ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 62

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
9 ta' Marzu 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/326 tal-25 ta' Frar 2016 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Frankfurter Grüne Soße/Frankfurter Grie Soß (IĠP)]

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/327 tal-25 ta' Frar 2016 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Polvorones de Estepa (IGP)]

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/328 tas-26 ta' Frar 2016 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carciofo Spinoso di Sardegna (DOP)]

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/329 tat-8 ta' Marzu 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi tat-tjur kollha u għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin, għall-ħnieżer nisa u għall-ispeċijiet minuri tal-porċini (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lohmann Animal Nutrition GmbH) ( 1 )

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/330 tat-8 ta' Marzu 2016 li jissospendi l-preferenzi tariffarji għal ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ fir-rigward ta' ċerti sezzjonijiet tal-SPĠ skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu 2017–2019

9

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/331 tat-8 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/332 tat-23 ta' Frar 2016 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni BiH/22/2014 (BiH/23/2016)

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/333 tal-4 ta' Marzu 2016 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/334 tal-4 ta' Marzu 2016 li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Litwanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

17

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/335 tas-7 ta' Marzu 2016 li tagħti derogi mir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej fir-rigward ta' Spanja, Franza, l-Italja u Ċipru (notifikata bid-dokument C(2016) 1341)  ( 1 )

18

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/336 tat-8 ta' Marzu 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali fir-rigward ta' miżuri biex jitnaqqas il-bżonn ta' qtugħ tad-denb

20

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

9.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/326

tal-25 ta' Frar 2016

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Frankfurter Grüne Soße/Frankfurter Grie Soß (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Frankfurter Grüne Soße”/“Frankfurter Grie Soß” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Frankfurter Grüne Soße”/“Frankfurter Grie Soß” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Frankfurter Grüne Soße”/“Frankfurter Grie Soß” (IĠP)] hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 350, 22.10.2015, p. 10.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


9.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/327

tal-25 ta' Frar 2016

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Polvorones de Estepa (IGP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) it-talba minn Spanja biex id-denominazzjoni “Polvorones de Estepa” tiddaħħal fir-reġistru.

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Polvorones de Estepa” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Polvorones de Estepa” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 2.3 “Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara” tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 338, 13.10.2015, p. 10.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


9.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/328

tas-26 ta' Frar 2016

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carciofo Spinoso di Sardegna (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Carciofo Spinoso di Sardegna”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 94/2011 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat id-domanda għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Carciofo Spinoso di Sardegna” (DOP) hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 94/2011 tat-3 ta' Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carciofo Spinoso di Sardegna (DPO)] (ĠU L 30, 4.2.2011, p. 21).

(3)  ĠU C 351, 23.10.2015, p. 24.


9.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/329

tat-8 ta' Marzu 2016

dwar l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċi tat-tjur kollha u għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin, għall-ħnieżer nisa u għall-ispeċijiet minuri tal-porċini (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lohmann Animal Nutrition GmbH)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi. Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet porċini u tat-tjur biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-17 ta' Ġunju 2015 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, is-6-fitażi ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Ġie konkluż ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb id-diġestibbiltà tal-fosforu, l-utilizzazzjoni tal-fosforu jew il-mineralizzazzjoni tal-għadam tat-tiġieġ tal-bajd, tat-tiġieġ għat-tismin, tal-kategoriji kollha tal-ħnieżer u tad-dundjani għat-tismin. L-Awtorità qieset li dawn il-konklużjonijiet jistgħu jiġu estiżi għat-tiġieġ imrobbija biex ibidu u għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir. Barra minn hekk, din iddeterminat li l-konklużjonijiet jistgħu jiġu estrapolati għall-ispeċijiet minuri kollha tal-pollam u għal speċijiet tat-tjur oħra sal-età meta jistgħu jibdew ibidu u li jkunu mrobbija biex ibidu. Bl-istess mod, il-konklużjonijiet misluta għall-ħnieżer jistgħu jiġu estrapolati għall-ispeċijiet minuri tal-porċini. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tas-6-fitażi turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta' dak l-addittiv għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  The EFSA Journal 2015; 13(7):4159.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà

4a23

Lohmann Animal Nutrition GmbH

6-fitażi

EC 3.1.3.26

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tas-6-fitażi prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 25375) b'attività minima ta': 40 000 U (1)/g

Forma solida u likwida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 25375)

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tas-6-fitażi fl-addittiv tal-għalf:

il-metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika tal-fitażi fuq il-fitat –VDLUFA Method Book, Vol. III, 27.1.1

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tas-6-fitażi fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf minerali:

il-metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika tal-fitażi fuq il-fitat — VDLUFA Method Book, Vol. III, 27.1.3

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tas-6-fitażi fl-għalf:

il-metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika tal-fitażi fuq il-fitat — EN ISO 30024.

It-tiġieġ għat-tismin u mrobbija biex ibidu, l-ispeċijiet kollha tat-tjur għat-tismin u mrobbija biex ibidu ħlief għad-dundjani għat-tismin u mrobbija għat-tgħammir

250 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintużaw il-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet ta' protezzjoni u l-ingwanti.

Id-29 ta' Marzu 2026

L-ispeċijiet kollha tat-tjur tal-bajd

125 U

Id-dundjani għat-tismin u mrobbija għat-tgħammir

500 U

Il-ħnienes (miftuma), il-ħnieżer għat-tismin, il-ħnieżer nisa u l-ispeċijiet minuri tal-porċini

250 U


(1)  1 U huwa l-ammont ta' enzimi li jillibera mikromolu wieħed ta' fosfat inorganiku kull minuta minn substrat ta' fitat tas-sodju b'pH ta' 5,5 u f'37 °C.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


9.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/330

tat-8 ta' Marzu 2016

li jissospendi l-preferenzi tariffarji għal ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ fir-rigward ta' ċerti sezzjonijiet tal-SPĠ skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu 2017–2019

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, il-preferenzi tariffarji tal-arranġament ġenerali tal-Iskema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ) għandhom jiġu sospiżi fir-rigward ta' prodotti ta' sezzjoni tal-SPĠ li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju tal-SPĠ meta l-valur medju tal-importazzjonijiet mill-Unjoni ta' dawn il-prodotti fuq tliet snin konsekuttivi minn dak il-pajjiż benefiċjarju tal-SPĠ jaqbeż il-limiti elenkati fl-Anness VI ta' dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 u abbażi ta' statistiċi tal-kummerċ fir-rigward tas-snin kalendarji 2009-2011, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2012 (2) stabbilixxa l-lista ta' sezzjonijiet ta' prodotti li għalihom il-preferenzi tariffarji ġew sospiżi mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2016.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dik il-lista permezz ta' att ta' implimentazzjoni li jissospendi jew jistabbilixxi mill-ġdid il-preferenzi tariffarji. Il-lista riveduta għandha tapplika għal tliet snin mill-1 ta' Jannar 2017. Il-lista hija bbażata fuq statistiċi tal-kummerċ fir-rigward is-snin kalendarji 2012-2014 kif disponibbli fl-1 ta' Settembru 2015 u tqis l-importazzjonijiet minn pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 kif applikabbli f'dik id-data. Madankollu, il-valur tal-importazzjoni minn benefiċjarji tal-SPĠ li mill-1 ta' Jannar 2017 mhux se jibqgħu jibbenefikaw mill-preferenzi tariffarji skont punt (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 ma ġiex meqjus.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta' prodotti ta' sezzjonijiet tal-SPĠ li għalihom il-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 huma sospiżi fir-rigward tal-pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ kkonċernati hija stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2012 tas-17 ta' Diċembru 2012 li jissospendi l-preferenzi tariffarji għal ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ fir-rigward ta' ċerti taqsimiet tal-SPĠ skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 348, 18.12.2012, p. 11).


ANNESS

Il-lista ta' sezzjonijiet tal-SPĠ li għalihom huma sospiżi l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 fir-rigward ta' pajjiż benefiċjarju tal-SPĠ kkonċernat:

Kolonna A : isem il-pajjiż

Kolonna B : Sezzjoni tal-SPĠ (l-Artikolu 2(j) tar-Regolament tal-SPĠ)

Kolonna C : deskrizzjoni

A

B

C

L-Indja

S-5

Prodotti minerali

S-6a

Sustanzi kimiċi organiċi u inorganiċi

S-11a

Tessuti

S-14

Perli u metalli prezzjużi

S-15a

Ħadid, azzar u oġġetti tal-ħadid u tal-azzar

S-15b

Metalli komuni (eskluż il-ħadid u l-azzar), oġġetti ta' metalli komuni (esklużi l-oġġetti tal-ħadid u tal-azzar)

S-17b

Vetturi motorizzati, roti, vetturi tal-ajru, vetturi tal-ispazju, vapuri u dgħajjes

L-Indoneżja

S-1a

Annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, eskluż il-ħut

S-3

Żjut tal-annimali jew dawk veġetali, xaħmijiet u xema'

Il-Kenja

S-2a

Pjanti ħajjin u prodotti mill-florikultura

L-Ukrajna

S-17a

Vetturi u prodotti tal-ferrovija u tal-linja tat-tramm

S-3

Żjut tal-annimali jew dawk veġetali, xaħmijiet u xema'


9.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/331

tat-8 ta' Marzu 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

165,2

MA

100,4

SN

174,9

TN

112,1

TR

99,9

ZZ

130,5

0707 00 05

JO

194,1

MA

84,5

TR

161,4

ZZ

146,7

0709 93 10

MA

69,9

TR

158,8

ZZ

114,4

0805 10 20

EG

43,5

IL

76,9

MA

50,8

TN

54,3

TR

64,9

ZZ

58,1

0805 50 10

MA

91,2

TR

96,3

ZZ

93,8

0808 10 80

CL

93,0

CN

66,5

US

151,9

ZZ

103,8

0808 30 90

AR

106,4

CL

157,2

CN

112,4

TR

58,3

ZA

104,0

ZZ

107,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

9.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2016/332

tat-23 ta' Frar 2016

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni BiH/22/2014 (BiH/23/2016)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina.(il-“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(2)

Fl-4 ta' Diċembru 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni BiH/22/2014 (2) li taħtar il-Ġeneral Maġġur Johann LUIF bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Fit-22 ta' Jannar 2016, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Ġeneral Maġġur Friedrich SCHRÖTTER bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE biex jieħu post il-Ġeneral Maġġur Johann LUIF mill-24 ta' Marzu 2016.

(4)

Fid-29 ta' Jannar 2016, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa din ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni BiH/22/2014 għandha titħassar.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża.

(7)

Fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen adotta dikjarazzjoni li tgħid li l-arranġamenti “Berlin plus” u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri tal-Unjoni li huma wkoll membri tan-NATO jew Partijiet għas-“Sħubija għall-Paċi”, u li konsegwentement ikkonkludew ftehimiet bilaterali dwar is-sigurtà man-NATO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ġeneral Maġġur Friedrich SCHRÖTTER huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina mill-24 ta' Marzu 2016.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni BiH/22/2014 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta' Marzu 2016.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà BiH/22/2014 tal-4 ta' Diċembru 2014 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnja-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni BiH/19/2012 (ĠU L 358, 13.12.2014, p. 17).


9.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/333

tal-4 ta' Marzu 2016

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Dagmar MÜHLENFELD, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Joachim WOLBERGS, Oberbürgermeister der Stadt Regensburg.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

S.A.M. DIJKSMA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


9.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/334

tal-4 ta' Marzu 2016

li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Litwanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Litwan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Wara t-tmiem tal-mandati tas-Sinjura Odeta ŽERLAUSKIENĖ u s-Sinjur Jonas PINSKUS, saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sinjura Andžela ŠAKINIENĖ, Member of Klaipėda District Municipal Council,

Is-Sur Kęstutis VAITUKAITIS, Member of Elektrėnai Municipal Council.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

S.A.M. DIJKSMA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


9.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/18


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/335

tas-7 ta' Marzu 2016

li tagħti derogi mir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej fir-rigward ta' Spanja, Franza, l-Italja u Ċipru

(notifikata bid-dokument C(2016) 1341)

(It-testi bl-Ispanjol, bil-Franċiż, bit-Taljan u bil-Grieg biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 691/2011, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni bil-għan li tagħti derogi lill-Istati Membri matul il-perjodi tranżizzjonali li hemm referenza għalihom fl-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 691/2011, f'każ li s-sistemi tal-istatistika nazzjonali jkunu jeħtieġu adattamenti kbar.

(2)

Ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana u r-Repubblika ta' Ċipru talbu derogi bħal dawn minħabba l-ħtieġa ta' adattamenti kbar fis-sistemi tal-istatistika nazzjonali tagħhom sabiex jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 691/2011. Dawn id-derogi għandhom jingħataw lil dawk l-Istati Membri li għamlu t-talba.

(3)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-derogi mir-Regolament (UE) Nru 691/2011, kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, qed jingħataw lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana u lir-Repubblika ta' Ċipru.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika ta' Franza, lir-Repubblika Taljana u lir-Repubblika ta' Ċipru.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Marianne THYSSEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1.


ANNESS

DEROGI

Stat Membru

Deroga

Tmiem id-deroga

Ir-Renju ta' Spanja

Anness V — Kontijiet tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali

Il-31 ta' Diċembru 2018

Ir-Repubblika Franċiża

Anness VI — Kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija. Tabella tal-użi tal-flussi fiżiċi ta' enerġija (it-tabella B): l-użu totali u t-tqassim ta' prodotti “P.14 Motor spirit (mingħajr bijo)”, “P.17 Diżil tat-trasport (mingħajr bijo)” u “P.24 Bijofjuwils likwidi”

It-30 ta' Settembru 2019

Anness VI — Kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija. Tabella tal-użu fiżiku ta' flussi ta' enerġija rilevanti għall-emissjonijiet (it-tabella C): l-użu totali u t-tqassim ta' prodotti “P.14 Motor spirit (mingħajr bijo)”, “P.17 Diżil tat-trasport (mingħajr bijo)” u “P.24 Bijofjuwils likwidi”

It-30 ta' Settembru 2019

Anness VI — Kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija. Tabella ta' konkordanza (it-tabella E): il-prodotti “P.14 Motor spirit (mingħajr bijo)”, “P.17 Diżil tat-trasport (mingħajr bijo)” u “P.24 Bijofjuwils likwidi”

It-30 ta' Settembru 2019

Ir-Repubblika Taljana

Anness V — Kontijiet tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali

Il-31 ta' Diċembru 2018

Ir-Repubblika ta' Ċipru

Anness IV — Kontijiet tal-infiq għall-protezzjoni ambjentali

Il-31 ta' Diċembru 2019

Anness V — Kontijiet tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali

Il-31 ta' Diċembru 2019

Anness VI — Kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija.

It-30 ta' Settembru 2019


RAKKOMANDAZZJONIJIET

9.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/20


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/336

tat-8 ta' Marzu 2016

dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali fir-rigward ta' miżuri biex jitnaqqas il-bżonn ta' qtugħ tad-denb

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE (1) teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-qtugħ tad-denb ma jitwettaqx regolarment iżda biss fejn hemm evidenza li seħħew feriti fi rjus il-bżieżel tal-ħnieżer nisa jew fil-widnejn jew fid-denb ta' majjali oħra.

(2)

Il-prattika tal-qtugħ tad-denb tal-ħnieżer titwettaq sabiex jiġi evitat il-gdim tad-denb, li huwa mġiba anormali li toriġina minn ħafna fatturi. Din il-prattika probabbli tikkawża uġigħ għall-majjali u għalhekk hija ta' ħsara għall-benessri tagħhom.

(3)

Id-Direttiva 2008/120/KE tistipula li qabel ma jsir il-qtugħ tad-denb, għandhom jittieħdu miżuri oħra sabiex jiġi evitat il-gdim tad-denb u vizzji oħrajn, filwaqt li jitqiesu l-ambjent tal-bhejjem u d-densitajiet tal-popolazzjoni tagħhom. Għal dik ir-raġuni, jeħtieġ li jitbiddlu l-kondizzjonijiet ambjentali jew is-sistemi ta' ġestjoni mhux adegwati.

(4)

Id-Direttiva 2008/120/KE teħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-ħnieżer ikollhom aċċess permanenti għal kwantità suffiċjenti ta' materjal li jippermettilhom attivitajiet adattati ta' esplorazzjoni u manipulazzjoni, bħalma hu t-tiben, il-ħuxlief, l-injam, is-serratura, id-demel tal-faqqiegħ, demel mill-ħxejjex jew taħlita tagħhom (“materjal ta' arrikkiment”), li ma jikkompromettux is-saħħa ta' dawk l-annimali.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tat opinjonijiet xjentifiċi dwar ir-riskji assoċjati mal-gdim tad-denb fil-ħnieżer u l-mezzi possibbli biex jitnaqqas il-bżonn ta' qtugħ tad-denb (2) u wkoll opinjoni xjentifika dwar l-approċċ multifattorjali rigward l-użu ta' miżuri marbuta mal-annimali nfushom kif ukoll miżuri li mhumiex biex jiġi vvalutat il-benessri tal-majjali (3). Is-sejbiet ta' dawn l-opinjonijiet xjentifiċi għandhom jiġu kkunsidrati fl-aħjar prattiki msemmija f'din ir-Rakkomandazzjoni.

(6)

Sistemi ta' trobbija differenti madwar l-Istati Membri. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu rrakkomandati fil-livell tal-Unjoni l-aħjar prattiki mmirati lejn it-tnaqqis tal-bżonn ta' qtugħ tad-denb u titjib tas-soluzzjonijiet biex jiġi pprovdut materjali ta' arrikkiment.

(7)

Din ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi applikata skont id-Direttiva 2008/120/KE u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni applikabbli għall-benessri tal-majjali,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Meta jiġu applikati r-rekwiżiti ġenerali dwar il-prevenzjoni tal-gdim tad-denb u b'hekk tnaqqis regolari tal-qtugħ tad-denb kif stipulat fl-Anness I tad-Direttiva 2008/120/KE, l-Istati Membri għandhom iqisu l-linji gwida tal-aħjar prattiki bbażati fuq għarfien xjentifiku kif stabbilit fil-paragrafi 2 sa 7.

2.

L-Istati Membri għandhom:

(a)

jiżguraw li l-operaturi agrikoli jagħmlu valutazzjoni tar-riskju tal-inċidenza tal-gdim tad-denb fuq il-bażi ta' indikaturi marbuta mal-annimali nfushom kif ukoll miżuri li mhumiex (“il-valutazzjoni tar-riskju”); u

(b)

jistabbilixxu kriterji ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku fuq sit web.

3.

Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu ċċekkjati meta tkun qed titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju:

(a)

il-materjali ta' arrikkiment fornuti;

(b)

l-indafa;

(c)

il-kumdità termali u l-kwalità tal-arja;

(d)

l-istatus tas-saħħa;

(e)

il-kompetizzjoni għall-ikel u l-ispazju;

(f)

id-dieta.

Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, għandhom jitqiesu bidliet xierqa fil-ġestjoni tal-azjendi agrikoli, bħall-forniment ta' materjali xierqa ta' arrikkiment, kondizzjonijiet ambjentali komdi, l-iżgurar ta' status tajjeb ta' saħħa u/jew il-forniment ta' dieta bilanċjata għall-majjali.

4.

Il-materjali ta' arrikkiment għandhom jippermettu lill-majjali biex jissodisfaw il-bżonnijet essenzjali tagħhom mingħajr ma jikkompromettu saħħithom.

Għal dan l-għan, il-materjali ta' arrikkiment ma għandhomx ikunu ta' periklu u għandu jkollhom il-karatteristiki li ġejjin:

(a)   tajbin għall-ikel— sabiex il-majjali ikunu jistgħu jikluhom jew ixommuhom, preferibbilment b'xi benefiċċji nutrittivi;

(b)   jistgħu jitmegħdu— sabiex il-majjali jkunju jistgħu jigdmuhom;

(c)   Esplorabbli— sabiex il-majjali jkunu jistgħu jesplorawhom;

(d)   jistgħu jkunu mmanipulati— sabiex il-majjali jkunu jistgħu jbiddlu l-post, id-dehra u l-istruttura tagħhom.

5.

Minbarra l-karatteristiki elenkati fil-paragrafu 4, il-materjali ta' arrikkiment għandhom jiġu pprovduti b'tali mod li jkunu:

(a)

ta' interess sostenibbli, jiġifieri, għandhom jinkoraġġixxu l-imġiba esploratorja tal-majjali u għandhom jitbiddlu u jiġu fornuti mill-ġdid b'mod regolari;

(b)

aċċessibbli għall-manipulazzjoni orali;

(c)

mogħtija fi kwantità suffiċjenti;

(d)

nodfa u iġeniċi.

6.

Sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet essenzjali tal-majjali l-materjal ta' arrikkiment għandu jissodisfa l-karatteristiki kollha elenkati fil-paragrafi 4 u 5.

Għal dan l-għan, il-materjali ta' arrikkiment għandhom jiġu kategorizzati bħala:

(a)   materjali ottimali— materjali li jkollhom il-karatteristiki kollha elenkati fil-paragrafi 4 u 5 u għalhekk dawn il-materjali jistgħu jintużaw waħedhom;

(b)   materjali subottimali— materjali li jkollhom il-biċċa l-kbira tal-karatteristiki elenkati fil-paragrafi 4 u 5 u għalhekk dawn il-materjali jistgħu jintużaw flimkien ma' materjali oħrajn;

(c)   materjali ta' interess marġinali— materjali li jipprovdu distrazzjoni għal majjali u li ma għandhomx jitqiesu li jissodisfaw l-bżonnijiet essenzjali tagħhom u għalhekk materjali ottimali jew subottimali għandhom jiġu pprovduti wkoll.

7.

Sabiex jivverifikaw li l-majjali għandhom aċċess għal materjali ta' arrikkiment suffiċjenti u adattati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi agrikoli jsegwu prattiki tajba fir-rigward ta' indikaturi xierqa biex jimmonitorjaw il-benessri tal-majjali miżmuma taħt il-kura tagħhom.

Dak il-metodu ta' valutazzjoni għall-kontroll ta' aċċess għal materjali ta' arrikkiment għandhom jinkludu kontrolli bbażati fuq:

(a)

indikaturi li jinvolvu l-annimali, bħalma hija l-preżenza ta' dnieb imgiddmin, leżjonijiet tal-ġilda u/jew imġiba anormali mill-majjali (bħal livell baxx ta' interess fil-materjali ta' arrikkiment ipprovduti, ġlied sabiex jużaw materjali ta' arrikkiment, elementi ta' gdim minbarra l-materjali ta' arrikkiment pprovduti, tħaffir fil-feċi tagħhom jew fil-każ ta' ħnieżer nisa, żieda fl-imġiba ta' bini ta' bejtiet foloz); u

(b)

indikaturi mhux marbuta mal-annimali, bħall-frekwenza tat-tiġdid, l-aċċessibbiltà, il-kwantità u l-indafa tal-materjali ta' arrikkiment pprovduti.

8.

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni u tipprovdi informazzjoni aktar dettaljata dwar l-aħjar prattiki msemmija fil-paragrafi 2 sa 7, b'konformità mal-aħħar għarfien xjentifiku u l-iktar rilevanti fuq sit web tal-Kummissjoni li jkun disponibbli pubblikament.

9.

L-Istati Membri, bl-involviment attiv tal-operaturi agrikoli, għandhom iwettqu tixrid xieraq tal-aħjar prattiki msemmija fil-paragrafi 2 sa 7.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5).

(2)  http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/611.

(3)  http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/3702.