ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
11.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/323
tal-24 ta’ Frar 2016
li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri rigward oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 15(5) u l-Artikolu 16(3) tiegħu,
Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta;
Billi:
(1) |
Għandha tintuża prinċipalment sistema kompjuterizzata għall-iskambji ta’ informazzjoni stipulati skont l-Artikoli 8, 15 u 16 tar-Regolament (UE) Nru 389/2012 rigward l-oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka li jipprovdu dik l-informazzjoni. |
(2) |
Sabiex tippermetti kontroll effettiv tal-oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, l-awtorità rikjedenti għandha tkun tista’ titlob l-istorja ta’ moviment ta’ oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa fl-Unjoni mingħand awtorità kompetenti oħra billi tipprovdi l-kodiċi ta’ referenza amministrattiv tad-dokument amministrattiv elettroniku rilevanti, mogħti skont l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (2). L-awtoritajiet rikjesti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu tweġibiet awtomatiċi għal talbiet bħal dawn. It-tweġiba għandha tinkludi d-dokumenti elettroniċi kollha u informazzjoni oħra skambjata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 21 sa 25 tad-Direttiva 2008/118/KE. |
(3) |
Meta l-awtorità rikjedenti ma tkunx taf il-kodiċi ta’ referenza amministrattiv tad-dokument amministrattiv elettroniku li taħtu jseħħ moviment ta’ oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa fl-Unjoni, dik l-awtorità rikjedenti għandha tkun tista’ tikseb il-kodiċi ta’ referenza amministrattiv rilevanti rigward il-moviment. |
(4) |
Ċerti investigazzjonijiet tal-konformità tal-kummerċjanti mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III u tal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/118/KE jeħtieġu l-ġbir ta’ informazzjoni li tista’ tinsab biss barra s-sistema kompjuterizzata. Għaldaqstant, is-sistema kompjuterizzata għandha, biex tkun tista’ tinstab din l-informazzjoni, tappoġġja t-trażmissjoni ta’ talbiet għal kooperazzjoni amministrattiva u ta’ tweġibiet għal talbiet bħal dawn. Is-sistema kompjuterizzata għandha tappoġġja wkoll il-bgħit ta’ rifjuti legalment ġustifikati mill-awtoritajiet rikjesti. |
(5) |
Is-sistema kompjuterizzata għandha tipprovdi formati standard għad-dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka sabiex tappoġġja l-iskambju obbligatorju ta’ informazzjoni meta jkunu seħħew, jew ikun hemm suspett li seħħew, irregolaritajiet jew ksur tal-leġiżlazzjoni dwar id-dazji tas-sisa. |
(6) |
Għandu jkun żgurat li s-sistema kompjuterizzata tintuża għal informazzjoni li tkun skambjata b’mod fakultattiv bl-istess mod bħall-informazzjoni li tiġi skambjata b’mod obbligatorju. L-istess dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka għandhom jintużaw fiż-żewġ każijiet. |
(7) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jitolbu u jirċievu rispons b’mezzi uniformi dwar l-azzjoni ta’ segwitu li tkun ittieħdet fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun ġiet skambjata. |
(8) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati li jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ kooperazzjoni amministrattiva meta s-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli u għar-reġistrazzjoni ta’ dik l-informazzjoni fis-sistema kompjuterizzata meta din terġa’ tkun disponibbli. |
(9) |
Għandhom ikunu stabbiliti s-sitwazzjonijiet li fihom l-Istati Membri għandhom jużaw dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ta’ sostenn għall-iskambju obbligatorju ta’ informazzjoni. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Għall-finijiet ta’ kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri rigward l-oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati dwar dan li ġej:
(a) |
l-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka skambjati permezz tas-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 2 (8) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012 għall-finijiet tal-Artikoli 8, 15 u 16 ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
l-istruttura u l-kontenut tal-komunikazzjonijiet ta’ rispons dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda bħala riżultat ta’ kooperazzjoni fuq talba jew ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni fakultattiva; |
(c) |
ir-regoli u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti li jiskambjaw dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka; |
(d) |
l-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ta’ riżerva u r-regoli u l-proċeduri relatati mal-użu tagħhom. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
"moviment" tfisser il-moviment bejn żewġ Stati Membri jew aktar ta’ oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa skont it-tifsira tal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/118/KE; |
(b) |
"Sistema ta’ Posta Sigura CCN" tfisser is-servizz ta’ posta elettronika sigur ipprovdut bħala komponent tan-netwerk tas-CCN/CSI. |
Artikolu 3
L-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka
1. Id-dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka għandhom jitfasslu skont l-Anness I.
2. Meta jkunu meħtieġa kodiċijiet għat-tlestija ta’ ċerti oqsma ta’ dejta fid-dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament, il-kodiċijiet elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2013 (3) u l-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 (4) għandhom jintużaw kif stabbiliti fit-tabelli tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.
KAPITOLU II
KOOPERAZZJONI FUQ TALBA
TAQSIMA I
Talbiet għat-tniżżil ta’ informazzjoni li tkun fis-sistema kompjuterizzata
Artikolu 4
Talba għat-tniżżil ta’ informazzjoni meta l-awtorità rikjedenti tkun taf il-kodiċi ta’ referenza amministrattiv ta’ moviment
1. Meta l-awtorità rikjedenti tkun taf il-kodiċi ta’ referenza amministrattiv tad-dokument amministrattiv elettroniku li taħtu jseħħ moviment, mogħti skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2008/118/KE, din tista’ titlob kwalunkwe dokument imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 u kwalunkwe dokument ieħor relatat ma’ dak il-moviment.
Għal dak l-iskop l-awtorità rikjedenti għandha tibgħat dokument imsejjaħ "Talba ta’ Tniżżil ta’ Moviment", kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness I, lill-awtorità rikjesta fl-Istat Membru ta’ dispaċċ. It-talba għandha tiddikjara l-kodiċi ta’ referenza amministrattiv tad-dokument amministrattiv elettroniku li taħtu jseħħ il-moviment.
2. Meta l-awtorità rikjesta tkun taf il-kodiċi ta’ referenza amministrattiv, din għandha twieġeb għal talbiet magħmulin skont il-paragrafu 1 permezz ta’ dokument imsejjaħ "Tweġiba għal Tniżżil ta’ Moviment", kif stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness I, li jindika l-istatus tal-moviment.
L-awtorità rikjesta għandha tibgħat ukoll dokument imsejjaħ "L-Istorja ta’ Moviment", kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness I, li jkollu kopja tad-dokument amministrattiv elettroniku li taħtu jseħħ il-moviment u kwalunkwe dokument ieħor relatat ma’ dak il-moviment.
3. Meta l-awtorità rikjesta ma tkunx taf il-kodiċi ta’ referenza amministrattiv, din għandha twieġeb għal talbiet magħmulin skont il-paragrafu 1 permezz ta’ dokument imsejjaħ "Tweġiba għal Tniżżil ta’ Moviment" bl-element tad-dejta tal-"Istatus" issettjat fuq "Xejn".
Artikolu 5
Talba għal tniżżil ta’ informazzjoni meta l-awtorità rikjedenti ma tkunx taf il-kodiċi ta’ referenza amministrattiv
1. Meta l-kodiċi jew kodiċijiet ta’ referenza amministrattivi ta’ dokument amministrattiv elettroniku wieħed jew aktar li jkun qed jiġi mfittex mill-awtorità rikjedenti ma jkunux magħrufin u l-awtorità rikjedenti temmen li Stat Membru ieħor huwa l-Istat Membru ta’ dispaċċ, l-awtorità rikjedenti tista’ titlob li ssir tfittxija mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għal lista ta’ dokumenti amministrattivi elettroniċi li taħthom iseħħu movimenti rilevanti.
Għal dak il-għan, l-awtorità rikjedenti għandha tibgħat dokument imsejjaħ "Talba Komuni", kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness I, lill-awtorità rikjesta. It-talba għandha tiddikjara l-kriterji ta’ tfittxija rilevanti u tinkludi kwalunkwe informazzjoni li tappoġġja l-għażla ta’ dawk il-kriterji.
2. L-awtorità rikjesta għandha twieġeb għal talbiet magħmulin skont il-paragrafu 1 billi tirritorna lista ta’ dokumenti elettroniċi amministrattivi li jaqblu mal-kriterji ta’ tfittxija magħżulin skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, identifikati mill-kodiċijiet ta’ referenza amministrattiv tagħhom permezz ta’ dokument imsejjaħ "Lista ta’ e-AD bħala riżultat ta’ talba ġenerali", kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness I.
3. Meta l-ebda dokument ma jissodisfa l-kriterji ta’ tfittxija magħżulin skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, jew in-numru tal-kodiċijiet ta’ referenza amministrattivi li jissodisfaw il-kriterji ta’ tfittxija magħżulin ikun akbar minn 99, l-awtorità rikjesta għandha tibgħat lill-awtorità rikjedenti dokument imsejjaħ "Rifjut ta’ Talba Komuni", kif stabbilit fit-Tabella 6 tal-Anness I.
TAQSIMA II
Talbiet għal informazzjoni li ma tkunx tinsab fis-sistema kompjuterizzata
Artikolu 6
Talbiet għal informazzjoni u mistoqsijiet amministrattivi
1. Talbiet għal informazzjoni dwar oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa li ma tinsabx fis-sistema kompjuterizzata għandha ssir billi jintbagħat dokument imsejjaħ "Talba Komuni ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva", kif stabbilit fit-Tabella 7 tal-Anness I. It-tip ta’ talba għandha tkun issettjata għal "Kooperazzjoni Amministrattiva".
2. Kull talba magħmula skont il-paragrafu 1 tista’ tirrigwarda lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar irreġistrati fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti skont l-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012. Ma għandhiex tirrigwarda aktar minn operatur ekonomiku wieħed irreġistrat fl-Istat Membru tal-awtorità rikjesta.
3. Wara li tkun għamlet l-investigazzjonijiet meħtieġa, l-awtorità rikjesta għandha tibgħat ir-riżultati ta’ dawk l-investigazzjonijiet lill-awtorità rikjedenti permezz ta’ dokument imsejjaħ "Riżultati ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva", kif stabbilit fit-Tabella 10 tal-Anness I.
TAQSIMA III
Limiti ta’ żmien u rifjuti
Artikolu 7
Limiti taż-żmien
1. Awtorità rikjedenti tista’ tfakkar lil awtorità rikjesta li għadha ma weġbitx għal talba preċedenti għal kooperazzjoni billi tibgħat dokument imsejjaħ "Messaġġ ta’ Tfakkira għal Kooperazzjoni Amministrattiva", kif stabbilit fit-Tabella 9 tal-Anness I.
2. Meta l-awtorità rikjesta ma tweġibx għal talba fil-limiti ta’ żmien ipprovduti fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012 din għandha tibgħat informazzjoni dwar ir-raġunijiet għan-nuqqas billi tibgħat dokument imsejjaħ "Messaġġ ta’ tweġiba", kif stabbilit fit-Tabella 8 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Rifjut ta’ kooperazzjoni
Meta l-awtorità rikjesta tirrifjuta li tittratta talba għal informazzjoni, li twettaq investigazzjoni amministrattiva relatata mal-informazzjoni mitluba, jew li tagħti l-informazzjoni mitluba, din għandha tinnotifika lill-awtorità rikjedenti permezz tas-sistema ta’ Posta Sigura tas-CCN u tal-anqas tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-ID ta’ korrelazzjoni ta’ segwitu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka rilevanti mibgħut mill-awtorità rikjedenti, kif stabbilit fil-Lista ta’ Kodiċijiet 1 tal-Anness II; |
(b) |
id-data tad-deċiżjoni li tirrifjuta t-talba; |
(c) |
l-identità tal-awtorità rikjesta li qiegħda toħroġ ir-rifjut; |
(d) |
ir-raġunijiet għar-rifjut skont l-Artikoli 7(2), 21(1), 25 jew 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012. |
Din għandha tibgħat din in-notifika malli tkun ħadet id-deċiżjoni u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-talba.
KAPITOLU III
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI MINGĦAJR TALBA PREĊEDENTI
Artikolu 9
Skambju fakultattiv ta’ informazzjoni
1. F’każijiet oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2, l-iskambju fakultattiv ta’ informazzjoni pprovdut fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 389/2012 għandu jsir permezz ta’ dokument imsejjaħ "Riżultati ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva", kif stabbilit fit-Tabella 10 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.
2. Meta l-iskambju fakultattiv ta’ informazzjoni jkun jirrigwarda r-riżultati ta’ kontroll dokumentarju jew fiżiku ta’ oġġetti waqt moviment, ir-riżultati għandhom jintbagħtu permezz ta’ dokument imsejjaħ "Rapport ta’ Kontroll", kif stabbilit fit-Tabella 11 tal-Anness I.
Artikolu 10
Skambju obbligatorju ta’ informazzjoni – oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa koperti mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2008/118/KE jew oġġetti rċevuti minn destinatarju rreġistrat
Meta jiġi identifikat wieħed mill-każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012 b’riżultat ta’ kontroll tad-dokumenti jew kontroll fiżiku ta’ oġġetti fil-bini ta’ destinatarju reġistrat skont it-tifsira tal-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2008/118/KE (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “destinatarju reġistrat”) jew ta’ magazzinier awtorizzat skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “magazzinier awtorizzat”), it-trażmissjoni obbligatorja tal-informazzjoni meħtieġa għandha ssir permezz ta’ dokument imsejjaħ "Riżultati ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva", kif stabbilit fit-Tabella 10 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Id-dokument imsejjaħ "Riżultati ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva" għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru kkonċernat fi żmien sebat ijiem mill-kontroll.
Artikolu 11
Skambju obbligatorju ta’ informazzjoni - rapport ta’ kontroll
Meta jiġi identifikat wieħed mill-każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012 b’riżultat ta’ kontroll tad-dokumenti jew kontroll fiżiku ta’ oġġetti waqt moviment, it-trażmissjoni obbligatorja tar-rapport ta’ kontroll għandha ssir permezz ta’ dokument imsejjaħ "Rapport ta’ kontroll", kif stabbilit fit-Tabella 11 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Id-dokument "Rapport ta’ Kontroll" għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati fi żmien sebat ijiem mill-kontroll.
Artikolu 12
Skambju obbligatorju ta’ informazzjoni - interruzzjoni definittiva ta’ moviment
Meta awtorità kompetenti tinduna bl-interruzzjoni definittiva ta’ moviment minħabba wieħed mill-każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012, it-trażmissjoni obbligatorja ta’ dik l-informazzjoni għandha ssir permezz ta’ dokument imsejjaħ ‘Interruzzjoni ta’ Moviment’, kif stabbilit fit-Tabella 13 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Id-dokument "Interruzzjoni ta’ Moviment" għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati fi żmien jum minn meta l-awtorità kompetenti msemmija fl-ewwel paragrafu tinduna bl-interruzzjoni definittiva.
Artikolu 13
Skambju obbligatorju ta’ informazzjoni - notifika ta’ twissija jew ta’ rifjut
Meta awtorità kompetenti tinduna li oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa mibgħuta lil destinatarju reġistrat jew magazzinier awtorizzat ma kinux intalbu, jew li l-kontenut tad-dokument amministrattiv elettroniku dwar oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa mibgħuta lil destinatarju rreġistrat jew magazzinier awtorizzat huwa żbaljat, u l-awtorità kompetenti tissuspetta li dan huwa dovut għal wieħed mill-każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c) jew (e) tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012, din għandha tibgħat dokument imsejjaħ "Twissija jew Rifjut ta’ e-AD", kif stabbilit fit-Tabella 14 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ dispaċċ.
Id-dokument imsejjaħ "Twissija jew Rifjut ta’ e-AD" għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ dispaċċ fi żmien jum minn meta l-awtorità kompetenti tinduna bil-fatti msemmija fl-ewwel paragrafu.
Artikolu 14
Skambju obbligatorju ta’ informazzjoni - rapporti ta’ avveniment
Meta awtorità kompetenti tinduna b’fatti li jirrigwardaw moviment ieħor għajr dawk stabbiliti fl-Artikoli 10, 11, 12 jew 13 u l-awtorità kompetenti tissuspetta li huma relatati ma’ wieħed mill-każijiet fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012, it-trażmissjoni obbligatorja tal-informazzjoni meħtieġa għandha ssir permezz ta’ dokument imsejjaħ "Rapport ta’ Avveniment", kif stabbilit fit-Tabella 12 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Id-dokument imsejjaħ "Rapport ta’ Avveniment" għandu jintbagħat fi żmien sebat ijiem minn meta l-awtorità kompetenti tinduna bil-fatti msemmija fl-ewwel paragrafu.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI DWAR L-ISKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
Artikolu 15
In-nuqqas ta’ sistema kompjuterizzata u l-użu ta’ dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ta’ riżerva
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li s-sistema kompjuterizzata mhijiex disponibbli fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:
(a) |
is-sistema kompjuterizzata mhijiex disponibbli minħabba ħsara fil-ħardwer jew fit-telekomunikazzjoni; |
(b) |
iseħħu problemi marbuta man-netwerk li mhumiex taħt il-kontroll dirett tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru kkonċernat; |
(c) |
force majeure; |
(d) |
manutenzjoni skedata nnotifikata almenu 48 siegħa qabel il-bidu previst tal-perjodu ta’ manutenzjoni. |
2. Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012, id-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ta’ riżerva għandu jidentifika t-tip ta’ dokument ta’ assistenza reċiproka li qed jissostitwixxi. L-informazzjoni meħtieġa għandha titfassal kif stabbilit fit-tabelli tal-Anness I ta' dan ir-Regolament fil-forma ta’ elementi ta’ dejta, espressi bl-istess mod tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka. L-elementi tad-dejta kollha u l-gruppi u s-subgruppi ta’ dejta li għalihom jappartjenu dawn l-elementi ta’ dejta għandhom ikunu identifikati min-numri u l-ittri msemmija fil-kolonni A u B tat-tabelli korrispondenti tal-Anness I.
Id-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ta’ riżerva għandu jiġi skambjat bi kwalunkwe mezz miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
3. Malli s-sistema kompjuterizzata terġa’ tiġi disponibbli, l-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 2 għandha tintbagħat permezz tas-sistema kompjuterizzata fil-forma tad-dokumenti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka xierqa.
Artikolu 16
Feedback dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħud bħala riżultat ta’ skambju ta’ informazzjoni
1. Talba għal feedback skont l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 15(2) jew l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012 għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-identifikatur ta’ korrelazzjoni ta’ segwitu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka rilevanti mibgħut mill-awtorità kompetenti li titlob feedback, kif stabbilit fil-Lista ta’ Kodiċijiet 1 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament; |
(b) |
id-data jew id-dati li fihom ingħatat l-informazzjoni. |
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 8(5), l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012, il-feedback dwar l-azzjoni ta’ segwitu għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-identifikatur ta’ korrelazzjoni ta’ segwitu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka mibgħuta mill-awtorità kompetenti li titlob il-feedback, kif stabbilit fil-Lista ta’ Kodiċijiet 1 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament; |
(b) |
l-identità tal-awtorità kompetenti li tipprovdi l-feedback; |
(c) |
l-informazzjoni dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija. |
3. Il-feedback għandu jintalab u jingħata permezz tas-sistema ta’ Posta Sigura tas-CCN.
KAPITOLU V
ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 17
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 rigward l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2013 tal-25 ta’ Ġunju 2013 dwar l-operazzjoni tar-reġistru ta’ operaturi ekonomiċi u mħażen tat-taxxa, statistika relatata u rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa (ĠU L 173, 26.6.2013, p. 9).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta’ prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24).
ANNESS I
L-ISTRUTTURA TAL-MESSAĠĠI KOMUNI
Messaġġi elettroniċi użati għall-finijiet ta’ skambju ta’ informazzjoni rigward oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju
NOTI TA’ SPJEGAZZJONI
(1) |
L-elementi tad-dejta tal-messaġġi elettroniċi użati għall-finijiet ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju permezz tas-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2008/118/KE u fl-Artikolu 2(17) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012, huma strutturati fi gruppi ta’ dejta u, fejn japplika, subgruppi ta’ dejta. Id-dettalji rigward id-dejta u l-użu tagħha huma ppreżentati fit-Tabelli ta’ dan l-Anness, li fihom:
|
(2) |
L-abbrevjazzjonijiet li ġejjin huma użati fit-Tabelli ta’ dan l-Anness:
Tabella 1 Talba għal Tniżżil ta’ Moviment (imsemmija fl-Artikolu 4)
Tabella 2 Tweġiba għal Tniżżil ta’ Moviment (imsemmija fl-Artikolu 4)
Tabella 3 L-Istorja ta’ moviment (imsemmija fl-Artikolu 4)
Tabella 4 Talba Komuni (imsemmija fl-Artikolu 5)
Tabella 5 Lista ta’ e-AD bħala riżultat ta’ talba ġenerali (imsemmija fl-Artikolu 5)
Tabella 6 Rifjut ta’ Talba Komuni (imsemmija fl-Artikolu 5)
Tabella 7 Talba Komuni għal Kooperazzjoni Amministrattiva (imsemmija fl-Artikolu 6)
Tabella 8 Messaġġ ta’ tweġiba (imsemmija fl-Artikolu 7)
Tabella 9 Messaġġ ta’ Tfakkira għall-Kooperazzjoni Amministrattiva (imsemmija fl-Artikolu 7)
Tabella 10 Riżultati ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva (imsemmija fl-Artikolu 6, fl-Artikolu 9 u fl-Artikolu 10)
Tabella 11 Rapport ta’ kontroll (imsemmija fl-Artikolu 9 u fl-Artikolu 11)
Tabella 12 Rapport dwar l-Avveniment (imsemmija fl-Artikolu 14)
Tabella 13 Interruzzjoni ta’ Moviment (imsemmija fl-Artikolu 12)
Tabella 14 Twissija jew Ċaħda tal-e-AD (imsemmija fl-Artikolu 13)
|
(1) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa “Magazzinier awtorizzat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(2) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa “Kunsinjatarju rreġistrat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(3) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa jew “Magazzinier awtorizzat” jew “Kunsinjatarju rreġistrat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(4) <Referenza ta’ Awtorizzazzjoni Temporanja> eżistenti fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TEMPORANJA>;
(5) Identifikatur eżistenti <Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa> fis-sett ta’ <MAĦŻEN TAT-TAXXA>;
(*1) Għall-post tal-kunsinna, “Kwalunkwe identifikazzjoni” tfisser: numru tal-VAT jew kwalunkwe identifikatur ieħor; huwa fakultattiv.
(6) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa “Magazzinier awtorizzat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(7) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa “Kunsinjatarju rreġistrat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(8) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa jew “Magazzinier awtorizzat” jew “Kunsinjatarju rreġistrat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(9) <Referenza ta’ Awtorizzazzjoni Temporanja> eżistenti fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TEMPORANJA>;
(10) Identifikatur eżistenti <Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa> fis-sett ta’ <MAĦŻEN TAT-TAXXA>;
(*2) Għall-post tal-kunsinna, “Kwalunkwe identifikazzjoni” tfisser: numru tal-VAT jew kwalunkwe identifikatur ieħor; huwa fakultattiv.
(11) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa “Magazzinier awtorizzat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(12) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa “Kunsinjatarju rreġistrat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(13) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa jew “Magazzinier awtorizzat” jew “Kunsinjatarju rreġistrat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(14) <Referenza ta’ Awtorizzazzjoni Temporanja> eżistenti fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TEMPORANJA>;
(15) Identifikatur eżistenti <Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa> fis-sett ta’ <MAĦŻEN TAT-TAXXA>;
(*3) Għall-post tal-kunsinna, “Kwalunkwe identifikazzjoni” tfisser: numru tal-VAT jew kwalunkwe identifikatur ieħor; huwa fakultattiv.
(16) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa “Magazzinier awtorizzat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(17) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa “Kunsinjatarju rreġistrat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(18) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa jew “Magazzinier awtorizzat” jew “Kunsinjatarju rreġistrat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(19) <Referenza ta’ Awtorizzazzjoni Temporanja> eżistenti fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TEMPORANJA>;
(20) Identifikatur eżistenti <Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa> fis-sett ta’ <MAĦŻEN TAT-TAXXA>;
(*4) Għall-post tal-kunsinna, “Kwalunkwe identifikazzjoni” tfisser: numru tal-VAT jew kwalunkwe identifikatur ieħor; huwa fakultattiv.
(21) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa “Magazzinier awtorizzat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(22) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa “Kunsinjatarju rreġistrat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(23) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa jew “Magazzinier awtorizzat” jew “Kunsinjatarju rreġistrat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(24) <Referenza ta’ Awtorizzazzjoni Temporanja> eżistenti fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TEMPORANJA>;
(25) Identifikatur eżistenti <Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa> fis-sett ta’ <MAĦŻEN TAT-TAXXA>;
(*5) Għall-post tal-kunsinna, “Kwalunkwe identifikazzjoni” tfisser: numru tal-VAT jew kwalunkwe identifikatur ieħor; huwa fakultattiv.
(26) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa “Magazzinier awtorizzat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(27) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa “Kunsinjatarju rreġistrat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(28) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa jew “Magazzinier awtorizzat” jew “Kunsinjatarju rreġistrat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(29) <Referenza ta’ Awtorizzazzjoni Temporanja> eżistenti fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TEMPORANJA>;
(30) Identifikatur eżistenti <Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa> fis-sett ta’ <MAĦŻEN TAT-TAXXA>;
(31) Għall-post tal-kunsinna, “Kwalunkwe identifikazzjoni” tfisser: numru tal-VAT jew kwalunkwe identifikatur ieħor; huwa fakultattiv.
(32) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa “Magazzinier awtorizzat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(33) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa “Kunsinjatarju rreġistrat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(34) It-tip ta’ operatur tal-kunsinjatarju huwa jew “Magazzinier awtorizzat” jew “Kunsinjatarju rreġistrat”. Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>;
(35) <Referenza ta’ Awtorizzazzjoni Temporanja> eżistenti fis-sett ta’ <AWTORIZZAZZJONI TEMPORANJA>;
(36) Identifikatur eżistenti <Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa> fis-sett ta’ <MAĦŻEN TAT-TAXXA>;
(*6) Għall-post tal-kunsinna, “Kwalunkwe identifikazzjoni” tfisser: numru tal-VAT jew kwalunkwe identifikatur ieħor; huwa fakultattiv.
ANNESS II
Listi ta’ Kodiċijiet
Lista ta’ kodiċijiet 1: ID tas-Segwitu tal-Korrelazzjoni
Qasam |
Kontenut |
Tip ta’ qasam |
Eżempji |
1 |
Sena |
Numeriku 2 |
05 |
2 |
Identifikatur tal-Istat Membru fejn il-messaġġ ġie sottomess għall-ewwel darba |
Alfabetiku 2 |
ES |
3 |
Kodiċi liberu assenjat nazzjonalment |
Alfanumeriku 21 |
ARC |
4 |
Komplement |
Alfanumeriku 3 |
123 |
L-attribut 1 huwa l-aħħar żewġ ċifri tas-sena.
L-attribut 2 huwa meħud mil-lista ta’ <STATI MEMBRI> (ara l-Lista ta’ kodiċijiet 3 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009).
L-attribut 3 irid jimtela b’identifikatur assenjat nazzjonalment. F’ċerti każijiet, għall-ID tas-Segwitu tal-Korrelazzjoni jista’ jkun ARC.
L-attribut 4 jikkomplementa l-attribut 3 biex flimkien jagħmlu identifikatur uniku (pereżempju, fil-każ ta’ ID tas-Segwitu tal-Korrelazzjoni fejn bosta messaġġi ta’ segwitu jirrigwardaw l-istess ARC.)
Lista ta’ kodiċijiet 2: Numru tar-Rapport ta’ Avveniment / Referenza tar-Rapport ta’ Kontroll
Qasam |
Kontenut |
Tip ta’ qasam |
Eżempji |
1 |
Identifikatur tal-Istat Membru fejn il-messaġġ ġie sottomess għall-ewwel darba |
Alfabetiku 2 |
ES |
2 |
Kodiċi uniku, assenjat nazzjonalment |
Alfanumeriku 13 |
2005YTE17UIC2 |
3 |
Ċifra ta’ Kontroll |
Numeriku 1 |
9 |
L-attribut 1 huwa meħud mil-lista ta’ <STATI MEMBRI> (ara l-Lista ta’ kodiċijiet 3 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009).
Qasam 2 għandu jimtela b’identifikatur uniku għal kull rapport. Il-mod kif jintuża dan l-attribut huwa taħt ir-responsabbiltà tal-Awtoritajiet tal-Istati Membri, iżda kull rapport irid ikollu numru uniku. Huwa possibbli, iżda mhux bilfors, li jkun jinkludi s-sena meta r-rapport ġie sottomess għall-ewwel darba (kif issuġġerit fl-eżempju).
L-attribut 3 jinkludi ċ-Ċifra ta’ Kontroll għall-identifikatur sħiħ, li tgħin biex jiġi individwat żball meta wieħed jittajpja dan l-identifikatur.
Lista ta’ kodiċijiet 3: Raġunijiet għal Dewmien fir-Riżultat
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
1 |
Informazzjoni mhux disponibbli |
2 |
Informazzjoni kunfidenzjali |
3 |
Investigazzjoni għaddejja |
Lista ta’ kodiċijiet 4: Raġunijiet għar-Rifjut tal-Istorja
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
0 |
Oħrajn |
1 |
Informazzjoni kunfidenzjali |
2 |
Informazzjoni mhux disponibbli |
3 |
L-iżvelar huwa kuntrarju għall-politika pubblika tal-istat |
Lista ta’ kodiċijiet 5: Raġunijiet għat-Twissija jew għaċ-Ċaħda tal-e-AD
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
0 |
Oħrajn |
1 |
L-e-AD riċevut ma jirrigwardax lir-riċevitur |
2 |
Il-prodott(i) tas-sisa ma jaqbilx/jaqblux mal-ordni |
3 |
Il-kwantita(jiet) ma taqbilx/jaqblux mal-ordni |
Lista ta’ kodiċijiet 6: Tipi ta’ Evidenza
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
0 |
Oħrajn |
1 |
Affidavit |
2 |
Rapport tal-pulizija |
3 |
Rapport - mhux tal-pulizija |
Lista ta’ kodiċijiet 7: Spjegazzjonijiet għad-Dewmien
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
0 |
Oħrajn |
1 |
Tranżazzjoni kummerċjali kkanċellata |
2 |
Tranżazzjoni kummerċjali pendenti |
3 |
Investigazzjoni għaddejja mill-uffiċjali |
4 |
Kundizzjonijiet ħżiena tat-temp |
5 |
Strajk |
6 |
Aċċident |
Lista ta’ kodiċijiet 8: Raġunijiet għat-Talba għal Kooperazzjoni Amministrattiva
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
0 |
Oħrajn |
1 |
Rapport tal-Irċevuta/Esportazzjoni ma ġiex irritornat lill-kunsinjatur |
2 |
Eċċessi jew nuqqasijiet iddikjarati mal-wasla tal-oġġett |
4 |
Is-sottomissjoni ta’ e-AD ġiet miċħuda peress li r-rekord tas-SEED tal-kunsinjatarju ma qabilx - it-talba hija għal aktar informazzjoni |
6 |
L-oġġetti/il-kwantitajiet speċifikati fuq l-e-AD iddaħħlu fir-reġistri tal-istokk tal-kunsinjatarju? |
7 |
Iċċekkja jekk l-oġġetti telqux effettivament mill-UE (id-data li fiha l-esportazzjoni ġiet iċċertifikata mid-dwana) |
8 |
It-tqegħid ta’ oġġetti taħt proċedura ta’ sospensjoni doganali (maħżen ta’ esportazzjoni, maħżen tal-ikel, ipproċessar ta’ ħruġ, ...) |
9 |
Mitlub ir-rimborż tad-dazju tas-sisa |
10 |
Kontrolli fuq il-post |
Lista ta’ kodiċijiet 9: Azzjonijiet ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
0 |
Oħrajn |
2 |
Kontroll amministrattiv |
3 |
Kontroll fiżiku |
4 |
Ikkonferma d-dħul fir-reġistri tal-kummerċjant |
5 |
Ikkonferma l-kwantità riċevuta |
6 |
Ikkonferma l-awtorizzazzjoni tal-kummerċjant |
7 |
Ikkonferma d-dettalji fil-Kaxxa Nru/i |
11 |
Ikkonferma l-identità tat-trasportatur u n-numru tal-vettura |
12 |
Ikkonferma l-ħlas tad-dazju |
14 |
Ikkonferma l-kwantità mibgħuta |
15 |
Ikkonferma t-tipi ta’ oġġetti mibgħuta |
Lista ta’ kodiċijiet 10: Persuni li Jissottomettu l-Avveniment
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
0 |
Oħrajn |
1 |
Il-Kunsinjatur |
2 |
Il-Kunsinjatarju |
3 |
It-Trasportatur |
4 |
L-Uffiċjal tas-Sisa |
5 |
Uffiċjal ieħor |
Lista ta’ kodiċijiet 11: Raġuni għalfejn l-Azzjoni ta’ Kooperazzjoni Amministrattiva Mhijiex Possibbli
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
0 |
Oħrajn |
1 |
Informazzjoni nieqsa |
2 |
Informazzjoni kunfidenzjali |
3 |
Ħin nieqes |
Lista ta’ kodiċijiet 12: Raġunijiet għal Riċevuta jew Rapport ta’ Kontroll Mhux Sodisfaċenti
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
0 |
Oħrajn |
1 |
Eċċess |
2 |
Nuqqas |
3 |
Oġġetti bil-ħsara |
4 |
Siġill miksur |
5 |
Irrapportat mill-ECS |
7 |
Il-kwantità hija akbar minn dik fuq l-awtorizzazzjoni temporanja |
Lista ta’ kodiċijiet 13: Raġunijiet għal Interruzzjoni
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
0 |
Oħrajn |
1 |
Suspett ta’ frodi |
2 |
Oġġetti meqrudin |
3 |
Oġġetti mitlufin jew misruqin |
4 |
Mitluba l-interruzzjoni waqt il-kontroll |
Lista ta’ kodiċijiet 14: Tipi ta’ Avvenimenti
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
0 |
Oħrajn |
1 |
Aċċident |
2 |
Oġġetti meqrudin |
3 |
Oġġetti misruqin |
6 |
Il-vettura u l-oġġetti misruqin |
7 |
Trasbord tal-oġġetti |