jew (b).”

8.

fl-Artikolu 171, is-sentenza introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

“Għall-finijiet tal-Artikolu 169(1)(a) u (2)(a) u (3)(a) u tal-Artikolu 170(1)(b), (2)(b) u (3)(b), l-investimenti ta' ekwità ta' għamla strateġika jfissru investimenti ta' ekwità li għalihom l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni parteċipanti turi dan li ġej:”;

9.

L-Artikolu 173 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 173

Kriterji għall-użu ta' miżura tranżitorja għar-riskju ta' ekwità standard

1.   Il-miżura ta' tranżizzjoni għar-riskju ta' ekwità standard stipulata fl-Artikolu 308b(13) tad-Direttiva 2009/138/KE tapplika biss għal ekwitajiet li nxtraw fl-1 ta' Jannar 2016 u li mhumiex suġġetti għar-riskju ta' ekwità bbażat fuq id-durata skont l-Artikolu 304 ta' dik id-Direttiva.

2.   Meta l-ekwitajiet jinżammu f'impriża tal-investiment kollettiv jew f'investimenti oħra aggregati bħala fondi, meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli, il-miżura ta' tranżizzjoni stipulata fl-Artikolu 308b(13) tad-Direttiva 2009/138/KE għandha tapplika għal proporzjon tal-ekwitajiet miżmumin fl-impriża ta' investiment kollettiv jew fl-investimenti aggregati bħala fondi skont l-allokazzjoni fil-mira tal-assi sottostanti fl-1 ta' Jannar 2016, dejjem jekk l-allokazzjoni fil-mira tkun disponibbli għall-impriża. Il-proporzjon tal-ekwitajiet li għalihom tiġi applikata l-miżura tranżitorja għandhom jitnaqqsu ta' kull sena b'mod proporzjonat għall-proporzjon tal-fatturat tal-assi tal-impriża ta' investiment kollettiv jew għall-investimenti aggregati bħala fondi. Meta l-allokazzjoni fil-mira tal-investimenti tal-ekwità ta' impriża tal-investiment kollettiv jew tal-investimenti aggregati bħala fondi tiżdied, il-proporzjon tal-ekwitajiet li għalihom hija applikata l-miżura tranżitorja ma jiżdiedx.”;

10.

fl-Artikolu 180, il-paragrafi 11, 12, u 13 li ġejjin huma miżjuda:

“11.   Esponimenti fil-forma ta' bonds u self li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 12 għandhom jiġu assenjati il-fattur ta' riskju stressi skont l-iskala tal-kwalità kreditizja u d-durata tal-esponiment skont it-tabella li ġejja:

Skala tal-kwalità tal-kreditu

0

1

2

3

Durata

(dur i)

stressi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

sa 5 snin

bi · duri

0,64 %

0,78 %

1,0 %

1,67 %

Iktar minn 5 snin u sa 10 snin

ai + bi · (duri – 5)

3,2 %

0,36 %

3,9 %

0,43 %

5,0 %

0,5 %

8,35 %

1,0 %

Iktar minn 10 snin u sa 15-il sena

ai + bi · (duri – 10)

5,0 %

0,36 %

6,05 %

0,36 %

7,5 %

0,36 %

13,35 %

0,67 %

Iktar minn 15-il sena u sa 20 sena

ai + bi · (duri – 15)

6,8 %

0,36 %

7,85 %

0,36 %

9,3 %

0,36 %

16,7 %

0,67 %

Iktar minn 20 sena

min[ai + bi · (duri – 20);1]

8,6 %

0,36 %

9,65 %

0,36 %

11,1 %

0,36 %

20,05 %

0,36 %

12.   Il-kriterji għall-esponimenti li jiġu assenjati fattur ta' riskju skont il-paragrafu 11 ikunu li:

(a)

l-esponiment ikollu x'jaqsam ma' investiment infrastrutturali kwalifikanti li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 164a;

(b)

l-esponiment ma huwiex assi li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

ikun assenjat għal portafoll tal-aġġustament korrispondenti skont l-Artikolu 77b(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

ikun ġie assenjat skala tal-kwalità kreditizja bejn 0 u 2.

(c)

valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata tkun disponibbli għall-esponiment;

(d)

l-esponiment ikun ġie assenjat skala tal-kwalità kreditizja bejn 0 u 3.

13.   Esponimenti fil-forma ta' bonds u self li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 12(a) u (b), li iżda ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 12(c), għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ekwivalenti għall-iskala 3 tal-kwalità kreditizja u durata tal-esponiment konformi mat-tabella li tidher fil-paragrafu 11.”;

11.

L-aħħar sentenza tal-Artikolu 181(b) tinbidel b'dan li ġej:

“Għall-assi fil-portofoll assenjat li għalihom ma hemmx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, u għal assi ta' infrastruttura kwalifikanti li jkunu ġew assenjati skala tal-kwalità kreditizja 3, il-fattur ta' tnaqqis għandu jkun ta' 100 %.”

12.

għandu jiddaħħal l-Artikolu 261a li ġej:

“Artikolu 261a

Immaniġjar tar-riskju għall-investimenti infrastrutturali kwalifikanti

1.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom joperaw bid-diliġenza dovuta qabel ma jagħmlu investiment infrastrutturali kwalifikanti, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(a)

valutazzjoni ddokumentata dwar kif il-proġett jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 164a, li kienet suġġetta għal proċess ta' validazzjoni, imwettaq minn persuni li huma ħielsa mill-influwenza ta' dawk il-persuni responsabbli mill-valutazzjoni tal-kriterji, u li ma għandhom l-ebda kunflitt ta' interess potenzjali ma' dawn il-persuni;

(b)

konferma li kwalunkwe mudell finanzjarju dwar il-flussi tal-flus tal-proġett kien suġġett għall-proċess ta' validazzjoni li twettqet minn persuni li huma ħielsa mill-influwenza ta' dawk il-persuni responsabbli mill-iżvilupp tal-mudell finanzjarju, u li ma għandhom l-ebda kunflitt ta' interess potenzjali ma' dawn il-persuni;

2.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b'investiment infrastrutturali kwalifikanti għandhom regolarment jimmonitorjaw u jwettqu testijiet tal-istress fuq il-flussi tal-flus u l-valuri tal-kollateral li jappoġġjaw l-entità għall-proġett infrastrutturali. Kwalunkwe test tal-istress ikun proporzjonat għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskju inerenti fil-proġett infrastrutturali.

3.   Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollhom investimenti infrastrutturali materjali li jikkwalifikaw, huma għandhom, meta jiġu stabbiliti l-proċeduri bil-miktub msemmija fl-Artikolu 41(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, jinkludu d-dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ attiv ta' dawn l-investimenti matul il-fażi ta' kostruzzjoni, u sabiex jiġi mmassimizzat l-ammont irkuprat minn dawn l-investimenti f'xenarju ta' twettiq ta' ħidma.

4.   L-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b'investiment infrastrutturali li jikkwalifika f'bonds jew f'self għandhom jistabbilixxu l-ġestjoni tal-attiv u tal-passiv sabiex jiżguraw, li fuq bażi kontinwa għandhom il-kapaċità li jżommu l-investiment sal-maturità.”;

13.

fl-Artikolu 316, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Mill-31 ta' Diċembru 2020, id-divulgazzjoni tinkludi dejta tal-erba' snin ta' qabel. Fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' qabel il-31 ta' Diċembru 2020, din għandha tinkludi d-dejta tas-snin kollha ta' qabel li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016.”.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet ta' tiswija

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 huwa kkoreġut kif ġej:

1.

fl-Artikolu 73(1), l-ewwel sentenza hi sostitwita bit-test li ġej:

“Il-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 72 għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-punti minn (a) sa (i) jew dawk stabbiliti fil-punt (j):”;

2.

L-Artikolu 170 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

tnaqqis f'daqqa ta' 22 % fil-valur tal-ekwitajiet tat-tip 1 li jikkorrispondi għan-negozju msemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 304(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

ta' 22 % fil-valur tal-ekwitajiet tat-tip 2 li jikkorrispondi għan-negozju msemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 304(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;”;

3.

L-Artikolu 176 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Bonds jew self li għalihom ikun hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont l-iskala tal-kwalità kreditizja u d-durata mmodifikata duri tal-bond jew tas-self i skont it-tabella li ġejja.

Skala tal-kwalità tal-kreditu

0

1

2

3

4

5 u 6

Durata

(dur i)

stressi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

sa 5 snin

bi · duri

0,9 %

1,1 %

1,4 %

2,5 %

4,5 %

7,5 %

Iktar minn 5 snin u sa 10 snin

ai + bi · (duri – 5)

4,5 %

0,5 %

5,5 %

0,6 %

7,0 %

0,7 %

12,5 %

1,5 %

22,5 %

2,5 %

37,5 %

4,2 %

Iktar minn 10 snin u sa 15-il sena

ai + bi · (duri – 10)

7,0 %

0,5 %

8,5 %

0,5 %

10,5 %

0,5 %

20,0 %

1,0 %

35,0 %

1,8 %

58,5 %

0,5 %

Iktar minn 15-il sena u sa 20 sena

ai + bi · (duri – 15)

9,5 %

0,5 %

11 %

0,5 %

13,0 %

0,5 %

25,0 %

1,0 %

44,0 %

0,5 %

61,0 %

0,5 %

Iktar minn 20 sena

min[ai + bi · (duri – 20);1]

12,0 %

0,5 %

13,5 %

0,5 %

15,5 %

0,5 %

30,0 %

0,5 %

46,6 %

0,5 %

63,5 %

0,5 %”

(b)

il-paragrafu 4 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Bonds u self li għalihom ma jkunx hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u li għaliha, id-debituri ma tawx kollateral li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 214, jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi skont id-durata duri tal-bond jew tas-self i skont it-tabella li ġejja:

Durata (dur i)

stressi

sa 5 snin

3 % · duri

Iktar minn 5 snin u sa 10 snin

15 % + 1,7 % · (duri – 5)

Iktar minn 10 snin u sa 20 sena

23,5 % + 1,2 % · (duri – 10)

Iktar minn 20 sena

min(35,5 % + 0,5 % · (duri – 20);1)”

4.

fl-Artikolu 179, il-paragrafu 1 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

is-sentenza tal-bidu hija sostitwita bit-test li ġej:

“Ir-rekwiżit kapitali dkRKS għar-riskju tal-firxa fuq derivati ta' kreditu minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikun daqs l-ogħla wieħed mir-rekwiżiti kapitali li ġejjin:”;

(b)

il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn żieda f'daqqa f'termini assoluti tal-firxiet tal-kreditu tal-istrumenti li jsawru d-derivati ta' kreditu;”

5.

fl-Artikolu 192, fil-paragrafu 2 fis-sottoparagrafu 5, il-formula tinbidel b'dan li ġej:

LGD = max(90 % · (Recoverables + 50 % · RMre ) – F′ · Collateral;0)”;.

6.

fl-Artikolu 218, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkunu kkonkludew bosta kuntratti tar-riassigurazzjoni għall-eċċess tat-telf u kull wieħed minn dawn jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt (d) tal-paragrafu 2, u li flimkien jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2, il-kombinament tagħhom jitqies bħala kuntratt rikonoxxibbli wieħed tar-riassigurazzjoni għall-eċċess tat-telf.”;

7.

fl-Artikolu 296, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Ir-rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja għandu jinkludi informazzjoni dwar l-oqsma stipulati fl-Artikolu 263 f'konformità mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif stipulat fil-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu.”;

8.

fl-Artikolu 317, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Id-dejta statistika aggregata annwali dwar l-impriżi u l-gruppi taħt superviżjoni skont l-Artikolu 316 għandha tiġi ddivulgata fir-rigward ta' kull sena kalendarja fi żmien tliet xhur wara d-data li sa din l-impriżi li jkollhom sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru huma meħtieġa jissottomettu mudelli kwantitattivi annwali skont l-Artikolu 312(1)(c). L-informazzjoni dwar l-awtoritajiet superviżorji għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni fi żmien erba' xhur wara l-31 ta' Diċembru ta' kull sena kalendarja.”

9.

fl-Artikolu 330, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Fil-valutazzjoni ta' jekk ċerti fondi proprji eliġibbli biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata, ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata ta' pajjiż terz, ta' kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta jistgħux effettivament jitqiegħdu għad-dispożizzjoni biex ikopru l-grupp tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkunsidraw l-elementi kollha li ġejjin:

(a)

jekk l-entrata ta' fondi proprji hijiex soġġetta għal rekwiżiti legali jew regolatorji li jillimitaw il-kapaċità ta' dik l-entrata biex tassorbi kull tip ta' telf kull meta jinqala' fil-grupp;

(b)

jekk hemmx rekwiżiti legali jew regolatorji li jillimitaw it-trasferibbiltà tal-assi lejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni oħra;

(c)

jekk ma jkunx possibbli li dawk il-fondi proprji jitqiegħdu għad-dispożizzjoni biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fi żmien massimu ta' 9 xhur;

(d)

jekk, meta jintuża l-metodu 2, l-entrata ta' fond proprju ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 71, 73 u 77; għal dan il-għan, it-terminu “Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza” f'dawn l-Artikoli jinkludi kemm ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża relatata li ħarġet l-element ta' fond proprju kif ukoll ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp.”;

10.

fl-Artikolu 375, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta parteċipanti għandhom jissottomettu lis-superviżur tal-grupp l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard minn 26 ġimgħa wara d-data ta' referenza tad-dikjrazzjoni finanzjarja tal-bidu kif imsemmi fl-Artikolu 314(1)(a).”;

11.

L-Anness XVII jiġi kkoreġut skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

12.

L-Anness XVIII jiġi kkoreġut skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament;

13.

L-Anness XXI jiġi kkoreġut skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament;

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98).

(4)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(7)  Id-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).

(9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 342/2014 tal-21 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu tar-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali għall-konglomerati finanzjarji (ĠU L 100, 3.4.2014, p. 1).


ANNESS I

L-Anness XVII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 2(c), jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

fejn il-metodu tar-riskju tal-premium jiġi applikat sabiex jissostitwixxi l-parametri standard imsemmija fl-Artikolu 218(1)(a)(ii) u (c)(ii), it-telf aggregat u l-primjum iggwadanjati ma jiġux aġġustati għall-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u strumenti ta' għan speċjali jew premiums tar-riassigurazzjoni;”

(b)

Fil-punt (2)(d), l-ewwel sentenza hija sostitwita b'li ġej:

“fejn il-metodu tar-riskju tal-premium jiġi applikat sabiex jissostitwixxi l-parametri standard imsemmija fl-Artikolu 218(1)(a)(i) u (c)(i):”;

(2)

Fil-punt (5) tal-parti D, l-ewwel sentenza u l-ewwel fomola hija sostitwita b'li ġej:

“Il-kwadrat medju tal-previżjoni jkun ugwali għal li ġej:

Image”;

(3)

Il-punt (3)(f) tal-parti F jiġi mibdul b'dan li ġej:

“(f)

fejn il-kuntratt rikonoxxibbli tar-riassigurazzjoni ta' eċċess ta' telf imsemmi fl-Artikolu 218(2) jipprovdi kumpens sa limitu speċifikat biss, b2 huwa l-ammont ta' dak il-limitu.”.


ANNESS II

L-Anness XVIII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt (2)(b) tal-parti C, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'li ġej:

“dawn jinkludu kull wieħed mis-submoduli tal-formula standard li ġejjin ħlief dawk li jagħqu fl-ambitu tal-mudell intern parzjali:”;

(2)

Il-punt (2)(c) tal-parti C jiġi mibdul b'dan li ġej:

“(c)

dawn jinkludu l-modulu ta' riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti tal-formula standard sakemm ma tkunx fl-ambitu tal-mudell intern parzjali.”.


ANNESS III

L-Anness XXI tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-aħħar sentenza tal-parti A tiġi mibdula b'dan li ġej:

“L-informazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 32 tiġi pprovduta f'relazzjoni mat-tmiem tal-aħħar sena kalendarja. Fir-rigward tal-paragrafi 12 sa 21, 23, 24 u 29 sa 31 l-informazzjoni tkun relatata mat-tmiem tas-sena finanzjarja tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u tal-gruppi ta' assigurazzjoni li ntemmu fl-aħħar sena kalendarja.”;

(2)

L-aħħar sentenza tal-parti B tiġi mibdula b'dan li ġej:

“L-informazzjoni stabbilita fil-paragrafi 2 sa 18 tiġi pprovduta fir-rigward tal-aħħar sena kalendarja.”.


1.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/468

tad-29 ta' Marzu 2016

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-paġella ħamra fl-ilmijiet internazzjonali u tal-Unjoni taż-żoni VI, VII u VIII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2016.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016.

(3)

Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).


ANNESS

Nru

02/DSS

Stat Membru

Franza

Stokk

SBR/678-

Speċi

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII

Data

26.2.2016


1.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/469

tad-29 ta' Marzu 2016

li jistabbilixxi l-projbizzjoni tas-sajd għall-petrika fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016.

(3)

Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).


ANNESS

Nru

03/TQ72

Stat Membru

Franza

Stokk

ANF/8C3411

Speċi

Petrika (Lophiidae)

Żona

VIIIc, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

Data tal-għeluq

26.2.2016


1.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/470

tad-29 ta' Marzu 2016

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlin abjad fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2016.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016.

(3)

Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).


ANNESS

Nru

04/TQ72

Stat Membru

Spanja

Stokk

WHM/ATLANT

Speċi

Marlin Abjad (Tetrapturus albidus)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Data tal-għeluq

1.1.2016


1.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/471

tad-29 ta' Marzu 2016

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2016.

(3)

Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2016 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).


ANNESS

Nru

05/TQ72

Stat Membru

Spanja

Stokk

BUM/ATLANT

Speċi

Marlin Blu (Makaira nigricans)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Data tal-għeluq

1.1.2016


1.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/472

tal-31 ta' Marzu 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 72/2010 fir-rigward tad-definizzjoni tat-terminu “spettur tal-Kummissjoni”

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (2), b'mod partikolari l-Anness XIII tiegħu, jipprovdi li l-Istati Membri ŻEE tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) għandhom jimplimentaw l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni u li l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha twettaq l-ispezzjonijiet f'dawk l-Istati Membri. Sabiex ikun hemm aktar armonizzazzjoni fl-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tinkludi esperti kkwalifikati mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u mill-Istati Membri tal-EFTA fit-timijiet tagħha tal-ispezzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni.

(2)

Is-Segretarjat tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (ECAC) jikkoordina l-verifiki tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Istati Membri tal-ECAC bl-għan li tiġi żgurata l-konformità mal-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni. Sabiex jissaħħaħ l-iskambju tal-aħjar prassi bejn is-Segretarjat u l-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tinkludi esperti kkwalifikati mis-Segretarjat tal-ECAC fit-timijiet tagħha tal-ispezzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 (3) jinbidel b'dan li ġej:

“3.

“Spettur tal-Kummissjoni” tfisser persuna magħżula mill-Kummissjoni biex tieħu sehem fl-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni, li tkun ċittadin tal-Unjoni jew ta' Stat Membru tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u li tkun impjegata minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

il-Kummissjoni;

Stat Membru tal-Unjoni, bħala awditur nazzjonali;

Stat Membru tal-EFTA, bħala persuna inkarigata mit-twettiq ta' attivitajiet ta' sorveljanza tal-konformità fuq livell nazzjonali f'isem dak l-Istat Membru;

l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA,

is-Segretarjat tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Ir- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 tas-26 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 1).


1.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/473

tal-31 ta' Marzu 2016

li jemenda għall-244 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-28 ta' Marzu 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jżid persuna fiżika waħda mal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata li ġejja tiżdied mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

“Nayef Salam Muhammad Ujaym Al-Hababi (magħruf bħala (a) Nayf Salam Muhammad Ujaym al-Hababi, (b) Faruq al-Qahtani, (c) Faruq al-Qatari, (d) Farouq al-Qahtani al Qatari, (e) Sheikh Farooq al-Qahtani, (f) Shaykh Imran Farouk, (g) Sheikh Faroq al-Qatari). Data tat-twelid: (a) 1981, (b) Madwar 1980. Post tat-twelid: l-Arabja Sawdija Nazzjonalità: (a) l-Arabja Sawdija, (b) il-Qatar. In-Nru tal-Passaport: 592667 (passaport tal-Qatar maħruġ fit-3 ta' Mejju 2007). L-indirizz: l-Afganistan (mill-2009). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 28.3.2016.”


1.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/474

tal-31 ta' Marzu 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

236,2

MA

94,7

TR

113,2

ZZ

148,0

0707 00 05

MA

83,3

TR

131,8

ZZ

107,6

0709 93 10

EG

44,3

MA

45,6

TR

157,0

ZZ

82,3

0805 10 20

EG

33,9

IL

75,6

MA

56,4

TN

70,5

TR

71,6

ZA

47,6

ZZ

59,3

0805 50 10

MA

85,6

TR

104,1

ZZ

94,9

0808 10 80

BR

79,0

CL

105,6

CN

124,1

US

142,5

ZA

71,2

ZZ

104,5

0808 30 90

AR

134,9

CL

98,9

CN

88,3

TR

159,2

ZA

103,5

ZZ

117,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

1.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/475

tal-31 ta' Marzu 2016

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK).

(2)

Il-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) għandha tiddaħħal fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK.

(3)

Għandhom jiżdiedu derogi limitati dwar il-KNIC esklużivament għal ħlasijiet lill-KNIC minn persuni jew entitajiet tal-UE meħtieġa għall-kisba ta' servizzi ta' assigurazzjoni għall-attivitajiet tagħhom fir-RDPK. Persuni jew entitajiet tal-UE għandhom jitħallew jirċievu wkoll ħlasijiet mill-KNIC biex jiġu sodisfatti d-debiti tagħhom li jirriżultaw minn servizzi bħal dawn jew fir-rigward ta' danni kkawżati fit-territorju tal-UE. Għandha tiżdied ukoll dispożizzjoni li tippermetti lill-KNIC tagħmel ħlasijiet dovuti skont kuntratt li jkun sar qabel id-deżinjazzjoni tagħha.

(4)

L-entrati għal sitt persuni elenkati fl-Anness II għandhom jiġu emendati.

(5)

L-entrata għal entità waħda fl-Anness II għandha titħassar.

(6)

Id-Deċiżjoni 2013/183/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/183/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 15 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Fir-rigward tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC):

(a)

L-Istati Membri rilevanti jistgħu jawtorizzaw li persuni u entitajiet tal-UE jirċievu ħlasijiet mill-KNIC dment li:

(i)

il-ħlas huwa dovut:

f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' kuntratt għal servizzi ta' assigurazzjoni mogħtija mill-KNIC meħtieġa għall-attivitajiet tal-persuna jew entità tal-UE fir-RDPK, jew

f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' kuntratt għal servizzi ta' assigurazzjoni mogħtija mill-KNIC fir-rigward ta' danni kkawżati fit-territorju tal-Unjoni minn kwalunkwe parti għal tali kuntratt;

(ii)

il-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1; u

(iii)

il-ħlas mhuwiex relatat direttament jew indirettament mal-attivitajiet projbiti f'din id-Deċiżjoni.

(b)

L-Istati Membri rilevanti jistgħu jawtorizzaw lil persuni u entitajiet tal-UE jagħmlu ħlasijiet lill-KNIC esklużivament sabiex jinkisbu servizzi tal-assigurazzjoni meħtieġa għall-attivitajiet ta' dawn il-persuni jew entitajiet fir-RDPK dment li dawn l-attivitajiet mhumiex projbiti f'din id-Deċiżjoni.

(c)

Ebda awtorizzazzjoni bħal din m'għandha tkun meħtieġa għal ħlasijiet minn jew lill-KNIC li jkunu meħtieġa għal finijiet uffiċjali ta' missjoni diplomatika jew konsulari ta' Stat Membru fir-RDPK.

(d)

Il-paragrafu 1 m'għandux jipprevjeni lill-KNIC milli tagħmel ħlas dovut skont kuntratt konkluż qabel id-deżinjazzjoni tagħha, dejjem jekk l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li:

(i)

il-kuntratt mhuwa relatat ma' ebda oġġett, materjal, tagħmir, merkanzija, teknoloġija, assistenza, taħriġ, assistenza finanzjarja, investiment, servizz ta' senserija jew servizz ipprojbiti msemmija f'din id-Deċiżjoni;

(ii)

il-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.

Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.”.

(2)

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  ĠU L 111, 23.4.2013, p. 52.


ANNESS

II.

Persuni u entitajiet li jagħtu servizzi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea relatati man-nuklear, il-missili ballistiċi jew armi oħra tal-qerda massiva.

(1)

L-entrati li jikkonċernaw is-sitt persuni elenkati hawn taħt, kif stipulat fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK, huma sostitwiti mill-entrati li ġejjin:

“A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

4.

KIM Il-Su

Data tat-twelid: 2.9.1965

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Manager fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

5.

KANG Song-Sam

Data tat-twelid: 5.7.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Ex-rappreżentant awtorizzat tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) f'Hamburg, jibqa' jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

6

CHOE Chun-Sik

Data tat-twelid: 23.12.1963

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Nru tal-Passaport 745132109

Validu sat-12.2.2020

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

7.

SIN Kyu-Nam

Data tat-twelid: 12.9.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Nru tal-Passaport PO472132950

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

8.

PAK Chun-San

Data tat-twelid: 5.7.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Nru tal-Passaport PS472220097

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang sa mill-anqas Diċembru 2015 u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, ikompli jaġixxi għal jew f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

9.

SO Tong Myong

Data tat-twelid: 10.9.1956

President tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC), li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha”

(2)

L--entità elenkata hawn taħt għandha titħassar mil-lista mniżżla fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK:

“5.

Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) GmbH (psewdonimu Korea Foreign Insurance Company)”.

(3)

L-entità elenkata hawn isfel għandha tiddaħħal fil-lista ta' entitajiet soġġett għal miżuri restrittivi kif jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK:

“B.   Entitajiet

 

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

6.

Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) u l-fergħat tagħha (magħrufa wkoll bħala Korea Foreign Insurance Company)

Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, RDPK

Rahlstedter Strasse 83 a, 22149 Hamburg.

Korea National UInsurance Corporation of Alloway, Kidbrooke Park Road, Blackheath,

London SE30LW

Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC), li hija kumpannija tal-Istat u kkontrollata minnu, qed tiġġenera dħul sostanzjali f'munita barranija li tista' tikkontribwixxi għal programmi tar-RDPK relatati man-nuklear, relatati mal-missili ballistiċi jew relatati ma' armi oħra tal-qerda massiva.

Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang huma konnessi mal-Uffiċċju 39 tal-Partit tal-Ħaddiema Koreani, li huwa entità deżinjata.”


1.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/476

tal-31 ta' Marzu 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1) li, fost l-oħrajn, implimentat ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR”) 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) u 2094 (2013).

(2)

Fit-2 ta' Marzu 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 2270 (2016), li tesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar it-test nukleari mwettaq mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ir-“RDPK”) fis-6 ta' Jannar 2016 bi ksur tar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-KSNU, u tkompli tikkundanna l-illanċjar tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016, fejn intużat teknoloġija ta' missili ballistiċi u kisret b'mod gravi r-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-KSNU, u iddeterminat li għad hemm theddida ċara għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-reġjun u lil hinn minnu.

(3)

L-UNSCR 2270 (2016), li tesprimi tħassib kbir li l-bejgħ tal-armi tar-RDPK iġġenera dħul li jintuża għall-armi nukleari u l-missili ballistiċi, tiddeċiedi li r-restrizzjonijiet fuq l-armi għandhom ikopru l-armi kollha u kull materjal relatat, inklużi armi ħfief u ta' kalibru żgħir u l-materjal relatat. L-UNSCR 2270 (2016) testendi ulterjorment projbizzjonijiet fuq it-trasferiment u l-akkwist ta' kwalunkwe oġġett li jista' jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati tar-RDPK jew għal esportazzjonijiet li jappoġġjaw jew itejbu l-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati ta' Stat Membru ieħor barra r-RDPK.

(4)

L-UNSCR 2270 (2016) tispeċifika li l-projbizzjoni fuq l-akkwist ta' assistenza teknika relatata mal-armi tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jospitaw lil ħarrieġa, konsulenti, jew uffiċjali oħra għall-fini ta' taħriġ militari, paramilitari jew taħriġ relatat mal-pulizija.

(5)

L-UNSCR 2270 (2016) tafferma li l-projbizzjonijiet fuq it-trasferiment, l-akkwist u provvista ta' assistenza teknika relatata ma' ċerti oġġetti japplikaw ukoll fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti lejn jew mir-RDPK għat-tiswija, il-manutenzjoni, ir-restawr, l-ittestjar, ir-reverse-engineering, u l-kummerċjalizzazzjoni, irrispettivament mill-fatt jekk is-sjieda jew il-kontroll jiġux trasferiti, u tissottolinja li l-miżuri ta' projbizzjoni ta' viża għandhom japplikaw ukoll għal kwalunkwe individwu li jivvjaġġa għall-finijiet imsemmija hawn fuq.

(6)

L-UNSCR 2270 (2016) testendi l-lista ta' individwi u entitajiet soġġetti għal iffriżar tal-assi u miżuri ta' projbizzjoni ta' viżi u tiddeċiedi li l-iffriżar tal-assi għandu japplika fir-rigward ta' entitajiet tal-Gvern tar-RDPK jew tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, f'każijiet fejn l-Istat Membru jiddetermina li huma assoċjati mal-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew ma' attivitajiet oħrajn ipprojbiti mir-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-KSNU.

(7)

L-UNSCR 2270 (2016), waqt li tesprimi tħassib li r-RDPK qed tabbuża mill-privileġġi u l-immunitajiet mogħtija taħt il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi u l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Konsulari, tiddeċiedi wkoll dwar miżuri addizzjonali mmirati li jipprevjenu diplomatiċi jew rappreżentanti Governattivi tar-RDPK jew individwi minn Stati terzi milli jaġixxu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' individwi jew entitajiet iddeżinjati jew milli jipparteċipaw f'attivitajiet ipprojbiti.

(8)

L-UNSCR 2270 (2016) tiċċara aktar l-ambitu tal-obbligu għall-Istati Membri li jipprevjenu t-taħriġ speċjalizzat ta' ċittadini tar-RDPK f'ċerti dixxiplini sensittivi.

(9)

L-UNSCR 2270 (2016) testendi wkoll l-ambitu tal-miżuri applikabbli għas-settur tat-trasport u s-settur finanzjarju.

(10)

L-UNSCR 2270 (2016) tipprojbixxi l-akkwist ta' ċerti minerali u l-esportazzjoni ta' karburant għall-avjazzjoni.

(11)

L-UNSCR 2270 (2016) testendi ulterjorment il-projbizzjonijiet fuq il-forniment ta' appoġġ finanzjarju għall-kummerċ mar-RDPK.

(12)

L-UNSCR 2270 (2016) tfakkar li t-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) appellat lill-pajjiżi biex japplikaw diliġenza dovuta msaħħa u kontromiżuri effettivi għall-protezzjoni tal-ġurisdizzjonijiet tagħhom mill-attività finanzjarja illeċita tar-RDPK, u tappella lill-Istati Membri biex japplikaw ir-Rakkomandazzjoni 7 tal-FATF, in-Nota Interpretattiva tagħha u l-gwida relatata għall-implimentazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati li jirrigwardaw il-proliferazzjoni.

(13)

L-UNSCR 2270 (2016) tissottolinja wkoll li l-miżuri imposti minnha ma għandhomx l-intenzjoni li jkollhom konsegwenzi umanitarji negattivi għall-popolazzjoni ċivili tar-RDPK jew li jaffettwaw b'mod negattiv l-attivitajiet li mhumiex projbiti mir-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-KSNU, u l-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jwettqu attivitajiet ta' assistenza u sokkors fir-RDPK għall-benefiċċju tal-popolazzjoni ċivili tar-RDPK.

(14)

L-UNSCR 2270 (2016) tesprimi l-impenn tagħha favur soluzzjoni paċifika, diplomatika u politika għas-sitwazzjoni u tafferma mill-ġdid l-appoġġ tagħha għat-Taħditiet bejn Sitt Partijiet u titlob li dawn jerġgħu jibdew.

(15)

L-UNSCR 2270 (2016) tafferma li l-azzjonijiet tar-RDPK għandhom jinżammu taħt analiżi kontinwa u li l-KSNU huwa lest li jsaħħaħ, jimmodifika, jissospendi jew jirrevoka l-miżuri skont is-sitwazzjoni fid-dawl tal-konformità tar-RDPK u hu determinat li jieħu aktar miżuri sinifikanti fl-eventwalità ta' test nukleari ieħor tar-RDPK jew illanċjar ieħor.

(16)

Hemm bżonn ta' azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni.

(17)

Id-Deċiżjoni 2013/183/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/183/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(1), il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

kwalunkwe oġġett ieħor li jista' jikkontribwixxi għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi jew programmi oħra ta' armi ta' qerda massiva tar-RDPK, għal attivitajiet ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU jew minn din id-Deċiżjoni. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'din id-dispożizzjoni.”

(2)

fl-Artikolu 1(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(f)

kwalunkwe oġġett ieħor, ħlief ikel jew mediċina, jekk l-Istat Membru jiddetermina li jkun jista' jikkontribwixxi direttament għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati tar-RDPK jew għal esportazzjonijiet li jappoġġjaw jew itejbu l-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati ta' Stat ieħor barra mir-RDPK.”

(3)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 1a

1.   Il-miżuri imposti mill-punt (f) tal-Artikolu 1(1) ma għandhomx japplikaw għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' oġġett, jew l-akkwist tiegħu, fejn:

(a)

l-Istat Membru jiddetermina li tali attività hija esklużivament għal finijiet umanitarji jew esklużivament għall-finijiet ta' għajxien li mhux ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw dħul, u wkoll mhux relatati ma' ebda attività pprojbita mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, dment li l-Istat Membru jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel b'tali determinazzjoni u jinforma wkoll lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni tal-iżvijar tal-oġġett għal tali finijiet oħra; jew

(b)

il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, skont il-każ, li forniment, bejgħ jew trasferiment partikolari ma jmurx kontra l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).”

(4)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

L-akkwist mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, ta' deheb, ta' minerali tat-titanju, tal-vanadju, u minerali skarsi tal-art, għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk joriġinawx fit-territorju tar-RDPK jew le. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'din id-dispożizzjoni.”.

(5)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 4a

1.   L-akkwist ta' faħam, ħadid, u minerali tal-ħadid mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk dawn joriġinawx fit-territorju tar-RDPK jew le. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'din id-dispożizzjoni.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta' faħam li l-Istat Membru tal-akkwist jikkonferma, abbażi ta' informazzjoni kredibbli, li kien oriġina minn barra r-RDPK u ġie trasportat mir-RDPK unikament biex jiġi esportat mill-Port ta' Rajin (Rason), dment li l-Istat Membru jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel u li tali transazzjonijiet mhumiex relatati mal-ġenerazzjoni ta' dħul għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta' transazzjonijiet li huma determinati li jkunu esklużivament għall-finijiet ta' għajxien u mhumiex relatati mal-ġenerazzjoni ta' dħul għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) minn jew din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4b

1.   Il-bejgħ jew il-forniment ta' karburant għall-avjazzjoni, inkluż gażolina għall-avjazzjoni, karburant tal-ġettijiet tat-tip nafta, karburant tal-ġettijiet tat-tip kerosin, u karburant tar-rokits tat-tip kerosin lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit sew jekk joriġina mit-territorji tal-Istati Membri u sew jekk le.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun approva minn qabel, skont il-każ u fuq bażi eċċezzjonali, it-trasferiment lejn ir-RDPK ta' prodotti bħal dawn għal ħtiġijiet umanitarji essenzjali vverifikati u soġġett għal arranġamenti speċifikati għall-monitoraġġ effettiv tat-twassil u l-użu.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward tal-bejgħ jew il-forniment ta' karburant għall-avjazzjoni lil inġenji tal-ajru ċivili tal-passiġġieri barra mir-RDPK esklużivament biex jintuża matul it-titjira tagħhom lejn ir-RDPK u t-titjira ta' ritorn tagħhom.”

(6)

l-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

L-Istati Membri ma għandhomx jipprovdu appoġġ finanzjarju pubbliku u privat għall-kummerċ mar-RDPK, inkluż l-għoti ta' krediti għall-esportazzjoni, garanziji jew assigurazzjoni, liċ-ċittadini jew l-entitajiet tagħhom involuti f'tali kummerċ, fejn tali appoġġ finanzjarju jista' jikkontribwixxi għall-programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari jew mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU jew minn din id-Deċiżjoni.”.

(7)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Sabiex jiġi impedut il-forniment tas-servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta' jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew minn jew għal ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn, inklużi ammonti kbar ta' flus kontanti, li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU jew minn din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw sorveljanza msaħħa, f'konformità mal-awtoritajiet nazzjonali u l-leġislazzjoni tagħhom, tal-attivitajiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom ma':

(a)

banek domiċiljati fir-RDPK;

(b)

fergħat u sussidjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, kif elenkati fl-Anness IV;

(c)

fergħat u sussidjarji barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, kif elenkati fl-Anness V; u

(d)

entitajiet finanzjarji li la huma domiċiljati fir-RDPK u lanqas fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri iżda li huma kontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fir-RDPK, kif elenkati fl-Anness V,

sabiex jiġi evitat li tali attivitajiet jikkontribwixxu għal programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew armi oħrajn tal-qerda massiva.”

(8)

l-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   Il-ftuħ ta' fergħat, sussidjarji, jew uffiċċji ta' rappreżentanza ta' banek tar-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK, il-fergħat u s-sussidjarji tiegħu, u ta' entitajiet finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 7(1), fit-territorji tal-Istati Membri għandu jkun projbit.

2.   Fergħat, sussidjarji u uffiċji ta' rappreżentanza eżistenti għandhom jingħalqu fi żmien disgħin jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016).

3.   Għandu jkun projbit għall-banek tar-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK, il-fergħat u s-sussidjarji tiegħu, u għal entitajiet finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 7(1):

(a)

li jistabbilixxu impriżi konġunti ġodda ma' banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

(b)

li jieħdu drittijiet ta' proprjetà f'banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

(c)

li jistabbilixxu jew li jżommu relazzjonijiet bankarji korrispondenti ma' banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

sakemm it-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi (a), (b) jew (c) ta' hawn fuq ma jkunux ġew approvati minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

4.   Impriżi konġunti eżistenti, interessi ta' sjieda u relazzjonijiet bankarji korrispondenti ma' banek tar-RDPK għandhom jintemmu fi żmien disgħin jum wara l-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016).

5.   L-istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jiġu pprojbiti milli jiftħu uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji, fergħat jew kontijiet bankarji fir-RDPK.

6.   L-uffiċċji ta' rappreżentanza, is-sussidjarji jew il-kontijiet bankarji eżistenti fir-RDPK għandhom jingħalqu fi żmien disgħin jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016), jekk l-Istat Membru rilevanti jkollu informazzjoni kredibbli li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li tali servizzi finanzjarji jistgħu jikkontribwixxu għal programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew għal attivitajiet oħra pprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

7.   Il-paragrafu 6 ma għandux japplika jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina, skont il-każ, li tali uffiċċji, sussidjarji jew kontijiet huma meħtieġa biex titwassal għajnuna umanitarja jew għall-attivitajiet ta' missjonijiet diplomatiċi fir-RDPK skont il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi jew l-attivitajiet tan-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji speċjalizzati tagħha jew organizzazzjonijiet relatati, jew għal kwalunkwe fini ieħor li jkun konsistenti mal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).”

(9)

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw, f'konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, inkluż il-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, il-merkanzija kollha lejn u mir-RDPK fit-territorju tagħhom, jew fi transitu mit-territorju tagħhom, inkluż fl-ajruporti, fil-portijiet tal-baħar u fiż-żoni ta' kummerċ ħieles tagħhom, jew il-merkanzija intermedjata jew iffaċilitata mir-RDPK jew minn ċittadini tar-RDPK, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjetà jew kkontrollati minnhom, jew minn persuni jew entitajiet elenkati fl-Anness I, jew merkanzija li qed tiġi ttrasportata fuq inġenji tal-ajru jew bastimenti tal-baħar li jtajru l-bandiera tar-RDPK, għall-finijiet tal-iżgurar li l-ebda oġġett ma jiġi ttrasferit bi ksur tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016).”

(10)

fl-Artikolu 10, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   F'konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, inkluż il-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-merkanzija kollha lejn u mir-RDPK fit-territorju tagħhom, jew li tkun fi transitu fit-territorju tagħhom, jew il-merkanzija intermedjata jew iffaċilitata mir-RDPK jew miċ-ċittadini tar-RDPK, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom, inkluż fl-ajruporti u l-portijiet tagħhom, jekk huma ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.”

(11)

l-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

1.   L-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess lil kwalunkwe inġenju tal-ajru biex jinżel, jitlaq minn jew itir fuq it-territorju tagħhom, jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont il-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew skont din id-Deċiżjoni.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' nżul ta' emerġenza jew f'kondizzjonijiet ta' ħatt l-art għal spezzjoni.”

(12)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 11a

1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' kwalunkwe bastiment, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-bastiment huwa ta' proprjetà jew ikkontrollat, direttament jew indirettament, minn persuna jew entità elenkata fl-Anness I, jew li fih merkanzija li l-forniment, il-bejgħ jew l-esportazzjoni tagħha hija pprojbita skont il-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' emerġenza jew fil-każ ta' ritorn fil-port ta' oriġini tiegħu, jew għal spezzjoni jew jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe fini ieħor konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 2270 (2016).”

(13)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 12a

1.   Għandu jiġi pprojbit il-kiri jew in-noleġġ ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru bandiera jew il-forniment ta' servizzi ta' ekwipaġġ lir-RDPK, lil kwalunkwe persuna jew entità elenkata fl-Anness I, lil kwalunkwe entità oħra tar-RDPK, lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li l-Istat Membru jiddetermina li tkun assistiet fl-evażjoni ta' sanzjonijiet jew fil-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016), lil kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk imsemmija, u lil kwalunkwe entità ta' proprjetà ta' jew ikkontrollata minn kwalunkwe minn dawk imsemmija qabel.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-kiri, in-noleġġ jew il-forniment ta' servizzi ta' ekwipaġġ jekk l-Istat Membru rilevanti jkun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bil-quddiem, skont il-każ, u jkun ipprovda lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet l-informazzjoni li turi li tali attivitajiet huma esklużivament għal finijiet ta' għajxien u li mhux ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw dħul, u b'informazzjoni dwar miżuri biex jiġi evitat li attivitajiet bħal dawn jikkontribwixxu għal ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

Artikolu 12b

L-Istati Membri għandhom ineħħu mir-reġistru kwalunkwe bastiment li jkun ta' proprjetà, imħaddem jew għandu ekwipaġġ tar-RDPK u ma għandhomx jirreġistraw xi bastiment bħal dan li tneħħa mir-reġistru minn Stat ieħor skont il-paragrafu 19 tal-UNSCR 2270 (2016).

Artikolu 12c

1.   Għandu jkun ipprojbit li jiġu rreġistrati bastimenti fir-RDPK, li tinkiseb awtorizzazzjoni għal bastiment biex juża l-bandiera tar-RDPK, jew li wieħed ikollu, jikri, iħaddem, jew jipprovdi kwalunkwe klassifikazzjoni, ċertifikazzjoni jew servizz assoċjat lil bastiment, jew li jiġi assigurat kwalunkwe bastiment li jtajjar bandiera tar-RDPK.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal attivitajiet innotifikati bil-quddiem lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, skont il-każ, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru rilevanti jkun ipprovda lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet l-informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet, inklużi l-ismijiet tal-persuni u l-entitajiet involuti fihom, informazzjoni li turi li dawk l-attivitajiet huma esklużivament għal finijiet ta' għajxien li mhux ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw dħul u informazzjoni dwar miżuri li ttieħdu biex jiġi evitat li attivitajiet bħal dawn jikkontribwixxu għal ksur tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).”

(14)

fl-Artikolu 13, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta':

(a)

il-persuni nominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà bħala responsabbli għal-linji ta' politika tar-RDPK, inkluż permezz ta' appoġġ jew promozzjoni, fir-rigward ta' programmi tagħha relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda massiva, flimkien mal-membri tal-familji tagħhom, jew persuni li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif elenkat fl-Anness I.

(b)

il-persuni mhux koperti bl-Anness I, kif elenkati fl-Anness II:

(i)

li huma responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva, inkluż permezz ta' appoġġ jew promozzjoni jew persuni li jaġixxu f'isimhom, jew taħt id-direzzjoni tagħhom;

(ii)

li jagħtu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta' jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew li jinvolvu ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva;

(iii)

li huma involuti fi, inkluż permezz tal-għoti ta' servizzi finanzjarji, il-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew il-forniment lir-RDPK ta' oġġetti, materjali, tagħmir, beni u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva;

(c)

il-persuni mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II jew persuni li qed jassistu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet jew li qed jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, kif elenkat fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Il-punt (a) tal-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina fuq bażi ta' każ b'każ li tali vjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inklużi obbligi reliġjużi, jew fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jikkonkludi li eżenzjoni tippromwovi b'xi mod l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).”.

(15)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 14a

1.   L-Istati Membri għandhom ikeċċu persunal diplomatiku, rappreżentanti tal-gvern jew ċittadini oħra tar-RDPK li jaġixxu f'kapaċità governattiva li huma jiddeterminaw li qed jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I, jew ta' individwu jew entitajiet li jassistu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet jew li qed jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016), mit-territorji tagħhom għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn ir-RDPK, b'mod konsistenti mal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' transitu ta' rappreżentanti tal-Gvern tar-RDPK lejn il-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jew faċilitajiet oħra tan-NU biex jeżerċitaw attivitajiet relatati man-Nazzjonijiet Uniti.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-preżenza ta' persuna hija meħtieġa għat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal finijiet mediċi, ta' sikurezza jew finijiet umanitarji oħra, jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija tal-individwu tmur kontra l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016).

Artikolu 14b

1.   L-Istati Membri għandhom ikeċċu ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma jiddeterminaw li qed jaħdmu f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I, jew li qed jassistu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet jew li qed jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), jew 2270 (2016), mit-territorji tagħhom għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn l-istat ta' ċittadinanza tal-individwu, b'mod konsistenti mal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-preżenza ta' persuna hija meħtieġa għat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal finijiet mediċi, ta' sikurezza jew finijiet umanitarji oħra, jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija tal-individwu tmur kontra l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016).

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika f'każ ta' transitu ta' rappreżentanti tal-Gvern tar-RDPK lejn il-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jew lejn faċilitajiet oħra tan-NU biex jeżerċitaw attivitajiet relatati man-Nazzjonijiet Uniti.”.

(16)

fl-Artikolu 15(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

il-persuni u l-entitajiet mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II jew persuni li qed jassistu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet jew li qed jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270(2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, kif elenkat fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.”.

(17)

fl-Artikolu 15(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(d)

l-entitajiet tal-Gvern tar-RDPK jew tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, li l-Istat Membru jiddetermina li huma assoċjati mal-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) għandhom jiġu ffriżati.”.

(18)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 15a

Il-punt (d) tal-Artikolu 15(1) ma għandux japplika fir-rigward ta' fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra li huma meħtieġa biex jitwettqu attivitajiet tal-missjonijiet tar-RDPK għan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħha u organizzazzjonijiet relatati jew missjonijiet diplomatiċi u konsulari oħra tar-RDPK, u għal kwalunkwe fond, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina bil-quddiem, skont il-każ, li huma meħtieġa għall-għoti ta' għajnuna umanitarja, id-denuklearizzazzjoni jew kwalunkwe fini ieħor b'mod konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 2270 (2016).

Artikolu 15b

1.   L-uffiċċji rappreżentattivi tal-entitajiet elenkati fl-Anness I għandhom jingħalqu.

2.   Il-parteċipazzjoni diretta jew indiretta f'impriżi konġunti jew kwalunkwe arranġament kummerċjali ieħor minn entitajiet elenkati fl-Anness I, kif ukoll minn persuni jew entitajiet li jaġixxu għalihom jew f'isimhom, hija pprojbita.”.

(19)

l-Artikolu 16 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 16

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeżerċitaw viġilanza u jipprevjenu tagħlim jew taħriġ speċjalizzat ta' ċittadini tar-RDPK, fit-territorji tagħhom jew minn ċittadini tagħhom, ta' dixxipplini li jikkontribwixxu għall-attivitajiet nukleari sensittivi ta' proliferazzjoni tar-RDPK u għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, inkluż tagħlim jew taħriġ fil-fiżika avvanzata, is-simulazzjoni avvanzata bil-kompjuter u xjenzi tal-kompjuter relatati, in-navigazzjoni ġeospazjali, l-inġinerija nukleari, l-inġinerija ajruspazjali, l-inġinerija ajrunawtika u dixxiplini relatati.”.

(20)

l-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 17

L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi internazzjonali, jeżerċitaw viġilanza akbar fuq il-persunal diplomatiku tar-RDPK sabiex it-tali individwi jinżammu milli jikkontribwixxu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU jew minn din id-Deċiżjoni.”.

(21)

l-Artikolu 18 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 18

Ebda pretensjoni, inkluż għal kumpens jew indennizz jew kwalunkwe pretensjoni ta' dan it-tip, bħal pretensjoni ta' tpaċija, multi jew pretensjoni koperta minn garanzija, pretensjonijiet għal estensjoni jew pagament ta' bond, garanzija finanzjarja, inklużi pretensjonijiet li jirriżultaw minn ittri ta' kreditu jew minn strumenti simili f'rabta ma' kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien ġie affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi skont il-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016), inklużi miżuri tal-Unjoni jew ta' kwalunkwe Stat Membru skont, kif meħtieġ minn jew b'konnessjoni ma', l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà jew miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, ma għandha tiġi konċessa lill-persuni jew l-entitajiet indikati elenkati fl-Annessi I, II jew III, jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra fir-RDPK, inkluż il-Gvern tar-RDPK, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, jew lil kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta' jew għall-benefiċċju ta' kwalunkwe tali persuna jew entità.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 52).


1.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/477

tal-31 ta' Marzu 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/173/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' reviżjoni tad-Deċiżjoni 2011/173/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sal-31 ta' Marzu 2017.

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/173/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2011/173/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2017.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/173/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 68).


1.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/478

tal-31 ta' Marzu 2016

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1).

(2)

Fis-16 ta' Marzu 2015, il-Kunsill fakkar li soluzzjoni politika biss tista' tipprovdi triq 'il quddiem sostenibbli u tikkontribwixxi għall-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u rrefera inter alia għall-importanza li jiġu evitati azzjonijiet li jistgħu jaggravaw id-diviżjonijiet attwali.

(3)

Il-Kunsill jibqa' serjament imħasseb dwar is-sitwazzjoni fil-Libja u b'mod partikolari dwar atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Libja, u li jostakolaw jew jimminaw it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Libja, bħal atti li jostakolaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim Politiku Libjan tas-17 ta' Diċembru 2015 u l-formazzjoni ta' Gvern b'Kunsens Nazzjonali, inkluż permezz ta' nuqqasripetut li tittieħed azzjoni minn persuni b'influwenza politika fil-Libja.

(4)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja, tliet persuni addizzjonali għandhom jiżdiedu għal perijodu ta' sitt xhur mal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(5)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:

(1)

Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni jiżdiedu mal-lista li tinstab fl-Annessi II u IV.

(2)

Fl-Artikolu 17 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati 16, 17 u 18 fl-Anness II sat-2 ta' Ottubru 2016.

4.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati 21, 22 u 23 fl-Anness IV sat-2 ta' Ottubru 2016.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34).


ANNESS

“ANNESS II

Lista tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(2)

A.   PERSUNI

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

16.

SALEH ISSA GWAIDER, Agila

data tat-twelid 1944 (mhux konfermata)

Agila Saleh ilu l-President tal-Kunsill Libjan tad-Deputati fil-Kamra tar-Rappreżentanti mill-5 ta' Awwissu 2014.

Fis-17 ta' Diċembru 2015 Saleh iddikjara li hu jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja ffirmat fis-17 ta' Diċembru 2015.

Bħala l-President tal-Kunsill tad-Deputati, Saleh fixkel u mmina t-transizzjoni politika Libjana, inkluż billi rrifjuta li ssir votazzjoni fil-Kamra tar-Rappreżentanti fit-23 ta' Frar 2016 dwar il-Gvern b'Kunsens Nazzjonali (‘GKN’).

Fit-23 ta' Frar 2016 Saleh iddeċieda li joħloq kumitat li mistenni li jiltaqa' ma' membri oħrajn tal-‘Libyan-Libyan process’ li jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

 

17.

GHWELL, Khalifa

magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa

AL-GHAWAIL, Khalifa

data tat-twelid 1964

Misratah

Khalifa Ghwell huwa l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘KNG’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-President tal-KNĠ Nuri Abu Sahmain.

Bħala ‘Prim Ministru’ tal-KNĠ, Ghwell kellu rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal- ‘GKN’ stabbilit skont il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-KNĠ ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kwalunkwe membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru elett tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jirfes Tripli.

 

18.

ABU SAHMAIN, Nuri

magħruf ukoll bħala BOSAMIN, Nori

BO SAMIN, Nuri

BADI, Salahdin

data tat-twelid 16.5.1956

Zouara/Zuwara Libya

Nuri Abu Sahmain huwa l-hekk imsejjaħ ‘President’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘KNĠ’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Bħala President tal-KNĠ, Nuri Abu Sahmain kellu rwol ċentrali fit-tfixkil u l-oppożizzjoni għall-Ftehim Politiku dwar il-Libja u għall-istabbiliment tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali (‘GKN’).

Fil-15 ta' Diċembru 2015 Sahmain appella għall-posponiment tal-Ftehim Politiku dwar il-Libja li kien skedat li jiġi maqbul f'laqgħa fis-17 ta' Diċembru.

Fis-16 ta' Diċembru 2015 Sahmain ħareġ stqarrija li l-KNĠ ma kien awtorizza l-ebda membru tiegħu biex jipparteċipa fil-laqgħa jew biex jiffirma il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fl-1 ta' Jannar 2016 Sahmain ċaħad il-Ftehim Politiku dwar il-Libja f'taħditiet mar-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.”

 

“ANNESS IV

Lista tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)

A.   PERSUNI

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

21.

SALEH ISSA GWAIDER, Agila

data tat-twelid 1944 (mhux konfermata)

Agila Saleh ilu l-President tal-Kunsill Libjan tad-Deputati fil-Kamra tar-Rappreżentanti mill-5 ta' Awwissu 2014.

Fis-17 ta' Diċembru 2015 Saleh iddikjara li hu jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja ffirmat fis-17 ta' Diċembru 2015.

Bħala l-President tal-Kunsill tad-Deputati Salah fixkel u mmina t-transizzjoni politika Libjana, inkluż billi rrifjuta li ssir votazzjoni fil-Kamra tar-Rappreżentanti fit-23 ta' Frar 2016 dwar il-Gvern b'Kunsens Nazzjonali.

Fit-23 ta' Frar 2016 Saleh iddeċieda li joħloq kumitat li mistenni li jiltaqa' ma' membri oħrajn tal-‘Libyan-Libyan process’ li jopponi l-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

 

22.

GHWELL, Khalifa

magħruf ukoll bħala AL GHWEIL, Khalifa al

AL-GHAWAIL, Khalifa

data tat-twelid: 1964

Misratah

Khalifa Ghwell huwa l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (KNĠ) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Fis-7 ta' Lulju 2015 Khalifa Ghwell wera l-appoġġ tiegħu għall-iSteadfastness Front (Alsomood), forza militari ġdida ta' 7 brigati biex tipprevjeni l-formazzjoni fi Tripli ta' gvern ta' unità, billi attenda ċ-ċerimonja tal-iffirmar li tinawgura l-forza mal-‘President’ tal-KNĠ Nuri Abu Sahmain.

Bħala ‘Prim Ministru’ tal-KNĠ, Ghwell kellu rwol ċentrali fit-tfixkil tal-istabbiliment tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali (‘GKN’) stabbilit skont il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fil-15 ta' Jannar 2016, fil-kapaċità tiegħu ta' ‘Prim Ministru u Ministru għad-Difiża’ tal-KNĠ ta' Tripli, Ghwell ordna l-arrest ta' kwalunkwe membru tat-Tim ta' Sigurtà il-ġdid, maħtur mill-Prim Ministru elett tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali, li jirfes Tripli.

 

23.

ABU SAHMAIN, Nuri

magħruf ukoll bħala BOSAMIN, Nori

BO SAMIN, Nuri

BADI, Salahdin

data tat-twelid 16.5.1956

Zouara/Zuwara Libya

Nuri Abu Sahmain huwa l-hekk imsejjaħ ‘President’ tal-Kungress Nazzjonali Ġenerali (‘KNĠ’) li mhux rikonoxxut internazzjonalment (magħruf ukoll bħala l-‘Gvern ta' Salvazzjoni Nazzjonali’), u bħala tali huwa responsabbli għall-attivitajiet tagħhom.

Bħala President tal-KNĠ, Nuri Abu Sahmain kellu rwol ċentrali fit-tfixkil u l-oppożizzjoni għall-Ftehim Politiku dwar il-Libja u għall-istabbiliment tal-Gvern b'Kunsens Nazzjonali ‘GKN’.

Fil-15 ta' Diċembru 2015 Sahmain appella għall-posponiment tal-Ftehim Politiku dwar il-Libja li kien skedat li jiġi maqbul f'laqgħa fis-17 ta' Diċembru.

Fis-16 ta' Diċembru 2015 Sahmain ħareġ stqarrija li l-KNĠ ma kien awtorizza l-ebda membru tiegħu biex jipparteċipa fil-laqgħa jew biex jiffirma il-Ftehim Politiku dwar il-Libja.

Fl-1 ta' Jannar 2016 Sahmain ċaħad il-Ftehim Politiku dwar il-Libja f'taħditiet mar-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.”