ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 80

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
31 ta' Marzu 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/458 tat-30 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/459 tat-18 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi ( 1 )

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/460 tat-30 ta' Marzu 2016 li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/461 tat-30 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tal-miżati tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mar-rata tal-inflazzjoni b'effett mill-1 ta' April 2016 ( 1 )

25

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/462 tat-30 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 324/2008 li jistabbilixxi proċeduri riveduti għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima ( 1 )

28

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/463 tat-30 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

34

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/464 tad-29 ta' Marzu 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja u għall-Polonja (notifikata bid-dokument C(2016) 1701)  ( 1 )

36

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/351/KE tat-28 ta' April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2000/57/KE b'rigward avvenimenti li għandhom jiġu rrapportati fi ħdan sistema ta' twissija u tweġiba bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard li jittieħed ( ĠU L 117, 1.5.2008 )

48

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/547/KE tal-10 ta' Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2000/57/KE dwar is-sistema ta' twissija u tweġiba bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 181, 14.7.2009 )

48

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

31.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/458

tat-30 ta' Marzu 2016

li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (1) jistabbilixxi għall-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2016/72 jiffissa l-qabda totali permissibbli (TAC) għaċ-ċiċċirell għal żero. Iċ-ċiċċirell huwa speċi b'ħajja qasira u parir xjentifiku sar disponibbli biss fit-22 ta' Frar, filwaqt li s-sajd jibda f'April. Il-limiti tal-qbid għal din l-ispeċi issa għandhom jiġu emendati f'konformità mal-parir xjentifiku mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES). Skont l-ICES, il-monitoraġġ f'ħin reali huwa xjentifikament adatt għall-istabbiliment tal-kwantità ta' ċiċċirell fiż-żona ta' ġestjoni 1, u r-riżultati jistgħu jintużaw għal evalwazzjoni mill-ġdid ta' dak il-parir xjentifiku u għall-iffissar ta' TAC ta' matul is-sena. Madankollu, dan jirrikjedi ammont suffiċjenti ta' data (qabdiet u teħid ta' kampjuni bijoloġiċi). Il-limitu tal-qbid għaċ-ċiċċirell fiż-żona ta' ġestjoni 1 għandu għalhekk jiġi stabbilit f'livell li jippermetti l-ġbir ta' data suffiċjenti dwar l-abbondanza tal-istokk.

(3)

Skont il-parir xjentifiku mill-ICES, il-qabdiet ta' raja għewejna fid-diviżjonijiet VIId u VIIe-k tal-ICES u ta' raja batra fis-subżona IV tal-ICES għandhom jitnaqqsu. B'konsegwenza ta' dan, għandhom jiġu żviluppati miżuri ta' ġestjoni lokali li jillimitaw il-qabdiet u jipprovdu informazzjoni xjentifika aħjar. L-ICES ta parir li fid-diviżjonijiet VIIf u VIIg il-qabdiet ta' raja għewejna għandhom ikunu limitati għal mhux aktar minn 188 tunnellata. Għalhekk, huwa xieraq li t-tabelli korrispondenti tal-opportunitajiet tas-sajd jiġu modifikati biex jippermettu tali qbid u ħatt l-art, u li d-dispożizzjonijiet ta' rappurtar jiġu adattati kif meħtieġ.

(4)

Skont il-parir xjentifiku mill-ICES, il-qabdiet totali għas-sawrell u l-qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjonijiet IIa u IVa, is-subżona VI, id-diviżjonijiet VIIa-c, VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe tal-ICES, l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' Vb u l-ilmijiet internazzjonali tas-subżoni XII u XIV għandhom ikunu ffissati għal 108 868 tunnellata. Għalhekk, jinħtieġ li ssir il-korrezzjoni tat-TAC inizjali fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd biex tipprevedi livell ogħla ta' qabdiet li jikkorrispondi għall-parir xjentifiku mill-ICES.

(5)

L-Anness IB tar-Regolament (UE) 2016/72 jipprevedi l-korrezzjoni tat-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal qabdiet aċċessorji fl-ilmijiet ta' Greenland biex tipprevedi rappurtar korrett ta' dawk il-qabdiet aċċessorji.

(6)

Fid-dawl ta' konsultazzjonijiet man-Norveġja huwa xieraq li jiġu allokati 25 000 tunnellata ta' opportunitajiet tas-sajd ta' stokkafixx lin-Norveġja bi skambju ma' bakkaljaw polari u merluzz tal-linja sewda, lipp u xi speċijiet oħra.

(7)

Jeħtieġ li ssir il-korrezzjoni tal-allokazzjonijiet tal-kwoti għall-bakkaljaw fis-subżona I u d-diviżjoni IIb tal-ICES stabbiliti fl-Anness IB tar-Regolament (UE) 2016/72 sabiex jirrispettaw id-distribuzzjoni tal-kwoti mogħtija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/277/KEE (2).

(8)

Jeħtieġ li jiġi inkluż kodiċi ta' rappurtar fl-Anness IF tar-Regolament (UE) 2016/72 għal qabdiet aċċessorji tal-mera tal-Atlantiku fis-subdiviżjoni B1 tas-SEAFO.

(9)

Fir-raba' laqgħa annwali tagħha fl-2016, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) stabbilixxiet TAC għas-sawrell. Dik il-miżura għandha tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni.

(10)

Fl-Appendiċi I għall-Anness IIa tar-Regolament (UE) 2016/72 jeħtieġ li ssir il-korrezzjoni ta' żball rigward l-isforz massimu tas-sajd permissibbli f'jiem kilowatt għan-Netherlands fil-Baħar tat-Tramuntana għall-irkaptu rregolat BT1.

(11)

L-għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd li għandhom jingħataw lill-Venezwela għal bastimenti li jistadu għas-snappers fl-ilmijiet tal-Guyana Franċiża u l-għadd massimu ta' bastimenti li jistgħu jkunu preżenti fi kwalunkwe ħin għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2016/72.

(12)

Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2016/72 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016. Jeħtieġ għalhekk li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar limiti tal-qbid japplikaw minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u għall-protezzjoni ta' aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.

(13)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2016/72 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (UE) 2016/72, l-Annessi IA, IB, IF, IJ u VIII huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 87/277/KEE tat-18 ta' Mejju 1987 dwar l-allokazzjoni ta' possibbiltajiet għall-qabda tal-merluzz fir-reġjun ta' Spitsbergen u Bear Island u fid-Diviżjoni 3M kif inhi definita fil-Konvenzjoni tan-NAFO (ĠU L 135, 23.5.1987, p. 29).


ANNESS

1.

L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2016/72 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIa u IV hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

“Speċi:

Ċiċċirell

Ammodytes spp.

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIa u IV (1)

Id-Danimarka

82 273  (2)

 

 

Ir-Renju Unit

1 799  (2)

 

 

Il-Ġermanja

126 (2)

 

 

L-Iżvezja

3 021  (2)

 

 

L-Unjoni

87 219

 

 

TAC

87 219

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

(b)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali ta' I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

“Speċi:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali ta' I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV

(WHB/1X14)

Id-Danimarka

31 704  (5)

 

 

Il-Ġermanja

12 327  (5)

 

 

Spanja

26 878  (4)  (5)

 

 

Franza

22 063  (5)

 

 

L-Irlanda

24 550  (5)

 

 

In-Netherlands

38 659  (5)

 

 

Il-Portugall

2 497  (4)  (5)

 

 

L-Iżvezja

7 842  (5)

 

 

Ir-Renju Unit

41 137  (5)

 

 

L-Unjoni

207 657  (3)  (5)

 

 

In-Norveġja

75 000

 

 

Il-Gżejjer Faeroe

9 000

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

(c)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-lipp fl-ilmijiet Norveġiżi ta' IV hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

“Speċi:

Lipp

Molva molva

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi ta' IV

(LIN/04-N.)

Il-Belġju

9

 

 

Id-Danimarka

1 164

 

 

Il-Ġermanja

33

 

 

Franza

13

 

 

In-Netherlands

2

 

 

Ir-Renju Unit

104

 

 

L-Unjoni

1 325

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax”;

(d)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal “speċijiet oħra” fl-ilmijiet Norveġiżi ta' IV hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

“Speċi:

Speċijiet oħra

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi ta' IV

(OTH/04-N.)

Il-Belġju

46

 

 

Id-Danimarka

4 250

 

 

Il-Ġermanja

479

 

 

Franza

197

 

 

In-Netherlands

340

 

 

L-Iżvezja

Mhux rilevanti (6)

 

 

Ir-Renju Unit

3 188

 

 

L-Unjoni

8 500  (7)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC ta' prekawzjoni

(e)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' II u IV hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

“Speċi:

Rebekkini u raj

Rajiformes

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u ta' IV

(SRX/2AC4-C)

Il-Belġju

221 (8)  (9)  (10)

 

 

Id-Danimarka

9 (8)  (9)  (10)

 

 

Il-Ġermanja

11 (8)  (9)  (10)

 

 

Franza

35 (8)  (9)  (10)

 

 

In-Netherlands

188 (8)  (9)  (10)

 

 

Ir-Renju Unit

849 (8)  (9)  (10)

 

 

L-Unjoni

1 313  (8)  (10)

 

 

TAC

1 313  (10)

 

TAC ta' prekawzjoni

(f)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

“Speċi:

Rebekkini u raj

Rajiformes

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

(SRX/67AKXD)

Il-Belġju

725 (11)  (12)  (13)  (14)

 

 

L-Estonja

4 (11)  (12)  (13)  (14)

 

 

Franza

3 255  (11)  (12)  (13)  (14)

 

 

Il-Ġermanja

10 (11)  (12)  (13)  (14)

 

 

L-Irlanda

1 048  (11)  (12)  (13)  (14)

 

 

Il-Litwanja

17 (11)  (12)  (13)  (14)

 

 

In-Netherlands

3 (11)  (12)  (13)  (14)

 

 

Il-Portugall

18 (11)  (12)  (13)  (14)

 

 

Spanja

876 (11)  (12)  (13)  (14)

 

 

Ir-Renju Unit

2 076  (11)  (12)  (13)  (14)

 

 

L-Unjoni

8 032  (11)  (12)  (13)  (14)

 

 

TAC

8 032  (13)  (14)

 

TAC ta' prekawzjoni

Japplika l-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament.

(g)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

“Speċi:

Rebekkini u raj

Rajiformes

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId

(SRX/07D.)

Il-Belġju

87 (15)  (16)  (17)

 

 

Franza

729 (15)  (16)  (17)

 

 

In-Netherlands

5 (15)  (16)  (17)

 

 

Ir-Renju Unit

145 (15)  (16)  (17)

 

 

L-Unjoni

966 (15)  (16)  (17)

 

 

TAC

966 (17)

 

TAC ta' prekawzjoni

(h)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell u l-qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IVa; VI, VIIa-c,VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta' XII u XIV hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

“Speċi:

Sawrell u qabdiet aċċessorji assoċjati

Trachurus spp.

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IVa; VI, VIIa-c,VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta' XII u XIV

(JAX/2A-14)

Id-Danimarka

10 629  (18)  (20)

 

 

Il-Ġermanja

8 294  (18)  (19)  (20)

 

 

Spanja

11 312  (20)  (22)

 

 

Franza

4 269  (18)  (19)  (20)  (22)

 

 

L-Irlanda

27 621  (18)  (20)

 

 

In-Netherlands

33 276  (18)  (19)  (20)

 

 

Il-Portugall

1 090  (20)  (22)

 

 

L-Iżvezja

675 (18)  (20)

 

 

Ir-Renju Unit

10 002  (18)  (19)  (20)

 

 

L-Unjoni

107 168

 

 

Il-Gżejjer Faeroe

1 700  (21)

 

 

TAC

108 868

 

TAC analitika

2.

L-Anness IB tar-Regolament (UE) 2016/72 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw fl-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

“Speċi:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II

(COD/1N2AB.)

Il-Ġermanja

2 405

 

 

Il-Greċja

298

 

 

Spanja

2 682

 

 

L-Irlanda

298

 

 

Franza

2 207

 

 

Il-Portugall

2 682

 

 

Ir-Renju Unit

9 328

 

 

L-Unjoni

19 900

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax”;

(b)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw f'I u II hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

“Speċi:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

I u IIb

(COD/1/2B.)

Il-Ġermanja

6 593  (25)

 

 

Spanja

13 192  (25)

 

 

Franza

3 122  (25)

 

 

Il-Polonja

2 728  (25)

 

 

Il-Portugall

2 643  (25)

 

 

Ir-Renju Unit

4 403  (25)

 

 

Stati Membri oħra

495 (23)  (25)

 

 

L-Unjoni

33 176  (24)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

(c)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fl-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

“Speċi:

Merluzz tal-linja sewda

Melanogrammus aeglefinus

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II

(HAD/1N2AB.)

Il-Ġermanja

267

 

 

Franza

160

 

 

Ir-Renju Unit

820

 

 

L-Unjoni

1 247

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax”;

(d)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal speċijiet oħra (qabdiet aċċessorji) fl-ilmijiet ta' Greenland hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

“Speċi:

Qabdiet aċċessorji (26)

Żona:

L-ilmijiet ta' Greenland

(B-C/GRL)

L-Unjoni

1 126

 

 

AC

Mhux rilevanti

 

TAC ta' prekawzjoni

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

3.

Fl-Anness IF tar-Regolament (UE) 2016/72, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-mera tal-Atlantiku fis-subdiviżjoni B1 tas-SEAFO hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

“Speċi:

Mera tal-Atlantiku

Hoplostethus atlanticus

Żona:

Is-Subdiviżjoni B1 tas-SEAFO (27)

(ORY/F47NAM)

TAC

0 (28)

 

TAC ta' prekawzjoni

4.

Fl-Anness IJ tar-Regolament (UE) 2016/72, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO hija sostitwita mit-tabella li ġejja:

“Speċi:

Sawrell

Trachurus murphyi

Żona:

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

(CJM/SPRFMO)

Il-Ġermanja

7 067,15

 

 

In-Netherlands

7 660,06

 

 

Il-Litwanja

4 917,5

 

 

Il-Polonja

8 455,29

 

 

L-Unjoni

28 100

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax”.

5.

Fil-punt (b) tal-Appendiċi 1 għall-Anness IIA tar-Regolament (UE) 2016/72, l-isforz massimu permissibbli tas-sajd f'jiem kilowatt għan-Netherlands għal irkaptu regolat BT1 jinbidel għal “999 808”.

6.

L-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2016/72 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS VIII

IL-LIMITI KWANTITATTIVI TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TA' PAJJIŻI TERZI LI JISTADU FL-ILMIJIET TAL-UNJONI

Stat tal-Bandiera

Sajd

Għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd

Għadd massimu ta' bastimenti preżenti fi kwalunkwe waqt

In-Norveġja

Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00′ N

Għandu jiġi stabbilit

Għandu jiġi stabbilit

Il-Gżejjer Faeroe

Kavalli, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N), IIa, IVa (fit-Tramuntana ta' 59° N)

Sawrell, IV, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N), VIIe, VIIf, VIIh

14

14

Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00′ N

20

Għandu jiġi stabbilit

Aringi, IIIa

4

4

Sajd industrijali għan-Norway pout, IV, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N) (inklużi qabdiet aċċessorji inevitatabbli tal-istokkafixx)

14

14

Lipp u tusk

20

10

Stokkafixx, II, IVa, V, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N), VIb, VII (fil-Punent ta' 12° 00′ W)

20

20

Linarda

16

16

Il-Venezwela (29)

Snappers (l-ilmijiet tal-Guyana Franċiża)

45

45


(1)  Esklużi l-ilmijiet f'sitt mili nawtiċi mix-xenarju ta' referenza tar-Renju Unit f'Shetland, Fair Isle u Foula.

(2)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabdiet tal-barbun komuni, tal-merlangu u tal-kavalli jistgħu jingħaddu ma' mhux iżjed minn 2 % tal-kwota (OT1/*2A3A4), dment li dawn il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji ta' dawk l-ispeċijiet li jingħaddu skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'kollox ma jirrappreżentawx iżjed minn 9 % ta' din il-kwota taċ-ċiċċirell.

Kondizzjoni speċjali: fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell li ġejjin, kif definiti fl-Anness IID:

Żona: L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell

 

1

2

3

4

5

6

7

 

(SAN/234_1)

(SAN/234_2)

(SAN/234_3)

(SAN/234_4)

(SAN/234_5)

(SAN/234_6)

(SAN/234_7)

Id-Danimarka

12 263

4 717

59 428

5 659

0

206

0

Ir-Renju Unit

268

103

1 299

124

0

5

0

Il-Ġermanja

19

7

91

9

0

0

0

L-Iżvezja

450

173

2 182

208

0

8

0

L-Unjoni

13 000

5 000

63 000

6 000

0

219

0

Total

13 000

5 000

63 000

6 000

0

219

0”

(3)  Kondizzjoni speċjali: mill-kwoti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV (WHB/*NZJM1) u fi VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoi tas-CECAF 34.1.1 (WHB/*NZJM2), il-kwantità li ġejja tista' tinstad fiż-Żona Ekonomika tan-Norveġja jew fiż-żona tas-sajd ta' madwar Jan Mayen: 149 506

(4)  Jistgħu jsiru trasferimenti ta' din il-kwota lejn VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona CECAF 34.1.1. Madankollu, trasferimenti bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.

(5)  Kondizzjoni speċjali: fil-limitu ta' kwantità totali tal-aċċess ta' 21 500 tunnellata għall-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jaqbdu mhux iżjed mill-persentaġġ li ġej tal-kwoti tagħhom fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe (WHB/*05-F.): 9,2 %”;

(6)  Il-kwota allokata min-Norveġja lill-Iżvezja għal “speċijiet oħra” f'livell tradizzjonali.

(7)  Inkluż sajd mhux imsemmi speċifikament. Jistgħu jiġu introdotti eċċezzjonijiet wara konsultazzjonijiet, kif meħtieġ”;

(8)  Il-qabdiet tar-raja batra (Raja brachyura) fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IV (RJH/04-C.), tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/2AC4-C), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/2AC4-C), u tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/2AC4-C) għandhom jiġu rrappurtati separatament.

(9)  Kwota għall-qabdiet aċċessorji. Dawn l-ispeċijiet ma għandhomx jammontaw għal iżjed minn 25 %, f'piż tal-ħut ħaj tal-qabda li tinżamm abbord għal kull vjaġġ tas-sajd. Din il-kondizzjoni tapplika biss għal bastimenti b'tul totali ta' iżjed minn 15-il metru. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal qabdiet li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art kif stipulat fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(10)  Ma japplikax għal raja batra (Raja brachyura) fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u raja għewejna (Raja microocellata) fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa u IV. Meta dawn l-ispeċijiet jinqabdu b'mod aċċidentali, ma għandhiex issirilhom ħsara. L-eżemplari li jinqabdu għandhom jinħelsu minnufih. Is-sajjieda għandhom jiġu mħeġġa jiżviluppaw u jużaw tekniki u tagħmir li jiffaċilitaw ir-rilaxx rapidu u sikur tal-ispeċijiet.”;

(11)  Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/67AKXD), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/67AKXD), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/67AKXD), tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/67AKXD), tar-raja rotonda (RRaja circularis) (RJE/67AKXD) u tar-raja petruża (Raja fullonica) (RJF/67AKXD) għandhom jiġu rrappurtati separatament.

(12)  Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jinstadu fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId (SRX/*07D.), mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13 u 46 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom. Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/*07D.), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/*07D.), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/*07D.), tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/*07D.), tar-raja rotonda (Raja circularis) (RJI/*07D.) u tar-raja petruża (Raja fullonica) (RJF/*07D.) għandhom jiġu rrappurtati separatament. Din il-kondizzjoni speċjali ma għandhiex tapplika għar-raja għewejna (Raja microocellata) u għar-raja ondjata (Raja undulata).

(13)  Ma japplikax għar-raja għewejna (Raja microocellata), ħlief fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIIf u VIIg. Meta dawn l-ispeċi jinqabdu b'mod aċċidentali, ma għandhiex issirilhom ħsara. L-eżemplari li jinqabdu għandhom jinħelsu minnufih. Is-sajjieda għandhom jiġu mħeġġa jiżviluppaw u jużaw tekniki u tagħmir li jiffaċilitaw ir-rilaxx rapidu u sikur tal-ispeċijiet. Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantitajiet ta' raja għewejna mogħtija hawn taħt fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIIf u VIIg (RJE/7FG.):

Speċi:

Rajja għewejna

Raja microocellata

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIIIf u VIIg

(RJE/7FG.)

Il-Belġju

17

 

 

L-Estonja

0

 

 

Franza

76

 

 

Il-Ġermanja

0

 

 

L-Irlanda

25

 

 

Il-Litwanja

0

 

 

In-Netherlands

0

 

 

Il-Portugall

0

 

 

Spanja

21

 

 

Ir-Renju Unit

49

 

 

L-Unjoni

188

 

 

TAC

188

 

TAC ta' prekawzjoni

Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jinstadu fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId u jiġu rrappurtati bil-kodiċi li ġej: (RJE/*07D.). Din il-kondizzjoni speċjali hija mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13 u 46 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom.

(14)  Ma għandhiex tapplika għar-raja ondjata (Raja undulata). Din l-ispeċi ma għandhiex tkun fil-mira fiż-żoni koperti minn din it-TAC. F'każijiet meta ma tkunx soġġetta għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabda aċċessorja tar-raja ondjata fiż-żona VIIe tista' tinħatt l-art biss sħiħa jew imnaddfa, u dment li ma tkunx tammonta għal iżjed minn 40 kilogramma ta' piż ħaj għal kull vjaġġ tas-sajd. Il-qabdiet għandhom jibqgħu taħt il-kwoti li jidhru fit-tabella ta' hawn taħt. Id-dispożizzjonijiet preċedenti huma mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13 u 46 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom. Il-qabdiet aċċessorji tar-raja ondjata għandhom jiġu rrappurtati separatament bil-kodiċi li ġej: (RJU/67AKXD). Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantitajiet ta' raja ondjata mogħtija hawn taħt:

Speċi:

Raja ondjata

Raja undulata

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIIe

(RJU/67AKXD)

Il-Belġju

9

 

 

L-Estonja

0

 

 

Franza

41

 

 

Il-Ġermanja

0

 

 

L-Irlanda

13

 

 

Il-Litwanja

0

 

 

In-Netherlands

0

 

 

Il-Portugall

0

 

 

Spanja

11

 

 

Ir-Renju Unit

26

 

 

L-Unjoni

100

 

 

TAC

100

 

TAC ta' prekawzjoni

Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jinstadu fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId u jiġu rrappurtati bil-kodiċi li ġej: (RJU/*07D.). Din il-kondizzjoni speċjali hija mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13 u 46 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom.”;

(15)  Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/07D.), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/07D.), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/07D.), tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/07D.) u tar-raja għewejna (Raja microocellata) (RJE/07D.) għandhom jiġu rrappurtati separatament.

(16)  Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jinstadu fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k (SRX/*67AKD). Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/*67AKD), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/*67AKD), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/*67AKD) u tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/*67AKD) għandhom jiġu rrappurtati separatament. Din il-kondizzjoni speċjali ma tapplikax għar-raja għewejna (Raja microocellata) u għar-raja ondjata (Raja undulata).

(17)  Ma tapplikax għar-raja ondjata (Raja undulata). Din l-ispeċi ma għandhiex tkun fil-mira fiż-żoni koperti minn din it-TAC. F'każijiet meta ma tkunx soġġetta għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabda aċċessorja tar-raja ondjata fiż-żona koperta minn din it-TAC tista' biss tinħatt l-art sħiħa jew imnaddfa, u dment li ma tkunx tammonta għal iżjed minn 40 kilogramma ta' piż ħaj għal kull vjaġġ tas-sajd. Il-qabdiet għandhom jibqgħu taħt il-kwoti li jidhru fit-tabella ta' hawn taħt. Id-dispożizzjonijiet preċedenti huma mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13 u 46 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom. Il-qabdiet aċċessorji tar-raja ondjata għandhom jiġu rrappurtati separatament bil-kodiċi li ġej: (RJU/07D.). Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantitajiet ta' raja ondjata mogħtija hawn taħt:

Speċi:

Raja ondjata

Raja undulata

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId

(RJU/07D.)

Il-Belġju

1

 

 

Franza

9

 

 

In-Netherlands

0

 

 

Ir-Renju Unit

2

 

 

L-Unjoni

12

 

 

TAC

12

 

TAC ta' prekawzjoni

Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jinstadu fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIIe u jiġu rrappurtati bil-kodiċi li ġej: (RJU/*67AKD). Din il-kondizzjoni speċjali hija mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 13 u 46 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom.”;

(18)  Kondizzjoni speċjali: sa 5 % ta' din il-kwota li tinstad fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa jew IVa qabel it-30 ta' Ġunju 2016 tista' tingħadd li nstadet taħt il-kwota li tikkonċerna ż-żona tal-ilmijiet tal-Unjoni IVb, IVc u VIId (JAX/*4BC7D).

(19)  Kondizzjoni speċjali: sa 5 % ta' din il-kwota tista' tinstad f'VIId (JAX/*07D.). Skont din il-kondizzjoni speċjali, u f'konformità man-nota (3) f'qiegħ il-paġna, il-qabdiet aċċessorji tal-minfaħ u tal-merlangu għandhom jiġu rrappurtati separatament b'dan il-kodiċi: (OTH/*07D.).

(20)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabdiet tal-minfaħ, tal-merlangu u tal-kavalli jistgħu jingħaddu ma' mhux iżjed minn 5 % tal-kwota (OTH/*2A-14), dment li dawn il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji ta' dawk l-ispeċijiet li jingħaddu skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'kollox ma jirrappreżentawx iżjed minn 9 % ta' din il-kwota tas-sawrell.

(21)  Limitat għal IVa, VIa (fit-Tramuntana 56° 30′ N biss), VIIe, f, h.

(22)  Kondizzjoni speċjali: sa 50 % ta' din il-kwota tista' tinstad fi VIIIc (JAX/*08C2). Skont din il-kondizzjoni speċjali, u f'konformità man-nota (3) ta' qiegħ il-paġna, il-qabdiet aċċessorji tal-minfaħ u tal-merlangu għandhom jiġu rrappurtati separatament b'dan il-kodiċi: (OTH/*08C2)”.

(23)  Ħlief il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Polonja, il-Portugall u r-Renju Unit.

(24)  L-allokazzjoni tas-sehem tal-istokkijiet tal-bakkaljaw li huma disponibbli għall-Unjoni fiż-żona ta' Spitzbergen u l-Gżira Bear u l-qabdiet aċċessorji assoċjati tal-merluzz tal-linja sewda huma għalkollox mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u għall-obbligi li ġejjin mit-Trattat ta' Pariġi tal-1920.

(25)  Il-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda jistgħu jirrappreżentaw sa 14 % għal kull qabda. Il-kwantitajiet tal-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda huma b'żieda mal-kwota tal-bakkaljaw”;

(26)  Il-qabdiet aċċessorji ta' grenadieri (Macrourus spp.) għandhom jiġu rrappurtati f'konformità mat-tabelli tal-opportunitajiet tas-sajd li ġejjin: grenadieri fl-ilmijiet ta' Greenland ta' V u XIV (GRV/514GRN) u grenadieri fl-ilmijiet ta' Greenland ta' NAFO 1 (GRV/N1GRN.)”.

(27)  Għall-fini ta' dan l-Anness, iż-żona miftuħa għas-sajd hija ddefinita bħala dik li għandha:

il-konfini tagħha tal-Punent fuq il-lonġitudni 0° E,

il-konfini tagħha tat-Tramuntana fuq il-latitudni 20° S,

il-konfini tagħha tan-Nofsinhar fuq il-latitudni 28° S, u

il-konfini tagħha tal-Lvant fil-limiti ta' barra nett taż-ŻEE tan-Namibja.

(28)  Ħlief għal qabda aċċessorja permissibbli ta' 4 tunnellati (ORY/*F47NA).”.

(29)  Sabiex jinħarġu dawk l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, għandu jintwera bil-provi li jeżisti kuntratt validu bejn sid il-bastiment li qiegħed japplika għall-awtorizzazzjoni tas-sajd u l-impriża tal-ipproċessar li tinsab fid-Dipartiment tal-Guyana Franċiża, u li dan jinkludi obbligu tal-ħatt l-art ta' minn tal-inqas 75 % tal-qabdiet kollha tal-isnappers mill-bastiment ikkonċernat f'dak id-Dipartiment sabiex b'hekk dawn ikunu jistgħu jiġu pproċessati fl-impjant ta' dik l-impriża. Tali kuntratt għandu jiġi approvat mill-awtoritajiet Franċiżi, li għandhom jiżguraw li hu konsistenti kemm mal-kapaċità proprja tal-impriża tal-ipproċessar kontraenti kif ukoll mal-objettivi għall-iżvilupp tal-ekonomija tal-Guyana. Kopja tal-kuntratt debitament approvat għandha tiġi annessa mal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd. Fejn tali approvazzjoni tinċaħad, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jinnotifikaw lill-parti kkonċernata u lill-Kummissjoni dwar din iċ-ċaħda u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom għal dan.”


31.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/459

tat-18 ta' Marzu 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(2)

Ir-rikonoxximent tal-Kanada skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 attwalment japplika għal, inter alia, prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala ikel u għalf b'ingredjenti organiċi li tkabbru fil-Kanada. Il-Kanada ressqet talba lill-Kummissjoni biex tespandi l-għarfien tagħha għall-prodotti pproċessati biex jintużaw bħala ikel u għalf b'ingredjenti organiċi importati minn pajjiżi terzi u ċċertifikati skont il-leġiżlazzjoni tal-Kanada dwar il-prodotti organiċi. L-eżami tal-informazzjoni li tressqet ma' dik it-talba, il-kjarifiki sussegwenti pprovduti mill-Kanada u l-eżami fuq il-post tal-produzzjoni u tal-miżuri ta' kontroll applikati għall-prodotti pproċessati b'ingredjenti importati, wasslu għall-konklużjoni li f'dak il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontroll tal-prodotti pproċessati b'ingredjenti organiċi importati huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (3). Konsegwentement, ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tas-sistemi tal-produzzjoni u tal-miżuri ta' kontroll tal-Kanada għandu japplika wkoll għall-prodotti pproċessati biex jintużaw bħala ikel u għalf b'ingredjenti organiċi importati ċċertifikati skont il-leġiżlazzjoni Kanadiża.

(3)

Barra minn hekk, ir-rikonoxximent eżistenti tal-Kanada jeskludi l-inbid organiku. Il-Kanada ressqet talba lill-Kummissjoni biex tespandi r-rikonoxximent tagħha għall-inbid organiku ċċertifikat skont il-leġiżlazzjoni tal-Kanada dwar il-prodotti organiċi. L-eżami tal-informazzjoni li tressqet ma' dik it-talba u l-kjarifiki sussegwenti pprovduti mill-Kanada wasslu għall-konklużjoni li f'dak il-pajjiż ir-regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kontrolli tal-inbid organiku huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008. Konsegwentement, ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tas-sistemi tal-produzzjoni u tal-miżuri ta' kontroll tal-Kanada għandu japplika wkoll għall-inbid organiku ċċertifikat skont il-leġiżlazzjoni Kanadiża.

(4)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fih lista ta' awtoritajiet ta' kontroll u ta' korpi ta' kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-fini ta' ekwivalenza. B'konsegwenza tal-espansjoni tar-rikonoxximent tal-Kanada għall-prodotti pproċessati biex jintużaw bħala ikel u għalf b'ingredjenti organiċi importati għall-inbid organiku ċċertifikat skont il-leġiżlazzjoni Kanadiża u l-emendi korrispondenti tal-Anness III ta' dak ir-Regolament, jeħtieġ li jitħassru mill-Anness IV ta' dak ir-Regolament il-korpi ta' kontroll rilevanti rikonoxxuti s'issa għall-importazzjoni ta' prodotti pproċessati biex jintużaw bħala ikel b'ingredjenti organiċi importati u tal-inbid organiku (il-kategorija D) mill-Kanada.

(5)

Għaldaqstant, l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom jiġu emendati skont dan.

(6)

Sabiex il-korpi ta' kontroll elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li huma rikonoxxuti għall-Kanada fir-rigward tal-prodotti pproċessati biex jintużaw bħala ikel b'ingredjenti organiċi importati u tal-inbid organiku, jaddattaw ruħhom għall-emendi magħmula minn dan ir-Regolament, l-emenda tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandha tapplika biss wara perjodu ta' żmien raġonevoli.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (2) tal-Artikolu 1 għandu japplika mis-7 ta' Lulju 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).


ANNESS I

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-entrata dwar il-Kanada, il-punt 1 “Kategoriji tal-prodotti”, ir-ringiela “Prodotti agrikoli pproċessati biex jintużaw bħala ikel”, in-nota 1 f'qiegħ il-paġna hija mħassra;

(2)

Il-Punt 2 “Oriġini” huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.

Oriġini: il-prodotti tal-kategorija A, B u F li tkabbru fil-Kanada u l-prodotti tal-kategorija D u E pproċessati fil-Kanada b'ingredjenti mkabbra organikament fil-Kanada jew li ġew importati lejn il-Kanada skont il-leġiżlazzjoni Kanadiża.”


ANNESS II

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-entrata dwar “CCOF Certification Services”, fil-punt 3, ir-ringiela dwar il-Kanada hija mħassra;

(2)

Fl-entrata dwar “Ecocert SA”, fil-punt 3, ir-ringiela dwar il-Kanada hija mħassra;

(3)

Fl-entrata dwar “IMOswiss AG”, fil-punt 3, ir-ringiela dwar il-Kanada hija mħassra;

(4)

Fl-entrata dwar “International Certification Services, Inc.”, fil-punt 3, ir-ringiela dwar il-Kanada hija mħassra;

(5)

Fl-entrata dwar “Letis S.A.”, fil-punt 3, ir-ringiela dwar il-Kanada hija mħassra;

(6)

Fl-entrata dwar “Oregon Tilth”, fil-punt 3, ir-ringiela dwar il-Kanada hija mħassra;

(7)

Fl-entrata dwar “Organic crop improvement association”, fil-punt 3, ir-ringiela dwar il-Kanada hija mħassra;

(8)

Fl-entrata dwar “Quality Assurance International”, fil-punt 3, ir-ringiela dwar il-Kanada hija mħassra.


31.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/460

tat-30 ta' Marzu 2016

li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4)(a) u (5) u l-Artikolu 14(2) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 jimplimenta fil-liġi tal-Unjoni l-impenji stabbiliti fil-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni”) approvata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (2) f'isem il-Komunità, u fil-Protokoll tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Li Jwassal Ħafna dwar Pollutanti Organiċi Persistenti approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE (3), f'isem il-Komunità.

(2)

Fis-sitt laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni mit-28 ta' April sal-10 ta' Mejju 2013, kien hemm qbil li l-eżabromoċiklododekan (minn hawn 'il quddiem “HBCDD”) jiżdied fl-Anness A (eliminazzjoni) tal-Konvenzjoni. L-eliminazzjoni ta' HBCDD fil-qafas tal-Konvenzjoni saret, madankollu, soġġett għal eżenzjoni speċifika, jiġifieri l-użu ta' HBCDD fil-polistiren estiż u l-polistiren estruż fil-bini u l-produzzjoni ta' HBCDD għal dak l-għan.

(3)

Minħabba l-emendar tal-Konvenzjoni, hemm il-ħtieġa li jiġu emendati l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, billi HBCDD jiżdied mal-annessi u jiġu indikati l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti, sabiex ikun żgurat li l-iskart li jkun fih HBCDD jiġi ġestit f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni. HBCDD għandu jiġi elenkat fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004.

(4)

Il-limiti ta' konċentrazzjoni proposti fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 ġew iffissati permezz tal-applikazzjoni tal-istess metodoloġija li intużat għall-istabbilment tal-valuri limitu fl-emendi preċedenti tal-Annessi IV u V (4). Il-limiti ta' konċentrazzjoni proposti huma kkunsidrati l-iktar xierqa biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa umana u l-ambjent minħabba d-distruzzjoni jew t-trasformazzjoni irriversibbli tal-HBCDD. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, u b'mod partikolari r-reviżjoni tal-linji gwida tekniċi (5) tal-Konvenzjoni ta' Basilea dwar il-Kontroll tal-Movimenti li Jaqsmu l-Fruntieri tal-Iskart ta' Riskju u d-Disponiment Minnhom, il-limitu ta' konċentrazzjoni fl-Anness IV għandu jiġi rivedut mill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament bil-ħsieb li jitbaxxa l-livell limitu.

(5)

Biex jingħata biżżejjed żmien lill-kumpaniji u l-awtoritajiet kompetenti jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda, dan ir-Regolament għandu jibda japplika biss minn sitt xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 huma emendati f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mit-30 ta' Settembru 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE tad-19 ta' Frar 2004 li għandha x'taqsam mal-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġiż Transkonfini tal-Arja Li Jwassal Ħafna dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (ĠU L 81, 19.2.2004, p. 35).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1195/2006 tat-18 ta' Lulju 2006 li jemenda l-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar inkwinanti organiċi persistenti (ĠU L 217, 8.8.2006, p. 1), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2007 tas-16 ta' Frar 2007 li jemenda l-Anness V tar-Regolament Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 55, 23.2.2007, p. 1), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 756/2010 tal-24 ta' Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Annessi IV u V (ĠU L 223, 25.8.2010, p. 20) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1342/2014 tas-17 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Annessi IV u V (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 67).

(5)  Id-Deċiżjoni BC-12/3

(6)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).


ANNESS

Fit-tabella tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 850/2004, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

Lista ta' sustanzi soġġetti għal dispożizzjonijiet ta' ġestjoni tal-iskart stabbiliti fl-Artikolu 7

Sustanza

Nru tal-CAS

Nru tal-KE

Limitu ta' konċentrazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(4)(a)

“Eżabromoċiklododekan (*)

25637-99-4,

3194-55-6,

134237-50-6,

134237-51-7,

134237-52-8

247-148-4

221-695-9

1 000  mg/kg, suġġett għal reviżjoni mill-Kummissjoni sal-20 ta' April 2019.

Fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004, il-Parti 2, it-tabella tinbidel bit-tabella li ġejja:

“Skart kif klassifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE

Limiti ta' konċentrazzjoni massima ta' sustanzi elenkati fl-Anness IV (1)

Operat

10

SKART MINN PROĊESSI TERMALI

Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorurati ta' katina qasira) (SCCPs): 10 000  mg/kg;

Aldrin: 5 000  mg/kg;

Klordan: 5 000  mg/kg;

Klordekan: 5 000 mg/kg;

DDT (1,1,1-trikloro-2,2-bis (4-klorofenil) etan): 5 000  mg/kg;

Dieldrin: 5 000  mg/kg;

Endosulfan: 5 000  mg/kg;

Endrin: 5 000  mg/kg;

Ettaklor: 5 000  mg/kg;

Eżabromofenil: 5 000 mg/kg;

Eżabromoċiklododekan (3)1 000  mg/kg;

Eżaklorobenżen:5 000 mg/kg;

Eżaklorobutadjen: 1 000  mg/kg;

Eżakloroċikloeżani, inkluż lindan: 5 000  mg/kg;

Mireks: 5 000  mg/kg;

Pentaklorobenżen: 5 000  mg/kg;

Aċidu perfluworuoktan sulfoniku u d-derivattivi tiegħu (PFOS) (C8F17SO2X) (X = OH, Melħ metalliku (O-M+), aloġenur, amid, u derivattivi oħrajn inkluż polimeri): 50 mg/kg;

Bifenili Poliklorinati (PCB) (4): 50 mg/kg;

Dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani: 5 mg/kg;

Naftalini poliklorurati *: 1 000  mg/kg;

Somma ta' konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O), etere tal-pentabromodifenil (C12H5Br5O), etere tal-eżabromodifenil (C12H4Br6O) u etere tal-eptabromodifenil (C12H3Br7O): 10 000  mg/kg;

Toksafen: 5 000  mg/kg.

Ħażna permanenti għandha tkun permessa biss meta jiġu milħuqin il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

Il-ħażna ssir f'wieħed mill-postijiet li ġejjin:

formazzjonijiet sikuri, fondi u taħt l-art fil-blat iebes;

minjieri tal-melħ

sit ta' miżbla għal skart perikoluż, sakemm l-iskart ikun solidifikat jew parzjalment stabbilizzat fejn dan hu teknikament fattibbli kif meħtieġ għall-klassifikazzjoni tal-iskart fis-sottokapitolu 19 03 tad-Deċiżjoni 2000/532/KE

(2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (5) u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE (6) kienu rispettati;

(3)

Intwera li l-operazzjoni magħżula hija ambjentalment preferibbli

10 01

Skart minn impjanti tal-enerġija u impjanti oħra ta' kombustjoni (minbarra 19)

10 01 14  * (2)

Rmied tal-qiegħ, gagazza u trab tal-bojler minn ko-inċinerazzjoni li jkun fiha sustanzi perikolużi

10 01 16 *

Irmied li jtir minn ko-inċinerazzjoni li jkun fih sustanzi perikolużi

10 02

Skart mill-industrija tal-ħadid u l-azzar

10 02 07 *

Skart solidu mit-trattament tal-gass li fih sustanzi perikolużi

10 03

Skart mill-metallurġija termali tal-aluminju

10 03 04 *

Gagazza tal-produzzjoni primarja

10 03 08 *

Gagazza tal-melħ minn produzzjoni sekondarja

10 03 09 *

Ħmieġ iswed tal-metall minn produzzjoni sekondarja

10 03 19 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

10 03 21 *

Partikuli oħra u trab (inkluż trab minn mitħna bl-isferi) li fihom sustanzi perikolużi

10 03 29 *

Skart mit-trattament tal-gagazza tal-melħ u ħmieġ iswed li fihom sustanzi perikolużi

10 04

Skart minn metallurġija termali taċ-ċomb

10 04 01 *

Gagazza minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 04 02 *

Ħmieġ u xkuma minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 04 04 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni

10 04 05 *

Partikuli oħra u trab

10 04 06 *

Skart solidu mit-trattament tal-gass

10 05

Skart minn metallurġija termali taż-żingu

10 05 03 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni

10 05 05 *

Skart solidu mit-trattament tal-gass

10 06

Skart minn metallurġija termali tar-ram

10 06 03 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni

10 06 06 *

Skart solidu mit-trattament tal-gass

10 08

Skart minn metallurġija termali oħra mhux ferruża

10 08 08 *

Gagazza tal-melħ minn produzzjoni primarja u sekondarja

10 08 15 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

10 09

Skart mill-ikkastjar ta' biċċiet ferrużi

10 09 09 *

Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

16

SKART MHUX SPEĊIFIKAT MOD IEĦOR FIL-LISTA

16 11

Żilġ u materjal refrattarju tal-iskart

16 11 01 *

Żilġ ibbażat fuq il-karbonju u materjal refrattarju minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

16 11 03 *

Żilġ u materjal refrattarju oħra minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

17

SKART TAL-KOSTRUZZJONI U TWAQQIGĦ (INKLUŻ ĦAMRIJA SKAVATA MINN SITI KONTAMINATI)

17 01

Konkrit, briks, madum u ċeramika

17 01 06 *

Taħlitiet ta', jew frazzjonijiet separati ta' konkrit, briks, madum u ċeramika li fihom sustanzi perikolużi

17 05

Ħamrija (inkluża ħamrija skavata minn siti kontaminati), ġebel u ħama mit-tħammil

17 05 03 *

Ħamrija u ġebel li fihom sustanzi perikolużi

17 09

Skart ieħor tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ

17 09 02 *

Skart tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ li fih il-PCB, ħlief tagħmir li fih il-PCB

17 09 03 *

Skart ieħor tal-kostruzzjoni u tat-twaqqigħ (inkluż skart imħallat) li fih sustanzi perikolużi

19

SKART MINN FAĊILITAJIET TAL-ĠESTJONI TAL-ISKART, IMPJANTI MHUX FUQ IS-SIT GĦAT-TRATTAMENT TAL-ILMA MORMI U L-PREPARAZZJONI TAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM U ILMA MILL-UŻU INDUSTRIJALI

19 01

Skart mill-inċinerazzjoni jew piroliżi tal-iskart

19 01 07 *

Skart solidu mit-trattament tal-gass

19 01 11 *

Irmied tal-qiegħ u gagazza li fihom sustanzi perikolużi

19 01 13 *

Irmied li jtir li fih sustanzi perikolużi

19 01 15 *

Trab tal-bojler li fih sustanzi perikolużi

19 04

Skart vitrifikat u skart mill-vitrifikazzjoni

19 04 02 *

Irmied li jtir u skart mit-trattament tat-trab li joħroġ miċ-ċmieni

19 04 03 *

Fażi solida mhux vitrifikata

Il-limitu ta' konċentrazzjoni massima ta' dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD u PCDF) għandu jiġi kkalkulat skont il-Fatturi ta' Ekwivalenza Tossika (TEFs) li ġejjin:

PCDD

TEF

2,3,7,8-TeCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0003

PCDF

TEF

2,3,7,8-TeCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0003”


(*)  “Eżabromoċiklododekan” tfisser eżabromoċiklododekan, 1,2,5,6,9,10-eżabromoċiklododekan u d-diasterjoisomeri kollha maġġuri tiegħu; alfa-eżabromoċiklododekan, beta-eżabromoċiklododekan u gamma-eżabromoċiklododekan.”

(1)  Dawn il-limiti japplikaw esklussivament għal miżbla ta' skart perikoluż u ma japplikawx għal faċilitajiet ta' ħżin taħt l-art permanenti għal skart perikoluż, inkluż minjieri tal-melħ.

(2)  Kull start immarkat b'asterisk “*” hu kkunsidrat bħala skart perikoluż skont id-Direttiva 2008/98/KE u huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(3)  “Eżabromoċiklododekan” tfisser eżabromoċiklododekan, 1,2,5,6,9,10-eżabromoċiklododekan u d-diasterjoisomeri kollha maġġuri tiegħu; alfa-eżabromoċiklodekan, beta-eżabromoċiklodekan u gamma-eżabromoċiklodekan

(4)  Għandu japplika l-metodu ta' kalkulazzjoni mniżżel fl-istandards Ewropej EN 12766-1 u EN 12766-2.

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1)

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji u l-proċeduri għall-aċċettazzjoni ta' skart u f'terraferma artifiċjali skont l-Artikolu 16 ta' u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 27).


31.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/461

tat-30 ta' Marzu 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tal-miżati tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mar-rata tal-inflazzjoni b'effett mill-1 ta' April 2016

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta' Frar 1995 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (1), u b'mod partikolari l-ħames paragrafu tal-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), id-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini jikkonsisti minn kontribuzzjoni mingħand l-Unjoni u miżati li jitħallsu lilha mill-impriżi. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta' dawn il-miżati.

(2)

Dawn il-miżati għandhom jiġu aġġornati b'referenza għar-rata tal-inflazzjoni tal-2015. Ir-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni, skont kif ippubblikaha l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, fl-2015 kienet 0,2 %.

(3)

Għal raġunijiet ta' sempliċità, il-livelli aġġustati tat-tariffi għandhom jiġu aġġustati lejn l-eqreb EUR 100.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 297/95 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-Il-Ġimgħa, 1 ta' April 2016.

(6)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95, l-aġġornament għandu jsir b'effett mill-1 ta' April 2016. Għalhekk jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza u li jibda japplika minn din id-data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 278 200” jinbidel għal “EUR 278 800”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 27 900” jinbidel għal “EUR 28 000”,

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 108 000” jinbidel għal “EUR 108 200”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 179 800” jinbidel għal “EUR 180 200”,

(iii)

il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 83 500” jinbidel għal “EUR 83 700”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 20 900 sa EUR 62 600” jinbidel għal “EUR 20 900 sa EUR 62 700”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 83 500” jinbidel għal “EUR 83 700”,

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 20 900 sa EUR 62 600” jinbidel għal “EUR 20 900 sa EUR 62 700”;

(c)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 99 800” jinbidel għal “EUR 100 000”,

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 24 900 sa EUR 74 800” jinbidel għal “EUR 24 900 sa EUR 74 900”;

(2)

fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4, “EUR 69 300” jinbidel għal “EUR 69 400”;

(3)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 139 300” jinbidel għal “EUR 139 600”,

fir-raba' subparagrafu, “EUR 69 300” jinbidel għal “EUR 69 400”,

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 69 300” jinbidel għal “EUR 69 400”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 117 600” jinbidel għal “EUR 117 800”,

fil-ħames subparagrafu, “EUR 34 800” jinbidel għal “EUR 34 900”,

(iii)

il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 34 800” jinbidel għal “EUR 34 900”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 8 700 sa EUR 26 100” jinbidel għal “EUR 8 700 sa EUR 26 200”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 41 700” jinbidel għal “EUR 41 800”,

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 10 500 sa EUR 31 400” jinbidel għal “EUR 10 500 sa EUR 31 500”,

(c)

fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, “EUR 33 300” jinbidel għal “EUR 33 400”;

(4)

fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6, “EUR 41 700” jinbidel għal “EUR 41 800”;

(5)

fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7, “EUR 69 300” jinbidel għal “EUR 69 400”;

(6)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 83 500” jinbidel għal “EUR 83 700”,

(ii)

fit-tielet subparagrafu, “EUR 41 700” jinbidel għal “EUR 41 800”,

(iii)

fir-raba' subparagrafu, “EUR 20 900 sa EUR 62 600” jinbidel għal “EUR 20 900 sa EUR 62 700”,

(iv)

fil-ħames subparagrafu, “EUR 10 500 sa EUR 31 400” jinbidel għal “EUR 10 500 sa EUR 31 500”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 278 200” jinbidel għal “EUR 278 800”,

(ii)

fit-tielet subparagrafu, “EUR 139 300” jinbidel għal “EUR 139 600”,

(iii)

fil-ħames subparagrafu, “EUR 3 000 sa EUR 239 800” jinbidel għal “EUR 3 000 sa EUR 240 300”,

(iv)

fis-sitt subparagrafu, “EUR 3 000 sa EUR 120 100” jinbidel għal “EUR 3 000 sa EUR 120 300”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta' April 2016.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' April 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).


31.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/462

tat-30 ta' Marzu 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 324/2008 li jistabbilixxi proċeduri riveduti għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tissorvelja l-applikazzjoni mill-Istati Membri tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 u tad-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni għandha twettaq spezzjonijiet. L-organizzazzjoni ta' spezzjonijiet taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni hija meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-effettività tas-sistemi nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità kif ukoll tal-miżuri, tal-proċeduri u tal-istrutturi fil-livell nazzjonali marbuta mas-sigurtà marittima.

(2)

Fit-twettiq l-ispezzjonijiet, il-Kummissjoni hija assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Fit-twettiq tal-ispezzjonijiet fil-kuntest taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), il-Kummissjoni titlob l-għajnuna tal-ispetturi nazzjonali elenkati mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) skont id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2008 (4).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 324/2008 (5) jistabbilixxi regoli ta' proċedura biex fl-ispezzjonijiet tagħha fil-qasam tas-sigurtà marittima, il-Kummissjoni taħdem b'mod trasparenti, effettiv, armonizzat u konsistenti.

(4)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-2008, huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 324/2008 jitwettqu b'mod konsistenti skont proċedura stabbilita, li tinkludi metodoloġija standard. Il-miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-eżerċizzju tal-poteri tal-Kummissjoni għandhom jkunu effiċjenti u trasparenti.

(5)

Id-definizzjonijiet tat-termini użati fil-kuntest tat-twettiq tal-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni għandhom jiġu żviluppati aktar. Ir-reviżjonijiet ma jestendux il-kamp ta' applikazzjoni tal-ispezzjonijiet lil hinn mill-kompetenza eżistenti.

(6)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu f'kooperazzjoni flimkien matul it-tħejjija u t-twettiq tal-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni.

(7)

Il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li fit-tims tagħha tal-ispezzjoni tinkludi spetturi nazzjonali kwalifikati li l-Istati Membri jagħmlu għad-dispożizzjoni tagħha u li jkunu jissodisfaw il-kriterji meħtieġa ta' kwalifika u ta' taħriġ.

(8)

Biex l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni jimxu skont proċedura trasparenti u effiċjenti, id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu ċari u żviluppati aktar, partikularment fil-każ ta' spezzjoni ta' bastiment li titwettaq f'port ta' Stat Membru differenti minn dak tal-port tal-imbarkazzjoni. Il-kwistjoni tal-ispezzjoni ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-UE f'post barra mill-Unjoni Ewropea għandha tiġi ċċarata biex jiġu ttrattati l-limitazzjonijiet loġistiċi speċifiċi ta' dawn l-ispezzjonijiet.

(9)

L-informazzjoni sensittiva iżda mhux ikklassifikata relatata ma' spezzjoni għandha tiġi ttrattata b'miżuri ta' sigurtà stretti sabiex tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità tagħha u ma tiġix żvelata.

(10)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 324/2008 għandu jiġi emendat skont kif inhu xieraq.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fir-Regolament (KE) Nru 324/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 324/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 u 2 jinbdlu b'dan li ġej:

“1.

‘Spezzjoni mill-Kummissjoni’ tfisser eżaminazzjoni minn spetturi tal-Kummissjoni tas-sistemi ta' kontroll tal-kwalità, tal-miżuri, tal-proċeduri u tal-istrutturi nazzjonali tas-sigurtà marittima tal-Istati Membri, biex tiġi ddeterminata l-konformità tagħhom mar-Regolament (KE) Nru 725/2004 u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/65/KE. Din tista' tinkludi spezzjonijiet tal-portijiet, tal-faċilitajiet tal-port, il-bastimenti tal-awtoritajiet kompetent għas-sigurtà marittima jew tal-kumpaniji, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 725/2004. Din tista' tinkludi wkoll spezzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' sigurtà rikonoxxuti, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 u fl-Anness IV tad-Direttiva 2005/65/KE relattiva għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tas-sigurtà,

2.

‘spettur tal-Kummissjoni’ tfisser persuna li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7, impjegata mill-Kummissjoni, jew impjegata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, jew tkun spettur nazzjonali, mibgħut mill-Kummissjoni biex jipparteċipa fl-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni, elenkat mill-Istati Membri jew mill-Istati Membri tal-EFTA.”,

(b)

il-punt 11 jinbidel b'dan li ġej:

“11.

‘port’ tfisser iż-żona ġewwa l-fruntieri ddefiniti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2005/65/KE, u nnotifikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12 tagħha;”,

(c)

jiżdiedu l-punti 12, 13, 14, 15, 16 u 17 li ġejjin:

“12.

‘miżura korrettiva provviżorja’ tfisser miżura temporanja jew firxa ta' miżuri bil-għan li jillimitaw sal-livell massimu prattikabbli l-impatt ta' nuqqas maġġuri ta' konformità jew nuqqas ta' konformità identifikat waqt it-twettiq tal-ispezzjoni qabel ma tkun tista' ssir il-korrezzjoni sħiħa;

13.

‘informazzjoni klassifikata’ tfisser informazzjoni identifikata jew identifikabbli miksuba matul it-twettiq tal-attivitajiet tal-ispezzjoni li jekk tiġi żvelata taf twassal għal ksur tas-sigurtà, ikklassifikata skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (*) jew skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri;

14.

‘informazzjoni sensittiva iżda mhux ikklassifikata’ tfisser materjal relatat mal-ispezzjoni jew informazzjoni miksuba matul it-twettiq tal-attivitajiet ta' spezzjoni, li jekk tiġi żvelata taf twassal għal ksur tas-sigurtà u li tista' tinqasam abbażi tal-ħtieġa ta' tagħrif;

15.

‘mhux ikkonfermata’ tfisser sejba li ssir waqt spezzjoni mill-Kummissjoni, li li tindika li ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 jew id-Diretiva 2005/65/KE ma ġietx sodisfata iżda mhix issostanzjata b'evidenza oġġettiva;

16.

‘Kumitat’ tfisser il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004;

17.

‘rappreżentant ta' Stat tal-bandiera’ tfisser membru tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li l-bastiment ikun itajjar il-bandiera tiegħu jew, jekk ikun innominat minn dak l-Istat Membru, ikun rappreżentant ta' organizzazzjoni ta' sigurtà rikonoxxuta.

(*)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).”"

(2)

L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-kooperazzjoni tal-Istati Membri

1.   Mingħajr ħsara għar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni fit-twettiq tal-ispezzjonijiet tagħha. Għandu jkun hemm din il-kooperazzjoni matul il-fażijiet ta' tħejjija, ta' sorveljanza u ta' rrappurtar.

2.   L-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li n-notifika ta' spezzjoni:

(a)

tinżamm taħt miżuri stretti ta' sigurtà biex jiġi ggarantit li ma tiġix żvelata sabiex ma jiġix kompromess il-proċess ta' spezzjoni; kif ukoll

(b)

tiġi kkomunikata lill-partijiet rilevanti abbażi tal-ħtieġa ta' għarfien.”;

(3)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li, meta jintalab, l-ispetturi tal-Kummissjoni jkollhom aċċess f'waqtu għad-dokumentazzjoni tas-sigurtà rilevanti meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tal-ispezzjoni, u b'mod partikolari li:

(a)

il-programm nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 msemmi fl-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament;

(b)

l-aġġornamenti l-aktar riċenti tad-dejta pprovduti mill-punt ta' kuntatt u r-rapporti tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004;

(c)

l-eżitu tal-monitoraġġ mill-Istati Membri tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' sigurtà tal-portijiet;

(d)

il-valutazzjonijiet tas-sigurtà tal-bastiment, tal-port u tal-faċilità tal-port rilevanti, u l-pjanijiet tas-sigurtà tal-bastiment, il-port u l-faċilità tal-port rilevanti, ir-rekords tad-drills u tal-eżerċizzji ta' taħriġ għall-bastiment, il-port u l-faċilità tal-port waqt li l-Kummissjoni tkun qiegħda twettaq l-ispezzjonijiet;

(e)

in-notifiki mill-Istati Membri tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 meħuda wara l-valutazzjoni obbligatorja tar-riskji għas-sigurtà;

(f)

kwalunkwe linja gwida, istruzzjoni jew proċedura maħruġa mill-Istat Membru għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 u d-Direttiva 2005/65/KE.”;

(4)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Bi ftehim mal-Kummissjoni, sa fejn ikun prattiku, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli spetturi nazzjonali li kapaċi jieħdu sehem fl-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni, inklużi fil-fażijiet relatati ta' tħejjija u ta' rappurtar.”,

(b)

il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.   It-talbiet biex l-ispetturi nazzjonali jipparteċipaw fl-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni għandhom jiġu kkomunikati fi żmien xieraq, normalment mill-anqas xahrejn qabel ma tkun se titwettaq l-ispezzjoni.”;

(5)

L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Assistenza teknika mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fl-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni

Fir-rigward tal-għoti ta' assistenza teknika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni esperti tekniċi biex jipparteċipaw fi spezzjonijiet mill-Kummissjoni, inklużi fil-fażijiet relatati ta' tħejjija u rappurtar.”

(6)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

għarfien operazzjonali tajjeb tat-teknoloġiji u t-tekniki tas-sigurtà,”,

(ii)

il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

għarfien operazzjonali tal-operazzjonijiet soġġetti għal eżami;”,

(iii)

jiżdiedu l-punti (e) u (f) li ġejjin:

“(e)

kuxjenza dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa, is-sigurtà u tas-sigurtà biex wieħed jaħdem f'ambjent marittimu;

(f)

għarfien tar-rekwiżiti legali prinċipali applikabbli fil-qasam tas-sigurtà marittima.”,

(b)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Sabiex jikkwalifikaw għall-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni, l-ispetturi tal-Kummissjoni għandhom jispiċċaw b'suċċess taħriġ biex iwettqu dawn l-ispezzjonijiet. Perjodikament, l-ispetturi tal-Kummissjoni għandhom jitħarrġu mill-inqas kull ħames snin, sabiex jaġġornaw l-għarfien tagħhom.”,

(c)

jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Jekk matul spezzjoni preċedenti, l-imġiba jew il-prestazzjoni ta' spettur ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, dak l-ispettur ma għandux jiġi nnominat aktar għall-kompiti ta' spezzjoni mill-Kummissjoni.”;

(7)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tavża lill-punt ta' kuntatt tal-Istat Membru li tkun se ssir l-ispezzjoni fit-territorju tiegħu tal-anqas sitt ġimgħat qabel.

Flimkien mal-avviż formali tal-ispezzjoni, lill-punt ta' kuntatt il-Kummissjoni tista' tikkomunikalu kwestjonarju ta' qabel l-ispezzjoni biex jimtela' mill-awtorità kompetenti, flimkien ma' talba għal kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti. Il-kwestjonarju mimli u kwalunkwe dokumentazzjoni mitluba għandhom jingħataw lill-Kummissjoni tal-anqas ġimagħtejn qabel ma tkun skedata li tibda l-ispezzjoni.

Il-perjodu ta' avviż formali previst fl-ewwel subparagrafu jista' jitnaqqas għal mhux inqas minn ġimagħtejn, u dan kemm-il darba l-Kummissjoni taġixxi b'reazzjoni għal avveniment eċċezzjonali li jista' jkollu impatt sinifikanti fuq il-livell ġenerali tas-sigurtà marittima fl-Unjoni Ewropea u dejjem jekk il-Kummissjoni tkun ikkonsultat il-punt ta' kuntatt ikkonċernat qabel ma tagħti l-avviż formali. F'dak il-każ it-tieni subparagrafu ma japplikax.”,

(b)

il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.   Fejn l-Istat tal-bandiera hu Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, kemm jista' jkun malajr, tinforma lill-punt ta' kuntatt tal-Istat Membri li l-bastiment jista' jiġi spezzjonat meta jkun fil-faċilità tal-port. Jekk spezzjoni tkun biex tkopri l-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru differenti minn dak tal-awtorità li tkun qed tiġi spezzjonata, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-punt ta' kuntatt tal-Istat tal-bandiera sabiex ikunu jistgħu jsiru l-arranġamenti prattiċi meħtieġa biex issir l-ispezzjoni abbord dak il-bastiment.”,

(c)

il-paragrafu 9 jinbidel b'dan li ġej:

“9.   Meta l-Kummissjoni tattendi spezzjoni jew verifika nazzjonali ta' bastiment f'post barra mill-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa mal-punt ta' kuntatt sabiex issegwi l-ispezzjonijiet jew il-verifiki mar-rappreżentant tal-bandiera.”;

(8)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej:

“1.   Għandha tintuża metodoloġija standard sabiex jiġi mmonitorjat kif l-Istati Membri jkunu qegħdin japplikaw ir-rekwiżiti tas-sigurtà marittima kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 725/2004 u fid-Direttiva 2005/65/KE.

2.   L-ispetturi tal-Kummissjoni, waqt li jwettqu l-attività tal-ispezzjonijiet, għandhom ikunu l-ħin kollu akkumpanjati minn rappreżentant tal-awtorità kompetenti rilevanti. Dak ir-rappreżentant ma għandux jippreġudika l-effiċjenza jew l-effikaċja tal-ispezzjoni.

L-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu b'mod li jfixkel mill-inqas l-operazzjonijiet kummerċjali. Sabiex jinkiseb dan, kull meta jkun il-każ u bi qbil minn qabel bejn l-Istat tal-bandiera u l-kaptan tal-bastiment, spezzjoni ta' bastiment li tkun bdiet fil-port tista' titkompla wara li l-bastiment iħalli l-port.

Jekk bastiment li jkun soġġett għal spezzjoni ikun qed jaqdi servizzi internazzjonali skedati bejn żewġ Stati Membri jew aktar, l-ispezzjoni tista' wkoll tkun relatata mal-operazzjonijiet tal-imbarkazzjoni u tal-iżbark tal-passiġġieri u tal-vetturi fuq kull naħa tal-vjaġġ. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tavża lill-punt ta' kuntatt tal-port tal-Istat Membru bil-wasla f'konformità mal-Artikolu 8(1).”,

(b)

il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

“6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, meta possibbli u skont il-każ, l-ispetturi tal-Kummissjoni għandhom jagħtu ġabra fil-qosor informali u bil-fomm ta' dak li jkun irriżultalhom fuq il-post.

Il-punt ta' kuntatt rilevanti għandu jiġi infurmat mill-ewwel dwar kull nuqqas maġġuri ta' konformità mar-Regolament (KE) Nru 725/2004 jew mad-Deċiżjoni 2005/65/KE identifikat minn spezzjoni mill-Kummissjoni, qabel ma jitlesta r-rapport ta' spezzjoni skont l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.

Madankollu, f'każijiet fejn spettur tal-Kummissjoni li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni ta' bastiment isib nuqqas maġġuri ta' konformità li jeħtieġ azzjoni skont l-Artikolu 16, il-kap tat-tim għandu jgħarraf b'dan minnufih lill-punt ta' kuntatt tal-Istat Membru bil-miktub”.

(c)

jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:

“7.   L-ispetturi tal-Kummissjoni għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet b'mod effiċjenti u effikaċi, u jagħtu l-importanza dovuta lis-sikurezza u lis-sigurtà.”;

(9)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafi 4 u 5 jinbidlu b'dan li ġej:

“4.   Meta tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 u tad-Direttiva 2005/65/KE skont dan ir-Regolament, is-sejbiet għandhom jiġu kklassifikati f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

konformi;

(b)

konformi, iżda jeħtieġ titjib;

(c)

nuqqas ta' konformità;

(d)

nuqqas maġġuri ta' konformità;

(e)

mhux ikkonfermat.

5.   Ir-rapport għandu jindika fid-dettall is-sejbiet li joħorġu minn dik l-ispezzjoni bħala “nuqqas maġġuri ta' konformità”, “nuqqas ta' konformità”, “konformi, iżda jeħtieġ titjib” u “mhux ikkonfermat” fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 jew tad-Direttiva 2005/65/KE skont dan ir-Regolament.

Ir-rapport jista' jkun fih rakkomandazzjonijiet għal azzjoni korrettiva.”

(10)

fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Meta Stat Membru jipproponi miżuri korrettivi immedjati biex jindirizza nuqqas maġġuri ta' konformità misjub, dan għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni dwarhom qabel ma l-Kummissjoni toħroġ rapport ta' spezzjoni. F'każ bħal dan, ir-rapport għandu jsemmi l-għadd ta' azzjonijiet korrettivi li ttieħdu mill-Istat Membru. Jekk jittieħdu biss miżuri provviżorji, l-Istat Membru għandu minnufih jinnotifika b'dan lill-Kummissjoni u għandu jinformaha wkoll dwar l-iskadenza sa meta jridu jiġu implimentati l-azzjonijiet sħaħ u korrettivi finali.”;

(11)

L-Artikoli 14 u 15 jinbidlu b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni

F'konformità mar-regoli fis-seħħ li japplikaw, meta jsiru spezzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà marittima, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tipproteġi l-informazzjoni klassifikata li jkollha aċċess għaliha, jew li tkun ġiet ikkomunikata lilha mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri ekwivalenti b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.

L-informazzjoni sensittiva iżda mhux ikklassifikata tista' tiġi skambjata bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, sakemm dawn jipproteġu din l-informazzjoni skont ir-rekwiżiti applikabbli li jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tagħha.

Artikolu 15

Programm ta' spezzjoni tal-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu parir mill-Kumitat dwar il-prioritajiet għall-implimentazzjoni tal-programm ta' spezzjoni tagħha.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' spezzjoni u tikkomunikalu r-riżultati tal-ispezzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha taqsam mal-Istati Membri dawk il-prattiki tajba li jkunu ġew osservati waqt l-ispezzjonijiet..

Normalment ir-rapporti tal-ispezzjoni jingħataw lill-Kumitat:

(a)

hekk kif tasal ir-risposta tal-Istat Membru skont l-Artikolu 12(1), u

(b)

meta jingħalaq il-fajl.”;

(12)

fl-Artikolu 16, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Jekk spezzjoni tikxef nuqqas maġġuri ta' konformità mar-Regolament (KE) Nru 725/2004 jew mad-Direttiva 2005/65/KE li jitqies li jkollu impatt sinifikanti fuq il-livell ġenerali tas-sigurtà marittima fl-Unjoni li ma jistax jiġi indirizzat minnufih għall-inqas b'miżuri korrettivi ta' natura provviżorja, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra immedjatament wara li tkun avżat lill-Istat Membru kkonċernat b'dan in-nuqqas maġġuri ta' konformità.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6.

(2)  Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 106).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 324/2008 tad-9 ta' April 2008 li jistabbilixxi proċeduri riveduti għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima (ĠU L 98, 10.4.2008, p. 5).


31.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/34


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/463

tat-30 ta' Marzu 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

153,0

MA

100,3

TR

112,4

ZZ

121,9

0707 00 05

MA

82,7

TR

134,4

ZZ

108,6

0709 93 10

EG

44,3

MA

43,9

TR

156,3

ZZ

81,5

0805 10 20

EG

44,2

IL

76,8

MA

57,5

TN

68,9

TR

72,3

ZA

47,6

ZZ

61,2

0808 10 80

BR

90,3

CL

97,2

US

135,9

ZA

99,1

ZZ

105,6

0808 30 90

AR

134,1

CL

119,9

CN

88,3

TR

159,2

ZA

111,5

ZZ

122,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

31.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/36


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/464

tad-29 ta' Marzu 2016

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja u għall-Polonja

(notifikata bid-dokument C(2016) 1701)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intraKomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intraKomunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri fil-Partijiet I, II, III u IV ta' dak l-Anness differenzjati permezz tal-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Litwanja u tal-Polonja.

(2)

Minn Frar 2015, ma ġiet innotifikata l-ebda tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi fiż-żoni tal-Polonja li huma elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Barra minn hekk, is-superviżjoni ta' miżuri ta' bijosigurtà ġiet implimentata b'mod sodisfaċenti fi stabbilimenti f'dawk iż-żoni abbażi tal-programm nazzjonali għall-bijosigurtà għall-prevenzjoni tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. Dawn il-fatti jindikaw titjib fis-sitwazzjoni epidemjoloġika. Għaldaqstant, dawk iż-żoni ta' dak l-Istat Membru issa għandhom jitniżżlu fil-Parti II, minflok fil-Parti III, tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(3)

Fi Frar 2016, kien hemm okkorrenza ta' każ wieħed tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċinġjal fl-Estonja, fiż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, qrib ħafna taż-żoni elenkati fil-Parti I ta' dak l-Anness. Għadaqstant, ċerti żoni mniżżla fil-Parti I għandhom jitniżżlu fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(4)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju rrappreżentata mis-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja u fil-Polonja. Biex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali u jiġi evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, għandha tiġi emendata biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja u fil-Polonja.

(5)

Għalhekk id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi emendata biex jiġu modifikati ż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Estonja u l-Partijiet II u III tal-Polonja.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


ANNESS

“ANNESS

PARTI I

1.   L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

il-linn ta' Keila,

il-linn ta' Kunda,

il-linn ta' Loksa,

il-linn ta' Maardu,

il-linn ta' Mustvee,

il-linn ta' Pärnu,

il-linn ta' Saue,

il-linn ta' Tallinn,

il-maakond ta' Läänemaa,

il-parti tal-vald ta' Jõelähtme li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 1 (E20),

il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 1 (E20),

il-vald ta' Audru,

il-vald ta' Haljala,

il-vald ta' Harku,

il-vald ta' Keila,

il-vald ta' Kernu,

il-vald ta' Kiili,

il-vald ta' Koonga,

il-vald ta' Lavassaare,

il-vald ta' Nissi,

il-vald ta' Padise,

il-vald ta' Saku,

il-vald ta' Saue,

il-vald ta' Sauga,

il-vald ta' Sindi,

il-vald ta' Tõstamaa,

il-vald ta' Varbla,

il-vald ta' Vasalemma,

il-vald ta' Vihula,

il-vald ta' Viimsi.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Suntažu u Ogresgala,

in-novads ta' Ādažu,

in-novads ta' Amatas,

in-novads ta' Carnikavas,

in-novads ta' Garkalnes,

in-novads ta' Ikšķiles,

in-novads ta' Inčukalna,

in-novads ta' Jaunjelgavas,

in-novads ta' Ķeguma,

in-novads ta' Līgatnes,

in-novads ta' Mālpils,

in-novads ta' Neretas,

in-novads ta' Ropažu,

in-novads ta' Salas,

in-novads ta' Siguldas,

in-novads ta' Vecumnieku,

in-novads ta' Viesītes.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Jurbarkas, is-seniūnijos ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių,

fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnijos ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, il-parti tas-seniūnijos ta' Krekenavos li tinsab fil-punent tax-xmara Nevėžis,

fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnijos ta' Ariogalos, il-miestas ta' Ariogalos, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,

fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnijos ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,

ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,

is-savivaldybė ta' Kalvarija,

is-savivaldybė ta' Kazlų Rūda,

is-savivaldybė ta' Marijampolė.

4.   Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

Fil-województwo podlaskie:

il-gminy ta' Augustów bil-bliet ta' Augustów, Nowinka, Płaska, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat ta' augustowski,

il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady u Dobrzyniewo Duże fil-powiat białostocki,

il-gminy ta' Dubicze Cerkiewne, Kleszczele u Czeremcha fil-powiat hajnowski,

il-gminy ta' Grodzisk, Dziadkowice u Milejczyce fil-powiat siemiatycki,

il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły u Wysokie Mazowieckie bil-bliet ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fil-powiat ta' powiat wysokomazowiecki,

il-poviat sejneński,

il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki u Raczki fil-powiat suwalski,

il-gmina ta' Rutki fil-powiat zambrowski,

il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat sokólski,

il-powiat ta' bielski,

il-powiat M. Białystok,

il-powiat M. Suwałki,

il-powiat ta' moniecki.

PARTI II

1.   L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

il-linn ta' Kallaste,

il-linn ta' Rakvere,

il-linn ta' Tartu,

il-linn ta' Vändra,

il-linn ta' Viljandi,

il-maakond ta' Ida-Virumaa,

il-maakond ta' Põlvamaa,

il-maakond ta' Raplamaa,

il-parti tal-vald ta' Jõelähtme li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20),

il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20),

il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Punent tat-triq numru 24126,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49,

il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Abja,

il-vald ta' Aegviidu,

il-vald ta' Alatskivi,

il-vald ta' Anija,

il-vald ta' Are,

il-vald ta' Häädemeeste,

il-vald ta' Haaslava,

il-vald ta' Halinga,

il-vald ta' Halliste,

il-vald ta' Kadrina,

il-vald ta' Kambja,

il-vald ta' Karksi,

il-vald ta' Kasepää,

il-vald ta' Kõpu,

il-vald ta' Kose,

il-vald ta' Kõue,

il-vald ta' Laekvere,

il-vald ta' Luunja,

il-vald ta' Mäksa,

il-vald ta' Meeksi,

il-vald ta' Paikuse,

il-vald ta' Pala,

il-vald ta' Peipsiääre,

il-vald ta' Piirissaare,

il-vald ta' Raasiku,

il-vald ta' Rae,

il-vald ta' Rägavere,

il-vald ta' Rakvere,

il-vald ta' Saarde,

il-vald ta' Saare,

il-vald ta' Sõmeru,

il-vald ta' Surju,

il-vald ta' Tahkuranna,

il-vald ta' Tapa,

il-vald ta' Tootsi,

il-vald ta' Tori,

il-vald ta' Vändra,

il-vald ta' Vara,

il-vald ta' Vinni,

il-vald ta' Viru-Nigula,

il-vald ta' Võnnu.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

in-novads ta' Krimuldas,

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidridžu, Limbažu u Umurgas,

fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Krapes, Ķeipenes, Lauberes, Madlienas, Mazozolu, Menģeles u Taurupes,

in-novads ta' Priekuļu,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes,

in-novads ta' Aizkraukles,

in-novads ta' Aknīstes,

in-novads ta' Alūksnes,

in-novads ta' Apes,

in-novads ta' Baltinavas,

in-novads ta' Balvi,

in-novads ta' Cēsu,

in-novads ta' Cesvaines,

in-novads ta' Ērgļu,

in-novads ta' Gulbenes,

in-novads ta' Ilūkstes,

in-novads ta' Jaunpiebalgas,

in-novads ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Kocēnu,

in-novads ta' Kokneses,

in-novads ta' Krustpils,

in-novads ta' Lielvārdes,

in-novads ta' Līvānu,

in-novads ta' Lubānas,

in-novads ta' Madonas,

in-novads ta' Pārgaujas,

in-novads ta' Pļaviņu,

in-novads ta' Raunas,

in-novads ta' Rugāju,

in-novads ta' Saulkrastu,

in-novads ta' Sējas,

in-novads ta' Skrīveru,

in-novads ta' Smiltenes,

in-novads ta' Varakļānu,

in-novads ta' Vecpiebalgas,

in-novads ta' Viļakas,

ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils;

ir-republikas pilsēta ta' Valmiera.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai, u l-parti ta' Svėdasai li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq Nru 118,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Šilų, Bukonių u, fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimai ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnijos tal-apylinkės ta' Kaišiadorių, Kruonio, Nemaitonių, Paparčių, Žąslių, Žiežmarių, l-apylinkės ta' Žiežmarių u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq N. A1,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, l-apylinkių ta' Garliavos, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, l-apylinkių ta' Vilkijos u Zapyškio,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnijos ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, il-miesto ta' Kėdainių,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnijos ta' Karsakiškio, Naujamiesčio, Miežiškių, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Raguvos, Smilgių, Upytės, Vadoklių,Velžio u l-parti ta' Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Lvant tax-xmara Nevėžis,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių,

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės,

il-miesto savivaldybė ta' Alytus,

il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys,

il-miesto savivaldybė ta' Kaunas,

il-miesto savivaldybė ta' Panevėžys,

il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,

ir-rajono savivaldybė ta' Alytus,

ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,

ir-rajono savivaldybė ta' Druskininkai,

ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina,

ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai,

ir-rajono savivaldybė ta' Molėtai,

ir-rajono savivaldybė ta' Prienai,

ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

ir-rajono savivaldybė ta' Švenčionys,

ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė,

ir-rajono savivaldybė ta' Utena,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilnius,

ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai,

is-savivaldybė ta' Birštonas,

is-savivaldybė ta' Elektrėnai,

is-savivaldybė ta' Visaginas.

4.   Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

Fil-podlaskie województwo:

il-gminy ta' Czarna Białostocka, Gródek, Michałowo, Supraśl, Wasilków u Zabłudów fil-powiat białostocki,

il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Krynki, Kuźnica, Nowy Dwór, Sidra, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat sokólski,

il-gmina ta' Lipsk fil-powiat augustowski,

il-gminy ta' Czyże, Białowieża, Hajnówka mal-belt ta' Hajnówka, Narew u Narewka fil-powiat hajnowski.

PARTI III

1.   L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

il-linn ta' Elva,

il-linn ta' Jõgeva,

il-linn ta' Põltsamaa,

il-linn ta' Võhma,

il-maakond ta' Järvamaa,

il-maakond ta' Valgamaa,

il-maakond ta' Võrumaa,

il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 24126,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 49,

il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u mbagħad it-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Jõgeva,

il-vald ta' Kolga-Jaani,

il-vald ta' Konguta,

il-vald ta' Kõo,

il-vald ta' Laeva,

il-vald ta' Nõo,

il-vald ta' Paistu,

il-vald ta' Pajusi,

il-vald ta' Põltsamaa,

il-vald ta' Puhja,

il-vald ta' Puurmani,

il-vald ta' Rakke,

il-vald ta' Rannu,

il-vald ta' Rõngu,

il-vald ta' Saarepeedi,

il-vald ta' Tähtvere,

il-vald ta' Tarvastu,

il-vald ta' Torma,

il-vald ta' Ülenurme,

il-vald ta' Väike-Maarja.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas,

in-novads ta' Aglonas,

in-novads ta' Alojas,

in-novads ta' Beverīnas,

in-novads ta' Burtnieku,

in-novads ta' Ciblas,

in-novads ta' Dagdas,

in-novads ta' Daugavpils,

in-novads ta' Kārsavas,

in-novads ta' Krāslavas,

in-novads ta' Ludzas,

in-novads ta' Mazsalacas,

in-novads ta' Naukšēnu,

in-novads ta' Preiļu,

in-novads ta' Rēzeknes,

in-novads ta' Riebiņu,

in-novads ta' Rūjienas,

in-novads ta' Strenču,

in-novads ta' Valkas,

in-novads ta' Vārkavas,

in-novads ta' Viļānu,

in-novads ta' Zilupes,

ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils;

ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnija ta' Viešintos u l-parti tas-seniūnija ta' Svėdasai li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Nru 118,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimai Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u l-miestelis ta' Žeimių,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnijos ta' Palomenės, Pravieniškių u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fit-Tramuntana tat-triq N. A1,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos, Kalesninkų,

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos, Vydenių,

il-miesto savivaldybė ta' Jonava,

ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,

PARTI IV

L-Italja

Dawn iż-żoni fl-Italja:

iż-żoni kollha ta' Sardenja.”


Rettifika

31.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/48


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/351/KE tat-28 ta' April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2000/57/KE b'rigward avvenimenti li għandhom jiġu rrapportati fi ħdan sistema ta' twissija u tweġiba bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard li jittieħed

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 117 tal-1 ta' Mejju 2008 )

F'paġna 40, fit-titolu, fl-ewwel, fit-tieni u fil-ħames premessa:

minflok:

“twissija u tweġiba bikrija”,

aqra:

“twissija bikrija u ta' reazzjoni”.


31.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/48


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/547/KE tal-10 ta' Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2000/57/KE dwar is-sistema ta' twissija u tweġiba bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 181 tal-14 ta' Lulju 2009 )

F'paġna 57, fit-titolu u darbtejn fl-ewwel premessa:

minflok:

“twissija u tweġiba bikrija”,

aqra:

“twissija bikrija u ta' reazzjoni”;

F'paġna 59, fl-Artikolu 1(2), fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2a(2) il-ġdid tad-Deċiżjoni 2000/57/KE u fl-Artikolu 1(3), fl-Artikolu 3(1) il-ġdid tad-Deċiżjoni 2000/57/KE:

minflok:

“twissija u reazzjoni bikrija”,

aqra:

“twissija bikrija u ta' reazzjoni”.