ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 52

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
27 ta' Frar 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/267 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/268 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/269 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth ta' Dominica dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/270 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Grenada dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/271 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Vincent u l-Grenadini dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/272 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Vanuatu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/273 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' Timor Leste dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/274 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Indipendenti ta' Samoa dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/275 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Trinidad u Tobago dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

17

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/276 tal-25 ta' Frar 2016 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

19

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/277 tal-25 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/278 tas-26 ta' Frar 2016 li jħassar id-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le

24

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/279 tas-26 ta' Frar 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/280 tal-25 ta' Frar 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

30

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/281 tas-26 ta' Frar 2016 li tiddetermina d-data minn meta s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni

34

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265 tas-7 ta' Diċembru 2015 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016–2018 ( ĠU L 322, 8.12.2015 )

36

 

*

Rettifika tad-Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet ( ĠU L 257, 28.8.2014 )

37

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/267

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim f'isem l-Unjoni Ewropea mal-Emirati Għarab Magħquda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (“il-Ftehim”).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/785 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u huwa applikat fuq bażi proviżorja mis-6 ta' Mejju 2015.

(3)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim.L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni, li għandha tkun assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni Ewropea, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Kunsens mogħti fil-15 ta' Diċembru 2015 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/785 tal-20 ta' April 2015 dwar l-iffirmar, f'isem tal-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 125, 21.5.2015, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Deciżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/268

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim, f'isem l-Unjoni Ewropea, ma' Saint Lucia dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (“il-Ftehim”).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1031 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u huwa applikat fuq bażi proviżorja mit-28 ta' Mejju 2015.

(3)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni, li għandha tkun assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Kunsens mogħti fil-15 ta' Diċembru 2015 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1031 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 173, 3.7.2015, p. 10).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/269

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth ta' Dominica dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim f'isem l-Unjoni Ewropea mal-Commonwealth ta' Dominica dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (“il-Ftehim”).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1032 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u huwa applikat fuq bażi proviżorja mit-28 ta' Mejju 2015.

(3)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni Ewropea, li għandha tkun assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth ta' Dominica dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Kunsens mogħti fil-15 ta' Diċembru 2015 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1032 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth ta' Dominica dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 173, 3.7.2015, p.19).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/270

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Grenada dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim, f'isem l-Unjoni Ewropea, ma' Grenada dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (“il-Ftehim”).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1033 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u huwa applikat fuq bażi proviżorja mit-28 ta' Mejju 2015.

(3)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni, li għandha tkun assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Grenada dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni Ewropea, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Kunsens mogħti fil-15 ta' Diċembru 2015 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1033 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Grenada dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 173, 3.7.2015, p. 28).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/271

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Vincent u l-Grenadini dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim, f'isem l-Unjoni Ewropea, ma' Saint Vincent u l-Grenadini dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (“il-Ftehim”).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1034 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u huwa applikat fuq bażi proviżorja mit-28 ta' Mejju 2015.

(3)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata f'dak il-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni, li għandha tkun assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Vincent u l-Grenadini dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Kunsens mogħti fil-15 ta' Diċembru 2015 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1034 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Vincent u l-Grenadini dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 173, 3.7.2015, p. 37).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/272

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Vanuatu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim f'isem l-Unjoni Ewropea mar-Repubblika tal-Vanuatu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (il-“Ftehim”).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1035 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u huwa applikat fuq bażi proviżorja mit-28 ta' Mejju 2015.

(3)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata f'dak il-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni, li għandha tkun assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Vanuatu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Kunsens mogħti fil-15 ta' Diċembru 2015 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1035 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f'isem tal-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Vanuatu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 173, 3.7.2015, p. 46).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/273

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' Timor Leste dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim f'isem l-Unjoni Ewropea mar-Repubblika Demokratika ta' Timor Leste dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (“il-Ftehim”).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1030 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u huwa applikat fuq bażi proviżorja mit-28 ta' Mejju 2015.

(3)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata f'dak il-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni Ewropea, li għandha tkun assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' Timor Leste dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Kunsens mogħti fil-15 ta' Diċembru 2015 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1030 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' Timor Leste dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 173, 3.7.2015, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/274

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Indipendenti ta' Samoa dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim, f'isem l-Unjoni Ewropea, mal-Istat Indipendenti ta' Samoa dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (il-“Ftehim”).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1036 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u huwa applikat fuq bażi proviżorja mit-28 ta' Mejju 2015.

(3)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata f'dak il-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni, li għandha tkun assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Indipendenti ta' Samoa dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Kunsens mogħti fil-15 ta' Diċembru 2015 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1036 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Indipendenti ta' Samoa dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 173, 3.7.2015, p. 55).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/275

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Trinidad u Tobago dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim f'isem l-Unjoni Ewropea mar-Repubblika ta' Trinidad u Tobago dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (il-“Ftehim”).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1037 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u huwa applikat fuq bażi proviżorja mit-28 ta' Mejju 2015.

(3)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata f'dak il-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni, li għandha tkun assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Trinidad u Tobago dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Kunsens mogħti fil-15 ta' Diċembru 2015 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1037 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Trinidad u Tobago dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 173, 3.7.2015, p. 64).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/276

tal-25 ta' Frar 2016

li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2)

Fil-25 ta' Frar 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/280 (2) li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja, li testendi l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi sat-28 ta' Frar 2017 u li temenda l-Anness I u tħassar l-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa sostitwit mit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

K.H.D.M. DIJKHOFF


(1)  ĠU L 352M, 20.5.2006, p. 432.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/280 tal-25 ta' Frar 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ara l-paġna 30 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

“ANNESS I

Persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)

 

Ismijiet

Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

1.

Navumau, Uladzimir Uladzimiravich

Naumov, Vladimir Vladimirovich

НАВУМАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

НАУМОВ, Владимир Владимирович

Data tat-twelid: 7.2.1956,

Post tat-twelid: Smolensk (Russja)

Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Eks Ministru tal-Intern u wkoll eks-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa. Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. F'Ottubru 2014 ingħata l-Ordni ‘Għall-Mertu’ grad III mill-President Lukashenka.

2.

Paulichenka, Dzmitry Valerievich

Pavlichenko, Dmitri Valerievich (Pavlichenko, Dmitriy Valeriyevich)

ПАЎЛIЧЭНКА, Дзмiтрый Валер'евiч

ПАВЛИЧЕНКО, Дмитрий Валериевич

Data tat-twelid: 1966

Post tat-Twelid: Vitebsk

Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД ‘Честь’

220028, Минск Маяковского, 111

Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Kien Kap tal-Grupp ta' Reazzjoni Speċjali fil-Ministeru tal-Intern (SOBR).

Negozjant, Kap tal-‘Unur’, l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-veterani minn forzi speċjali tal-Ministeru tal-Intern.

3.

Sheiman, Viktar Uladzimiravich (Sheyman, Viktar Uladzimiravich)

Sheiman, Viktor Vladimirovich (Sheyman, Viktor Vladimirovich)

ШЭЙМАН, Biктap Уладзiмiравiч

ШЕЙМАН, Виктор Владимирович

Data tat-twelid: 26.5.1958,

Post tat-Twelid: Hrodna region

Indirizz:

Управлениe Делами Президента

ул. К.Маркса, 38

220016, г. Минск

Kap tad-Dipartiment ta' Ġestjoni tal-Amministrazzjoni tal-President. Responsabbli għall-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. Sheiman għadu Assistent Speċjali tal-President.

4.

Sivakau, Iury Leanidavich (Sivakau, Yury Leanidavich)

Sivakov, Iury (Yurij, Yuri) Leonidovich

СIВАКАЎ, Юрый Леанiдавiч

СИВАКОВ, Юрий Леонидович

Data tat-twelid: 5.8.1946

Post tat-Twelid: Onory, Reġjun ta' Sakhalin

Indirizz:

Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД ‘Честь’

220028, Минск Маяковского, 111

Organizza l-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Eks-Ministru għat-Turiżmu u l-Isport, eks-Ministru għall-Intern u eks-Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali.”


27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/22


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/277

tal-25 ta' Frar 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (2) jipprevedi l-iffriżar ta' assi tal-President Lukashenko u ta' ċerti uffiċjali tal-Belarussja, kif ukoll ta' assi ta' persuni responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, u ta' persuni u entitajiet li jibbenefikaw minn, jew li jappoġġaw, ir-reġim ta' Lukashenko, inklużi, b'mod partikolari, persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju jew materjali lil dak ir-reġim.

(2)

L-applikazzjoni tal-iffriżar tal-assi għandha tinżamm fir-rigward ta' erba' persuni elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(3)

Il-persuni u l-entitajiet kollha elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 li fir-rigward tagħhom ġiet sospiża l-applikazzjoni tal-iffriżar tal-assi għandhom jitħassru, u s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni għandha tintemm.

(4)

Din il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex din issir effettiva, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jitħassar il-paragrafu 6;

(2)

l-Artikolu 8b jitħassar;

(3)

l-Anness IV jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

K.H.D.M. DIJKHOFF


(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).


27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/278

tas-26 ta' Frar 2016

li jħassar id-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/476 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Unjoni wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (1) (“ir-Regolament ta' abilitazzjoni tad-WTO”), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1)(a) tiegħu,

Billi:

A.   IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1)

Il-Kunsill permezz tar-Regolament (KE) Nru 91/2009 (2) impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta' ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”).

(2)

Fit-28 ta' Lulju 2011, il-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (Dispute Settlement Body — “DSB”) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (World Trade Organization — “WTO”) adotta r-Rapport tal-Korp tal-Appell u r-Rapport tal-Bord kif immodifikat bir-Rapport tal-Korp tal-Appell fil-każ “Il-Komunitajiet Ewropej — Miżuri Anti-Dumping Definittivi fuq Ċerti Qfieli tal-Ħadid jew tal-Azzar miċ-Ċina” (3) (“ir-rapporti oriġinali”). Wara reviżjoni biex jiġu implimentati r-rapporti oriġinali, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 924/2012 (4) li emenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009.

(3)

Bil-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/519 (5), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (6), żammet il-miżuri kif emendati bir-Regolament (UE) Nru 924/2012.

(4)

Il-miżuri miżmuma bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/519, ħadu l-forma ta' dazju ad valorem stabbilit għal produtturi esportaturi Ċiniżi individwali magħżula bħala kampjun fil-livell ta' 0,0 % sa 69,7 %. Fl-istess ħin id-dazju anitidumping għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoperaw, mhux inklużi fil-kampjun, kien stabbilit f'livell ta' 54,1 % filwaqt li d-dazju residwu għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li ma kkoperawx kien jammonta għal 74,1 %.

(5)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011 (7), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 693/2012 (8), il-miżuri ġew estiżi għal importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le.

B.   RAPPORTI TA' KONFORMITÀ TAD-DSB TAD-WTO

(6)

Kif imsemmi fil-premessa (2), il-Kunsill implimenta r-rapporti oriġinali bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 924/2012.

(7)

Iċ-Ċina, madankollu, qieset li l-miżura meħuda mill-Unjoni Ewropea bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 924/2012 sabiex timplimenta r-rapporti oriġinali kienet inkonsistenti ma' diversi dispożizzjonijiet tal-Ftehim tal-Antidumping (“ADA”) u tal-GATT 1994. Fit-30 ta' Ottubru 2013, iċ-Ċina talbet konsultazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 4 u 21.5 tal-Ftehim dwar ir-Regoli u l-Proċeduri li Jirregolaw is-Soluzzjoni tat-Tilwim (“DSU”) tad-WTO. Fil-5 ta' Diċembru 2013, iċ-Ċina talbet it-twaqqif ta' panel skont l-Artikolu 21.5 tad-DSU (“bord tal-konformità”). Fis-27 ta' Marzu 2014, id-Direttur Ġenerali tad-WTO ifforma l-bord tal-konformità.

(8)

Fis-7 ta' Awwissu 2015, ir-rapport tal-bord tal-konformità (9) tqassam lill-Membri tad-WTO. Fid-9 ta' Settembru 2015, l-Unjoni Ewropea nnotifikat lid-DSB skont l-Artikoli 16.4 u 17 tad-DSU bid-deċiżjoni tagħha li tappella quddiem il-Korp tal-Appell dwar ċerti kwistjonijiet ta' liġi koperti fir-rapport tal-bord tal-konformità u ċerti interpretazzjonijiet ġuridiċi żviluppati mill-Bord. Fl-14 ta' Settembru 2015, iċ-Ċina nnotifikat lid-DSB dwar id-deċiżjoni tagħha li tagħmel kontro-appell.

(9)

Fit-18 ta' Jannar 2016, ir-rapport tal-Korp tal-Appell (10) tqassam lill-Membri tad-WTO. Ir-rapport tal-bord tal-konformità ċċirkulat fis-7 ta' Awwissu 2015 u r-rapport tal-Korp tal-Appell iċċirkulat fit-18 ta' Jannar 2016 huma msejħa “rapporti ta' konformità”.

(10)

Fir-rapporti ta' konformità, fost l-oħrajn instab li l-UE aġixxiet b'mod inkonsistenti ma':

L-Artikolu 2.4 tal-ADA fir-rigward tat-trattament ta' ċerta informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-prodotti tal-produttur tal-pajjiż analogu li kienu użati biex jiġu ddeterminati valuri normali, fir-rigward ta' differenzi fit-tassazzjoni, u fir-rigward tad-differenzi relatati mal-aċċess għall-materja prima, l-użu tal-elettriku awtoġenerat, l-effiċjenza fil-konsum tal-materja prima, l-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku u l-produttività għal kull impjegat;

L-Artikolu 2.4.2 tal-ADA fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ta' esportazzjoni li ma kien hemm xejn li jikkorrispondi magħhom fil-bejgħ tal-produttur tal-pajjiż analogu;

L-Artikoli 4.1 u 3.1 tal-ADA fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija domestika u l-ħsara;

L-Artikolu 6.1.2 tal-ADA fir-rigward ta' jekk il-produttur fil-pajjiż analogu kellux jiġi ttrattat bħala parti interessata u fir-rigward tad-divulgazzjoni lill-produtturi Ċiniżi tal-informazzjoni pprovduta mill-produttur tal-pajjiż analogu dwar il-lista u l-karatteristiċi tal-prodotti tagħha;

L-Artikoli 6.4, 6.2 u l-Artikoli 6.5 u 6.5.1 tal-ADA fir-rigward tat-trattament ta' ċerta informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-prodotti tal-produttur tal-pajjiż analogu.

(11)

Fir-rapport ta' konformità tal-Korp tal-Appell, il-Korp tal-Appell irrakkomanda li d-DSB jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tikkonforma l-miżuri tagħha misjuba inkonsistenti ma' dan l-att mal-obbligi tagħha skont l-ADA.

(12)

Fit-12 ta' Frar 2016, id-DSB adotta r-rapporti tal-konformità.

(13)

Fid-dawl tas-sejbiet imsemmija fil-premessa (10), il-Kummissjoni tqis li f'konformità mal-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' abilitazzjoni tad-WTO huwa xieraq li jiġu rrevokati d-dazji tal-antidumping imposti bir-Regolament (KE) Nru 91/2009, kif emendati bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 924/2012 u miżmuma bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/519 (“il-miżuri kontenzjużi”).

(14)

It-tħassir tal-miżuri kontenzjużi għandu jieħu effett mid-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ u, għaldaqstant, ma jipprovdi l-ebda bażi għar-rimborż tad-dazji miġbura qabel dik id-data.

(15)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 ma ħariġx b'opinjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar, għajr tal-azzar inossidabbli, jiġifieri viti tal-injam (għajr coach screws), viti li jaqbdu kamin waħedhom (self-tapping), viti u boltijiet oħrajn bir-ras (kemm jekk bl-iskorfini jew bil-woxers tagħhom kif ukoll jekk le, iżda esklużi viti mdawrin minn biċċiet, vireg, profili jew wajer, ta' qatgħa solida, bil-parti dritta mhux eħxen minn 6 mm u esklużi viti u boltijiet biex jitwaħħal materjal tal-kostruzzjoni ta' linji tal-ferrovija), u woxers, li bħalissa huma parti mill-kodiċijiet NM 7318 12 90, 7318 14 91, 7318 14 99, 7318 15 59, 7318 15 69, 7318 15 81, 7318 15 89, ex 7318 15 90, ex 7318 21 00 u ex 7318 22 00 (kodiċijiet TARIC 7318159021, 7318159029, 7318159071, 7318159079, 7318159091, 7318159098, 7318210031, 7318210039, 7318210095, 7318210098, 7318220031, 7318220039, 7318220095 u 7318220098) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għal importazzjonijiet li joriġinaw mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le, huma b'dan imħassra u l-proċediment li jikkonċerna dawn l-importazzjonijiet huwa mitmum.

Artikolu 2

It-tħassir tad-dazji antidumping imsemmija fl-Artikolu 1 jieħu effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kif stipulat fl-Artikolu 3 u ma għandux isservi bħala bażi għar-rimborż ta' dazji miġbura qabel dik id-data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 83, 27.3.2015, p. 6.

(2)  ĠU L 29, 31.1.2009, p. 1.

(3)  Id-WTO, ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, AB-2011-2, WT/DS397/AB/R, il-15 ta' Lulju 2011. Id-WTO, ir-Rapport tal-Bord, WT/DS397/R, it-3 ta' Diċembru 2010.

(4)  ĠU L 275, 10.10.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 82, 27.3.2015, p. 78.

(6)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(7)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 6.

(8)  ĠU L 203, 31.7.2012, p. 23.

(9)  Id-WTO, ir-Rapport tal-Bord, WT/DS397/RW, is-7 ta' Awwissu 2015.

(10)  Id-WTO, ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, AB-2015-7, WT/DS397/AB/RW, it-18 ta' Jannar 2016.


27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/279

tas-26 ta' Frar 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

236,2

MA

83,8

SN

149,8

TN

116,3

TR

109,4

ZZ

139,1

0707 00 05

JO

206,0

MA

83,5

TR

171,2

ZZ

153,6

0709 91 00

TN

173,6

ZZ

173,6

0709 93 10

MA

42,6

TR

105,5

ZZ

74,1

0805 10 20

EG

47,0

IL

78,2

MA

56,1

TN

56,9

TR

63,4

ZZ

60,3

0805 20 10

IL

112,1

MA

84,8

TR

84,6

ZZ

93,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

136,2

JM

161,2

MA

110,7

TR

68,2

US

146,9

ZZ

124,6

0805 50 10

EG

90,7

MA

85,9

TR

96,6

ZZ

91,1

0808 10 80

CL

93,2

US

128,0

ZZ

110,6

0808 30 90

CL

132,6

CN

90,6

TR

156,1

ZA

102,7

ZZ

120,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/280

tal-25 ta' Frar 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, il-miżuri restrittivi kontra l-Belarussja għandhom jiġu estiżi sat-28 ta' Frar 2017.

(3)

L-applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi għandha tinżamm fir-rigward ta' erba' persuni elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(4)

Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

fid-Deċiżjoni kollha, it-terminu “Anness I” huwa sostitwit bit-terminu “Anness”;

(2)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jadotta emendi għal-lista li tinsab fl-Anness skont kif ikun meħtieġ mill-iżviluppi politiċi fil-Bjelorussja.”;

(3)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta' Frar 2017.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”;

(4)

l-Anness I huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni;

(5)

l-Anness II huwa mħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

K.H.D.M. DIJKHOFF


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).


ANNESS

“ANNESS

Persuni msemmijin fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 4(1)

 

Ismijiet

Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

1.

Navumau, Uladzimir Uladzimiravich

Naumov, Vladimir Vladimirovich

НАВУМАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

НАУМОВ, Владимир Владимирович

Data tat-twelid: 7.2.1956,

Post tat-twelid: Smolensk (Russja)

Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Eks Ministru tal-Intern u wkoll eks-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa. Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. F'Ottubru 2014 ingħata l-Ordni ‘Għall-Mertu’ grad III mill-President Lukashenka.

2.

Paulichenka, Dzmitry Valerievich

Pavlichenko, Dmitri Valerievich (Pavlichenko, Dmitriy Valeriyevich)

ПАЎЛIЧЭНКА, Дзмiтрый Валер'евiч

ПАВЛИЧЕНКО, Дмитрий Валериевич

Data tat-twelid: 1966

Post tat-Twelid: Vitebsk

Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД ‘Честь’

220028, Минск Маяковского, 111

Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Kien Kap tal-Grupp ta' Reazzjoni Speċjali fil-Ministeru tal-Intern (SOBR).

Negozjant, Kap tal-‘Unur’, l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-veterani minn forzi speċjali tal-Ministeru tal-Intern.

3.

Sheiman, Viktar Uladzimiravich (Sheyman, Viktar Uladzimiravich)

Sheiman, Viktor Vladimirovich (Sheyman, Viktor Vladimirovich)

ШЭЙМАН, Biктap Уладзiмiравiч

ШЕЙМАН, Виктор Владимирович

Data tat-twelid: 26.5.1958,

Post tat-Twelid: Hrodna region

Indirizz:

Управлениe

Делами Президента

ул. К.Маркса, 38

220016, г. Минск

Kap tad-Dipartiment ta' Ġestjoni tal-Amministrazzjoni tal-President. Responsabbli għall-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. Sheiman għadu Assistent Speċjali tal-President.

4.

Sivakau, Iury Leanidavich (Sivakau, Yury Leanidavich)

Sivakov, Iury (Yurij, Yuri) Leonidovich

СIВАКАЎ, Юрый Леанiдавiч

СИВАКОВ, Юрий Леонидович

Data tat-twelid: 5.8.1946

Post tat-Twelid: Onory, Reġjun ta' Sakhalin

Indirizz:

Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД ‘Честь’

220028, Минск Маяковского, 111

Organizza l-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Eks-Ministru għat-Turiżmu u l-Isport, eks-Ministru għall-Intern u eks-Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali.”


27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/34


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/281

tas-26 ta' Frar 2016

li tiddetermina d-data minn meta s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament dwar il-VIS) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 48(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont Id-Deċiżjoni ta' tal-Kummissjoni 2010/49/KE (2), il-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni, kif iddefiniti mir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jikkostitwixxu reġjun separat fejn għandhom jibdew il-ġbir u t-trażmissjoni ta' dejta lis-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (Visa Information System, VIS) għall-applikazzjonijiet kollha.

(2)

L-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni li huma għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jiġbru u jittrażmettu d-dejta msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha f'dan ir-reġjun.

(3)

Ladarba l-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tkun sodisfatta, jeħtieġ għalhekk li tiġi determinata d-data minn meta għandha tibda topera l-VIS f'punti ta' qsim tal-fruntieri esterni.

(4)

Billi r-Regolament (KE) Nru 767/2008 jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iddeċidiet li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 767/2008 fil-liġi nazzjonali tagħha. Id-Danimarka hija għaldaqstant marbuta bil-liġi internazzjonali li timplimenta din id-Deċiżjoni.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jipparteċipax, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (4); ir-Renju Unit, għaldaqstant, mhux marbut b'din id-Deċiżjoni u lanqas ma huwa soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda ma tipparteċipax, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5). L-Irlanda għalhekk mhix marbuta b'din id-Deċiżjoni u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (6) ta' Schengen, li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (7).

(8)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (8) ta' Schengen, li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (9).

(9)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (10) ta' Schengen, li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (11).

(10)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq, jew li b'xi mod ieħor huwa relatat, mal-acquis ta' Schengen, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011 rispettivament.

(11)

Fid-dawl tal-ħtieġa sabiex tiġi stipulata d-data għall-bidu tal-VIS fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni fil-futur qrib, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar stess li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża tibda topera fil-punti ta' qsim ta' fruntieri esterni determinat permezz tad-Deċiżjoni 2010/49/KE fid-29 ta' Frar 2016.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tapplika skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/49/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li tiddetermina l-ewwel reġjuni għall-bidu tal-attivitajiet tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 62).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105 13.4.2006, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquista' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(6)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(8)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(10)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).


Rettifika

27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/36


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265 tas-7 ta' Diċembru 2015 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016–2018

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 322 tat-8 ta' Diċembru 2015 )

F'paġna 8, Anness, l-entrata li tikkonċerna n-Nru tal-Ordni 09.2760:

minflok:

“09.2760

ex 0303 66 11

10

Merluzz (Merluccius spp. bl-esklużjoni ta' Merluccius merluccius, Urophycis spp.) u pink cusk-eel (Genypterus blacodes u Genypterus capensis), iffriżat, għall-ipproċessar (1) (2)

30 000

0 %

1.1.2016–31.12.2018”;

ex 0303 66 12

10

ex 0303 66 13

10

ex 0303 66 19

11

ex 0303 89 70

91

10

ex 0303 89 90

30

aqra:

“09.2760

ex 0303 66 11

10

Merluzz (Merluccius spp. bl-esklużjoni ta' Merluccius merluccius, Urophycis spp.) u pink cusk-eel (Genypterus blacodes u Genypterus capensis), iffriżat, għall-ipproċessar (1) (2)

15 000

0 %

1.1.2016–31.12.2018”,

ex 0303 66 12

10

ex 0303 66 13

10

ex 0303 66 19

11

91

ex 0303 89 70

10

ex 0303 89 90

30

F'paġna 9, Anness, l-entrata li tikkonċerna n-Nru tal-Ordni 09.2786, it-tieni kolonna (“Kodiċi NM”):

minflok:

“ex 0307 49 59

ex 0307 99 11”,

aqra:

“ex 0307 49 59

ex 0307 99 11

ex 0307 99 17”;

F'paġna 11, Anness, in-nota f'qiegħ il-paġna (3):

minflok:

“(3)

Il-prodotti taħt il-kodiċijiet tan-NM 0306 16 99 (suddiviżjonijiet TARIC 20 u 30), 0306 26 90 (suddiviżjonijiet TARIC 12, 14, 92 u 93), 1605 21 90 (suddiviżjonijiet TARIC 45 u 62), 1605 29 00 (suddiviżjonijiet TARIC 50 u 55), 0306 17 92 (suddiviżjoni TARIC 20), 0306 27 99 (suddiviżjoni TARIC 30), 0306 17 99 (suddiviżjoni TARIC 10) u 0306 27 99 (suddiviżjoni TARIC 20) għandhom, minkejja n- nota f'qiegħ il-paġna (2), jikkwalifikaw (…).”,

aqra:

“(3)

Il-prodotti taħt il-kodiċijiet tan-NM 0306 16 99 (suddiviżjonijiet TARIC 20 u 30), 0306 26 90 (suddiviżjonijiet TARIC 12, 14, 92 u 93), 1605 21 90 (suddiviżjonijiet TARIC 45, 55 u 62), 1605 29 00 (suddiviżjonijiet TARIC 50, 55 u 60), 0306 17 92 (suddiviżjoni TARIC 20), 0306 27 99 (suddiviżjoni TARIC 30), 0306 17 99 (suddiviżjoni TARIC 10) u 0306 27 99 (suddiviżjoni TARIC 20) għandhom, minkejja n- nota f'qiegħ il-paġna (2), jikkwalifikaw (…).”.


27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/37


Rettifika tad-Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 257, 28 ta' Awwissu 2014 )

F'paġna 195, l-Artikolu 1(2), l-Artikolu 14b ġdid, il-punt (m), l-ewwel paragrafu

minflok:

“(m)

soġġett għall-istruttura ġuridika tal-UCITS u għar-regoli tal-fond jew għall-istrumenti ta' inkorporazzjoni tagħha, porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ mill-inqas 50 %, ta' kwalunkwe komponent varjabbli ta' remunerazzjoni jikkonsisti f'unitajiet tal-UCITS ikkonċernata, jew f'interessi ta' sjieda ekwivalenti, jew fi strumenti marbuta mal-ishma jew fi strumenti ekwivalenti mhux ta' flus b'inċentivi ugwalment effettivi bħal kwalunkwe wieħed mill-istrumenti msemmija f'dan il-punt, sakemm il-ġestjoni tal-kontijiet tal-UCITS ma tkoprix għal inqas minn 50 % tal-portafoll totali ġestit mill-kumpanija tal-maniġment, f'liema każ il-livell minimu ta' 50 % ma japplikax.”,

aqra:

“(m)

soġġett għall-istruttura ġuridika tal-UCITS u għar-regoli tal-fond jew għall-istrumenti ta' inkorporazzjoni tagħha, porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ mill-inqas 50 %, ta' kwalunkwe komponent varjabbli ta' remunerazzjoni jikkonsisti f'unitajiet tal-UCITS ikkonċernata, jew f'interessi ta' sjieda ekwivalenti, jew fi strumenti marbuta mal-ishma jew fi strumenti ekwivalenti mhux ta' flus b'inċentivi ugwalment effettivi bħal kwalunkwe wieħed mill-istrumenti msemmija f'dan il-punt, sakemm il-ġestjoni ta' kontijiet tal-UCITS ma tkoprix għal inqas minn 50 % tal-portafoll totali ġestit mill-kumpanija tal-maniġment, f'liema każ il-livell minimu ta' 50 % ma japplikax.”.