ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 39

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
16 ta' Frar 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/197 tat-3 ta' Frar 2016 għar-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cochinilla de Canarias (DOP)]

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/198 tat-3 ta' Frar 2016 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Abricots rouges du Roussillon (DOP)]

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/199 tad-9 ta' Frar 2016 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mojama de Isla Cristina (IĠP)]

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/200 tal-15 ta' Frar 2016 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ għall-istituzzjonijiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

5

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/201 tal-15 ta' Frar 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

26

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/202 tat-12 ta' Frar 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-FSE mwaqqaf bil-Ftehim preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti tal-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, rigward l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/203 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE (statistika dwar infiq għall-kura tas-saħħa)

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/204 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE (ultra-wideband)

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/205 tat-12 ta' Frar 2016 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Awstrija fil-Kumitat tar-Reġjuni

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/206 tat-12 ta' Frar 2016 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Awstrija fil-Kumitat tar-Reġjuni

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/207 tal-15 ta' Frar 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/208 tal-15 ta' Frar 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/260 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem

47

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/209 tat-12 ta' Frar 2016 dwar talba ta' standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fejn jidħlu Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS) f'żoni urbani b'appoġġ għad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (notifikata bid-dokument C(2016) 808)  ( 1 )

48

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/210 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien FEŻ) għas-sena finanzjarja 2014

59

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/211 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-disa' FEŻ) għas-sena finanzjarja 2014

60

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/212 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar FEŻ) għas-sena finanzjarja 2014

61

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/213 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (il-ħdax-il FEŻ) għas-sena finanzjarja 2014

62

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenzagħall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) ( ĠU L 138, 24.5.2013 )

63

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/197

tat-3 ta' Frar 2016

għar-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cochinilla de Canarias (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Spanja biex id-denominazzjoni “Cochinilla de Canarias” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi ma saret l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Cochinilla de Canarias” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Cochinilla de Canarias” (DOP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 2.12. Il-koċineal kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 324, 2.10.2015, p. 33

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/198

tat-3 ta' Frar 2016

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Abricots rouges du Roussillon (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Abricots rouges du Roussillon” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Abricots rouges du Roussillon” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Abricots rouges du Roussillon” (DOP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati, tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 327, 3.10.2015, p. 10

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/199

tad-9 ta' Frar 2016

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mojama de Isla Cristina (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Spanja biex id-denominazzjoni “Mojama de Isla Cristina” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Mojama de Isla Cristina” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Mojama de Isla Cristina” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.7. Ħut, molluski, krustaċji friski u prodotti derivati minnhom skont l-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 323, 1.10.2015, p. 11.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/200

tal-15 ta' Frar 2016

li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ għall-istituzzjonijiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 451(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-objettiv tal-formoli għad-divulgazzjoni uniformi huwa li tingħata għajnuna sabiex tittejjeb it-trasparenza u l-komparabilità taċ-ċifri tal-proporzjon ta' ingranaġġ. Għaldaqstant, ir-regoli għad-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ mill-istituzzjonijiet li ssirilhom superviżjoni skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandhom ikunu konsistenti mal-istandards internazzjonali kif rifless fil-qafas rivedut ta' Basel III tal-proporzjon ta' ingranaġġ u fir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS, Basel Committee on Banking Supervision) adattati sabiex jikkunsidraw il-qafas regolatorju tal-Unjoni u l-ispeċifiċitajiet tiegħu, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(2)

Għall-istess raġunijiet ta' titjib tat-trasparenza u ta' komparabilità taċ-ċifri tal-proporzjon ta' ingranaġġ, huwa xieraq li waħda mill-formoli għad-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ tipprovdi rendikont tal-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, imqassam b'mod biżżejjed dettaljat biex jidentifika l-kompożizzjoni prinċipali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, kif ukoll l-iskopertura fil-karta tal-bilanċ, li normalment tkun l-akbar parti tal-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ.

(3)

L-Artikolu 429(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif emendat mir-Regolament (UE) 2015/62 (3), ma jirrikjedix aktar l-ikkalkolar tal-proporzjon ta' ingranaġġ bħala l-medja aritmetika sempliċi tal-proporzjonijiet ta' ingranaġġ ta' kull xahar fuq trimestru iżda jirrikjedi biss kalkolu fi tmiem it-trimestru. Minħabba f'hekk, ma għandux għalfejn ikun hemm aktar il-bżonn li l-awtoritajiet kompetenti jagħtu l-permess għall-ikkalkolar tal-proporzjon ta' ingranaġġ fi tmiem it-trimestru, imsemmi fl-Artikolu 499(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għaldaqstant, ma hemmx għalfejn li l-formoli għad-divulgazzjoni uniformi għad-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ jibqgħu jinkludu xi speċifikazzjoni dwar kif l-istituzzjoni tapplika l-Artikolu 499(3).

(4)

Meta, f'konformità mat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jkollhom l-obbligu li jiddivulgaw kull informazzjoni dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ fil-livell sottokonsolidat u sabiex il-piż amministrattiv jibqa' proporzjonat mal-objettivi tar-regoli dwar id-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ, ir-regoli dwar id-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ ma għandhomx jobbligaw lil dawk l-istituzzjonijiet jimlew u jippubblikaw il-formola bit-titolu “LRSpl” fil-livell sottokonsolidat. Din il-formula għad-divulgazzjoni timtela u tiġi ppubblikata b'mod obbligatorju fil-livell konsolidat u l-pubblikazzjoni tagħha fil-livell sottokonsolidat ma tipprovdi ebda valur miżjud konsiderevoli, billi diġà jingħata rendikont imqassam ulterjuri tal-kejl totali tal-iskopertura għal-livell sottokonsolidat permezz tal-mili tal-formola bit-titolu “LRCom”. Barra minn hekk, il-pubblikazzjoni tal-formola LRSpl tista' żżid piż konsiderevoli fuq l-istituzzjonijiet billi formola bħal din ma jistgħux jisiltuha faċilment mill-qafas rispettiv ta' rapportar superviżorju, li mhuwiex applikabbli fil-livell sottokonsolidat.

(5)

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni u l-metodi ta' valwazzjoni għal raġunijiet ta' kontabilità u għal finijiet regolatorji jistgħu jkunu differenti, u dan jirriżulta f'differenzi bejn l-informazzjoni użata fil-kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ u l-informazzjoni użata fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ppubblikati. Sabiex din id-diskrepanza tkun riflessa, huwa wkoll meħtieġ li tiġi ddivulgata d-differenza bejn il-valuri fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-valuri skont il-kamp ta' applikazzjoni regolatorju tal-konsolidazzjoni ta' elementi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jintużaw sabiex jiġi kkalkolat il-proporzjon ta' ingranaġġ. Għaldaqstant, rikonċiljazzjoni bejn dawn it-tnejn għandha tiġi ppreżentata wkoll f'formola.

(6)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-komparabilità tal-informazzjoni divulgata, formola uniformi u istruzzjonijiet dettaljati għandhom ukoll jiġu provduti għad-deskrizzjoni u għad-divulgazzjoni tal-proċessi li jintużaw għall-ġestjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv, u tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ matul il-perjodu li għalih jirreferi l-proporzjon ta' ingranaġġ divulgat.

(7)

L-Artikolu 451(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 beda japplika mill-1 ta' Jannar 2015. Sabiex jiġi żgurat li l-obbligu ta' divulgazzjoni tal-informazzjoni relatata mal-proporzjon ta' ingranaġġ jitwettaq mill-istituzzjonijiet b'mod effettiv u armonizzat madwar l-Unjoni mill-aktar fis, huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet ikunu obbligati li jibdew jużaw il-formoli għad-divulgazzjoni ta' informazzjoni bħal din mill-aktar data kmieni possibbli.

(8)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni Ewropea.

(9)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ u l-applikazzjoni tal-Artikolu 499(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni rilevanti rigward il-proporzjon ta' ingranaġġ u l-applikazzjoni tal-Artikolu 499(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 451(1) ta' dak ir-Regolament, billi jimlew u jippubblikaw ir-ringieli 22 u EU-23 tal-formola bit-titolu “LRCom” stabbilita fl-Anness I f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 2

Bidla fid-deċiżjoni dwar liema proporzjon ta' ingranaġġ għandu jiġi ddivulgat

1.   Meta, f'konformità mal-Artikolu 499(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jibdlu l-għażla ta' proporzjon ta' ingranaġġ li għandu jiġi ddivulgat, huma għandhom jiddivulgaw ir-rikonċiljazzjoni tal-informazzjoni dwar il-proporzjonijiet kollha ta' ingranaġġ iddivulgati sal-waqt ta' dik il-bidla billi jimlew u jippubblikaw il-formoli bit-titolu “LRSum”, “LRCom”, “LRSpl” u “LRQua” stabbiliti fl-Anness I għal kull waħda mid-dati ta' referenza li tikkorrispondi għall-proporzjonijiet ta' ingranaġġ iddivulgati sal-waqt tal-bidla.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 fl-ewwel divulgazzjoni li ssir wara l-bidla fl-għażla tal-proporzjon ta' ingranaġġ.

Artikolu 3

Rendikont imqassam tal-kejl totali tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw ir-rendikont imqassam tal-kejl totali tal-iskopertura tal-proporzjon tal-ingranaġġ, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 451(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, billi jimlew u jippubblikaw dawn it-tnejn li ġejjin:

(a)

ir-ringieli minn 1 sa EU-19b tal-formola bit-titolu “LRCom” stabbiliti fl-Anness I f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II;

(b)

ir-ringieli minn EU-1 sa EU-12 tal-formola bit-titolu “LRSpl” stabbiliti fl-Anness I f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1(b), meta l-istituzzjonijiet ikunu obbligati, skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jiddivulgaw informazzjoni fuq bażi sottokonsolidata, ma għandhomx ikunu obbligati li jimlew u jippubblikaw il-formola bit-titolu “LRSpl” tal-Anness I fuq bażi sottokonsolidata.

Artikolu 4

Rikonċiljazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji ppubblikati

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw ir-rikonċiljazzjoni tal-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ mal-informazzjoni rilevanti fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ppubblikati, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 451(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, billi jimlew u jippubblikaw il-formola bit-titolu “LRSum” stabbilita fl-Anness I f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

2.   Fil-każijiet li fihom l-istituzzjonijiet ma jippubblikawx id-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-livell tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 tal-Parti 1 tal-Anness II, huma ma għandhomx ikunu obbligati li jimlew u jippubblikaw il-formola bit-titolu “LRSum” stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 5

Divulgazzjoni tal-ammont ta' elementi fiduċjarji dekontabilizzati

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw, meta applikabbli, l-ammont ta' elementi fiduċjarji dekontabilizzati, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 451(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, billi jimlew u jippubblikaw ir-ringiela EU-24 tal-formola bit-titolu “LRCom” stabbilita fl-Anness I, f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 6

Divulgazzjoni tal-informazzjoni kwalitattiva dwar riskju ta' ingranaġġ eċċessiv u l-fatturi li jħallu impatt fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw id-deskrizzjoni tal-proċessi li jintużaw fil-ġestjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv u tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ matul il-perjodu li għalih jirreferi l-proporzjon ta' ingranaġġ divulgat, kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 451(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, billi jimlew u jippubblikaw il-formola bit-titolu “LRQua” stabbilita fl-Anness I f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2016

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/62 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proporzjon ta' ingranaġġ (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 37).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS I

Proporzjon ta' ingranaġġ tas-CRR — Formola għad-Divulgazzjoni

Data ta' referenza

 

Isem tal-entità

 

Livell ta' applikazzjoni

 


It-tabella LRSum: Sommarju tar-rikonċiljazzjoni tal-assi tal-kontabilità u l-iskoperturi tal-proporzjon ta' ingranaġġ

 

 

Ammont applikabbli

1

Assi totali skont ir-rapporti finanzjarji ppubblikati

 

2

Aġġustament għall-entitajiet li huma kkonsolidati għall-finijiet ta' kontabilità iżda jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni regolatorja

 

3

(Aġġustament għall-assi fiduċjarji rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli iżda esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013)

 

4

Aġġustamenti għall-istrumenti finanzjarji derivattivi

 

5

Aġġustament għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli (SFTs)

 

6

Aġġustament għall-elementi barra l-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-konverżjoni għal ammonti ekwivalenti għal kreditu ta' skoperturi barra l-karta tal-bilanċ)

 

EU-6a

(Aġġustament għal skoperturi intragrupp esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013)

 

EU-6b

(Aġġustament għal skoperturi esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013)

 

7

Aġġustamenti oħra

 

8

Il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ

 


It-tabella LRCom: Divulgazzjoni komuni tal-proporzjon ta' ingranaġġ

 

 

Skoperturi tal-proporzjon ta' ingranaġġ tas-CRR

L-iskoperturi fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi u l-SFTs)

1

Elementi fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi, l-SFTs u l-assi fiduċjarji, iżda bl-inklużjoni tal-kollateral)

 

2

(Ammonti tal-assi mnaqqsa għad-determinazzjoni tal-kapital tal-Grad 1)

 

3

It-total tal-iskoperturi fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi, l-SFTs u l-assi fiduċjarji) (l-ammont totali tal-linji 1 u 2)

 

L-iskoperturi tad-derivattivi

4

Kost tas-sostituzzjoni assoċjat mat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi kollha (jiġifieri nett mill-marġni eliġibbli ta' varjazzjoni fi flus)

 

5

Ammonti miżjuda għal PFE assoċjati mat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi (il-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq) kollha

 

EU-5a

Skopertura determinata skont il-Metodu ta' Skopertura Oriġinali

 

6

L-ingrossar għall-kollateral tad-derivattivi pprovdut meta mnaqqas mill-assi tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli

 

7

(Tnaqqis ta' assi riċevibbli għall-marġni ta' varjazzjoni fi flus provduti fit-tranżazzjonijiet tad-derivattivi)

 

8

(Komponent eżentat tas-CCP tal-iskoperturi ta' negozju kklirjati għall-klijenti)

 

9

Ammont nozzjonali effettiv aġġustat ta' derivattivi sottoskritti ta' kreditu

 

10

(Kumpensi nozzjonali effettivi aġġustati u tnaqqis għall-ammonti miżjuda għad-derivattivi sottoskritti ta' kreditu)

 

11

L-iskoperturi totali tad-derivattivi (it-total tal-linji minn 4 sa 10)

 

L-iskoperturi SFT

12

Assi grossi f'SFTs (mingħajr rikonoxximent tal-innettjar), wara l-aġġustamenti għat-tranżazzjonijiet kontabilizzati bħala bejgħ

 

13

(Ammonti nnettjati ta' pagabbli fi flus u ta' riċevibbli fi flus ta' assi grossi f'SFTs)

 

14

Skopertura tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għall-assi SFT

 

EU-14a

Deroga għall-SFTs L-iskopertura tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikoli 429b(4) u 222 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

 

15

Skoperturi ta' tranżazzjonijiet minn aġenti

 

EU-15a

(Komponent eżentat tas-CCP tal-iskopertura tal-SFT kklirjata għall-klijenti)

 

16

It-total tal-iskoperturi ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli (l-ammont totali tal-linji minn 12 sa 15a)

 

Skoperturi oħra barra l-karta tal-bilanċ

17

Skoperturi barra l-karta tal-bilanċ f'ammont nozzjonali gross

 

18

(Aġġustamenti għall-konverżjoni għal ammonti ekwivalenti għal kreditu)

 

19

Skoperturi oħra barra l-karta tal-bilanċ (it-total tal-linji 17 u 18)

 

L-iskoperturi eżentati f'konformità mal-Artikolu 429(7) u (14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (fil-karta tal-bilanċ u barra minnha)

EU-19a

(Skoperturi intragrupp (fuq bażi individwali) eżentati f'konformità mal-Artikolu 429(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (fil-karta tal-bilanċ u barra minnha))

 

EU-19b

(Skoperturi eżentati f'konformità mal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (fil-karta tal-bilanċ u barra minnha))

 

Il-kapital u l-kejl tal-iskopertura totali

20

Kapital tal-Grad 1

 

21

Il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ (it-total tal-linji 3, 11, 16, 19, EU-19a u EU-19b)

 

Il-proporzjon ta' ingranaġġ

22

Proporzjon ta' ingranaġġ

 

Għażla dwar l-arranġamenti tranżizzjonali u l-ammont ta' elementi fiduċjarji dekontabilizzati

EU-23

Għażla dwar l-arranġamenti tranżizzjonali għad-definizzjoni tal-kejl tal-kapital

 

EU-24

Ammont ta' elementi fiduċjarji dekontabilizzati f'konformità mal-Artikolu 429(11) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

 


It-tabella LRSpl: It-tqassim tal-iskoperturi fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi, l-SFTs u l-iskoperturi eżentati)

 

 

Skoperturi tal-proporzjon ta' ingranaġġ tas-CRR

EU-1

L-iskoperturi totali fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi, l-SFTs, u l-iskoperturi eżentati), li minnhom:

 

EU-2

L-iskoperturi tal-portafoll tan-negozjar

 

EU-3

L-iskoperturi tal-portafoll bankarju, li minnhom:

 

EU-4

Il-Bonds koperti

 

EU-5

L-iskoperturi trattati bħala sovrani

 

EU-6

L-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali, MDB, organizzazzjonijiet internazzjonali u PSE mhux trattati bħala sovrani

 

EU-7

Istituzzjonijiet

 

EU-8

Iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli

 

EU-9

L-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur

 

EU-10

Korporattivi

 

EU-11

L-iskoperturi f'inadempjenza

 

EU-12

Skoperturi oħra (pereż. ekwità, titolizzazzjoni, u assi oħra b'obbligi mhux ta' kreditu)

 

Proporzjon ta' ingranaġġ tas-CRR — Formola għad-Divulgazzjoni

It-tabella LRQua: Kaxxi tat-test b'format liberu għad-divulgazzjoni tal-elementi kwalitattivi

 

Kolonna

 

Format liberu

Ringiela

 

1

Deskrizzjoni tal-proċessi użati għall-ġestjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv

 

2

Deskrizzjoni tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ matul il-perjodu li għalih jirreferi l-proporzjon ta' ingranaġġ divulgat

 


ANNESS II

STRUZZJONIJIET SABIEX JIMTLEW IL-FORMOLI FL-ANNESS I

PARTI 1: STRUZZJONIJIET ĠENERALI

1.   Konvenzjonijiet u dejta ta' referenza

1.1.   Konvenzjonijiet

1.

In-notazzjoni ġenerali segwenti hija segwita fl-istruzzjonijiet: {Formola;Ringiela}.

2.

In-notazzjoni segwenti hija segwita meta l-istruzzjonijiet jirreferu b'mod trażversali għal ċellola/i fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014: {Anness XI SupRep;Formola;Ringiela;Kolonna}.

3.

Għall-iskop tad-divulgazzjoni tal-proporzjon ta' ingranaġġ, “li minnhom” tirreferi għal element li huwa parti mill-ġabra ta' kategorija ta' skoperturi ta' livell ogħla.

4.

Bħalma huwa l-każ għat-titoli kollha kemm huma ta' dawn ir-ringieli, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valuri fir-ringieli {LRCom;2}, {LRCom;7}, {LRCom;8}, {LRCom;10}, {LRCom;13}, {LRCom;EU-15a}, {LRCom;18}, {LRCom;EU-19a}, u {LRCom;EU-19b} bejn il-parentesi billi l-valuri ddivulgati f'dawn ir-ringieli jnaqqsu l-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ. L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li dawn il-valuri jikkontribwixxu negattivament għall-ammonti totali li għandhom jiġu ddivulgati f'{LRCom;3}, {LRCom;11}, {LRCom;16}, {LRCom;19}, u {LRCom;21}.

1.2.   Dejta ta' referenza

5.

Fiċ-ċellola “Dejta ta' referenza” l-istituzzjonijiet għandhom idaħħlu d-data li tirreferi għaliha l-informazzjoni kollha li huma jiddivulgaw fil-formoli LRSum, LRCom u LRSpl. Din id-data tkun l-aħħar jum tal-kalendarju tat-tielet xahar tat-trimestru rispettiv.

6.

Fiċ-ċellola “Isem l-entità” l-istituzzjonijiet għandhom idaħħlu l-isem tal-entità li tirreferi għaliha d-dejta pprovduta fil-formoli LRSum, LRCom, LRSpl, u LRQua.

7.

Fiċ-ċellola “Livell ta' applikazzjoni” l-istituzzjonijiet għandhom jindikaw il-livell ta' applikazzjoni li jifforma l-bażi għad-dejta provduta fil-formoli. Meta jimlew din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet għandhom jagħżlu waħda mis-segwenti:

Konsolidat

Individwali

Sottokonsolidat

1.3.   Dejta ta' referenza

8.

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness u ta' formoli relatati, jintużaw it-taqsiriet segwenti:

CRR, li hija taqsira ta' Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (Capital Requirements Regulation) u tfisser ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

SFT, li hija taqsira ta' Tranżazzjoni ta' Finanzjament tat-Titoli (Securities Financing Transaction) u tfisser “tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid, għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' prodotti, tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul u tranżazzjonijiet ta' self b'marġni” tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

PARTI 2: STRUZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-FORMOLI

2.   Il-formola LRSum: Sommarju tar-rikonċiljazzjoni tal-assi tal-kontabilità u l-iskoperturi tal-proporzjon ta' ingranaġġ

9.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-istruzzjonijiet provduti f'din it-Taqsima sabiex jimlew il-formola LRSum tal-Anness I.

 

Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet

Ringiela

 

{1}

Assi totali skont ir-rapporti finanzjarji ppubblikati

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-assi totali kif ippubblikati fir-rapporti finanzjarji skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli kif definit fl-Artikolu 4(1)(77) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

{2}

Aġġustament għall-entitajiet li huma kkonsolidati għall-finijiet ta' kontabilità iżda jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni regolatorja

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw id-differenza fil-valur bejn l-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ kif iddivulgat f'{LRSum;8} u l-assi totali tal-kontabilità kif iddivulgati f'{LRSum;1} li tirriżulta mid-differenzi bejn il-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni tal-kontabilità u l-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni regolatorja.

Jekk dan l-aġġustament iwassal għal żieda fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw dan bħala ammont pożittiv. Jekk dan l-aġġustament iwassal għal tnaqqis fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw dan bħala ammont negattiv.

{3}

(Aġġustament għall-assi fiduċjarji rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli iżda esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013)

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta' elementi fiduċjarji dekontabilizzati f'konformità mal-Artikolu 429(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Billi dan l-aġġustament inaqqas il-kejl tat-total tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ totali, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur ddivulgat f'din ir-ringiela bejn il-parentesi (li jfisser ammont negattiv).

{4}

Aġġustament għall-istrumenti finanzjarji derivattivi

Għad-derivattivi ta' kreditu u kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw id-differenza fil-valur bejn il-valur ta' kontabilità tad-derivattivi rikonoxxuti bħala assi u l-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ kif iddeterminat permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 429(4)(b), l-Artikolu 429(9) flimkien mal-Artikolu 429a, 429(11)(a) u (b) u 429(12) u mar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Jekk dan l-aġġustament iwassal għal żieda fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw dan bħala ammont pożittiv. Jekk dan l-aġġustament iwassal għal tnaqqis fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu dan l-ammont bejn il-parentesi (li jfisser ammont negattiv).

{5}

Aġġustament għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli (SFTs)

Għall-SFTs, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw id-differenza fil-valur bejn il-valur ta' kontabilità tal-SFTs rikonoxxuti bħala assi u l-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ kif iddeterminat permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 429(4)(a) u (c) flimkien mal-Artikolu 429b, l-Artikoli 429(5)(c) u (d), 429(8), 429(11)(c) — (f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Jekk dan l-aġġustament iwassal għal żieda fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw dan bħala ammont pożittiv. Jekk dan l-aġġustament iwassal għal tnaqqis fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu dan l-ammont bejn il-parentesi (li jfisser ammont negattiv).

{6}

Aġġustament għall-elementi barra l-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-konverżjoni għal ammonti ekwivalenti għal kreditu ta' skoperturi barra l-karta tal-bilanċ)

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw id-differenza fil-valur bejn l-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ kif iddivulgat f'{LRSum;8} u l-assi totali tal-kontabilità kif iddivulgati f'{LRSum;1} li tirriżulta mill-inklużjoni ta' elementi barra l-karta tal-bilanċ fil-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ.

Billi dan l-aġġustament iżid il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, għandu jiġi ddivulgat bħala ammont pożittiv.

{EU-6a}

(Aġġustament għal skoperturi intragrupp eżentati esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013)

L-Artikoli 429(7), 113(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-parti fil-karta tal-bilanċ tal-iskoperturi esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dment li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-punti minn (a) sa (e) tal-Artikolu 113(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu ssodisfati u fil-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw l-approvazzjoni tagħhom.

Billi dan l-aġġustament inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur ddivulgat f'din ir-ringiela bejn il-parentesi (li jfisser ammont negattiv).

{EU-6b}

(Aġġustament għal skoperturi esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013)

L-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-parti fil-karta tal-bilanċ tal-iskoperturi esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dment li l-kundizzjonijiet kollha stipulati fih ikunu ssodisfati u fil-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw l-approvazzjoni tagħhom.

Billi dan l-aġġustament inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valuri ddivulgati f'din ir-ringiela bejn il-parentesi (li jfisser ammont negattiv).

{7}

Aġġustamenti oħra

L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu kwalunkwe differenza li jifdal fil-valur bejn l-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ kif iddivulgat f'{LRSum;8} u l-assi totali tal-kontabilità kif iddivulgati f'{LRSum;1} li mhijiex inkluża f'{LRSum;2}, {LRSum;3}, {LRSum;4}, {LRSum;5}, {LRSum;6}, {LRSum;EU-6a}, jew {LRSum;EU-6b}. Din tista' tinkludi, pereżempju, l-ammonti tal-assi li jitnaqqsu mill-kapital tal-Grad 1 u li għaldaqstant jitnaqqsu mill-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ skont {LRCom;2}

Jekk dawn l-aġġustamenti jwasslu għal żieda fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw dan bħala ammont pożittiv. Jekk dawn l-aġġustamenti jwasslu għal tnaqqis fl-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu dan l-ammont bejn il-parentesi (li jfisser ammont negattiv).

{8}

Il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont iddivulgat f'{LRCom;21}.

3.   Il-formola LRCom: Divulgazzjoni komuni tal-proporzjon ta' ingranaġġ

10.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-istruzzjonijiet provduti f'din it-Taqsima sabiex jimlew il-formola LRCom tal-Anness I.

Ringiela

Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet

{1}

Elementi fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi, l-SFTs u l-assi fiduċjarji, iżda bl-inklużjoni tal-kollateral)

L-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-assi kollha għajr il-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-derivattivi ta' kreditu, l-SFTs u l-assi fiduċjarji f'konformità mal-Artikolu 429(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il-valwazzjoni ta' dawn l-assi fuq il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 429(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu f'din iċ-ċellola, flus riċevuti jew xi titolu li huwa pprovdut lil kontroparti permezz tal-SFTs u li jinżamm fuq il-karta tal-bilanċ (jiġifieri li l-kriterji tal-kontabilità għad-dekontabilizzar skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli ma jintlaħqux).

{2}

(Ammonti tal-assi mnaqqsa għad-determinazzjoni tal-kapital tal-Grad 1)

L-Artikolu 429(4)(a) u l-Artikolu 499(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta' aġġustamenti tal-valur regolatorju li jsiru għall-ammonti tal-Grad I f'konformità mal-għażla magħmula skont l-Artikolu 499(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif iddivulgat f'{LRCom;EU-23}.

B'mod aktar speċifiku, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valur tat-total tal-aġġustamenti kollha li għandhom fil-mira l-valur ta' ass u li huma meħtieġa minn:

l-Artikoli 32 sa 35 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew

l-Artikoli 36 sa 47 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew

l-Artikoli 56 sa 60 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013,

kif applikabbli.

Meta l-għażla li jkun iddivulgat il-kapital tal-Grad 1 issir f'konformità mal-Artikolu 499(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-eżenzjonijiet, l-alternattivi u r-rinunzji għal tali tnaqqis stipulati fl-Artikoli 48, 49 u 79 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mingħajr ma jqisu d-deroga stipulata fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titlu I tal-Parti 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Kuntrarjament, meta l-għażla li jkun iddivulgat il-kapital tal-Grad 1 issir f'konformità mal-Artikolu 499(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-eżenzjonijiet, l-alternattivi u r-rinunzji għal tali tnaqqis stipulati fl-Artikoli 48, 49 u 79 tar-REGOLAMENT (UE) 575/2013, barra li jqisu d-derogi stipulati fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titlu I tal-Parti 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Sabiex il-kalkoli doppji jiġu evitati, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jirrapportaw l-aġġustamenti li diġà jkunu ġew applikati skont l-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta jikkalkolaw l-valur tal-iskopertura fir-ringieli 1, 4 u, 12 u lanqas ma għandhom jirrapportaw kull aġġustament li ma jnaqqasx il-valur ta' ass speċifiku.

Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;3}).

{3}

L-iskoperturi totali fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi, l-SFTs, u l-assi fiduċjarji) (it-total tal-linji 1 u 2)

It-total ta' {LRCom;1} u {LRCom;2}. L-istituzzjonijiet għandhom iqisu li {LRCom;2} tikkontribwixxi negattivament għal dan it-total.

{4}

Kost tas-sostituzzjoni assoċjat mat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi kollha (jiġifieri nett mill-marġni eliġibbli ta' varjazzjoni fi flus)

L-Artikoli 274, 295, 296, 297, 298, 429a u 429a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-kost attwali tas-sostituzzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 274(1) tal-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivattivi ta' kreditu inklużi dawk li jinsabu barra l-karta tal-bilanċ. Dawn il-kostijiet tas-sostituzzjoni jkunu netti mill-marġni eliġibbli ta' varjazzjoni fi flus f'konformità mal-Artikolu 429a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi kull marġni ta' varjazzjoni fi flus li jiġi riċevut fuq komponent eżentat tas-CCP f'konformità mal-Artikolu 429(11) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandux jiġi inkluż.

Kif iddeterminat mill-Artikolu 429a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu l-effetti ta' kuntratti ta' novazzjoni u ftehimiet oħrajn ta' nnettjar f'konformità mal-Artikolu 295 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-innettjar bejn il-prodotti ma japplikax. Madankollu, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumpensaw il-kategorija tal-prodotti msemmija fil-punt (25)(c) tal-Artikolu 272 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivattivi ta' kreditu meta jkunu soġġetti għall-ftehim kontrattwali ta' nnettjar bejn il-prodotti msemmi fl-Artikolu 295(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu d-derivattivi ta' kreditu kollha, mhux biss dawk fil-portafoll tan-negozjar.

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu kuntratti mkejla permezz tal-applikazzjoni tal-Metodu ta' Skopertura Oriġinali f'konformità mal-Artikoli 429a(8) u 275 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

{5}

Ammont miżjud għal PFE assoċjat mat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi kollha (il-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq)

L-Artikoli 274, 295, 296, 297, 298, 299(2) u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont miżjud għall-iskoperturi futuri potenzjali tal-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-derivattivi ta' kreditu inklużi dawk li jinsabu barra l-karta tal-bilanċ ikkalkolati f'konformità mal-Metodu ta' Valwazzjoni skont is-suq (l-Artikolu 274 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 299(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għad-derivattivi ta' kreditu) u li japplikaw ir-regoli ta' nnettjar f'konformità mal-Artikolu 429a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk il-kuntratti, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu l-effetti ta' kuntratti ta' novazzjoni u ftehimiet oħrajn ta' nnettjar f'konformità mal-Artikolu 295 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-innettjar bejn il-prodotti ma japplikax. Madankollu, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumpensaw il-kategorija tal-prodotti msemmija fil-punt (25)(c) tal-Artikolu 272 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivattivi ta' kreditu meta jkunu soġġetti għall-ftehim kontrattwali ta' nnettjar bejn il-prodotti msemmi fl-Artikolu 295(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

F'konformità mal-Artikolu 429a(1), is-sottoparagrafu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta jiddeterminaw l-iskopertura ta' kreditu futuri potenzjali tad-derivattivi ta' kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 299(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għad-derivattivi ta' kreditu kollha tagħhom, u mhux biss għal dawk assenjati għall-portafoll tan-negozjar.

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu kuntratti mkejla permezz tal-applikazzjoni tal-Metodu ta' Skopertura Oriġinali f'konformità mal-Artikoli 429a(8) u 275 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

{EU-5a}

Skopertura ddeterminata skont il-Metodu ta' Skopertura Oriġinali

L-Artikoli 429a(8) u 275 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-kejl tal-iskopertura tal-kuntratti elenkati fil-punti 1 u 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikkalkulat f'konformità mal-Metodu ta' Skopertura Oriġinali stabbilit fl-Artikolu 275 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-istituzzjonijiet li japplikaw il-Metodu ta' Skopertura Oriġinali ma għandhomx inaqqsu l-kejl tal-iskopertura bl-ammont ta' marġni ta' varjazzjoni riċevut fi flus f'konformità mal-Artikolu 429a(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-istituzzjonijiet li ma jużawx il-Metodu ta' Skopertura Oriġinali ma għandhomx jirrapportawx din iċ-ċellola.

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu kuntratti mkejla permezz tal-applikazzjoni tal-Metodu ta' Skopertura Oriġinali f'konformità mal-Artikoli 429(1) u 274 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

{6}

L-ingrossar għall-kollateral tad-derivattivi pprovdut meta mnaqqas mill-assi tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli

L-Artikolu 429(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta' kull kollateral tad-derivattivi pprovdut meta l-allokazzjoni ta' dak il-kollateral tnaqqas l-ammont ta' assi skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 429a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu l-marġni inizjali għat-tranżazzjoni tad-derivattivi kklirjati għall-klijenti b'CCP li jikkwalifika (QCCP) jew marġni eliġibbli ta' varjazzjoni fi flus, kif definit fl-Artikolu 429a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

{7}

(Tnaqqis ta' assi riċevibbli għall-marġni ta' varjazzjoni fi flus provduti fit-tranżazzjonijiet tad-derivattivi)

L-Artikolu 429a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-assi riċevibbli għall-marġni ta' varjazzjoni mħallas fi flus lill-kontroparti fi tranżazzjonijiet ta' derivattivi jekk l-istituzzjoni tkun meħtieġa, skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli, li tirrikonoxxi dawn l-assi riċevibbli bħala ass, dment li l-kundizzjonijiet fil-punti minn (a) sa (e) tal-Artikolu 429a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu ssodisfati.

L-ammont iddivulgat għandu wkoll ikun inkluż f'{LRCom;1}.

Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;11}).

{8}

(Il-komponent eżentat tas-CCP tal-iskoperturi ta' negozju kklirjati għall-klijenti)

L-Artikolu 429(11) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-iskoperturi ta' negozju lejn QCCP eżentati minn tranżazzjonijiet ta' derivattivi kklirjati għall-klijenti, dment li dawk l-elementi jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 306(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-parti tal-ammont imsemmi hawn fuq li hija assoċjata mal-kost tas-sostituzzjoni għandha tiġi ddivulgata grossa mill-marġni ta' varjazzjoni fi flus.

L-ammont iddivulgat għandu wkoll ikun inkluż, b'mod korrispondenti, fi: {LRCom;1}, {LRCom;4}, {LRCom;5}, u {LRCom;EU-5a}.

Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;11}).

{9}

Ammont nozzjonali effettiv aġġustat ta' derivattivi sottoskritti ta' kreditu

L-Artikoli 429a minn (5) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valur nozzjonali limitat ta' derivattivi sottoskritti ta' kreditu (jiġifieri meta l-istituzzjoni tkun il-fornitriċi ta' protezzjoni kreditizja lil kontroparti) kif stabbilit fl-Artikolu 429a minn (5) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

{10}

(Kumpensi nozzjonali effettivi aġġustati u tnaqqis għall-ammonti miżjuda għad-derivattivi sottoskritti ta' kreditu)

L-Artikoli 429a minn (5) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valur nozzjonali limitat ta' derivattivi akkwistati ta' kreditu (jiġifieri meta l-istituzzjoni tkun ix-xerrejja ta' protezzjoni kreditizja mingħand kontroparti) taħt l-istess ismijiet ta' referenza bħal dawk id-derivattivi ta' kreditu sottoskritti mill-istituzzjoni, f'dawk il-każijiet li fihom il-maturità li jifdal tal-protezzjoni akkwistata tkun daqs il-maturità li jifdal tal-protezzjoni mibjugħa jew tkun akbar minnha. Għaldaqstant, il-valur ma jkunx akbar mill-valur li jkun iddaħħal f'{LRCom;9} għal kull isem ta' referenza.

Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;11}).

{11}

L-iskoperturi totali tad-derivattivi (it-total tal-linji minn 4 sa 10)

It-total ta' {LRCom;4}, {LRCom;5}, {LRCom;EU-5a}, {LRCom;6}, {LRCom;7}, {LRCom;8}, {LRCom;9} u {LRCom;10}. L-istituzzjonijiet għandhom iqisu li {LRCom;7}, {LRCom;8}, u {LRCom;10} jikkontribwixxu negattivament għal dan it-total.

{12}

Assi grossi f'SFTs (mingħajr rikonoxximent tal-innettjar), wara l-aġġustamenti għat-tranżazzjonijiet kontabilizzati bħala bejgħ

L-Artikoli 4(1)(77), 206 u 429b(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli tal-SFTs li huma kemm koperti kif ukoll mhux koperti minn ftehim prinċipali ta' nnettjar eliġibbli skont l-Artikolu 206 tar-Regolament 575/2013 fil-każijiet li fihom il-kuntratti huma rikonoxxuti bħala assi fil-karta tal-bilanċ li ma jassumu l-ebda nnettjar prudenzjali jew kontabilistiku jew effetti ta' mitigazzjoni tar-riskju (jiġifieri l-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ aġġustat għall-effetti ta' nnettjar kontabilistiku jew mitigazzjoni tar-riskju).

Barra minn hekk, meta SFT tiġi kontabilizzata bħala bejgħ skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli, l-istituzzjonijiet għandhom ireġġgħu lura kull entrata ta' kontabilità relatata ma' bejgħ f'konformità mal-Artikolu 429b(5) tar-Regolament Nru 575/2013.

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu flus riċevuti jew xi titolu li huwa pprovdut lil kontroparti permezz tat-tranżazzjonijiet imsemmijin iktar 'il fuq u li jinżamm fuq il-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-kriterji ta' kontabilità għad-dekontabilizzar ma jiġux issodisfati).

{13}

(Ammonti nnettjati ta' pagabbli fi flus u ta' riċevibbli fi flus ta' assi grossi f'SFTs)

L-Artikoli 4(1)(77), 206, 429(5)(d), 429(8) u 429b(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta' pagabbli fi flus ta' assi grossi f'SFTs li ġew innettjati f'konformità mal-Artikolu 429(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;16}).

{14}

Skopertura tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għall-assi SFT

L-Artikolu 429b(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont miżjud għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti tal-SFTs inklużi dawk li ma jinsabux fil-karta tal-bilanċ iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 429b(2) jew (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli.

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu tranżazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 429b(6)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu SFTs minn aġenti li fihom l-istituzzjoni tipprovdi indennizz jew garanzija lil klijent jew kontroparti limitat(a) għal kull differenza bejn il-valur tat-titolu jew tal-flus li l-klijent ikun silef u l-valur tal-kollateral li l-mutwatarju jkun ipprovda f'konformità mal-Artikolu 429b(6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-istituzzjonijiet għandhom minflok jinkludu dawk l-elementi f'{LRCom;15}.

{EU-14a}

Deroga għall-SFTs: L-iskopertura tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikoli 429b(4) u 222 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-Artikoli 429b(4) u 222 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont miżjud għall-SFTs inklużi dawk li ma jinsabux fil-karta tal-bilanċ iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 222 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, soġġett għal-limitu minimu ta' 20 % għall-ponderazzjoni applikabbli tar-riskju.

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu tranżazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 429b(6)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu tranżazzjonijiet li għalihom il-parti miżjuda tal-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ hija ddeterminat f'konformità mal-metodu definit fl-Artikolu 429b(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

{15}

Skoperturi ta' tranżazzjonijiet minn aġenti

L-Artikoli 429b, (2), (3) u (6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valur tal-iskopertura għall-SFTs minn aġenti li fihom l-istituzzjoni tipprovdi indennizz jew garanzija lil klijent jew kontroparti limitat(a) għal kull differenza bejn il-valur tat-titolu jew tal-flus li l-klijent ikun silef u l-valur tal-kollateral li l-mutwatarju jkun ipprovda f'konformità mal-Artikolu 429b(6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jikkonsisti biss mill-ammont miżjud ddeterminat f'konformità mal-Artikolu 429b(2) jew (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli.

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu tranżazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 429b(6)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

{EU-15a}

(Il-komponent eżentat tas-CCP tal-iskopertura tal-SFT ikklirjata għall-klijenti)

L-Artikoli 429(11) u 306(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-komponent eżentat tas-CCP tal-iskoperturi ta' negozju tal-SFT kklirjati għall-klijenti, dment li dawk l-elementi jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 306(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Fil-każijiet li fihom il-komponent eżentat tas-CCP ikun titolu, dan ma għandux ikun inkluż f'din iċ-ċellola sakemm ma jkunx titolu mirħun li skont il-qafas ta' kontabilità applikabbli (jiġifieri f'konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 111(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013) ikun inkluż bil-valur sħiħ tiegħu.

Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;16}).

{16}

L-iskoperturi totali tal-SFTs (it-total tal-linji minn 12 sa 15a)

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total ta' {LRCom; 12}, {LRCom;EU-12a}, {LRCom;13}, {LRCom;14}, {LRCom;15} u {LRCom;EU-15a}.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu li {LRCom;13} u {LRCom;EU-15a} jikkontribwixxu negattivament għal dan it-total.

{17}

L-iskoperturi barra l-karta tal-bilanċ f'ammont nozzjonali gross

L-Artikolu 429(10) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-valur nominali ta' entrati barra l-karta tal-bilanċ kif definiti fl-Artikolu 429(10) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, qabel ma jsir kwalunkwe aġġustament minħabba fatturi ta' konverżjoni.

{18}

(Aġġustamenti għall-konverżjoni għal ammonti ekwivalenti għal kreditu)

L-Artikolu 429(10) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu d-differenza fil-valur bejn il-valur nominali tal-elementi barra l-karta tal-bilanċ kif iddivulgati f'{LRCom;17} u l-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ tal-elementi barra l-karta tal-bilanċ kif inkluż f'{LRCom;19}.

Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, il-valur iddivulgat f'din iċ-ċellola jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;19}.

{19}

Skoperturi oħra barra l-karta tal-bilanċ (it-total tal-linji 17 u 18)

L-Artikoli 429(10), 111(1) u 166(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valuri tal-iskopertura tal-proporzjon tal-ingranaġġ għall-elementi barra mill-karta tal-bilanċ iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 429(10) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 filwaqt li jqisu l-fatturi ta' konverżjoni rilevanti.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu li {LRCom;18} tikkontribwixxi negattivament għal dan it-total.

{EU-19a}

(Skoperturi intragrupp (fuq bażi individwali) eżentati f'konformità mal-Artikolu 429(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (fil-karta tal-bilanċ u barra minnha))

L-Artikoli 429(7) u 113(6)tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-iskoperturi li ma jkunux ġew ikkonsolidati fil-livell applikabbli ta' konsolidazzjoni, li jistgħu jibbenefikaw mit-trattament stipulat fl-Artikolu 113(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dment li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-punti minn (a) sa (e) tal-Artiklu 113(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu ssodisfati u fil-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw l-approvazzjoni tagħhom.

L-ammont iddivulgat irid ukoll jiġi inkluż fiċ-ċelloli applikabbli aktar 'il fuq bħallikieku l-ebda eżenzjoni ma kienet tapplika.

Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;21}).

{EU-19b}

(Skoperturi eżentati f'konformità mal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (fil-karta tal-bilanċ u barra minnha))

L-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-iskoperturi esklużi f'konformità mal-Artikolu 429(14) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dment li l-kundizzjonijiet kollha stipulati fih ikunu ssodisfati u fil-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw l-approvazzjoni tagħhom.

L-ammont iddivulgat irid ukoll jiġi inkluż fiċ-ċelloli applikabbli aktar 'il fuq bħallikieku l-ebda eżenzjoni ma kienet tapplika.

Billi dan inaqqas il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ, l-istituzzjonijiet għandhom iqiegħdu l-valur f'din iċ-ċellola bejn il-parentesi (li jfisser li dan se jikkontribwixxi negattivament għat-total li għandu jiġi ddivulgat f'{LRCom;21}).

{20}

Il-kapital tal-Grad 1

L-Artikoli 429(3) u 499(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta' kapital tal-Grad I ikkalkulat f'konformità mal-għażla magħmula mill-istituzzjoni skont l-Artikolu 499(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif iddivulgat f'{LRCom;EU-23}.

B'mod aktar speċifiku, meta l-istituzzjoni tkun għażlet li tiddivulga l-kapital tal-Grad 1 issir f'konformità mal-Artikolu 499(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, din għandha tiddivulga l-ammont ta' kapital tal-Grad I kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mingħajr ma titqies id-deroga stipulata fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titlu I tal-Parti 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Kuntrarjament, meta l-istituzzjoni tkun għażlet li tiddivulga l-kapital tal-Grad 1 f'konformità mal-Artikolu 499(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, din għandha tiddivulga l-ammont ta' kapital tal-Grad I kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, wara li jitqiesu d-derogi stipulati fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titlu I tal-Parti 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

{21}

Il-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ (it-total tal-linji 3, 11, 16, 19, EU-19a u EU-19b)

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total ta' {LRCom;3}, {LRCom;11}, {LRCom;16}, {LRCom;19}, {LRCom;EU-19a} u {LRCom;EU-19b}.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu li {LRCom;EU-19a} u {LRCom;EU-19b} jikkontribwixxu negattivament għal dan it-total.

{22}

Proporzjon ta' ingranaġġ

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw {LRCom;20} diviża b'{LRCom;21} mogħtija bħala perċentwali.

{EU-23}

Għażla dwar l-arranġamenti tranżizzjonali għad-definizzjoni tal-kejl tal-kapital

L-Artikolu 499(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jispeċifikaw l-għażla tagħhom rigward l-arranġamenti tranżizzjonali għall-kapital għall-fini tar-rekwiżit ta' divulgazzjoni billi jiddivulgaw waħda miż-żewġ indikazzjonijiet segwenti:

“Introdott b'mod gradwali kompletament” jekk l-istituzzjoni tagħżel li tiddivulga l-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 499(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

“Tranżizzjonali” jekk l-istituzzjoni tagħżel li tiddivulga l-proporzjon ta' ingranaġġ f'konformità mal-Artikolu 499(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

{EU-24}

Ammont ta' elementi fiduċjarji dekontabilizzati f'konformità mal-Artikolu 429(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta' elementi fiduċjarji dekontabilizzati f'konformità mal-Artikolu 429(13) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.   Il-formola LRSpl: It-tqassim tal-iskoperturi fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi u l-SFTs)

11.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-istruzzjonijiet provduti f'din it-Taqsima sabiex jimlew il-formola LRSpl tal-Anness I.

 

Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet

Ringiela

 

{EU-1}

L-iskoperturi totali fil-karta tal-bilanċ (esklużi d-derivattivi u l-SFTs), li minnhom:

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total ta' {LRSpl;EU-2} u {LRSpl;EU-3}.

{EU-2}

L-iskoperturi tal-portafoll tan-negozjar

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;070;010}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali tal-assi li jappartjenu għall-portafoll tan-negozjar esklużi d-derivattivi u l-SFTs.

{EU-3}

L-iskoperturi tal-portafoll bankarju, li minnhom:

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total ta' {LRSpl;EU-4}, {LRSpl;EU-5}, {LRSpl;EU-6}, {LRSpl;EU-7}, {LRSpl;EU-8}, {LRSpl;EU-9}, {LRSpl;EU-10}, {LRSpl;EU-11} u {LRSpl;EU-12}.

{EU-4}

Il-Bonds koperti

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;080;010} u {LR4;080;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali tal-assi li jinsabu fl-għamla ta' bonds koperti.

{EU-5}

L-iskoperturi trattati bħala sovrani

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;090;010} u {LR4;090;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali fil-konfront ta' entitajiet li huma trattati bħala sovrani skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

{EU-6}

L-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali, MDB, organizzazzjonijiet internazzjonali u PSE mhux trattati bħala sovrani

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;140;010} u {LR4;140;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali għall-gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, banek multilaterali tal-iżvilupp, organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet tas-settur pubbliku li mhumiex trattati bħala sovrani skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

{EU-7}

Istituzzjonijiet

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;180;010} u {LR4;180;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi fil-konfront ta' istituzzjonijiet.

{EU-8}

Iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;190;010} u {LR4;190;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura tal-assi li huma skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli.

{EU-9}

L-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;210;010} u {LR4;210;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali tal-assi li huma skopertura fil-livell tal-konsumatur.

{EU-10}

Korporattivi

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;230;010} u {LR4;230;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali tal-assi li huma skopertura korporattiva (jiġifieri finanzjarja u mhux finanzjarja).

{EU-11}

L-iskoperturi f'inadempjenza

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;280;010} u {LR4;280;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali tal-assi li jinsabu f'inadempjenza.

{EU-12}

Skoperturi oħra (pereż. ekwità, titolizzazzjonijiet, u assi oħra b'obbligi mhux ta' kreditu)

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw it-total tal-iskoperturi kif definiti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 {LR4;290;010} u {LR4;290;020}, li huwa l-valur tal-iskopertura totali ta' skoperturi oħra tal-portafoll mhux tan-negozjar (pereż. ekwità, titolizzazzjonijiet, u assi oħra b'obbligi mhux ta' kreditu) skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu assi li jitnaqqsu fl-iddeterminar tal-kapital tal-Grad 1 u li għalhekk huma ddivulgati f'{LRCom;2} sakemm dawn l-assi ma jkunux inklużi f'{LRSpl;EU-2} sa {LRSpl;EU-12}.

5.   Il-formola LRQua: Kaxxi tat-test b'format liberu għad-divulgazzjoni tal-elementi kwalitattivi

12.

L-istituzzjonijiet għandhom jimlew il-formola LRQua tal-Anness I billi japplikaw is-segwenti.

 

Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet

Ringiela

 

{1}

Deskrizzjoni tal-proċessi użati għall-ġestjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv

L-Artikolu 451(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

“Deskrizzjoni tal-proċessi użati għall-ġestjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv” tinkludi kull informazzjoni rilevanti dwar:

(a)

il-proċeduri u r-riżorsi użati għall-valutazzjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv;

(b)

l-għodod kwantitattivi, jekk ikun hemm, użati għall-valutazzjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv inklużi dettalji dwar miri interni potenzjali u dwar jekk hux qegħdin jintużaw indikaturi oħrajn apparti l-proporzjon ta' ingranaġġ tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

il-modi ta' kif id-diskrepanzi fil-maturità u l-aggravar tal-assi jitqiesu fil-ġestjoni tar-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv;

(d)

il-proċessi għar-reazzjonijiet għal bidliet fil-proporzjon ta' ingranaġġ, inklużi proċessi u skedi ta' żmien għal żieda potenzjali tal-kapital tal-Grad 1 sabiex ir-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv ikun ġestit; jew proċessi u skedi ta' żmien għall-aġġustament tad-denominatur tal-proporzjon ta' ingranaġġ (il-kejl tal-iskopertura totali) sabiex ir-riskju ta' ingranaġġ eċċessiv ikun ġestit.

{2}

Deskrizzjoni tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ matul il-perjodu li għalih jirreferi l-proporzjon ta' ingranaġġ divulgat

L-Artikolu 451(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

“Deskrizzjoni tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ matul il-perjodu li għalih jirreferi l-proporzjon ta' ingranaġġ divulgat” tinkludi kull informazzjoni materjali dwar:

(a)

il-kwantifikazzjoni tal-bidla fil-proporzjon ta' ingranaġġ mid-data ta' referenza tad-divulgazzjoni preċedenti

(b)

l-aġenti ewlenin tal-proporzjon ta' ingranaġġ mid-data ta' referenza tad-divulgazzjoni preċedenti b'kummenti ta' spjegazzjoni dwar:

(1)

in-natura tal-bidla u dwar jekk kinitx bidla fin-numeratur tal-proporzjon, fid-denominatur tal-proporzjon jew fit-tnejn;

(2)

jekk irriżultatx minn deċiżjoni strateġika interna u, meta dan ikun il-każ, jekk din id-deċiżjoni strateġika kinitx tirrigwarda direttament il-proporzjon ta' ingranaġġ jew jekk kellhiex impatt indirett biss fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ;

(3)

l-aktar fatturi esterni sinifikanti relatati mal-ambjenti ekonomiċi u finanzjarji li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' ingranaġġ.


16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/201

tal-15 ta' Frar 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

86,9

IL

236,2

MA

94,9

TR

99,2

ZZ

129,3

0707 00 05

MA

84,6

TR

174,3

ZZ

129,5

0709 93 10

MA

37,9

TR

160,6

ZZ

99,3

0805 10 20

BR

63,2

EG

46,6

IL

113,9

MA

61,6

TN

52,4

TR

60,1

ZZ

66,3

0805 20 10

IL

124,0

MA

89,9

TR

84,6

ZZ

99,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

69,8

IL

149,6

MA

143,0

TR

50,4

ZZ

103,2

0805 50 10

IL

106,9

MA

89,2

TR

97,9

ZZ

98,0

0808 10 80

CA

138,9

CL

93,0

US

153,9

ZZ

128,6

0808 30 90

CL

233,5

CN

78,4

ZA

100,1

ZZ

137,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/202

tat-12 ta' Frar 2016

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-FSE mwaqqaf bil-Ftehim preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti tal-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, rigward l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/152/KE tal-20 ta' Novembru 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda u l-Parti Afrika Ċentrali, fuq in-naħa l-oħra (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim”), ġie ffirmat fil-15 ta' Jannar 2009 u beda japplika b'mod proviżorju mill-4 ta' Awwissu 2014.

(2)

L-Artikolu 92 tal-Ftehim iwaqqaf Kumitat tal-FSE, li għandu jkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-Ftehim u mit-twettiq ta' kull kompitu msemmi fih.

(3)

L-Artikolu 92 tal-Ftehim jipprevedi li l-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-kompożizzjoni, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Kumitat tal-FSE.

(4)

L-Unjoni Ewropea għandha tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tal-FSE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjonifil-Kumitat tal-FSE mwaqqaf bil-Ftehim preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti tal-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, rigward l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat tal-FSE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Emendi minuri għall-abbozz ta' Deċiżjoni, li ma jinvolvux xi modifika sostanzjali, għandhom jiġu awtorizzati mingħajr deċiżjoni ġdida tal-Kunsill.

Artikolu 2

Wara li tiġi adottata, id-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-FSE għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  ĠU L 57, 28.2.2009, p. 1.


ABBOZZ TA'

DEĊIŻJONI Nru …/2015 TAL-KUMITAT TAL-FSE

mwaqqaf bil-Ftehim preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti tal-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra,

ta' …

rigward l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu

IL-KUMITAT TAL-FSE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti tal-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”), iffirmat fi Brussell, fil-15 ta' Jannar 2009, u applikat b'mod proviżorju mill-4 ta' Awwissu 2014, u b'mod partikolari l-Artikolu 92 tiegħu,

Billi:

(1)

Taħt it-termini tal-Ftehim u ta' din id-Deċiżjoni, il-Parti tal-Afrika Ċentrali hija komposta mir-Repubblika tal-Kamerun.

(2)

Il-Ftehim jipprevedi li l-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-kompożizzjoni, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Kumitat tal-FSE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tal-FSE huma stabbiliti kif indikat fl-Anness.

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura huma mingħajr preġudizzju għar-regoli speċjali previsti fil-Ftehim jew li jistgħu jiġu deċiżi mill-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mal-iffirmar tagħha.

Magħmul fi …, …

Għar-Repubblika tal-Kamerun

Għall-Unjoni Ewropea


ANNESS

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT TAL-FSE

mwaqqaf bil-Ftehim preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti tal-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kompiti tal-Kumitat tal-FSE

Il-Kumitat tal-FSE għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tal-oqsma kollha koperti mill-Ftehim u għat-twettiq tal-kompiti kollha msemmija f'dan il-Ftehim.

B'mod partikolari, il-Kumitat tal-FSE għandu:

(1)

Fil-qasam tal-kummerċ:

(a)

jissorvelja u jiżgura l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretta tal-Ftehim. Għal dan il-fini, hu għandu jeżamina u jirrakkomanda l-oqsma prijoritarji għall-kooperazzjoni;

(b)

jevalwa r-riżultati miksuba fil-qafas tal-Ftehim u li jaħdem, jekk ikun il-każ, sabiex l-Ftehim jittejjeb;

(c)

jieħu kull azzjoni bil-għan li jevita t-tilwim u/jew li jirrisolvi t-tilwim li jirriżulta minn interpretazzjoni jew applikazzjoni tal-Ftehim;

(d)

isegwi l-evoluzzjoni tal-integrazzjoni reġjonali u tar-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn il-Partijiet;

(e)

isegwi u jevalwa l-impatt tal-implimentazzjoni tal-Ftehim fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-Partijiet;

(f)

jiddiskuti u jieħu kull azzjoni li jkollha bħala effett il-promozzjoni tal-kummerċ, tal-investiment u tal-opportunitajiet ta' negozju bejn il-Partijiet;

(g)

jiddiskuti kull suġġett rilevanti tal-Ftehim u kull suġġett ieħor li jista' jikkomprometti l-ilħuq tal-objettivi tiegħu.

(2)

Fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp:

(a)

jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kooperazzjoni għall-iżvilupp li jaqgħu fi-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim;

(b)

isegwi u jikkoordina flimkien mal-isħab l-oħrajn l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kooperazzjoni previsti fil-Ftehim;

(c)

jeżamina perjodikament il-prijoritajiet ta' kooperazzjoni stabbiliti fil-Ftehim u, meta jkun il-każ, jifformula rakkomandazzjonijiet dwar l-inklużjoni ta' prijoritajiet ġodda;

(d)

jiggarantixxi l-implimentazzjoni tad-Dokument Konġunt ta' Gwida anness mal-Ftehim.

KAPITOLU II

ORGANIZZAZZJONI

Artikolu 2

Kompożizzjoniu Presidenza

1.   Il-Kumitat tal-FSE għandu jkun kompost, min-naħa, minn rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, minn rappreżentanti tar-Repubblika tal-Kamerun, fil-livell ministerjali jew f'dak ta' uffiċjali pubbliċi għoljin.

2.   Ir-referenza f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għal “Partijiet” għandha tikkorrispondi mad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 95 tal-Ftehim.

3.   Il-Presidenza tal-Kumitat għandha tiġi eżerċitata, skont sistema ta' rotazzjoni, għal perjodi ta' 12-il xahar, minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u minn rappreżentant tal-Repubblika tal-Kamerun. Il-mandat li jikkorrispondi għall-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat tal-FSE u jintemm fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' wara. L-ewwel presidenza għandha tkun dik ta' rappreżentant tar-Repubblika tal-Kamerun.

Artikolu 3

Osservaturi

1.   Rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika u Monetarja tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (CEMAC) u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS) għandhom ikunu mistiedna jieħdu sehem fil-laqgħat kollha tal-Kumitat tal-FSE bħala osservaturi.

2.   Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jistiednu għal-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE, bħala osservaturi, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tas-settur privat, kif ukoll esperti jew kull persuna oħra li jagħżlu huma.

3.   Il-Kumitat tal-FSE jista' jiddeċiedi li jagħlaq għall-osservaturi kwalunkwe parti ta' laqgħa li matulha jkunu qegħdin jiġu trattati kwistjonijiet sensittivi u waqt it-teħid ta' deċiżjoni tal-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 4

Segretarjat

Is-Segretarjat tal-Kumitat tal-FSE għandu jiġi eżerċitat, skont sistema ta' rotazzjoni ta' perjodi ta' 12-il xahar, mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Kamerun. Dawn il-perjodi għandhom jikkoinċidu mal-eżerċizzju alternat tal-Presidenza tal-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 5

Sottokumitati

Sabiex jeżerċita s-setgħat tiegħu b'mod effettiv, il-Kumitat tal-FSE jista' jikkostitwixxi, taħt l-awtorità tiegħu, sottokumitati responsabbli għal kwistjonijiet speċifiċi rilevanti tal-Ftehim. Għal dan l-għan, il-Kumitat tal-FSE għandu jiddetermina l-kompożizzjoniu l-kompiti ta' tali sottokumitati.

KAPITOLU III

FUNZJONAMENT

Artikolu 6

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kumitat tal-FSE għandu jadotta d-deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tiegħu permezz ta' kunsens.

2.   Il-Kumitat tal-FSE jista' jiddeċiedi li jressaq kull kwistjoni ġenerali li tirriżulta mill-Ftehim u li tkun ta' interess komun għall-Istati tal-AKP u għall-Unjoni Ewropea lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, definit fl-Artikolu 15 tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim ta' Cotonou”).

3.   Bejn il-laqgħat, il-Kumitat jista', jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu dwar dan, jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub. Proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn il-Partijiet.

4.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-FSE għandhom ikunu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” u warajhom ikollhom in-numru ta' sekwenza, id-data tal-adozzjoni tagħhom u indikazzjoni tas-suġġett tagħhom. Kull deċiżjoni għandha tispeċifika d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

5.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat tal-FSE għandhom jiġu awtentikati minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea f'isem l-Unjoni Ewropea u minn rappreżentant tar-Repubblika tal-Kamerun.

6.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Partijiet bħala dokumenti tal-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 7

Korrispondenza

1.   Kull korrispondenza indirizzata lill-Kumitat tal-FSE għandha tintbagħat lis-Segretarjat tiegħu.

2.   Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat tal-FSE tintbagħat lill-Presidenza tal-Kumitat u, jekk ikun il-każ, li tiġi ċċirkolata lill-punt fokali ta' kull Parti, kif definit fl-Artikolu 92 tal-Ftehim, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 10 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

3.   Il-korrispondenza mill-Presidenza tal-Kumitat tal-FSE għandha tintbagħat lill-punt fokali ta' kull Parti mis-Segretarjat u, jekk ikun il-każ, tiġi ċċirkolata bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 10 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura lill-membri l-oħra tal-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 8

Laqgħat

1.   Il-Kumitat tal-FSE għandu jiltaqa' f'intervalli regolari, li ma jaqbżux perjodu ta' sena, u għandu jkollu laqgħat straordinarji kull meta jkun meħtieġ minħabba ċ-ċirkostanzi, jekk il-Partijiet jaqblu dwar dan.

2.   Kull laqgħa tal-Kumitat tal-FSE għandha ssir f'post u f'data li jiġu deċiżi bejn il-Partijiet.

3.   Il-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE għandhom jissejħu mill-Parti li jkollha l-Presidenza, wara li tikkonsulta mal-Parti l-oħra.

4.   Kull avviż ta' laqgħa għandu jintbagħat lill-parteċipanti mhux aktar tard minn 15-il jum qabel kull laqgħa.

Artikolu 9

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Presidenza tal-Kumitat tal-FSE għandha tiġi informata bil-kompożizzjoniprevista tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tar-Repubblika tal-Kamerun u ta' osservaturi eventwali.

Artikolu 10

Dokumentazzjoni

Meta d-deliberazzjonijiet tal-Kumitat tal-FSE jkunu bbażati fuq dokumenti ta' sostenn bil-miktub, dawn id-dokumenti għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati bħala dokumenti tal-Kumitat tal-FSE mis-Segretarjat mhux aktar tard minn 14-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

Artikolu 11

Aġendi għal-laqgħat

1.   Is-Segretarjat tal-Kumitat tal-FSE għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. Din għandha tintbagħat mis-Segretarjat tal-Kumitat tal-FSE lill-punt fokali ta' kull Parti mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

2.   L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li dwarhom tkun saret talba għall-inklużjoni lis-Segretarjat minn tal-anqas 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm tali punti ma jistgħux jiddaħħlu fl-aġenda proviżorja sakemm id-dokumenti rilevanti ta' sostenn ma jaslux għand is-Segretarjat sa mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-imsemmija aġenda proviżorja.

3.   Il-Kumitat tal-FSE għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta' kull laqgħa. Punti li mhumiex dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jistgħu jiddaħħlu fl-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu dwar dan.

4.   Il-Presidenza tal-Kumitat tal-FSE, bi qbil mal-Partijiet, tista' tistieden esperti biex jattendu l-laqgħat tal-Kumitat sabiex jipprovdu tagħrif dwar suġġetti speċifiċi.

5.   Bi qbil tal-Partijiet, is-Segretarjat jista' jqassar il-limiti ta' żmien stipulati fil-paragrafi 1 u 2 sabiex jiġi kkunsidrati l-ħtiġijiet ta' xi każ partikolari.

Artikolu 12

Minuti

1.   Fit-tmien ta' kull laqgħa, għandu jitħejja sommarju tal-konklużjonijiet li jiġi ffirmat mill-membri kollha tal-Kumitat tal-FSE.

2.   Is-Segretarjat għandu jifformula abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa fi żmien massimu ta' xahar.

3.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jiddeskrivu fil-qosor kull punt fuq l-aġenda, u jispeċifikaw fejn applikabbli:

(a)

id-dokumenti kollha li tressqu lill-Kumitat tal-FSE;

(b)

kull dikjarazzjoni li membru tal-Kumitat tal-FSE jkun talab li tiddaħħal;

(c)

id-deċiżjonijiet meħuda, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet li dwarhom intlaħaq qbil u l-konklużjonijiet adottati dwar punti speċifiċi.

4.   Il-minuti għandhom jinkludu wkoll lista tal-parteċipanti fil-Kumitat tal-FSE kif ukoll lista tal-membri tad-delegazzjonijiet li jkunu akkumpanjawhom u lista ta' osservaturi fil-laqgħa.

5.   Il-minuti għandhom jiġu approvati bil-miktub miż-żewġ Partijiet fi żmien xahrejn mid-data tal-laqgħa. Wara l-approvazzjoni, is-Segretarjat għandu jiffirma żewġ kopji tal-minuti u kull Parti għandha tirċievi kopja oriġinali ta' dawn id-dokumenti awtentiċi.

Artikolu 13

Pubblikazzjoni

1.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE ma għandhomx ikunu pubbliċi.

2.   Kull Parti tista' tiddeċiedi li tippubblika, fil-ġurnal uffiċjali rispettiv tagħha, id-deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-FSE.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Reġim lingwistiku

1.   Il-lingwi ta' ħidma tal-Kumitat tal-FSE għandhom ikunul-lingwi uffiċjali komuni għall-Partijiet.

2.   Il-Kumitat tal-FSE għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet u jadotta d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fuq id-dokumenti u l-proposti ppreparati b'waħda mil-lingwi msemmija fil-Paragrafu 1.

Artikolu 15

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tħallas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE, kemm fir-rigward tal-infiq għall-persunal, għall-ivvjaġġar u għas-soġġorn, kif ukoll l-infiq għall-posta u għat-telekomunikazzjoni.

2.   L-ispejjeż konnessi mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Parti li torganizza l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż konnessi mas-servizzi tal-interpretazzjoni fil-laqgħat u tat-traduzzjoni tad-deċiżjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet fil-lingwi ta' ħidma tal-Kumitat tal-FSE għandhom jiġġarrabu mill-Parti li torganizza l-laqgħa. L-ispejjeż konnessi mas-servizzi tal-interpretazzjoni fil-laqgħat u tat-traduzzjoni tad-deċiżjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet fil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġġarrabu mill-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Emendar tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat tal-FSE li tittieħed f'konformità mal-Artikolu 6(1) tagħhom.


16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/203

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE (statistika dwar infiq għall-kura tas-saħħa)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. L-informazzjoni dwar il-kura matul il-jum u l-iskemi ta' finanzjament tal-intrapriżi kif ukoll il-kura tal-pazjenti ta' barra u matul il-jum mhijiex disponibbli fil-Liechtenstein. Dan għalhekk għandu jkun eżentat milli jipprovdi din id-dejta.

(4)

L-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 tal-4 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa (ĠU L 62, 6.3.2015, p. 6).


ABBOZZ TA'

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2016

ta'…

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 tal-4 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18z5 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 205/2014) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“18z6.

32015 R 0359: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 tal-4 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa (ĠU L 62, 6.3.2015, p. 6).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jipprovdi dejta separata dwar il-kura kurattiva matul il-jum (HC.1.2.), il-kura riabilitattiva matul il-jum (HC.2.2) u l-kura tas-saħħa fit-tul matul il-jum (HC.3.2), li jiġu inklużi fid-dejta mogħtija dwar il-kura kurattiva tal-pazjenti ta' barra (HC.1.3), il-kura riabilitattiva tal-pazjenti ta' barra (HC.2.3) u l-kura tas-saħħa fit-tul għal pazjenti ta' barra (HC.3.3), rispettivament.

(b)

Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jipprovdi dejta dwar skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi (HF.2.3). Din l-eżenzjoni għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE kull meta ċifri mogħtija mil-Liechtenstein juru li n-nefqa fuq skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi fil-Liechtenstein ma jibqgħux negliġibbli.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 2015/359 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

[…]

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

[…]


(1)  ĠU L 62, 6.3.2015, p. 6.

(*)  [L-ebda rekwiżit kostituzzjonali mhuwa indikat.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]


16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/204

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE (ultra-wideband)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE.

(3)

Jeħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/702/UE (3) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. Id-densità ta' konnessjonijiet bir-radju qrib l-ajruporti fl-Iżlanda u fin-Norveġja, u l-intensità tal-użu tagħhom huma ogħla milli fl-UE. Sabiex tiġi evitata l-okkorrenza ta' interferenza dannuża għal konnessjonijiet bir-radju tal-operaturi tal-mowbajl, jeħtieġ li l-Iżlanda u n-Norveġja jiġu eżentati milli jippermettu l-użu tal-banda 6,0 sa 8,5 GHz b'apparat li juża teknoloġija ultra-wideband abbord inġenji tal-ajru.

(4)

L-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f 'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/702/UE tas-7 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità, (ĠU L 293, 9.10.2014, p. 48).


ABBOZZ TA'

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2016

ta'

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Jeħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2007/702/UE tas-7 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b'mod armonizzat fil-Komunità (1) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt 5cw (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE) tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

1.

Jiżdied it-test li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

L-Iżlanda u n-Norveġja jkunu eżenti milli jippermettu l-użu tal-banda 6,0 sa 8,5 GHz b'apparat li juża teknoloġija ultra-wideband abbord inġenji tal-ajru.”.

2.

Jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

32014 D 0702: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/702/UE tas-7 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 293, 9.10.2014, p. 48).”.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/702/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (2).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

[…]

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

[…]


(1)  ĠU L 293, 9.10.2014, p. 48.

(2)  [Ebda rekwiżit kostituzzjonali mhuwa indikat.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati]


16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/205

tat-12 ta' Frar 2016

li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Awstrija fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Michael SCHICKHOFER, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Mag. Doris KAMPUS, Landesrätin in der steirischen Landesregierung.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/206

tat-12 ta' Frar 2016

li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Awstrija fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Johannes PEINSTEINER, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Dr. Carmen KIEFER, Vizebürgermeisterin der Marktgemeinde Kuchl.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/207

tal-15 ta' Frar 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/233/PESK (1) li tistabbilixxi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya).

(2)

Fis-7 ta' Diċembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2276 (2) li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK, li tipprevedi b'mod partikolari estensjoni u ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sal-21 ta' Frar 2016.

(3)

Is-sitwazzjoni fil-Libja teħtieġ li l-Unjoni tħejji għal missjoni possibbli ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet ċivili u ta' assistenza għall-immaniġġar ta' kriżi fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fil-pajjiż.

(4)

Il-provvediment immedjat għal kapaċità ċivili ta' ppjanar ser ikun limitat fin-numru, għalkemm jista' jikber skont kif jevolvu ċ-ċirkostanzi u d-domandi, u skont il-qbil tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà.

(5)

Id-Deċiżjoni 2013/233/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(6)

L-EUBAM Libya ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/233/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-EUBAM Libya ser tassisti fi proċess komprensiv ta' ppjanar għar-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili, bil-ħsieb li ssir tħejjija għal missjoni possibbli ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet ċivili u ta' assistenza għall-immaniġġar ta' kriżi.”

(2)

fl-Artikolu 3(1) jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

li tinforma l-ippjanar tal-UE għal missjoni possibbli ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet ċivili u ta' assistenza għall-immaniġġar ta' kriżi fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà, filwaqt li tikkoopera mill-qrib fl-isforzi tal-UNSMIL u tikkontribwixxi għalihom, b'koordinazzjoni mal-awtoritajiet Libjani leġittimi u ma' interlokuturi rilevanti oħrajn fir-rigward tas-sigurtà.”

(3)

fl-Artikolu 13(1) jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUBAM Libya għall-perijodu mit-22 ta' Frar 2016 sal-21 ta' Awwissu 2016 għandu jkun ta' EUR 4 475 000.”

(4)

fl-Artikolu 16 it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tapplika sal-21 ta' Awwissu 2016.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija tapplika mit-22 ta' Frar 2016.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2276 tas-7 ta' Diċembru 2015 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 51).


16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/208

tal-15 ta' Frar 2016

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/260 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/440/PESK (1) li taħtar lis-Sur Stavros LAMBRINIDIS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem.

(2)

Fis-17 ta' Frar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/260 (2) li testendi l-mandat tar-RSUE sat-28 ta' Frar 2017.

(3)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/260 tistabbilixxi l-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri l-perijodu mill-1 ta' Marzu 2015 sad-29 ta' Frar 2016. Jeħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2016 sat-28 ta' Frar 2017.

(4)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/260 għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/260, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE mill-1 ta' Marzu 2016 sat-28 ta' Frar 2017 għandu jkun ta' EUR 825 000.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/440/PESK tal-25 ta' Lulju 2012 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 21).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/260 tas-17 ta' Frar 2015 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (ĠU L 43, 18.2.2015, p. 29).


16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/48


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/209

tat-12 ta' Frar 2016

dwar talba ta' standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fejn jidħlu Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS) f'żoni urbani b'appoġġ għad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport

(notifikata bid-dokument C(2016) 808)

(It-testi bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi

(1)

B'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) il-Kummissjoni tista' titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni (ESOs) biex jiżviluppaw standards neċessarji li jipprovdu interoperabbiltà, kompatibbiltà u kontinwità għall-mobilizzazzjoni u l-użu operazzjonali tal-ITS. Standards bħal dawn jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 2, 3, 4(1) u l-Anness I tad-Direttiva 2010/40/UE sabiex jiġu speċifikati oqsma ta' prijorità u azzjonijiet ta' prijorità fl-oqsma tal-ITS. L-Anness I jenfasizza wkoll il-bżonn għal interkonnessjonijiet urbani u interurbani għall-iskambju tad-dejta, u l-interoperabbiltà u l-kompatibbiltà tad-dimensjoni urbana fl-arkitettura kumplessiva Ewropea tal-ITS.

(2)

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet diġà adottati skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2010/40/UE (3) huwa b'mod partikolari n-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (TEN-T). Madankollu, id-Direttiva 2010/40/UE tirrikonoxxi l-bżonn ta' interkonnessjonijiet urbani-interurbani li jippermettu interoperabbiltà u kontinwità tas-servizzi fin-netwerks u l-konfini kollha. Iż-żoni urbani ġew identifikati bħala “żoni ta' prijorità” fakultattivi biex jiġu implimentati l-ispeċifikazzjonijiet biex jingħataw servizzi ta' informazzjoni tat-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha. L-ewwel u l-aħħar mili magħmula mill-vjaġġaturi ħafna drabi jsiru f'żoni urbani u għalhekk jikkontribwixxu b'mod essenzjali għas-servizzi ta' informazzjoni fl-UE kollha b'rabta mal-ivvjaġġar multimodali biex titħaffef il-mobbiltà.

(3)

Fil-qafas tal-objettivi komprensivi tal-ITS stipulati fid-Direttiva 2010/40/UE, il-bżonnijiet tad-dimensjoni urbana huma previsti fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-ITS (2008) (4) u l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobbiltà Urbana (2009) (5). Fl-2010, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet Grupp ta' Esperti dwar l-ITS urbana (6), bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u l-imsieħba ewlenin tagħhom, mill-oqsma tar-riċerka, l-industrija, l-awtoritajiet tat-trasport u l-operaturi, korpi ta' standardizzazzjoni, eċċ. Dan il-Grupp ta' Esperti dwar Linji Gwida urbani żviluppati mill-ITS dwar il-mobilizzazzjoni ta' applikazzjonijiet ewlenin ta' ITS urbana (jiġifieri informazzjoni multimodali, ħruġ ta' biljetti intelliġenti, immaniġġjar tat-traffiku u loġistika urbana), ġabar għadd tal-aħjar prattiki u rrifletta fuq il-bżonn ta' standardizzazzjoni ulterjuri fil-qasam tal-ITS urbana.

(4)

Fil-Pakkett dwar il-Mobbiltà Urbana tagħha (7) adottat f'Diċembru 2013, il-Kummissjoni saħqet fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-effiċjenza u s-sikurezza tal-mobbiltà urbana u ħabbret azzjonijiet ippjanati u rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri f'numru ta' oqsma inklużi: il-loġistika urbana, ir-regolamenti dwar l-aċċess urban u l-pedaġġ għall-użu tat-toroq, il-mobilizzazzjoni ikkoordinata ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti urbani, kif ukoll is-sikurezza tat-toroq urbani.

(5)

Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tirrikjedi li l-awtoritajiet pubbliċi jippubblikaw informazzjoni ġeografika dwar in-netwerk tat-trasport. Din il-grafika diġitali tan-netwerk tista' tissaħħaħ sabiex tintuża bħala sistema ta' referenza ta' lokazzjoni komuni għal servizzi affidabbli tal-ITS. It-tisħiħ ta' din il-grafika għandu jikkunsidra standards preeżistenti, b'mod partikolari il-Fajl dwar id-Dejta Ġeografika (GDF) (9).

(6)

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Against lock-in: building open ICT systems by making better use of standards in public procurement” (Il-ġlieda kontra l-intrappolament tal-klijentela: bl-użu aħjar tal-istandards għall-akkwist pubbliku biex jinbnew sistemi miftuħa tal-ICT) (10) u d-dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha “Guide for the procurement of standards-based ICT — Elements of Good Practice” (Gwida għall-akkwist ta' standards ibbażati fuq l-ICT — Elementi ta' Prattika Tajba) (11), il-Kummissjoni tinnota l-benefiċċji għall-użu tal-istandards u speċifikazzjonijiet miftuħa sabiex jiġi evitat l-intrappolament tal-bejjiegħ ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi, u tiġi promossal-mobilizzazzjoni ta' soluzzjonijiet iktar kosteffiċjenti.

(7)

L-intenzjoni li jintalbu standards Ewropej u strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej b'appoġġ għad-Direttiva 2010/40/UE hija ddikjarata fil-punti 2.4.10 (12) u 3.3.8 (13) ta' żewġ programmi annwali konsekuttivi ta' xogħol tal-Unjoni għal standardizzazzjoni Ewropea.

(8)

Il-Kummissjoni stabbiliet linji gwida (14) għall-eżekuzzjoni ta' talbiet ta' standardizzazzjoni, u l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni qablu li japplikaw dawk il-linji gwida meta jeżegwixxu t-talbiet għall-istandardizzazzjoni.

(9)

Ġew ikkonsultati l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, il-partijiet Ewropej ikkonċernati mill-istandardizzazzjoni li jirċievu finanzjament u l-Kumitat ITS Ewropew imwaqqaf abbażi tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2010/40/UE.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma b'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Attivitajiet ta' standardizzazzjoni mitluba

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) kif ukoll l-Istitut Ewropew tal-Istandards ta' Komunikazzjoni (ETSI), iktar 'il quddiem magħrufa bħala l-ESOs (l-organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni), huma mitluba jabbozzaw standards Ewropej ġodda, u strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2010/40/UE għal informazzjoni multimodali, immaniġġjar tat-traffiku u loġistika urbana fil-qasam tal-ITS urbani. L-istandards Ewropej rikjesti u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej huma elenkati fit-Tabelli 1, 2, 3 u 4 tal-Anness II u jissodisdaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.

Artikolu 2

L-istabbiliment tal-programm ta' ħidma

L-ESOs jippreparaw il-programm konġunt li jindika l-istrumenti mitluba kollha, il-korpi tekniċi responsabbli u l-iskeda għall-eżekuzzjoni tax-xogħol b'konformità mal-iskadenzi stabbiliti fl-Anness II. L-ESOs jissottomettu l-programm tax-xogħol lill-Kummissjoni sal-31 ta' Lulju 2016 u jipprovdu aċċess għal pjan ta' proġett kumplessiv lill-Kummissjoni.

L-ESOs jistgħu jiddeċiedu kemm huma meħtieġa standards Ewropej u strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej sabiex tiġi eżegwita t-talba msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Ftehim dwar il-programm ta' ħidma

Fil-programmi ta' ħidma tagħhom l-ESOs isegwu l-prijoritajiet possibbli espressi mill-Kummissjoni għall-eżekuzzjoni tat-talba msemmija fl-Artikolu 1.

L-ESOs jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe emenda għall-programm ta' ħidma.

Meta l-Anness I jinkludi rekwiżiti għal suġġetti ġodda għall-istandards Ewropej jew strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej u dawn is-suġġetti jkunu relatati mal-oqsma ta' prijorità u l-azzjonijiet ta' prijorità msemmija fl-Artikoli 2, 3 u l-Anness I tad-Direttiva 2010/40/UE, u meta l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata u taqbel ma' dik iż-żieda, wara li tkun infurmat lill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, mal-programm ta' ħidma jkunu jistgħu jiżdiedu dawn is-suġġetti.

Artikolu 4

Rapportar

L-ESOs jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni dwar l-eżekuzzjoni tat-talba msemmija fl-Artikolu 1. Dawn l-organizzazzjonijiet jissottomettu lill-Kummissjoni l-ewwel rapport annwali konġunt sat-30 ta' Marzu 2017.

L-ESOs jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport finali konġunt sat-30 ta' Ġunju 2019. Ir-rapport finali jinkludi kriterji ta' kejl li jkejlu l-kisbiet fir-rigward tal-istandardizzazzjoni fl-oqsma tal-informazzjoni multimodali, l-immaniġġjar tat-traffiku u l-loġistika urbana kif ukoll il-livell tal-impenn tal-partijiet ikkonċernati matul ix-xogħol tal-istandardizzazzjoni rikjest mill-Artikolu 1.

Artikolu 5

Validità

Jekk it-talba msemmija fl-Artikolu 1 ma tiġix aċċettata minn xi waħda mill-ESOs fi żmien xahar mill-wasla tagħha, dik it-talba tista' ma tikkostitwixxix bażi għall-abbozzar tal-istandards Ewropej u tal-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej.

Artikolu 6

Rekwiżiti tal-interoperabbiltà:

L-istandards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej mitluba jiġu żviluppati biex ikunu konsistenti u konformi mar-rekwiżiti tal-Atti ta' Delega adottati mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2010/40/UE, b'mod partikolari l-ispeċifikazzjonijiet għall-għoti ta' servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha adottata fit-18 ta' Diċembru 2014 (15), kif ukolll-ispeċifikazzjonijiet għall-għoti ta' servizzi ta' informazzjoni ta' vjaġġar multimodali fl-UE kollha (16).

Artikolu 7

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kumitat Ewropew tal-Istandardizzazzjoni, lill-Kumitat Ewropew tal-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Elżbieta BIEŃKOWSKA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p.1).

(3)  Ir-Regolamenti ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 (ĠU L 91, 3.4.2013, p. 1), (UE) Nru 885/2013 (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 1), (UE) Nru 886/2013 (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 6), u (UE) 2015/962 (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 21).

(4)  COM(2008)886 finali

(5)  COM(2009)490 finali

(6)  http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=2520

(7)  http://ec.europa.eu/transport/themes/urban/urban_mobility/ump_en.htm

(8)  Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(9)  ISO (14825:2004) li b'mod partikolari jiddeskrivi l-infrastruttura tat-toroq għall-bżonnijiet tal-ITS u jinkludu sistema ta' referenza ta' lokazzjoni komuni

(10)  COM(2013) 455 finali

(11)  SWD(2013) 224 finali

(12)  COM(2013) 561 finali

(13)  COM(2014) 500 finali

(14)  SWD(2015) 205 finali, is-27 ta' Ottubru 2015, Vademecum dwar standardizzazzjoni Ewropea b'appoġġ għal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni, Linji Gwida PARTI III għall-eżekuzzjoni tat-talbiet għall-istandardizzazzjoni

(15)  C(2014) 9672 finali

(16)  Xogħol għaddej bħalissa. L-ispeċifikazzjonijiet huma previsti għall-aħħar tal-2015/il-bidu tal-2016.


ANNESS I

REKWIŻITI GĦALL-ISTANDARDS EWROPEJ U GĦALL-ISTRUMENTI TA' STANDARDIZZAZZJONI EWROPEJ

1.   REKWIŻITI ĠENERALI

1.1.   Rekwiżiti ġenerali biex jiġi stabbilit programm ta' ħidma

Il-Grupp ta' Esperti dwar l-ITS urbani (1) irrakkomanda integrazzjoni aħjar tad-dimensjoni urbana fl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni Ewropej u li l-isforzi tal-istandardizzazzjoni jiġu ffukati fuq temi speċifiċi bl-għan li jiġi żgurat l-istabbiliment tal-interkonnessjonijiet urbani-interurbani meħtieġa.

Il-Grupp ta' Esperti rrakkomanda wkoll l-involviment tal-awtoritajiet lokali u ta' esperti b'għarfien urban speċifiku fil-proċess tal-istandardizzazzjoni tal-ITS.

Għalhekk, il-programm ta' ħidma li għandu jiġi stabbilit abbażi ta' din it-talba għandu jiġi żviluppat b'tali mod li:

jiffoka bi prijorità fuq tliet oqsma tal-ITS urbani, jiġifieri: is-servizzi informattivi multimodali, il-ġestjoni tat-traffiku inkluż ir-regolamentazzjoni tal-aċċess, u l-loġistika urbana inkluż l-immaniġġjar tal-parkeġġi. Sabiex tkun possibbli l-konnettività ITS (filwaqt li jiġu evitati l-effetti silos jew ta' raggruppament), l-ESOs għandhom juru kif it-tliet oqsma msemmija hawn fuq huma marbutin flimkien f'arkitettura ITS urbana usa' u jakkomodaw ir-relazzjonijiet u l-interkonnessjonijiet tagħhom ma' applikazzjonijiet tal-ITS oħra (li ma jaqgħux b'mod dirett fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din it-talba).

Jieħu kont tal-ħtieġa li tiġi indirizzata l-varjetà ta' bżonnijiet tal-utenti (mill-konsumaturi sal-operaturi u l-fornituri), il-firxiet ta' ambjenti (inklużi l-interkonnessjonijiet urbani-intraurbani), u t-tipi differenti ta' vetturi u modi ta' trasport jew servizzi ta' mobbiltà (inkluż għal dawk li għandhom problemi bil-mobbiltà) relatati mat-tliet oqsma msemmija hawn fuq. Għal dan il-għan, l-ESOs huma mistiedna jżommu kuntatt mal-korpi rilevanti li jirrappreżentaw il-mobbiltà urbana u li huma interessati fl-ITS urbani, bħall-gruppi ta' koordinazzjoni tal-istandardizzazzjoni, oqfsa lokali ta' standardizzazzjoni, pjattaformi ta' esperti u partijiet ikkonċernati, assoċjazzjonijiet ta' bliet u reġjuni, assoċjazzjonijiet ta' utenti, operaturi tat-trasport u rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi. Huma jistgħu jistiednu lil dawn il-partijiet ikkonċernati biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħhom u jikkontribwixxu għall-istrumenti. Huma juru kif għandhom jiġu reklutati l-esperti (urbani) x-xierqa kif ukoll il-partijiet ikkonċernati fil-proċess kollu (l-ippjanar, l-istandardizzazzjoni, il-mobilizzazzjoni). Għandha tiġi kkunsidrata d-diversità tas-sitwazzjonijiet u tal-politiki lokali. B'mod partikolari, meta jkun possibbli, jistgħu jiġu previsti testijiet ma' bliet pilota volontarji matul l-eżekuzzjoni tat-talba.

Jiġu stabbiliti l-arranġamenti organizzazzjonali neċessarji li jappoġġjaw kooperazzjoni effettiva u koordinazzjoni tajba fl-inizjattivi ta' standardizzazzjoni tal-ITS kollha u l-gruppi ta' ħidma.

1.2.   Rekwiżiti ġenerali għall-istrumenti mitluba

1.2.1.   Konformità:

L-istandards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej mitluba għandhom jiġu żviluppati sabiex jikkonformaw:

mal-prinċipji msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2010/40/UE,

mal-prinċipji tar-regolament dwar il-protezzjoni tad-dejta personali (id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u l-moviment liberu ta' dik id-data (3)),

mal-prinċipji tal-aċċessibbiltà elettronika u l-aċċessibbiltà għall-web (Komunikazzjoni “Lejn soċjetà tal-informazzjoni aċċessibbli” (4))

1.2.2.   Armonizzazzjoni

Il-Grupp ta' Esperti dwar l-ITS urbani saħaq li l-isforzi tal-istandardizzazzjoni għandhom ikopru nuqqasijiet eżistenti, kif ukoll jaġġornaw u jikkumplimentarjaw l-istandards eżistenti.

Għalhekk, l-istandards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej mitluba għandhom, kemm jista' jkun, jużaw mill-ġdid, jarmonizzaw jew ikollhom interkonnessjoni mal-istandards, speċifikazzjonijiet u proġetti eżistenti li ġejjin: il-proġetti CIVITAS (5), il-Grupp Konsultattiv CAPITAL CIVITAS ITS (6), il-Promozzjoni ta' Speċifikazzjonijiet u Standards Miftuħa fl-Ewropa il-proġett (POSSE) (7), il-proġett OPTICITIES (8), il-proġett FREILOT, il-Grupp ta' Koordinazzjoni Smart Cities and Communities (bliet u Komunitajiet Intelliġenti), talba għall-istandardizzazzjoni/453 dwar Sistemi Kooperattivi (9), il-pjattaforma C-ITS, il-Gruppi Strateġiċi u Tekniċi DATEX II (10), il-Programm tal-Kontroll tal-Immaniġġjar tat-Traffiku Urban (UTMC) (11), l-Open Traffic Systems City Association (OCA) (12) u l-Open Communication Interface għas-Sistemi ta' Kontroll tat-Traffiku fit-Triq (OCIT) (13), il-proġett FRAME (14), il-proġett Co-Cities (15), In-Netwerk Ewropew tal-Infrastruttura Diġitali tat-Traffiku għal Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (il-proġett EDITS) (16), il-proġett European Bus System of the Future (EBSF) (17), Data Catalog Vocabulary (DCAT) (18), dejta spazjali “standardizzata” u ġeostandardizzazzjoni, kif ukoll standards nazzjonali eżistenti (19).

Fl-isfond ta' dan, l-istandards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej għandhom jippermettu l-użu mill-ġdid, l-armonizzazzjoni jew interkonnessjoni ma' mudelli ta' dejta ta' referenza eżistenti, dizzjunarji ta' dejta komuni u rekwiżiti ta' struttura ta' metadejta bl-għan li titrawwem l-interoperabbiltà, il-konsistenza u l-kontinwità tas-servizzi.

1.2.3.   Implimentabbiltà

Il-Grupp ta' Esperti dwar ITS urbani ssuġġerixxa li għandhom jinstabu modi kif jiġu appoġġjati strumenti ta' standardizzazzjoni flessibbli u inqas kostrettivi sabiex jiġi indirizzat aħjar l-ambjent teknoloġiku tal-ITS li kulma jmur dejjem jevolvi.

Għalhekk, l-istandards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej mitluba għandhom jaqdu l-bżonnijiet tad-diversi utenti, iwieġbu għad-diversità tal-ibliet u jkunu faċli biex wieħed jimplimentahom.

Dan kemm jista' jkun għandu jinkludi l-aspetti li ġejjin:

(1)

sistemi ta' legat u protokolli eżistenti, perkorsi ta' migrazzjoni kosteffettivi, mudelli ta' negozju u linji gwida għal dawk li jagħmlu akkwist,

(2)

bżonnijiet speċjali għall-konsumaturi, negozji u operaturi, inklużi intrapriżi ta' daqs żgħir u medju,

(3)

gwida, listi ta' kodiċijiet, settijiet ta' dejta, għodod u proċessi li jistgħu jiġu eżegwiti u disponibbli bla ħlas li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni operazzjonali u t-testijiet tal-konformità,

(4)

disponibbiltà ta' dejta, aċċess, kwalità, affidabbiltà u preċiżjoni.

2.   REKWIŻITI LI JSAĦĦU L-KOMPATIBBILTÀ U L-KOERENZA MA' STANDARDS EŻISTENTI U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

Tiġi vverifikata l-koerenza ta' standards eżistenti Ewropej, internazzjonali jew oħrajn użati fuq livell internazzjonali (jiġifieri, b'kunsiderazzjoni għax-xogħol mhux biss tas-CEN, is-CENELEC u l-ETSI, iżda wkoll ta' DATEX II, UTMC, OTS, ISO, IEC, ITU, eċċ.), jiġu vvalutati nuqqasijiet potenzjali u kompatibbli u soluzzjonijiet miftuħa proposti, jew bl-intenzjoni li jkun hemm armonizzazzjoni u tisħiħ ta' standards eżistenti jew li jiġu żviluppati standards interoperabbli ġodda jew speċifikazzjonijiet oħrajn fejn xieraq. L-iżvilupp ta' standards ġodda u speċifikazzjonijiet jeħtieġ li jibni fuq dawk eżistenti u għandu jidentifika rekwiżiti arkitetturali jew ta' konnettività.

Fil-qasam tat-trasport pubbliku, u b'mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni multimodali u l-ħruġ ta' biljetti intelliġenti, tali bżonn għall-koerenza se jikkonċerna sett ta' standards u speċifikazzjonijiet tekniċi wiesgħa, b'mod partikolari: Transmodel (20), IFOPT (21), SIRI (22), NETEX (23), IOPTA (24), ISO (25).

Fil-qasam tal-vetturi u l-infrastruttura li jaħdmu bi fjuwils alternattivi, kwalunkwe standard ġdid u speċifikazzjoni ġdida għandha ssir kompatibbli u kumplimentari għall-ETSI TS 101 556-3 (26).

Għandha tiġi kkunsidrata wkoll l-adattabbiltà ta' standards ġenerali għall-ambjent urban, u potenzjalment din l-adattabbiltà trid tiġi żviluppata iktar. Dan huwa partikolarment il-każ ta' DATEX II (27) li tipprevedi l-iskambju ta' dejta relatata mat-traffiku, deskritta permezz ta' profili speċifiċi. L-adattabbiltà tidher bħala prerekwiżit biex tiġi stabbilita l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizzi bejn l-ambjenti u n-netwerks urbani u interurbani. Kompitu bħal dan jista' jsir l-aħjar billi tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp Strateġiku u l-Grupp Tekniku DATEX II.

Ix-xogħol li sar permezz ta' dan il-mandat se jkun meħtieġ li jantiċipa l-mobilizzazzjoni futura ta' sistemi kooperattivi f'żoni urbani. Se jkun relatat ma' sforzi preċedenti ta' standardizzazzjoni fil-qasam ta' vettura għal vettura u dak ta' vettura għall-komunikazzjonijiet tal-infrastruttura, li kienu jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tat-talba għall-istandardizzazzjoni M/453, mmaniġġjata b'mod konġunt minn CEN u ETSI, u l-eżitu tax-xogħol li għaddej li qed jagħmlu l-esperti tal-pjattaforma C-ITS stabbilita f'Novembru 2014 mill-Kummissjoni (b'mod partikolari l-istandardizzazzjoni tagħha u gruppi ta' ħidma ta' każijiet tan-negozju) (28).

3.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-ISTRUMENTI MITLUBA

3.1.   Tiġi definita diversità ta' każijiet rilevanti ta' użu fl-arkitettura ITS urbana u tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta' standards u speċifikazzjonijiet oħra

Bl-għan li jiġi żviluppat approċċ pragmatiku, l-attivitajiet skont din it-talba għandhom ikunu bbażati fuq każijiet ta' użu ta' livell għoli, li jindirizzaw is-servizzi informattivi multimodali, l-immaniġġjar tat-traffiku inkluż ir-regolamentazzjoni tal-aċċess, u l-loġistika urbana inkluż l-immaniġġjar tal-parkeġġi. Id-definizzjoni jew l-għażla ta' dawn il-każijiet tal-użu se jkollha tibbilanċja l-bżonnijiet tal-utent, it-tendenza tal-mobilità urbana, l-iżviluppi teknoloġiċi, is-sostenibbiltà finanzjarja u l-prijoritajiet tal-politika (eż. is-sikurezza fit-toroq). Il-prijoritizzazzjoni ta' dawn tuża każijiet u l-interdipendenzi possibbli tagħhom jiġu spjegati wkoll flimkien mal-programm ta' ħidma.

Il-każijiet tal-użu se jiġu inklużi fl-arkitettura ITS urbana (struttura loġistika u konnetturi bejn standards u speċifikazzjonijiet u l-partijiet interessati tagħhom), li tkopri l-katina tal-informazzjoni kollha għal kull waħda minn dawn it-tliet oqsma msemmija hawn fuq u li tidħol fl-Arkitettura ITS Ewropea kumplessiva. Għalhekk, tali arkitettura għal ITS urbana tkun koerenti mal-mudell e-FRAME (29).

Din il-perspettiva olistika u sistemika tappoġġja l-kollaborazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kif ukoll l-iżvilupp jew it-tisħiħ ta' standards u speċifikazzjonijiet oħrajn kompatibbli u kumplimentari għal xulxin, u għalhekk tippermetti l-konnettività tal-ITS.

L-istrument tal-istrateġija tal-mobilizzazzjoni għandu jesprimi kif titrawwem mobilizzazzjoni faċli ta' tali standards u speċifikazzjonijiet oħrajn, permezz tal-mobilizzazzjoni ta' servizzi informattivi multimodali, miżuri tal-immaniġġjar tat-traffiku u operazzjonijiet ta' loġistika urbana. Għal dan l-għan, il-lezzjonijiet misluta mill-każijiet tal-użu, l-involviment tal-partijiet interessati x-xierqa u l-provvediment ta' gwida ta' implimentazzjoni realistika se jkunu essenzjali.

3.2.   Indirizzar ta' servizzi informattivi multimodali, li jikkontribwixxu għal mobbiltà mingħajr xkiel

Illum, fost il-kwistjonijiet ewlenin insibu l-frammentazzjoni tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar, u n-nuqqas ta' informazzjoni multimodali interoperabbli u servizzi ta' ppjanar ta' kopertura pan-Ewropea usa' li tinkorpora l-ewwel u l-aħħar mili tal-vjaġġ flimkien mal-parti ta' distanza twila minn A sa B tal-vjaġġ. Il-firxa ta' dejta disponibbli dwar is-servizzi ta' mobbiltà għandha tiġi estiża u jeħtieġ li tkun disponibbli f'format standardizzat, sabiex tippermetti l-introduzzjoni tagħha f'servizzi innovattivi ta' informazzjoni dwar it-traffiku u dwar l-ivvjaġġar. Huma biss is-servizzi ta' informazzjoni multimodali komprensivi li se jippermettu lill-utent ikollu firxa kompluta ta' għażliet tal-ivvjaġġar, għażliet ta' rotot, li jikkontribwixxu sabiex wieħed jagħmel l-aħjar għażliet tal-mobbiltà, li jrawmu mġiba tal-ivvjaġġar iktar sostenibbli u jagħmlu s-sistema ta' trasport kollha aktar effiċjenti u aċċessibbli għall-utenti kollha.

Għandhom jiġu żgurati formati ta' dejta kompatibbli, interfaċji miftuħin u ddokumentati u protokolli għat-trażmissjoni ta' dejta rilevanti u l-integrazzjoni tagħhom f'settijiet ta' dejta multimodali u informazzjoni multimodali (eżistenti) u servizzi ta' ppjanar (inkluż tikkettjar integrat) (jiġifieri jinħadmu fejn ikun hemm bżonn). Huwa essenzjali li l-istandards eżistenti u ġodda u speċifikazzjonijiet oħra jippermettu, b'interfaċji u protokolli supplimentari fejn neċessarju, l-integrazzjoni jew il-konnessjoni effettiva tal-aspetti differenti u blokok ta' informazzjoni multimodali u servizzi ta' ppjanar.

3.3.   Indirizzar tal-immaniġġjar tat-traffiku, inkluż ir-regolamentazzjoni tal-aċċess

Is-sistemi tal-immaniġġjar tat-traffiku qed jiżviluppaw b'mod konsistenti: filwaqt li fil-passat kienu fil-biċċa l-kbira minn ċentru ta' kontroll għal ċentru ta' kontroll orjentat, għandhom it-tendenza li jsiru l-iktar kooperattivi fost sistemi (inklużi tagħmir fuq il-post), netwerks u operaturi. Għal din ir-raġuni, għandhom jiġu żviluppati l-istandards, l-interkonnessjonijiet u/jew il-protokolli x-xierqa sabiex jiġi appoġġjat il-kontroll tat-traffiku kooperattiv u s-soluzzjonijiet tal-immaniġġjar fl-iskali ġeografiċi differenti jew f'parametri amministrattivi differenti tal-belt (eż. minn soluzzjonijiet żgħar fil-viċinat għall-ikkalmar tat-traffiku u ġestjoni konsegwenzjali ta' traffiku peri-urban għal integrazzjoni effiċjenti ta' nodi urbani fil-kurriduri interurbani).

Hemm varjetà ta' mezzi li jimmaniġġjaw in-netwerk tat-triq u jindirizzaw il-konġestjoni tat-traffiku u l-interruzzjoni tat-traffiku (eż avvenimenti ppjanati/mhux ippjanati, aċċidenti, għargħar, nirien eċċ) permezz tal-immaniġġjar tat-traffiku b'mod effiċjenti u innovattiv. Pereżempju, numru ta' bliet stabbilixxew tipi differenti ta' rotot ġodda tat-traffiku, prijoritizzazzjoni tat-traffiku u miżuri tar-regolamentazzjoni tal-aċċess, inkluż l-immaniġġjar tal-intersezzjonijiet, li huma mmirati għall-vetturi kollha jew għal subsett ta' vetturi (eż. devjazzjonijiet, karreġġjati ta' prijorità, mewġiet ħodor (green waves), tariffi jew nollijiet għall-utenti tat-triq, żoni ta' emissjonijiet baxxi, żoni ta' veloċità baxxa, żoni pedonali eċċ.). Sfortunatament, dawn il-miżuri mhumiex neċessarjament ġestiti b'mod olistiku u kkoordinat u ħafna drabi ma jiġux ikkunsidrati kif xieraq fis-sistemi tal-informazzjoni dwar it-traffiku għall-utenti (eż. tagħmir ta' navigazzjoni). Għalhekk, l-istabbiliment min-naħa ta' speċifikazzjonijiet koerenti, standards kompatibbli u interfaċji prattiċi li jappoġġjaw l-interoperabbiltà ta' dejta neċessarja għal informazzjoni aġġornata dwar it-traffiku, u l-ottimizzazzjoni min-naħa l-oħra varjetà ta' miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku u ta' prijoritizzazzjoni, issupplimentati bix-xieraq minn soluzzjonijiet teknoloġiċi standardizzati għall-identifikazzjoni tal-vetturi (jiġifieri fir-rigward tal-kategorizzazzjoni tal-vetturi, il-klassi tal-emissjonijiet, il-karattru tal-emerġenza, il-fattur tat-tagħbija), għandhom jikkontribwixxu t-tnejn għall-effiċjenza kumplessiva tal-informazzjoni dwar it-traffiku u l-immaniġġjar f'żoni urbani, inkluż l-immaniġġjar u l-infurzar tar-regolamentazzjoni tal-aċċess.

Jiġu żgurati formati ta' dejta kompatibbli, interfaċji miftuħin u ddokumentati u protokolli għat-trażmissjoni ta' dejta relevanti, indipendentement mis-sorsi tagħhom, (eż sensers, dejta floating car, ċentri ta' kontroll tat-traffiku), u l-integrazzjoni tagħhom f'sistemi ta' informazzjoni dwar it-traffiku attwali u futuri u operazzjonijiet tal-immaniġġjar tat-traffiku, għal diversi netwerks ta' toroq inklużi links urbani-interurbani, (jiġifieri jinħadmu fejn ikun hemm bżonn).

3.4.   Indirizzar ta' loġistiċi urbani, inkluż l-immaniġġjar tal-parkeġġi

Fl-ambjent urban, it-tfittxija għal spazji ta' parkeġġ u d-distribuzzjoni ta' merkanzija huma stmati li jżidu ħafna il-konġestjoni tat-traffiku. Għalhekk, l-għoti ta' informazzjoni f'ħin reali dwar id-disponibbiltà ta' possibbiltajiet ta' parkeġġ u għażliet faċli ta' riservazzjoni jikkontribwixxu sabiex tittaffa din il-problema. Għandhom jiġu pprovduti approċċi differenzjati sabiex jaqdu l-bżonnijiet ta' setturi loġistiċi speċifiċi u vetturi tal-merkanzija jew tagħbijiet (eż. fjuwils alternattivi, prodotti refriġerati, loġistika ta' riċirkolazzjoni jew skart, oġġetti perikolużi).

Jiġu żgurati formati ta' dejta kompatibbli, interfaċji miftuħin u ddokumentati u protokolli għat-trażmissjoni ta' dejta relevanti, indipendentement mis-sorsi tagħhom, u l-integrazzjoni tagħhom f'sistemi ta' informazzjoni dwar it-traffiku attwali u futuri u operazzjonijiet tal-immaniġġjar tat-traffiku, għal diversi netwerks ta' toroq inklużi links urbani-interurbani, (jiġifieri jinħadmu fejn ikun hemm bżonn).

4.   REKWIŻITI LI JIKKONĊERNAW ANALIŻI, IKTAR TARD, TAL-ISTRUMENTI MITLUBA

Wara l-adozzjoni tal-istandards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej mitluba, il-lista tas-sintattiki u mmappjar relatat mogħtija lil dawk l-istrumenti għandhom jiġu rieżaminati mill-ESOs tal-inqas kull sentejn bl-għan li jiġi żgurat li jirriflettu l-iktar żviluppi teknoloġiċi riċenti u li jinkludi l-iprem sintattiki. Għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex jiġu akkomodati jew migrati mis-sistemi ta' legat u tiġi żgurata kompatibbiltà retroattiva għall-implimentazzjonijiet.


(1)  http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=2520

(2)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995 p. 31).

(3)  COM(2012)11 finali — 2012/0011

(4)  COM(2008)804 finali

(5)  http://www.civitas.eu/display-all-projects

(6)  http://www.civitas.eu/

(7)  www.posse-openits.eu

(8)  http://www.opticities.com/

(9)  http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/ict/files/standardisation_mandate_en.pdf

(10)  www.datex2.eu

(11)  http://www.utmc.eu/

(12)  www.oca-ev.info

(13)  www.ocit.org/

(14)  http://www.frame-online.net/

(15)  www.co-cities.eu

(16)  www.cei.int

(17)  http://www.ebsf.eu/

(18)  http://www.w3.org/TR/vocab-dcat/

(19)  E.g. “Intermodal verkehrsgraph graphenintegrationsplattform (GIP)” http://www.fsv.at/shop/produktdetail.aspx?IDProdukt=837823b7-8697-45e8-9dc6-063924066176

(20)  Transmodel, il-Mudell Ewropew ta' Dejta ta' Referenza għat-Trasport Pubbliku, EN 12896:2006 (Transmodel 5.1) kif ukoll EN 12896:2014 (Transmodel V6: Parti 1 sa 3)

(21)  IFOPT, (EN 28701) standard Ewropew li jiddefinixxi mudell ta' dejta għall-Identifikazzjoni ta' Oġġetti Stabbiliti fit-Trasport Pubbliku (eż. punti ta' waqfien, żoni ta' waqfien, stazzjonijiet, perkorsi pedonali għan-navigazzjoni, dħulijiet, eċċ.) — bħalissa integrati f'EN 12896: 2014

(22)  SIRI (FprEN 15531-1 sa 3 u CEN/TS 15531-4 u 5) Standard Ewropew li jiddefinixxi l-Interkonnessjoni tas-Servizz għal Informazzjoni f'Ħin Reali relatata mal-attivitajiet tat-trasport pubbliku

(23)  NeTEX huwa bbażat fuq Transmodel 5.1, huwa estiż b'kunċetti addizzjonali mill-IFOPT u SIRI, u huwa maqsum fi tliet partijiet: Parti 1 — In-Netwerk tat-Trasport; il-Parti 2 — Skedi u Parti 3 — Nollijiet:

CEN/TS 16614-1; Netwerk u Skambju ta' Skedi — Parti 1: Topoloġija tan-Netwerk (NeTEx)

CEN/TS 16614-2; Netwerk u Skambju ta' Skedi — Parti 2: Informazzjoni dwar il-Ħin (NeTEx)

WI 00278330 (prCEN/TS 16614-3), Netwerk u Skambju ta' Skedi — Parti 3: Informazzjoni dwar Nollijiet (NeTEx)

(24)  IOPTA, Applikazzjonijiet Interoperabbli tat-Trasport Pubbliku, EN 15320 flimkien ma' EN 1545 dwar sistemi ta' karti ta' identifikazzjoni — Applikazzjonijiet għal trasport tal-wiċċ

(25)  EN ISO 24014-1:2007, Trasport pubbliku — Sistema interoperabbli tal-immaniġġjar tan-nollijiet — Parti 1: Arkitettura

CEN ISO/TR, 24014-2:2013 Trasport pubbliku — Sistema interoperabbli tal-immaniġġjar tan-nollijiet — Parti 2: Prattiki tan-negozju (ISO/TR 24014-2:2013)

ISO/IEC 14443 Kards taċ-ċirkwit mingħajr kuntatt integrati — Kards ta' prossimità, partijiet 1-4

ISO/IEC 18092 Komunikazzjoni fil-Kamp Viċin

(26)  ETSI TS 101 556-3 V1.1.1 (2014-10); Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS); Infrastruttura għall-Komunikazzjonijiet tal-Vetturi; Parti 1: “Speċifikazzjoni ta' Notifika ta' Punti ta' Ċċarġjar ta' Vettura Elettrika”; u Parti 3: “Sistema ta' Komunikazzjonijiet għall-ippjanar u r-riserva ta' provvista ta' enerġija EV li tuża netwerks mingħajr wajers”

(27)  CEN/TS 16157 Partijiet 1 — 6: Sistemi ta' trasport intelliġenti — speċifikazzjonijiet għall-iskambju ta' dejta DATEX II għall-immaniġġjar u l-informazzjoni tat-traffiku.

(28)  http://ec.europa.eu/transport/themes/its/news/c-its-deployment-platform_en.htm

(29)  http://www.frame-online.net/?q=e-frame-project.html


ANNESS II

STANDARDS EWROPEJ U L-ISTRUMENTI TA' STANDARDIZZAZZJONI EWROPEJ, U SKADENZI GĦALL-ADOZZJONI

1.   KAŻIJIET DWAR L-UŻU, ARKITETTURA ITS URBANA, U IMPLIMENTAZZJONI

Tabella 1

Standards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej għal każijiet dwar l-użu, arkitettura ITS urbana, u implimentazzjoni

Informazzjoni ta' referenza

Skadenza għall-adozzjoni (1)

Strument ta' standardizzazzjoni Ewropew dwar każijiet dwar l-użu jindirizza t-tliet oqsma ta' din it-talba u jenfasizza l-interdipendenzi possibbli tagħhom

12-il xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs

Strument ta' standardizzazzjoni Ewropew għall-arkitettura ITS urbana li jintegra t-tliet oqsma ta' din it-talba u jenfasizza konnessjonijiet jew interfaċji ma' applikazzjonijiet ITS tal- madwar kif ukoll kompatibilità u koerenza ma' standards eżistenti, speċifikazzjonijiet tekniċi, mudelli ta' dejta

12-il xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs

Strument ta' standardizzazzjoni Ewropew dwar strateġija ta' użu inkluża gwida prattika għall-implimentazzjoni tal-istandards Ewropej ta' din it-talba

39 xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs

2.   SERVIZZI INFORMATTIVI MULTIMODALI, LI JIKKONTRIBWIXXU GĦAL MOBBILTÀ MINGĦAJR XKIEL

Tabella 2

Standards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej ġodda mitluba għal servizzi informattivi multimodali

Informazzjoni ta' referenza

Skadenza għall-adozzjoni

Standards Ewropej għal:

Servizzi ta' mobbiltà ġodda bħal kondiviżjoni tal-karozzi, ippuljar ta' karozzi, servizzi ta' kondiviżjoni pubblika ta' roti, park & ride, bike & ride, eċċ.

Infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, inkluża informazzjoni dwar il-lokazzjoni u d-disponibbiltà ta' stazzjonijiet, mudelli ta' ċċarġjar u kapaċità fl-istazzjonijiet, skemi ta' pagament (integrati), eċċ.

39 xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs

Strument ta' standardizzazzjoni Ewropew dwar mudell ta' dejta ta' referenza, dizzjunarju ta' dejta komuni u struttura ta' metadejta għal servizzi ta' informazzjoni multimodali

39 xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs

3.   IMMANIĠĠJAR TAT-TRAFFIKU, INKLUŻ IR-REGOLAMENT DWAR L-AĊĊESS

Tabella 3

Standards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej ġodda mitluba għall-ġestjoni tat-traffiku, inkluż ir-regolamentazzjoni dwar l-aċċess

Informazzjoni ta' referenza

Skadenza għall-adozzjoni

Standards Ewropej għal:

Sett ta' miżuri tal-ġestjoni tat-traffiku (li jinkludi l-infrastruttura neċessarja/dejta statika dwar it-toroq, dejta dinamika dwar l-istatus tat-toroq, dejta dwar it-traffiku jew dejta dwar il-kontroll tat-traffiku, dejta dwar it-temp)

Sett ta' rotot ġodda għat-traffiku, prijoritizzazzjoni tat-traffiku u miżuri tar-regolamentazzjoni tal-aċċess inkluż l-immaniġġjar tal-intersezzjonijiet (issupplimentat mid-dejta dwar l-identifikazzjoni tal-vetturi). Għandhom jiġu kkunsidrati b'mod partikolari t-tipi differenti ta' mudelli għall-iċċarġjar tal-utenti tat-toroq stabbiliti f'diversi bliet kif ukoll il-modalitajiet tal-użu kondiviż ta' karreġġjati ddedikati minn tipi differenti ta' vetturi (eż. il-merkanzija, it-trasport pubbliku, il-vetturi ta' emerġenza)

39 xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs

Standards Ewropej jew Strumenti ta' Standardizzazzjoni Ewropej dwar mudell ta' dejta ta' referenza, dizzjunaarju dwar dejta komuni u struttura metadejta għall-ġestjoni tat-traffiku inkluż ir-regolamentazzjoni tal-aċċess

39 xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs

4.   LOĠISTIKA URBANIA, INKLUŻ L-IMMANIĠĠJAR TAL-PARKEĠĠI

Tabella 4

Standards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej ġodda mitluba għal-loġistika urbana, inkluż l-immaniġġjar tal-parkeġġi

Informazzjoni ta' referenza

Skadenza għall-adozzjoni

Standards Ewropej għal:

Parkeġġi intelliġenti għal vetturi ħfief, vetturi kummerċjali u trakkijiet. Għandha tiġi kkunsidrata l-għażla li jiġu estiżi speċifikazzjonijiet tekniċi eżistenti u profili rigward il-parkeġġ (2).

Informazzjoni dwar żona allokata apposta għall-ħatt jew tagħbija ta' merkanzija u servizzi ta' riservar għal vetturi tal-merkanzija speċifiċi u setturi tal-loġistika. Standards u speċifikazzjonijiet proposti se jkollhom bżonn jindirizzaw kemm l-infrastruttura kif ukoll il-vetturi (inkluża vettura u/jew identifikazzjoni tat-tagħbija fejn rilevanti). Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat ukoll l-użu ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv għal-loġistika urbana u l-għażliet kif jiġu ċċarġjati (eż. waqt li jitgħabbew/jinħattu f'żoni allokati apposta).

39 xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs

Strument ta' standardizzazzjoni Ewropew dwar mudell ta' dejta ta' referenza, dizzjunarju ta' dejta komuni u struttura ta' metadejta għal loġistika urbana, inkluż l-immaniġġjar tal-parkeġġi

39 xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs


(1)  L-adozzjoni tagħmel referenza għal dak il-mument meta l-organizzazzjoni tal-istandardizzazzjoni Ewropea rilevanti tagħmel standard disponibbli għall-membri tagħha jew għall-pubbliku.

(2)  Speċifikazzjonijiet għall-iskambju ta' dejta DATEX II għall-immaniġġjar u għall-informazzjoni dwar it-traffiku — CEN/TS 16157 Parti 6 — estensjoni tal-parkeġġi


RAKKOMANDAZZJONIJIET

16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/59


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/210

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien FEŻ) għas-sena finanzjarja 2014

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-raba' Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f'Lomé fil-15 ta' Diċembru 1989 (1) u emendata bil-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta' Novembru 1995 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (3) (“il-Ftehim Intern”) li jistabbilixxi, fost oħrajn, it-tmien Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien FEŻ), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament tal-iżvilupp taħt ir-raba' Konvenzjoni ACP-KE (4), u b'mod partikolari l-Artikoli 66 sa 74 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tat-tmien FEŻ kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2014 u r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa', l-għaxar u l-ħdax-il Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) li jikkonċernaw is-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni li jinsabu f'dak ir-Rapport Annwali (5),

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tat-tmien FEŻ għandha tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tat-tmien FEŻ matul is-sena finanzjarja 2014 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tat-tmien FEŻ għas-sena finanzjarja 2014.

 

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.

(2)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.

(3)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(4)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(5)  ĠU C 373, 10.11.2015, p. 289.


16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/60


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/211

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-disa' FEŻ) għas-sena finanzjarja 2014

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) u emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-Finanzjament u l-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha iffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat KE (3) (“il-Ftehim Intern”) li jistabbilixxi, fost oħrajn, id-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-disa' FEŻ), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (4), u b'mod partikolari l-Artikoli 96 sa 103 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tad-disa' FEŻ kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2014 u r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa', l-għaxar u l-ħdax-il Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) li jikkonċernaw is-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni li jinsabu fir-Rapport Annwali (5),

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tad-disa' FEŻ għandha tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tad-disa' FEŻ matul is-sena finanzjarja 2014 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tad-disa' FEŻ għas-sena finanzjarja 2014.

 

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(4)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(5)  ĠU C 373, 10.11.2015, p. 289.


16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/61


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/212

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar FEŻ) għas-sena finanzjarja 2014

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) u emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu 2008 sa 2013 f'konformità mal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni tal-assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat KE (3) (“il-'Ftehim Intern”) li jistabbilixxi, fost oħrajn, l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar FEŻ), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (4), u b'mod partikolari l-Artikoli 142 sa 144 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tal-għaxar FEŻ kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2014 u r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa', l-għaxar u l-ħdax-il Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) li jikkonċernaw is-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni li jinsabu f'dak ir-Rapport Annwali (5),

Billi

(1)

F'konformità mal-Artikolu 11(8) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tal-għaxar FEŻ għandha tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tal-għaxar FEŻ matul is-sena finanzjarja 2014 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-għaxar FEŻ għas-sena finanzjarja 2014.

 

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(3)  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

(4)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(5)  OJ C 373, 10.11.2015, p. 289.


16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/62


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/213

tat-12 ta' Frar 2016

dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (il-ħdax-il FEŻ) għas-sena finanzjarja 2014

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) kif emendat l-aħħar,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu 2014 sa 2020, f'konformità mal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni tal-assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) ('il-“Ftehim Intern”) li jistabbilixxi, fost oħrajn, il-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (il-ħdax-il FEŻ), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (3), u b'mod partikolari l-Artikoli 43sa 45 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tal-ħdax-il FEŻ kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2014 u r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa', l-għaxar u l-ħdax-il Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) li jikkonċernaw is-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni li jinsabu f'dak ir-Rapport Annwali (4),

Billi

(1)

F'konformità mal-Artikolu 11(7) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tal-ħdax-il FEŻ għandha tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tal-ħdax-il FEŻ matul is-sena finanzjarja 2014 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-ħdax-il FEŻ għas-sena finanzjarja 2014.

 

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(4)  ĠU C 373, 10.11.2015, p. 289.


Rettifika

16.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/63


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenzagħall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 138 tal-24 ta' Mejju 2013 )

Fit-titolu fil-paġna tal-Werrej u fit-titolu fil-paġna 15:

flok:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenzagħall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)”,

aqra:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)”.