|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
LINJI GWIDA |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
24.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/251
tat-23 ta' Frar 2016
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Frar 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
283,3 |
|
MA |
91,7 |
|
|
SN |
172,2 |
|
|
TN |
107,9 |
|
|
TR |
102,0 |
|
|
ZZ |
151,4 |
|
|
0707 00 05 |
MA |
84,1 |
|
TR |
177,1 |
|
|
ZZ |
130,6 |
|
|
0709 91 00 |
TN |
173,6 |
|
ZZ |
173,6 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
40,5 |
|
TR |
159,5 |
|
|
ZZ |
100,0 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
44,1 |
|
IL |
77,2 |
|
|
MA |
51,2 |
|
|
TN |
54,0 |
|
|
TR |
61,7 |
|
|
ZZ |
57,6 |
|
|
0805 20 10 |
IL |
130,4 |
|
MA |
88,5 |
|
|
TR |
84,6 |
|
|
ZZ |
101,2 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
EG |
68,8 |
|
IL |
138,8 |
|
|
JM |
161,2 |
|
|
MA |
113,4 |
|
|
TR |
43,5 |
|
|
ZZ |
105,1 |
|
|
0805 50 10 |
EG |
90,7 |
|
IL |
96,1 |
|
|
MA |
64,8 |
|
|
TR |
90,7 |
|
|
ZZ |
85,6 |
|
|
0808 10 80 |
CL |
93,6 |
|
US |
107,4 |
|
|
ZZ |
100,5 |
|
|
0808 30 90 |
CL |
114,0 |
|
CN |
89,7 |
|
|
TR |
156,1 |
|
|
ZA |
100,0 |
|
|
ZZ |
115,0 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
24.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/5 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/252 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Novembru 2015
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4a(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari tal-punt 11 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u li turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta' reġjuni milquta minn diżastri. |
|
(2) |
Il-Fond ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3). |
|
(3) |
L-Artikolu 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jipprevedi li l-Fond jista' jiġi mobilizzat f'ammont sa massimu ta' EUR 50 000 000 għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem, u l-approprjazzjonijiet korrispondenti jistgħu jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 50 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Novembru 2015.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. SCHMIT
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
|
24.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/6 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/253 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Novembru 2015
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għal miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fi ħdan il-limitu massimu annwali ta' EUR 471 miljun (prezzijiet tal-2011) biex jiġi permess il-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fi ħdan il-limiti massimi disponibbli għal intestatura waħda jew aktar. |
|
(2) |
Minħabba l-ħtiġijiet urġenti, huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat ammont addizzjonali importanti għall-finanzjament ta' miżuri biex itaffu l-kriżi tal-migrazzjoni u r-refuġjati. |
|
(3) |
Wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt il-limiti massimi tan-nefqa għall-intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) u għall-intestatura 4 (Ewropa Globali), jidher li huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibbiltà biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, b'EUR 1 506 lil hinn mill-limiti massimi tal-intestatura 3 u b'EUR 24 miljun minn dawk tal-intestatura 4 biex jiġu ffinanzjati miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni u r-refuġjati. L-ammonti annwali mhux użati disponibbli għall-Istrumenti ta' Flessibbiltà għas-snin finanzjarji 2014 u 2015 għandhom jintużaw għal din il-mobilizzazzjoni. |
|
(4) |
Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għandhom jitqassmu fuq diversi snin finanzjarji u huma stmati għal EUR 734,2 miljun fl-2016, EUR 654,2 miljun fl-2017, EUR 83,0 miljun fl-2018, u EUR 58,6 miljun fl-2019, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, l-Istrument ta' Flessibbiltà għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 506 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) u EUR 24 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-intestatura 4 (Ewropa globali).
Dawk l-ammonti għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw miżuri għall-immaniġġar tal-kriżi tar-refuġjati.
2. Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà se jkunu kif ġej:
|
(a) |
EUR 734,2 miljun fl-2016; |
|
(b) |
EUR 654,2 miljun fl-2017; |
|
(c) |
EUR 83,0 miljun fl-2018; |
|
(d) |
EUR 58,6 miljun fl-2019. |
L-ammonti speċifiċi għal kull sena finanzjarja għandhom jiġu awtorizzati f'konformità mal-proċedura baġitarja annwali.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Novembru 2015.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. SCHMIT
(1) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
|
24.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/8 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/254
tat-12 ta' Frar 2016
dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (DRV) fil-Latvja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, il-forniment ta' data personali previst skont dik id-Deċiżjoni ma jistax isir sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fil-Kapitolu 6 ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tat-territorji tal-Istati Membri involuti f'tali forniment. |
|
(2) |
L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (3) jipprevedi li l-verifika li l-kundizzjoni ta' hawn fuq tkun ġiet issodisfata fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandha ssir abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju, żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota. |
|
(3) |
Skont il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data. |
|
(4) |
Il-Latvja lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju tad-Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (DRV). |
|
(5) |
Il-Latvja wettqet b'suċċess prova pilota man-Netherlands. |
|
(6) |
Saret żjara ta' evalwazzjoni fil-Latvja u sar rapport dwar iż-żjara ta' evalwazzjoni mill-iskwadra ta' evalwazzjoni Netherlandiża u Litwana li ntbagħat lill-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill. |
|
(7) |
Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju ta' DRV. |
|
(8) |
Fit-8 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill ikkonkluda li l-Latvja kienet implimentat totalment id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fil-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
|
(9) |
Għalhekk, għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat tad-DRV, il-Latvja għandha tkun intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
|
(10) |
Id-Danimarka hi marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
|
(11) |
L-Irlanda hi marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
|
(12) |
Ir-Renju Unit mhuwiex marbut bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u mhux marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta' Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi, il-Latvja hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mill-24 ta' Frar 2016.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
J.R.V.A. DIJSSELBLOEM
(2) Opinjoni tal-20 ta' Jannar 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).
|
24.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/255
tat-23 ta' Frar 2016
li temenda l-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim Monetarju tas-17 ta' Diċembru 2009 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan, u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 8(1) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan (“il-Ftehim Monetarju”) jeħtieġ lill-Istat tal-Belt tal-Vatikan jimplimenta l-atti legali u r-regoli tal-Unjoni dwar il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, tal-frodi u tal-iffalsifikar tal-flus u tal-mezzi tal-ħlas mhux fi flus; medalji u tokens u rekwiżiti ta' rappurtar statistiku. Dawn l-atti u r-regoli huma elenkati fl-Anness tal-Ftehim Monetarju. |
|
(2) |
L-Anness tal-Ftehim Monetarju jrid jiġi emendat mill-Kummissjoni kull sena biex jitqiesu l-atti legali u r-regoli ġodda relevanti tal-Unjoni u l-emendi f'dawk eżistenti. |
|
(3) |
Xi atti u r-regoli legali rilevanti ġodda tal-Unjoni u xi emendi għal atti legali eżistenti ġew adottati u għandhom jiġu miżjuda mal-Anness. |
|
(4) |
L-Anness tal-Ftehim Monetarju għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Frar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
“ANNESS
|
|
Dispożizzjonijiet Legali li għandhom jiġu implimentati |
Limitu ta' żmien għall-implementazzjoni |
|
Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus |
||
|
1 |
Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15) (*1) |
Il-31 ta' Diċembru 2010 |
|
|
Emendata minn: |
|
|
2 |
Id-Direttiva 2008/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 46) |
|
|
|
Issupplimentata minn: |
|
|
3 |
Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/JHA tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1) |
|
|
4 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar kontrolli ta' flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9) |
|
|
5 |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta' Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta' persuni esposti politikament u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta' attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29) (*2) |
|
|
6 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi (ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1) |
|
|
7 |
Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39) |
Il-31 ta' Diċembru 2016 (2) |
|
8 |
Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1) |
Il-31 ta' Diċembru 2017 (3) |
|
9 |
Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73) |
Il-31 ta' Diċembru 2017 (3) |
|
Il-prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar |
||
|
10 |
Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA tat-28 ta' Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta' mezzi ta' ħlas bi flus mhux kontanti (ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1) |
Il-31 ta' Diċembru 2010 |
|
11 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6) |
Il-31 ta' Diċembru 2010 |
|
|
Emendat minn: |
|
|
12 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1) |
|
|
13 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas-6 ta' Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1) |
Il-31 ta' Diċembru 2010 |
|
|
Emendat minn: |
|
|
14 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro, (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5.) |
|
|
15 |
Id-Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014. p. 1) |
Il-31 ta' Diċembru 2016 (2) |
|
Regoli dwar il-karti u l-muniti tal-euro |
||
|
16 |
Il-Konklużonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1998 u tal-5 ta' Novembru 2002 dwar il-muniti għall-kollezzjonisti. |
Il-31 ta' Diċembru 2010 |
|
17 |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 1999 dwar is-sistema għall-immaniġġjar tal-kwalità għall-muniti tal-euro. |
Il-31 ta' Diċembru 2010 |
|
18 |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2001/C-318/03 tat-22 ta' Ottubru 2001 dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tad-disinn tal-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro (C(2001) 600 finali), (ĠU C 318, 13.11.2001, p. 3) |
Il-31 ta' Diċembru 2010 |
|
19 |
Il-Linja Gwida ECB/2003/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Marzu 2003 dwar l-infurzar ta' miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus ewro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus ewro (ĠU L 78, 25.3.2003, p. 20). |
Il-31 ta' Diċembru 2010 |
|
|
Emendata minn: |
|
|
20 |
Il-Linja gwida BĊE/2013/11 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta' miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 43) |
Il-31 ta' Diċembru 2014 (1) |
|
21 |
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2010/14 tas-16 ta' Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1) |
Il-31 ta' Diċembru 2012 |
|
|
Emendata minn: |
|
|
22 |
Id-Deċiżjoni BĊE/2012/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Settembru 2012 (ĠU L 253, 20.9.2012, p. 19) |
Il-31 ta' Diċembru 2013 (1) |
|
23 |
Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta' muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1) |
Il-31 ta' Diċembru 2012 |
|
24 |
Ir-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 135) |
Il-31 ta' Diċembru 2013 (1) |
|
25 |
Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus euro, (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 37) |
Il-31 ta' Diċembru 2014 (1) |
|
26 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 tal-24 ta' Ġunju 2014 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (Riformulazzjoni) (ĠU L 194, 2.7.2014, p. 1) |
Il-31 ta' Diċembru 2013 (2) |
Taqsima tal-Anness tal-Ftehim Monetarju skont l-arranġament ad hoc tal-Kumitat Konġunt fuq talba mis-Santa Sede u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan dwar l-inklużjoni ta' regoli rilevanti applikabbli għal entitajiet li jwettqu attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali
|
|
Partijiet rilevanti tal-istrumenti legali li ġejjin |
Limitu ta' żmien għall-implementazzjoni |
|
27 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1) |
Il-31 ta' Diċembru 2016 (2) |
|
|
Emendata minn: |
|
|
28 |
Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28), |
|
|
29 |
Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16), |
|
|
30 |
Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1), |
|
|
31 |
Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338) |
Il-31 ta' Diċembru 2017 (2) |
|
32 |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1) |
Il-31 ta' Diċembru 2017 (2) |
|
|
Emendat minn: |
|
|
33 |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/62 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-proporzjon ta' ingranaġġ (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 37) |
Il-31 ta' Diċembru 2017 (3) |
|
|
Issupplimentat minn: |
|
|
34 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 241/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 8) |
Il-31 ta' Diċembru 2017 (3) |
|
|
Emendat minn: |
|
|
35 |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/923 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-Rekwiżiti tal-Fondi Proprji għall-istituzzjonijiet (ĠU L 150, 17.6.2015, p. 1) |
Il-31 ta' Diċembru 2017 (3) |
|
36 |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1) |
Il-31 ta' Diċembru 2017 (3) |
|
Leġiżlazzjoni dwar il-ġbir ta' informazzjoni statistika |
||
|
37 |
Il-Linja Gwida BĊE/2013/24 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta' Lulju 2013 dwar ir-rekwiżiti ta' rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 34). |
Il-31 ta' Diċembru 2016 (2) |
|
38 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2008/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1) |
Il-31 ta' Diċembru 2016 (2) |
|
|
Emendat minn: |
|
|
39 |
Ir-Regolament (UE) Nru 1375/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1071/2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/51) (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 77) |
|
|
40 |
Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51) |
Il-31 ta' Diċembru 2016 (2) |
|
|
Emendat minn: |
|
|
41 |
Ir-Regolament (UE) Nru 756/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/30) (ĠU L 205, 12.7.2014, p. 14) |
|
|
42 |
Il-Linja Gwida BĊE/2014/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1) |
Il-31 ta' Diċembru 2016 (2) |
|
|
Emendata minn: |
|
|
43 |
Il-Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2014/43 tas-6 ta' Novembru 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 82) |
|
(1) Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2013.
(2) Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2014.
(3) Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2015.
(*1) Id-Direttiva 2005/60/KE hija mħassra mid-Direttiva 2015/849/UE iżda tibqa' fl-Anness sal-iskadenza deċiża għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2015/849/UE.
(*2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE hija mħassra mid-Direttiva 2015/849/UE iżda tibqa' fl-Anness sal-iskadenza deċiża għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2015/849/UE.”
LINJI GWIDA
|
24.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/16 |
LINJA GWIDA (UE) 2016/256 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-5 ta' Frar 2016
dwar l-estensjoni tar-regoli komuni u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni statistika miġbura mill-Bank Ċentrali Ewropew megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali għall-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti u għall-Bank Ċentrali Ewropew fil-funzjonijiet superviżorji tiegħu (BĊE/2016/1)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 127(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal- 15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) flimkien mal-Artikolu 6(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jeħtieġ li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), assistit mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), jiġbor mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mingħand aġenti ekonomiċi l-informazzjoni statistika li hija meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). |
|
(2) |
L-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-KunsIll (KE) Nru 2533/98 (2) jeħtieġ li l-membri tas-SEBĊ jieħdu l-miżuri kollha regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi li jkunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni fiżika u loġika ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali. Għal dan il-fini, il-BĊE għandu jiddefinixxi regoli komuni u jimplimenta standards minimi biex jipprevjeni l-iżvelar illegali u l-użu mhux awtorizzat ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali. |
|
(3) |
Il-Linja Gwida BĊE/1998/NP28 tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) tistabbilixxi r-regoli komuni u l-istandards minimi meħtieġa mill-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98, li jiżguraw livell bażiku ta' protezzjoni ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali miġbura mill-BĊE. |
|
(4) |
Wara l-istabbiliment tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/373 (4) emenda l-Artikolu 8(1)(d) u l-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 billi ppermetta t-trasmissjoni u l-użu ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali, għat-twettiq ta' kompiti fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali mogħtija lill-membri tas-SEBĊ. L-ipproċessar ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-membri tas-SEBĊ għandu jkun soġġett għal protezzjoni xierqa tal-kunfidenzjalità, kif meħtieġ taħt l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. |
|
(5) |
Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/373 daħħal Artikolu 8(4a) ġdid fir-Regolament (KE) Nru 2533/98 li jippermetti lis-SEBĊ biex jibgħat informazzjoni statistika kunfidenzjali lill-awtoritajiet jew korpi tal-Istati Membri responsabbli għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet, swieq u infrastrutturi finanzjarji sal-grad u l-livell ta' dettall meħtieġa għat-twettiqa tal-kompiti rispettivi tagħhom. L-awtoritajiet jew il-korpi li jirċievu informazzjoni statistika kunfidenzjali għandhom jieħdu l-miżuri kollha regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi meħtieġa sabiex jiżguraw il-protezzjoni fiżika u loġika ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali. |
|
(6) |
Il-Linja Gwida BĊE/1998/NP28 tispeċifika l-obbligi tal-membri tas-SEBĊ fir-rigward tat-trattament ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali fir-rigward tal-kompiti tagħhom barra l-MSU. L-istess livell ta' protezzjoni għandu jiġi żgurat fit-trasmissjoni u l-użu sussegwenti ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali kemm fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK) tal-Istati Membri li jipparteċipaw fl-MSU, inklużi l-BĊNi fir-rigward tal-funzjoni tagħhom bħala ANK, u l-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu taħt ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013. |
|
(7) |
L-Artikolu 6(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jagħti s-setgħa lill-BĊE, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u fuq il-bażi ta' proposta mill-Bord Superviżorju, li jadotta u jagħmel pubbliku qafas għall-organizzazzjoni tal-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni ta' dak l-Artikolu, li inter alia jipprovdi li l-BĊE huwa responsabbli għall-funzjonament effettiv u konsistenti tal-MSU, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din il-Linja Gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
“informazzjoni statistika kunfidenzjali” tfisser informazzjoni statistika li hija ddefinita bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 1(12) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 u li nġabret skont id-dispożizzjonijiet u għall-finijiet iddelineati f'dak ir-Regolament; |
|
2. |
“miżuri ta' protezzjoni” tfisser proċeduri xierqa għall-protezzjoni, kemm loġika kif ukoll fiżika, ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali; |
|
3. |
“miżuri ta' protezzjoni loġika” ifissru miżuri ta' protezzjoni li jipprevjenu aċċess mingħajr awtorizzazzjoni għall-informazzjoni statistika kunfidenzjali nfisha; |
|
4. |
“miżuri ta' protezzjoni fiżika” ifissru miżuri ta' protezzjoni li jipprevjenu aċċess mingħajr awtorizzazzjoni għal żona fiżika u għal mezzi fiżiċi; |
|
5. |
“żona fiżika” tfisser kwalunkwe parti ta' binja fejn ikunu jinsabu l-mezzi fiżiċi li fuqhom tkun miżmuma informazzjoni statistika kunfidenzjali jew li permezz tagħhom tiġi trasmessa; |
|
6. |
“mezzi fiżiċi” tfisser kopji stampati (karti) u apparat tal-kompjuter (inklużi periferali u mezzi fejn tinħażen id-dejta) li fuqhom tinħażen jew tiġi pproċessata informazzjoni statistika kunfidenzjali; |
|
7. |
“awtorità nazzjonali kompetenti” għandha t-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013; |
|
8. |
“aġent li jirrapporta” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. |
Artikolu 2
Protezzjoni loġika
1. Il-BĊE u l-ANK għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw individwalment regoli ta' awtoritazzjoni u miżuri ta' protezzjoni loġika li jirregolaw l-aċċess tal-persunal tagħhom għal informazzjoni statistika kunfidenzjali.
2. Mingħajr preġudizzju għall-kontinwità tal-funzjoni tal-amministrazzjoni tas-sistema, il-miżura ta' protezzjoni minima li għandha tiġi implimentata għandha tkun identifikatur uniku għall-utent u password personalizzata.
3. Għandha tittieħed kull miżura xierqa sabiex jiġi żgurat li informazzjoni statistika kunfidenzjali tkun irranġata b'tali mod li kwalunkwe dejta ppubblikata tkopri ta' mill-inqas tliet aġenti ekonomiċi. Meta aġent ekonomiku wieħed jew tnejn ikunu jirrappreżentaw proporzjon kbir biżżejjed ta' kwalunkwe osservazzjoni sabiex ikunu indirettament identifikabbli, id-dejta ppubblikata għandha tkun irranġata b'tali mod sabiex tiġi evitata l-identifikazzjoni indiretta tagħhom. Dawn ir-regoli m'għandhomx japplikaw jekk l-aġenti li jirrapportaw jew il-persuni ġuridiċi, persuni fiżiċi, entitajiet jew fergħat oħrajn li jistgħu jiġu identifikati jkunu taw il-kunsens espliċitu tagħhom għall-iżvelar.
Artikolu 3
Protezzjoni fiżika
Il-BĊE u l-ANK għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw individwalment regoli ta' awtorizzazzjoni u miżuri ta' protezzjoni fiżika li jirregolaw l-aċċess tal-persunal tagħhom għal kwalunkwe żona fiżika, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' din il-Linja Gwida.
Artikolu 4
Aċċess minn terzi
F'każ li xi terza persuna jkollha aċċess għal informazzjoni statistika kunfidenzjali b'mod konformi mal-Artikolu 8(4a) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98, il-BĊE u l-ANK għandhom jiżguraw permezz ta' mezzi xierqa, fejn possibbli permezz ta' kuntratt, li r-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità kif preskritti fir-Regolament (KE) Nru 2533/98 u f'din il-Linja Gwida jiġu osservati mit-terza persuna.
Artikolu 5
Trasmissjoni ta' dejta u netwerks
1. Fejn ikun jippermetti l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98, informazzjoni statistika kunfidenzjali għandha tintbagħat extra muros b'mezzi elettroniċi, wara kriptaġġ.
2. Il-BĊE u l-ANK għandhom jiddefinixxu individwalment regoli ta' awtorizzazzjoni għal dik it-trasmissjoni ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali.
3. Għal netwerks interni, miżuri ta' protezzjoni xierqa għandhom jittieħdu sabiex jiġi evitat aċċess mingħajr awtorizzazzjoni.
4. Aċċess interattiv għal informazzjoni statistika kunfidenzjali minn netwerks mhux protetti għandu jkun ipprojbit.
Artikolu 6
Dokumentazzjoni u kuxjenza tal-persunal
Il-BĊE u l-ANK għandhom jiżguraw li r-regoli u l-proċeduri tagħhpom kollha relatati mal-protezzjoni ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali jkunu ddokumentati, u li din id-dokumentazzjoni tinżamm aġġornata. Il-persunal invlut għandu jkun infurmat dwar l-importanza tal-protezzjoni ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali u jinżamm aġġornat dwar ir-regoli u l-proċeduri kollha li jaffettwaw il-ħidma tagħhom.
Artikolu 7
Rapportar
1. L-ANK għandhom jinfurmaw lill-BĊE ta' mill-inqas darba fis-sena dwar kwalunkwe problema li jkunu esperjenzaw sa mill-aħħar rapport, azzjonijiet meħuda b'risposta għal dawn il-problemi u titjib ippjanat fir-rigward tal-protezzjoni ta' informazzjoni statistika kunfidenzjali. Il-BĊE għandu jfassal ukoll rapport li jkopri l-istess kwistjonijiet ta' mill-inqas darba fis-sena.
2. Il-Kunsill Governattiv għandu jevalwa l-implimentazzjoni ta' din il-Linja Gwida ta' mill-inqas darba fis-sena. Bi preparazzjoni għal dik il-valutazzjoni, il-BĊE għandu jiġi infurmat bir-regoli ta' awtorizzazzjoni u t-tipi ta' miżuri ta' protezzjoni applikati mill-ANK kif imsemmi f'Artikoli 2, 3 u 5 ta' din il-Linja Gwida. Il-BĊE għandu jirrapporta lill-Kunsill Governattiv dwar l-applikazzjoni ta' dawk ir-regoli u l-miżuri ta' protezzjoni kemm mill-ANK kif ukoll mill-BĊE.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ mill-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. L-ANK u l-BĊE għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida japplikaw ukoll għall-memri tal-korpi tagħhom li jieħdu d-deċiżjonijiet.
3. Il-BĊE u l-ANK għandhom jimmiraw sabiex, sa fejn ikun legalment fattibbli, jestendu l-obbligi ddefiniti fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida għal persuni involuti fit-twettiq ta' kompiti superviużorji li mhumiex membri tal-persunal.
Artikolu 9
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-ANK, u lill-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu taħt ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, f'kull każ inkwantu jirċievu informazzjoni statistika kunfidenzjali mis-SEBĊ.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta' Frar 2016.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-poter tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 19-22).
(3) Linja Gwida BĊE/1998/NP28 tat-22 ta' Diċembru 1998 dwar ir-regoli komuni u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal- informazzjoni statistika individwali miġbura mill-Bank Ċentrali Ewropew megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 55, 24.2.2001, p. 72).
(4) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/373 tal-5 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 64, 7.3.2015, p. 6).