|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/293 tal-1 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fejn jidħol l-Anness I ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
2.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/291
tat-18 ta' Frar 2016
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jambon d'Auvergne (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-applikazzjoni ta' Franza, biex id-denominazzjoni “Jambon d'Auvergne” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u dan skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (2). |
|
(2) |
Ladarba ma ġiet notifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Jambon d'Auvergne” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Jambon d'Auvergne” (IĠP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.2 — prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 331, 8.10.2015, p. 8.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
|
2.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/292
tad-19 ta' Frar 2016
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Alheira de Mirandela (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Portugall għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Alheira de Mirandela”, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u d-denominazzjoni “Alheira de Mirandela” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Alheira de Mirandela” (IĠP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014. (3)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 333, 9.10.2015, p. 8.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
|
2.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/293
tal-1 ta' Marzu 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fejn jidħol l-Anness I
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 jimplimenta l-impenji tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni”) approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (2) u fil-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila rigward Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”) approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE (3). |
|
(2) |
L-Anness A tal-Konvenzjoni (l-eliminazzjoni) fih is-sustanzi kimiċi li l-produzzjoni, l-użu, l-importazzjoni, u l-esportazzjoni tagħhom għandhom ikunu pprojbiti u li għandhom jittieħdu miżuri legali u amministrattivi biex jiġu eliminati. |
|
(3) |
Fis-sitt laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ġie deċiż li l-Anness A tal-Konvenzjoni jiġi emendat biex l-eżabromoċiklododekan (“HBCDD”) ikun inkluż f'dak l-Anness, f'konformità mal-Artikolu 8(9) tal-Konvenzjoni. Dik l-emenda fiha eżenzjoni speċifika għall-produzzjoni u l-użu tal-HBCDD fil-polisterin imwessa' u fil-polisterin estruż fil-bini. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 22(3) tal-Konvenzjoni, l-emendi fl-Annessi A, B u C tagħha jidħlu fis-seħħ sena wara d-data tal-komunikazzjoni mid-depożitarju tal-emenda, li fil-każ tal-HBCDD, saret fis-26 ta' Novembru 2014. |
|
(5) |
F'konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, l-HBCDD għandu jiġi elenkat fl-Anness I ta' dak ir-Regolament biex il-projbizzjoni fuq il-produzzjoni, l-użu, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' dik is-sustanza tiġi implimentata fl-Unjoni. |
|
(6) |
Bħalissal-HBCDD huwa elenkat fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u b'riżultat ta' dan, l-HBCDD jista' jitqiegħed fis-suq jew jintuża wara l-21 ta' Awwissu 2015 biss jekk dak it-tqegħid fis-suq jew dak l-użu ġie awtorizzat skont it-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jew jekk l-applikazzjoni għal dik l-awtorizzazzjoni saret qabel il-21 ta' Frar 2014 u tkun għad trid tittieħed deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni. |
|
(7) |
B'konsegwenza tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li kienu japplikaw għall-HBCDD sa mill-21 ta' Awwissu 2015, il-Kummissjoni bagħtet notifika lid-depożitarju tal-Konvenzjoni skont l-Artikolu 22(3)(b) tal-Konvenzjoni tal-25 ta' Novembru 2014, fejn infurmatu li l-Unjoni ma setgħetx taċċetta l-emenda tal-Anness A tal-Konvenzjoni qabel il-21 ta' Awwissu 2015. Billi dik id-data issa għaddiet, l-HBCDD għandu jiġi elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. |
|
(8) |
Awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-użu jew għat-tqegħid fis-suq tal-HBCDD għandhom ikunu limitati għall-kamp ta' applikazzjoni tal-eżenzjoni speċifika stipulata fl-emenda tal-Anness A tal-Konvenzjoni, li tawtorizza biss l-użi tal-HBCDD fil-polisterin imwessa' u fil-polisterin estruż fil-bini u l-produzzjoni tiegħu għal dak l-għan. Billi l-Unjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu tal-HBCDD fil-produzzjoni tal-polisterin estruż skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, dak l-użu ma għandux jibqa' jiġi permess. |
|
(9) |
L-emenda tal-Anness A tal-Konvenzjoni, u b'mod aktar speċifiku il-Parti VII l-ġdida li ddaħħlet f'dak l-Anness, teħtieġ ukoll li l-polisterin imwessa' u l-polisterin estruż li jkun fihom l-HBCDD u li jitqiegħdu fis-suq ikunu jistgħu jingħarfu faċilment matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom bit-tikkettar jew mezzi oħra. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi implimentat fl-Unjoni. |
|
(10) |
Sabiex fl-Unjoni jissaħħu l-applikazzjoni prattika u l-infurzar konsistenti tal-projbizzjoni fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, għandu jiġi stabbilit limitu massimu għall-HBCDD li jinstab bħala kontaminant mhux intenzjonat f'ammonti żgħar ħafna f'sustanzi, fi preparazzjonijiet u f'oġġetti. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, dan il-limitu massimu għandu jiġi rivedut mill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament bil-għan li dan il-limitu massimu jitnaqqas. |
|
(11) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandu jiġi emendat biex jispeċifika, skont l-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni, li l-eżenzjoni speċifika għall-HBCDD tiskadi fis-26 ta' Novembru 2019, jiġifieri ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni fil-każ tal-HBCDD, sakemm l-Unjoni ma tinnotifikax data ta' skadenza iqsar lis-Segretarjat u tindikaha fir-Reġistru tal-eżenzjonijiet speċifiċi. |
|
(12) |
Biex ikun hemm perjodu ta' tranżizzjoni li fih wieħed jadatta għar-regoli ta' dan ir-Regolament, il-projbizzjoni fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 ma għandhiex tapplika għall-oġġetti tal-polisterin imwessa' u dawk tal-polisterin estruż li jkun fihom l-HBCDD u li jkunu saru fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew qabilha, sa tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. |
|
(13) |
Jinħtieġ li jiġi ċċarat il-fatt li la l-projbizzjoni tal-produzzjoni, tat-tqegħid fis-suq u tal-użu stabbilita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 u lanqas ir-rekwiżit ta' identifikazzjoni msemmi fil-premessa (9) ma japplikaw għal oġġetti li jkun fihom l-HBCDD li jkunu diġà qed jintużaw dakinhar li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. |
|
(14) |
Fejn l-użu tal-HBCDD fl-oġġetti tal-polisterin imwessa' jkun ġie awtorizzat skont it-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-importazzjoni u l-użu ta' oġġetti tal-polisterin imwessa' li jkun fihom l-HBCDD għandhom ikunu permessi wkoll għat-tul tal-validità ta' dik l-awtorizzazzjoni. |
|
(15) |
Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (5) ma tax opinjoni dwar il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament u għalhekk il-Kummissjoni ressqet proposta lill-Kunsill dwar dawk il-miżuri u bagħtitha lill-Parlament Ewropew. Il-Kunsill ma ħax azzjoni fi żmien il-perjodu ta' xahrejn stipulat fl-Artikolu 5a tad-1999/468/KE (6) u għalhekk il-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament Ewropew mingħajr dewmien. Peress li l-Parlament Ewropew ma opponiex il-proposta fi żmien erba' xhur mid-data ta' meta tressqet l-ewwel darba lill-Parlament, il-Kummissjoni għandha issa tadotta il-proposta, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE tad-19 ta' Frar 2004 li għandha x'taqsam mal-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Li Jwassal Ħafna dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (ĠU L 81, 19.3.2004, p. 35).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).
ANNESS
Fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
Sustanza |
Nru tal-CAS |
Nru tal-KE |
Eżenzjoni Speċifika dwar użu intermedju jew speċifikazzjonijiet oħra |
||||||||||||
|
“Eżabromoċiklododekan ‘Eżabromoċiklododekan’ tfisser: eżabromoċiklododekan, 1,2,5,6,9,10-eżabromoċiklododekan u d-dijasterjoisomeri prinċipali tiegħu: alfa-eżabromoċiklododekan; beta-eżabromoċiklododekan; u gamma-eżabromoċiklododekan |
25637-99-4, 3194-55-6, 134237-50-6, 134237-51-7, 134237-52-8 |
247-148-4, 221-695-9 |
|
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).”
|
2.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/294
tal-1 ta' Marzu 2016
li jemenda għall-242 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fil-11 u t-23 ta' Frar 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jemenda sitt annotazzjonijiet mil-lista tal-persuni, l-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, id-dejta tal-identifikazzjoni għall-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija mibdula ma' dan li ġej:
|
(a) |
L-annotazzjoni “Salah Eddine Gasmi (alias (a) Abou Mohamed Salah, (b) Bounouadher). Data tat-twelid: 13.4.1974. Post tat-twelid: Zeribet El Oued, Wilaya (provinċja) ta' Biskra, Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Indirizz: l-Alġerija. Tagħrif ieħor: (a) Isem l-omm huwa Yamina Soltane; (b) Isem il-missier hu Abdelaziz. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 3.7.2008.” tinbidel b'dan li ġej: “Salah Eddine Gasmi (alias (a) Abou Mohamed Salah, (b) Bounouadher). Data tat-twelid: 13.4.1971. Post tat-twelid: Zeribet El Oued, Wilaya (provinċja) ta' Biskra, Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Indirizz: l-Alġerija. Tagħrif ieħor: (a) Isem l-omm huwa Yamina Soltane; (b) Isem il-missier hu Abdelaziz. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 3.7.2008.” |
|
(b) |
L-annotazzjoni “Mohamed Ben Belgacem Ben Abdallah Al-Aouadi (alias (a) Mohamed Ben Belkacem Aouadi, (b) Fathi Hannachi.) Data tat-twelid: 11.12.1974. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija; Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: (a) L 191609 (passport Tuneżin bin-number maħruġ fit-28.2.1996, skada fis-27.2.2001), (b) 04643632 (identifikazzjoni nazzjonali maħruġa fit-18 ta' Ġunju 1999), (c) DAOMMD74T11Z352Z (Kodiċi Fiskali Italjan). Indirizz: Triq nru 50, Numru 23, Zehrouni, Tuneż, it-Tuneżija. Tagħrif ieħor: (a) Kap tat-taqsima tas-sigurtà ta' Ansar al-Shari'a fit-Tuneżija (AAS-T), (b) Issa l-omm huwa Ourida Bint Mohamed. (c) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fl-1 ta' Diċembru 2004. (d) Arrestat fit-Tuneżija f'Awwissu 2013. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 24.4.2002.” tinbidel b'dan li ġej: “Mohamed Ben Belgacem Ben Abdallah Al-Aouadi (alias (a) Mohamed Ben Belkacem Aouadi, (b) Fathi Hannachi.) Data tat-twelid: 11.12.1974. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija; Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: (a) L 191609 (passport Tuneżin bin-number maħruġ fit-28.2.1996, skada fis-27.2.2001), (b) 04643632 (passport Tuneżin bin-numru maħruġ fit-18 ta' Ġunju 1999), (c) DAOMMD74T11Z352Z (Kodiċi Fiskali Italjan). Indirizz: Triq nru 50, Numru 23, Zehrouni, Tuneż, it-Tuneżija. Tagħrif ieħor: (a) Kap tat-taqsima tas-sigurtà ta' Ansar al-Shari'a fit-Tuneżija (AAS-T), (b) Issa l-omm huwa Ourida Bint Mohamed. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 24.4.2002.” |
|
(c) |
L-annotazzjoni “Al-Azhar Ben Khalifa Ben Ahmed Rouine (alias (a) Salmane, (b) Lazhar). Indirizz: It-Tuneżija. Data tat-twelid: 20.11.1975. Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: P182583 (Passaport Tuneżin, maħruġ fit-13.9.2003, li skada fit-12.9.2007). Tagħrif ieħor: (a) Meqjus maħrub mill-ġustizzja mill-awtoritajiet Taljani sa minn Lulju 2008; (b) Taħt miżuri ta' kontroll amministrattivi fit-Tuneżija sa mill-2010. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 12.11.2003.” tinbidel b'dan li ġej: “Al-Azhar Ben Khalifa Ben Ahmed Rouine (alias (a) Salmane, (b) Lazhar). Indirizz: 2 Triq nru 89, Zehrouni, Tuneż, it-Tuneżija. Data tat-twelid: 20.11.1975. Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: (a) P182583 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-13.9.2003, li skada fit-12.9.2007), (b) 05258253 (identifikazzjoni Nazzjonali). Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 12.11.2003.” |
|
(d) |
L-annotazzjoni “Mourad Ben Ali Ben Al-Basheer Al-Trabelsi (alias (a) Aboue Chiba Brahim, (b) Arouri Taoufik, (c) Ben Salah Adnan, (d) Sassi Adel, (e) Salam Kamel, (f) Salah Adnan, (g) Arouri Faisel, (h) Bentaib Amour, (i) Adnan Salah, (j) Hasnaoui Mellit, (k) Arouri Taoufik ben Taieb, (l) Abouechiba Brahim, (m) Farid Arouri, (n) Ben Magid, (o) Maci Ssassi, (p) Salah ben Anan, (q) Hasnaui Mellit, (r) Abou Djarrah). Indirizz: Il-Libja Triq nru 9, Manzil Tmim, Nabeul, it-Tuneżija. Data tat-twelid: (a) 20.5.1969, (b) 2.9.1966, (c) 2.9.1964, (d) 2.4.1966, (e) 2.2.1963, (f) 4.2.1965, (g) 2.3.1965, (h) 9.2.1965, (i) 1.4.1966, (j) 1972, (k) 9.2.1964, (l) 2.6.1964, (m) 2.6.1966, (n) 2.6.1972. Post tat-twelid: (a) Manzil Tmim, Tuneżija; (b) il-Libja; (c) it-Tuneżija; (d) l-Alġerija; (e) il-Morokk; (f) il-Libanu. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: G827238 (Passaport Tuneżin, maħruġ fl-1.6.1996 li skada fit-31.5.2001). Tagħrif ieħor: (a) Estradit mill-Italja lejn it-Tuneżija fit-13.12.2008; (b) Inammissibbli fiż-żona Schengen; (c) Isem l-omm huwa Mabrukah al-Yazidi. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 12.11.2003.” tinbidel b'dan li ġej: “Mourad Ben Ali Ben Al-Basheer Al-Trabelsi (alias (a) Aboue Chiba Brahim, (b) Arouri Taoufik, (c) Ben Salah Adnan, (d) Sassi Adel, (e) Salam Kamel, (f) Salah Adnan, (g) Arouri Faisel, (h) Bentaib Amour, (i) Adnan Salah, (j) Hasnaoui Mellit, (k) Arouri Taoufik ben Taieb, (l) Abouechiba Brahim, (m) Farid Arouri, (n) Ben Magid, (o) Maci Ssassi, (p) Salah ben Anan, (q) Hasnaui Mellit. Indirizz: Il-Libja Triq nru 9, Manzil Tmim, Nabeul, it-Tuneżija. Data tat-twelid: (a) 20.5.1969, (b) 2.9.1966, (c) 2.9.1964, (d) 2.4.1966, (e) 2.2.1963, (f) 4.2.1965, (g) 2.3.1965, (h) 9.2.1965, (i) 1.4.1966, (j) 1972, (k) 9.2.1964, (l) 2.6.1964, (m) 2.6.1966, (n) 2.6.1972. Post tat-twelid: (a) Manzil Tmim, Tuneżija; (b) il-Libja; (c) it-Tuneżija; (d) l-Alġerija; (e) il-Morokk; (f) il-Libanu. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: (a) G827238 (Passaport Tuneżin, maħruġ fl-1.6.1996 li skada fil-31.5.2001), (b) 05093588 (Identifikazzjoni nazzjonali) Tagħrif ieħor: Isem l-omm huwa Mabrukah al-Yazidi. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 12.11.2003.” |
|
(e) |
L-annotazzjoni “Imad Ben Bechir Ben Hamda Al-Jammali. Indirizz: Triq Qistantiniyah, Manzal Tmim, Nabul, it-Tuneżija (l-indirizz tad-dar). Data tat-twelid: 25.1.1968. Post tat-twelid: Menzel Temime, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: K693812 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-23.4.1999, li skada fit-22.4.2004). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: JMM MDI 68A25 Z352D; (b) Detenut f'Tuneż, it-Tuneżija minn Diċembru 2009; (c) Isem l-omm huwa Jamilah. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 23.6.2004.” tinbidel b'dan li ġej: “Imad Ben Bechir Ben Hamda Al-Jammali. Indirizz: 4, Triq Al-Habib Thamir, Manzal Tmim, Nabul, it-Tuneżija (indirizz tad-dar). Data tat-twelid: 25.1.1968. Post tat-twelid: Menzel Temime, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: (a) K693812 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-23.4.1999, li skada fit-22.4.2004), (b) 01846592 (identifikazzjoni Nazzjonali). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: JMM MDI 68A25 Z352D; (b) Isem l-omm huwa Jamilah. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.6.2004.” |
|
(f) |
L-annotazzjoni “Habib Ben Ahmed Al-Loubiri (alias Al-Habib ben Ahmad ben al-Tayib al-Lubiri). Indirizz: Al-Damus, Manzal Tmim, Nabul, it-Tuneżija (residenza abitwali). Data tat-twelid: 17.11.1961. Post tat-twelid: Menzel Temime, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: M788439 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-20.10.2001, li skada fid-19.10.2006). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: LBR HBB 61S17 Z352F; (b) Detenut fit-Tuneżija minn Diċembru 2009; (c) Isem l-omm huwa Fatima bint al-Mukhtar. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 23.6.2004.” tinbidel b'dan li ġej: L-annotazzjoni “Habib Ben Ahmed Al-Loubiri (alias Al-Habib ben Ahmad ben al-Tayib al-Lubiri). Indirizz: Id-distrett ta' Salam Marnaq Ben Arous, Sidi Mesoud, it-Tuneżija. Data tat-twelid: 17.11.1961. Post tat-twelid: Menzel Tmim, Nabul, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: (a) M788439 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-20.10.2001, li skada fid-19.10.2006), (b) 01817002 (identifikazzjoni Nazzjonali). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: LBR HBB 61S17 Z352F; (b) Isem l-omm huwa Fatima al-Galasi. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.6.2004.” |
|
2.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/295
tal-1 ta' Marzu 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
EG |
371,5 |
|
IL |
211,0 |
|
|
MA |
89,4 |
|
|
SN |
149,8 |
|
|
TN |
116,3 |
|
|
TR |
104,6 |
|
|
ZZ |
173,8 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
206,0 |
|
MA |
83,0 |
|
|
TR |
167,7 |
|
|
ZZ |
152,2 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
42,9 |
|
TR |
147,6 |
|
|
ZZ |
95,3 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
46,4 |
|
IL |
75,8 |
|
|
MA |
48,5 |
|
|
TN |
52,2 |
|
|
TR |
62,7 |
|
|
ZZ |
57,1 |
|
|
0805 50 10 |
MA |
74,1 |
|
TN |
91,8 |
|
|
TR |
94,0 |
|
|
ZZ |
86,6 |
|
|
0808 10 80 |
CL |
93,7 |
|
US |
106,0 |
|
|
ZZ |
99,9 |
|
|
0808 30 90 |
CL |
168,0 |
|
CN |
90,6 |
|
|
ZA |
104,3 |
|
|
ZZ |
121,0 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
2.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/296
tad-29 ta' Frar 2016
li tissostitwixxi membru tal-kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 255 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Jannar 2016,
Billi:
|
(1) |
Taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ġie stabbilit kumitat sabiex jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta' Mħallef u ta' Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali qabel ma l-gvernijiet tal-Istati Membri jagħmlu l-ħatriet (il-“kumitat”). |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2014/76/UE (1), il-Kunsill ħatar is-seba' membri tal-kumitat għal perijodu ta' erba' snin, li jintemm fit-28 ta' Frar 2018. |
|
(3) |
Permezz ta' ittra tas-27 ta' Jannar 2016, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja għarraf lill-President tal-Kunsill li s-Sur Péter PACZOLAY irriżenja mill-funzjonijiet tiegħu bħala membru tal-kumitat b'effett mill-21 ta' Jannar 2016. |
|
(4) |
Permezz tal-istess ittra tas-27 ta' Jannar 2016, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ppropona l-ħatra tas-Sur Mirosław WYRZYKOWSKI biex jissostitwixxi lis-Sur Péter PACZOLAY għall-bqija tal-mandat tiegħu, skont il-punt 3 tar-regoli dwar il-funzjonament tal-kumitat kif jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/124/UE (2), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Mirosław WYRZYKOWSKI huwa b'dan maħtur membru tal-kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal perijodu li jintemm fit-28 ta' Frar 2018.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Frar 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
H.G.J. KAMP
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/76/UE tal-11 ta' Frar 2014 li taħtar il-membri tal-Kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 41, 12.2.2014, p. 18).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/124/UE tal-25 ta' Frar 2010 dwar ir-regoli ta' funzjonament tal-Kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 50, 27.2.2010, p. 18).