|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
|
|
|
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo. |
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/1 |
Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*1), min-naħa l-oħra
Billi l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim imsemmi hawn fuq tlestew fis-26 ta' Frar 2016, dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 2016, f'konformità mal-Artikolu 144 tiegħu.
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/437
tal-10 ta' Marzu 2016
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ittrasferixxa r-referenza għar-Repubblika tal-Perù mill-Anness I għall-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2). |
|
(2) |
Dik ir-referenza għar-Repubblika tal-Perù hija akkumpanjata b'nota f'qiegħ il-paġna li tispeċifika li l-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 509/2014, il-Kummissjoni vvalutat is-sitwazzjoni tar-Repubblika tal-Perù fir-rigward tal-kriterji stabbiliti f'dak ir-Regolament. Fid-29 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni adottat rapport li jikkonkludi li t-titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Perù f'dawn l-aħħar snin ipprovda ġustifikazzjoni għall-eżenzjoni taċ-ċittadini Peruvjani mir-rekwiżit tal-viża meta jivvjaġġaw lejn l-Unjoni Ewropea. |
|
(4) |
Fid-19 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Perù għall-konklużjoni ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (il-“Ftehim”). |
|
(5) |
In-negozjati dwar il-Ftehim inbdew fl-20 ta' Mejju 2015 u ġew iffinalizzati b'suċċess billi l-ftehim ġie inizjalat fid-9 ta' Ġunju 2015. |
|
(6) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, u d-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim għandhom jiġu approvati,f'isem l-Unjoni. Il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, mill-jum wara d-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jintemmu l-proċeduri għall-konklużjoni formali tiegħu. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem f'adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(8) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (il-“Ftehim”) huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.
It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-dikjarazzjonijiet mehmuża ma' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 4
Il-Ftehim għandu japplika b'mod provviżorju mill-jum wara d-data tal-iffirmar tiegħu (5), sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għal konklużjoni tiegħu.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
K.H.D.M. DIJKHOFF
(1) Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa, (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 67).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa, (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(5) Id-data tal-iffirmar tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/4 |
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Perù dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni” jew “l-UE”, u
IR-REPUBBLIKA TAL-PERÙ, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Perù”,
minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin il-“Partijiet Kontraenti”,
BIL-ĦSIEB li jiġu żviluppati ulterjorment relazzjonijiet ta' ħbiberija bejn il-Partijiet Kontraenti u bix-xewqa li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar billi jiġi żgurat dħul u soġġorn għal perijodu qasir mingħajr viża għaċ-ċittadini tagħhom,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minndak ir-rekwiżit (1), billi, inter alia, jittrasferixxi 19-il pajjiż terz, inkluż il-Perù, mal-lista ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mir-rekwiżit tal-viża għal soġġorni qosra fl-Istati Membri,
FILWAQT LI HUMA KONXJI li l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 509/2014 jistipula li għal dawk id-19-il pajjiż, l-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni,
FILWAQT LI JIXTIEQU li jitħares il-prinċipju ta' trattament ugwali taċ-ċittadini kollha tal-UE,
FILWAQT LI JQISU li l-persuni li jivvjaġġaw bil-għan li jwettqu attività bi ħlas matul is-soġġorn qasir tagħhom mhumiex koperti b'dan il-Ftehim u għalhekk għal dik il-kategorija r-regoli rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u tal-liġi nazzjonali tal-Perù dwar l-obbligu jew l-eżenzjoni mill-viża u dwar l-aċċess għal impjieg jibqgħu japplikaw,
FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għan
Dan il-Ftehim jipprovdi għal vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini tal-Perù meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għall-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:
|
(a) |
“Stat Membru” għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda; |
|
(b) |
“ċittadin tal-Unjoni” għandha tfisser ċittadin ta' Stat Membru kif definit fil-punt (a); |
|
(c) |
“ċittadin tal-Perù” għandha tfisser kwalunkwe persuna li għandha n-nazzjonalità Peruvjana; |
|
(d) |
“żona Schengen” għandha tfisser iż-żona mingħajr fruntieri interni li tinkludi t-territorji tal-Istati Membri kif definit fil-punt (a) li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu. |
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
1. Iċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku, tas-servizz, uffiċjali jew speċjali, li hu validu u maħruġ minn Stat Membru, jistgħu jidħlu u jibqgħu mingħajr viża fit-territorju tal-Perù għall-perijodu ta' soġġorn kif definit fl-Artikolu 4(1).
Iċ-ċittadini tal-Perù li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku, tas-servizz, uffiċjali jew speċjali, li hu validu u maħruġ mill-Perù, jistgħu jidħlu u jibqgħu mingħajr viża fit-territorju tal-Istati Membri għall-perijodu tas-soġġorn kif definit fl-Artikolu 4(2).
2. Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma japplikax għall-persuni li jivvjaġġaw bil-għan li jwettqu attività bi ħlas.
Għal dik il-kategorija ta' persuni, kull Stat Membru jista' jiddeċiedi b'mod individwali li jimponi rekwiżit ta' viża fuq iċ-ċittadini tal-Perù jew li jirtiraha f'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2).
Għal dik il-kategorija ta' persuni, il-Perù jista' jiddeċiedi dwar ir-rekwiżit tal-viża jew l-eżenzjoni mill-viża għaċ-ċittadini ta' kull Stat Membru b'mod individwali f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.
3. L-eżenzjoni mill-viża pprovduta b'dan il-Ftehim għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-liġijiet tal-Partijiet Kontraenti dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tas-soġġorn qasir. L-Istati Membri u l-Perù jirriżervaw id-dritt li jirrifjutaw id-dħul u s-soġġorn qasir fit-territorji tagħhom jekk waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet ma tintlaħaqx.
4. L-eżenzjoni mill-viża tapplika irrispettivament mill-metodu ta' trasport użat biex jinqasmu l-fruntieri tal-Partijiet Kontraenti.
5. Kwistjonijiet mhux koperti minn dan il-Ftehim għandhom ikunu regolati mil-liġi tal-Unjoni, mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u mil-liġi nazzjonali tal-Perù.
Artikolu 4
Tul ta' żmien tas-soġġorn
1. Iċ-ċittadini tal-Unjoni jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Perù għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.
2. Iċ-ċittadini tal-Perù jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum. Dak il-perijodu għandu jiġi kkalkulat indipendentement minn kwalunkwe soġġorn fi Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.
Iċ-ċittadini tal-Perù jistgħu jibqgħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum fit-territorju ta' kull Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, indipendentement mill-perijodu tas-soġġorn ikkalkulat għat-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.
3. Dan il-Ftehim ma jaffettwax il-possibbiltà li l-Perù u għall-Istati Membri biex jestendu l-perijodu tas-soġġorn għal aktar minn 90 jum f'konformità mal-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom u l-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 5
Applikazzjoni territorjali
1. Fir-rigward tar-Repubblika Franċiża, dan il-Ftehim għandu japplika biss għat-territorju Ewropew tar-Repubblika Franċiża.
2. Fir-rigward tar-Renju tan-Netherlands, dan il-Ftehim għandu japplika biss għat-territorju Ewropew tar-Renju tan-Netherlands.
Artikolu 6
Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim
1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt ta' esperti (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”), magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u minn rappreżentanti tal-Perù. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea.
2. Il-Kumitat għandu jkollu, inter alia, il-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
li jimmonitorja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim; |
|
(b) |
li jissuġġerixxi emendi jew żidiet għal dan il-Ftehim; |
|
(c) |
li jsolvi tilwimiet li jqumu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. |
3. Il-Kumitat għandu jitlaqqa' kull meta jkun meħtieġ, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti.
4. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess.
Artikolu 7
Relazzjoni bejn dan il-Ftehim ma' ftehimiet bilaterali eżistenti dwar l-eżenzjoni mill-viża bejn l-Istati Membri u l-Perù
Dan il-Ftehim għandu jkollu preċedenza fuq kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali konkluż bejn l-Istati Membri individwali u l-Perù, sa fejn dawn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti f'konformità mal-proċeduri interni rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-aħħar waħda miż-żewġ notifiki li bihom il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li dawk il-proċeduri jkunu tlestew.
Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-jum wara d-data tal-iffirmar tiegħu.
2. Dan il-Ftehim qed jiġi konkluż għal perijodu indefinit, kemm-il darba ma jiġix terminat f'konformità mal-paragrafu 5.
3. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat bi ftehim bil-miktub mill-Partijiet Kontraenti. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom li huma meħtieġa għal dan il-għan.
4. Kull Parti Kontraenti tistà tissospendi l-Ftehim kollu jew parti minnu, b'mod partikolari, għal raġunijiet ta' politika pubblika, il-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali jew il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-immigrazzjoni irregolari jew l-introduzzjoni mill-ġdid tar-rekwiżit tal-viża minn kwalunkwe Parti Kontraenti. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni għandha tiġi notifikata lill-Parti Kontraenti l-oħra sa mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ ippjanat tagħha. Il-Parti Kontraenti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tgħarraf minnufih lill-Parti Kontraenti l-oħra f'każ li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jibqgħux jeżistu aktar u għandha tneħħi dik is-sospensjoni.
5. Kull Parti Kontraenti tista' tittermina dan il-Ftehim billi tavża bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim ma għandux jibqa' fis-seħħ 90 jum wara dik id-data.
6. Il-Perù jista' jissospendi jew jittermina dan il-Ftehim biss fil-konfront tal-Istati Membri kollha.
7. L-Unjoni tista' tissospendi jew tittermina dan il-Ftehim biss fil-konfront tal-Istati Membri kollha tagħha.
Magħmul f'żewġ kopji, fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Netherlandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż, fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.
Съставено в Брюксел на четиринадесети март през две хиляди и шестнадесета година.
Hecho en Bruselas, el catorce de marzo de dos mil dieciséis.
V Bruselu dne čtrnáctého března dva tisíce šestnáct.
Udfærdiget i Bruxelles den fjortende marts to tusind og seksten.
Geschehen zu Brüssel am vierzehnten März zweitausendsechzehn.
Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta märtsikuu neljateistkümnendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα τέσσερις Μαρτίου δύο χιλιάδες δεκαέξι.
Done at Brussels on the fourteenth day of March in the year two thousand and sixteen.
Fait à Bruxelles, le quatorze mars deux mille seize.
Sastavljeno u Bruxellesu četrnaestog ožujka godine dvije tisuće šesnaeste.
Fatto a Bruxelles, addì quattordici marzo duemilasedici.
Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada četrpadsmitajā martā.
Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų kovo keturioliktą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év március havának tizennegyedik napján.
Magħmul fi Brussell, fl-erbatax-il jum ta’ Marzu fis-sena elfejn u sittax.
Gedaan te Brussel, veertien maart tweeduizend zestien.
Sporządzono w Brukseli dnia czternastego marca roku dwa tysiące szesnastego.
Feito em Bruxelas, em catorze de março de dois mil e dezasseis.
Întocmit la Bruxelles la paisprezece martie două mii șaisprezece.
V Bruseli štrnásteho marca dvetisícšestnásť.
V Bruslju, dne štirinajstega marca leta dva tisoč šestnajst.
Tehty Brysselissä neljäntenätoista päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.
Som skedde i Bryssel den fjortonde mars år tjugohundrasexton.
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За Република Перу
Por la República del Perú
Za Peruánskou Republikudo
For Republikken Peru
Für die Republik Peru
Peruu Vabariigi nimel
Για τη Δημοκρατία του Περού
For the Republic of Peru
Pour la république du pérou
Za Republiku Peru
Per la Republica del Perù
Peru Republikas vārdā –
Peru Respublikos vardu
A Perui Köztársaság részéről
Għar-Repubblika tal-Perù
Voor de Republiek Peru
W imieniu Peru
Pela República do Peru
Pentru Republica Peru
Za Peruánsku Republiku
Za Republiko Peru
Perun Tasavallan puolesta
För Republiken Peru
(1) ĠU L 149, 20.5.2014, p. 67.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA FIR-RIGWARD TAL-IŻLANDA, IN-NORVEĠJA, L-IŻVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN
Il-Partijiet Kontraenti jirrimarkaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, b'mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehimiet tat-18 ta' Mejju 1999 u tas-26 ta' Ottubru 2004 dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen.
F'ċirkostanzi bħal dawn hu mixtieq li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, min-naħa, u l-awtoritajiet tal-Perù, min-naħa l-oħra, jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir f'termini simili għal dawk ta' dan il-Ftehim.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAL-KATEGORIJA TA' PERSUNI LI JIVVJAĠĠAW BIL-GĦAN LI JWETTQU ATTIVITÀ BI ĦLAS KIF PREVIST FL-ARTIKOLU 3(2) TA' DAN IL-FTEHIM
Xewqana li tkun żgurata interpretazzjoni komuni, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li, għall-għan ta' dan il-Ftehim, il-kategorija ta' persuni li jwettqu attività bi ħlas tkopri l-persuni li jidħlu b'għan li jkollhom impjieg bi qligħ jew attività b'remunerazzjoni fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra bħala impjegat jew fornitur ta' servizz.
Din il-kategorija ma għandhiex tkopri:
|
— |
persuni tan-negozju, jiġifieri persuni li jivvjaġġaw b'għan ta' deliberazzjoni tan-negozju (mingħajr ma jkunu impjegati fil-pajjiż tal-Parti Kontraenti l-oħra), |
|
— |
persuni tal-isports jew artisti li jeżebixxu attività fuq bażi ad hoc, |
|
— |
ġurnalisti mibgħuta mill-midja tal-pajjiż ta' residenza tagħhom, u, |
|
— |
apprendisti intra-korporattivi. |
L-implimentazzjoni ta' din id-Dikjarazzjoni għandha tkun immonitorjata mill-Kumitat Konġunt fi ħdan ir-responsabbiltà tiegħu skont l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim, li jista' jipproponi modifiki meta, fuq il-bażi tal-esperjenzi tal-Partijiet Kontraenti, jikkunsidrah neċessarju.
Din id-Dikjarazzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-definizzjoni ta' kategoriji ta' vjaġġaturi fil-liġi nazzjonali tal-Perù għall-iskop ta' dħul, ħruġ, tranżitu u soġġorn fit-territorju tal-Perù
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAL-PERIJODU TA' 90 JUM FI KWALUNKWE PERIJODU TA' 180 JUM KIF STABBILIT FL-ARTIKOLU 4 TA' DAN IL-FTEHIM
Il-Partijiet Kontraenti jifhmu li l-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum kif previst mill-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim ifisser soġġorn kontinwu jew bosta soġġorni konsekuttivi, li t-tul ta' żmien totali tagħhom ma jaqbiżx id-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.
Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perijodu ta' referenza mobbli ta' 180 jum, billi wieħed iħares lura lejn kull ġurnata tas-soġġorn fl-aħħar perijodu ta'180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżit tad-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum għadux jiġi ssodisfat. Inter alia, dan ifisser li assenza għal perijodu mhux interrott ta' 90 jum tippermetti li jkun hemm soġġorn ġdid ta' mhux aktar minn 90 jum.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA LIĊ-ĊITTADINI DWAR IL-FTEHIM DWAR L-EŻENZJONI MILL-VIŻA
Filwaqt li tkun rikonoxxuta l-importanza tat-trasparenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u għaċ-ċittadini tal-Perù, il-Partijiet Kontraenti jiftiehmu li jiżguraw it-tixrid totali ta' informazzjoni dwar il-kontenut u tal-konsegwenzi tal-ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża u kwistjonijiet relatati, bħall-kundizzjonijiet għad-dħul fit-territorju.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTRODUZZJONI TA' PASSAPORTI BIJOMETRIĊI MIR-REPUBBLIKA TAL-PERÙ
Ir-Repubblika tal-Perù bħala Parti Kontraenti tiddikjara li tat kuntratt dwar il-produzzjoni ta' passaporti bijometriċi u timpenja ruħha li toħroġ biss passaporti bijometriċi liċ-ċittadini tagħha sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2016. Dawn il-passaporti jkunu jikkonformaw b'mod sħiħ mar-rekwiżiti tal-ICAO stipulati fid-Dok 9303 tal-ICAO.
Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li fin-nuqqas li joħorġu biss passaporti bijometriċi sal-31 ta' Lulju 2016 jikkostitwixxi raġuni suffiċjenti għas-sospensjoni ta' dan il-Ftehim skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 8(4) tiegħu.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-KOOPERAZZJONI RIGWARD IL-MIGRAZZJONI IRREGOLARI
Il-Partijiet Kontraenti jfakkru li skont l-Artikolu 49(3) tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Komunità Andina u l-pajjiżi membri tagħha, min-naħa l-oħra, jaqblu li jaċċettaw mill-ġdid il-migranti irregolari tagħhom.
Il-Partijiet Kontraenti se jissorveljaw dan l-impenn mill-qrib. Huma jaqblu li jikkonkludu, fuq talba ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti, u b'mod partikolari fil-każ ta' żieda ta' migrazzjoni irregolari u problemi dwar ir-riammissjoni ta' migranti irregolari wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir, ftehim li jirregola l-obbligi speċifiċi taż-żewġ partijiet dwar ir-riammissjoni ta' immigranti irregolari.
Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li n-nuqqas milli jikkonkludu tali ftehim ta' riammissjoni fuq talba ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti jikkostitwixxi raġuni suffiċjenti għas-sospensjoni ta' dan il-Ftehim skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 8(4) tiegħu.
REGOLAMENTI
|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/11 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/438
tas-17 ta' Diċembru 2015
li jissupplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-obbligi tad-depożitarji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (1), u partikolarment l-Artikolu 26b tagħha,
Billi:
|
(1) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li l-objettivi tad-Direttiva 2009/65/KE jinkisbu uniformement fl-Istati Membri kollha, biex tissaħħaħ l-integrità tas-suq intern u toffri ċertezza ġuridika għall-parteċipanti tiegħu, inklużi l-investituri bl-imnut u istituzzjonali, l-awtoritajiet kompetenti u partijiet interessati oħra. Il-forma ta' Regolament tiżgura qafas koerenti għall-operaturi tas-suq kollha u hija l-aħjar garanzija possibbli għal kondizzjonijiet ugwali, kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni uniformi u standard ta' protezzjoni għall-investituri komuni u xieraq. Barra minn hekk hija tiżgura l-applikabbiltà diretta ta' regoli uniformi dettaljati dwar l-operat ta' impriżi għall-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) u d-depożitarji, li min-natura tagħhom huma direttament applikabbli u għalhekk ma jeħtiġux aktar traspożizzjoni fil-livell nazzjonali. L-adozzjoni ta' Regolament jiżgura wkoll li l-emendi rilevanti għad-Direttiva 2009/65/KE, kif introdotti mid-Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jistgħu jiġu applikati mill-istess data fl-Istati Membri kollha. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2009/65/KE tistipula sett estensiv ta' rekwiżiti li jirrigwardaw id-dmirijiet tad-depożitarji, l-arranġamenti ta' delega, u r-reġim ta' responsabbiltà għall-assi UCITS f'kustodja sabiex jiġi żgurat standard għoli ta' protezzjoni għall-investituri, li jqis li UCITS hija skema ta' investiment bl-imnut. Drittijiet u obbligi speċifiċi tad-depożitarju, tal-kumpanija maniġerjali u tal-kumpannija ta' investiment għandhom għalhekk jiġu stipulati b'mod ċar. Il-kuntratt bil-miktub għandu jinkludi d-dettalji kollha meħtieġa għas-salvagwardja xierqa tal-assi kollha UCITS mid-depożitarju jew parti terza li lilha jkunu ġew iddelegati funzjonijiet ta' salvagwardja skont id-Direttiva 2009/65/KE u għad-depożitarju biex jissodisfa kif suppost is-sorveljanza u l-funzjonijiet tal-kontroll tiegħu. |
|
(3) |
Sabiex jippermetti lid-depożitarju jivvaluta u jimmonitorja r-riskju tal-kustodja, il-kuntratt miktub għandu jipprovdi dettall suffiċjenti dwar il-kategoriji tal-assi li fihom l-UCITS jista' jinvesti u jkopri r-reġjuni ġeografiċi li l-UCITS għandu pjanijiet jinvesti fihom. Il-kuntratt għandu jinkludi wkoll dettalji ta' proċedura ta' eskalazzjoni sabiex jispeċifika ċ-ċirkostanzi, l-obbligi ta' notifika u l-passi li għandhom jittieħdu minn membru tal-persunal tad-depożitarju, fi kwalunkwe livell tal-istruttura organizzazzjonali tiegħu, b'rabta ma' kwalunkwe diskrepanzi misjuba, inkluża n-notifika lill-kumpanija maniġerjali jew lill-kumpanija ta' investiment jew/u lill-awtoritajiet kompetenti, kif mitlub b'dan ir-Regolament. Għalhekk, id-depożitarju għandu javża lill-kumpanija maniġerjali jew lill-kumpanija ta' investiment dwar kwalunkwe riskju materjali identifikat fis-sistema tas-saldu ta' suq partikolari. It-terminazzjoni tal-kuntratt għandha tirrifletti l-fatt li trirrapreżenta l-aħħar għażla tad-depożitarju meta dan ma jkunx issodisfat illi l-assi huma protetti biżżejjed. Għandha wkoll tipprevjeni l-periklu morali li bih l-UCITS jista' jagħmel deċiżjonijiet ta' investiment irrispettivament mir-riskji tal-kustodja abbażi li d-depożitarju jkun responsabbli. Biex jinżamm standard għoli ta' protezzjoni għall-investituri, ir-rekwiżit li jistipula d-dettalji għall-monitoraġġ ta' partijiet terzi għandu jkun applikat tul il-katina tal-kustodja kollha. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li d-depożitarju jkun jista' jwettaq id-dmirijiet tiegħu, huwa neċessarju li jiġu ċċarati l-kompiti previsti fl-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2009/65/KE, u partikolarment il-kontrolli tat-tieni livell li għandhom jitwettqu mid-depożitarju. Tali kompiti ma għandhomx jipprevjenu lid-depożitarju milli jwettaq verifiki ex-ante skont l-UCITS fejn iqis li dan ikun xieraq. Sabiex jiġi żgurat li jkun jista' jwettaq id-dmirijiet tiegħu, id-depożitarju għandu jistabilixxi proċedura proprja ta' eskalazzjoni biex tindirizza sitwazzjonijiet fejn instabu diskrepanzi. Dik il-proċedura għandha tiżgura n-notifika tal-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe ksur materjali. Ir-responsabbiltajiet ta' sorveljanza tad-depożitarju lejn partijiet terzi huma mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet imposti fuq l-UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE. |
|
(5) |
Id-depożitarju għandu jivverifika li hemm konsistenza bejn l-għadd ta' unitajiet maħruġa u r-rikavati riċevuti mis-sottoskrizzjonijiet. Barra minn hekk, biex jiżgura li l-pagamenti magħmula mill-investituri mas-sottoskrizzjoni jkunu wasslu, id-depożitarju għandu jiżgura wkoll li titwettaq rikonċiljazzjoni oħra bejn l-ordnijiet ta' sottoskrizzjonijiet u r-rikavat mis-sottoskrizzjonijiet. L-istess rikonċiljazzjoni għandha titwettaq fir-rigward tal-ordnijiet tat-tifdija. Id-depożitarju għandu jivverifika wkoll li l-għadd ta' unitajiet fil-kontijiet tal-UCITS jaqbel mal-għadd ta' unitajiet pendenti fir-reġistru tal-UCITS. Id-depożitarju għandu jadatta l-proċeduri tiegħu skont dan, filwaqt li jqis il-fluss tas-sottoskrizzjonijiet u l-amortizzazzjoni. |
|
(6) |
Id-depożitarju għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżgura li politiki u proċeduri xierqa tal-valwazzjoni tal-assi tal-UCITS ikunu effettivament implimentati, billi jwettaq kontrolli fuq kampjuni jew billi jqabbel il-konsistenza tal-bidla fil-kalkolu Valur tal-Assi Nett (NAV- Net asset value) tul iż-żmien ma' dak ta' parametru referenzjarju. Meta jistabbilixxi l-proċeduri tiegħu, id-depożitarju għandu jkollu fehim ċar tal-metodoloġiji tal-valwazzjoni użati mill-UCITS biex jagħti valur lill-assi UCITS. Il-frekwenza ta' dawn il-kontrolli għandha tkunu konsistenti mal-frekwenza tal-valwazzjoni tal-assi tal-UCITS. |
|
(7) |
Bis-saħħa tal-obbligu tiegħu ta' sorveljanza skont id-Direttiva 2009/65/KE, id-depożitarju għandu jistipula proċedura biex jivverifika fuq bażi ex post il-konformità tal-UCITS mal-liġi u r-regolamenti applikabbli u mar-regoli u l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tiegħu. Dan għandu jkopri oqsma bħall-kontroll li l-investimenti tal-UCITS huma konsistenti mal-istrateġiji tiegħu tal-investiment kif deskritt fir-regoli u d-dokumenti tal-offerta tal-UCITS u jiżgura li l-UCITS ma jiksirx ir-restrizzjonijiet tal-investiment tiegħu, jekk ikun hemm. Id-depożitarju għandu jimmonitorja t-tranżazzjonijiet tal-UCITS u jinvetsiga kwalunkwe tranżazzjoni mhux tas-soltu. Jekk il-limiti jew ir-restrizzjonijiet stipulati f'liġi jew regolamenti applikabbli jew ir-regoli UCITS u l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-UCITS jinkisru, id-depożitarju għandu jaġixxi minnufih biex jirtira t-tranżazzjoni li hija bi ksur ta' dawk il-liġijiet, regolamenti jew regoli. |
|
(8) |
Id-depożitarju għandu jiżgura li l-introjtu tal-UCITS jiġi kkalkulati bi preċiżjoni skont id-Direttiva 2009/65/KE. Sabiex jinkiseb dan id-depożitarju jrid jiżgura li d-distribuzzjoni u l-kalkolu tal-introjtu jkunu xierqa u, fejn jidentifika żball, li l-UCITS jieħu azzjoni rimedjali xierqa. Ladarba d-depożitarju jkun żgura dan, għandu jivverifika l-kompletezza u l-preċiżjoni tad-distribuzzjoni tal-introjtu. |
|
(9) |
Sabiex id-depożitarju jkollu stampa ċara tal-influssi u l-ħruġ kollha ta' flus tal-UCITS fil-każijiet kollha, l-UCITS għandu jiżgura li d-depożitarju jirċievi mingħajr dewmien żejjed informazzjoni preċiża relatata mal-flussi kollha tal-flus, inkluż minn kwalunkwe parti terza li magħha ikun hemm miftuħ kont tal-flus tal-UCITS. |
|
(10) |
Sabiex il-flussi tal-flus tal-UCITS jiġu mmonitorjati tajjeb, id-depożitarju għandu jiżgura li hemm fis-seħħ proċeduri u li huma effettivament implimentati biex jimmonitorjaw adegwatament il-flussi tal-flus tal-UCITS u li dawn il-proċeduri jiġu rieżaminati perjodikament. Partikolarment, id-depożitarju għandu jistudja l-proċedura ta' rikonċiljazzjoni sabiex jissodisfa ruħu illi l-proċedura hija adattata għall-UCITS u mwettqa f'intervalli xierqa li jqisu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-UCITS. Tali proċedura għandha pereżempju tqabbel kull fluss ta' flus wieħed wieħed kif irrappurtat fir-rapporti tal-kont tal-bank mal-flussi tal-flus irreġistrati fil-kontijiet tal-UCITS. Fejn jitwettqu rikonċiljazzjonijiet fuq bażi ta' kuljum, kif jiġri fil-biċċa l-kbira ta' UCITS, id-depożitarju għandu jwettaq ir-rikonċiljazzjoni tiegħu fuq bażi ta' kuljum ukoll. Id-depożitarju għandu jimmonitorja partikolarment id-diskrepanzi ssottolineati mill-proċeduri ta' rikonċiljazzjoni u l-miżuri korrettivi meħuda sabiex jiġi nnotifikat mingħajr dewmien żejjed l-UCITS bi kwalunkwe anomalija li ma tkunx ġiet irrimedjata u biex iwettaq reviżjoni sħiħa tal-proċeduri ta' rikonċiljazzjoni. Tali reviżjoni għandha titwettaq mill-inqas darba fis-sena. Id-depożitarju għandu jidentifika wkoll fuq bażi tempestiva flussi sinifikanti ta' flus u partikolarment dawk li jistgħu jkunu inkonsistenti mal-operazzjonijiet tal-UCITS, bħal tibdil fil-pożizzjonijiet fl-assi, is-sottoskrizzjonijiet u t-tifdijiet tal-UCITS, u għandu jirċievi perjodikament rapporti tal-kontijiet tal-flus u jivverifika l-konsistenza tar-rekords tiegħu stess tal-pożizzjonijiet tal-flus ma' dawk tal-UCITS. Id-depożitarju għandu jżomm ir-rekord tiegħu aġġornat skont l-Artikolu 22(5)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE. |
|
(11) |
Id-depożitarju jrid jiżgura li l-pagamenti kollha li jsiru minn jew għan-nom tal-investituri mas-sottoskrizzjoni ta' ishma jew unitajiet tal-UCITS ikunu wasslu u ġew irreġistrati f'kont ta' flus wieħed jew aktar skont id-Direttiva 2009/65/KE. L-UCITS għandha għalhekk tiżgura li d-depożitarju jingħata l-informazzjoni rilevanti meħtieġa li għandu bżonn biex jimmonitorja sew il-wasla tal-pagamenti tal-investituri. L-UCITS trid tiżgura li d-depożitarju jikseb din l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed meta l-parti terza tirċievi ordni biex tifdi jew toħroġ unitajiet ta' UCITS. L-informazzjoni għandha għalhekk tiġi trażmessa fit-tmiem il-jum ta' negozju mill-entità responsabbli għas-sottoskrizzjoni u t-tifdija jew unitajiet ta' UCITS lid-depożitarju sabiex jiġi evitat kwalunkwe użu ħażin mill-pagamenti tal-investituri. |
|
(12) |
Id-depożitarju għandu jżomm fil-kustodja l-istrumenti finanzjarji kollha tal-UCITS li jistgħu jiġu reġistrati jew miżmuma f'kont direttament jew indirettament f'isem depożitarju jew parti terza li lilha jkunu ddelegati funzjonijiet ta' salvagwardja, notevolment fil-livell ta' depożitarju ċentrali tat-titoli. Addizzjonalment id-depożitarju għandu jkollu fil-kustodja tiegħu dawk l-istrumenti finanzjarji għandhom jinżammu f'kustodja li huma biss direttament reġistrati mal-emittent innifsu jew l-aġent tiegħu f'isem id-depożitarju jew parti terza li lilha jkunu ġew iddelegati funzjonijiet ta' salvagwardja. Dawk l-istrumenti finanzjarji li skont il-liġi nazzjonali applikabbli huma rreġistrati biss f'isem l-UCITS mal-emittent jew l-aġent tiegħu ma għandhomx jinżammu f'kustodja. L-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jkunu fiżikament ikkonsenjati lid-depożitarju għandhom jinżammu f'kustodja. Sakemm il-kondizzjonijiet li l-istrumenti finanzjarji għandhom jinżammu taħthom jiġu ssodisfati, strumenti finanzjarji li huma pprovduti bħala kollateral lil parti terza jew huma pprovduti minn parti terza għall-benefiċċju tal-UCITS għandhom jinżammu f'kustodja wkoll mid-depożitarju nnifisu jew minn parti terza li lilha jkunu delegati funzjonijiet ta' salvagwardja sakemm dawn ikunu l-propjetà tal-UCITS. |
|
(13) |
L-istrumenti finanzjarji li jinżammu f'kustodja għandhom ikunu soġġetti għall-attenzjoni u l-protezzjoni dovuti l-ħin kollu. Sabiex jiġi żgurat li r-riskju tal-kustodja jiġi vvalutat kif xieraq, fl-eżerċitar tal-attenzjoni dovuta, għandhom ikunu stabbiliti obbligi ċari għad-depożitarju, li għandu partikolarment ikun jaf liema partijiet terzi jikkostitwixxu l-katina tal-kustodja, jiżgura li l-obbligi tad-diliġenza dovuta u s-segregazzjoni nżammu tul il-katina tal-kustodja kollha, jaċċerta li għandu dritt adegwat għall-aċċess għall-kotba u r-reġistri ta' partijiet terzi li lilhom ikunu ġew delegati funzjonijiet ta' salvagwardja, jiżgura l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta u segregazzjoni, bid-dokumenti u jagħmel dawn id-dokumenti disponibbli għall-kumpanija maniġerjali jew għall-kumpanija ta' investiment. |
|
(14) |
Id-depożitarju għandu dejjem ikollu stampa komprensiva tal-assi kollha li mhumiex strumenti finanzjarji li għandhom jinżammu f'kustodja. Dawk l-assi jkunu soġġetti għall-obbligu li jivverifikaw is-sjieda u jżommu rekord skont id-Direttiva 2009/65/KE. Eżempji ta' assi bħal dawn huma assi fiżiċi li ma jikkwalifikawx bħala strumenti finanzjarji skont id-Direttiva 2009/65/KE jew li ma jistgħux jiġu kkonsenjati fiżikament lid-depożitarju, kuntratti finanzjarji bħal ċerti derivattivi u depożiti ta' flus. |
|
(15) |
Sabiex ikun żgurat grad suffiċjenti ta' ċertezza li l-UCITS huwa tabilħaqq sid l-assi, id-depożitarju għandu jiżgura li jirċievi l-informazzjoni kollha li jqis meħtieġa biex ikun issodisfat li l-UCITS ikollu d-dritt tas-sjieda fuq l-assi. Dik l-informazzjoni tista' tkun kopja ta' dokument uffiċjali li jixhed li l-UCITS huwa sid l-assi jew kwalunkwe evidenza formali u affidabbli li d-depożitarju jqis xierqa. Jekk meħtieġ, id-depożitarju għandu jitolb prova addizzjonali mingħand l-UCITS jew skont il-każ mingħand parti terza. |
|
(16) |
Id-depożitarju għandu wkoll iżomm rekord tal-assi kollha li għalihom ikun issodisfat li l-UCITS għandu s-sjieda. Jista' jistabbilixxi proċedura biex jirċievi informazzjoni minn partijiet terzi, fejn proċeduri li jiżguraw li l-assi ma jistgħux jiġu ttrasferiti mingħajr ma d-depożitarju jew il-parti terza li lilha jkunu ddelegati funzjonijiet ta' salvagwardja ma tkunx infurmata dwar tali tranżazzjonijiet. |
|
(17) |
Meta jiġu ddelegati funzjonijiet ta' salvagwardja lil parti terza, bi qbil mal-Artikolu 22a tad Direttiva 2009/65/KE, id-depożitarju huwa meħtieġ li jimplimenta u japplika proċedura xierqa u dokumentata sabiex jiżgura li d-delegat jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 22a(3) ta' din id-Direttiva f'kull ħin. Sabiex jiġi żgurat livell suffiċjenti ta' protezzjoni tal-assi, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti ċerti prinċipji li għandhom jiġu applikati f'relazzjoni mad-delega ta' funzjonijiet ta' salvagwardja. |
|
(18) |
Dawk il-prinċipji ma għandhomx jitqiesu li huma eżawrjenti, kemm f'termini ta' stipular tad-dettalji kollha tal-eżerċizzju tal-attenzjoni u d-diliġenza dovuti tad-depożitarju, u lanqas f'termini ta' stipular tal-passi kollha li depożitarju għandu jieħu f'relazzjoni ma' dawn il-prinċipji stess. L-obbligu li tiġi mmonitorjata fuq bażi kontinwa l-parti terza, li ġiet iddelegata bil-funzjonijiet ta' salvagwardja għandu jikkonsisti fil-verifika li l-parti terza twettaq korrettament il-funzjonijiet delegati kollha u tikkonforma mal-kuntratt tad-delega u rekwiżiti legali oħra bħar-rekwiżiti ta' indipendenza u projbizzjoni ta' użu mill-ġdid. Id-depożitarju għandu jirrieżamina wkoll l-elementi vvalutati matul il-proċess tal-għażla u jqabbilhom mal-iżvilupp tas-suq. Id-depożitarju fi kwalunkwe waqt għandu jkun f'pożizzjoni li jivvaluta kif xieraq ir-riskji relatati mad-deċiżjoni li assi jiġu fdati lil parti terza. Il-frekwenza tar-reviżjoni għandha tiġi adattata sabiex tiqba' dejjem konsistenti mal-kondizzjonijiet tas-suq u mar-riskji assoċjati. Biex id-depożitarju jirrispondi b'mod effettiv għal insolvenza possibbli tal-parti terza, għandu jħejji pjan ta' kontinġenza, inklużi l-għażla possibbli ta' fornituri alternattivi kif jista' jkunu rilevanti. Filwaqt li dawn il-miżuri jistgħu jnaqqsu r-riskju tal-kustodja ffaċċjat minn depożitarju, huma ma jbiddlux l-obbligu tar-radd lura ta' strumenti finanzjarji jew il-pagament tal-ammont korrispondenti jekk jintilfu, li jiddependi fuq jekk ir-rekwiżiti tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/65/KE humiex issodisfati jew le. |
|
(19) |
Sabiex ikun issodisfat li l-assi UCITS u d-drittijiet UCITS huma protetti kontra l-insolvenza ta' parti terza, id-depożitarju għandu jifhem il-liġi tal-insolvenza tal-pajjiż terz fejn parti terza tinsab u jiżgura l-eżegwibilità tar-relazzjoni kuntrattwali tagħhom. Qabel jiddelega funzjonijiet ta' salvagwardja lil parti terza li tinsab barra l-Unjoni, id-depożitarju għandu jirċievi opinjoni ġuridika indipendenti dwar l-eżegwibilità tal-ftehim kuntrattwali mal- parti terza skont il-liġi applikabbli ta' insolvenza u l-każistika tal-pajjiż fejn tinsab il-parti terza, sabiex jiżgura li l-arranġament kuntrattwali huwa eżegwibbli wkoll f'każ ta' insolvenza tal-parti terza. Depożitarju għandu l-obbligu li jivvaluta li l-qafas regolatorju u ġuridiku ta' pajjiż terz jinkludi wkoll l-ilqugħ ta' opinjoni ġuridika indipendenti li tivvaluta l-insolvenza u l-każistika tal-liġi tal-insolvenza tal-pajjiż terz fejn dik il-parti terza tkun tinsab. Dawn l-opinjonijiet jistgħu jiġu kkombinati, skont il-każ, jew maħruġa għal kull ġurisdizzjoni skont il-federazzjonijiet tal-industrija jew kumpaniji legali rilevanti għall-benefiċċju ta' diversi depożitarji. |
|
(20) |
L-arranġament kuntrattwali mal-parti terza magħżula li lilha ġew delegati l-funzjonijiet ta' salvagwardja għandu jkun fih klawżola ta' terminazzjoni bikrija, kif huwa meħtieġ biex id-depożitarju jkun jista' jkun f'pożizzjoni li jtemm din ir-relazzjoni kuntrattwali f'każijiet fejn il-liġi jew il-każistika ta' pajjiż terz tinbidel b'tali mod li l-protezzjoni ta' assi tal-UCITS m'għadhiex żgurata. F'dawn il-każijiet, id-depożitarju għandu javża lill-kumpanija maniġerjali jew lill-kumpanija ta' investiment tagħha. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li huma fl-aħjar interess tal-UCITS u tal-investituri tiegħu. In-notifika tal-awtoritajiet kompetenti dwar iż-żieda fir-riskju ta' kustodja u fir-riskju ta' insolvenza tal-assi UCITS f'pajjiż terz ma għandhiex teħles lid-depożitarju jew lill-kumpanija maniġerjali jew lill-kumpanija ta' investiment tagħhom, mid-dmirijiet u l-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2009/65/KE. |
|
(21) |
Meta jiddelega funzjonijiet ta' salvagwardja, id-depożitarju għandu jiżgura li r-rekwiżiti tal-Artikolu 22a(3)(c) tad-Direttiva 2009/65/KE ikunu ssodisfati u li l-assi tal-klijenti tal-UCITS tad-depożitarju jkunu segregati sew. Dan l-obbligu għandu partikolarment jiżgura li l-assi tal-UCITS ma jintilfux minħabba l-insolvenza tal-parti terza li lilha jkunu ġew delegati funzjonijiet ta' salvagwardja u li l-assi tal-UCITS ma għandhomx jerġgħu jintużaw minn parti terza f'isimha. Barra minn hekk, id-depożitarju għandu jkun jista' jipprojbixxi defiċits temporanji fl-assi tal-klijenti, juża bafers jew joħloq arranġamenti li jipprojbixxu l-użu ta' bilanċ ta' debitu ta' klijent wieħed biex ipaċi l-bilanċ ta' kreditu ta' ieħor. Filwaqt li dawn il-miżuri jistgħu jnaqqsu r-riskju tal-kustodja ffaċċjat minn depożitarju meta jiddelega funzjonijiet ta' kustodja, dawn ma jbiddlux l-obbligu tar-radd lura ta' strumenti finanzjarji jew il-pagament tal-ammont korrispondenti jekk jintilfu, li jiddependi fuq jekk ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/65/KE humiex issodisfati jew le. |
|
(22) |
Qabel id-delega ta' funzjonijiet ta' salvagwardja u matulha, id-depożitarju għandu jiżgura permezz tal-arranġamenti prekuntrattwali u kuntrattwali tiegħu li parti terza tieħu miżuri u timplimenta arranġamenti sabiex tiżgura li l-assi tal-UCITS jiġu protetti minn distribuzzjoni fost jew realizzazzjoni għall-benefiċċju tal-kredituri tal-parti terza stess. Id-Direttiva 2009/65/KE tirrikjedi lill-Istati Membri kollha biex iġibu l-liġijiet ta' insolvenza rilevanti tagħhom f'konformità ma' dan ir-rekwiżit. Huwa għalhekk meħtieġ li d-depożitarju jikseb informazzjoni indipendenti dwar il-liġijiet tal-insolvenza applikabbli u l-każistika ta' pajjiż terz fejn l-assi tal-UCITS huma meħtieġa li jinżammu. |
|
(23) |
Ir-responsabbiltà tad-depożitarju skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2009/65/KE tiskatta fl-eventwalità ta' telf ta' strument finanzjarju miżmum fil-kustodja mid-depożitarju stess jew minn parti terza li lilha ġiet delegata s-salvagwardja, sakemm id-depożitarju ma jurix li t-telf jirriżulta minn avveniment estern lil hinn mill-kontroll raġonevoli, li l-konsegwenzi tiegħu kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi raġjonevoli kollha bil-kuntrarju. Dak it-telf għandu jkun distint minn telf minn investiment għall-investituri li jirriżulta minn waqgħa fil-valur tal-assi bħala konsegwenza ta'deċiżjoni ta' investiment. |
|
(24) |
Biex telf jagħti lok għall-imputabilità tad-depożitarju, dan għandu jkun definittiv, mingħajr prospett li l-assi finanzjarju jiġi rkuprat. Għalhekk, sitwazzjonijiet fejn strument finanzjarju jkun biss temporanjament indisponibbli jew iffriżat ma għandux jgħodd bħala telf skont it-tifsira tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/65/KE. B'kuntrast, tliet tipi ta' sitwazzjonijiet jistgħu jiġu identifikat fejn it-telf għandu jitqies definittiv: fejn l-istrument finanzjarju ma għadux jeżisti jew qatt ma eżista; fejn l-istrument finanzjarju jeżisti iżda l-UCITS ikun definittivament tilef id-dritt tiegħu tas-sjieda fuqu; u fejn l-UCITS ikollu d-dritt tas-sjieda iżda ma jkunx għadu jista' jittrasferixxi titolu jew joħloq drittijiet limitati ta' sjieda fl-istrument finanzjarju fuq bażi permanenti. |
|
(25) |
Strument finanzjarju jitqies li ma għadux jeżisti pereżempju meta jgħib wara żball tal-kontabbiltà li ma jistax jitranġa, jew jekk qatt ma jkun eżista, meta s-sjieda tal-UCITS kienet irreġistrata abbażi ta' dokumenti ffalsifikati. Sitwazzjonijiet fejn telf ta' strumenti finanzjarji jkun ikkawżat minn aġir frawdolenti għandhom jitqiesu bħala telf. |
|
(26) |
L-ebda telf ma jisa' jiġi aċċertat meta l-istrument finanzjarju jkun ġie ssostitwit minn, jew ikkonvertit fi strument finanzjarju ieħor, f'sitwazzjonijiet fejn ishma jiġu kkanċellati u ssostitwiti bil-ħruġ ta' ishma ġodda f'riorganizzazzjoni ta' kumpanija. L-UCITS ma għandux jitqies li tilef b'mod permanenti d-dritt tiegħu ta' sjieda fuq l-istrument finanzjarju jekk huwa jkun leġittimament ittrasferixxa s-sjieda lil parti terza. Konsegwentament, fejn ikun hemm distinzjoni bejn is-sjieda legali u s-sjieda tal-benefiċċji tal-assi, id-definizzjoni ta' telf għandha tirreferi għat-telf tas-sjieda tal-benefiċċji. |
|
(27) |
Huwa biss fil-każ ta' avveniment estern lil hinn mill-kontroll tad-depożitarju, li l-konsegwenzi tiegħu huma inevitabbli minkejja l-isforzi raġjonevoli kollha bil-kuntrarju, li d-depożitarju jista' jevita milli jinżamm responsabbli skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/65/KE. L-issodisfar kumulattiv ta' dawn il-kondizzjonijiet għandhu jiġi ppruvat mid-depożitarju sabiex jiġi meħlus mir-responsabbiltà, u għandha tkun stipulata proċedura li għandha tkun segwita għal dak il-għan. |
|
(28) |
L-ewwel għandu jiġi stabbilit jekk l-avveniment li wassal għat-telf kienx estern. Ir-responsabbiltà tad-depożitarju ma għandhiex tiġi affettwata mid-delega tal-funzjonijiet ta' salvagwardja u għalhekk avveniment għandu jitqies estern jekk ma jiġrix bħala riżultat ta' xi att jew ommissjoni tad-depożitarju jew tal-parti terza li lilha tkun ġiet delegata is-salvagwardja tal-istrumenti finanzjarji miżmuma fil-kustodja. Imbagħad, għandu jiġi vvalutat jekk l-avveniment huwiex lil hinn mill-kontroll tad-depożitarju, billi jiġi verifikat li ma kien hemm xejn li depożitarju seta' b'mod raġonevoli għamel biex jevita li jseħħ l-avveniment. F'dawn il-passi, kemm avvenimenti naturali kif ukoll atti ta' awtorità pubblika jistgħu jitqiesu bħala avvenimenti esterni lil hinn mill-kontroll raġonevoli. B'kuntrast, telf ikkawżat min-nuqqas tal-applikazzjon tar-rekwiżiti tas-segregazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 21(11)(d)(iii) tad-Direttiva 2009/65/KE jew telf ta' assi minħabba tfixkil fl-attività tal-parti terza fir-rigward tal-insolvenza tagħha, ma jistgħux jitqiesu bħala avvenimenti esterni lil hinn mill-kontroll raġonevoli. |
|
(29) |
Fl-aħħarnett, id-depożitarju għandu jipprova li t-telf ma setax jiġi evitat minkejja l-isforzi raġonevoli kollha bil-kuntrarju. F'dan il-kuntest, id-depożitarju għandu jinforma lill-kumpanija maniġerjali jew lill-kumpanija tal-investiment u jieħu azzjoni xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Pereżempju, f'sitwazzjoni fejn id-depożitarju jemmen li l-unika azzjoni xierqa hija li jeħles mill-istrumenti finanzjarji, id-depożitarju għandu jgħarraf kif xieraq lill-kumpanija maniġerjali jew lill-kumpanija ta' investiment, li mbagħad min-naħa tagħha għandha tagħti struzzjonijiet bil-miktub lid-depożitarju dwar jekk ikomplix iżomm l-istrumenti finanzjarji jew jeħlisx minnhom. Kwalunkwe struzzjoni lid-depożitarju biex ikompli jżomm l-assi għandha tiġi rappurtata lill-investituri tal-UCITS mingħajr dewmien żejjed. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandhom iqisu kif dovut ir-rakkomandazzjonijiet tad-depożitarju. Skont iċ-ċirkostanzi, jekk id-depożitarju jibqa' mħasseb li l-istandard ta' protezzjoni tal-istrument finanzjarju mhuwiex biżżejjed, minkejja twissijiet ripetuti, għandu jikkunsidra azzjoni ulterjuri possibbli, bħat-terminazzjoni tal-kuntratt, sakemm l-UCITS jingħata perjodu ta' żmien biex isib depożitarju ieħor skont il-liġi nazzjonali. |
|
(30) |
Salvagwardji għall-protezzjoni tal-investituri fir-reġim tad-depożitarju jeħtieġu li jqisu l-interkonnessjonijiet possibbli bejn id-depożitarju u l-kumpanija tal-maniġment jew dik ta' investiment bħal dawk li jirriżultaw minn ġestjoni komuni jew affiljata jew parteċipazzjonijiet azzjonarji inkroċjati. Dawn l-interkonnessjonijiet, fejn u sa fejn huwa permess skont il-liġi nazzjonali, jistgħu jagħtu lok għall-kunflitt ta' interess li huwa rrappreżentat minn riskju ta' frodi (irregolaritajiet mhux irrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiġi evitata reputazzjoni ħażina), rsikju ta' rikors legali (nuqqas ta' rieda jew l-evitar li jittieħdu passi legali kontra d-depożitarju), għażla preġudikata (l-għażla tad-depożitarju li mhux ibbażata fuq il-kwalità u l-prezz), riskju ta' insolvenza (standards aktar baxxi fis-segregazzjoni tal-assi jew l-attenzjoni għas-solvenza tad-depożitarju) jew rsikju ta' skopertura ta' grupp waħdieni (investimenti intra grupp). |
|
(31) |
L-indipendenza operazzjonali tal-kumpanija maniġerjali jew tal-kumpanija ta' investiment u tad-depożitarju, inklużi sitwazzjonijiet fejn funzjonijiet ta' salvagwardja ġew delegati, tipprovdi salvagwardji addizzjonali li jiżguraw il-protezzjoni tal-investitur mingħajr kostijiet żejda billi tgħolli l-istandards ta' mġiba ta' entitajiet li jappartjenu għall-istess grupp jew li huma b'xi mod ieħor relatati. Ir-rekwiżiti għal indipendenza operazzjonali għandhom jindirizzaw l-elementi materjali bħalma huma l-identità jew rabtiet personali ta' maniġers, impjegati jew persuni li jeżerċitaw funzjonijiet superviżorji lejn entitajiet oħra jew kumpaniji fil-grupp, inklużi sitwazzjonijiet fejn dawn il-persuni huma affiljati. |
|
(32) |
Biex ikun żgurat trattament proporzjonat, fejn il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment u d-depożitarju jappartjenu għall-istess grupp, mill-inqas terz tal-membri jew żewġ persuni fuq il-korpi inkarigati mill-funzjonijiet superviżorji jew mill-korpi maniġerjali li huma responsabbli wkoll mill-funzjonijiet superviżorji, liema minnhom tkun l-aktar baxxa, għandhom ikunu indipendenti. |
|
(33) |
F'dak li jirrigwarda l-governanza korporattiva, għandhom jiġu riflessi l-karatteristiċi speċifiċi kemm ta' sistema b'saff wieħed, fejn kumpanija hija regolata minn korp korporattiv wieħed li jieħu f'idejh kemm il-funzjonijiet maniġerjali u wkoll dawk superviżorji, u wkoll dawk ta' sistema b'żewġ saffi, fejn il-bord tad-diretturi u l-bord superviżorju jeżistu kontemporanjament.. |
|
(34) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti, l-UCITS u d-depożitarji jkunu jistgħu jadattaw għad-dispożizzjonijiet il-ġodda li jinsabu f'dan ir-Regolament ħalli dawn id-dispożizzjonijiet ikunu jistgħu jiġu applikati b'mod effiċjenti u effettiv, huwa xieraq li d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun differita b'sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ. |
|
(35) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-grupp ta' esperti tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
DEFINIZZJONIJIET U DETTALJI TAL-KUNTRATT MIKTUB
L-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2009/65/KE
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-għan ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“rabta” tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar huma marbuta permezz ta' parteċipazzjoni diretta jew indiretta f'impriża li tirrapreżenta 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li tagħmilha possibbli li tkun eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-ġestjoni tal-intrapriża li fiha hemm il-parteċipazzjoni; |
|
(b) |
“rabta ta' grupp”, tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ impriżi jew entitajiet jew aktar jappartjenu għall-istess grupp fit-tifsira tal-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewroew u tal-Kunsill (3), jew l-istandards tal-kontabilità internazzjonali adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewroew u tal-Kunsill (4). |
Artikolu 2
Il-kuntratt ta' ħatra ta' depożitarju
1. Il-kuntratt li jixhed il-ħatra tad-depożitarju f'konformità mal-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2009/65/KE għandu jsir bejn, minn naħa, id-depożitarju u, min-naħa l-oħra, il-kumpanija ta' investiment jew il-kumpanija maniġerjali għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġja l-kumpanija maniġerjali.
2. Il-kuntratt għandu jinkludi mill-inqas l-affarijiet li ġejjin:
|
(a) |
deskrizzjoni tas-servizzi li għandhom ikunu pprovvduti mid-depożitarju u l-proċeduri li għandhom ikunu adottati mid-depożitarju għal kull tip ta' assi li fihom jista' jinvesti l-UCITS u li huma fdati f'idejn id-depożitarju; |
|
(b) |
Deskrizzjoni tal-mod li bih il-funzjonijiet ta' salvagwardja u sorveljanza għandhom jitwettqu skont it-tipi ta' assi u r-reġjuni ġeografiċi li fihom l-UCITS qed jippjana li jinvesti, inkluż fir-rigward tad-dmirijiet ta' salvagwardja, listi tal-pajjiżi kif ukoll il-proċeduri biex jiżdiedu jew jiġu rtirati pajjiżi mil-listi. Din għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni pprovduta fir-regoli tal-UCITS, fl-istrumenti ta' inkorporazzjoni u fid-dokumenti tal-offerta rigward l-assi li l-UCITS jista' jinvesti fihom; |
|
(c) |
il-perjodu ta' validità u l-kondizzjonijiet għall-emendar u t-terminazzjoni tal-kuntratt inklużi sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu għat-terminazzjoni tal-kuntratt u d-dettalji dwar il-proċedura tat-terminazzjoni u l-proċeduri li bihom id-depożitarju jibgħat l-informazzjoni rilevanti kollha li s-suċċessur tiegħu; |
|
(d) |
l-obbligi tal-kunfidenzjalità applikabbli għall-partijiet skont il-liġijiet u regolamenti relevanti. Dawn l-obbligi ma għandhomx ixekklu l-abbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jkollhom aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni relevanti; |
|
(e) |
il-mezzi u l-proċeduri li bihom id-depożitarju jittrażmetti lill-kumpanija maniġerjali jew lill-kumpanija ta' investiment l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha, inkluż l-eżerċitar ta' kwalunkwe drittijiet marbuta mal-assi, u biex il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment tkun f'pożizzjoni li jkollha rendikont ġenerali f'waqtu u akkurat tal-kontijiet tal-UCITS; |
|
(f) |
il-mezzi u l-proċeduri li permezz tagħhom il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment jittrażmettu l-informazzjoni rilevanti kollha jew jiżguraw li d-depożitarju jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu, inklużi l-proċeduri li jiżguraw li d-depożitarju jirċievi informazzjoni minn partijiet oħra maħtura mill-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment; |
|
(g) |
il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta tkun qed tiġi kkunsidrata emenda fir-regoli tal-UCITS, fl-istrumenti ta' inkorporazzjoni jew fid-dokumenti tal-offerta, fejn jiġu spjegati s-sitwazzjonijiet li fihom id-depożitarju għandu jiġi mgħarraf, jew fejn ikun meħtieġ il-qbil minn qabel tad-depożitarju sabiex isseħħ l-emenda; |
|
(h) |
l-informazzjoni kollha meħtieġa li trid tiġi skambjata bejn il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment, jew parti terza li taġixxi f'isem l-UCITS, fuq naħa waħda, u d-depożitarju fuq in-naħa l-oħra, relatata mal-bejgħ, is-sottoskrizzjoni, it-tifdija, il-ħruġ, il-kanċellazzjoni u riakkwist ta' unitajiet tal-UCITS; |
|
(i) |
l-informazzjoni kollha meħtieġa li trid tiġi skambjata bejn il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment, jew parti terza li taġixxi f'isem l-UCITS u d-depożitarju relatata mat-twettiq tas-sorveljanza u mat-twettiq tad-doveri tad-depożitarju; |
|
(j) |
fejn il-partijiet fil-kuntratt jipprevedu li se jaħtru partijiet terzi biex iwettqu partijiet mid-dmirijiet rispettivi tagħhom, impenn li jipprovdu, fuq bażi regolari, dettalji ta' kwalunkwe parti terza maħtura u, fuq talba, informazzjoni dwar il-kriterji użati biex tintgħażel il-parti terza u l-passi previsti għall-monitoraġġ tal-attivitajiet imwettqa mill-parti terza magħżula; |
|
(k) |
informazzjoni dwar il-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-partijiet fil-kuntratt fir-rigward tal-obbligi marbuta mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; |
|
(l) |
informazzjoni dwar il-kontijiet kollha tal-flus miftuħa f'isem il-kumpanija ta' investiment jew il-kumpanija maniġerjali li taġixxi f'isem l-UCITS u l-proċeduri li jiżguraw li d-depożitarju se jiġi infurmat kull meta jinfetaħ kont ġdid; |
|
(m) |
dettalji dwar il-proċeduri ta' esklazzjoni tad-depożitarju, inkluża l-identifikazzjoni tal-persuni li għandhom jiġu kkuntattjati fil-kumpanija maniġerjali jew fil-kumpanija ta' investiment mid-depożitarju meta jvara tali proċedura; |
|
(n) |
impenn mid-depożitarju li jinnotifika li s-segregazzjoni tal-assi mhix, jew ma għadhiex suffiċjenti biex tiżgura l-protezzjoni minn insolvenza ta' parti terza, li lilha tkun ġiet delegata s-salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE f'ġurisdizzjoni speċifika; |
|
(o) |
il-proċeduri li jiżguraw li d-depożitarju, fir-rispett tad-dmirijiet tiegħu, għandu l-kapaċità jistħarreġ dwar il-kondotta tal-kumpanija maniġerjali jew tal-kumpanija ta' investiment u biex jivvaluta l-kwalità tal-informazzjoni riċevuta, inkluż billi jkollu aċċess għall-kotba tal-kumpanija maniġerjali jew tal-kumpanija ta' investiment u permezz ta' żjarat fuq il-post; |
|
(p) |
il-proċeduri li jiżguraw li l-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment tista' teżamina l-prestazzjoni tad-depożitarju fir-rigward tad-doveri tad-depożitarju. |
Id-dettalji tal-mezzi u l-proċeduri stabbiliti fil-punti (a) sa (p) għandhom jiġu deskritti fil-kuntratt tal-ħatra tad-depożitarju u fi kwalunkwe emenda sussegwenti għall-kuntratt.
3. Il-partijiet jistgħu jaqblu li jittrażmettu elettronikament l-informazzjoni kollha li tgħaddi bejniethom, jew parti minnha, sakemm tiġi żgurta reġistrazzjoni xierqa ta' tali informazzjoni.
4. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali, ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu li jsir kuntratt miktub speċifiku għal kull fond komuni.
Il-kumpanija maniġerjali u d-depożitarju jistgħu jidħlu fi ftehim ta' kuntratt wieħed li jelenka l-fondi komuni ġestiti minn dik il-kumpanija maniġerjali li għaliha japplika l-kuntratt.
5. Il-kuntratt li jixhed il-ħatra tad-depożitarju u kwalunkwe ftehim sussegwenti għandu jindika l-liġi applikabbli għall-kuntratt.
KAPITOLU 2
FUNZJONIJIET TAD-DEPOŻITARJU, DMIRIJIET TA' DILIĠENZA DOVUTA, OBBLIGU TA' SEGREGAZZJONI U PROTEZZJONI MILL-INSOLVENZA
(l-Artikolu 22(3), (4) u (5) u l-Artikolu 22a(2)(c) u (d) tad-Direttiva 2009/65/KE)
Artikolu 3
Dmirijiet ta' sorveljanza — rekwiżiti ġenerali
1. Mal-ħatra tiegħu, id-depożitarju għandu jivvaluta r-riskji assoċjati man-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-istrateġija u l-politika ta' investiment tal-UCITS u mal-organizzazzjoni tal-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment. Fuq il-bażi ta' dik il-valutazzjoni, id-depożitarju għandu jfassal proċeduri ta' sorveljanza li jkunu xierqa għall-UCITS u għall-assi li jinvesti fihom u li mbagħad jiġu implimentati u applikati. Dawn il-proċeduri għandhom jiġu aġġornati regolarment.
2. Fit-twettiq tad-dmirijiet ta' sorveljanza tiegħu skont l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2009/65/KE, depożitarju għandu jwettaq kontrolli u verifiki ex-post tal-proċessi u l-proċeduri li jkunu taħt ir-responsabbiltà tal-kumpanija maniġerjali jew tal-kumpanija ta' investiment jew ta' parti terza maħtura. Id-depożitarju għandu fiċ-ċirkostanzi kollha jiżgura li teżisti proċedura xierqa ta' verifika u rikonċiljazzjoni u li tiġi implimentata u applikata u eżaminata frekwentement. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha tiżguraw li l-istruzzjonijiet kollha relatati mal-assi u l-operazzjonijiet tal-UCITS jintbagħtu lid-depożitarju, ħalli d-depożitarju jkun jista' jwettaq il-verifika jew il-proċedura ta' rikonċiljazzjoni tiegħu stess.
3. Depożitarju għandu jistabbilixxi proċedura ta' eskalazzjoni ċara u komprensiva biex jittratta ma' sitwazzjonijiet fejn jiġu skoperti diskrepanzi potenzjali matul id-dmirijiet tiegħu ta' sorveljanza, li d-dettalji tagħha għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-kumpanija maniġerjali jew tal-kumpanija ta' investiment meta jkun hemm talba.
4. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha tipprovdu lid-depożitarju, malli jibda dmirijietu u fuq bażi kontinwa u wara, bl-informazzjoni relevanti kollha li jeħtieġ biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2009/65/KE inkluża l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta lid-depożitarju minn partijiet terzi.
Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha tiżgura partikolarment li d-depożitarju jkun jista' jkollu aċċess għall-kotba u biex iwettaq żjarat fuq il-post fil-bini tal-kumpanija maniġerjali jew tal-kumpanija ta' investiment u ta' kwalunkwe fornitur ta' servizzi maħtur mill-kumpanija maniġerjali jew mill-kumpanija ta' investiment, jew li jirrieżamina rapporti u dikjarazzjonijiet ta' ċertifikazzjonijiet esterni rikonoxxuti minn awdituri indipendenti u kwalifikati jew esperti oħra sabiex jiżgura l-adegwatezza u r-rilevanza tal-proċeduri fis-seħħ.
Artikolu 4
Dmirijiet marbuta mas-sottoskrizzjonijiet u t-tifdijiet
1. Depożitarju għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2009/65/KE fejn huwa jiżgura li l-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment stabbilixxew proċedura xierqa u konsistenti u qed jimplimentawha u japplikawha:
|
(a) |
jirrikonċilja l-ordnijiet ta' sottoskrizzjoni mar-rikavat mis-sottoskrizzjonijiet, kif ukoll l-għadd ta' unitajiet maħruġa mir-rikavat mis-sottoskrizzjonijiet li jirċievi l-UCITS; |
|
(b) |
jirrikonċilja l-ordnijiet ta' tifdija mat-tifdijiet imħallsa, kif ukoll l-għadd ta' unitajiet ikkanċellati mill-amortizzazzjonijiet imħallsa mill-UCITS; |
|
(c) |
jivverifika fuq bażi regolari li l-proċedura ta' rikonċiljazzjoni hija xierqa. |
Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c), id-depożitarju għandu partikolarment jiċċekkja regolarment il-konsistenza bejn l-għadd totali tal-unitajiet fil-kontijiet tal-UCITS u l-għadd totali ta' unitajiet pendenti li jidhru fir-reġistru tal-UCITS.
2. Depożitarju għandu jiżgura u jiċċekkja b'mod regolari li l-proċeduri rigward il-bejgħ, il-ħruġ, ir-riakkwist, it-tifdija u l-kanċellazzjoni ta' unitajiet tal-UCITS jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli u mar-regoli tal-UCITS jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni u jivverifika li dawn il-proċeduri huma effettivament implimentati.
3. Il-frekwenza tal-kontrolli tad-depożitarju għandha tkun konsistenti mal-fluss tas-sottoskrizzjonijiet u t-tifdijiet.
Artikolu 5
Dmirijiet marbuta mal-valwazzjoni tal-unitajiet
1. Depożitarju għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2009/65/KE meta jistabbilixxi proċeduri biex:
|
(a) |
jivverifika fuq bażi regolari li proċeduri xierqa u konsistenti jkunu stabbiliti u applikati għall-valwazzjoni tal-assi tal-UCITS f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli u mal-Artikolu 85 tad-Direttiva 2009/65/KE u mar-regoli u l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-UCITS; |
|
(b) |
jiżgura li l-politiki u l-proċeduri tal-valwazzjoni jkunu effettivament implimentati u riveduti perjodikament. |
2. Id-depożitarju, għandu jwettaq il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 bi frekwenza konsistenti mal-frekwenza tal-politika ta' valwazzjoni tal-UCITS kif definit fil-liġi nazzjonali adottata f'konformità mal-Artikolu 85 tad-Direttiva 2009/65/KE, u skont ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-UCITS.
3. Meta depożitarju jqis li l-kalkolu tal-valur tal-unitajiet tal-UCITS ma twettaqx skont il-liġi applikabbli jew ir-regoli tal-UCITS jew mal-istrumenti ta' inkorporazzjoni, huwa għandu jinnotifika lill-kumpanija maniġerjali jew lill-kumpanij ata' investiment u jiżgura li tittieħed azzjoni rimedjali f'waqtha fl-aħjar interessi tal-investituri fl-UCITS.
Artikolu 6
Dmirijiet marbuta mat-twettiq tal-istruzzjonijiet tal-UCITS.
Depożitarju għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-punt (c) tal-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2009/65/KE meta jistabbilixxi u jimplimenta mill-inqas:
|
(a) |
proċeduri xierqa biex jivverifika li l-istruzzjonijiet tal-kumpanija maniġerjali jew il-kumpannija ta' investiment jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli u mar-regoli tal-UCITS u l-istrumenti ta' inkorporazzjoni; |
|
(b) |
proċedura ta' eskalazzjoni meta l-UCITS ikun kiser waħda mil-limiti jew ir-restrizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu. |
Għall-finijiet tal-punt (a), id-depożitarju għandu jimmonitorja partikolarment il-konformità UCITS mar-restrizzjonijiet tal-investiment u l-limiti tal-ingranaġġ li l-UCITS hija suġġetta għalihom. Il-proċeduri msemmija fil-punt (a) għandhom ikunu proporzjonati għan-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-UCITS.
Artikolu 7
Dmirijiet marbuta mas-saldu f'waqtu tat-tranżazzjonijiet
1. Depożitarju għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2009/65/KE meta jistabbilixxi proċedura biex jiskopri kwalunkwe sitwazzjoni fejn korrispettiv fi tranżazzjonijiet li jinvolvu l-assi tal-UCITS ma jkunx rimess għall-UCITS fil-limiti taż-żmien tas-soltu, jinnotifika lill-kumpanija maniġerjali jew lill-kumpanija ta' investiment kif xieraq u, fejn is-sitwazzjoni ma ġietx rimedjata, jitlob ir-restituzzjoni tal-assi mill-kontroparti fejn possibbli.
2. Fejn it-tranżazzjonijiet ma jsirux f'suq regolat, id-depożitarju għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont il-paragrafu 1 filwaqt li jqis il-kondizzjonijiet marbuta ma' dawn it-tranżazzjonijiet.
Artikolu 8
Dmirijiet relatati mal-kalkolu u d-distribuzzjoni tal-introjtu tal-UCITS
1. Sabiex jikkonforma mal-obbligi msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2009/65/KE fejn huwa:
|
(a) |
jiżgura li l-kalkolu tal-introjtu nett huwa applikat f'konformità mar-regoli tal-UCITS, fl-istrumenti ta' inkorporazzjoni u fil-liġi nazzjonali applikabbli kull darba li l-introjtu għandu jkun distribwit; |
|
(b) |
jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa fejn l-awdituri tal-UCITS ikunu esprimew riżervi dwar ir-rapporti finanzjarji annwali. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandhom jipprovdu lid-depożitarju bl-informazzjoni kollha dwar ir-riżervi espressi dwar ir-rapporti finanzjarji; |
|
(c) |
jivverifikaw il-kompletezza u l-akkuratezza tal-pagamenti tad-dividendi, kull darba li l-introjtu għandu jkun distribwit. |
2. Meta depożitarju jqis li l-kalkolu tal-introjtu ma kienx applikat skont il-liġi applikabbli jew ir-regoli tal-UCITS jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni, huwa għandu jinnotifika lill-kumpanija maniġerjali jew lill-kumpanija ta' investiment u jiżgura li tkun ittieħdet azzjoni ta' rimedju fil-ħin u fl-aħjar interess tal-investituri tal-UCITS.
Artikolu 9
Monitoraġġ tal-flus — rekwiżiti ġenerali
1. Fejn kont tal-flus jinżamm jew jinfetaħ f'entità msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2009/65/KE f'isem il-kumpanija ta' investiment jew il-kumpanija maniġerjali li taġixxi f'isem l-UCITS, il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija tal-investiment għandha tiżgura li d-depożitarju jingħata, malli jibda d-dmirijiet tiegħu u fuq bażi kontinwa, l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex ilkollu rendikont ġenerali ċar tal-flussi tal-flus tal-UCITS kollha ħalli d-depożitarju jkun jista' jikkonforma mal-obbligi tiegħu.
2. Mal-ħatra tad-depożitarju, il-kumpanija ta' investiment jew il-kumpanija maniġerjali għandha tgħarraf lid-depożitarju dwar il-kontijiet tal-flus eżistenti kollha miftuħa f'isem l-UCITS, jew il-kumpanija tal-immaniġġjar li taġixxi f'isem l-UCITS.
3. Il-kumpanija ta' investiment jew il-kumpanija ta' ġestjoni għandha tiżgura li d-depożitarju jingħata l-informazzjoni kollha relatata mal-ftuħ ta' kwalunkwe kont tal-flus ġdid mill-kumpanija ta' investiment, jew mill-kumpanija maniġerjali li taġixxi f'isem l-UCITS.
Artikolu 10
Monitoraġġ tal-flussi tal-flus tal-UCITS
1. Depożitarju għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2009/65/KE, fejn dan jiżgura monitoraġġ effettiv u xieraq tal-flussi tal-flus tal-UCITS, u, b'mod partikolari, li tal-anqas:
|
(a) |
jiżgura li l-flus kollha tal-UCITS jiġu rreġistrati f'kontijiet miftuħa ma' bank ċentrali jew istituzzjoni awtorizzata ta' kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jew istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata f'pajjiż terz, fejn il-kontijiet tal-flus huma meħtieġa għall-finijiet ta' operazzjonijiet tal-UCITS, sakemm rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu f'dak il-pajjiż terz ikunu kkunsidrati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS bħala mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. |
|
(b) |
jimplimenta proċeduri xierqa u effettivi biex jirrikonċilja l-movimenti tal-flussi tal-flus kollha u jwettaq tali rikonċiljazzjonijiet kuljum jew, fil-każ ta' movimenti ta' flus mhux frekwenti, meta jseħħu tali movimenti fil-flussi tal-flus; |
|
(c) |
jimplimenta proċeduri xierqa biex jidentifika fl-għeluq ta' kull ġurnata tan-negozju flussi tal-flus sinifikanti u flussi tal-flus li jistgħu jkunu inkonsistenti mal-operat tal-UCITS; |
|
(d) |
jirrevedi perjodikament l-adegwatezza ta' dawk il-proċeduri inkluż permezz ta' rieżami sħiħ tal-proċess ta' rikonċiljazzjoni mill-inqas darba fis-sena u jiżgura li l-kontijiet tal-flus miftuħa f'isem il-kumpanija ta' investiment jew f'isem il-kumpanija maniġerjali li taġixxi f'isem l-UCITS jew f'isem id-depożitarju li jaġixxi f'isem l-UCITS jiġu inklużi fil-proċess ta' rikonċiljazzjoni; |
|
(e) |
jimmonitorja fuq bażi kontinwa r-riżultati tar-rikonċiljazzjonijiet u l-azzjonijiet meħuda bħala riżultat ta' kwalunkwe diskrepanza identifikata permezz tal-proċeduri ta' rikonċiljazzjoni u jinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-kumpanija maniġerjali jew lill-kumpanija ta' investiment. jekk irregolarità ma tkunx ġiet ikkoreġuta kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti jekk is-sitwazzjoni ma tistax tkun ikkoreġuta; |
|
(f) |
jivverifika li hemm konsistenza bejn ir-rekords tiegħu stess tal-pożizzjonijiet tal-flus ma' dawk tal-UCITS. |
Sabiex tiġi evalwata l-ekwivalenza ta' rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali li jkunu applikati għal istituzzjonijiet ta' kreditu ta' pajjiż terz imsemmi fil-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-atti ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).
2. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha tiżgura li l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni kollha relatati ma' kont tal-flus miftuħ ma' parti terza jintbagħtu lid-depożitarju, ħalli d-depożitarju jkun jista' jwettaq il-proċedura ta' rikonċiljazzjoni tiegħu stess.
Artikolu 11
Dmirijiet mal-pagamenti mas-sottoskrizzjonijiet
Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha tiżgura li d-depożitarju jingħata l-informazzjoni dwar pagamenti magħmula minn jew għan-nom tal-investituri mas-sottoskrizzjoni ta' unitajiet ta' UCITS fl-għeluq ta' kull ġurnata ta' negozju meta l-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment li jaġixxu f'isem l-UCITS, jew parti li taġixxi f'isem UCITS, bħal aġent tat-trasferiment, jirċievi tali pagamenti jew ordni mingħand l-investitur. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha tiżgura li d-depożitarju jirċievi l-informazzjoni l-oħra rilevanti kollha li jeħtieġ biex jiżgura li l-pagamenti jiġu rreġistrati fil-kontijiet tal-flus miftuħa f'isem il-kumpanij ata' investiment jew f'isem il-kumpanija maniġerjali li taġixxi f'isem l-UCITS jew f'isem id-depożitarju skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2009/65/KE.
Artikolu 12
Strumenti finanzjarji li għandhom jinżammu f'kustodja
1. Strumenti finanzjarji li jappartjienu lill-UCITS li ma jistgħux jiġu fiżikament ikkonsenjati lid-depożitarju għandhom jiġu inklużi fl-ambitu tad-dmirijiet ta' kustodja tad-depożitarju fejn ir-rekwiżiti li ġejjin kollha jkunu ssodisfati:
|
(a) |
Dawn huma strumenti finanzjarji msemmija fil-punti (a) sa (e) u (h) tal-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE jew titoli trasferibbli li jinkorporaw derivattivi kif imsemmi fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2009/65/KE; |
|
(b) |
ikunu jistgħu jiġu rreġistrati jew miżmuma f'kont tat-titoli direttament jew indirettament f'isem id-depożitarju. |
2. Strumenti finanzjarji li skont il-liġi nazzjonali applikabbli huma biss direttament irreġistrati f'isem l-UCITS mal-emittent innifsu jew mal-aġent tiegħu, bħal reġistratur jew aġent tat-trasferiment, ma għandhomx jinżammu f'kustodja.
3. Strumenti finanzjarji li jappartjenu lill-UCITS li jistgħu jiġu fiżikament ikkonsenjati lid-depożitarju dejjem għandhom jiġu inklużi fl-ambitu tad-dmirijiet ta' kustodja tad-depożitarju.
Artikolu 13
Dmirijiet ta' salvagwardja marbuta mal-assi miżmuma f'kustodja
1. Depożitarju għandu jkun ikkunsidrat li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 22(5) tad-Direttiva 2009/65/KE fir-rigward ta' strumenti finanzjarji li għandhom jinżammu f'kustodja, fejn huwa jiżgura li:
|
(a) |
l-istrumenti finanzjarji huma rreġistrati sew skont l-Artikolu 22(5)(a)(ii) tad-Direttiva 2009/65/KE; |
|
(b) |
jinżammu rekords u kontijiet segregati b'mod li jiżgura l-preċiżjoni tagħhom, u partikolarment jirreġistra l-korrispondenza ma' strumenti finanzjarji u flus miżmuma għall-UCITS; |
|
(c) |
jitwettqu rikonċiljazzjonijiet fuq bażi regolari bejn il-kontijiet interni u r-rekords tad-depożitarju ma' dawk ta' kwalunkwe parti terza għand min ġew iddelegati l-funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE; |
|
(d) |
tiġi eżerċitata attenzjoni dovuta b'rabta mal-istrumenti finanzjarji miżmuma f'kustodja sabiex jiġi żgurat standard għoli ta' protezzjoni għall-investituri; |
|
(e) |
ir-riskji rilevanti kollha tal-kustodja tul il-katina sħiħa tal-kustodja huma vvalutati u mmonitorjati u l-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment ikunu infurmati dwar kwalunkwe riskju materjali identifikat; |
|
(f) |
hemm arranġamenti organizzazzjonali adegwati sabiex ikun imminimizzat ir-riskju ta' telf jew tnaqqis fl-istrumenti finanzjarji, jew ta' drittijiet marbuta ma' dawk l-istrumenti finanzjarji b'riżultat ta' frodi, amministrazzjoni ħażina, reġistrar inadegwat jew negliġenza; |
|
(g) |
id-dritt tas-sjieda tal-UCITS jew id-dritt tas-sjieda tal-kumpanija maniġerjali li taġixxi f'isem l-UCITS fuq l-assi jiġi vverifikat. |
2. Meta depożitarju ikun iddelega l-funzjonijiet ta' salvagwardja tiegħu fir-rigward ta' assi miżmuma fil-kustodja lil parti terza skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE, għandu jibqa' soġġett għar-rekwiżiti tal-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Id-depożitarju għandu wkoll jiżgura li l-parti terza tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti (b) sa (g) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 14
Dmirijiet ta' salvagwardja marbuta mal-verifika tas-sjieda u ż-żamma tar-rekords
1. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandhom jipprovdu lid-depożitarju, malli jibda d-dmirijiet tiegħu u fuq bażi kontinwa minn dakinhar 'l hemm, bl-informazzjoni rilevanti kollha li huwa jeħtieġ biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-punt (b) tal-Artikolu 22(5) tad-Direttiva 2009/65/KE, u jiżgura li d-depożitarju jingħata l-informazzjoni rilevanti kollha mingħand il-partijiet terzi.
2. Sabiex depożitarju jitqies li hua konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 22(5) tad-Direttiva 2009/65/KE fejn mill-inqas:
|
(a) |
ikollu aċċess mingħajr dewmien żejjed għall-informazzjoni rilevanti kollha li jeħtieġ biex iwettaq il-verifika tiegħu tas-sjieda u d-dmirijiet taż-żamma ta' reġistri, inkluża l-informazzjoni rilevanti li għandha tingħata lid-depożitarju minn partijiet terzi; |
|
(b) |
ikollu informazzjoni suffiċjenti u affidabbli biex ikun issodisfat mid-dritt ta' proprjetà tal-UCITS fuq l-assi; |
|
(c) |
iżomm rekord ta' dawk l-assi kollha li għalihom ikun issodisfat li l-UCITS għandu s-sjieda billi:
|
Għall-finijiet tal-punt (c)(ii) ta' dan il-paragrafu, id-depożitarju għandu jiżgura li jkollu fis-seħħ proċeduri biex l-assi reġistrati ma jkunux jistgħu jiġu assenjati, ittrasferiti, skambjati jew ikkunsinnati mingħajr ma d-depożitarju jew il-parti terza li lilha tkun ġiet delegata s-salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE ma jkunu infurmata dwar tali tranżazzjonijiet. Id-depożitarju għandu jkollu aċċess mingħajr dewmien żejjed għal evidenza dokumentarja ta' kull tranżazzjoni u pożizzjoni mingħand il-parti terza rilevanti. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandhom jiżguraw li l-parti terza rilevanti tipprovdi lid-depożitarju mingħajr dewmien żejjed b'ċertifikati jew evidenza oħra dokumentarja kull darba li jsir bejgħ jew akkwist ta' assi jew azzjoni korporattiva li tirriżulta fil-ħruġ ta' strumenti finanzjarji u mill-inqas darba fis-sena.
3. Depożitarju għandu jiżgura li l-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha u timplimenta proċeduri xierqa biex jivverifikaw li l-assi akkwistati mill-UCITS jiġu rreġistrati kif xieraq f'isem l-UCITS, u għandu jivverifika l-konsistenza bejn il-pożizzjonijiet fir-rekords tal-UCITS u l-assi li dwarhom id-depożitarju huwa ssodisfat li l-UCITS għandha s-sjieda. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha tiżgura li l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni rilevanti kollha relatati mal-assi u l-operazzjonijiet tal-UCITS jintbagħtu lid-depożitarju, ħalli d-depożitarju jkun jista' jwettaq il-verifika jew il-proċedura ta' rikonċiljazzjoni tiegħu stess.
4. Depożitarju għandu jwaqqaf u jimplimenta proċedura ta' eskalazzjoni għal sitwazzjonijiet fejn tiġi skoperta xi diskrepanza inkluża n-notifika lill-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment u lill-awtoritajiet kompetenti jekk is-sitwazzjoni ma tistax tiġi kkoreġuta.
Artikolu 15
Diliġenza dovuta
1. Depożitarju għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 22a(2) tad-Direttiva 2009/65/KE fejn dan jimplimenta u japplika proċedura ta' diliġenza dovuta xierqa u ddokumentata għall-għażla u l-monitoraġġ kontinwu ta' parti terza, li lilha għandhom jiġu delegati jew ġew delegati funzjonijiet ta' salvagwardja b'konformità mal-Artikolu 22a ta' dik id-Direttiva. Dik il-proċedura għandha tiġi rieżaminata regolarment u, mill-inqas, darba fis-sena.
2. Meta jagħżel u jaħtar parti terza, li lilha għandhom ikunu delegati funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE, depożitarju għandu jeżerċita l-attenzjoni u d-diliġenza dovuta kollha biex jiżgura li meta l-parti terza tiġi fdata bl-istrumenti finanzjarji jkun hemm standard adegwat ta' protezzjoni. Id-depożitarju għandu mill-inqas:
|
(a) |
jivvaluta l-qafas regolatorju u ġuridiku, inkluż ir-riskju tal-pajjiż, ir-riskju tal-kustodja u l-eżegwibilità tal-kuntratti ma' dik il-parti terza. Dik il-valutazzjoni għandha b'mod partikolari tippermetti li d-depożitarju jiddetermina l-implikazzjonijiet ta' insolvenza potenzjali tal-parti terza għall-assi u d-drittijiet tal-UCITS. |
|
(b) |
jiżgura li l-valutazzjoni tal-eżegwibilità tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali msemmija fil-punt (a), meta l-parti terza tkun tinsab f'pajjiż terz, hija bbażata fuq il-parir legali ta' persuna fiżika jew ġuridika indipendenti mid-depożitarju jew minn dik il-parti terza; |
|
(c) |
jivvaluta jekk il-prassi, il-proċeduri u l-kontrolli interni tal-parti terza humiex adegwati sabiex jiżguraw li l-assi tal-UCITS igawdu standard għoli ta' attenzjoni u protezzjoni; |
|
(d) |
jivvaluta jekk is-saħħa finanzjarja u r-reputazzjoni tal-parti terza humiex konsistenti mal-kompiti delegati. Dik il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-parti terza potenzjali kif ukoll dejta u informazzjoni oħra; |
|
(e) |
jiżgura li l-parti terza għandha l-kapaċitajiet operazzjonali u teknoloġiċi biex twettaq il-kompiti delegati tas-salvagwardja b'livell għoli ta' protezzjoni u sigurtà. |
3. Depożitarju għandu jeżerċita ħila, kura u diliġenza dovuta fir-rieżami perjodiku u l-monitoraġġ kontinwu ħalli jiżgura li l-parti terza tibqa' konformi mal-kriterji previsti fil-paragrafu 2 u mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE u għall-inqas għandu:
|
(a) |
jimmonitorja l-prestazzjoni tal-parti terza u l-konformità tagħha mal-istandards tad-depożitarju; |
|
(b) |
jiżgura li l-parti terza teżerċita standard għoli ta' attenzjoni, prudenza u diliġenza fit-twettiq tal-kompiti tagħha ta' salvagwardja u partikolarment li effettivament tissegrega l-istrumenti finanzjajri f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament; |
|
(c) |
janalizza r-riskji tal-kustodja assoċjati mad-deċiżjoni li jiġu fdati assi għand il-parti terza u mingħajr dewmien jinnotifika lill-kumpanija maniġerjali jew lill-kumpanija ta' investiment bi kwalunkwe bidla f'dawn ir-riskji. Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-parti terza kif ukoll fuq dejta u informazzjoni oħra. Matul taqlib fis-suq jew meta jiġi identifikat riskju, il-frekwenza u l-ambitu tal-analiżi għandhom jiżdiedu; |
|
(d) |
monitoraġġ tal-konformità tal-projbizzjoni prevista fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2009/65/KE; |
|
(e) |
monitoraġġ tal-konformità tal-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2009/65/KE u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 21 sa 24 ta' dan ir-Regolament. |
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-parti terza, għand min ġew iddelegati funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE, tiddeċiedi li tiddelega l-funzjonijiet tagħha ta' salvagwardja kollha jew parti minnhom lil parti terza oħra skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22a(3) tad-Direttiva 2009/65/KE.
5. Depożitarju għandu jfassal pjanijiet ta' kontinġenza għal kull suq li fih jaħtar parti terza lilha jkunu delegati funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE. Pjan ta' kontinġenza għandu jinkludi l-identifikazzjoni ta' fornitur alternattiv, jekk jeżisti.
6. Depożitarju għandu jieħu miżuri, inkluża t-terminazzjoni tal-kuntratt, li huma fl-aħjar interess tal-UCITS u tal-investituri tiegħu meta l-parti terza għand min tkun ġiet iddelegata l-kustodja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
7. Meta depożitarju ikun iddelega l-funzjonijiet ta' kustodja tiegħu skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE lil parti terza li tinsab f'pajjiż terz, huwa għandu jiżgura li l-Ftehim mal-parti terza jippermetti għal terminazzjoni bikrija, b'kont meħud tal-ħtieġa li jaġixxi fl-aħjar interess tal-UCITS u tal-investituri tiegħu, f'każ li l-liġijiet tal-insolvenza applikabbli u l-każistika ma jibqgħux jirrikonoxxu s-segregazzjoni tal-assi tal-UCITS f'każ ta' insolvenza jew il-parti terza jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi u l-ġurisprudenza ma jibqgħux jiġu sodisfatti.
8. Fejn il-liġi applikabbli ta' insolvenza u l-ġurisprudenza ma tibqax tirrikonoxxi s-segregazzjoni tal-assi tal-UCITS fil-każ ta' insolvenza tal-parti terza li lilha jkunu ġew delegati funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE jew ma tibqax tiżgura li l-assi tal-klijenti tad-depożitarju tal-UCITS ma jiffurmawx parti mill-propjetà tal-parti terza f'każ ta' insolvenza u ma jkunux disponibbli biex jitqassmu fost jew jiġu realizzati għall-benefiċċju ta' kredituri tal-parti terza li lilha jkunu ġew delegati funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE, id-depożitarju għandu jinforma immedjatament lill-kumpanija maniġerjali jew lill-kumpanija ta' investiment.
9. Malli tirċievi l-informazzjoni msemmija taħt il-paragrafu 8, il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha immedjatament tinnotifika lill-awtorità kompetenti tagħha b'tali informazzjoni u tikkunsidra l-miżuri kollha xierqa f'dak li għandu x'jaqsam mill-assi tal-UCITS rilevanti, inkluż li tiddisponi minnhom filwaqt li titqies il-ħtieġa li taġixxi fl-aħjar interess tal-UCITS u tal-investituri tagħha.
Artikolu 16
Obbligu ta' segregazzjoni
1. Fejn funzjonijiet ta' salvagwardja ġew delegati kompletament jew parzjalment lil parti terza, depożitarju għandu jiżgura li l-parti terza għand min ġew delegati l-funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE, taġixxi skont l-obbligu tas-segregazzjoni stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 22a(3) tad-Direttiva 2009/65/KE billi jivverifika li l-parti terza:
|
(a) |
iżżomm tali rekords u kontijiet kollha neċessarji biex jippermettu li fi kwalunkwe ħin u mingħajr dewmien id-depożitarju jiddistingwi l-assi tal-klijenti UCITS tad-depożitarju mill-assi tiegħu stess, l-assi tal-klijenti l-oħra tiegħu, l-assi miżmuma mid-depożitarju għalih innifsu u l-assi miżmuma għal klijenti tad-depożitarju li mhumiex UCITS; |
|
(b) |
iżżomm rekords u kontijiet b'mod li tiżgura l-preċiżjoni tagħhom, u partikolarment il-korrispondenza tagħhom mal-assi salvagwardjati għall-klijenti tad-depożitarju; |
|
(c) |
twettaq, fuq bażi regolari, rikonċiljazzjonijiet bejn il-kontijiet interni u r-rekords tad-depożitarju u dawk tal-parti terza li lilha subdelega l-funzjonijiet ta' salvagwardja skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22a(3) tad-Direttiva 2009/65/KE; |
|
(d) |
tintroduċi arranġamenti organizzazzjonali adegwati biex timminimizza r-riskju ta' telf jew tnaqqis fl-istrumenti finanzjarji, jew ta' drittijiet marbuta ma' dawk l-istrumenti finanzjarji b'riżultat ta' użu ħażin tal-istrumenti finanzjarji, frodi, amministrazzjoni ħażina, reġistrar inadegwat jew negliġenza; |
|
(e) |
ikollha flus tal-UCITS f'kont jew kontijiet ma' bank ċentrali ta' pajjiż terz jew istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata f'pajjiż terz, sakemm ir-rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu f'dak il-pajjiż terz ikunu meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS bħala mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2009/65/KE. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis meta l-parti terza, għand min ġew delegati funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE, tiddeċiedi li tiddelega l-funzjonijiet tagħha ta' salvagwardja kollha jew parti minnhom lil parti terza oħra skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22a(3) tad-Direttiva 2009/65/KE.
Artikolu 17
Protezzjoni mill-insolvenza ta' assi tal-UCITS meta jkunu delegati funzjonijiet ta' kustodja
1. Depożitarju għandu jiżgura li parti terza li tinsab f'pajjiż terz, li lilha ingħataw jew għandhom jingħataw funzjonijiet ta' kustodja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li f'każ ta' insolvenza ta' parti terza, l-assi tal-UCITS miżmuma f'kustodja mill-parti terza ma jkunux disponibbli għal distribuzzjoni fost jew realizzazzjoni għall-benefiċċju ta' kredituri ta' dik il-parti terza.
2. Depożitarju għandu jiżgura li l-parti terza tieħu l-passi li ġejjin:
|
(a) |
tirċievi parir legali minn persuna fiżika jew ġuridika indipendenti li tikkonferma li l-liġi applikabbli ta' insolvenza tirrikonoxxi s-segregazzjoni tal-assi tal-klijenti tal-UCITS tad-depożitarju mill-assi tagħha stess, l-assi tal-klijenti l-oħra tiagħha, l-assi miżmuma għal kont proprju tad-depożitarju u l-assi miżmuma għal klijenti tad-depożitarju li mhumiex tal-UCITS kif imsemmija fl-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament u li l-assi tal-klijenti tad-depożitarju tal-UCITS ma jiffurmawx parti mil-propjetà tal-parti terzaf'każ ta' insolvenza u ma jkunux disponibbli biex jitqassmu fost jew jiġu realizzati għall-benefiċċju ta' kredituri tal-parti terza li lilha jkunu ġew delegati funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE; |
|
(b) |
tiżgura li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġijiet applikabbli u l-każistika ta' dak il-pajjiż terz jirrikonoxxix li l-assi tal-klijenti UCITS tad-depożitarju huma segregati u mhux disponibbli biex jitqassmu fost jew jiġu realizzati għall-benefiċċju tal-kredituri, kif imsemmi fil-punt (a), huma sodisfatti, waqt il-konklużjoni tal-kuntratt ta' delega ta' depożitarju kif ukoll fuq bażi kontinwa għat-tul kollu tad-delega; |
|
(c) |
immedjatament tinforma lid-depożitarju fejn kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) m'għadhiex tiġi sodisfatti; |
|
(d) |
iżżomm rekords u kontijiet preċiżi u aġġornati tal-assi tal-UCITS abbażi ta' liema d-depożitarju jista' fi kwalunkwe ħin jistabbilixxi n-natura preċiża, il-pożizzjoni u l-istatus tas-sjieda ta' dawk l-assi; |
|
(e) |
tipprovdi dikjarazzjoni lid-Depożitarju, fuq bażi regolari, u fi kwalunkwe każ kull darba li sseħħ xi bidla, waqt li tagħti dettalji dwar l-assi tal-klijenti tad-depożitarju tal-UCITS; |
|
(f) |
tinforma lid-depożitarju dwar bidliet fil-liġi tal-insolvenza applikabbli u tal-applikazzjoni effettiva tagħha. |
3. Meta depożitarju jkun iddelega l-funzjonijiet ta' kustodja tiegħu skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE lil parti terza li jinsabu fl-Unjoni, dik il-parti terza għandha tipprovdi dikjarazzjoni lid-Depożitarju, fuq bażi regolari, u fi kwalunkwe każ kull darba li sseħħ xi bidla, li tagħti dettalji dwar l-assi tal-klijenti tad-depożitarju tal-UCITS.
4. Id-depożitarju għandu jiżgura li d-doveri stipulati fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-parti terza, għand min ġew delegati funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE, tiddeċiedi li tiddelega l-funzjonijiet tagħha ta' salvagwardja kollha jew parti minnhom lil parti terza oħra skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22a(3) tad-Direttiva 2009/65/KE.
KAPITOLU 3
TELF TA' STRUMENTI FINANZJARJI U ĦELSIEN MIR-RESPONSABBILTÀ
L-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2009/65/KE
Artikolu 18
Telf ta' strument finanzjarju miżmum f'kustodja
1. It-telf ta' strument finanzjarju miżmum f'kustodja fit-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2009/65/KE għandu jitqies li jkun seħħ meta, f'relazzjoni ma' strument finanzjarju miżmum f'kustodja mid-depożitarju jew minn parti terza għand min tkun ġiet delegata l-kustodja ta' strumenti finanzjarji skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE, tkun issodisfata kwalunkwe kondizzjoni minn dawn:
|
(a) |
dritt iddikjarat ta' sjieda tal-UCITS jiġi pprovat li mhuwiex validu minħabba li jew ma baqax jeżisti jew qatt ma eżista; |
|
(b) |
l-UCITS ġie definittivament imċaħħad mid-dritt tiegħu ta' sjieda tal-istrument finanzjarju; |
|
(c) |
l-UCITS ikun definittivament inkapaċi li jiddisponi direttament jew indirettament mill-istrument finanzjarju. |
2. L-aċċertazzjoni mill-kumpanija maniġerjali jew dik ta' investiment tat-telf ta' strument finanzjarju għandha ssegwi proċess dokumentat faċilment disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti. Ladarba telf jiġi aċċertat, għandu jkun notifikat immedjatament lill-investituri f'mezz durabbli.
3. Strument finanzjarju miżmum f'kustodja ma għandux jitqies mitluf skont it-tifsira tat-tieni subparagarafu tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2009/65/KE fejn UCITS ikun definittivament imċaħħad mid-dritt tiegħu ta' sjieda fir-rigward ta' strument partikolari, sakemm dan l-istrument jiġi ssostitwit minn jew ikkonvertit fi strument jew strumenti finanzjarji oħra.
4. Fil-każ ta' insolvenza tal-parti terza għand min tkun ġiet delegata s-salvagwardja ta' strumenti finanzjarji skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE, it-telf ta' strument finanzjarju miżmum f'kustodja għandu jiġi aċċertata mill-kumpanija maniġerjali jew mill-kumpanija ta' investiment hekk kif waħda mill-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 tintlaħaq b'ċertezza.
Għandu jkun hemm ċertezza dwar jekk kwalunkwe kondizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 hijiex issodisfata mhux aktar tard minn tmiem il-proċedimenti tal-insolvenza. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment u d-depożitarju għandhom jimmonitorjaw mill-qrib il-proċedimenti ta' insolvenza biex jiddeterminaw jekk l-istrumenti finanzjarji kollha, jew uħud minnhom, fdati għand parti terza għand min tkun ġiet delegata s-salvagwardja ta' strumenti finanzjarji skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE jkunux effettivament intilfu.
5. Telf ta' strument finanzjarju miżmum f'kustodja għandu jiġi aċċertat irrispettivament minn jekk il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 humiex ir-riżultat ta' frodi, negliġenza jew imġiba intenzjonali jew mhux intenzjonali oħra.
Artikolu 19
Ħelsien mir-responsabbiltà
1. Ir-responsabbiltà ta' depożitarju skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2009/65/KE ma għandhiex tiskatta sakemm id-depożitarju jista' jipprova li ntlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-avveniment li wassal għat-telf mhux ir-riżultat ta' kwalunkwe att jew ommissjoni tad-depożitarju jew ta' parti terza għand min ġiet iddelegata s-salvagwardja ta' strumenti finanzjarji miżmuma f'kustodja skont il-punt (a) tal-Artikolu 22(5) tad-Direttiva 2009/65/KE; |
|
(b) |
id-depożitarju ma setax raġonevolment jevitata l-okkorrenza tal-avveniment li wassal għat-telf minkejja li adotta l-prekawzjonijiet kollha mistennija minn depożitarju diliġenti kif riflessi fil-prassi komuni fl-industrija; |
|
(c) |
Id-depożitarju ma setax jipprevjeni t-telf minkejja diliġenza dovuta rigoruża u komprensiva kif dokumentat permezz ta':
|
2. Ir-rekwiżiti msemmija fil-punti(a) u (b) tal-paragrafu 1 jistgħu jitqiesu ssodisfati fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
avvenimenti naturali lil hinn mill-kontroll jew l-influwenza tal-bniedem; |
|
(b) |
l-adozzjoni ta' kwalunkwe liġi, digriet, regolament, deċiżjoni jew ordni minn kwalunkwe gvern jew korp governattiv, inkluż kwalunkwe qorti jew tribunal, li jkollha impatti fuq l-istrumenti finanzjarji miżmuma f'kustodja; |
|
(c) |
gwerer, irvellijiet jew taqlib maġġuri ieħor. |
3. Ir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu meqjusa li huma ssodisfati f'każijiet bħal żbalji tal-kontabbiltà, nuqqas operazzjonali, frodi, nuqqas ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti tas-segregazzjoni fil-livell tad-depożitarju jew parti terza għand min ġiet iddelegata s-salvagwardja ta' strumenti finanzjarji miżmuma f'kustodja skont il-punt (a) tal-Artikolu 22(5) tad-Direttiva 2009/65/KE.
KAPITOLU 4
REKWIŻITI TA' INDIPENDENZA U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
(Artikolu 25 tad-Direttiva 2009/65/KE)
Artikolu 20
Korp ta' ġestjoni
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu “korp maniġerjali tal-kumpanija maniġerjali” għandu jinkludi l-korp maniġerjali tal-kumpanija maniġerjali jew il-korp maniġerjali tal-kumpanija ta' investiment.
Artikolu 21
Ġestjoni komuni
Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment u d-depożitarju għandhom f'kull ħin jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-ebda persuna ma tista' fl-istess ħin tkun kemm membru tal-korp maniġerjali tal-kumpanija maniġerjali u wkoll membru tal-korp maniġerjali tad-depożitarju; |
|
(b) |
l-ebda persuna ma tista' fl-istess ħin tkun kemm membru tal-korp maniġerjali tal-kumpanija maniġerjali u wkoll impjegat tad-depożitarju; |
|
(c) |
l-ebda persuna ma tista' fl-istess ħin tkun kemm membru tal-korp maniġerjali tad-depożitarju u wkoll impjegat tal-kumpanija maniġerjali jew tal-kumpanija ta' investiment; |
|
(d) |
Fejn il-korp maniġerjali tal-kumpanija maniġerjali ma jkunx responsabbli tal-funzjonijiet superviżorji fi ħdan il-kumpanija, mhux iktar minn terz tal-membri ta' korp inkarigat minn funzjonijiet superviżorji għandu jkun magħmul minn membri li huma fl-istess ħin membri tal-korp maniġerjali, il-korp inkarigat mill-funzjonijiet superviżorji jew impjegati tad-depożitarju; |
|
(e) |
Fejn il-korp maniġerjali tad-depożitarju ma jkunx responsabbli tal-funzjonijiet superviżorji fi ħdan id-depożitarju, mhux iktar minn terz tal-membri tal-korp tiegħu inkarigat minn funzjonijiet superviżorji għandu jkun magħmul minn membri li huma fl-istess ħin membri tal-korp maniġerjali tal-kumpanija maniġerjali, jew tal-korp inkarigat mill-funzjonijiet superviżorji tal-kumpanija maniġerjali jew tal-kumpanija ta' investiment jew impjegati tal-kumpanija maniġerjali jew tal-kumpanija ta' investiment. |
Artikolu 22
Ħatra ta' depożitarju u d-delega tas-salvagwardja
1. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandu jkollha fis-seħħ proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet għall-għażla u l-ħatra ta' depożitarju, li għandu jkun ibbażat fuq kriterji definiti minn qabel u oġġettivi u jissodisfa biss fl-interess tal-UCITS u tal-investituri tal-UCITS.
2. Fejn il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment taħtar depożitarju li għandu rabta jew rabta ta' grupp, hija għandha żżomm evidenza dokumentarja ta' dan li ġej:
|
(a) |
valutazzjoni li tqabbel il-merti tal-ħatra ta' depożitarju b'rabta jew rabta ta' grupp mal-mertu tal-ħatra ta' depożitarju li m'għandu l-ebda rabta jew l-ebda rabta ta' grupp mal-kumpanija maniġerjali jew mal-kumpanija ta' investiment, filwaqt li tal-inqas jitqiesu l-kostijiet, il-kompetenza, il-kapaċità finanzjarja u l-kwalità tas-servizzi pprovduti mid-depożitarji kollha valutati; |
|
(b) |
rapport, ibbażat fuq din il-valutazzjoni msemmija fil-punt (a), li jiddeskrivi l-mod li bih il-ħatra tissodisfa l-kriterji predefiniti oġġettivi msemmija fil-paragrafu 1 u jsir biss fl-interess tal-UCITS u tal-investituri tal-UCITS. |
3. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha turi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS li hija sodisfatta bil-ħatra tad-depożitarju u li l-ħatra hi biss fl-interess tal-UCITS u tal-investituri tal-UCITS. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha tagħmel l-evidenza dokumentata msemmija fil-paragrafu 1 disponibbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS.
4. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha tiġġustifika lill-investituri tal-UCITS, meta jkun hemm talba, l-għażla tad-depożitarju.
5. Id-depożitarju għandu jkollu fis-seħħ proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet għall-għażla ta' partijiet terzi li lilhom jista' jiddelega funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE, li għandu jkun bbażat fuq kriterji predefiniti oġġettivi u jissodisfa biss l-interess tal-UCITS u tal-investituri tal-UCITS.
Artikolu 23
Kunflitti ta' interess
Fejn teżisti rabta jew rabta ta' grupp bejniethom, il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment u d-depożitarju, għandhom idaħħlu fis-seħħ politiki u proċeduri li jiżguraw li:
|
(a) |
jidentifikaw il-kunflitti ta' interess kollha li jirriżultaw minn dik ir-rabta; |
|
(b) |
jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jevitaw dawn il-kunflitti ta' interess. |
Fejn kunflitti ta' interess msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jistgħux jiġu evitati, il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment u d-depożitarju għandhom jiġġestixxu, jimmonitorjaw u jiżvelaw dak il-kunflitt ta' interess sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq l-interessi tal-UCITS u tal-investituri tal-UCITS.
Artikolu 24
Indipendenza tal-bordijiet maniġerjali u l-funzjonijiet superviżorji
1. Fejn teżisti rabta ta' grupp bejniethom, il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment u d-depożitarju għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
fejn il-korp maniġerjali tal-kumpanija maniġerjali u l-korp maniġerjali tad-depożitarju huma responsabbli mill-funzjonijiet superviżorji tal-kumpaniji rispettivi, mill-inqas terz tal-membri jew żewġ persuni, liema minnhom ikun l-inqas, fuq il-korp maniġerjali tal-kumpanija maniġerjali u fuq il-korp maniġerjali tad-depożitarju għandhom ikunu indipendenti; |
|
(b) |
fejn il-korp maniġerjali tal-kumpanija maniġerjali u l-korp maniġerjali tad-depożitarju mhumiex responsabbli mill-funzjonijiet superviżorji tal-kumpaniji rispettivi, mill-inqas terz tal-membri jew żewġ persuni, liema minnhom ikun l-inqas, fuq il-korp responsabbli mill-funzjonijiet superviżorji fil-kumpanija maniġerjali u fid-depożitarju għandhom ikunu indipendenti. |
2. Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-membri tal-korp maniġerjali tal-kumpanija maniġerjali, il-membri tal-korp maniġerjali tad-depożitarju jew il-membri tal-korp inkarigat mill-funzjonijiet superviżorji ta' dawn il-kumpaniji għandhom jiġu meqjusa bħala indipendenti sakemm ma jkunux membri tal-korp maniġerjali jew tal-korp inkarigat minn funzjonijiet superviżorji u lanqas l-impjegati ta' xi impriżi oħra li bejniethom teżisti rabta ta' grupp u m'għandhom l-ebda negozju, familja jew relazzjoni oħra mal-kumpanija maniġerjali jew mal-kumpanija ta' investiment, mad-depożitarju u ma' kwalunkwe impriża oħra fi ħdan il-grupp li tagħti lok għal kunflitt ta' interess tali li jfixkel il-ġudizzju tagħhom.
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa japplika mit-13 ta' Ottubru 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
(2) Id-Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 186).
(3) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(4) Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/31 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/439
tat-23 ta' Marzu 2016
li jemenda l-Anness IV tar- Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), tal-karbur tal-kalċju, tal-jodur tal-potassju, tal-karbonat tal-idroġenu tas-sodju, tar-rescalure u tar-razza tal-Beauveria bassiana ATCC 74040 u tar-razza tal-Beauveria bassiana GHA
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ma ġew stipulati l-ebda MRLs speċifiċi għas-Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), il-karbur tal-kalċju, il-karbonat tal-idroġenu tas-sodju, rescalure, ir-razza tal-Beauveria bassiana ATCC 74040 u r-razza tal-Beauveria bassiana GHA. Peress li dawk is-sustanzi ma ġewx inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, japplika l-valur prestabbilit ta' 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) ta' dak ir-Regolament. Il-jodur tal-potassju huwa inkluż fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Fir-rigward tas-Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ('l-Awtorità') ikkonkludiet (2) li dawn il-viruses mhumiex patoġeniċi għall-bniedem u li ma jipproduċux tossini. Għalhekk, jitqies xieraq li din is-sustanza tiġi inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-karbur tal-kalċju, l-Awtorità kkonkludiet (3) li din is-sustanza ma għandhiex tidħol fil-katina tal-ikel tal-bniedem. Għalhekk, jitqies xieraq li din is-sustanza tiġi inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(4) |
Il-jodur tal-potassju huwa sustanza minerali li jista' jintuża għall-manifattura ta' supplimenti tal-ikel f'konformità mad- Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Fid-dawl ta' dan, huwa kkunsidrat xieraq li titneħħa n-nota f'qiegħ il-paġna li titlob evalwazzjoni f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għal din is-sustanza. |
|
(5) |
L-idrossidu tal-kalċju huwa approvat bħala sustanza bażika f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Fid-dawl tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2069 (6), il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija xierqa. |
|
(6) |
Fir-rigward tar-rescalure, l-Awtorità kkonkludiet (7) li l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija xierqa. |
|
(7) |
Fir-rigward tar-razza tal-Beauveria bassiana ATCC 74040 u tar-razza tal-Beauveria bassiana GHA (8), l-Awtorità ma setgħetx tasal għall-konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tad-dieta għall-konsumaturi peress li xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Tali kunsiderazzjoni ulterjuri kienet riflessa f'rapporti ta' reviżjoni rispettivi (9) (10), li kkonkludiet li r-riskju għall-bniedem permezz ta' metaboliti minn dawn is-sustanzi huwa negliġibbli.Fid-dawl ta' dawk il-konklużjonijiet, il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' dawk is-sustanzi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija xierqa. |
|
(8) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Cydia pomonella Granulovirus. EFSA Journal 2012;10(4):2655. [40 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2655.
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance calcium carbide. EFSA Journal 2011;9(10):2419. [48 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2419.
(4) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2069 tas-17 ta' Novembru 2015 li japprova s-sustanza bażika karbonat tal-idroġenu tas-sodju f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 42).
(7) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2015. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance rescalure. EFSA Journal 2015;13(2):4031, 40 pp.
(8) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2013. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substances Beauveria bassiana strains ATCC-74040 and GHA. EFSA Journal 2013;11(1):3031. 44 pp.
(9) Rapport ta' reviżjoni magħmul għas-sustanza attiva tar-razza tal-Beauveria bassiana ATCC 74040 iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Lulju 2008 fid-dawl tal-inklużjoni tar-razza tal-Beauveria bassiana ATCC 74040 fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. SANCO/1546/08 — rev. 5, 11 ta' Lulju 2014.
(10) Rapport ta' reviżjoni magħmul għas-sustanza attiva tar-razza tal-Beauveria bassiana iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Lulju 2008 fid-dawl tal-inklużjoni tar-razza tal-Beauveria bassiana GHA fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. SANCO/1547/08 — rev. 5, 11 ta' Lulju 2014.
ANNESS
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-entrati “Cydia pomonella Granulovirus (CpGV)”, “karbur tal-kalċju”, “karbonat tal-idroġenu tas-sodju”, “rescalure”, “ir-razza tal-Beauveria bassiana ATCC 74040” u “r-razza tal-Beauveria bassiana GHA” huma mdaħħla, f'ordni alfabetika; |
|
(2) |
Titħassar ir-referenza għan-nota f'qiegħ il-paġna 1 wara l-entrata “Jodur tal-Potassju”. |
|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/34 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/440
tat-23 ta' Marzu 2016
li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-atrażina f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 17 u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għall-atrażina, il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
L-awtorizzazzjonijiet kollha li diġà jeżistu għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-atrażina ġew irrevokati. F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-MRLs stabbiliti għal dik is-sustanza attiva fl-Annessi II u III għandhom jiġu mħassra. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem; “l-Awtorità”, sabiex tipprovdi opinjoni xjentifika dwar l-MRLs temporanji, li ġew stabbiliti għaċ-ċereali, wara tolleranza tal-importazzjoni mitluba mill-Arġentina. AbbażI tal-provi tar-residwu sottomessi mill-applikant b'appoġġ għall-użu tal-atrażina fuq qamħirrum f'konformità mal-Prattiki Agrikoli Tajba tal-Arġentina, l-Awtorità ikkonkludiet (2) li l-MRLs għall-atrażina fiċ-ċereali għandhom jonqsu għall-livell ta' 0,05 mg/kg. Dan il-livell jikkorispondi mal-limitu relevanti eżistenti ta' determinazzjoni għall-atrażina fi prodotti li joriġinaw mill-pjanti. L-MRLs proposti ma joħolqux riskju ta' saħħa fuq il-konsumatur għall-konsumaturi Ewropej. |
|
(4) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom ġew ikkunsidrati. |
|
(5) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu jipprevedi arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li ġew prodotti qabel il-modifika tal-MRLs li saret permezz ta' dan ir-Regolament, u li għalihom l-informazzjoni turi li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
(7) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli taż-żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament għandu jibqa' japplika għall-prodotti li kienu mmanifatturati qabel it-13 ta' Ottubru 2016.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mit-13 ta' Ottubru 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) L-opinjoni motivata dwar l-isettjar ta' livell massimu ta' residwu ġdid għall-atrażina fiċ-ċereali. EFSA Journal 2015;13(6):4126 [21 pp.].
ANNESS
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness III, il-kolonna għall-atrażina titħassar. |
|
(2) |
Fil-Parti B tal-Anness III, il-kolonna għall-atrażina titħassar. |
|
(3) |
Fl-Anness V, tiżdied il-kolonna li ġejja għall-atrażina: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (f'mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(1) Għall-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/47 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/441
tat-23 ta' Marzu 2016
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala ħlewwa fil-mustarda
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati biex jintużaw fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara applikazzjoni. |
|
(3) |
Fit-23 ta' Jannar 2015 ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala ħlewwa fil-mustarda. Sussegwentement l-awtorizzazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
|
(4) |
Il-glikosidi tal-istevjol huma kostitwenti b'togħma ħelwa mingħajr kaloriji li jistgħu jintużaw biex jissostitwixxu s-sukrożju fil-produzzjoni tal-mustarda u b'hekk jiġi estiż il-perjodu ta' konservazzjoni tiegħhu u tiżdied l-istabbiltà mikrobijoloġika tiegħhu (it-tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor jostakola l-proċess ta' fermentazzjoni li għalih iz-zokkor huwa substrat) filwaqt li jinżammu l-proprjetajiet organolettiċi mitluba tal-prodott. Bis-saħħa tal-glikosidi tal-istevjol fil-mustarda se jkun possibbli li titwessa' l-medda ta' dan il-prodott permezz ta' prodott li fih ħlewwa differenti minn dawk li ġew applikati s'issa u li għandu proprjetajiet ta' togħma kemxejn differenti. |
|
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) evalwat is-sigurtà tal-glikosidi tal-istevjol estratti mill-weraq tal-pjanta Stevia rebaudiana Bertoni bħala ħlewwa u esprimiet il-fehma tagħha dwarhom fl-14 ta' April 2010 (3). L-Awtorità stabbilixxiet Doża Aċċettabbli ta' Kuljum (ADI) għall-glikosidi tal-istevjol, espressa bħala ekwivalenti tal-istevjol, ta' 4 mg/kg tal-piż tal-ġisem/jum. |
|
(6) |
L-awtorizzazzjoni ta' din il-ħlewwa f'ammont ta' 120 mg/kg (ta' ekwivalenti tal-istevjol) fil-mustarda twassal għal żieda fil-konsum tal-E960 fil-limiti li ġejjin: bejn 0 u 0,133 % tal-ADI fil-każ ta' konsum medju u bejn 0 u 1,143 % tal-ADI fil-każ ta' livell għoli ta' konsum. Dan huwa kkunsidrat bħala esponiment negliġibbli addizzjonali għall-konsumatur u għalhekk mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità biex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta dak l-aġġornament mhux mistenni jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala ħlewwa fil-mustarda tikkostitwixxi aġġornament ta' dik il-lista li x'aktarx ma jkollux effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhux meħtieġ li titfittex l-opinjoni tal-Awtorità. |
|
(8) |
Għalhekk, huwa xieraq li jkun awtorizzat l-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala ħlewwa miżjuda fil-mustarda (is-sottokategorija tal-ikel 12.4) f'livell massimu ta' 120 mg/kg. |
|
(9) |
Għalhekk, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) EFSA Journal 2010; 8(4):1537.
ANNESS
Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fis-sottokategorija tal-ikel 12.4 Mustarda, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-E 959:
|
|
(2) |
Tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna li ġejja:
|
|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/49 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/442
tat-23 ta' Marzu 2016
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 li jistipula miżuri ta' tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 41 u 16 tiegħu b'mod konġunt mal-punt 4 tat-Taqsima 3(a) tal-Anness IV tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 (2) jistipula miżuri ta' tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni. It-Taqsima 2 tal-Kapitolu II ta' dak ir-Regolament tittratta d-determinazzjoni u l-eliminazzjoni ta' kwantitajiet żejda ta' zokkor preżenti fil-Kroazja fid-data tal-adeżjoni tagħha. B'mod partikolari tistabbilixxi skadenzi għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' zokkor, għall-eliminazzjoni tagħhom u għall-provi tal-eliminazzjoni li għandhom jingħataw mill-operaturi identifikati fil-Kroazja. Tiffissa wkoll perjodi ta' referenza li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-imposti għall-Kroazja jekk il-kwantitajiet żejda ta' zokkor ma jiġux eliminati. |
|
(2) |
Fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1345/2014 (3) ġew determinati l-kwantitajiet żejda ta' zokkor fil-Kroazja maħżuna qabel l-adeżjoni tagħha u li għandhom jiġu eliminati mis-suq tal-Unjoni a skapitu tal-Kroazja f'konformità mal-iskadenzi stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1407 (4). |
|
(3) |
Fl-ittra tagħha tas-26 ta' Jannar 2016, il-Kroazja infurmat lill-Kummissjoni li, filwaqt li ma tqajjimx dubju dwar l-obbligu li tiżgura l-eliminazzjoni tal-kwantitajiet żejda taz-zokkor, kif determinati mill-Kummissjoni, id-diffikultajiet proċedurali mhux previsti fl-implimentazzjoni tal-obbligu li jesiġi li l-operaturi kkonċernati jeliminaw dawk il-kwantitajiet żejda li wasslu għall-estensjoni tal-iskadenzi biex jinqerdu ma setgħux jiġu solvuti kompletament u li huwa meħtieġ ftit żmien addizzjonali. Għalhekk jixraq li l-iskadenzi previsti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 jiġu estiżi b'erba' xhur. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 9(1), “il-31 ta' Marzu 2016” tinbidel u ssir “il-31 ta' Lulju 2016”; |
|
(2) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 tal-25 ta' Frar 2013 li jistipula miżuri ta' tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (ĠU L 55, 27.2.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1345/2014 tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' zokkor, isoglukożju u fruttożju fil-Kroazja (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 80).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1407 tad-19 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 li jistipula miżuri ta' tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (ĠU L 219, 20.8.2015, p. 1).
|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/51 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/443
tat-23 ta' Marzu 2016
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 fir-rigward tal-lista ta' għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali suġġetti għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli dwar iż-żieda fil-livell ta' kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali elenkat fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
|
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jipprevedi li l-lista għandha tiġi analizzata fuq bażi regolari, u tal-anqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu mill-inqas is-sorsi tal-informazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu. |
|
(3) |
L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti riċenti dwar l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi mwettqa f'pajjiżi terzi mid-Direttorat għall-Awditi u l-Analiżi tal-Ikel u tas-Saħħa tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, kif ukoll ir-rapporti ta' kull tliet xhur dwar il-kunsinni tal-għalf u tal-ikel mhux ta' oriġini mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista trid tiġi emendata. |
|
(4) |
B'mod partikolari, għall-kunsinni ta' karawett u tal-prodotti dderivati li joriġinaw mill-Madagascar, iż-żejt tal-palm mill-Ghana, u l-lumi mit-Turkija, is-sorsi rilevanti ta' tagħrif jindikaw li tfaċċaw riskji ġodda li jeħtieġu l-introduzzjoni ta' livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant, l-annotazzjonijiet dwar dawn il-kunsinni għandhom jiġu inklużi fil-lista. |
|
(5) |
Il-lista għandha tiġi emendata wkoll billi jitħassru l-entrati tal-prodotti li dwarhom l-informazzjoni disponibbli turi grad sodisfaċenti ġenerali ta' konformità mar-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali fuqhom ma għadux ġustifikat. Għaldaqstant, l-entrati fil-lista dwar il-brunġiel u l-bettieħ morr mir-Repubblika Dominicana għandhom jitħassru. |
|
(6) |
Sabiex tkun żgurata l-konsistenza u ċ-ċarezza, jixraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' April 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
ANNESS
“ANNESS I
Għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali li se jiżdied il-livell tal-kontrolli uffiċjali tiegħu fil-punt tad-dħul magħżul
|
Għalf u ikel (użu maħsub) |
Kodiċi tan-NM (1) |
Sottodiviżjoni tat-TARIC |
Pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
||||
|
Għeneb imnixxef (frott tad-dielja) (Ikel) |
0806 20 |
|
L-Afganistan (AF) |
Okratossina A |
50 |
||||
|
|
|
L-Awstralja (AU) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
||||||||
|
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
10 10 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
|
|
|
|||||||
|
ex 0710 80 95 |
72 |
||||||||
|
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
Karfus Ċiniż (Apium graveolens) (Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin) |
ex 0709 40 00 |
20 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
|
Brassica oleracea (Brassica oħra li tittiekel, “Brokkli Ċiniż”) (5) (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
ex 0704 90 90 |
40 |
Iċ-Ċina (CN) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
50 |
||||
|
Te, sew jekk jingħata togħma sew jekk le (Ikel) |
0902 |
|
Iċ-Ċina (CN) |
10 |
|||||
|
|
10 10 |
Ir-Repubblika Dominicana (DO) |
20 |
|||||
|
|
|
|||||||
|
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
20 20 |
|||||||
|
Frawli (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
0810 10 00 |
|
L-Eġittu (EG) |
10 |
|||||
|
Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.) |
|
|
L-Eġittu (EG) |
10 |
|||||
|
(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
20 20 |
|||||||
|
|
|
Il-Gambja (GM |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
|
Żejt tal-palm (Ikel) |
1511 10 90 ; |
|
Il-Ghana (GH) |
Żebgħat tas-Sudan (10) |
50 |
||||
|
1511 90 11 ; |
|
||||||||
|
1511 90 19 ; |
90 |
||||||||
|
1511 90 99 |
|
||||||||
|
Żerriegħa tal-ġulġlien (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
L-Indja (IN) |
Salmonella (11) |
20 |
||||
|
Enzimi; enzimi ppreparati (Għalf u ikel) |
3507 |
|
L-Indja (IN) |
Kloramfenikol |
50 |
||||
|
Piżelli fil-miżwed (mhux imfosdqa) (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
ex 0708 10 00 |
40 |
Il-Kenja (KE) |
10 |
|||||
|
|
|
Madagascar (MG) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
|
Lampun (Ikel — frisk) |
0811 20 31 ; |
|
Is-Serbja (RS) |
Norovirus |
10 |
||||
|
ex 0811 20 11 ; |
10 |
||||||||
|
ex 0811 20 19 |
10 |
||||||||
|
Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus spp.) u l-prodotti li ġejjin minnhom (Ikel) |
ex 1207 70 00 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 |
10 30 50 |
Sierra Leone (SL) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
|
Is-Sudan (SD) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
ex 0709 60 99 |
20 |
It-Tajlandja (TH) |
10 |
|||||
|
|
10 10 |
It-Tajlandja (TH) |
20 |
|||||
|
|
|
|||||||
|
ex 0710 80 95 |
72 |
||||||||
|
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
Sulfiti (15) |
10 |
||||
|
|
||||||||
|
(Ikel) |
|
||||||||
|
Lumi (Citrus limon, Citrus limonum) (Ikel — frisk, imkessaħ jew imnixxef) |
0805 50 10 |
|
It-Turkija (TR) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
10 |
||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
10 |
|||||
|
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
||||||||
|
Weraq tad-dielja (Ikel) |
ex 2008 99 99 |
11; 19 |
It-Turkija (TR) |
50 |
|||||
|
|
|
L-Istati Uniti (US) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
||||||||
|
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
L-Użbekistan (UZ) |
Sulfiti (15) |
50 |
||||
|
|
||||||||
|
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
72 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
|
20 75 |
|||||||
|
|
30 70 |
|||||||
|
|
40 |
|||||||
|
(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin) |
|
|
|||||||
|
|
20 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
|
20 |
|||||||
|
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
|
|
10 |
Il-Vjetnam (VN) |
20 |
|||||
|
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
(1) Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu f'kodiċi tan-NM partikulari u ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi tan-NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex” quddiemu.
(2) Ir-residwi ta' mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa, u dawk ibbażati fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa (il-pestiċidi jridu jiġu ssorveljati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).
(3) Ir-residwi tal-Klorbufam.
(4) Ir-residwi tal-Fentoat.
(5) Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var. Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala “Kai Lan”, “Gai Lan”, “Gailan”, “Kailan”, “Chinese bare Jielan”.
(6) Ir-residwi tat-Trifluralin.
(7) Ir-residwi tal-Aċefat, tal-Aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), tal-Amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4 -dimetilanilina mogħtija bħala amitraz), tad-Diafentjuron, tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).
(8) Ir-residwi tal-Eżaflumuron, tal-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb), tal-Fentoat u tat-Tijofanat metil.
(9) Ir-residwi tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Dinotefuran, tal-Folpet, tal-Prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), tat-Tijofanat metil u tat-Triforina.
(10) Għall-fini ta' dan l-Anness, ‘Żebgħat tas-Sudan’ tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin: (i) Is-Sudan I (Numru CAS 842-07-9); (ii) Is-Sudan II (Numru CAS 3118-97-6); (iii) Is-Sudan III (Numru CAS 85-86-9); (iv) L-Aħmar Skarlat; jew is-Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).
(11) Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu mqabbel miegħu biex jiġi vvalidat, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(12) Ir-residwi tal-Aċefat u tad-Diafentjuron.
(13) Ir-residwi tal-Formetanat: Is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat, Protijofos u Triforina.
(14) Ir-residwi tal-Aċefat, tad-Dikrotofos, tal-Protijofos, tal-Kwinalfos u tat-Triforina.
(15) Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.
(16) Ir-residwi tad-Diafentjuron, tal-Formetanat: Is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-)formetanat, u tat-Tijofanat metil.
(17) Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-Metrafenon.
(18) Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), il-Fentoat u l-Kwinalfos.”
|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/58 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/444
tat-23 ta' Marzu 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
EG |
109,3 |
|
IL |
125,9 |
|
|
MA |
94,8 |
|
|
SN |
144,4 |
|
|
TR |
104,6 |
|
|
ZZ |
115,8 |
|
|
0707 00 05 |
MA |
84,0 |
|
TR |
146,9 |
|
|
ZZ |
115,5 |
|
|
0709 91 00 |
EG |
241,9 |
|
ZZ |
241,9 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
53,1 |
|
TR |
157,3 |
|
|
ZZ |
105,2 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
46,7 |
|
IL |
70,5 |
|
|
MA |
56,0 |
|
|
TN |
65,7 |
|
|
TR |
72,0 |
|
|
ZZ |
62,2 |
|
|
0805 50 10 |
MA |
85,8 |
|
TR |
88,5 |
|
|
ZZ |
87,2 |
|
|
0808 10 80 |
BR |
87,5 |
|
CL |
130,3 |
|
|
CN |
70,5 |
|
|
US |
132,6 |
|
|
ZA |
110,3 |
|
|
ZZ |
106,2 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
113,2 |
|
CL |
156,8 |
|
|
CN |
88,2 |
|
|
TR |
156,4 |
|
|
ZA |
95,0 |
|
|
ZZ |
121,9 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/60 |
REGOLAMENT (UE) 2016/445 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-14 ta' Marzu 2016
dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni (BĊE/2016/4)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6, u l-Artikolu 9(1) u (2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 89(3), 178(1), 282(6), 327(2), Artikolu 380, Artikoli 395(1), 400(2), 415(3), 420(2), 467(3), 468(3), 471(1), 473(1), 478(3), Artikolu 479(1) u (4), Artikolu 480(3), Artikolu 481(1) u (5), u l-Artikoli 486(6) u 495(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 650/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi implimentattivi fir-rigward tal-format, l-istruttura, il-lista tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni annwali tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata mill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu u l-Anness II tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (4), u b'mod partikolari l-Artikoli 12(3) u 23(2), u l-Artikolu 24(4) u (5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika u l-analiżi li saret skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Bord Superviżorju, approvata skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013,
Billi:
|
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu s-setgħa li jadotta regolamenti skont l-Artikolu 132 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, l-Artikolu 132 tat-Trattat u l-Artikolu 34 tal-Istatut tas- Sistema Ewropea ta Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), meta jirreferi għall-Artikolu 25.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, jagħti lill-BĊE setgħat regolatorji sa fejn huwa meħtieġ għall-implimetazzjoni ta' kompiti speċifiċi dwar politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. |
|
(2) |
Fir-rigward ta' rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu l-liġi tal-Unjoni tipprovdi għal opzjonijiet u diskrezzjonijiet li awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżerċitaw. |
|
(3) |
Il-BĊE huwa l-awtorità kompetenti fl-Istati Membri kif stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni rilevanti għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti makroprudenzjali fil-mekkaniżmu superviżorju uniku (MSU) skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma kklassifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) ta' dak ir-Regolament u l-Parti IV u l-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (5). Għaldaqstant għandu l-poteri u l-obbligi kollha li għandhom l-awtoritjajiet kompetenti skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni. B'mod partikolari, il-BĊE għandu s-setgħa li jeżerċita l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(4) |
Il-BĊE iwettaq il-kompiti superviżorji tiegħu fi ħdan l-MSU, li għandu jiżgura li l-politika tal-Unjoni relatata mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu tiġi implimentata b'mod koerenti u effikaċi, li l-ġabra unika ta' regoli għas-servizzi finanzjarji tiġi applikata bl-istess mod għall-istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istati Membri kollha kkonċernati, u li dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu soġġetti għal superviżjoni tal-ogħla kwalità. Fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu, il-BĊE għandu debitament iqis id-diversità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-daqs u l-mudelli tan-negozju tagħhom, kif ukoll il-benefiċċji sistemiċi tad-diversità fl-industrija bankarja tal-Unjoni. |
|
(5) |
Sabiex tkun żgurata konverġenza progressiva bejn il-livell tal-fondi proprji u l-aġġustamenti prudenzjali applikati għad-definizzjoni ta' fondi proprji fl-Unjoni u għad-definizzjoni ta' fondi proprji stabbilita fil-liġi tal-Unjoni matul il-perijodu tranżitorju, id-dħul f'fażijiet tar-rekwiżiti tal-fondi proprji għandu jseħħ gradwalment. |
|
(6) |
L-applikazzjoni konsistenti ta' rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta' kreditu ġewwa l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-|MSU huwa għan speċifiku tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 u r-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) u huwa fdat lill-BĊE. |
|
(7) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE japplika l-liġi tal-Unjoni rilevanti kollha u fejn dawn il-liġijiet tal-Unjoni huma komposti mid-direttivi, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dawk id-direttivi. Meta l-liġi tal-Unjoni relevanti hija komposta minn regolamenti u fejn dawk ir-regolamenti jagħtu espliċitament opzjonijiet u diskrezzjonijiet lill-Istati Membri, il-BĊE għandu japplika wkoll il-leġiżlazzjoni nazzjonali bl-eżerċizzju ta' dawk l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet. Dik il-leġiżlazzjoni nazzjonali nazzjonali m'għandhiex taffettwa l-funzjonament bla xkiel tal-MSU li huwa responsabbli għalih il-BĊE. |
|
(8) |
Dawn l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet ma jinkludux dawk disponibbli biss lill-awtoritajiet kompetenti, li l-BĊE biss huwa kompetenti li jeżerċita u għandu jeżerċita kif jixraq. |
|
(9) |
Fl-eżerċizzju tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet, il-BĊE, bħala l-awtorità kompetenti, għandu jqis il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, partikolarment it-trattament ugwali, il-proporzjonalità u l-aspettattivi leġittimi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sorveljati. |
|
(10) |
Fir-rigward tal-aspettattivi leġittimi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu sorveljati, il-BĊE jirrikonoxxi l-bżonn li jippermetti perijodi tranżitorji meta l-eżerċizzju tiegħu ta' opzjonijiet u diskrezzjonijiet ikunu differenti b'mod sinifikanti mill-approċċ li jieħdu l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, meta l-BĊE jeżerċita l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet tiegħu fir-rigward ta' dispożizzjonijiet tranżitorji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi perijodi tranżitorji xierqa. |
|
(11) |
L-Artikolu 143(1)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw il-mod tal-eżerċizzju tal-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jispeċifika uħud mill-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet mogħtija lil awtoritajiet kompetenti skont il-liġi tal-Unjoni dwar rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta' kreditu li qed jeżerċita l-BĊE. Għandu japplika esklużivament fir-rigward ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu kklassifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, u l-Parti IV u l-Artikolu 147(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li hemm fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) u l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
KAPITOLU I
FONDI PROPRJI
Artikolu 3
Artikolu 89(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Ippeżar tar-riskju u l-projbizzjoni ta' holdings kwalifikattivi 'l barra mis-settur finanzjarju
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżit ta' kapital skont il-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta' 1 250 % għall-ikbar wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-ammont ta' holdings kwalifikattivi f'impriżi msemmija fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jaqbeż il-15 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni ta' kreditu; u |
|
(b) |
l-ammont ta' holdings kwalifikattivi f'impriżi msemmija fl-Artikolu 89(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jaqbeż il-60 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni ta' kreditu. |
KAPITOLU II
REKWIŻITI TA' KAPITAL
Artikolu 4
Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Inadempjenza ta' debitur
Irrispettivament mit-trattament nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom japplikaw l-istandard “iktar minn 90 jum wara li jkun dovut” għall-kategoriji ta' skoperturi speċifikati fl-Artikolu 178(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 5
Artikolu 282(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Settijiet ta' hedging
Għal tranżazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 282(6) tar-Regolament Nru (UE) /2013, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jużaw il-metodu ta' valutazzjoni skont is-suq kif stabbilit fl-Artikolu 274 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 6
Artikolu 327(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: L-innettjar
1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jużaw l-innettjar bejn pożizzjoni konvertibbli u ta' kumpens fl-istrument sottostanti, kif imsemmi fl-Artikolu 327(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, iżda dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfatti:
|
(a) |
qabel l-4 ta' Novembru 2014, l-awtorità nazzjonali kompetenti adottat approċċ fejn tittieħed inkunsiderazzjoni l-probabbiltà ta' konvertibbli partikolari jiġi kkonvertit; jew |
|
(b) |
qabel l-4 ta' Novembru 2014, l-awtorità nazzjonali kompetenti ta' fondi proprji biex tkopri kull telf li tista' ġġib magħha l-konverżjoni. |
2. L-approċji adottati mill-awtoritjajiet kompetenti nazzjonali msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikomplu jintużaw fil-pendenza tal-adozzjoni mill-BĊE tal-approċċ tiegħu stess bis-saħħa tal-Artikolu 327(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 7
Artikolu 380 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Rinunzja
Fil-każ ta' ħsara fis-sistema kollha fit-tifsira tal-Artikolu 380 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li l-BĊE jikkonferma bi ħruġ ta' stqarrija pubblika, sakemm il-BĊE joħroġ stqarrija pubblika li s-sitwazzjoni msemmija fiha ssewwiet, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-istituzzjonijiet ta' kreditu ma jkunux meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar il-fondi proprji preskritti fl-Artikoli 378 u 379 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u |
|
(b) |
in-nuqqas ta' kontroparti li tissalda tranżazzjoni ma għandux jitqies bħala inadempjenza għall-finijiet tar-riskju tal-kreditu. |
KAPITOLU III
SKOPERTURI KBAR
Artikolu 8
Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Limiti tal-iskoperturi kbar
Irrispettivament mit-trattament nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-limitu fuq il-valur ta' skopertura kbira fit-tifsira tal-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 m'għandux ikun inqas minn EUR 150 miljun.
Artikolu 9
Artikolu 400(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Eżenzjonijiet
1. L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta' dak ir-Regolament għal 80 % tal-valur nominali tal-bonds koperti, iżda għandhom jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(3) ta' dak ir-Regolament.
2. L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta' dak ir-Regolament għal 80 % tal-valur ta' skopertura tagħhom, iżda għandhom jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(3) ta' dak ir-Regolament.
3. L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jsiru minn istituzzjoni ta' kreditu lill-impriżi msemmija fih għandhom ikunu eżentati għal kollox mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta' dak ir-Regolament, iżda l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(3) ta' dak ir-Regolament, kif speċifikat iktar fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ssodisfatti u sa fejn dawk l-impriżi huma koperti bl-istess superviżjoni fuq bażi kkonsolidata skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), jew bi standards ekwivalenti fis-seħħ f'pajjiż terz, kif speċifikat iktar fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
4. L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu eżentati għal kollox mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta' dak ir-Regolament, iżda għandhom jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(3) ta' dak ir-Regolament, kif speċifikat iktar fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
5. L-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 400(2)(e) sa (k) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu eżentati għal kollox, jew fil-każ tal-Artikolu 400(2)(i) għandhom ikunu eżentati sal-ammont massimu permess, mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1) ta' dak ir-Regolament, iżda għandhom jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 400(3) ta' dak ir-Regolament.
6. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jivvalutaw jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet speċifikati fl- Artikolu 400(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ukoll l-Anness rilevanti ta' dan ir-Regolament applikabbli fl-iskopertura speċifika. Il-BĊE jista' jivverifika din il-valutazzjoni fi kwalunkwe żmien u jitlob lill-istituzzjonijiet ta' kreditu jissottomettu d-dokumentazzjoni msemmija fl-Anness rilevanti għal dan l-iskop.
7. Dan l-Artikolu għandu japplika biss meta l-Istat Membru rilevanti ma jkunx eżerċita l-opzjoni taħt l-Artikolu 493(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jagħti eżenzjoni sħiħa jew parzjali għall-iskopertura speċifika.
KAPITOLU IV
LIKWIDITÀ
Artikolu 10
Artikolu 415(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Obbligu ta' rapportar
Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħrajn ta' rapportar, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom, skont l-Artikolu 415(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jirrapportaw lill-BĊE l-informazzjoni meħtieġa skont id-dritt nazzjonali għall-finijiet tal-monitoraġġ mal-istandards nazzjonali ta' likwidità, fejn dik l-informazzjoni ma ġietx ipprovduta diġà lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Artikolu 11
L-Artikolu 420(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: Flussi 'l barra ta' likwidità
Meta jiġu vvalutati l-flussi 'l barra ta' likwidità li jirriżultaw minn partiti li mhumiex qegħdin fil-karta tal-bilanċ tal-finanzjament tal-kummerċ, kif imsemmi fl-Artikolu 420(2) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u sakemm jiġu ddeterminati rati ta' fluss 'l barra speċifiċi mill-BĊE skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jassumu rata ta' fluss 'il barra ta' 5 % kif imsemmi fl-Artikolu 420(2) ta' dak ir-Regolament u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. Il-flussi 'il barra korrispondenti għandhom jiġu rrapportati skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (8).
Artikolu 12
Artikolu 12(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61: Assi Livell 2B
1. Istituzzjonijiet ta' kreditu li skont l-istatuti ta' inkorporazzjoni tagħhom ma jistgħux għal raġunijiet ta' osservanza reliġjuża jżommu assi li jagħtu mgħaxijiet jistgħu jinkludu titoli ta' dejn korporattiv bħala assi likwidi tal-livell 2B skont il-kundizzjonijiet kollha speċifikati fl-Artikolu 12(1)(b), inklużi punti (ii) u (iii), tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
2. Għal istituzzjonijiet ta' kreditu msemmijin fil-paragrafu 1,il-BĊE jista' jirrivedi perjodikament ir-rekwiżit imsemmi f'dak il-paragrafu u jippermetti eżenzjoni mill-Artikolu 12(1)(b)(ii) u (iii) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, meta l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 12(3) ta' dak ir-Regolament Delegat ikunu ġew sodisfatti.
Artikolu 13
Artikolu 24(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 2015/61: Flussi 'l barra minn depożiti bl-imnut stabbli
L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jimmoltiplikaw bi 3 % l-ammont ta' depożiti bl-imnut stabbli koperti bi skema ta' garanzija ta' depożitu kif imsemmi fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, iżda l-Kummissjoni għandha tagħti l-approvazzjoni minn qabel tagħha skont l-Artikolu 24(5) ta' dak ir-Regolament Delegat li jiċċertifika li l-kundizzjonijniet kollha tal-Artikolu 24(4) ġew osservati.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 575/2013
Artikolu 14
Artikolu 467(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Telf mhux realizzat ikkalkulat b'valur ġust
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jinkludu fil-kalkolu tal-partiti tal-Ekwità Komuni Grad 1 l-perċentwali applikabbli biss ta' telf mhux realizzat fit-tifsira tal-Artikolu 467(1) tar-Regolament (UE) 575/2013 u inkluż telf fuq skoperturi lil gvernijiet ċentrali kklassifikati fil-kategorija “disponibbli għall-bejgħ”.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-perċentwali applikabbli għandha tkun:
|
(a) |
60 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; u |
|
(b) |
80 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017. |
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fejn dik il-liġi tistabbilixxi perċentwalijiet applikabbli ogħla minn dawk speċifikati fil-paragrafu 2.
Artikolu 15
Artikolu 468(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Qligħ mhux realizzat ikkalkulat b'valur ġust
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom ineħħu mill-kalkolu tal-partiti tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 l-perċentwali applikabbli biss ta' dħul mhux realizzat fit-tifsira tal-Artikolu 468(1) tar-Regolament (UE) 575/2013 u inkluż gwadann fuq skoperturi lil gvernijiet ċentrali kklassifikati fil-kategorija “disponibbli għall-bejgħ”.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-perċentwali applikabbli għandha tkun:
|
(a) |
40 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; u |
|
(b) |
20 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017. |
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fejn dik il-liġi tistabbilixxi perċentwalijiet applikabbli li huma ogħla minn dawk speċifikati fil-paragrafu 2.
Artikolu 16
Artikolu 471(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Eżenzjoni mit-tnaqqis ta' holdings ta' ekwità f'kumpanniji tal-assigurazzjoni mill-partiti tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2018, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom ikunu permessi biex ma jnaqqsux holdings ta' ekwità f'impriżi tal-assigurazzjoni, riassigurazzjoni u kumpanniji holding tal-assigurazzjoni mill-partiti tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 skont it-trattament stabbilit fid-dispożizzjonijiet nazzjonali, iżda għandhom jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 471(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
2. Mill-1 ta' Jannar 2019, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom inaqqsu holdings ta' ekwità f'impriżi ta' assigurazzjoni, impriżi ta' riassigurazzjoni u kumpanniji holding ta' assigurazzjoni mill-partiti tal-Ekwità Komuni Grad 1 tal-Grad 1.
3. Dan l-Artikolu japplika mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħudin mill-awtorità kompetenti bis-saħħa tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 17
Artikolu 473(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Introduzzjoni tal-emendi tal-Istandard ta' Kontabbiltà Internazzjonali 19
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2018, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom iżidu mal-kapital tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 l-ammont imsemmi fl-Artikolu 473(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 immultiplikat bil-fattur applikabbli, li għandu jkun:
|
(a) |
0,6 matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; |
|
(b) |
0,4 matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017; |
|
(c) |
0,2 matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018; |
2. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet preċedenti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew il-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament meta dawk id-deċiżjonijiet jew liġi nazzjonali ma jippermettux lill-istituzzjonijiet li jżidu fil-kapital tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 18
Artikolu 478(3)(a),(c) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Perċentwalijiet applikabbli għal tnaqqis minn partiti ta' Ekwità Komuni tal-Grad 1, Grad 1 u Grad 2 addizzjonali
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 478(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-perċentwali applikabbli għandha tkun:
|
(a) |
60 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; |
|
(b) |
80 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017; |
|
(c) |
100 % mill-1 ta' Jannar 2018. |
2. Dan l-Artikolu m''għandux japplika għall-assi tat-taxxa differiti li jiddependu fuq il-qligħ fil-futur.
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fejn dik il-liġi tistabbilixxi perċentwalijiet li huma ogħla minn dawk speċifikati fil-paragrafu 1.
Artikolu 19
Artikolu 478(3)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Perċentwalijiet applikabbli għat-tnaqqis mill-Ekwità Komuni tal-Grad 1 ta' investimenti sinjifikanti f'entitajiet tas-settur finanzjarju u assi tat-taxxa differiti li jiddependu fuq profitt fil-futur
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 478(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-perċentwali applikabbli għall-finijiet tal-Artikolu 469(1)(a) u (c) ta' dak ir-Regolament għandha tkun:
|
(a) |
60 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; |
|
(b) |
80 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017; |
|
(c) |
100 % mill-1 ta' Jannar 2018. |
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 478(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-perċentwali applikabbli għandha tkun:
|
(a) |
60 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; |
|
(b) |
80 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017; |
|
(c) |
100 % mill-1 ta' Jannar 2018. |
3. B'deroga mill-paragrafu 2, fejn, bis-saħħa tal-Artikolu 478(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-liġi nazzjonali tipprovdi għal perjodu ta' tneħħija gradwali fuq 10 snin, il-perċentwali applikabbli għandha tkun:
|
(a) |
40 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; |
|
(b) |
60 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017; |
|
(c) |
80 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018; |
|
(d) |
100 % mill-1 ta' Jannar 2019. |
4. Il-paragrafi 2 u 3 m'għandhomx japplikaw għal istituzzjonijiet ta' kreditu li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, huma suġġetti għal pjanijiet ta' ristrutturar approvati mill-Kummissjoni.
5. Meta istituzzjoni ta' kreditu li tidħol fl-ambitu tal-paragrafu 4 tiġi akkwistata minn jew tingħaqad ma' istituzzjoni ta' kreditu oħra meta l-pjan ta' ristrutturar għadu fis-seħħ mingħajr modifika dwar it-trattament prudenzjali ta' assi tat-taxxa differita, l-eċċezzjoni fil-paragrafu 4 għandha tapplika lill-istituzzjoni ta' kreditu li qed takkwista, l-istituzzjoni ta' kreditu ġdida li tirriżulta mill-għaqda jew istituzzjoni ta' kreditu li tinkorpora l-istituzzjoni ta' kreditu oriġinali, bl-istess mod li applikat għall-istituzzjoni ta' kreditu akkwistata, magħquda jew inkorporata.
6. Il-BĊE jista' jirrevedi l-applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 5 fl-2020 skont il-monitoraġġ tas-sitwazzjoni ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu.
7. Fil-każ ta' żieda mhux mistennija fl-impatt tat-tnaqqis skont il-paragrafi 2 u 3 li l-BĊE jiddetermina li huwa materjali, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jitħallew ma japplikawx il-paragrafu 2 jew 3.
8. Meta l-paragrafi 2 u 3 ma japplikawx, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali.
9. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, iżda dik il-liġi għandha tistabbilixxi perċentwalijiet li huma ogħla minn dawk speċifikati fil-paragrafu 1, 2 u 3.
Artikolu 20
Artikolu 479(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Rikonoxximent fil-kapital konsolidat tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni tal-Grad 1 u partiti li ma jikkwalifikawx bħala interessi minoritarji
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017, il-perċentwali applikabbli tal-partiti msemmijin fl-Artikolu 479(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tkun kkwalifikat bħala riżervi kkonsolidati skont miżuri nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) għandha tikkwalifika bħala kapital tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 skont il-perċentwalijiet stabbiliti hawn taħt.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-perċentwali applikabbli għandha tkun:
|
(a) |
40 % matul il-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; u |
|
(b) |
20 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017. |
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fejn dik il-liġi tistabbilixxi perċentwalijiet li huma iktar baxxi minn dawk speċifikati fil-paragrafu 2.
Artikolu 21
Artikolu 480(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Rikonoxximent fil-fondi proprji konsolidati ta' interessi minoritarji u l-kwalifikazzjoni ta' kapital addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017, kif hemm fl-Artikolu 480(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-valur tal-fattur applikabbli skont l-Artikolu 480(1) ta' dak ir-Regolament għandu jkun:
|
(a) |
0,6 matul il-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; u |
|
(b) |
0,8 matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017. |
2. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fejn dik il-liġi tistabbilixxi fatturi li huma ogħla minn dawk speċifikati fil-paragrafu 1.
Artikolu 22
Artikolu 481(1) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Filtri u tnaqqis addizzjonali
1. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' filtri jew tnaqqis meħtieġa skont il-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali u msemmija fl-Artikolu 481(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tiegħu, il-perċentwalijiet applikabbli għandhom ikunu:
|
(a) |
40 % matul il-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; u |
|
(b) |
20 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017. |
2. Matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom japplikaw it-trattament ipprovdut mil-liġi nazzjonali sal-ammont li jifdal wara l-filtru jew it-tnaqqis ikunu ġew applikati skont il-paragrafu 1.
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fejn dik il-liġi tiffissa rekwiżiti iktar stretti minn dawk speċifikati fil-paragrafu 1.
Artikolu 23
Artikolu 486(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Limiti għall-partiti ta' anterjorità fil-partiti ta' Ekwità Komuni tal-Grad 1, Addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 486 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-perċentwalijiet applikabbli għandhom ikunu:
|
(a) |
60 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016; |
|
(b) |
50 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017; |
|
(c) |
40 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018; |
|
(d) |
30 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019; |
|
(e) |
20 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2020; |
|
(f) |
10 % matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2021. |
2. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, iżda dik il-liġi għandha tistabbilixxi perċentwalijiet li huma iktar baxxi minn dawk speċifikati fil-paragrafu 1.
Artikolu 24
Artikolu 495(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013: Trattament ta' skoperturi għal ekwità skont l-Approċċ IRB (Internal Ratings Based)
Il-kategoriji ta' skoperturi ta' ekwità li jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-approċċ IRB skont l-Artikolu 495(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jinkludu, sal-31 ta' Diċembru 2017, il-kategoriji ta' skoperturi ta' ekwità biss li fil-31 ta' Diċembru 2013 kienu qed jibbenefikaw diġà minn eżenzjoni mit-trattament IRB, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1556 (10).
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2016.
2. L-Artikolu 4 għandu japplika mill-31 ta' Diċembru 2016 u l-Artikolu 13 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta' Marzu 2016.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(3) ĠU L 185, 25.6.2014, p. 1.
(5) Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
(6) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(7) Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 340).
(8) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).
(9) Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).
(10) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1556 tal-11 ta' Ġunju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għat-trattament tranżizzjonali tal-iskoperturi tal-ekwità skont l-approċċ IRB (ĠU L 244, 19.9.2015, p. 9).
ANNESS I
Kundizzjonijiet għall-valutazzjoni ta' eżenzjoni mil-limitu ta' skopertura kbira skont l-Artikolu 400(2)(c) ta-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament
|
1. |
Dan l-Anness japplika fir-rigward ta' eżenzjonijiet mil-limitu ta' skopertura kbira skont l-Artikolu 9(3) ta' dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-Artikolu 9(3): pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE (1) jitqiesu li huma ekwivalenti. |
|
2. |
L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkunsidraw dawn il-kriterji li ġejjin meta jivvalutaw jekk skopertura msemmija fl-Artikolu 400(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tissodisfa l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni minn limitu ta' skopertura kbira, skont l-Artikolu 400(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
3. |
Sabiex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 u 2 humiex sodisfatti, il-Bank Ċentrali Ewropew jista' jitlob lil istituzzjonijiet ta' kreditu li jissottomettu d-dokumentazzjoni li ġejja:
|
(1) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-reviżjoni applikabbli għal 12 ta' Diċembru 2014 dwar l-ekwivalenza ta' rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta' ċerti pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 155).
(2) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
ANNESS II
Kundizzjonijiet għall-valutazzjoni ta' eżenzjoni minn limitu ta' skopertura kbira, skont l-Artikolu 400(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 9(4) ta' dan ir-Regolament
|
1. |
L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkunsidraw dawn il-kriterji li ġejjin meta jivvalutaw jekk skopertura msemmija fl-Artikolu 400(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tissodisfa l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni minn limitu ta' skopertura kbira, skont l-Artikolu 400(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
2. |
Barra mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom iqisu, sabiex jiġi vvalutat jekk il-korp reġjonali jew ċentrali li miegħu hija assoċjata l-istituzzjoni ta' kreditu f'netwerk responsabbli għal operazzjonijiet tal-ikklerjar ta' kontanti, kif previst fl-Artikolu 400(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk il-liġijiet susidjarji jew l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-korp reġjonali jew ċentrali espliċitament fihomx dawn ir-responsabbiltajiet, inklużi, imma mhux limitati għal dawn li ġejjin:
|
|
3. |
Sabiex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 u 2 humiex sodisfatti, il-Bank Ċentrali Ewropew jista' jitlob lil istituzzjonijiet ta' kreditu li jissottomettu d-dokumentazzjoni li ġejja:
|
DEĊIŻJONIJIET
|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/74 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/446
tat-23 ta' Marzu 2016
li temenda u testendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Jannar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/34/PESK (1) dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali). |
|
(2) |
Fit-18 ta' Frar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/87/PESK (2) dwar il-bidu tal-EUTM Mali. |
|
(3) |
Wara l-Analiżi Strateġika, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li l-mandat tal-EUTM Mali jiġi adattat u estiż b'perijodu ta' sentejn, sat-18 ta' Mejju 2018. |
|
(4) |
Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit l-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri l-ispejjeż marbutin mal-EUTM Mali għall-perijodu mid-19 ta' Mejju 2016 sat-18 ta' Mejju 2018. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2013/34/PESK għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej: “1. L-Unjoni għandha twettaq missjoni ta' taħriġ militari, (EUTM Mali), biex tipprovdi, fil-Mali, konsulenza militari u ta' taħriġ lill-Forzi Armati tal-Mali (FAM) li joperaw taħt il-kontroll ta' awtoritajiet ċivili leġittimi, sabiex isir kontribut lejn ir-restawr tal-kapaċità militari tagħhom bil-għan li jkunu jistgħu iwettqu operazzjonijiet militari immirati lejn ir-restawr tal-integrità territorjali tal-Mali u jnaqqsu t-theddida ppreżentata minn gruppi terroristiċi. L-EUTM Mali ma għandiex tkun involuta f'operazzjonijiet ta' kumbattiment. L-azzjonijiet tagħha għandhom jestendu sal-Liwja tax-xmara Niger, inklużi l-muniċipalitajiet ta' Gao u Timbuktu. 2. L-objettiv tal-EUTM Mali għandu jkun ir-rispons għall-ħtiġijiet operattivi tal-FAM billi jingħata:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM Mali għall-perijodu mid-19 ta' Mejju 2016 sat-18 ta' Mejju 2018 għandu jkun ta' EUR 33 400 000. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 (*1) għandu jkun 60 % u l-perċentwal għall-impenn imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkun 10 %. (*1) Deċiżjoni tal-kunsill (PESK) 2015/528 tas-27 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal- operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/871/PESK (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 39).” " |
|
(3) |
Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Il-mandat tal-EUTM Mali għandu jintemm fit-18 ta' Mejju 2018.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) (ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/87/PESK tat-18 ta' Frar 2013 dwar il-bidu ta' missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) (ĠU L 46, 19.2.2013, p. 27).
|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/76 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/447
tat-22 ta' Marzu 2016
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460 dwar ċerti miżuri protettivi b'rabta mal-influwenza avjarja b'patogeniċità għolja tas-sottotip H5 fi Franza
(notifikata bid-dokument C(2016) 1608)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2460 (3) ġiet adottata wara t-tixrid tal-influenza avjarja b'patoġenità għolja (HPAI) fi Franza u l-istabbiliment mill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru ta' żona kbira ristretta ulterjorment madwar iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza. Dik iż-żona ristretta ulterjorment tinkludi diversi départements jew partijiet minnhom fil-Lbiċ ta' Franza. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460, kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/237 (4) tapplika sal-31 ta' Marzu 2016. |
|
(3) |
In-numru ta' tifqigħat tal-HPAI naqas, iżda għadhom qed jiġu individwati xi tifqigħat ġewwa ż-żona li diġà qiegħda taħt restrizzjonijiet. Minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika u fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' kontroll tal-marda adottata fi Franza, huwa xieraq li jitwal il-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460 sal-15 ta' Settembru 2016. Madankollu, il-Kummissjoni se tirrevedi l-perjodu tal-applikazzjoni jekk is-sitwazzjoni tal-marda titjieb minn qabel. |
|
(4) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460 għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460, id-data “il-31 ta' Marzu 2016” tinbidel bid-data “il-15 ta' Settembru 2016”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2460 tat-23 ta' Diċembru 2015 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fi Franza (ĠU L 339, 24.12.2015, p. 52).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/237 tas-17 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2460 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patogeniċità għolja tas-sottotip H5 fi Franza (ĠU L 44, 19.2.2016, p. 12).
|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/78 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/448
tat-23 ta' Marzu 2016
li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE b'rabta mal-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u mill-bruċellożi ta' Malta fir-rigward tal-merħliet bovini
(notifikata bid-dokument C(2016) 1697)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-paragrafu 4 tal-Annex A.I. u l-paragrafu 7 tal-Anness A.II. tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ ta' annimali bovini fl-Unjoni. Din tistipula l-kundizzjonijiet li bihom Stat Membru jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi jew uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (2) tistipula li l-Istati Membri mniżżla fil-Kapitolu 1 tal-Anness I u fil-Kapitolu 1 tal-Anness II tagħha huma ddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi, rispettivament, fir-rigward tal-merħliet bovini. |
|
(3) |
Malta ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tat-territorju ta' dak l-Istat Membru mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi u mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. Għadaqstant, Malta għandha tiġi elenkata fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi u uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. |
|
(4) |
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni (KE) Nru 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).
ANNESS
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I, il-Kapitolu 1 jinbidel b'dan li ġej: “KAPITOLU 1 Stati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi
|
|
(2) |
Fl-Anness II, il-Kapitolu 1 jinbidel b'dan li ġej: “KAPITOLU 1 Stati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi
|