|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
11.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/155
tad-29 ta' Settembru 2015
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni uffiċjalment appoġġati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni uffiċjalment appoġġati u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħhom,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 jistipula li l-linji gwida li jinsabu fl-Arranġament dwar il-Krediti ta' Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (“OECD”) (“l-Arranġament”) għandhom japplikaw fl-Unjoni. It-test ta' dan l-Arranġament jinsab fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati biex temenda l-Anness II fejn l-emendi fil-linji gwida huma miftiehma mill-Parteċipanti tal-Arranġament. |
|
(3) |
Il-Parteċipanti għall-Arranġament qablu dwar għadd ta' emendi għalih. |
|
(4) |
Huwa xieraq u meħtieġ li l-emendi msemmija jiġu inkorporati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1233/2011 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
“ANNESS II
WERREJ
|
KAPITOLU I: |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI | 12 |
|
1. |
GĦAN | 12 |
|
2. |
L-ISTATUS | 12 |
|
3. |
PARTEĊIPAZZJONI | 12 |
|
4. |
INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAL MIN MHUX PARTEĊIPANTI | 12 |
|
5. |
IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI | 12 |
|
6. |
IL-FTEHIMIET SETTORJALI | 13 |
|
7. |
IL-FINANZI TAL-PROĠETT | 13 |
|
8. |
L-IRTIRAR | 13 |
|
9. |
MONITORAĠĠ | 13 |
|
KAPITOLU II: |
IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI | 13 |
|
10. |
IL-ĦLAS PARZJALI, L-APPOĠĠ MASSIMU UFFIĊJALI U L-ISPEJJEŻ LOKALI | 14 |
|
11. |
IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-PAJJIŻI GĦAT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT | 14 |
|
12. |
IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT | 14 |
|
13. |
IT-TERMINI TA' RIPAGAMENT GĦAL IMPJANT TAL-ENERĠIJA MHUX NUKLEARI | 15 |
|
14. |
IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX | 15 |
|
15. |
IR-RATI TAL-IMGĦAX, IR-RATI TAL-PRIMJUM U L-ĦLASIJIET L-OĦRA | 16 |
|
16. |
IL-PERJODU TA' VALIDITÀ GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI | 16 |
|
17. |
AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF | 16 |
|
18. |
ALLINJAMENT | 16 |
|
19. |
IR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX IFFISSAT TAĦT APPOĠĠ UFFIĊJALI B'FINANZJAMENT | 16 |
|
20. |
IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRRs | 17 |
|
21. |
IL-VALIDITÀ TAS-CIRRS | 17 |
|
22. |
L-APPLIKAZZJONI TAS-CIRRS | 17 |
|
23. |
IL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU | 17 |
|
24. |
RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU | 18 |
|
25. |
IL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ | 19 |
|
26. |
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU SOVRAN | 20 |
|
27. |
KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAX-XERREJ | 20 |
|
28. |
IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI U REĠJONALI | 21 |
|
29. |
IL-PERĊENTWALI U L-KWALITÀ TAL-KOPERTURA UFFIĊJALI TAL-KREDITU TAL-ESPORTAZZJONI | 21 |
|
30. |
TEKNIKI TA' MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ | 22 |
|
31. |
TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ | 22 |
|
32. |
REVIŻJONI TAL-VALIDITÀ TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAL RISKJU TA' KREDITU | 22 |
|
KAPITOLU III: |
ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA | 23 |
|
33. |
PRINĊIPJI ĠENERALI | 23 |
|
34. |
IL-FOROM TAL-GĦAJNUNA MARBUTA | 23 |
|
35. |
IL-FINANZJAMENT ASSOĊJAT | 23 |
|
36. |
L-ELIĠIBILITÀ TA' PAJJIŻ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA | 24 |
|
37. |
L-ELIĠIBILITÀ TAL-PROĠETT | 25 |
|
38. |
IL-LIVELL MINIMU TA' KONĊESSJONALITÀ | 25 |
|
39. |
L-EŻENZJONIJIET MILL-ELIĠIBILITÀ TAL-PAJJIŻ JEW TAL-PROĠETT GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA | 25 |
|
40. |
IL-KALKULAZZJONI TAL-LIVELL TA' KONĊESSJONALITÀ TAL-GĦAJNUNA MARBUTA | 26 |
|
41. |
IL-PERJODU TA' VALIDITÀ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA | 27 |
|
42. |
ALLINJAMENT | 27 |
|
KAPITOLU IV: |
PROĊEDURI | 28 |
|
TAQSIMA 1: |
IL-PROĊEDURI KOMUNI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ | 28 |
|
43. |
NOTIFIKI | 28 |
|
44. |
L-INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI | 28 |
|
45. |
IL-PROĊEDURI GĦALL-ALLINJAMENT | 28 |
|
46. |
KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI | 28 |
|
TAQSIMA 2: |
IL-PROĊEDURI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI | 29 |
|
47. |
L-AVVIŻ MINN QABEL B'DISKUSSJONI | 29 |
|
48. |
L-AVVIŻ MINN QABEL | 29 |
|
TAQSIMA 3: |
IL-PROĊEDURI GĦALL-GĦAJNUNA RELATA MAL-KUMMERĊ | 30 |
|
49. |
L-AVVIŻ MINN QABEL | 30 |
|
50. |
L-AVVIŻ FIL-PRONT | 30 |
|
TAQSIMA 4: |
IL-PROĊEDURI TA' KONSULTAZZJONI GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA | 31 |
|
51. |
IL-FINI TAL-KONSULTAZZJONIJIET | 31 |
|
52. |
L-AMBITU TA' U Ż-ŻMIEN MAGĦŻUL GĦALL-KONSULTAZZJONIJIET | 31 |
|
53. |
IR-RIŻULTAT TAL-KONSULTAZZJONIJIET | 31 |
|
TAQSIMA 5: |
L-ISKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ | 32 |
|
54. |
IL-PUNTI TA' KUNTATT | 32 |
|
55. |
L-AMBITU TAL-MISTOQSIJIET | 32 |
|
56. |
L-AMBITU TAR-RISPOSTI | 32 |
|
57. |
IL-KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB'WIĊĊ | 32 |
|
58. |
PROĊEDURI U L-FORMAT TAL-LINJI KOMUNI | 32 |
|
59. |
IR-REAZZJONIJIET GĦALL-PROPOSTI GĦAL LINJA KOMUNI | 33 |
|
60. |
AĊĊETTAZZJONI TAL-LINJI KOMUNI | 33 |
|
61. |
NUQQAS TA' FTEHIM DWAR IL-LINJI KOMUNI | 34 |
|
62. |
ID-DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI | 34 |
|
63. |
VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI | 34 |
|
TAQSIMA 6: |
ID-DISPOŻIZZJONIJIET OPERATTIVI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX (CIRRs) | 34 |
|
64. |
IL-KOMUNIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX | 34 |
|
65. |
ID-DATA EFFETTIVA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAR-RATI TAL-IMGĦAX | 34 |
|
66. |
IL-BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX | 34 |
|
TAQSIMA 7: |
IR-REVIŻJONIJIET | 35 |
|
67. |
IR-REVIŻJONI REGOLARI TAL-ARRANĠAMENT | 35 |
|
68. |
IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX | 35 |
|
69. |
IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM U KWISTJONIJIET RELATATI | 35 |
|
ANNESS I: |
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-BASTIMENTI | 36 |
|
KAPITOLU I: |
L-AMBITU TAL-FTEHIM SETTORJALI | 36 |
|
1. |
PARTEĊIPAZZJONI | 36 |
|
2. |
IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI | 36 |
|
KAPITOLU II: |
ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U TAL-GĦAJNUNA MARBUTA | 36 |
|
3. |
IT-TERMINU MASSIMU TA' RIPAGAMENT | 36 |
|
4. |
ĦLAS BI FLUS KONTANTI | 36 |
|
5. |
IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX | 37 |
|
6. |
IL-PRIMJUM MINIMU | 37 |
|
7. |
IL-FINANZI TAL-PROĠETT | 37 |
|
8. |
L-GĦAJNUNA | 37 |
|
KAPITOLU III: |
PROĊEDURI | 37 |
|
9. |
AVVIŻ | 37 |
|
10. |
REVIŻJONI | 37 |
|
ANNESS II: |
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦAL IMPJANTI TAL-ENERĠIJA NUKLEARI | 40 |
|
KAPITOLU I: |
L-AMBITU TAL-FTEHIM SETTORJALI | 40 |
|
1. |
IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI | 40 |
|
KAPITOLU II: |
IL-PROĊEDURI KOMUNI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ | 40 |
|
2. |
IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT | 40 |
|
3. |
IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX | 41 |
|
4. |
IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRRs | 41 |
|
5. |
IL-MUNITI ELIĠIBBLI | 42 |
|
6. |
APPOĠĠ UFFIĊJALI GĦAL FJUWIL NUKLEARI U GĦAL SERVIZZI RELATATI MA' FJUWIL NUKLEARI | 42 |
|
7. |
L-GĦAJNUNA | 42 |
|
KAPITOLU III: |
PROĊEDURI | 42 |
|
8. |
L-AVVIŻ MINN QABEL | 42 |
|
KAPITOLU IV: |
REVIŻJONI | 42 |
|
9. |
XOGĦOL FUTUR | 42 |
|
10. |
REVIŻJONI U MONITORAĠĠ | 42 |
|
ANNESS III: |
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INĠENJI TAL-ARJU ĊIVILI | 43 |
|
PARTI 1: |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI | 43 |
|
1. |
GĦAN | 43 |
|
2. |
L-ISTATUS | 43 |
|
3. |
PARTEĊIPAZZJONI | 43 |
|
4. |
IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI | 43 |
|
5. |
INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAL MIN MHUX PARTEĊIPANTI | 44 |
|
6. |
L-APPOĠĠ BL-GĦAJNUNA | 44 |
|
7. |
AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF | 44 |
|
PARTI 2: |
INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA | 45 |
|
KAPITOLU I: |
KOPERTURA | 45 |
|
8. |
INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA | 45 |
|
KAPITOLU II: |
IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI | 45 |
|
9. |
IL-MUNITI ELIĠIBBLI | 45 |
|
10. |
ĦLAS AKKONT U APPOĠĠ UFFIĊJALI MASSIMU | 45 |
|
11. |
RATI MINIMI TAL-PRIMJUM | 46 |
|
12. |
IT-TERMINU MASSIMU TA' RIPAGAMENT | 46 |
|
13. |
IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX | 46 |
|
14. |
RATI MINIMI TAL-IMGĦAX | 47 |
|
15. |
APPOĠĠ BIR-RATA TAL-IMGĦAX | 47 |
|
16. |
TARIFFI | 47 |
|
17. |
KOFINANZJAMENT | 48 |
|
PARTI 3: |
L-INĠENJI TAL-AJRU UŻATI, IL-MAGNI TA' RIŻERVA, IL-PARTIJIET TA' RIŻERVA, IL-KUNTRATTI TA' MANUTENZJONI U SERVIZZ | 48 |
|
KAPITOLU I: |
KOPERTURA | 48 |
|
18. |
INĠENJI TAL-AJRU UŻATI U PRODOTTI U SERVIZZI OĦRAJN | 48 |
|
KAPITOLU II: |
IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI | 48 |
|
19. |
IL-BEJGĦ TA' INĠENJI TAL-AJRU UŻATI | 48 |
|
20. |
IL-MAGNI TA' RISERVA U L-PARTIJIET LI JISTGĦU JINBIDLU | 49 |
|
21. |
IL-KUNTRATTI GĦALL-KONVERŻJONI/MODIFIKI EWLENIN/RESTAWRAZZJONI | 49 |
|
22. |
KUNTRATTI TA' MANUTENZJONI U SERVIZZ | 50 |
|
23. |
KITTS TAL-MAGNA | 50 |
|
PARTI 4: |
PROĊEDURI TA' TRASPARENZA | 50 |
|
TAQSIMA 1: |
IR-REKWIŻITI TAL-INFORMAZZJONI | 50 |
|
24. |
L-INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI | 50 |
|
TAQSIMA 2: |
SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI | 50 |
|
25. |
TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI | 50 |
|
26. |
IL-KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB'WIĊĊ | 51 |
|
27. |
KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI | 51 |
|
TAQSIMA 3: |
LINJI KOMUNI | 51 |
|
28. |
PROĊEDURI U L-FORMAT TAL-LINJI KOMUNI | 51 |
|
29. |
IR-REAZZJONIJIET GĦALL-PROPOSTI GĦAL LINJA KOMUNI | 52 |
|
30. |
AĊĊETTAZZJONI TAL-LINJI KOMUNI | 52 |
|
31. |
NUQQAS TA' FTEHIM DWAR IL-LINJI KOMUNI | 52 |
|
32. |
ID-DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI | 52 |
|
33. |
VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI | 52 |
|
TAQSIMA 4: |
ALLINJAMENT | 53 |
|
34. |
ALLINJAMENT | 53 |
|
PARTI 5: |
MONITORAĠĠ U REVIŻJONI | 53 |
|
35. |
MONITORAĠĠ | 53 |
|
36. |
REVIŻJONI | 53 |
|
37. |
XOGĦOL FUTUR | 54 |
|
PARTI 6: |
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI | 54 |
|
38. |
DĦUL FIS-SEĦĦ | 54 |
|
39. |
ARRANĠAMENTI TA' TRANŻIZZJONI | 54 |
|
40. |
L-IRTIRAR | 55 |
|
TAQSIMA 1: |
PROĊEDURI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJI | 57 |
|
I. |
IT-TWAQQIF TAL-LISTA TA' KLASSIFIKAZZJONIJIET TAR-RISKJI | 57 |
|
II. |
AĠĠORNAMENT TAL-LISTA TA' KLASSIFIKAZZJONIJIET TAR-RISKJI | 57 |
|
III. |
SOLUZZJONI GĦAN-NUQQAS TA' QBIL | 58 |
|
IV. |
IL-PERJODU TA' VALIDITÀ TAL-KLASSIFIKAZZJONIJIET | 58 |
|
V. |
TALBA DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJI TA' XERREJ/MUTWATARJU | 58 |
|
TAQSIMA 2: |
RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAL INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA U UŻATI | 59 |
|
I. |
IL-KALKULAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM | 59 |
|
II. |
TNAQQIS TAL-PRIMJUM MINIMU | 64 |
|
III. |
TRANŻAZZJONIJIET MHUX ABBAŻI TA' ASSI | 67 |
|
TAQSIMA 3: |
RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAL PRODOTTI U SERVIZZI LI MHUMIEX INĠENJI TAL-AJRU KOPERTI MILL-PARTI 3 TA' DAN IL-FTEHIM SETTORJALI | 68 |
|
I. |
INFORMAZZJONI PRELIMINARI | 71 |
|
II. |
MISTOQSIJIET | 71 |
|
1. |
RATA TAL-IMGĦAX MINIMA U FLESSIBBLI | 73 |
|
2. |
IR-RATI TAL-IMGĦAX FISSI U MINIMI | 73 |
|
3. |
IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRR | 74 |
|
4. |
IL-PERJODU TA' VALIDITÀ TAS-CIRR | 74 |
|
5. |
L-APPLIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX | 74 |
|
6. |
RIPAGAMENT ANTIĊIPAT TA' SELF B'RATA TAL-IMGĦAX FISSA | 74 |
|
7. |
IL-BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX | 74 |
|
8. |
MARĠNI NORMATTIV | 74 |
|
ANNESS IV: |
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦAL ENERĠIJA RINNOVABBLI, IL-MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA U PROĠETTI TAL-ILMA | 80 |
|
KAPITOLU I: |
L-AMBITU TAL-FTEHIM SETTORJALI | 80 |
|
1. |
IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI F'SETTURI TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI I | 80 |
|
2. |
IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI F'SETTURI TAL-MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI II | 80 |
|
3. |
IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI TA' ADATTAMENT ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI III | 81 |
|
4. |
KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦALL-PROĠETTI TAL-ILMA | 81 |
|
KAPITOLU II: |
DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI | 81 |
|
5. |
IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT | 81 |
|
6. |
IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX | 82 |
|
7. |
RATI MINIMI TAL-IMGĦAX | 82 |
|
8. |
IL-MUNITI ELIĠIBBLI | 83 |
|
9. |
SPEJJEŻ LOKALI | 83 |
|
KAPITOLU III: |
PROĊEDURI | 83 |
|
10. |
L-AVVIŻ MINN QABEL | 83 |
|
KAPITOLU IV: |
MONITORAĠĠ U REVIŻJONI | 83 |
|
11. |
XOGĦOL FUTUR | 84 |
|
12. |
MONITORAĠĠ U REVIŻJONI | 84 |
|
ANNESS V: |
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA | 91 |
|
KAPITOLU I: |
L-AMBITU TAL-FTEHIM SETTORJALI | 91 |
|
1. |
IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI | 91 |
|
KAPITOLU II: |
DISPOSIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI | 91 |
|
2. |
IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT | 91 |
|
3. |
IR-RIPAGAMENT TAL-PRINĊIPAL U TAL-IMGĦAX | 92 |
|
4. |
IR-RATI MINIMI FISSI TAL-IMGĦAX | 92 |
|
KAPITOLU III: |
PROĊEDURI | 92 |
|
5. |
L-AVVIŻ MINN QABEL | 92 |
|
6. |
VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI | 92 |
|
KAPITOLU IV: |
MONITORAĠĠ U REVIŻJONI | 92 |
|
7. |
MONITORAĠĠ U REVIŻJONI | 92 |
|
ANNESS VI: |
TERMINI U KUNDIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TAL-FINANZI TAL-PROĠETT | 94 |
|
KAPITOLU I: |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI | 94 |
|
1. |
IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI | 94 |
|
KAPITOLU II: |
IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI | 94 |
|
2. |
IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT | 94 |
|
3. |
IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX | 94 |
|
4. |
IR-RATI MINIMI FISSI TAL-IMGĦAX | 95 |
|
KAPITOLU III: |
PROĊEDURI | 95 |
|
5. |
L-AVVIŻA MINN QABEL GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TAL-FINANZI TA' PROĠETT | 95 |
|
I. |
IL-KRITERJI BAŻIĊI | 96 |
|
II. |
KRITERJI ADDIZZJONALI GĦAL TRANŻAZZJONIJIET TA' FINANZJAMENT TA' PROĠETT F'PAJJIŻI TAL-OECD BI DĦUL GĦOLI | 96 |
|
ANNESS VII: |
L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦAN-NOTIFIKI | 97 |
|
I. |
L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦALL-AVVIŻI KOLLHA | 97 |
|
II. |
INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA, KIF INHU XIERAQ, GĦAL NOTIFIKI LI JSIRU FIR-RIGWARD TA' DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI | 99 |
|
ANNESS VIII: |
IL-KALKOLU TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM | 104 |
|
ANNESS IX: |
NORMATTIVI TAS-SUQ GĦAL TRANŻAZZJONIJIET F'PAJJIŻI TAL-KATEGORIJI ŻERO | 107 |
|
ANNESS X: |
IL-KRITERJI U L-KUNDIZZJONIJIET LI JIGGVERNAW L-APPLIKAZZJONI TA'GARANZIJA TA' RIPAGAMENT TA' PARTI TERZA U L-KLASSIFIKAZZJONI TA' ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI JEW REĠJONALI | 108 |
|
ANNESS XI: |
ID-DESKRIZZJONIJIET KWALITATTIVI TAL-KATEGORIJI TAR-RISKJU TAX-XERREJ | 110 |
|
ANNESS XII: |
IL-KRITERJI U L-KUNDIZZJONIJIET LI JIGGVERNAW L-APPLIKAZZJONI TAT-TEKNIKI TA' MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ | 114 |
|
ANNESS XIII: |
IL-LISTA TA' KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP IL-LISTA TA' KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP TAL-PROĠETT FFINANZJATI MILL-GĦAJNUNA | 118 |
|
ANNESS XIV: |
LISTA TAD-DEFINIZZJONIJIET | 120 |
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. GĦAN
|
(a) |
L-għan ewlieni tal-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati, li fid-dokument kollu se jissejjaħ l-Arranġament, huwa li jipprovdi qafas għall-użu ordnat tal-krediti għall-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. |
|
(b) |
L-Arranġament ifittex li jrawwem kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd fejn għandu x'jaqsam l-appoġġ uffiċjali, kif ġie ddefinit fl-Artikolu 5a), sabiex tkun inkoraġġita kompetizzjoni fost l-esportaturi li tkun ibbażata fuq il-kwalità u l-prezz tal-oġġetti u tas-servizzi esportati aktar milli fuq termini u kundizzjonijiet finanzjarji uffiċjalment appoġġati li huma l-aktar favorevoli. |
2. L-ISTATUS
L-Arranġament, li ġie żviluppat fil-qafas tal-OECD, inizjalment daħal fis-seħħ f'April 1978 u jdum għal perjodu indefinit. L-Arranġament huwa Ftehim bejn Ġentlomi bejn il-Parteċipanti; mhuwiex Att tal-OECD (1), għalkemm jirċievi l-appoġġ amministrattiv tas-Segretarjat tal-OECD (minn hawn 'il quddiem se jissejjaħ: ‘is-Segretarjat’).
3. PARTEĊIPAZZJONI
Il-Parteċipanti għall-Arranġament bħalissa huma: l-Awstralja, il-Kanada, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Istati Uniti. Membri oħra tal-OECD u u dawk li mhumiex Membri jistgħu jiġu mistiedna jsiru Parteċipanti mill-Parteċipanti attwali.
4. INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAL MIN MHUX PARTEĊIPANTI
|
(a) |
Il-Parteċipanti jimpenjaw irwieħhom li jaqsmu l-informazzjoni ma' min mhux Parteċipanti dwar avviżi li huma relatati mal-appoġġ uffiċjali kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5a). |
|
(b) |
Fuq il-bażi tar-reċiproċità, Parteċipant jirrispondi għal talba mingħand min mhux Parteċipant f'sitwazzjoni kompetittiva dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti għall-appoġġ uffiċjali tiegħu, kif kieku jirrispondi għal talba mingħand Parteċipant. |
5. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
L-Arranġament japplika għall-appoġġ uffiċjali kollu li jiġi provdut minn jew f'isem gvern għall-esportazzjoni ta' oġġetti u/jew ta' servizzi, inklużi kirjiet finanzjarji, li għandhom terminu ta' ripagament ta' sentejn jew aktar.
|
(a) |
L-appoġġ uffiċjali jista' jiġi provdut f'forom differenti:
|
|
(b) |
L-Arranġament japplika għall-għajnuna marbuta; il-proċeduri li ġew stabbiliti fil-Kapitolu IV japplikaw ukoll għal għajnuna mhux marbuta relatata mal-kummerċ. |
|
(c) |
L-Arranġament ma japplikax għall-esportazzjonijiet ta' Tagħmir Militari u ta' Komoditajiet Agrikoli. |
|
(d) |
Ma jkunx provdut appoġġ uffiċjali jekk hemm evidenza ċara li l-kuntratt kien strutturat b'xerrej f'pajjiż li mhux id-destinazzjoni finali tal-oġġetti, primarjament bil-għan li jinkisbu termini ta' ripagament aktar favorevoli. |
6. IL-FTEHIMIET SETTORJALI
|
(a) |
Il-ftehimiet Settorjali li ġejjin huma parti mill-Arranġament:
|
|
(b) |
Parteċipant fi Ftehim Settorjali jista' japplika d-dispożizzjonijiet tiegħu għal appoġġ uffiċjali għall-esportazzjoni ta' prodotti u/jew servizzi koperti minn dak il-Ftehim Settorjali. Jekk Ftehim Settorjali ma jinkludix dispożizzjoni korrispondenti għal dik tal-Arranġament, Parteċipant fil-Ftehim Settorjali japplika d-dispożizzjoni tal-Arranġament. |
7. IL-FINANZI TAL-PROĠETT
|
(a) |
Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet li ġew stabbiliti fl-Anness VI għall-esportazzjoni tal-oġġetti u/jew tas-servizzi għat-tranżazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness VI. |
|
(b) |
Il-paragrafu (a) ta' hawn fuq japplika għall-esportazzjoni ta' prodotti u servizzi koperti mill-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għal Impjanti tal-Enerġija Nukleari u l-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Proġetti tal-Enerġiji Rinnovabbli, il-Mitigazzjoni tal-Bidla fil-Klima, u Proġetti tal-Ilma, u l-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni tal-Infrastruttura Ferrovjarja. |
|
(c) |
Il-paragrafu (a) ma japplikax għall-esportazzjoni ta' prodotti u servizzi koperti mill-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għal Inġenji tal-Ajru Ċivili jew il-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għall-Bastimenti. |
8. L-IRTIRAR
Parteċipant jista' jirtira billi jinnotifika lis-Segretarjat bil-miktub permezz ta' komunikazzjoni istantanja, pereż. is-Sistema tal-Informazzjoni Onlajn tal-OECD (OLIS). L-irtirar jidħol fis-seħħ 180 jum kalendarju wara li s-Segretarjat ikun irċieva l-avviż.
9. MONITORAĠĠ
Is-Segretarjat jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Arranġament.
KAPITOLU II
IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET FINANZJARJI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI
It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għall-krediti għall-esportazzjoni jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha li ġew stabbiliti f'dan il-Kapitolu li jinqraw waħda mal-oħra.
L-Arranġament jistabbilixxi l-limitazzjonijiet fuq it-termini u l-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu uffiċjalment appoġġati. Il-Parteċipanti jirrikonoxxu li termini u kundizzjonijiet finanzjarji aktar restrittivi minn dawk li ġew provduti mill-Arranġament tradizzjonalment japplikaw għal ċerti setturi kummerċjali jew industrijali. Il-Parteċipanti jkomplu jirrispettaw termini u kundizzjonijiet finanzjarji tas-soltu bħal dawn, b'mod partikolari l-prinċipju li permezz tiegħu t-termini tar-ripagament ma jeċċedux it-tul ta' servizz utli tal-oġġetti.
10. IL-ĦLAS PARZJALI, L-APPOĠĠ MASSIMU UFFIĊJALI U L-ISPEJJEŻ LOKALI
|
(a) |
Il-Parteċipanti jeħtieġu li x-xerrejja tal-oġġetti u tas-servizzi li huma s-suġġett ta' appoġġ uffiċjali jħallsu b'mod parzjali minimu ta' 15 % tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni fi jew qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu kif ġie ddefinit fl-Anness XIV. Għall-valutazzjoni tal-ħlasijiet parzjali, il-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni jista' jitnaqqas b'mod proporzjonali jekk it-tranżazzjoni tinkludi oġġetti u servizzi minn pajjiż terz li mhumiex uffiċjalment appoġġati. Jistgħu jsiru finanzjament/assigurazzjoni ta' 100 % tal-primjum. Il-primjum jista' jkun inkluż jew jista' ma jkunx inkluż fil-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni. F'dan il-kuntest, il-ħlasijiet li nżammu bħala garanzija li saru wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma jitqisux bħala ħlas parzjali. |
|
(b) |
L-appoġġ uffiċjali għal ħlasijiet parzjali bħal dawn jieħu l-forma ta' assigurazzjoni jew garanzija biss kontra r-riskji ta' qabel il-kreditu tas-soltu. |
|
(c) |
Ħlief kif inhu provdut fil-paragrafi b) u d), il-Parteċipanti ma jipprovdux appoġġ uffiċjali li jeċċedi l-85 % tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni, li jinkludi l-provvista ta' pajjiż terz, imma li jeskludi l-ispejjeż lokali. |
|
(d) |
Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-ispejjeż lokali, sakemm:
|
11. IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-PAJJIŻI GĦAT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT
|
(a) |
Il-pajjiżi tal-Kategorija I huma pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli (2). Il-pajjiżi l-oħra kollha qegħdin fil-Kategorija II. |
|
(b) |
Il-kriterji u l-proċeduri operattivi li ġejjin japplikaw meta jiġu kklassifikati l-pajjiżi:
|
|
(c) |
Pajjiż ibiddel il-kategorija biss wara li l-livell fil-kategorija tal-Bank Dinji jkun baqa l-istess għal sentejn konsekuttivi. |
12. IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, it-terminu massimu ta' ripagament ivarja skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż tad-destinazzjoni li ġiet iddeterminata mill-kriterji fl-Artikolu 11.
|
(a) |
Għall-pajjiżi tal-Kategorija I, it-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' ħames snin, bil-possibbiltà li jkun hemm ftehim sa tmien snin u nofs meta jiġu segwiti l-proċeduri għal avviż minn qabel li ġew stabbiliti fl-Artikolu 48. |
|
(b) |
Għal pajjiżi tal-Kategorija II, it-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' 10 snin. |
|
(c) |
Fil-każ ta' kuntratt li jinvolvi aktar minn pajjiż tad-destinazzjoni wieħed, il-Parteċipanti għandhom ifittxu li jistabbilixxu Linja Komuni skont il-proċeduri fl-Artikoli minn 58 sa 63 biex jintlaħaq ftehim dwar it-termini xierqa. |
13. IT-TERMINI TA' RIPAGAMENT GĦAL IMPJANT TAL-ENERĠIJA MHUX NUKLEARI
|
(a) |
Għal impjant tal-enerġija mhux nukleari, it-terminu massimu ta' ripagament ikun ta' 12-il sena. Jekk Parteċipant beħsiebu jappoġġa terminu ta' ripagament li huwa itwal minn dak provdut fl-Artikolu 12, il-Parteċipant jagħti avviż minn qabel skont il-proċeduri fl-Artikolu 48. |
|
(b) |
Impjanti tal-enerġija mhux nukleari huma stazzjonijiet tal-enerġija kompleti jew partijiet minnhom, li ma jaħdmux bl-enerġija nukleari; jinkludu l-komponenti, it-tagħmir, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ tal-personal) li huma meħtieġa b'mod dirett għall-kostruzzjoni u għall-kostruzzjoni ta' stazzjonijiet tal-enerġija mhux nukleari bħal dawn. Ma japplikax għal oġġetti li s-soltu jkun responsabbli għalihom ix-xerrej, b'mod partikolari l-ispejjeż assoċjati mal-iżvilupp tal-art, mat-toroq, mal-bini fuq il-lant tax-xogħol, mal-linji tal-enerġija, u mal-installazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija u mal-provvista tal-ilma, kif ukoll l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba proċeduri ta' approvazzjoni uffiċjali (pereż. il-permessi għas-sit, il-permess għall-kostruzzjoni, il-permess biex jitgħabba l-fjuwil) fil-pajjiż tax-xerrej, ħlief:
|
14. IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Is-somma kapitali ta' kreditu tal-esportazzjoni titħallas lura f'rati ndaqs. |
|
(b) |
Il-kapital jitħallas lura u l-imgħax jitħallas mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel ħlas parzjali tal-kapital u l-imgħax isir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt ta' bidu tal-kreditu. |
|
(c) |
Għall-krediti għall-esportazzjoni li ġew ipprovduti b'appoġġ għat-tranżazzjonijiet ta' kiri, jistgħu jiġu applikati ripagamenti ndaqs tal-kapital u tal-imgħax ikkombinati flimkien minflok ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital kif ġie stabbilit fil-paragrafu a). |
|
(d) |
Fuq bażi eċċezzjonali u ġġustifikata b'mod xieraq, il-krediti għall-esportazzjoni jistgħu jkunu provduti skont termini għajr dawk li ġew stabbiliti mill-a) sa c) aktar 'il fuq. Il-forniment tat-tali appoġġ jista' jiġi spjegat permezz ta' żbilanċ fit-twaqqit tal-fondi disponibbli tal-obbligant u l-profil tas-servizz ta' dejn disponibbli fi skeda ta' ripagament ugwali u semiannwali u jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:
|
|
(e) |
L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma jkunx ikkapitalizzat |
15. IR-RATI TAL-IMGĦAX, IR-RATI TAL-PRIMJUM U L-ĦLASIJIET L-OĦRA
|
(a) |
L-imgħax jeskludi:
|
|
(b) |
Fejn l-appoġġ uffiċjali jiġi provdut permezz ta' krediti/finanzjament diretti jew finanzjament mill-ġdid, il-primjum jew jista' jiġi miżjud mal-valur nominali tar-rata tal-imgħax jew jista' jkun ħlas separat; iż-żewġ komponenti għandhom ikunu speċifikati lill-Parteċipanti b'mod separat. |
16. IL-PERJODU TA' VALIDITÀ GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI
It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għall-kreditu tal-esportazzjoni jew għal-linja ta' kreditu individwali, għajr għall-perjodu ta' validità għar-Rati ta' Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (Commercial Interest Reference Rates, CIRRs) li ġew stabbiliti fl-Artikolu 21, ma jkunux iffissati għal perjodu li jeċċedi s-sitt xhur qabel l-impenn finali.
17. AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF
L-Arranġament ma jipprevjenix lill-awtoritajiet tal-kreditu tal-esportazzjoni jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji milli jiftiehmu dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji inqas restrittivi minn dawk provduti mill-Arranġament, jekk azzjoni bħal din tittieħed wara l-għoti ta' kuntratt (meta l-ftehim dwar il-krediti għall-esportazzjoni u d-dokumenti anċillari diġà saru effettivi) u hija maħsuba biss biex ikun evitat jew imminimizzat it-telf minn avvenimenti li jistgħu jagħtu lok għal nuqqas ta' ħlas jew għal klejms.
18. ALLINJAMENT
Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali tal-Parteċipant u b'mod konsistenti mal-fini tal-Arranġament, skont il-proċeduri li ġew stabbliti fl-Artikolu 45, Parteċipant jista' jallinja t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew offruti minn Parteċipant jew minn min mhuwiex Parteċipant. It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji provduti skont dan l-Artikolu jitqiesu li huma skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli I, II u meta applikabbli, mal-Annessi I, II, III, IV, V u VI.
19. IR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX IFFISSAT TAĦT APPOĠĠ UFFIĊJALI B'FINANZJAMENT
|
(a) |
Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ finanzjarju uffiċjali għal self b'rati fissi japplikaw is-CIRRs rilevanti bħala r-rati minimi tal-imgħax. Is-CIRRs huma rati ta' imgħax stabbiliti skont il-prinċipji li ġejjin:
|
|
(b) |
Il-forniment ta' appoġġ b'finanzjament uffiċjali ma jpattix jew jikkumpensa, b'mod parzjali jew sħiħ, għall-primjum xieraq tar-riskju ta' kreditu li għandu jintalab għar-riskju ta' nonripagament skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23. |
20. IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRRS
|
(a) |
Kull Parteċipant li jixtieq jistabbilixxi s-CIRRs, l-ewwel nett jagħżel waħda miż-żewġ sistemi bażi tar-rati għall-munita nazzjonali tiegħu:
L-eċċezzjonijiet għas-sistema b'rata bażi jkunu miftiehma mill-Parteċipanti. |
|
(b) |
Is-CIRRs ikunu ffissati f'marġni fiss ta' 100 punt bażi 'l fuq mir-rata bażi ta' kull Parteċipant sakemm il-Parteċipanti ma jkunux ftiehmu mod ieħor. |
|
(c) |
Il-Parteċipanti l-oħra jużaw is-CIRR iffissata għal munita partikolari jekk jiddeċiedu li jiffinanzjaw f'dik il-munita. |
|
(d) |
Parteċipant jista' jbiddel is-sistema b'rata bażi tiegħu wara li jagħti avviż b'sitt xhur bil-quddiem u bil-parir tal-Parteċipanti. |
|
(e) |
Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant jista' jitlob li tiġi stabbilita CIRR għall-munita ta' min mhuwiex Parteċipant. F'konsultazzjoni ma' min mhuwiex Parteċipant interessat, Parteċipant jew is-Segretarjat f'isem dak li mhuwiex Parteċipant jista' jagħmel proposta għall-kostruzzjoni tas-CIRR f'dik il-munita billi jintużaw proċeduri tal-Linja Komuni skont l-Artikoli minn 58 sa 63. |
21. IL-VALIDITÀ TAS-CIRRS
Ir-rata tal-imgħax li tapplika għal tranżazzjoni ma tkunx iffissata għal perjodu li jkun itwal minn 120 jum. Jiġi miżjud marġni ta' 20 punt bażi mas-CIRRs jekk it-termini u l-kundizzjonijiet tal-appoġġ uffiċjali b'finanzjament jkunu ffissati qabel id-data tal-kuntratt.
22. L-APPLIKAZZJONI TAS-CIRRS
|
(a) |
Fejn l-appoġġ uffiċjali b'finanzjament jiġi provdut għal self b'rata mhux fissa, il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra ma jitħallewx joffru l-għażla li jbaxxu jew is-CIRR (fiż-żmien tal-kuntratt oriġinali) jew ir-rata tas-suq tul medda qasira ta' żmien għall-perjodu kollu kemm idum is-self. |
|
(b) |
Fil-każ ta' ripagament ta' self jew ta' kwalunkwe porzjon minnu, volontarju u bikri, min jissellef jikkumpensa lill-istituzzjoni governattiva li tipprovdi l-appoġġ uffiċjali b'finanzjament għat-telf u għall-ispejjeż kollha li ġarrbet minħabba ripagament bikri bħal dan, inkluża l-ispiża tal-istituzzjoni governattiva biex tissostitwixxi l-parti tal-influss tal-flus kontanti b'rata fissa li ġie interrott mir-ripagament bikri. |
23. IL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU
Il-Parteċipanti jitolbu l-primjum, minbarra l-ħlasijiet fuq l-imgħax, biex ikopru r-riskju ta' nuqqas ta' ripagament tal-krediti għall-esportazzjoni. Ir-rati tal-primjum mitluba mill-Parteċipanti jkunu bbażati fuq ir-riskju, jikkonverġu u ma jkunux inadegwati biex ikopru l-ispejjeż u t-telf operattivi tul medda twila ta' żmien.
24. RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU
Il-Parteċipanti ma jitolbux inqas mir-Rata Minima applikabbli tal-Primjum (MPR) għar-Riskju ta' Kreditu.
|
(a) |
L-MPR applikabbli tiġi ddeterminata skont il-fatturi li ġejjin:
|
|
(b) |
L-MPRs jiġu espressi f'perċentwali tal-valur prinċipali tal-kreditu bħallikieku l-primjum inġabar b'mod sħiħ fid-data tal-ewwel tnaqqis tal-kreditu. Spjegazzjoni ta' kif jiġu kkalkulati l-MPRs, inkluża l-formula matematika, tiġi provduta fl-Anness VIII. |
|
(c) |
Ma hemm l-ebda MPRs għal tranżazzjonijiet li jinvolvu lill-obbliganti f'pajjiżi tal-Kategorija 0, il-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli u Pajjiżi taż-Żona tal-Euro bi Dħul Għoli (3). Ir-rati tal-primjum mitluba mill-Parteċipanti għal tranżazzjonijiet f'dawn il-pajjiżi jiġu ddeterminati fuq bażi ta' każ b'każ. Biex jiġi żgurat li r-rati tal-primjum mitlubin għal tranżazzjonijiet li jinvolvu lil obbliganti f'tali pajjiżi ma jwaqqgħux l-ipprezzar tas-suq privat, il-Parteċipanti jaderixxu mal-proċedura li ġejja:
|
|
(d) |
Fil-prinċipju, il-pajjiżi ta' ‘l-ogħla riskju’ fil-Kategorija 7 jkunu soġġetti għal rati ta' primjum li jeċċedu l-MPRs li ġew stabbiliti għal dik il-Kategorija; dawn ir-rati tal-primjum jiġu ddeterminati mill-Parteċipant li jkun qed jipprovdi l-appoġġ uffiċjali. |
|
(e) |
Fil-kalkolu tal-MPR għal tranżazzjoni, il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż tkun il-klassifikazzjoni tal-pajjiż tal-obbligant u l-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju ta-xerrej tkun il-klassifikazzjoni tal-obbligant (5), sakemm:
|
|
(f) |
Il-kriterji u l-kundizzjonijiet li jirrelataw mal-applikazzjoni ta' garanzija tal-pajjiż terz skont is-sitwazzjonijiet li ġew deskritti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi tal-Artikolu 24(e) ġew stabbiliti fl-Anness X. |
|
(g) |
Il-konvenzjoni tal-HOR li ntużat fil-kalkulazzjoni ta' MPR hija nofs il-perjodu ta' żborżament flimkien mal-perjodu sħiħ tar-ripagament u tassumi profil regoli ta' ripagament tal-kreditu tal-esportazzjoni, jiġifieri ripagament f'rati ndaqs u semi-annwali tal-kapital flimkien mal-imgħax dovut li jibda minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. Għall-krediti tal-esportazzjoni bi profili ta' ripagament li mhumiex standard, il-perjodu ekwivalenti ta' ripagament (espress f'termini ta' rati indaqs u semi-annwali) jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja: il-perjodu ekwivalenti ta' ripagament = (tul ta' żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-perjodu ta' ripagament – 0,25)/0,5. |
|
(h) |
Il-Parteċipant li jagħżel li japplika MPR assoċjata ma' garanti ta' parti terza li tinstab f'pajjiż ieħor għajr minn dak tad-debitur jagħti avviż minn qabel skont l-Artikolu 47. Il-Parteċipant li jagħżel li japplika MPR assoċjata ma' Istituzzjoni Multilaterali jew Reġjonali li taġixxi bħala garanti jagħti avviż minn qabel skont l-Artikolu 48. |
25. IL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ
Bl-eċċezzjoni ta' pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli u fil-pajjiżi taż-Żona tal-Euro bi Dħul Għoli, il-pajjiżi jiġu kklassifikati skont il-probabbiltà ta' jekk humiex se jħallsu l-imgħax fuq id-djun esterni tagħhom (jiġifieri r-riskju ta' kreditu tal-pajjiż).
|
(a) |
Il-ħames elementi tar-riskju ta' kreditu tal-pajjiż huma:
|
|
(b) |
Il-pajjiżi jiġu kklassifikati f'waħda mit-tmien Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż (0-7). Ġew stabbiliti l-MPRs għall-Kategorija minn 1 sa 7, imma mhux għall-Kategorija 0, għaliex il-livell ta' riskju tal-pajjiż jitqies li huwa negliġibbli għall-pajjiżi f'din il-Kategorija. Ir-riskju ta' kreditu assoċjat ma' tranżazzjonijiet fil-pajjiżi tal-Kategorija 0 huwa marbut l-iktar mar-riskju tal-obbligant/garanti. |
|
(c) |
Il-klassifikazzjoni ta' pajjiżi (7) huwa miksub permezz tal-Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż, li hija magħmula minn:
|
|
(d) |
Il-Klassifikazzjonijiet tar-Riskju tal-Pajjiż jiġu mmonitorjati fuq bażi kontinwa u jiġu riveduti mill-inqas kull sena u l-bidliet li jirriżultaw mill-Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż jiġu kkomunikati immedjatament mis-Segretarjat. Meta pajjiż jiġi kklassifikat mill-ġdid f'Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż aktar baxxa jew ogħla, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li l-klassifikazzjoni mill-ġdid tkun ġiet ikkomunikata mis-Segretarjat, il-Parteċipanti jitolbu r-rati tal-primjum bi jew aktar mill-MPRs assoċjati mal-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż il-ġdida. |
|
(e) |
Is-Segretarjat jagħmel pubbliċi l-klassifikazzjonijiet tar-riskju tal-pajjiż. |
26. VALUTAZZJONI TAR-RISKJU SOVRAN
|
(a) |
Għall-pajjiżi kollha kklassifikati permezz tal-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż skont l-Artikolu 25(d), ir-riskju tas-sovran jiġi vvalutat biex jiġu identifikati, fuq bażi eċċezzjonali, dawk is-sovrani:
|
|
(b) |
L-identifikazzjoni tas-sovrani li jilħqu l-kriterji mniżżla fil-paragrafu a) iktar 'il fuq issir skont il-Metodoloġija ta' Valutazzjoni tar-Riskju Sovran li ġiet żviluppata u miftehma mill-Parteċipanti. |
|
(c) |
Il-lista ta' sovrani identifikati li jilħqu l-kriterji mniżżla fil-paragrafu a) iktar 'il fuq tiġi ssorveljata fuq bażi kontinwa u riveduta tal-inqas darba fis-sena u l-bidliet li jirriżultaw mill-Metodoloġija tal-Valutazzjoni tar-Riskju Sovran jiġu kkomunikati minnufih mis-Segretarjat. |
|
(d) |
Il-lista ta' sovrani identifikati fil-paragrafu b) iktar 'il fuq tiġi ppubblikata mis-Segretarjat. |
27. KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAX-XERREJ
L-obbliganti u, kif xieraq, il-garanti fil-pajjiżi kklassifikati fil-Kategoriji ta' Riskju tal-Pajjiż 1-7 jiġu kklassifikati f'waħda mill-kategoriji ta' riskju tax-xerrej li ġew stabbiliti fir-rigward tal-pajjiż tal-obbligant/garanti (8). Il-matriċi tal-kategoriji tar-riskju tax-xerrej li fihom l-obbliganti u l-garanti jiġu kklassifikati hija pprovduta fl-Anness VIII. Deskrizzjonijiet kwalitattivi tal-kategoriji tar-riskju tax-xerrej huma pprovduti fl-Anness XI.
|
(a) |
Il-klassifikazzjonijiet tar-riskju tax-xerrej ikunu bbażati fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu superjuri mhux iggarantit tal-obbligant/garanti kif iddeterminata mill-Parteċipant. |
|
(b) |
Minkejja l-paragrafu a) ta' hawn fuq, it-tranżazzjonijiet appoġġati skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-Anness VI u tranżazzjonijiet b'valur tal-kreditu ta' SDR 5 miljun jew inqas jistgħu jiġu kklassifikati fuq bażi ta' tranżazzjonijiet, jiġifieri wara l-applikazzjoni ta' kwalunkwe titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej; madankollu, tali tranżazzjonijiet, indipendentement minn kif jiġu kklassifikati, mhumiex eliġibbli għal skonti għall-applikazzjoni ta' titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej. |
|
(c) |
L-obbliganti u l-garanti sovrani huma kklassifikati fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej SOV/CC0. |
|
(d) |
Fuq bażi eċċezzjonali, l-obbliganti u l-garanti mhux sovrani jistgħu jiġu kklassifikati fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej (9)‘Aħjar minn Sovrani’ (SOV+) jekk:
|
|
(e) |
Il-Parteċipanti jagħtu avviż minn qabel skont l-Artikolu 48 għat-tranżazzjonijiet:
|
|
(f) |
Fil-każ ta' kompetizzjoni għal tranżazzjoni speċifika, fejn l-obbligant/garanti jkun ġie kklassifikat mill-Parteċipanti li jikkompetu f'kategoriji differenti tar-riskju tax-xerrej, il-Parteċipanti f'kompetizzjoni jfittxu li jaslu għal klassifikazzjoni komuni tar-riskju tax-xerrej. Jekk ma jintlaħaqx qbli dwar klassifikazzjoni komuni, il-Parteċipant(i) li kklassifika(w) lill-obbligant/garanti fi klassifikazzjoni ogħla tar-riskju tax-xerrej ma jkunux projbiti milli japplikaw l-inqas klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej. |
28. IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI U REĠJONALI
L-Istituzzjonijiet Multilaterali u Reġjonali jiġu kklassifikati f'waħda mit-tmien Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż (0-7) (12) u riveduti kif xieraq; is-Segretarjat jagħmel pubbliċi klassifikazzjonijiet applikabbli bħal dawn.
29. IL-PERĊENTWALI U L-KWALITÀ TAL-KOPERTURA UFFIĊJALI TAL-KREDITU TAL-ESPORTAZZJONI
L-MPRs jiġu ddiferenzjati biex titqies il-kwalità differenti tal-prodotti tal-kreditu tal-esportazzjoni u l-perċentwali tal-kopertura provduta mill-Parteċipanti kif ġie stabbilit fl-Anness VIII. Id-differenzazzjoni hija bbażata fuq il-perspettiva tal-esportatur (jiġifieri li jkun innewtralizzat l-effett kompetittiv li jirriżulta minħabba l-kwalitajiet differenti tal-prodott provdut lill-esportatur/istituzzjoni finanzjarja).
|
(a) |
Il-kwalità ta' prodott tal-kreditu tal-esportazzjoni hija funzjoni ta' jekk il-prodott huwiex assigurazzjoni, garanzija jew kreditu/finanzjament dirett, u għall-prodotti tal-assigurazzjoni jekk il-kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta' stennija tal-klejms (jiġifieri l-perjodu bejn id-data li fiha huwa dovut il-ħlas min-naħa tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef u d-data li fiha l-assiguratur huwa obbligat li jirrimborża l-esportatur/istituzzjoni finanzjarja) hiex provduta mingħajr ħlas barrani. |
|
(b) |
Il-prodotti kollha eżistenti tal-kreditu tal-esportazzjoni li ġew offruti mill-Parteċipanti jiġu kklassifikati f'waħda mit-tliet kategoriji tal-prodotti li huma:
|
30. TEKNIKI TA' MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ
|
(a) |
Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li ġejjin, li l-applikazzjoni speċifika tagħhom hija stabbilita fl-Anness XII:
|
|
(b) |
Il-Parteċipant li japplika MPR li tirrifletti l-użu tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż jagħti avviż minn qabel skont l-Artikolu 47. |
31. TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ
|
(a) |
Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej li ġejjin (BRCE) li jippermettu li ssir l-applikazzjoni ta' Fattur ta' Titjib fil-Kreditu (CEF) ogħla minn 0:
|
|
(b) |
Definizzjonijiet tal-BRCE u l-valuri massimi tas-CEF huma stipulati fl-Anness XII. |
|
(c) |
Il-BRCEs jistgħu jintużaw waħedhom jew flimkien mar-restrizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(d) |
Il-Parteċipanti jagħtu avviż minn qabel skont l-Artikolu 48 għal tranżazzjonijiet ma' obbligant/garanti mhux sovran bi kreditu ogħla minn SDR 5 miljun fejn il-BRCEs jirriżultaw fl-applikazzjoni ta' CEF ogħla minn 0. |
32. REVIŻJONI TAL-VALIDITÀ TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAL RISKJU TA' KREDITU
|
(a) |
Biex tkun ivvalutata l-adegwatezza tal-MPRs u biex jitqiesu, jekk ikun meħtieġ, l-aġġustamenti, jew 'il fuq jew 'l isfel, jintużaw b'mod parallel tliet għodod biex tittieħed reazzjoni għall-informazzjoni dwar il-primjum (PFTs) biex jiġu mmonitorjati u aġġustati l-MPRs fuq bażi regolari. |
|
(b) |
Il-PFTs jivvalutaw l-adegwatezza tal-MPRs kemm f'termini tal-esperjenza proprja tal-istituzzjonijiet li jipprovdu l-krediti għall-esportazzjoni uffiċjali kif ukoll f'termini tal-informazzjoni tas-suq privat dwar l-ipprezzar tar-riskju ta' kreditu. |
|
(c) |
Reviżjoni komprensiva tal-aspetti kollha tar-regoli tal-primjum tal-Arranġament issir qabel il-31 ta' Diċembru 2015. |
KAPITOLU III
ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA
33. PRINĊIPJI ĠENERALI
|
(a) |
Il-Parteċipanti ftiehmu li jkollhom politiki komplementari għall-krediti għall-esportazzjoni u għall-għajnuna marbuta. Il-politiki tal-krediti għall-esportazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-kompetizzjoni miftuħa u fuq l-azzjoni libera tal-forzi tas-suq. Il-politiki tal-għajnuna marbuta għandhom jipprovdu riżorsi esterni meħtieġa għall-pajjiżi, għas-setturi jew għall-proġetti bi ftit aċċess jew bl-ebda aċċess għall-finanzjament tas-suq. Il-politiki tal-għajnuna marbuta għandhom jiżguraw l-aħjar valur għall-flus, jimminimizzaw it-tgħawwiġ kummerċjali, u jikkontribwixxu għal użu effettiv mil-lat tal-iżvilupp ta' dawn ir-riżorsi. |
|
(b) |
Id-dispożizzjonijiet tal-għajnuna marbuta tal-Arranġament ma japplikawx għall-programmi tal-għajnuna tal-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali. |
|
(c) |
Dawn il-prinċipji ma jippreġudikawx il-fehmiet tal-Kumitat tal-Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) dwar il-kwalità tal-għajnuna marbuta u ta' dik mhux marbuta. |
|
(d) |
Parteċipant jista' jitlob informazzjoni addizzjonali li hija rilevanti għall-istatus tal-irbit ta' kwalunkwe forma ta' għajnuna. Jekk hemm inċertezza dwar jekk ċerta prattika ta' finanzjament taqax fl-ambitu tad-definizzjoni ta' għajnuna marbuta li ġiet stabbilita fl-Anness XIV, il-pajjiż donatur jipprovdi evidenza b'appoġġ għal kwalunkwe klejm li tgħid li l-għajnuna tabilħaqq ‘mhix marbuta’ skont id-definizzjoni fl-Anness XIV. |
34. IL-FOROM TAL-GĦAJNUNA MARBUTA
L-għajnuna marbuta tista' tieħu l-forma ta':
|
(a) |
Self tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) kif iddefinit fil-‘Prinċipji ta' Gwida tad-DAC għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp Marbuta u Parzjalment Mhux Marbuta (1987)’; |
|
(b) |
L-għotjiet tal-ODA kif ġew iddefiniti fil-‘Prinċipji ta' Gwida tad-DAC għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp Marbuta u Parzjalment Mhux Marbuta (1987)’; kif ukoll |
|
(c) |
Flussi Uffiċjali Oħra (OOF), li jinkludu għotjiet u self imma jeskludu l-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati li huma skont l-Arranġament; jew |
|
(d) |
Kwalunkwe assoċjazzjoni, pereż. taħlita, fil-liġi jew fil-fatt, fil-kontroll tad-donatur, tas-sellief jew ta' dak li qed jissellef li tinvolvi tnejn jew aktar mill-komponenti ta' finanzjament preċedenti, u/jew li ġejjin:
|
35. IL-FINANZJAMENT ASSOĊJAT
|
(a) |
Il-finanzjament assoċjat jista' jsir f'bosta għamliet, inklużi krediti mħallta, finanzjament imħallat, finanzjament konġunt, finanzjament parallel jew tranżazzjonijiet integrati uniċi. Il-karatteristiċi ewlenin komuni bejniethom huma:
|
|
(b) |
Assoċjazzjoni jew rabta ‘fil-fatt’ tiġi ddeterminata minn tali fatturi bħal:
|
|
(c) |
Il-prattiki li ġejjin ma jipprevjenux id-determinazzjoni ta' assoċjazzjoni jew ta' rabta ‘fil-fatt’:
|
36. L-ELIĠIBILITÀ TA' PAJJIŻ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA
|
(a) |
Ma jkun hemm l-ebda għajnuna marbuta lil pajjiżi li l-ING per capita tagħhom, skont id-dejta tal-Bank Dinji, huwa ogħla mil-limitu superjuri għall-pajjiżi bi dħul medju inferjuri. Il-Bank Dinji jerġa' jikkalkola dan il-livell limitu fuq bażi annwali (13). Pajjiż se jiġi kklassifikat mill-ġdid biss wara li l-kategorija tal-Bank Dinji tiegħu baqgħet ma nbidlitx għal sentejn konsekuttivi. |
|
(b) |
Il-kriterji u l-proċeduri operattivi li ġejjin japplikaw meta jiġu kklassifikati l-pajjiżi:
|
37. L-ELIĠIBILITÀ TAL-PROĠETT
|
(a) |
L-għajnuna marbuta matkunx estiża għall-proġetti pubbliċi jew privati li normalment għandhom ikunu kummerċjalment vijabbli jekk ikunu ffinanzjati skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament. |
|
(b) |
It-testijiet ewlenija għal eliġibilità tal-għajnuna bħal din huma:
|
|
(c) |
It-testijiet prinċipali taħt is-subparagrafu b) ta' aktar 'il fuq huma maħsuba biex jiddeskrivu kif proġett għandu jiġi evalwat biex ikun iddeterminat jekk għandux jiġi ffinanzjat b'għajnuna bħal din jew bi krediti tal-esportazzjoni skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament. Permezz tal-proċess ta' konsultazzjoni deskritt fl-Artikoli minn 51 sa 53, korp ta' esperjenza huwa mistenni jiżviluppa maż-żmien li sejjer jiddefinixxi bi preċiżjoni ikbar, kemm għall-aġenziji tal-kreditu għall-esportazzjoni kif ukoll tal-għajnuna, gwida ex ante rigward il-linja bejn iż-żewġ kategoriji ta' proġetti. |
38. IL-LIVELL MINIMU TA' KONĊESSJONALITÀ
Il-Parteċipanti ma jipprovdux għajnuna marbuta li għandha livell ta' konċessjonalità ta' inqas minn 35 %, jew ta' 50 % jekk il-pajjiż benefiċjarju huwa Pajjiż Inqas Żviluppat (LDC), ħlief għall-każijiet li ġew stabbiliti aktar 'l isfel, li huma wkoll eżenti mill-proċeduri ta' avviż li ġew stabbiliti fl-Artikoli 49(a) u 50(a):
|
(a) |
Assistenza teknika: l-għajnuna marbuta fejn il-komponent tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp jikkonsisti biss minn kooperazzjoni teknika li hija inqas minn jew 3 % tal-valur totali tat-tranżazzjoni jew SDR 1 miljun, liema minnhom huwa l-aktar baxx; kif ukoll |
|
(b) |
Il-proġetti ż-żgħar: il-proġetti kapitali ta' inqas minn SDR 1 miljun li huma ffinanzjati għalkollox mill-għotjiet tal-għajnuna għall-iżvilupp. |
39. L-EŻENZJONIJIET MILL-ELIĠIBILITÀ TAL-PAJJIŻ JEW TAL-PROĠETT GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA
|
(a) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 u 37 ma japplikawx għall-għajnuna marbuta fejn il-livell ta' konċessjonalità huwa ta' 80 % jew aktar ħlief għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta' finanzjament assoċjat, li ġie deskritt fl-Artikolu 35. |
|
(b) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 ma japplikawx għall-għajnuna marbuta b'valur ta' inqas minn SDR 2 miljun ħlief għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta' finanzjament assoċjat, li ġie deskritt fl-Artikolu 35. |
|
(c) |
L-għajnuna marbuta għal-LDCs, kif inhuma ddefiniti min-Nazzjonijiet Uniti, mhix soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 u 37. |
|
(d) |
Il-Parteċipanti l-oħra jqisu b'mod favorevoli aċċellerazzjoni tal-proċeduri tal-għajnuna marbuta skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi:
|
|
(e) |
Minkejja l-Artikoli 36 u 37, b'mod eċċezzjonali, Parteċipant jista' jipprovdi appoġġ permezz ta' wieħed mill-mezzi li ġejjin:
|
40. IL-KALKULAZZJONI TAL-LIVELL TA' KONĊESSJONALITÀ TAL-GĦAJNUNA MARBUTA
Il-livell ta' konċessjonalità tal-għajnuna marbuta jiġi kkalkulat billi jintuża l-istess metodu bħalma sar għall-element tal-għotja li ntuża mid-DAC, ħlief li:
|
(a) |
Ir-rata ta' skont użata biex jiġi kkalkolat il-livell ta' konċessjonalità ta' self f'munita partikolari, jiġifieri r-Rata ta' Skont Differenzjata (DDR), hija soġġetta għal bidla annwali fil-15 ta' Jannar u hija kkalkolata kif ġej:
|
|
(b) |
Id-data bażi għall-kalkulazzjoni tal-livell ta' konċessjonalità huwa l-punt tal-bidu tal-kreditu kif ġie stabbilit fl-Anness XIV. |
|
(c) |
Għall-fini tal-kalkulazzjoni tal-livell ta' konċessjonalità totali ta' pakkett ta' finanzjament assoċjat, il-livelli ta' konċessjonalità tal-krediti, tal-fondi u tal-ħlasijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala li huma żero:
Il-ħlasijiet fi jew qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu li ma jitqisux bħala ħlas parzjali jkunu inklużi fil-kalkulazzjoni tal-livell ta' konċessjonalità. |
|
(d) |
Ir-rata ta' skont fl-allinjament: fl-allinjament tal-għajnuna, l-allinjament identiku jfisser allinjament b'livell ta' konċessjonalità identiku li jiġi kkalkulat mill-ġdid bir-rata ta' skont fis-seħħ fiż-żmien tal-allinjament. |
|
(e) |
L-ispejjeż lokali u x-xiri ta' pajjiż terz jiġu inklużi fil-kalkulazzjoni tal-livell ta' konċessjonalità biss jekk ikunu ffinanzjati mill-pajjiż donatur. |
|
(f) |
Il-livell ta' konċessjonalità totali ta' pakkett jiġi ddeterminat billi jiġi mmultiplikat il-valur nominali ta' kull komponent tal-pakkett bil-livell ta' konċessjonalità rispettiv ta' kull komponent, jingħaddu r-riżultati, u jiġi diviż dan it-total bil-valur nominali aggregat tal-komponenti. |
|
(g) |
Ir-rata ta' skont għal self ta' għajnuna partikolari hija r-rata fis-seħħ fiż-żmien tal-avviż. Madankollu, f'każijiet ta' avviż fil-pront, ir-rata ta' skont hija dik li tkun fis-seħħ fiż-żmien meta t-termini u l-kundizzjonijiet tas-self tal-għajnuna kienu ffissati. Bidla fir-rata ta' skont matul iż-żmien tas-self ma jbiddilx il-livell ta' konċessjonalità tiegħu. |
|
(h) |
L-avviż ikun rivedut, jekk issir bidla fil-munita qabel ma jkun konkluż il-kuntratt. Ir-rata ta' skont li tintuża biex ikun ikkalkulat il-livell ta' konċessjonalità se tkun dik applikabbli fid-data tar-reviżjoni. Reviżjoni mhix meħtieġa jekk il-munita alternattiva u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-kalkulazzjoni tal-livell ta' konċessjonalità jiġu indikati fl-avviż oriġinali. |
|
(i) |
Minkejja l-paragrafu (g), ir-rata ta' skont li ntużat biex jiġi kkalkulat il-livell ta' konċessjonalità tat-tranżazzjonijiet individwali li nbdew taħt linja ta' kreditu tal-għajnuna tkun ir-rata li kienet innotifikata oriġinarjament għal-linja ta' kreditu. |
41. IL-PERJODU TA' VALIDITÀ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA
|
(a) |
Il-Parteċipantima jiffissawx it-termini u l-kundizzjonijiet għall-għajnuna marbuta, kemm jekk din tirrelata mal-finanzjament tat-tranżazzjonijiet individwali jew ma' protokoll ta' għajnuna, linja ta' kreditu ta' għajnuna jew ftehim simili, għal aktar minn sentejn. Fil-każ ta' protokoll ta' għajnuna, linja ta' kreditu ta' għajnuna jew ftehim simili, il-perjodu ta' validità jibda fid-data tal-firma tiegħu, li għandha tkun innotifikata skont l-Artikolu 50; l-estensjoni ta' linja ta' kreditu tiġi avżata bħallikieku kienet negozju ġdid b'nota li tispjega li hija estensjoni u li hija mġedda b'kundizzjonijiet permessi meta jsir l-avviż ta' estensjoni. Fil-każ tat-tranżazzjonijiet individwali, inklużi dawk li ġew innotifikati taħt protokoll ta' għajnuna, linja ta' kreditu ta' għajnuna jew ftehim simili, il-perjodu ta' validità jibda fid-data tal-avviż tal-impenn skont l-Artikolu 49 jew 50, kif ikun xieraq. |
|
(b) |
Meta għall-ewwel darba pajjiż ma jibqax eliġibbli għal Self tal-Bank Dinji ta' 17-il sena, il-perjodu ta' validità ta' protokolli ta' għajnuna marbuta u linji ta' kreditu eżistenti u ġodda li ġew innotifikati, jiġi ristrett għal sena wara d-data tal-klassifikazzjoni mill-ġdid potenzjali skont il-proċeduri fl-Artikolu 36b). |
|
(c) |
It-tiġdid ta' protokolli u linji ta' kreditu bħal dawn huwa possibbli biss skont termini li huma skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 u 37 tal-Arranġament wara:
|
F'dawn iċ-ċirkostanzi, jistgħu jinżammu t-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti minkejja bidla fir-rata ta' skont li ġiet stabbilita fl-Artikolu 40.
42. ALLINJAMENT
Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali tal-Parteċipant u b'mod konsistenti mal-fini tal-Arranġament, skont il-proċeduri li ġew stabbliti fl-Artikolu 45, Parteċipant jista' jallinja t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew offruti minn Parteċipant jew minn min mhuwiex Parteċipant.
KAPITOLU IV
PROĊEDURI
TAQSIMA 1
Il-proċeduri komuni għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna relatata mal-kummerċ
43. NOTIFIKI
In-notifiki li ġew stabbiliti permezz tal-proċeduri fl-Arranġament isiru skont, u jinkludu l-informazzjoni li tinsab fl-Anness VII, u tintbagħat kopja tagħhom lis-Segretarjat.
44. L-INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI
|
(a) |
Hekk kif Parteċipant jimpenja l-appoġġ uffiċjali li nnotifika skont il-proċeduri fl-Artikoli minn 47 sa 50, jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha b'dan billi jinkludi n-numru ta' referenza tal-avviż fuq il-formola rilevanti ta' rappurtaġġ. |
|
(b) |
Fi skambju ta' informazzjoni skont l-Artikoli minn 55 sa 57, Parteċipant jinforma lill-Parteċipanti l-oħra bit-termini u bil-kundizzjonijiet tal-kreditu li qed jipprevedi li se jappoġġa għal tranżazzjoni partikolari u jista' jitlob informazzjoni simili mill-Parteċipanti l-oħra. |
45. IL-PROĊEDURI GĦALL-ALLINJAMENT
|
(a) |
Qabel jiġu allinjati t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji preżunti li huma offruti minn Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant skont l-Artikoli 18 u 42, Parteċipant jagħmel kull sforz raġonevoli, inkluż kif xieraq bl-użu tal-konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ deskritti fl-Artikolu 57, biex jiġi vverifikat li dawn it-termini u l-kundizzjonijiet huma appoġġati b'mod uffiċjali u jikkonformaw ma' dan li ġej:
|
|
(b) |
Parteċipant li beħsiebu joffri termini u kundizzjonijiet finanzjarji identiċi lil dawk innotifikati fl-Artikoli 47 u 48 jista' jagħmel dan ladarba jiskadi l-perjodu ta' stennija stipulat fihom. Dan il-Parteċipant jagħti avviż tal-intenzjoni tiegħu kemm jista' jkun kmieni. |
46. KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI
|
(a) |
Parteċipant li għandu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew offruti minn Parteċipant ieħor (il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva) huma aktar ġenerużi minn dawk provduti fl-Arranġament jinforma lis-Segretarjat; is-Segretarjat immedjatament jagħmel informazzjoni bħal din disponibbli. |
|
(b) |
Il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jiċċara t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-offerta tiegħu f'jumejn ta' xogħol wara l-ħruġ tal-informazzjoni mis-Segretarjat. |
|
(c) |
Wara l-kjarifika min-naħa tal-Parteċipant li ħa l-inizjattiva, kwalunkwe Parteċipant jista' jitlob li s-Segretarjat jorganizza laqgħa speċjali ta' konsultazzjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol sabiex tiġi diskussal-kwistjoni. |
|
(d) |
Sakemm joħroġ ir-riżultat tal-laqgħa speċjali ta' konsultazzjoni tal-Parteċipanti, ma jidħlux fis-seħħ it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li jibbenefikaw mill-appoġġ uffiċjali. |
TAQSIMA 2
Il-proċeduri għall-krediti tal-esportazzjoni
47. L-AVVIŻ MINN QABEL B'DISKUSSJONI
|
(a) |
Parteċipant jinnotifika lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn tal-inqas għaxart ijiem tal-kalendarju qabel joħroġ kwalunkwe impenn skont l-Anness VII jekk:
|
|
(b) |
Jekk kwalunkwe Parteċipant ieħor jitlob diskussjoni matul dan il-perjodu, il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jistenna għaxart ijiem kalendarji oħra. |
|
(c) |
Parteċipant jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni biex tkun iffaċilitata r-reviżjoni tal-korp ta' esperjenza skont l-Artikolu 69. Il-Parteċipanti jżommu rekords tal-esperjenza tagħhom fir-rigward tar-rati tal-primjum li ġew innotifikati skont il-paragrafu (a) ta' hawn fuq. |
48. L-AVVIŻ MINN QABEL
|
(a) |
Parteċipant jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha, skont l-Anness VII, mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn, jekk biħsiebu:
|
|
(b) |
Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni tiegħu li jipprovdi appoġġ għal tranżazzjoni bħal din, immedjatament jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha. |
TAQSIMA 3
Il-proċeduri għall-għajnuna relata mal-kummerċ
49. L-AVVIŻ MINN QABEL
|
(a) |
Parteċipant jagħti avviż minn qabel skont l-Anness VII jekk biħsiebu jipprovdi appoġġ uffiċjali għal:
|
|
(b) |
L-avviż minn qabel isir mhux aktar tard minn 30 jum ta' xogħol qabel ma tagħlaq l-offerta jew qabel id-data tal-impenn, liema minnhom taħbat l-aktar kmieni. |
|
(c) |
Jekk il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva jimmodera jew jitrira l-intenzjoni tiegħu li jappoġġa t-termini u l-kundizzjonijiet notifikati, jinforma minnufih lill-Parteċipanti l-oħra kollha b'dan. |
|
(d) |
Id-dispożizzjoni ta' dan l-Artikolu tapplika għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta' finanzjament assoċjat, kif inhu deskritt fl-Artikolu 35. |
50. L-AVVIŻ FIL-PRONT
|
(a) |
Parteċipant jinnotifika fil-pront lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn, jiġifieri fi żmien jumejn tax-xogħol dwar l-impenn, jekk jipprovdi appoġġ uffiċjali għal għajnuna marbuta b'valur ta' jew:
|
|
(b) |
Parteċipant javża wkoll fil-pront lill-parteċipanti l-oħra kollha meta jiġi ffirmat protokoll ta' għajnuna, linja ta' kreditu jew ftehim simili. |
|
(c) |
Ma hemmx għalfejn jingħata avviż minn qabel jekk parteċipant biħsiebu jallinja termini u kundizzjonijiet finanzjarji li kienu soġġetti għal avviż fil-pront. |
TAQSIMA 4
Il-proċeduri ta' konsultazzjoni għall-għajnuna marbuta
51. IL-FINI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
|
(a) |
Parteċipant li qed ifittex kjarifika dwar motivazzjoni kummerċjali possibbli għall-għajnuna marbuta jista' jitlob li tiġi provduta valutazzjoni tal-kwalità tal-għajnuna (li d-dettalji tagħha jinsabu fl-Anness XIII) sħiħa. |
|
(b) |
Barra minn hekk, Parteċipant jista' jitlob konsultazzjonijiet mal-parteċipanti l-oħra, skont l-Artikolu 52. Dawn jinkludu konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ kif ġie spjegat fil-qosor fl-Artikolu 57 sabiex ikunu diskussi:
|
52. L-AMBITU TA' U Ż-ŻMIEN MAGĦŻUL GĦALL-KONSULTAZZJONIJIET
|
(a) |
Matul il-konsultazzjonijiet, parteċipant jista' jitlob, fost l-oħrajn, l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(b) |
Il-konsultazzjoni tkun ikkompletata u s-sejbiet dwar iż-żewġ kwistjonijiet fl-Artikolu 51 jiġu avżati mis-Segretarjat lill-Parteċipanti kollha mill-inqas għaxart ijiem ta' xogħol qabel id-data tal-għeluq tal-offerti jew qabel id-data tal-impenn, liema minnhom taħbat l-ewwel. Jekk ikun hemm nuqqas ta' ftehim fost il-partijiet li jikkonsultaw, is-Segretarjat jistieden lill-Parteċipanti l-oħra biex jesprimu l-fehmiet tagħhom f'ħamest ijiem ta' xogħol. Huwa jirrapporta dawn il-fehmiet lill-Parteċipant li jinnotifika, li għandu jqis mill-ġdid ikomplix jekk jidher li ma hemm l-ebda appoġġ sostanzjali għal offerta ta' għajnuna. |
53. IR-RIŻULTAT TAL-KONSULTAZZJONIJIET
|
(a) |
Donatur li jixtieq jipproċedi bi proġett minkejja n-nuqqas ta' appoġġ sostanzjali jipprovdi avviż minn qabel tal-intenzjonijiet tiegħu lill-parteċipanti l-oħra, mhux iktar tard minn 60 jum kalendarju wara li titlesta l-Konsultazzjoni, jiġifieri l-aċċettazzjoni tal-konklużjoni tal-President. Id-donatur jikteb ukoll ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-OECD fejn jiddeskrivi fil-qosor ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u jispjega l-interess nazzjonali primarju mhux relatat mal-kummerċ li qed iġiegħel din l-azzjoni. Il-Parteċipanti jistennew li avveniment bħal dan la se jkun tas-soltu u lanqas se jkun frekwenti. |
|
(b) |
Id-donatur javża minnufih lill-Parteċipanti li bagħat ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-OECD, b'kopja tagħha tkun inkluża mal-avviż. La d-donatur u lanqas l-ebda Parteċipant ieħor ma jagħmel impenn ta' għajnuna marbuta sakemm jgħaddu għaxart ijiem ta' xogħol minn wara li jkun inħareġ dan l-avviż lill-Parteċipanti. Għall-proġetti fejn matul il-proċess ta' konsultazzjoni kienu identifikati offerti kummerċjali li jikkompetu, il-perjodu ta' għaxart ijiem ta' xogħol li ssemma' aktar 'il fuq ikun estiż għal 15-il jum. |
|
(c) |
Is-segretarjat jimmonitorja l-progress u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet. |
TAQSIMA 5
L-iskambju tal-informazzjoni għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna relatata mal-kummerċ
54. IL-PUNTI TA' KUNTATT
Il-komunikazzjonijiet kollha jsiru bejn il-punti ta' kuntatt magħżula f'kull pajjiż permezz ta' komunikazzjoni istantanja, pereż. l-OLIS, u jiġu trattati b'mod konfidenzjali.
55. L-AMBITU TAL-MISTOQSIJIET
|
(a) |
Parteċipant jista' jistaqsi lil Parteċipant ieħor dwar l-attitudni li jieħu fir-rigward ta' pajjiż terz, ta' istituzzjoni f'pajjiż terz, jew ta' metodu partikolari ta' kif isir in-negozju. |
|
(b) |
Parteċipant li rċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali jista' jindirizza mistoqsija lil Parteċipant ieħor, fejn jagħti t-termini u l-kundizzjonijiet ta' kreditu l-aktar favorevoli li l-Parteċipant li qed jistaqsi għandu jkun lest li jappoġġa. |
|
(c) |
Jekk issir mistoqsija lil aktar minn Parteċipant wieħed, tinkludi lista ta' destinatarji. |
|
(d) |
Kopja tal-mistoqsijiet kollha jintbagħtu lis-Segretarjat. |
56. L-AMBITU TAR-RISPOSTI
|
(a) |
Il-Parteċipant li lilu ġiet indirizzata mistoqsija jirrispondi f'sebat ijiem kalendarji u jipprovdi l-akbar ammont ta' informazzjoni possibbli. Ir-risposta tinkludi l-aħjar indikazzjoni li l-Parteċipant jista' jagħti tad-deċiżjoni li probabbilment se jieħu. Jekk ikun meħtieġ, ir-risposta sħiħa ssegwi kemm jista' jkun malajr. Jintbagħtu kopji lid-destinatarji l-oħra tal-mistoqsija u lis-Segretarjat. |
|
(b) |
Jekk risposta għal mistoqsija wara ssir invalida minħabba kwalunkwe raġuni, pereżempju għaliex:
mingħajr dewmien, tintbagħat risposta u tintbagħat kopja lid-destinatarji l-oħra kollha tal-mistoqsija u lis-Segretarjat. |
57. IL-KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB'WIĊĊ
|
(a) |
Parteċipant jaqbel fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol għal talbiet għal konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ. |
|
(b) |
Talba għal konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ tkun disponibbli għall-Parteċipanti u għal min mhux Parteċipanti. Il-konsultazzjonijiet isiru kemm jista' jkun malajr wara li jiskadi l-perjodu ta' għaxart ijiem ta' xogħol. |
|
(c) |
Il-President tal-Parteċipanti jikkoordina mas-Segretarjat dwar kwalunkwe azzjoni ta' segwitu li tkun meħtieġa, pereż. Linja Komuni. Is-Segretarjat jagħmel disponibbli fil-pront ir-riżultat tal-konsultazzjoni. |
58. PROĊEDURI U L-FORMAT TAL-LINJI KOMUNI
|
(a) |
Il-proposti għal Linja Komuni jiġu indirizzati biss lis-Segretarjat. Is-Segretarjat jibgħat proposta għal Linja Komuni lill-Parteċipanti kollha, u fejn tkun involuta għajnuna marbuta, lill-punti ta' kuntatt tad-DAC kollha. L-identità ta' min ħa l-inizjattiva ma tinkixifx fuq ir-Reġistru tal-Linji Komuni fuq il-Bord tal-Bullettini tal-OLIS. Madankollu, is-Segretarjat jista' jiżvela bil-formm l-identità ta' min ħa l-inizjattiva lil parteċipant jew lil membru tad-DAC jekk jintalab jagħmel dan. Is-Segretarjat iżomm rekord ta' talbiet bħal dawn. |
|
(b) |
Il-proposta għal Linja Komuni tkun iddatata u jkollha l-format li ġej:
|
|
(c) |
Proposta għal Linja Komuni mressqa skont l-Artikolu 36(b)(4) tkun indirizzata lis-Segretarjat u tintbagħat kopja lill-Parteċipanti l-oħra. Il-Parteċipant li jagħmel il-proposta għal Linja Komuni jipprovdi spjegazzjoni sħiħa tar-raġunijiet għaliex iqis li l-klassifikazzjoni ta' pajjiż għandha tkun differenti mill-proċedura li ġiet stabbilita fl-Artikolu 36(b). |
|
(d) |
Is-Segretarjat jagħmel disponibbli b'mod pubbliku l-Linji Komuni miftiehma. |
59. IR-REAZZJONIJIET GĦALL-PROPOSTI GĦAL LINJA KOMUNI
|
(a) |
Ir-reazzjonijiet isiru f'20 jum kalendarju, għalkemm il-Parteċipanti jiġu mħeġġa jirreaġixxu għal proposta għal Linja Komuni kemm jista' jkun malajr. |
|
(b) |
Reazzjoni tista' tkun talba għal informazzjoni addizzjonali, aċċettazzjoni, rifjut, proposta għal modifika tal-Linja Komuni jew proposta għal Linja Komuni alternattiva. |
|
(c) |
Parteċipant li javża li ma għandu l-ebda pożizzjoni għaliex ma ġiex avviċinat minn esportatur jew mill-awtoritajiet fil-pajjiż riċeventi f'każ ta' għajnuna għall-proġett, jitqies li aċċetta l-proposta għal Linja Komuni. |
60. AĊĊETTAZZJONI TAL-LINJI KOMUNI
|
(a) |
Wara perjodu ta' 20 jum kalendarju, is-Segretarjat jinforma lill-Parteċipanti kollha bl-istatus tal-proposta għal Linja Komuni. Jekk mhux il-Parteċipanti kollha jkunu aċċettaw il-Linja Komuni, imma l-ebda Parteċipant ma jkun irrifjutaha, il-proposta tibqa' miftuħa għal perjodu ieħor ta' tmint ijiem kalendarji. |
|
(b) |
Wara dan il-perjodu l-ieħor, Parteċipant li ma rrifjutax b'mod espliċitu l-proposta għal Linja Komuni jitqies li aċċetta l-Linja Komuni. Madankollu, Parteċipant, inkluż il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva, jista' jaċċetta l-Linja Komuni bil-kundizzjoni li jkun hemm aċċettazzjoni espliċita min-naħa ta' Parteċipant wieħed jew aktar. |
|
(c) |
Jekk Parteċipant ma jaċċettax element wieħed jew aktar ta' Linja Komuni jkun qed jaċċetta b'mod impliċitu l-elementi l-oħra kollha tal-Linja Komuni. Huwa mifhum li aċċettazzjoni parzjali bħal din tista' twassal lil Parteċipanti oħra biex ibiddlu l-attitudni tagħhom lejn Linja Komuni proposta. Il-Parteċipanti kollha huma liberi li joffru jew jallinjaw it-termini u l-kundizzjoniiet li mhumiex koperti minn Linja Komuni. |
|
(d) |
linja komuni li ma ġietx aċċettata ma tistax tiġi rikonsiderata permezz tal-proċeduri fl-Artikoli 58 u 59. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Parteċipanti mhumiex marbuta bid-deċiżjoni oriġinali tagħhom. |
61. NUQQAS TA' FTEHIM DWAR IL-LINJI KOMUNI
Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva u Parteċipant li ppropona modifika jew alternattiva ma jistgħux jiftiehmu dwar Linja Komuni f'perjodu addizzjonali ta' tmint ijiem kalendarji, dan il-perjodu jista' jiġi estiż bil-kunsens reċiproku tagħhom. Is-Segretarjat jinforma lill-Parteċipanti kollha b'kull estensjoni bħal din.
62. ID-DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI
Is-Segretarjat jinforma lill-Parteċipanti kollha jew li l-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ jew li ġiet irrifjutata; il-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ tlett ijiem kalendarji wara din it-tħabbira. Is-Segretarjat jagħmel disponibbli fuq l-OLIS rekord aġġornat b'mod permanenti tal-Linji Komuni kollha li kien hemm ftehim dwarhom jew li għad ma hemmx deċiżjoni dwarhom.
63. VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI
|
(a) |
Linja Komuni, ladarba tkun miftiehma, tkun valida għal perjodu ta' sentejn mid-data effettiva tagħha, sakemm is-Segretarjat jiġi informat li ma għadhiex ta' interess, u li ġiet aċċettata mill-Parteċipanti kollha. Linja Komuni tibqa' valida għal perjodu ieħor ta' sentejn jekk Parteċipant ifittex estensjoni f'14-il jum kalendarju mid-data oriġinali tal-iskadenza. Jistgħu jiġu miftiehma estensjonijiet sussegwenti permezz tal-istess proċedura. Linja Komuni miftiehma skont l-Artikolu 36b)4) tkun valida sakemm id-dejta tal-Bank Dinji għas-sena ta' wara tkun disponibbli. |
|
(b) |
Is-segretarjat jimmonitorja l-istatus tal-Linji Komuni u jżomm lill-Parteċipanti informati skont dan, permezz taż-żamma tal-elenku ‘L-istatus tal-Linji Komuni Validi’ fuq l-OLIS. Skont dan, is-Segretarjat, inter alia,:
|
TAQSIMA 6
Id-dispożizzjonijiet operattivi għall-komunikazzjoni tar-rati minimi tal-imgħax (CIRRs)
64. IL-KOMUNIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Is-CIRRs għal muniti li jiġu ddeterminati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 jintbagħtu permezz ta' komunikazzjoni istantanja mill-inqas darba fix-xahar lis-Segretarjat biex tkun iċċirkolata lill-Parteċipanti kollha. |
|
(b) |
Avviż bħal dan jasal għand is-Segretarjat mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara t-tmiem ta' kull xahar li ġie kopert minn din l-informazzjoni. Imbagħad, is-Segretarjat jgħarraf minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar ir-rati applikabbli u jqegħdhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
65. ID-DATA EFFETTIVA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAR-RATI TAL-IMGĦAX
Kull bidla fis-CIRRs tidħol fis-seħħ fil-ħmistax-il jum wara t-tmiem ta' kull xahar.
66. IL-BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX
Meta l-iżviluppi tas-suq jeħtieġu l-avviż ta' emenda fis-CIRR matul xahar, ir-rata emendata tiġi implimentata għaxart ijiem wara li l-avviż ta' din l-emenda jkun ġie riċevut mis-Segretarjat.
TAQSIMA 7
Ir-reviżjonijiet
67. IR-REVIŻJONI REGOLARI TAL-ARRANĠAMENT
|
(a) |
Il-Parteċipanti jirrivedu b'mod regolari l-funzjonament tal-Arranġament. Fir-reviżjoni, il-Parteċipanti jeżaminaw, inter alia, il-proċeduri ta' avviż, l-implimentazzjoni u l-operazzjoni tas-sistema tad-DDR, ir-regoli u l-proċeduri tal-għajnuna marbuta, il-kwistjonijiet ta' allinjament, l-impenji minn qabel u l-possibbiltajiet ta' parteċipazzjoni usa' fl-Arranġament. |
|
(b) |
Din ir-reviżjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni dwar l-esperjenza tal-Parteċipanti u fuq is-suġġerimenti tagħhom biex jittejbu l-operazzjoni u l-effikaċja tal-Arranġament. Il-Parteċipanti jqisu l-objettivi tal-Arranġament u s-sitwazzjoni ekonomika u monetarja prevalenti. L-informazzjoni u s-suġġerimenti li l-Parteċipanti jixtiequ jressqu għal din ir-reviżjoni jaslu s-Segretarjat mhux aktar tard minn 45 jum kalendarju qabel id-data tar-reviżjoni. |
68. IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Il-Parteċipanti perjodikament jirrevedu s-sistema għall-fissazzjoni tas-CIRRs sabiex jassiguraw li r-rati avżati jirriflettu l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq u jissodisfaw l-iskopijiet li minħabba fihom ikunu ġew stabbiliti r-rati applikati. Reviżjonijiet bħal dawn ikopru wkoll il-marġni li għandu jiġi miżjud meta dawn ir-rati jiġu applikati. |
|
(b) |
Parteċipant jista' jippreżenta quddiem il-President tal-Parteċipanti talba ssostanzjata għal reviżjoni straordinarja f'każ li dan il-Parteċipant iqis li s-CIRR għal munita waħda jew aktar ma għadhiex tirrifletti l-kundizzjonijiet korrenti tas-suq. |
69. IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM U KWISTJONIJIET RELATATI
Il-Parteċipanti jimmonitorjaw u jirrevedu b'mod regolari l-aspetti kollha tar-regoli u tal-proċeduri tal-primjums. Din tinkludi:
|
(a) |
Il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Metodoloġiji ta' Valutazzjoni tar-Riskju Sovran għar-eviżjoni tal-validità tagħhom fid-dawl tal-esperjenza; |
|
(b) |
Il-livell tal-MPRs biex jiġi żgurat li jibqgħu kejl preċiż tar-riskju ta' kreditu, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni kemm l-esperjenza proprja tal-istituzzjonijiet fil-forniment ta' krediti uffiċjali għall-esportazzjoni kif ukoll informazzjoni tas-suq privat dwar l-ipprezzar tar-riskju ta' kreditu; |
|
(c) |
id-differenzazzjonijiet fl-MPRs li jqisu l-kwalità differenti tal-prodotti tal-kreditu tal-esportazzjoni u l-perċentwali tal-kopertura provduta; kif ukoll |
|
(d) |
Il-korp ta' esperjenza marbut mal-użu tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż u titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej u l-validità u l-adegwatezza ssoktati tal-impatt speċifiku tagħhom fuq l-MPRs. |
“ANNESS I
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-BASTIMENTI
KAPITOLU I
L-ambitu tal-ftehim settorjali
1. PARTEĊIPAZZJONI
Il-Parteċipanti fil-Ftehim Settorjali huma: l-Awstralja, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea u n-Norveġja.
2. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan il-Ftehim Settorjali, li jikkumplimenta l-Arranġament, jistabbilixxi linji gwida speċifiċi għal krediti għall-esportazzjoni uffiċjali u appoġġati li jirrelataw mal-appalti tal-esportazzjoni ta':
|
(a) |
Kwalunkwe bastiment ġdid ta' fuq il-baħar ta' 100 gt u aktar li jintuża għat-trasport ta' oġġetti jew ta' persuni, jew għat-twettiq ta' servizz speċjalizzat (pereżempju, bastimenti tas-sajd, bastimenti għall-manifattura tal-ħut, bastimenti li jkissru s-silġ u bħala dreġers, li jippreżentaw b'mod permanenti permezz tal-mezzi ta' propulsjoni u direzzjoni (ir-rota tat-tmun) tagħhom il-karatteristiċi kollha ta' navigazzjoni awtonoma fil-baħar miftuħ), laneċ tal-irmonk ta' 365 kw u aktar u strutturi ta' bastimenti li mhumiex lesti li jżommu f'wiċċ l-ilma u li huma mobbli. Il-Ftehim Settorjali ma jkoprix bastimenti militari. Il-baċiri li jżommu f'wiċċ l-ilma u l-unitajiet mobbli lil hinn mill-Kosta (mobile offshore units) mhumiex koperti mill-Ftehim Settorjali, imma jekk jinqalgħu l-problemi b'rabta mal-krediti għall-esportazzjoni għal strutturi bħal dawn, il-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali (li minn hawn 'il quddiem se jissejħu l-‘Parteċipanti’), wara li jitqiesu t-talbiet issostanzjati minn kwalunkwe Parteċipant, jistgħu jiddeċiedu li jkunu koperti. |
|
(b) |
Kwalunkwe konverżjoni ta' bastiment. Il-konverżjoni ta' vapur tfisser kwalunkwe konverżjoni ta' bastimenti ta' fuq il-baħar ta' aktar minn 1 000 gt sakemm l-operazzjonijiet ta' konverżjoni jinkludu bidliet radikali fil-pjan tat-tagħbija, fil-buq jew fis-sistema ta' propulsjoni. |
|
(c) |
|
KAPITOLU II
Id-dispożizzjonijiet għall-krediti tal-esportazzjoni u tal-għajnuna marbuta
3. IT-TERMINU MASSIMU TA' RIPAGAMENT
It-terminu massimu ta' ripagament, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-pajjiż, huwa ta' 12-il sena wara l-konsenja.
4. ĦLAS BI FLUS KONTANTI
Il-Parteċipanti jkollhom bżonn ta' pagament minimu fi flus kontanti ta' 20 % tal-prezz tal-appalti meta ssir il-konsenja tal-flus.
5. IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Il-kapital ta' kreditu tal-esportazzjoni jkun imħallas f'rati ugwali u f'perjodi regolari ta' bejn sitt xhur u massimu ta' 12 il-xahar. |
|
(b) |
L-imgħax jitħallas bi frekwenza ta' mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel ħlas tal-imgħax isir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
|
(c) |
Għall-krediti għall-esportazzjoni li ġew ipprovduti b'appoġġ għat-tranżazzjonijiet ta' kiri, jistgħu jiġu applikati ripagamenti ndaqs tal-kapital u tal-imgħax ikkombinati flimkien minflok ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital kif ġie stabbilit fil-paragrafu (a). |
|
(d) |
L-imgħax dovut wara l-punt ta' bidu tal-kreditu ma jiġix kapitalizzat. |
|
(e) |
Parteċipant f'dan il-Ftehim Settorjali li beħsiebu jappoġġa pagament ta' imgħax b'termini differenti minn dawk stabbiliti fil-paragrafu (b) jagħti avviż minn qabel tal-inqas għaxart ijiem tal-kalendarju qabel joħroġ xi impenn, skont l-Anness VII tal-Arranġament. |
6. IL-PRIMJUM MINIMU
Id-dispożizzjonijiet tal-Arranġament rigward il-livell minimu tal-primjum ma jiġux fis-seħħ sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ikunu għaddew minn reviżjoni mill-Parteċipanti ta' dan il-Ftehim Settorjali.
7. IL-FINANZI TAL-PROĠETT
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 u tal-Anness VI għall-Arranġament ma jiġux applikati sakemm it-tali dispożizzjonijiet ikunu ġew riveduti iktar mill-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali.
8. L-GĦAJNUNA
Kull parteċipant li jixtieq jipprovdi l-għajnuna, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-arranġament, irid jikkonferma li l-vapur ma jiġix operat taħt reġistru miftuħ matul it-terminu ta' ripagament u li nkisbet l-assigurazzjoni xierqa li s-sid aħħari joqgħod fil-pajjiż riċeventi, mhux sussidjarju u mhux operattiv ta' interess barrani u impenja ruħu li ma jbigħx il-vapur mingħajr l-approvazzjoni tal-gvern tiegħu.
KAPITOLU III
Proċeduri
9. AVVIŻ
Għall-fini tat-trasparenza, kull parteċipant, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Arranġament u s-Sistema tar-Rappurtaġġ tal-Kredituri tal-IBRD/Unjoni ta' Berne/OECD, jipprovdi informazzjoni annwali dwar is-sistema tiegħu għall-provvista ta' appoġġ uffiċjali u dwar il-mezzi ta' implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali, inklużi l-iskemi li huma fis-seħħ.
10. REVIŻJONI
|
(a) |
Il-Ftehim Settorjali jkollu reviżjoni ta' kull sena jew fuq it-talba ta' xi Parteċipant fil-kuntest tal-Grupp ta' Ħidma tat-Tarzna tal-OECD, u rapport magħmul lill-Parteċipanti tal-Arranġament. |
|
(b) |
Biex ikunu ffaċilitati l-koerenza u l-konsistenza bejn l-Arranġament u dan il-Ftehim Settorjali u billi titqies in-natura tal-industrija tat-tarzna, il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali u għall-Arranġament se jikkonsultaw u jikkoordinaw kif inhu xieraq. |
|
(c) |
Fuq deċiżjoni min-naħa tal-Parteċipanti għall-Arranġament biex jinbidel l-Arranġament, il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali (il-Parteċipanti) se jeżaminaw deċiżjoni bħal din u jqisu r-rilevanza tagħha għal dan il-Ftehim Settorjali. Sakemm issir konsiderazzjoni bħal din, l-emendi għall-Arranġament mhux se japplikaw għal dan il-Ftehim Settorjali. F'każ li l-Parteċipanti jistgħu jaċċettaw l-emendi għall-Arranġament jirrapportaw dan bil-miktub lill-Parteċipanti għall-Arranġament. F'każ li l-Parteċipanti ma jistgħux jaċċettaw l-emendi għall-Arranġament safejn l-applikazzjoni tagħhom għat-tarzna hija kkonċernata, jinformaw lill-Parteċipanti għall-Arranġamenti bl-oġġezzjonijiet tagħhom u jidħlu f'konsultazzjonijiet magħhom sabiex tinstab soluzzjoni għall-kwistjonijiet. F'każ li ma jista' jintlaħaq l-ebda ftehim bejn iż-żewġ gruppi, il-fehmiet tal-Parteċipanti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-emendi għat-tarzna jipprevalu. |
“Hemża
L-impenji għax-xogħol futur
Minbarra l-Ħidma Futura tal-Arranġament, il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali jaqblu:
|
(a) |
Li jiżviluppaw lista illustrattiva tat-tipi ta' bastimenti li ġeneralment jitqiesu li huma vijabbli b'mod mhux kummerċjali, meta jitqiesu d-dixxiplini dwar l-għajnuna marbuta li ġew stabbiliti fl-Arranġament. |
|
(b) |
Li jirrivedu d-dispożizzjonijiet tal-Arranġament f'relazzjoni mal-livelli minimi tal-primjums sabiex ikunu inkorporati f'dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(c) |
Li jiddiskutu, skont l-iżviluppi fin-negozjati internazzjonali rilevanti, l-inklużjoni ta' dixxiplini oħra dwar ir-rati minimi tal-imgħax li jinkludu CIRR u rati tal-imgħax flessibbli. |
|
(d) |
Li jirrevedu l-applikabilità għal dan il-Ftehim Settorjali tad-dispożżizzjonijiet tal-Arranġament fir-rigward tal-Finanzi tal-Proġett. |
|
(e) |
Li jiddiskutu jekk:
jistgħux jintużaw fir-rigward tal-profil ta' ripagament li jinsab fl-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim Settorjali. |
“ANNESS II
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦAL IMPJANTI TAL-ENERĠIJA NUKLEARI
KAPITOLU I
L-Ambitu tal-ftehim settorjali
1. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
|
(a) |
Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti għal:
|
|
(b) |
Dan il-Ftehim Settorjali ma japplikax għal:
|
KAPITOLU II
Il-proċeduri komuni għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna relatata mal-kummerċ
2. IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT
|
(a) |
It-terminu massimu ta' ripagament għall-prodotti u s-servizzi inklużi fid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1(a)(1) u (2) ta' dan il-Ftehim Settorjali huwa ta' 18-il sena. |
|
(b) |
It-terminu massimu ta' ripagament għat-tagħbija inizjali tal-fjuwil ma teċċedix l-erba' snin mill-konsenja. It-terminu massimu ta' ripagament għal rikarigi sussegwenti tal-fjuwil nukleari huwa ta' sitt xhur. |
|
(c) |
It-terminu ta' ripagament massimu għar-rimi ta' fjuwil użat huwa ta' sentejn. |
|
(d) |
It-terminu ta' ripagament massimu għall-arrikkiment u l-ġestjoni tal-fjuwil użat huwa ta' ħames snin. |
3. IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Il-Parteċipanti japplikaw profil ta' ripagament tal-kapital u l-pagament tal-imgħax kif speċifikat fis-subparagrafu 1) jew 2) hawn isfel.
|
|
(b) |
Il-kapital jitħallas lura u l-imgħax jitħallas mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel ħlas parzjali tal-kapital u l-imgħax isir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt ta' bidu tal-kreditu. |
|
(c) |
Fuq bażi eċċezzjonali u ġġustifikata kif xieraq, l-appoġġ uffiċjali għall-prodotti u s-servizzi msemmija fl-Artikoli 1(a)(1) u (2) ta' dan il-Ftehim jista' jiġi pprovdut b'termini li mhumiex dawk stabbiliti f'(a) u (b) hawn fuq. Il-forniment tat-tali appoġġ jista' jiġi spjegat permezz ta' żbilanċ fit-twaqqit tal-fondi disponibbli tal-obbligant u l-profil tas-servizz ta' dejn disponibbli fi skeda ta' ripagament ugwali u semiannwali u jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:
|
|
(d) |
L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma jkunx ikkapitalizzat |
4. IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRRS
Is-CIRRs applikabbli għall-appoġġ finanzjarju uffiċjali pprovdut skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali huma msawra billi ntużaw ir-rati bażi u l-marġni li ġejjin:
|
It-Terminu tar-Ripagament (snin) |
Impjanti ġodda tal-enerġija nukleari (16 19 23 30 32) |
Il-kuntratti kollha l-oħra (17 20 24 33) |
||
|
Rata bażi (Bonds tal-gvern) |
Marġni (bps) |
Rata bażi (Bonds tal-gvern) |
Marġni (bps) |
|
|
< 11 |
CIRR rilevanti skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament |
|||
|
11 sa 12 |
7 snin |
100 |
7 snin |
100 |
|
13 |
8 snin |
120 |
7 snin |
120 |
|
14 |
9 snin |
120 |
8 snin |
120 |
|
15 |
9 snin |
120 |
8 snin |
120 |
|
16 |
10 snin |
125 |
9 snin |
120 |
|
17 |
10 snin |
130 |
9 snin |
120 |
|
18 |
10 snin |
130 |
10 snin |
120 |
5. IL-MUNITI ELIĠIBBLI
Il-muniti li huma eliġibbli għal appoġġ uffiċjali b'finanzjament huma dawk li huma kompletament konvertibbli u li għalihom hemm dejta disponibbli biex jissawru r-rati minimi tal-imgħax imsemmija fl-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim Settorjali, u l-Artikolu 20 tal-Arranġament għal termini ta' ripagament ta' inqas minn 11-il sena.
6. APPOĠĠ UFFIĊJALI GĦAL FJUWIL NUKLEARI U GĦAL SERVIZZI RELATATI MA' FJUWIL NUKLEARI
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 ta' dan il-Ftehim Settorjali, il-Parteċipanti ma jipprovdux fjuwil nukleari jew servizzi b'xejn.
7. L-GĦAJNUNA
Il-Parteċipanti ma jipprovdux appoġġ tal-għajnuna.
KAPITOLU III
Proċeduri
8. L-AVVIŻ MINN QABEL
|
(a) |
Parteċipant jagħti avviż minn qabel skont l-Artikolu 48 tal-Arranġament tal-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn jekk beħsiebu jipprovdi appoġġ skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(b) |
Jekk il-Parteċipant li jinnotifika beħsiebu jipprovdi appoġġ b'terminu ta' ripagament li jaqbeż il-15-il sena u/jew skont l-Artikolu 3c) ta' dan il-Ftehim Settorjali, jistenna għaxart ijiem kalendarji oħrajn jekk xi Parteċipant ieħor jitlob diskussjoni matul l-ewwel għaxart ijiem kalendarji. |
|
(c) |
Parteċipant jinforma lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni, biex titħaffef ir-reviżjoni tal-korp ta' esperjenza. |
KAPITOLU IV
Reviżjoni
9. XOGĦOL FUTUR
Il-Parteċipanti jaqblu li jeżaminaw il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
Reġim tar-rata tal-imgħax minima flessibbli. |
|
(b) |
L-ammont massimu tal-appoġġ uffiċjali għall-ispejjeż lokali. |
10. REVIŻJONI U MONITORAĠĠ
Il-Parteċipanti jirrevedu b'mod regolari d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali u sa mhux iktar tard mill-2017.
“ANNESS III
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INĠENJI TAL-ARJU ĊIVILI
PARTI 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. GĦAN
|
(a) |
L-iskop ta' dan il-Ftehim Settorjali huwa li jipprovdi qafas għal użu prevedibbli, konsistenti u trasparenti ta' krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali għall-bejgħ jew il-kiri ta' inġenji tal-ajru u prodotti u servizzi oħrajn speċifikati fl-Artikolu 4(a) iktar 'l isfel. Dan il-Ftehim Settorjali għandu l-għan li jrawwem kundizzjonijiet ekwi għat-tali krediti għall-esportazzjoni, sabiex tkun inkoraġġita kompetizzjoni fost l-esportaturi li tkun ibbażata fuq il-kwalità u l-prezz tal-oġġetti u tas-servizzi esportati aktar milli fuq termini u kundizzjonijiet finanzjarji uffiċjalment appoġġati li huma l-aktar favorevoli. |
|
(b) |
Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi l-iktar termini u kundizzjonijiet favorevoli li bihom jistgħu jiġu pprovduti l-krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali. |
|
(c) |
Għal dan il-għan, dan il-Ftehim Settorjali jfittex li jistabbilixxi ekwilibrju bbilanċjat li, fis-swieq kollha:
|
|
(d) |
Il-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali (il-Parteċipanti) jirrikonoxxu li d-dispożizzjonijiet inklużi f'dan il-Ftehim Settorjali ġew żviluppati bil-għan uniku ta' dan il-Ftehim Settorjali u t-tali dispożizzjonijiet ma jippreġudikawx il-partijiet l-oħrajn tal-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġati b'mod Uffiċjali (l-Arranġament) u l-evoluzzjoni tagħhom. |
2. L-ISTATUS
Dan il-Ftehim Settorjali huwa Ftehim bejn Ġentlomi bejn il-Parteċipanti tiegħu u huwa l-Anness III għall-Arranġament; dan jifforma parti integrali tal-Arranġament u huwa s-suċċessur tal-Ftehim Settorjali li daħal fis-seħħ f'Lulju 2007.
3. PARTEĊIPAZZJONI
Attwalment, il-Parteċipanti huma: l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Istati Uniti. Kull min mhuwiex Parteċipant jista' jsir Parteċipant skont il-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi I.
4. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
|
(a) |
Dan il-Ftehim Settorjali japplika għall-appoġġ uffiċjali kollu pprovdut minn jew f'isem gvern, u li għandu terminu ta' ripagament ta' sentejn jew iktar, għall-espotazzjoni ta':
|
|
(b) |
L-appoġġ uffiċjali jista' jiġi provdut f'forom differenti:
|
|
(c) |
Dan il-Ftehim Settorjali ma japplikax għal appoġġ uffiċjali għal:
|
5. INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAL MIN MHUX PARTEĊIPANTI
Fuq il-bażi tar-reċiproċità, Parteċipant jirrispondi għal talba mingħand min mhuwiex Parteċipant f'sitwazzjoni kompetittiva dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji offruti għall-appoġġ uffiċjali tiegħu, kif kieku jirrispondi għal talba mingħand Parteċipant.
6. L-APPOĠĠ BL-GĦAJNUNA
Il-Parteċipanti ma jipprovdux appoġġ bl-għajnuna, ħlief għal raġunijiet umanitarji, permezz ta' proċedura ta' Linja Komuni.
7. AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF
Dan il-Ftehim Settorjali ma jevitax milli l-Parteċipanti fih jaqblu fuq termini u kundizzjonijiet inqas restrittivi minn dawk stipulati minn dan il-Ftehim Settorjali, jekk it-tali azzjoni tittieħed wara li l-ftehim dwar il-kreditu għall-esportazzjoni u d-dokumenti anċillari diġà jkunu saru effettivi u huwa maħsub biss sabiex jevita jew inaqqas kemm jista' jkun it-telf minn avvenimenti li jistgħu jwasslu għan-nuqqas ta' pagament jew għal talbiet. Parteċipant jgħarraf lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn u lis-Segretarjat tal-OECD (is-Segretarjat), fi żmien 20 jum tax-xogħol wara l-ftehim tal-Parteċipant max-xerrej/mutwatarju, dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji mmodifikati. L-avviż ikun fih informazzjoni, inkluża l-motivazzjoni, dwar it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji l-ġodda, u tuża l-formola ta' rapportar stabbilita fl-Appendiċi IV.
PARTI 2
Inġenji tal-ajru ġodda
KAPITOLU I
Kopertura
8. INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA
|
(a) |
Għall-fini ta' dan il-Ftehim Settorjali, inġenju tal-ajru ġdid huwa:
|
|
(b) |
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu a) iktar 'il fuq, Parteċipant jista' jappoġġa termini xierqa għall-inġenji tal-ajru l-ġodda għal tranżazzjonijiet li fihom, bl-għarfien minn qabel ta' dak il-Parteċipant, ikunu ġew implimentati arranġamenti finanzjarji interim għaliex ikun ġie ttardjat l-għoti tal-appoġġ ufiċjali; it-tali dewmien ma jkunx iktar minn 18-il xahar. Fit-tali każijiet, it-terminu ta' ripagament u d-data finali ta' ripagament ikunu l-istess daqslikieku l-bejgħ jew il- kirja tal-inġenju tal-ajru kienu jkunu appoġġati mid-data li fiha ġie oriġinarjament fornut l-inġenju tal-ajru. |
KAPITOLU II
It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji
It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji għall-krediti għall-esportazzjoni jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha li ġew stabbiliti f'dan il-Kapitolu li jinqraw waħda mal-oħra.
9. IL-MUNITI ELIĠIBBLI
Il-valuti li huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju uffiċjali huma l-euro, il-yen Ġappuniż, l-isterlina Ingliża, id-dollaru Amerikan, u muniti oħrajn kompletament konvertibbli li għalihom hemm dejta disponibbli sabiex jissawru r-rati minimi tal-imgħax imsemmija fl-Appendiċi III.
10. ĦLAS AKKONT U APPOĠĠ UFFIĊJALI MASSIMU
|
(a) |
Għal tranżazzjonijiet ma' xerrejja/mutwatarji kklassifikati fil-Kategorija ta' Riskju 1 (skont it-Tabella 1 tal-Appendiċi II), il-Parteċipanti:
|
|
(b) |
Għal tranżazzjonijiet ma' xerrejja/mutwatarji kklassifikati fil-Kategoriji ta' Riskju minn 2 sa 8 (skont it-Tabella 1 tal-Appendiċi II), il-Parteċipanti:
|
|
(c) |
Parteċipant li japplika l-Artikolu 8(b) ta' hawn fuq inaqqas l-ammont massimu tal-appoġġ uffiċjali bl-ammont ta' kapital tal-ħlasijiet parzjali dovuti mill-punt tal-bidu tal-kreditu sabiex jiżgura li fi żmien l-iżborż, l-ammont pendenti huwa l-istess daqs li kieku ġie pprovdut kreditu għall- esportazzjoni appoġġat b'mod uffiċjali fi żmien il-forniment. F'ċirkustanzi bħal dawn, qabel il-forniment, il-Parteċipant ikun irċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali. |
11. RATI MINIMI TAL-PRIMJUM
|
(a) |
Għall-ammont tal-kreditu appoġġat b'mod uffiċjali, il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali jitolbu xejn inqas mir-rata minima tal-primjum stabbilita skont l-Appendiċi II. |
|
(b) |
Kull meta jkun hemm bżonn, il-Parteċipanti jużaw il-mudell ta' konverżjoni tar-rata tal-primjum li sar qbil dwaru biex jikkonvertu bejn firxiet per annum ikkalkolati fuq l-ammont pendenti tal-appoġġ uffiċjali u r-rati tal-primjum waħedhom bil-quddiem ikkalkolati fuq l-ammont oriġinali tal-appoġġ uffiċjali. |
12. IT-TERMINU MASSIMU TA' RIPAGAMENT
|
(a) |
It-terminu massimu ta' ripagament ikun ta' 12-il sena għall-inġenji tal-ajru l-ġodda kollha. |
|
(b) |
Fuq bażi eċċezzjonali, u b'avviż minn qabel, jitħalla jkun hemm terminu massimu ta' ripagament li jasal sa 15-il sena. F'dan il-każ, tiġi applikata imposta miżjuda ta' 35 % mar-rati minimi tal-primjum ikkalkolati skont l-Appendiċi II. |
|
(c) |
Ma jkun hemm ebda estensjoni tat-terminu ta' ripagament permezz ta' qsim tad-drittijiet fis-sigurtà fuq bażi pari passu ma' mutwanti kummerċjali għall-kreditu għall-esportazzjoni appoġġat b'mod uffiċjali. |
13. IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Il-Parteċipanti japplikaw profil ta' ripagament tal-kapital u l-pagament tal-imgħax kif speċifikat fis-subparagrafu (1) jew (2) hawn isfel.
|
|
(b) |
Minkejja l-paragrafu (a) ta' hawn fuq, u soġġett għal avviż minn qabel, ir-ripagament tal-kapital jista' jiġi strutturat b'tali mod li jinkludi pagament finali tal-ammonti pendenti kollha f'data speċifikata. F'każ bħal dan, ir-ripagamenti tal-kapital qabel il-pagament finali se jiġu strutturati kif stabbilit fil-paragrafu a) hawn fuq, fuq il-bażi ta' perjodu ta' ammortizzazzjoni mhux ikbar mit-terminu massimu ta' ripagament permess għall-prodotti u s-servizzi appoġġati. |
|
(c) |
Minkejja l-paragrafu (a) ta' hawn fuq, ir-ripagament tal-kapital jista' jiġi strutturat b'termini inqas favorevoli għall-obbligant. |
|
(d) |
L-imgħax dovut wara l-punt ta' bidu tal-kreditu ma jiġix kapitalizzat. |
14. RATI MINIMI TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ finanzjarju uffiċjali jew japplikaw rata tal-imgħax minima u flessibbli jew inkella rata tal-imgħax fissa u minima, skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi III. |
|
(b) |
Għal inġenji tal-ajru bil-ġettijiet bi prezz nett ta' tal-inqas USD 35 miljun, l-appoġġ finanzjajru uffiċjali fuq bażi ta' CIRR jiġi pprovdut biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali. Parteċipant li beħsiebu jipprovdi appoġġ bħal dan jgħarraf lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn tal-inqas 20 jum kalendarju qabel l-impenn finali, u f'dan l-avviż jidentifika lill-mutwatarju. |
|
(c) |
Ir-rata tal-imgħax teskludi kwalunkwe ħlas permezz ta' primjum imsemmi fl-Artikolu 11 iktar 'il fuq, u t-tariffi msemmija fl-Artikolu 16 iktar 'l isfel. |
15. APPOĠĠ BIR-RATA TAL-IMGĦAX
Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ bir-rata tal-imgħax jikkonformaw mat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji ta' dan il-Ftehim Settorjali u jitolbu lil kwalunkwe bank jew kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja oħra li hija parti mit-tranżazzjoni appoġġata bl-imgħax biex jieħdu sehem f'dik it-tranżazzjoni b'dawk it-termini biss li huma konsistenti fl-aspetti kollha mat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji ta' dan il-Ftehim Settorjali.
16. TARIFFI
|
(a) |
Soġġetti għal-limiti tal-perjodu ta' żamma tal-primjum, il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali fl-għamla ta' sempliċi kopertura jitolbu tariffa għaż-żamma fuq is-sehem mhux prelevat tal-appoġġ uffiċjali matul il-perjodu ta' żamma tal-primjum, kif ġej:
|
|
(b) |
Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali fl-għamla ta' kreditu/finanzjament dirett jitolbu t-tariffi li ġejjin:
|
17. KOFINANZJAMENT
Minkejja l-Artikoli 14 u 16 ta' hawn fuq, f'kofinanzjament fejn l-appoġġ uffiċjali jiġi pprovdut permezz ta' kreditu dirett jew sempliċi kopertura, u fejn il-kopertura sempliċi tirrappreżenta minimu ta' 35 % tal-ammont appoġġat b'mod uffiċjali, il-Parteċipant li jipprovdi kreditu dirett japplika l-istess termini u kundizzjonijiet finanzjarji, inklużi tariffi, bħal dawk ipprovduti mill-istituzzjoni finanzjarja f'kopertura pura, biex tiġi ġġenerata ekwivalenza tal-ispejjeż għar-riskji kollha bejn il-fornitur tas-sempliċi kopertura u l-mutwant dirett. F'ċirkustanzi bħal dawn, il-Parteċipant li jipprovdi appoġġ bħal dan jirrapporta t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji appoġġati, inklużi t-tariffi, skont il-formola ta' rapportar stabbilita fl-Appendiċi IV.
PARTI 3
L-inġenji tal-ajru użati, il-magni ta' riżerva, il-partijiet ta' riżerva, il-kuntratti ta' manutenzjoni u servizz
KAPITOLU I
Kopertura
18. INĠENJI TAL-AJRU UŻATI U PRODOTTI U SERVIZZI OĦRAJN
Din il-Parti tal-Ftehim Settorjali tapplika għal inġenji tal-ajru użati u għal magni ta' riżerva, partijiet li jistgħu jinbidlu, konverżjoni tal-merkanzija, modifika qawwija, restawrazzjoni, kuntratti ta' manutenzjoni u servizz b'rabta ma' inġenji tal-ajru ġodda kif ukoll użati u kitts tal-magni.
KAPITOLU II
It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji
It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu applikati, minbarra t-terminu massimu ta' ripagament, ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 2 ta' dan il-Ftehim Settorjali.
19. IL-BEJGĦ TA' INĠENJI TAL-AJRU UŻATI
|
(a) |
Suġġett għall-paragrafu b) hawn taħt, it-terminu massimu ta' ripagament għal inġenji tal-ajru użati jiġi stabbilit skont l-età tal-inġenju tal-ajru, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:
|
|
(b) |
It-terminu massimu ta' ripagament għall-inġenji tal-ajru li jkunu għaddew minn trasformazzjoni, diment li t-tranżazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi II u bil-kundizzjoni wkoll li l-appoġġ uffiċjali, jekk ikun hemm, mogħti fir-rigward ta' din il-konverżjoni ma kienx ipprovdut skont l-Artikolu 21(a) hawn taħt, ikun stabbilit skont il-perjodu ta' żmien mid-data tal-konverżjoni u l-età tal-inġenju tal-ajru, kif stabbilit fit-tabella li ġejja: It-Termini Massimi ta' Ripagament għal Inġenji Konvertiti Abbażi ta' Assi (snin)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
20. IL-MAGNI TA' RISERVA U L-PARTIJIET LI JISTGĦU JINBIDLU
|
(a) |
Meta jinxtraw, jew jiġu ordnati b'rabta mal-magni li għandhom jiġu installati fuq inġenju tal-ajru ġdid, l-appoġġ uffiċjali għal magni ta' riżerva jista' jiġi pprovdut bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk għall-inġenju tal-ajru. |
|
(b) |
Meta mixtrija ma' inġenji tal-ajru ġodda, l-appoġġ uffiċjali għal partijiet li jistgħu jinbidlu jista' jiġi pprovdut bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk għall-inġenji tal-ajru għal massimu ta' 5 % tal-prezz nett tal-inġenju tal-ajru l-ġdid u l-magni installati; il-paragrafu d) iktar 'l isfel japplika għall-appoġġ uffiċjali għal partijiet li jistgħu jinbidlu li jaqbżu l-limitu ta' 5 %. |
|
(c) |
Meta l-magni ta' riżerva ma jinxtrawx ma' inġenju tal-ajru ġdid, it-terminu massimu ta' ripagament ikun ta' tmien snin. Għal magni ta' riżerva b'valur tal-unità ta' USD 10 miljun jew iktar, it-terminu ta' ripagament ikun ta' 10 snin, diment li t-tranżazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 19 tal-Appendiċi II. |
|
(d) |
Meta partijiet oħrajn li jistgħu jinbidlu ma jinxtrawx ma' inġenju tal-ajru ġdid, it-terminu massimu ta' ripagament ikun ta':
|
21. IL-KUNTRATTI GĦALL-KONVERŻJONI/MODIFIKI EWLENIN/RESTAWRAZZJONI
|
(a) |
Jekk tranżazzjoni għal konverżjoni:
|
|
(b) |
Jekk tranżazzjoni tkunx għal modifika ewlenija, jew ir-rinnovament, parteċipant jista' joffri appoġġ uffiċjali b'terminu ta' ripagament li jasal sa:
|
22. KUNTRATTI TA' MANUTENZJONI U SERVIZZ
Il-Parteċipanti jistgħu joffru appoġġ uffiċjali b'terminu ta' ripagament li jasal sa tliet snin.
23. KITTS TAL-MAGNA
Il-Parteċipanti jistgħu joffru appoġġ uffiċjali b'terminu ta' ripagament li jasal sa ħames snin.
PARTI 4
Proċeduri ta' trasparenza
Il-komunikazzjonijiet kollha jsiru bejn il-punti ta' kuntatt magħżula f'kull pajjiż Parteċipant permezz ta' komunikazzjoni pronta, pereż. is-Sistema ta' Informazzjoni On-Line tal-OECD (OLIS). Sakemm ma jsirx qbil fuq xi mod ieħor, l-informazzjoni kollha skambjata f'din il-Parti tal-Ftehim Settorjali tiġi ttrattata mill-Parteċipanti kollha bħala kunfidenzjali.
TAQSIMA 1
Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni
24. L-INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI
|
(a) |
Fi żmien xahar wara d-data ta' impenn finali, Parteċipant jippreżenta l-informazzjoni meħtieġa fl-Appendiċi IV lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn, b'kopja lis-Segretarjat. |
|
(b) |
Biex jiġi stabbilit il-marġni normattiv skont l-Artikolu 8(b) tal-Appendiċi III, l-informazzjoni fuq il-marġnijiet tas-sempliċi kopertura, kif imniżżel fl-Artikolu 8(c) u (d) tal-Appendiċi III, tiġi ppreżentata lis-Segretarjat mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara tmiem kull xahar. |
TAQSIMA 2
Skambju ta' informazzjoni
25. TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI
|
(a) |
Parteċipant jista' jistaqsi lil Parteċipant ieħor għal informazzjoni dwar l-użu tal-krediti għall-esportazzjoni tiegħu appoġġati b'mod uffiċjali għall-bejgħ jew il-kiri ta' inġenju tal-ajru koperti minn dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(b) |
Parteċipant li rċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali jista' jindirizza mistoqsija lil Parteċipant ieħor, fejn jagħti t-termini u l-kundizzjonijiet ta' kreditu l-aktar favorevoli li l-Parteċipant li qed jistaqsi għandu jkun lest li jappoġġa. |
|
(c) |
Il-Parteċipant li lilu ġiet indirizzata mistoqsija jirrispondi f'sebat ijiem kalendarji u jipprovdi l-akbar ammont ta' informazzjoni possibbli. Ir-risposta tinkludi l-aħjar indikazzjoni li l-Parteċipant jista' jagħti tad-deċiżjoni li probabbilment se jieħu. Jekk ikun meħtieġ, ir-risposta sħiħa ssegwi kemm jista' jkun malajr. |
|
(d) |
Kopja tal-mistoqsijiet kollha jintbagħtu lis-Segretarjat. |
26. IL-KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊ IMB'WIĊĊ
|
(a) |
F'sitwazzjoni ta' kompetizzjoni, Parteċipant jista' jitlob konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ ma' Parteċipant wieħed jew iktar. |
|
(b) |
Kull Parteċipant jaqbel mat-tali talbiet fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. |
|
(c) |
Il-konsultazzjonijiet isiru kemm jista' jkun malajr wara li jiskadi l-perjodu ta' għaxart ijiem ta' xogħol. |
|
(d) |
Il-President tal-Parteċipanti jikkoordina mas-Segretarjat dwar kwalunkwe azzjoni ta' segwitu li tkun meħtieġa. Is-Segretarjat jagħmel disponibbli fil-pront ir-riżultat tal-konsultazzjoni. |
27. KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI
|
(a) |
Parteċipant (il-Parteċipant li jkun ħa l-inizjattiva) li għandu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew offruti minn Parteċipant ieħor (il-Parteċipant li jwieġeb) huma aktar ġenerużi minn dawk provduti fil-Ftehim Settorjali jinforma lis-Segretarjat; is-Segretarjat immedjatament jagħmel informazzjoni bħal din disponibbli lill-Parteċipant li jwieġeb. |
|
(b) |
Il-Parteċipant li jwieġeb jiċċara t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-appoġġ uffiċjali li qed jiġi kkunsidrat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara l-ħruġ tal-informazzjoni mis-Segretarjat. |
|
(c) |
Wara l-kjarifika min-naħa tal-Parteċipant li jwieġeb, il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva jista' jitlob li s-Segretarjat jorganizza konsultazzjoni speċjali mal-Parteċipant li jwieġeb fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol sabiex tiġi diskussal-kwistjoni. |
|
(d) |
Il-Parteċipant li jwieġeb jistenna l-eżitu tal-konsultazzjoni li jiġi ddeterminat dakinhar tat-tali konsultazzjoni qabel ma jkompli għaddej bit-tranżazzjoni. |
TAQSIMA 3
Linji komuni
28. PROĊEDURI U L-FORMAT TAL-LINJI KOMUNI
|
(a) |
Il-proposti għal Linja Komuni jiġu indirizzati biss lis-Segretarjat. L-identità tal-Parteċipant li jniedi ma tinkixifx mir-reġistru tal-Linja Komuni fuq l-OLIS. Madankollu, is-Segretarjat jista' verbalment jikxef l-identità ta' min ħa l-inizjattiva lil Parteċipant jekk jintalab jagħmel dan. Is-Segretarjat iżomm rekord ta' talbiet bħal dawn. |
|
(b) |
Il-proposta għal Linja Komuni tkun iddatata u jkollha l-format li ġej:
|
29. IR-REAZZJONIJIET GĦALL-PROPOSTI GĦAL LINJA KOMUNI
|
(a) |
Ir-reazzjonijiet isiru f'20 jum kalendarju, għalkemm il-Parteċipanti jiġu mħeġġa jirreaġixxu għal proposta għal Linja Komuni kemm jista' jkun malajr. |
|
(b) |
Reazzjoni tista' tkun talba għal informazzjoni addizzjonali, aċċettazzjoni, rifjut, proposta għal modifika tal-linja komuni jew proposta għal Linja Komuni alternattiva. |
|
(c) |
Parteċipant li jibqa' sieket jew javża li ma għandu l-ebda pożizzjoni jitqies li aċċetta l-proposta għal-Linja Komuni. |
30. AĊĊETTAZZJONI TAL-LINJI KOMUNI
|
(a) |
Wara perjodu ta' 20 jum kalendarju, is-Segretarjat jinforma lill-Parteċipanti kollha bl-istatus tal-proposta għal Linja Komuni. Jekk mhux il-Parteċipanti kollha jkunu aċċettaw il-Linja Komuni, imma l-ebda Parteċipant ma jkun irrifjutaha, il-proposta tibqa' miftuħa għal perjodu ieħor ta' tmint ijiem kalendarji. |
|
(b) |
Wara dan il-perjodu l-ieħor, Parteċipant li ma rrifjutax b'mod espliċitu l-proposta għal Linja Komuni jitqies li aċċetta l-Linja Komuni. Madankollu, Parteċipant, inkluż il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva, jista' jaċċetta l-Linja Komuni taħt il-kundizzjoni li jkun hemm aċċettazzjoni espliċita min-naħa ta' Parteċipant wieħed jew aktar. |
|
(c) |
Jekk Parteċipant ma jaċċettax element wieħed jew aktar ta' Linja Komuni jkun qed jaċċetta b'mod impliċitu l-elementi l-oħra kollha tal-Linja Komuni. |
31. NUQQAS TA' FTEHIM DWAR IL-LINJI KOMUNI
|
(a) |
Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva u Parteċipant li ppropona modifika jew alternattiva ma jistgħux jiftiehmu dwar Linja Komuni fil-perjodu addizzjonali ta' tmint ijiem kalendarji msemmija fl-Artikolu 30 iktar 'il fuq, dan il-perjodu jista' jiġi estiż bil-kunsens reċiproku tagħhom. Is-Segretarjat jinforma lill-Parteċipanti kollha b'kull estensjoni bħal din. |
|
(b) |
Linja Komuni li ma ġietx aċċettata tista' titqies mill-ġdid billi jintużaw il-proċeduri fl-Artikoli 28 u 30 iktar 'il fuq. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Parteċipanti mhumiex marbuta bid-deċiżjoni oriġinali tagħhom. |
32. ID-DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI
Is-Segretarjat jinforma lill-Parteċipanti kollha jew li l-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ jew li ġiet irrifjutata; il-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ tlett ijiem kalendarji wara din it-tħabbira.
33. VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI
|
(a) |
Sakemm ma jsrix ftehim mod ieħor, Linja Komuni, ladarba tkun miftiehma, tkun valida għal perjodu ta' sentejn mid-data effettiva tagħha, sakemm is-Segretarjat ma jiġix informat li ma għadhiex ta' interess, u li t-tali sitwazzjoni ġiet aċċettata mill-Parteċipanti kollha. |
|
(b) |
Jekk Parteċipant ifittex li jikseb estensjoni fi żmien 14-il jum kalendarju mid-data oriġinali ta' skadenza u jekk ma jkunx hemm nuqqas ta' qbil, Linja Komuni tibqa' valida għal perjodu ta' sentejn oħra; Estensjonijiet sussegwenti jistgħu jinftiehmu permezz tal-istess proċedura. |
|
(c) |
Is-segretarjat jimmonitorja l-istatus tal-Linji Komuni u jżomm lill-Parteċipanti informati skont dan, permezz taż-żamma tal-elenku ‘L-istatus tal-Linji Komuni Validi’ fuq l-OLIS. Għaldaqstant, is-Segretarjat, fuq bażi ta' kull tliet xhur, inter alia, joħroġ lista ta' Linji Komuni li mistennija jiskadu fit-tliet xhur ta' wara. |
|
(d) |
Bit-talba ta' min mhuwiex Parteċipant li jipproduċi inġenji tal-ajru f'kompetizzjoni, is-Segretarjat iqiegħed Linji Komuni validi għad-dispożizzjoni ta' dak li mhuwiex Parteċipant. |
TAQSIMA 4
Allinjament
34. ALLINJAMENT
|
(a) |
B'kunsiderazzjoni tal-obbligi internazzjonali ta' Parteċipant, Parteċipant jista' jallinja t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-appoġġ uffiċjali offruti minn min mhuwiex Parteċipant. |
|
(b) |
F'każ ta' tqabbil ta' termini u kundizzjonijiet li ma jikkonformawx li jkunu offerti minn min mhuwiex Parteċipant:
|
|
(c) |
Jekk Parteċipant li jallinja jimmodifika jew jirtira l-ħsieb tiegħu li jappoġġa t-termini u l-kundizzjonijiet innotifikati, jgħarraf lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn dwar dan minnufih. |
PARTI 5
Monitoraġġ u reviżjoni
35. MONITORAĠĠ
|
(a) |
Is-Segretarjat jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali u jirrapporta għand il-Parteċipanti fuq bażi annwali. |
|
(b) |
Kull tranżazzjoni meqjusa eliġibbli skont l-Artikolu 39(a) tiġi rrapportata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(a) u l-Appendiċi IV. |
|
(c) |
Kull tranżazzjoni meqjusa eliġibbli skont l-Artikolu 39(b) tiġi rrapportata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(a) u l-Appendiċi IV, u minbarra dan:
|
36. REVIŻJONI
Il-Parteċipanti jirrevedu l-proċeduri u d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali, fl-isfond tal-kriterji, u fiż-żminijiet, stabbiliti fil-paragrafi a) u b) hawn taħt.
|
(a) |
Il-Parteċipanti jwettqu r-reviżjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali kif ġej:
|
|
(b) |
Ir-reviżjoni stabbilita fis-subparagrafu (a)(1) ta' hawn fuq tieħu f'kunsiderazzjoni:
|
|
(c) |
Bħala rikonoxximent tal-importanza tal-proċess ta' reviżjoni, biex jiżgura li t-termini u l-kundizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali għadhom jilħqu l-ħtiġijiet tal-Parteċipanti, kull Parteċipant jirriżerva d-dritt li jirtira minn dan il-Ftehim Settorjali skont l-Artikolu 40 iktar 'l isfel. |
37. XOGĦOL FUTUR
Tingħata konsiderazzjoni lil dawn li ġejjin:
|
(a) |
L-evalwazzjoni tal-prattiki tal-Parteċipanti fl-għoti tal-appoġġ uffiċjali qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu. |
|
(b) |
Id-dispożizzjonijiet applikabbli għas-self indirett. |
|
(c) |
Estensjoni tat-termini ta' ripagamenti massimi skont l-Artikolu 19 għal inġenji tal-ajru użati li ġew restawrati b'mod notevoli qabel inbiegħu. |
|
(d) |
Estensjoni tat-termini ta' ripagamenti massimi skont l-Artikolu 21 għall-kuntratti bl-ogħla valur. |
|
(e) |
Id-dispożizzjonijiet applikabbli għal ‘restawrazzjoni’ (l-Artikolu 21) u ‘servizzi’ (l-Artikolu 22). |
|
(f) |
Il-proċess ta' eliġibilità ta' Cape Town. |
|
(g) |
Id-definizzjoni ta' ‘Parteċipant Interessat’. |
PARTI 6
Dispożizzjonijiet finali
38. DĦUL FIS-SEĦĦ
Id-data effettiva ta' dan il-Ftehim Settorjali hija l-1 ta' Frar 2011.
39. ARRANĠAMENTI TA' TRANŻIZZJONI
Minkejja l-Artikolu 38 ta' hawn fuq, il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali bit-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti kif ġej:
|
(a) |
Il-Parteċipanti jistgħu jagħtu appoġġ uffiċjali bit-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim Settorjali dwar l-Inġenji tal-Ajru fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2007 (‘l-ASU tal-2007’) jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(b) |
Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali bit-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli qabel id-data effettiva ta' dan il-Ftehim Settorjali jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(c) |
L-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu tiġi ssorveljata skont l-Artikoli 35(b) u (c). |
40. L-IRTIRAR
Parteċipant jista' jirtira minn dan il-Ftehim Settorjali billi jinnotifika lis-Segretarjat bil-miktub permezz ta' komunikazzjoni fil-pront, pereż. l-OLIS. L-irtirar jidħol fis-seħħ sitt xhur wara li s-Segretarjat ikun irċieva l-avviż. L-irtirar mhux se jaffettwa l-ftehimiet milħuqa fuq tranżazzjonijiet individwali mħaddma qabel id-data effettiva tal-irtirar.
“Appendiċi I
Parteċipazzjoni fil-ftehim settorjali dwar l-inġenji tal-ajru
|
1. |
Il-Parteċipanti jħeġġu lil min mhuwiex Parteċipant li li jkun qiegħed jiżviluppa kapaċità tal-manifattura għal inġenji tal-ajru ċivili biex japplika d-dixxiplini ta' dan il-Ftehim Settorjali. F'dan il-kuntest, il-Parteċipanti jistiednu lil min mhuwiex Parteċipant biex jidħol fi djalogu magħhom dwar il-kundizzjonijiet tas-sħubija fl-ASU. |
|
2. |
Is-Segretarjat għandu jiżgura li min mhuwiex Parteċipant u jkun interessat li jieħu sehem f'dan il-Ftehim Settorjali jingħata l-informazzjoni sħiħa dwar it-termini u l-kundizzjonijiet assoċjati ma' meta wieħed isir Parteċipant f'dan il-Ftehim Settorjali. |
|
3. |
Imbagħad, min mhuwiex Parteċipant jiġi mistieden mill-Parteċipanti sabiex jieħu sehem fl-attivitajiet ta' dan il-Ftehim Settorjali u jattendi l-laqgħat rilevanti bħala osservatur. Stedina bħal din issir għal massimu ta' sentejn u tista' tiġġedded darba għal sentejn oħra. Matul dan il-perjodu, min mhuwiex Parteċipant jiġi mistieden jipprovdi reviżjoni tas-sistema tiegħu ta' kreditu għall-esportazzjoni, speċjalment għall-esportazzjoni ta' inġenji tal-ajru ċivili. |
|
4. |
Fi tmiem dak il-perjodu, min mhuwiex Parteċipant jindika jekk jixtieqx isir Partecipant f'dan il-Ftehim Settorjali u jsegwi d-dixxiplini tiegħu; fil-każ ta' konferma bħal din, min mhuwiex Parteċipant jikkontribwixxi, fuq bażi annwali, għall-ispejjeż assoċjati mal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali. |
|
5. |
Min mhuwiex Parteċipant u jkun interessat jitqies bħala Parteċipant minn 30 jum tax-xogħol wara l-konferma msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan l-Appendiċi. |
“Appendiċi II
Rati minimi tal-primjum
L-Appendiċi jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jintużaw meta jiġi ddeterminat l-ipprezzar tal-appoġġ uffiċjali għal tranżazzjoni soġġetta għal dan il-Ftehim Settorjali. It-Taqsima 1 tistabbilixxi l-proċeduri ta' klassifikazzjoni tar-riskji; It-Taqsima 2 tistabbilixxi r-rati minimi tal-primjum li għandhom jintalbu għal inġenji tal-ajru ġodda u użati, u t-Taqsima 3 tistabbilixxi r-rati minimi tal-primjum li għandhom jintalbu għal magni ta' riżerva, partijiet li jistgħu jinbidlu, konverżjoni tal-merkanzija/modifika/restawrazzjoni qawwija, kuntratti ta' manutenzjoni u servizz, u kitts tal-magna.
TAQSIMA 1
Proċeduri għall-klassifikazzjoni tar-riskji
|
1. |
Il-Parteċipanti qablu fuq lista ta' klassifikazzjonijiet tar-riskji (il-Lista) għal xerrejja/mutwatarji; tali klassifikazzjonijiet tar-riskji jirreflettu l-klassifikazzjoni tal-kreditu superjuri mhux iggarantit ta' xerrejja/mutwatarji li jużaw skala komuni tal-klassifikazzjoni bħal dik ta' waħda mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (CRA). |
|
2. |
Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji se jsiru min esperti maħtura mill-Parteċipanti fl-isfond tal-kategoriji tar-riskji stabbiliti fit-Tabella 1 ta' dan l-Appendiċi. |
|
3. |
Il-Lista tkun torbot fi kwalunkwe stadju tat-tranżazzjoni (pereż. kampanja u kunsinna), soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 ta' dan l-Appendiċi. |
I. IT-TWAQQIF TAL-LISTA TA' KLASSIFIKAZZJONIJIET TAR-RISKJI
|
4. |
Il-Lista tiġi żviluppata u miftehma bejn il-Parteċipanti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim Settorjali; tinżamm aġġornata mis-Segretarjat u titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti kollha fuq bażi kunfidenzjali. |
|
5. |
Fuq talba u fuq bażi kunfidenzjali, is-Segretarjat jista' jgħarraf lil min mhuwiex Parteċipant li jipproduċi inġenji tal-ajru dwar il-klassifikazzjoni tar-riskji ta' xerrej/mutwatarju; f'dan il-każ, is-Segretarjat jgħarraf lill-Parteċipanti kollha dwar it-talba. F'kull ħin, min mhuwiex Parteċipant jista' jipproponi żidiet mal-Lista lis-Segretarjat. Min mhuwiex Parteċipant u jipproponi żieda mal-Lista jista' jieħu sehem fil-proċedura ta' klassifikazzjoni tar-riskji daqslikieku kien Parteċipant interessat. |
II. AĠĠORNAMENT TAL-LISTA TA' KLASSIFIKAZZJONIJIET TAR-RISKJI
|
6. |
Soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 ta' dan l-Appendiċi, il-Lista tista' tiġi aġġornata fuq bażi ad hoc f'każ li Parteċipant jindika fuq xi forma li beħsiebu japplika klassifikazzjoni tar-riskji oħra u mhux dik fuq il-Lista, jew inkella Parteċipant ikollu bżonn klassifikazzjoni tar-riskji għal xerrej/mutwatarju li għadu mhuwiex fuq il-Lista (15 18 22 *1 29 31 36 *2 37) (16 19 23 30 32). |
|
7. |
Qabel kull użu ta' klassifikazzjoni tar-riskji alternattiva jew ġdida, kull Parteċipant jibgħat talba lis-Segretarjat biex jaġġorna l-Lista fuq il-bażi ta' klassifikazzjoni tar-riskji alternattiva jew ġdida. Is-Segretarjat se jiċċirkola din it-talba lill-Parteċipanti kollha fi żmien jumejn tax-xogħol, mingħajr ma tissemma l-identità tal-Parteċipant li ppreżenta t-talba. |
|
8. |
Jingħata perjodu ta' għaxart (17 20 24 33) ijiem tax-xogħol sabiex il-Parteċipanti interessati jew jaqblu jew inkella joġġezzjonaw kwalunkwe bidla proposta fil-Lista; nuqqas ta' tweġiba f'dan il-perjodu jitqies qbil dwar il-proposta. Jekk fi tmiem il-perjodu ta' għaxart ijiem ma ssir l-ebda oġġezzjoni għall-proposta, jitqies li kien hemm qbil mal-bidla proposta fil-Lista. Is-Segretarjat se jimmodifika l-Lista kif xieraq u jibgħat messaġġ tal-OLIS fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol; il-Lista aġġustata tibda torbot mid-data ta' dak il-messaġġ. |
III. SOLUZZJONI GĦAN-NUQQAS TA' QBIL
|
9. |
Fil-każ ta' oġġezzjoni għal klassifikazzjoni tar-riskji proposta, il-Parteċipanti interessati fil-livell ta' esperti jagħmlu ħilithom kollha biex jaslu għal qbil dwar il-klassifikazzjoni tar-riskji fi żmien perjodu ieħor ta' għaxart ijiem tax-xogħol wara avviż ta' nuqqas ta' qbil. Għandu jiġi esplorat kull mezz neċessarju biex jiġi solvut in-nuqqas ta' qbil, bl-għajnuna tas-Segretarjat jekk ikun hemm bżonn (pereż. sejħiet konferenzjali jew konsultazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ). Jekk il-Parteċipanti interessati jaqblu fuq klassifikazzjoni tar-riskji fi żmien dan il-perjodu ta' għaxart ijiem, jgħarrfu lis-Segretarjat dwar l-eżitu u mbagħad is-Segretarjat jaġġorna l-Lista kif xieraq u jibgħat messaġġ OLIS fil-ħamest ijiem tax-xogħol segwenti. Il-Lista aġġustata tibda torbot mid-data ta' dak il-messaġġ. |
|
10. |
F'każ li ma tinstabx soluzzjoni bejn l-esperti għan-nuqqas ta' qbil fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol, il-kwistjoni tgħaddi għand il-Parteċipanti biex jieħdu deċiżjoni fuq klassifikazzjoni tar-riskji xierqa, f'perjodu li ma jaqbiżx il-ħamest ijiem tax-xogħol. |
|
11. |
Fin-nuqqas ta' qbil finali, Parteċipant jista' jirrikorri għal CRA biex tiddetermina l-klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej/mutwatarju. F'każijiet bħal dawn, il-President tal-Parteċipanti jindirizza komunikazzjoni f'isem il-Parteċipanti lix-xerrej/mutwatarju, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. Il-komunikazzjoni tinkludi t-termini ta' referenza għall-konsultazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskji kif miftehma bejn il-Parteċipanti. Il-klassifikazzjoni tar-riskji li tirriżulta se tiġi rreġistrata fil-Lista u tibda torbot minnufih wara l-messaġġ OLIS tas-Segretarjat sabiex tiġi ffinalizzata l-proċedura ta' aġġornament fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. |
|
12. |
Sakemm ma jsirx qbil mod ieħor, l-ispejjeż tat-tali rikors għal CRA jiġġarrbu mix-xerrej/mutwatarju interessat. |
|
13. |
Matul il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli minn 9 sa 11 ta' dan l-Appendiċi, il-klassifikazzjoni tar-riskji prevalenti (meta disponibbli fuq il-Lista) tibqa' applikabbli. |
IV. IL-PERJODU TA' VALIDITÀ TAL-KLASSIFIKAZZJONIJIET
|
14. |
Il-klassifikazzjonijiet validi tar-riskji huma l-klassifikazzjonijiet tar-riskji prevalenti kif irreġistrati fil-Lista miżmuma mis-Segretarjat; l-indikazzjonijiet u l-impenji tar-rati tal-primjum isiru biss skont dawk il-klassifikazzjonijiet tar-riskji. |
|
15. |
Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji għandhom perjodu ta' validità massimu ta' 12-il xahar mid-data rreġistrata fil-Lista mis-Segretarjat għall-fini tal-Parteċipanti li jipprovdu indikazzjoni u impenji finali tar-rati tal-primjum; il-perjodu ta' validità għal tranżazzjoni speċifika jista' jiġi estiż b'perjodu addizzjonali ta' 18-il xahar għal impenn jew impenn finali u jitħallsu t-tariffi taż-żamma tal-primjum. Il-klassifikazzjonijiet tar-riskji jistgħu jkunu soġġetti għal reviżjoni matul il-perjodu ta' validità ta' 12-il xahar fil-każ ta' bidliet materjali fil-profil tar-riskju tax-xerrej/mutwatarju, bħal modifika ta' klassifikazzjoni pprovduta minn CRA. |
|
16. |
Sakemm ma jkunx hemm xi Parteċipant li jitlob l-aġġornament tagħha, tal-inqas 20 jum tax-xogħol qabel tmiem il-perjodu ta' validità rilevanti tal-klassifikazzjoni tar-riskji, is-Segretarjat ineħħi dik il-klassifikazzjoni tar-riskji mil-Lista aġġornata ta' wara li jmiss. Is-Segretarjat jgħaddi din it-talba għal aġġornament lill-Parteċipanti kollha fi żmien jumejn tax-xogħol, mingħajr ma jsemmi l-identità tal-Parteċipant li ppreżenta t-talba, u japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli minn 9 sa 11 ta' dan l-Appendiċi. |
V. TALBA DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJI TA' XERREJ/MUTWATARJU
|
17. |
Jekk, fl-istadju tal-kampanja, xerrej/mutwatarju jitlob indikazzjoni tal-klassifikazzjoni tar-riskji tiegħu u jekk ikun għadu mhuwiex fil-Lista, dak ix-xerrej/mutwatarju jista' jitlob għal klassifikazzjoni indikattiva tar-riskji minn CRA bl-ispejjeż tiegħu. Din il-klassifikazzjoni tar-riskji ma tiġix inkluża fil-Lista; tista' tintuża mill-Parteċipanti bħala bażi għall-valutazzjoni tar-riskji tagħhom stess. |
TAQSIMA 2
Rati minimi tal-primjum għal inġenji tal-ajru ġodda u użati
I. IL-KALKULAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM
|
18. |
L-Artikoli minn 19 sa 58 ta' din l-Appendiċi jistabbilixxu r-rati minimi tal-primjum li jikkorrispondu għall-klassifikazzjoni tar-riskji ta' xerrej/mutwatarju (jew, jekk entità differenti, is-sors primarju ta' ripagament tat-tranżazzjoni). |
|
19. |
Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali fir-rata minima tal-primjum jew ogħla minnha diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha msemmija hawn taħt:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
20. |
Għall-fini tal-Artikolu 19 ta' dan l-Appendiċi:
|
|
21. |
Skont l-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim Settorjali, ir-rati minimi tal-primjum li għandhom jiġu applikati huma msawra minn rati minimi abbażi tar-riskji (RBR) li magħhom tiżdied imposta miżjuda li tirrifletti s-suq (MRS), skont l-Artikoli minn 22 sa 34 ta' hawn taħt. |
|
22. |
Mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim Settorjali, l-RBRs huma:
Tabella 2 Rati Abbażi r-Riskji
|
|
23. |
Ir-rati tal-RBRs jerġgħu jitfasslu fuq bażi annwali, abbażi ta' medja kurrenti ta' erba' snin tat-Telf fil-Każ ta' Inadempjenza (LGD) tal-Moody's. L-LGD xieraq għal dan it-tfassil mill-ġdid huwa bbażat fuq l-Għoti b'Self Iggarantit u Superjuri tal-Ewwel Ipoteka mill-Bank (1st Lien Senior Secured Bank Loans), u jiġi kkalkolat kif ġej:
Tabella 3 Immappjar tal-LGD
|
|
24. |
Fattur ta' aġġustament tal-RBR jiġi ddeterminat kif ġej:
|
|
25. |
Il-fattur ta' aġġustament tal-RBR jiġi mmoltiplikat bl-RBRs stabbiliti fit-Tabella 2 iktar 'il fuq, biex jiġu ddeterminati l-RBRs imfassla mill-ġdid. |
|
26. |
L-ewwel proċess ta' tfassil mill-ġdid ser iseħħ fl-ewwel trimestru tal-2012 u l-RBRs li jirriżultaw se jidħlu fis-seħħ fil-15 ta' April 2012. |
|
27. |
L-RBRs li jirriżultaw mill-proċessi sussegwenti ta' tfassil mill-ġdid se jidħlu fis-seħħ fil-15 ta' April ta' kull sena sussegwenti. Ladarba jkunu ġew iddeterminati l-RBRs li jirriżultaw mit-tfassil mill-ġdid annwali, is-Segretarjat jgħarraf minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar ir-rati applikabbli u jqegħdhom għad-dispożizzjoni b'mod pubbliku. |
|
28. |
Għal kull kategorija ta' Riskju, tiġi kkalkolata Imposta Żejda li Tirrifletti s-Suq kif ġej:
MRS = B × [(0,5 × MCS) – RBR] fejn:
|
|
29. |
Meta l-kategoriji tar-riskji jinkludu iktar minn klassifikazzjoni waħda tar-riskju, il-firxiet jittieħdu bħala medji. Fil-kategorija ta' riskju 1, tintuża l-firxa ta' BBB-. |
|
30. |
Isir skont ta' 50 % fuq il-firxiet tal-MCS bħala kumpens għas-sigurtà tal-assi. Imbagħad, il-firxiet tal-MCS bi skont jiġu aġġustati b'fattur varjanti b'medda ta' bejn 70 % u 35 % skont it-Tabella 4 iktar 'l isfel, applikat fuq id-differenza bejn il-firxiet tal-MCS bi skont u l-RBR. Kull firxa negattiva li tirriżulta mill-varjazzjonijiet ma titnaqqasx.
Tabella 4 Fatturi Varjanti
|
|
31. |
L-MRS tiġi aġġornata fuq bażi trimestrali, kif ġej:
|
|
32. |
L-MRS tiġi applikata biss jekk u meta tkun pożittiva u taqbeż il-25 punt bażi. |
|
33. |
Iż-żieda fir-rati minimi tal-primjum li jirriżultaw mill-aġġornament tal-MRS ma taqbiżx l-10 % tar-rati minimi tal-primjum trimestrali ta' qabel. Ir-rati minimi tal-primjum (li jirriżultaw miż-żieda tar-rati abbażi r-riskji u l-imposta miżjuda li tirrifletti s-suq) ma jaqbżux r-rati abbażi tar-riskji b'iktar minn 100 %. |
|
34-1. |
Sabiex jiġu ddeterminati r-rati minimi tal-primjum:
Tintuża l-formula li ġejja: Net MPR = MPR × (1 + RTAS) × (1 + RFAS) × (1 + RMRS) × (1 – CTCD) × (1 + NABS) – CICD fejn:
Il-primjum jista' jew jitħallas bil-quddiem jew, matul il-ħajja tal-faċilità, bħala firxiet espressi f'punti bażi fis-sena, jew bi kwalunkwe tqabbil tar-rati u l-firxiet bil-quddiem. Ir-rati u l-firxiet bil-quddiem jiġu kkalkolati bl-użu tal-mudell ta' konverżjoni tar-rata tal-primjum (PCM) sabiex it-tariffa tal-primjum pagabbli għal tranżazzjoni partikolari tkun l-istess f'termini tal-NPV kemm jekk pagabbli inizjalment, mifruxa fuq il-ħajja tal-faċilità, jew tqabbil tagħhom. Fi tranżazzjonijiet li fihom, qabel ma bdiet il-kopertura, jintlaħaq qbil dwar jew jiġu stipulati termini li jinvolvu tnaqqis fil-ħajja medja ppeżata, tista' tintalab rata bil-quddiem (ikkalkolata bl-użu tal-PCM), li f'termini tal-primjum pagabbli li jirriżulta, tikkorrispondi għal dak pagabbli f'termini tal-NPV skont il-firxiet. |
|
34-2. |
Ir-rati minimi tal-primjum applikabbli mid-data ta' dħul fis-seħħ inizjali ta' dan il-Ftehim Settorjali (1 ta' Frar 2011) huma stabbiliti fit-Tabella 5 hawn taħt.
Tabella 5 Rati Minimi tal-Primjum (terminu ta' ripagament ta' 12-il sena, tranżazzjonijiet abbażi ta' assi)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
II. TNAQQIS TAL-PRIMJUM MINIMU
|
35. |
Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36 ta' din l-Appendiċi, jitħalla jsir tnaqqis tar-rati minimi tal-primum skont is-sub-Taqsima I iktar 'il fuq, jekk:
|
|
36. |
It-tnaqqis tar-rati minimi tal-primjum stabbiliti skont is-subTaqsima I iktar 'il fuq ma taqbiżx l-10 % tar-rata minima applikabbli tal-primjum. |
|
37. |
Biex jiddaħħal fil-Lista ta' Cape Town, Stat:
|
|
38. |
Biex tikkwalifika skont l-Artikolu 35 ta' dan l-Appendiċi, unità territorjali:
|
|
39. |
Lista inizjali u miftehma ta' Cape Town tiġi pprovduta mill-Parteċipanti lis-Segretarjat qabel jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim Settorjali. L-aġġornamenti għal-Lista ta' Cape Town isiru skont l-Artikoli minn 40 sa 52 ta' dan l-Appendiċi. |
|
40. |
Kull Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għal inġenju tal-ajru jista' jipproponi lis-Segretarjat iż-żieda ta' Stat fil-Lista ta' Cape Town. Fir-rigward tat-tali Stat, proposta bħal din tinkludi:
|
|
41. |
Is-Segretarjat jgħaddi messaġġ tal-OLIS fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol u fih jinkludi l-proposta. |
|
42. |
Kull Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant li jagħti appoġġ uffiċjali għal inġenji tal-ajru jista' jippoponi sabiex Stat jitneħħa mil-Lista ta' Cape Town jekk huwa tal-fehma li t-tali Stat ħa azzjonijiet inkonsistenti mal-impenji tal-Konvenzjoni ta' Cape Town ta' dak l-Istat, jew jekk jonqos milli jieħu azzjonijiet li huma meħtieġa jagħmlu skont it-tali Konvenzjoni. Għal dan il-għan, il-Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant jinkludi fi proposta għat-tneħħija mil-Lista ta' Cape Town, deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li wasslu għall-proposta ta' tneħħija, bħal kwalunkwe azzjonijiet tal-Istat li huma inkonsistenti mal-impenji tiegħu fil-Konvenzjoni ta' Cape Town, jew kwalunkwe nuqqas milli jaġġorna jew jinforza l-leġiżlazzjoni meħtieġa minħabba l-impenji ta' dak l-Istat fil-Konvenzjoni ta' Cape Town. Il-Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant li jippreżenta l-proposta għat-tneħħija mil-Lista ta' Cape Town jipprovdi kwalunkwe dokumentazzjoni ta' prova li tista' tkun disponibbli, u s-Segretarjat jgħaddi messaġġ tal-OLIS fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol u fih jinkludi t-tali proposta. |
|
43. |
Kull Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għal inġenji tal-ajru jista' jipproponi l-inklużjoni mill-ġdid ta' Stat li tneħħa mil-Lista ta' Cape Town, fejn it-tali inklużjoni mill-ġdid tkun iġġustifikata minn azzjonijiet jew avvenimenti korrettivi sussegwenti. Proposta bħal din tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li wasslu għat-tneħħija tal-Istat kif ukoll rapport tal-azzjonijiet korrettivi sussegwenti b'appoġġ tal-inklużjoni mill-ġdid. Is-Segretarju jgħaddi messaġġ tal-OLIS fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol u fih jinkludi t-tali proposta. |
|
44. |
Il-Parteċipanti jistgħu jew jaqblu jew joġġezzjonaw għal proposta mressqa skont l-Artikoli minn 40 sa 43 ta' din l-Appendiċi fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-data li fiha ġiet ippreżentata l-proposta (‘Il-Perjodu 1’). |
|
45. |
Jekk fi tmiem il-Perjodu 1, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni għall-proposta, l-aġġornament propost fil-Lista ta' Cape Town jitqies li ġie aċċettat mill-Parteċipanti kollha. Is-Segretarjat ser jimmodifika l-Lista ta' Cape Town kif xieraq u jibgħat messaġġ tal-OLIS fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. Il-Lista ta' Cape Town aġġornata tidħol fis-seħħ fid-data ta' dak il-messaġġ. |
|
46. |
Fil-każ ta' oġġezzjoni għall-aġġornament propost fil-Lista ta' Cape Town, il-Parteċipant jew Parteċipanti li jappellaw, fi żmien il-Perjodu 1, jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub dwar il-bażi tal-oġġezzjoni. Wara ċirkulazzjoni mis-Segretarjat tal-OECD lill-Parteċipanti kollha dwar l-oġġezzjoni bil-miktub, il-Parteċipanti jagħmlu ħilithom kollha biex jaslu għal qbil fi żmien perjodu ta' għaxart ijiem tax-xogħol (‘Il-Perjodu 2’). |
|
47. |
Il-Parteċipanti jgħarrfu lis-Segretarjat dwar l-eżitu tad-diskussjonijiet tagħhom. Jekk jintlaħaq qbil matul il-Perjodu 2, jekk ikun hemm bżonn, is-Segretarjat se jaġġorna l-Lista ta' Cape Town kif xieraq u jibgħat messaġġ tal-OLIS fil-ħamest ijiem tax-xogħol ta' wara. Il-Lista ta' Cape Town aġġornata tidħol fis-seħħ fid-data ta' dak il-messaġġ. |
|
48. |
Jekk ma jintlaħaq l-ebda qbil matul il-Perjodu 2, il-President tal-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali (li minn hawn 'il quddiem se jissejjaħ ‘il-President’) se jagħmel ħiltu kollha biex iħaffef l-ilħuq ta' kunsens bejn il-Parteċipanti, fi żmien għoxrin jum tax-xogħol (‘Il-Perjodu 3’) minnufih wara l-Perjodu 2. Jekk fi tmiem il-Perjodu 3 jkun għadu ma nstab l-ebda kunsens, tinkiseb riżoluzzjoni finali permezz tal-proċeduri li ġejjin:
|
|
49. |
Jekk, wara proposta ppreżentata skont l-Artikolu 40, il-Parteċipanti jew il-President ikunu ddeterminaw li Stat mhuwiex eliġibbli sabiex jiżdied mal-Lista ta' Cape Town, Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant jista' jippreżenta proposta oħra li titlob sabiex il-Parteċipanti jerġgħu jikkunsidraw l-eliġibilità tal-Istat. Il-Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant li jipproponi jindirizza r-raġunijiet li jissostanzjaw id-determinazzjoni oriġinali ta' ineliġibilità. Il-Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant li jipproponi jikseb u jipprovdi kwestjonarju aġġornat tas-CTC ukoll. Din il-proposta l-ġdida tkun soġġetta għall-proċess stipulat fl-Artikoli minn 44 sa 50. |
|
50. |
F'każ ta' kwalunkwe bidla fil-lista ta' pajjiżi kkwalifikati skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 48 ta' din l-Appendiċi, is-Segretarjat joħroġ messaġġ tal-OLIS li jkun fih il-Lista ta' Cape Town aġġornata fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-tali bidla. Il-Lista ta' Cape Town aġġornata tidħol fis-seħħ fid-data ta' dak il-messaġġ. |
|
51. |
Barra minn hekk, l-irtirar jew l-inklużjoni mill-ġdid ta' Stat fil-Lista ta' Cape Town wara l-iżborż fir-rigward ta' inġenju tal-ajru ma jaffettwawx l-MPRs stabiliti dwar it-tali inġenji tal-ajru. |
|
52. |
Fil-kuntest tal-proċess stabbilit fl-Artikolu minn 40 sa 50 ta' dan l-Appendiċi, il-Parteċipanti ma jiżvelaw l-ebda informazzjoni relatata mal-fehmiet jew il-pożizzjonijiet espressi. |
|
53. |
Il-Parteċipanti jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-Artikoli minn 40 sa 52 ta' din l-Appendiċi u jirreveduha fl-ewwel nofs tal-2012, b'mod annwali wara dan jew bit-talba ta' xi Parteċipant. |
|
54. |
Jistgħu jiġu applikati l-aġġustamenti li ġejjin għar-rati minimi applikabbli tal-primjum:
|
III. TRANŻAZZJONIJIET MHUX ABBAŻI TA' ASSI
|
55. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19a) ta' dan l-Appendiċi, il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali għal tranżazzjonijiet mhux abbażi ta' assi, diment li tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
56. |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli minn 35 sa 51 ta' din l-Appendiċi ma japplikawx għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali pprovduti skont l-Artikolu 55 ta' din l-Appendiċi. |
TAQSIMA 3
Rati minimi tal-primjum għal prodotti u servizzi li mhumiex inġenji tal-ajru koperti mill-parti 3 ta' dan il-ftehim settorjali
|
57. |
Meta jiġi pprovdut appoġġ uffiċjali għall-prodotti u s-servizzi kollha li mhumiex inġenji tal-ajru użati koperti mill-Parti 3 ta' dan il-Ftehim Settorjali, ir-rati minimi tal-primjum jkunu kif ġej:
|
|
58. |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli minn 35 sa 54 ta' din l-Appendiċi japplikaw għal appoġġ uffiċjali għall-prodotti u s-servizzi kollha li mhumiex inġenji tal-ajru użati koperti mill-Parti 3 ta' dan il-Ftehim Settorjali. |
“ANNESS 1
Dikjarazzjonijiet kwalifikattivi
|
1. |
Għall-fini tat-Taqsima 2 tal-Appendiċi II, it-terminu ‘dikjarazzjonijiet kwalifikattivi’, u r-referenzi kollha għalihom f'dan il-Ftehim Settorjali, ifisser li parti Kontraenti fil-Konvenzjoni ta' Cape Town (Parti Kontraenti):
|
|
2. |
Id-dikjarazzjonijiet għall-fini tal-Artikolu 1a) ta' dan l-Anness huma:
U tal-inqas waħda minn dawn li ġejjin (għad li huma mħeġġa t-tnejn li huma):
|
|
3. |
Id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(b) ta' dan l-Anness huma dawn li ġejjin:
|
|
4. |
Rigward l-Artikolu XI tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru, għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, id-dikjarazzjoni kwalifikattiva stipulata fl-Artikolu 2a) ta' dan l-Anness titqies li saret minn Stat Membru, għall-fini ta' dan, jekk il-liġi nazzjonali tat-tali Stat Membru ġiet emendata sabiex tirrifletti t-termini tal-Alternattiva A skont l-Artikolu XI tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru (b'perjodu massimu ta' stennija ta' 60 jum kalendarju). Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi stabbiliti fl-Artikoli 2(c) u (e) ta' dan l-Anness, dawn jitqiesu ssodisfati, għall-iskop ta' dan il-Ftehim Settorjali, jekk il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri rilevanti huma sostanzjalment simili għal dawk stabbiliti fit-tali Artikoli ta' dan l-Anness. Fil-każ tal-Artikolu 2(c) ta' dan l-Anness, il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolament tal-KE 593/2008 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligazzjonijiet Kuntrattwali) huma miftehma sabiex ikunu sostanzjalment simili għall-Artikolu VIII tal-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru. |
“ANNESS 2
Il-kwestonarju dwar il-konvenzjoni ta' cape town
I. INFORMAZZJONI PRELIMINARI
Agħti l-informazzjoni li ġejja:
|
1. |
L-isem u l-indirizz sħiħ tad-ditta legali li timla l-kwestonarju. |
|
2. |
L-esperjenza rilevanti tad-ditta legali, li tista' tinkludi esperjenza fil-proċessi leġiżlattivi u kostituzzjonali hekk kif inhuma relatati mal-implimentazzjoni ta' trattati internazzjonali fl-Istat, u l-esperjenza speċifika fi kwistjonijiet marbutin mas-CTC inkluża kwalunkwe esperjenza jew fl-għoti ta' pariri lil gvern dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Konvenzjoni ta' Cape Town jew lis-settur privat, jew inkella fl-infurzar tad-drittijiet ta' kreditur fl-Istat propost li jiżdied mal-Lista ta' Cape Town; |
|
3. |
Kemm jekk id-ditta legali hija involuta jew beħsiebha tkun involuta fi kwalunkwe tranżazzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis fir-rati minimi tal-primjum jekk l-Istat propost jiżdied mal-lista tas-CTC (15 18 22 *1 29 31 36 *2 37); |
|
4. |
Id-data li fiha tlesta dan il-kwestonarju. |
II. MISTOQSIJIET
1. Dikjarazzjonijiet kwalifikattivi
|
1.1. |
L-Istat (16 19 23 30 32) għamel kull waħda mid-dikjarazzjonijiet kwalifikattivi skont ir-rekwiżiti tal-Anness 1 għall-Appendiċi II tal-Ftehim Settorjali dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni għal Inġenji tal-Ajru Ċivili (‘ASU’) (‘Dikjarazzjoni Kwalifikattiva’ kull waħda)? B'mod partikolari, dwar id-dikjarazzjonijiet li jikkonċernaw il-‘Metodu għat-Twettiq ta' Rimedji’ [l-Artikolu 2(d)] u ‘Rimedji fil-Ħin’ [l-Artikolu 2(e)], speċifika jew sarx wieħed minn dawn jew sarux it-tnejn li huma. |
|
1.2. |
Iddeskrivi l-mod li bih jistgħu jvarjaw id-dikjarazzjonijiet, jekk ivarjaw, mir-rekwiżiti msemmija fil-Mistoqsija 1.1. |
|
1.3. |
Ikkonferma li l-Istat ma għamel l-ebda waħda mid-dikjarazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3 tal-Anness 1 għall-Appendiċi II tal-ASU. |
2. Ratifika
|
1.1. |
L-Istat irratifika, aċċetta, approva jew aċċeda għall-Konvenzjoni ta' Cape Town u l-Protokoll dwar l-Inġenji tal-Ajru (‘Il-Konvenzjoni’)? Yista' tiddikjara d-data tar-ratifika/l-adeżjoni u tiddeskrivi fil-qosor il-proċess ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni jew ir-ratifika tagħha tal-Istat? |
|
1.2. |
Il-Konvenzjoni u d-Dikjarazzjonijiet Kwalifikattivi (‘QD’) għandhom is-setgħa legali fit-territorju sħiħ tal-Istat mingħajr att ulterjuri, leġiżlazzjoni implimentattiva jew id-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe liġi jew regolament ulterjuri? |
|
1.3. |
Jekk dan huwa l-każ, spjega fil-qosor il-proċess li jagħti s-setgħa legali lill-Konvenzjoni u l-QDs. |
3. L-effett tal-liġi nazzjonali u lokali
|
1.1. |
Iddeskrivi u elenka, jekk applikabbli, il-leġiżlazzjoni u r-regolament(i) implimentattivi fir-rigward tal-Konvenzjoni u kull QD li saret mill-Istat. |
|
1.2. |
Il-Konvenzjoni u l-QDs li saru, kif tradotti f'liġi nazzjonali (17 20 24 33) (‘Il-Konvenzjoni u l-QDs’), jirbħu jew għandhom prijorità fuq kwalunkwe liġi nazzjonali, regolament, ordni, preċedent ġudizzjarju jew prattika regolatorja f'kunflitt. Jekk iva, iddeskrivi l-proċess li bih dan iseħħ, (21 25 34) u jekk le, agħti dettalji. |
|
1.3. |
Hemm xi diskrepanzi eżistenti fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni u l-QDs? Jekk iva, iddeskrivi (26 35). |
4. Deċiżjonijiet tal-qrati u amministrattivi
|
1.1. |
Iddeskrivi kwalunkwe kwistjonijiet, inklużi prattika ġudizzjarja, regolatorja jew amministrattiva li tista' tkun mistennija tirriżulta fil-qrati, l-awtoritajiet jew il-korpi amministrattivi li jonqsu milli jagħtu setgħa sħiħa u effett lill-Konvenzjoni u l-QDs (27) (28) |
|
1.2. |
Sa fejn taf int, ittieħdet xi azzjoni ta' infurzar ġudizzjarja jew amministrattiva minn kreditur skont il-Konvenzjoni? Jekk iva, iddeskrivi l-azzjoni u indika jekk irnexxietx. |
|
1.3. |
Sa fejn taf int, sa mir-ratifika/implimentazzjoni, il-qrati f'dak l-Istat ċaħdu f'xi mument milli jinfurzaw l-obbligi tal-għoti b'self ta' debitur jew garanti fl-Istat b'mod kuntrarju għall-Konvenzjoni u l-QDs? |
|
1.4. |
Sa fejn taf int, hemm xi kwistjonijiet oħrajn li jistgħu jħallu impatt fuq jekk il-qrati u l-korpi amministrattivi għandhomx ikunu mistennija jaġixxu b'mod konsistenti mal-Konvenzjoni u l-QDs? Jekk iva, speċifika. |
“Appendiċi III
Rati minimi tal-imgħax
Il-provvista ta' appoġġ uffiċjali b'finanzjament ma tpaċix jew tikkompensa, b'mod parzjali jew b'mod sħiħ, ir-rata xierqa tal-primjum li għandha tintalab għar-riskju ta' nuqqas ta' ripagament skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi II.
1. RATA TAL-IMGĦAX MINIMA U FLESSIBBLI
|
(a) |
Ir-rata tal-imgħax minima u flessibbli tkun, kif xieraq, il-EURIBOR, ir-Rata ta' Swap tal-Polza tal-Bank, jiġifieri BBSY, jew ir-Rata Offruta tal-Inter-Bank ta' Londra, jiġifieri l-LIBOR, kif ikkumpilata mill-Assoċjazzjoni ta' Bankiera tal-Ingilterra (BBA) bil-munita u l-maturità li jikkorrispondu għall-frekwenza tal-pagament tal-imgħax ta' kreditu għall-esportazzjoni appoġġat b'mod uffiċjali, jew ir-Rata Offruta tan-Negozjant Kanadiż, li miegħu jiżdied marġni normattiv ikkalkolat skont l-Artikolu 8 ta' din l-Appendiċi. |
|
(b) |
Il-mekkaniżmu ta' tfassil tar-rata tal-imgħax flessibbli tvarja skont il-profil ta' ripagament magħżul, kif ġej:
|
|
(c) |
Meta jingħata appoġġ uffiċjali b'finanzjament għal self b'rati varjanti, ix-xerrejja/il-mutwatarji jista' jkollhom l-għażla li jeqilbu minn rata varjanti għal rata fissa diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
2. IR-RATI TAL-IMGĦAX FISSI U MINIMI
Ir-rata tal-imgħax fissa u minima tkun jew:
|
(a) |
Ir-rata ta' swap, dwar il-munita rilevanti tal-kreditu għall-esportazzjoni appoġġat b'mod uffiċjali u b'maturità daqs ir-rata interpolata għall-eqreb żewġ perjodi annwali li huma disponibbli għall-ħajja medja peżata tas-self. Ir-rata tal-imgħax tiġi stabbilita għal jumejn tax-xogħol qabel kull data ta' prelevament. JEW |
|
(b) |
Ir-Rata ta' Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (CIRR) stabbilita skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli minn 3 sa 7 ta' din l-Appendiċi, li, fiż-żewġ każijiet, il-marġni normattiv, ikkalkolat skont l-Artikolu 8(f) ta' dan l-Appendiċi, ikun miżjud. |
3. IL-KOSTRUZZJONI TAS-CIRR
|
(a) |
Is-CIRR hija stabbilita għal kwalunkwe waħda mill-muniti eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim Settorjali u hija kkalkolata billi jiżdied marġni fiss ta' 120 punt bażi ma' wieħed mit-tliet rendimenti li ġejjin (ir-rati bażi):
|
|
(b) |
Is-CIRR tiġi kkalkolata darba fix-xahar bl-użu ta' dejta mix-xahar ta' qabel u tiġi nnotifikata lis-Segretarjat, mhux iktar minn ħamest ijiem wara li jintemm kull xahar. Imbagħad, is-Segretarjat jgħarraf minnufih lill-Parteċipanti kollha dwar ir-rati applikabbli u jqegħdhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Is-CIRR tidħol fis-seħħ fil-15-il jum ta' kull xahar. |
|
(c) |
Parteċipant jew min mhuwiex Parteċipant jista' jitlob li tiġi stabbilita CIRR għall-munita ta' min mhuwiex Parteċipant. F'konsultazzjoni ma' min mhuwiex Parteċipant, Parteċipant jew is-Segretarjat f'isem dak li mhuwiex Parteċipant jista' jagħmel proposta għall-kostruzzjoni tas-CIRR f'dik il-munita billi jintużaw proċeduri tal-Linja Komuni stabbiliti fl-Artikoli minn 28 sa 33 ta' dan il-Ftehim Settorjali. |
4. IL-PERJODU TA' VALIDITÀ TAS-CIRR
|
(a) |
Iż-żamma tas-CIRR: is-CIRR li tapplika għal tranżazzjoni ma tinżammx għal perjodu itwal minn sitt xhur mill-għażla tagħha (data tal-kuntratt ta' esportazzjoni jew kwalunkwe data ta' applikazzjoni warajha) għad-data tal-qbil dwar il-kreditu. Jekk il-ftehim dwar il-kreditu ma jiġix iffirmat fi żmien dak il-limitu, u s-CIRR titfassal mill-ġdid għal sitt xhur oħrajn, is-CIRR il-ġdida tiġi impenjata bir-rata prevalenti fid-data tat-tfassil mill-ġdid. |
|
(b) |
Wara d-data ta' qbil dwar il-kreditu, is-CIRR tiġi applikata għall-perjodi ta' prelevament li ma jaqbżux is-sitt xhur. Wara l-ewwel perjodu ta' prelevament ta' sitt xhur, is-CIRR tiġi mfassla mill-ġdid għas-sitt xhur li jmiss; is-CIRR il-ġdida tkun dik prevalenti fl-ewwel jum tal-perjodu l-ġdid ta' sitt xhur u ma tistax tkun inqas mis-CIRR magħżula oriġinarjament (proċedura li għandha tiġi ripetuta għal kull perjodu sussegwenti ta' sitt xhur ta' prelevamenti). |
5. L-APPLIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX
Fid-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar il-kreditu, il-mutwatarju ma jingħatax għażla biex jeqleb minn finanzjament b'rata varjanti appoġġata b'mod uffiċjali għal finanzjament b'CIRR magħżula minn qabel, u lanqas ma jitħalla jaqleb bejn CIRR magħżula minn qabel u r-rata tas-suq fit-terminu qasir ikkwotata fuq kwalunkwe data ta' pagament tal-imgħax matul il-ħajja tas-self.
6. RIPAGAMENT ANTIĊIPAT TA' SELF B'RATA TAL-IMGĦAX FISSA
Fil-każ ta' ripagament volontarju, ripagament kmieni ta' self b'rata ta' interess fissa kif determinata skont l-Artikolu 2 ta' din l-Appendiċi, jew kwalunkwe sehem minnu jew meta s-CIRR applikata skont il-ftehim dwar il-kreditu tiġi mmodifikata f'rata varjanti jew ta' swap, il-mutwatarju jikkumpensa lill-istituzzjoni li tipprovdi appoġġ b'finanzjament uffiċjali għall-ispejjeż u t-telf kollha mġarrba minħabba t-tali azzjonijiet, inklużi l-ispejjeż għall-istituzzjoni tal-gvern ta' sostituzzjoni tal-influss ta' fluss kontanti b'rata fissa interrotta mir-ripagament kmieni.
7. IL-BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX
Meta l-iżviluppi tas-suq jeħtieġu l-avviż ta' emenda f'CIRR matul xahar, ir-rata emendata tiġi implimentata għaxart ijiem tax-xogħol wara li s-Segretarjat ikun irċieva l-avviż ta' din l-emenda.
8. MARĠNI NORMATTIV
|
(a) |
Marġni normattiv LIBOR fuq tliet xhur jiġi kkalkolat fix-xahar skont il-paragrafu (b), billi tintuża dejta nnotifikata lis-Segretarjat skont il-paragrafu (c), u jidħol fis-seħħ fil-15-il jum ta' kull xahar. Ladarba jiġi kkalkolat, il-marġni normattiv jiġi nnotifikat mis-Segretarjat lill-Parteċipanti u jitqiegħed għad-dispożizzjoni b'mod pubbliku. |
|
(b) |
Ladarba kkalkulat, il-Marġni normattiv LIBOR fuq tliet xhur se jkun rata ekwivalenti għall-medja tal-inqas 50 % tal-marġnijiet fuq: (i) LIBOR ta' tliet xhur li għandu jiġi ddebitat għal tranżazzjonijiet ta' rata varjabbli u (ii) LIBOR ta' tliet xhur kif interpolat bil-bidla ta' ħruġ ta' rata fissa għal rata varjabbli ekwivalenti mitlub għal tranżazzjonijiet b'rata fissa jew ħruġ ta' suq tal-kapital. F'kull każ, il-marġnijiet inklużi fir-rapporti ta' punt ta' riferiment ippreżentati minn parteċipanti rilevanti jkunu dawk minn tliet xhur kalendarji sħaħ ta' qabel id-data effettiva stabbilita fil-paragrafu (a) iktar 'il fuq. Tranżazzjonijiet/ħruġ li jintużaw fil-kalkolu tal-marġni ta' referenza jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(c) |
Il-parteċipanti jirrappurtaw marġni fiż-żmien li jsir magħruf u dak il-marġini ser jibqa' fuq ir-rapport tal-punt referenzjarju tal-Parteċipant għal tliet xhur kalendarji sħaħ. Fil-każ ta' tranżazzjonijiet individwali ma' diversi avvenimenti tal-ipprezzar, ma jkun hemm l-ebda tentattiv biex jitqabblu avvenimenti ta' prezzijiet sussegwenti għal avviżi ex post. |
|
(d) |
Il-Parteċipanti jinnotifikaw it-tranżazzjonijiet mid-data li fiha ssir marġni fit-tul. Għal ftehimiet b'mandat ta' bank (inkluż PEFCO), id-data fejn se jseħħ il-marġini għandu jkun l-eqreb minn dawn li ġejjin: (i) il-ħruġ ta' impenn finali mill-Parteċipant, (ii) it-twaqqif tal-impenn ta' wara l-marġini, (iii) il-prelevament tas-self, u (iv) it-twaqqif tal-marġini fuq żmien twil ta' wara l-prelevament tas-self. F'każ li jseħħu bosta prelevamenti skont l-istess mandat tal-bank bl-istess marġni, l-avviż isir biss fir-rigward tal-ewwel inġenju tal-ajru. Għal self iffinanzjat permezz ta' ħruġ mis-suq kapitali, id-data li fiha l-marġni jiġi realizzat tkun id-data li fiha tiġi stabbilita rata għal terminu twil li huwa tipikament data tal-ħruġ tal-bond. F'każ li jseħħu bosta prelevamenti skont l-istess bond u bl-istess marġni, l-avviż isir biss fir-rigward tal-ewwel inġenju tal-ajru. |
|
(e) |
Il-punt referenzjarju tal-marġni LIBOR ta' tliet xhur ikun applikabbli għal tranżazzjoni ta' rata varjabbli u jkun stabbilit għal impenn finali. |
|
(f) |
Għal tranżazzjoni ta' rata fissa, il-marġni normattiv applikabbli għat-tranżazzjoni jiġi determinat billi jbiddlu l-punt referenzjarju tal-marġni LIBOR ta' tliet xhur f'ekwivalenti mifruxa fuq rata fissa applikabbli, kif determinat fl-Artikolu 2 ta' din l-Appendiċi, dwar id-data tal-impenn finali u jiġi stabbilit sa minn dik id-data. |
|
(g) |
Il-Parteċipanti jissorveljaw il-punt referenzjarju tal-marġni u jirrevedu l-mekkaniżmu tal-marġni normattiv bit-talba ta' xi Parteċipant. |
“Appendiċi IV
Formola ta' rapportar
(a) Informazzjoni Bażika
|
1. |
Il-pajjiż li qed jinnotifika |
|
2. |
Data tal-avviż |
|
3. |
Isem l-awtorità/aġenzija li qed tinnotifika |
|
4. |
Numru ta' identifikazzjoni |
(b) L-informazzjoni dwar ix-Xerrej/il-Mutwatarju/il-Garanti
|
5. |
L-isem u l-pajjiż tax-xerrej |
|
6. |
L-isem u l-pajjiż tal-mutwatarju |
|
7. |
L-isem u l-pajjiż tal-garanti |
|
8. |
L-istatus tax-xerrej/il-mutwatarju/il-garanti, pereż. sovran, bank privat, privati oħra |
|
9. |
Klassifikazzjoni tar-riskji tax-xerrej/il-mutwatarju/il-garanti |
(c) Termini u Kundizzjonijiet Finanzjarji
|
10. |
F'liema forma jingħata l-appoġġ uffiċjali, pereż. sempliċi kopertura, appoġġ uffiċjali b'finanzjament |
|
11. |
Jekk jiġi pprovdut appoġġ uffiċjali b'finanzjament, huwa appoġġ bi kreditu dirett/rifinanzjament/rata tal-imgħax |
|
12. |
Deskrizzjoni tat-tranżazzjoni appoġġata, inkluż il-manifattur, il-mudell tal-inġenju tal-ajru u n-numru tal-inġenju tal-ajru; indikazzjoni dwar jekk it-tranżazzjoni taqax taħt l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Artikolu 39a) jew b) ta' dan il-Ftehim. |
|
13. |
Id-data tal-impenn finali |
|
14. |
Il-munita tal-kreditu |
|
15. |
L-ammont tal-kreditu, skont l-iskala li ġejja f'miljuni ta' USD:
|
|
16. |
Perċentwal ta' appoġġ uffiċjali |
|
17. |
Terminu ta' ripagament |
|
18. |
Il-profil u frekwenza ta' ripagament — inkluża, meta xierqa, l-ħajja medja peżata |
|
19. |
It-tul ta' żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ripagament tal-kapital |
|
20. |
Ir-rati ta' imgħax:
|
|
21. |
Il-primjum totali mitlub permezz ta':
|
|
22. |
Fil-każ ta' kreditu/finanzjament dirett, it-tariffi mitluba permezz ta':
|
|
23. |
It-tariffa ta' żamma tal-primjum |
|
24. |
Fil-każ ta' sempliċi kopertura, it-tariffi ta' żamma tal-primjum |
|
25. |
It-termini ta' strutturazzjoni tat-tranżazzjoni: mitiganti tar-riskji/imposta miżjuda tal-primjum applikata |
|
26. |
Kif xieraq, indikazzjoni tal-impatt tal-Konvenzjoni ta' Cape Town fuq ir-rata tal-primjum applikata |
“Appendiċi V
Lista tad-definizzjonijiet
L-Ispiża Kumplessiva Ta' Ekwivalenza : il-valur preżenti nett tar-rati tal-primjum, l-ispejjeż tar-rati tal-imgħax u t-tariffi mitluba għal kreditu dirett bħala perċenwal tal-ammont ta' kreditu dirett huwa daqs il-valur preżenti nett tas-somma tar-rati tal-primjum, l-ispejjeż tar-rati tal-imgħax u t-tariffi mitlubin għas-sempliċi kopertura bħala perċentwal tal-ammont tal-kreditu għas-sempliċi kopertura.
Titoli Ggarantiti b'Assi : tranżazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbilliti f'19(a) tal-Appendiċi II.
Xerrej/Mutwatarju : jinkludi (iżda mhuwiex limitat għal) entitajiet kummerċjali bħal linji tal-ajru u lokaturi, kif ukoll entitajiet sovrani (jew jekk entità differenti, is-sors primarju ta' ripagament tat-tranżazzjoni).
Apparat Mgħammar mix-Xerrej : apparat mgħammar mix-xerrej u inkorporat fl-inġenju tal-ajru matul il-proċess ta' manifattura/restawrazzjoni, mal-konsenja jew qabel, kif muri mill-Att tal-Bejgħ mill-manifattur.
Il-Konvenzjoni ta' Cape Town : tirreferi għall-Konvenzjoni ta' Cape Town dwar l-Interessi Internazzjonali fl-Apparat Mobbli u l-Protokoll fih dwar Kwistjonijiet speċifiċi għall-Apparat tal-Inġenji tal-Ajru.
Impenn : kwalunkwe dikjarazzjoni, f'liema forma tkun, fejn tiġi kkomunikata lill-pajjiż riċeventi, lix-xerrej, lil dak li qed jissellef, lill-esportatur jew lill-istituzzjoni finanzjarja r-rieda tajba jew l-intenzjoni li jkun provdut appoġġ uffiċjali.
Linja Komuni : ftehim bejn il-Parteċipanti sabiex jiftiehmu, għal tranżazzjoni partikolari jew f'ċirkostanzi speċjali, dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji speċifiċi għal appoġġ uffiċjali. linja komuni bħal din tirbaħ fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Ftehim Settorjali biss għat-tranżazzjoni jew fiċ-ċirkustanzi speċifikati fil-linja komuni.
Kopertura Kundizzjonali tal-Assigurazzjoni : appoġġ uffiċjali li fil-każ ta' inadempjenza fuq pagament għal riskji ddefiniti jipprovdi indemnifikazzjoni lill-benefiċjarju wara perjodu ta' stennija speċifikat; matul il-perjodu ta' stennija, il-benefiċjarju ma għandux id-dritt għal pagament mill-Parteċipant. Il-pagament skont kopertura kundizzjonali tal-assigurazzjoni huwa soġġett għall-validità u l-eċċezzjonijiet tad-dokumentazzjoni sottostanti u tat-tranżazzjoni sottostanti.
Konverżjoni : Tibdila maġġuri fid-disinn tat-tip ta' inġenju tal-ajru permezz ta' konverżjoni f'tip differenti ta' inġenji tal-ajru (inkluż il-konverżjoni ta' inġenju tal-ajru tal-passiġġieri f'ajruplan li jitfi n-nar, inġenju tal-ajru għall-merkanzija, inġenji tal-ajru għat-tiftix u s-salvataġġ, inġenji tal-ajru ta' sorveljanza, jew business jet), soġġett għal ċertifikazzjoni minn Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Responsabbli.
Il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż : il-klassifikazzjoni prevalenti tar-riskju tal-pajjiż tal-Parteċipanti fl-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġati b'mod Uffiċjali kif ippubblikata fuq il-websajt tal-OECD.
Aġenziji ta' Klassifikazzjoni tal-Kreditu : waħda mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu b'reputazzjoni internazzjonali jew kwalunkwe aġenzija oħra ta' klassifikazzjoni li hija aċċettabbli għall-Parteċipanti.
Kits tal-Magna : sett ta' komponenti introdotti biex jitjiebu l-affidabilità, id-durabilità u/jew fil-kisba ta' prestazzjoni fuq il-ġwienaħ permezz tal-introduzzjoni ta' teknoloġija.
Kreditu fuq l-Esportazzjoni : assigurazzjoni, garanzija jew arranġament ta' finanzjament li jippermetti lil xerrej barrani ta' prodotti u/jew servizzi esportati sabiex jipposponi pagament fuq perjodu ta' żmien; kreditu tal-esportazzjoni jista' jieħu l-forma ta' kreditu tal-fornitur estiż mill-esportatur, jew ta' kreditu tax-xerrej, fejn il-bank tal-esportatur jew istituzzjoni finanzjarja oħra tislef lix-xerrej (jew il-bank tiegħu).
Impenn Finali : impenn finali jeżisti meta l-Parteċipant jieħu impenn sabiex jippreċiża u jtemm termini u kundizzjonijiet finanzjarji, jew permezz ta' ftehim reċiproku jew permezz ta' att unilaterali.
Kuntratt ta' Ditta : ftehim bejn il-manifattur u l-persuna li tieħu l-konsenja tal-inġenju tal-ajru jew magni bħala xerrej, jew, b'rabta ma' arranġament ta' bejgħ u kiri b'lura, bħala lokatarju f'kirja b'terminu ta' minimu ta' ħames snin, li jistabbilixxi impenn vinkolanti (esklużi dawk marbutin ma' għażliet li f'dak iż-żmien ma kinux eżerċitati), fejn in-nuqqas ta' prestazzjoni jinvolvi obbligazzjoni legali.
Parteċipant Interessat : Parteċipant li (i) jipprovdi appoġġ uffiċjali għal qafas tal-inġenji tal-ajru jew magni tal-inġenji tal-ajru mmanifatturati b'mod sħiħ jew parzjali fit-territorju tiegħu, (ii) għandu interess kummerċjali sostanzjali eżistenti jew għandu esperjenza max-xerrej/mutwatarju kkonċernat, jew (iii) intalab minn manifattur/esportatur biex jipprovdu appoġġ uffiċjali lix-xerrej/mutwatarju inkwistjoni.
Appoġġ għar-Rata tal-Imgħax : jista' jieħu l-forma ta' arranġament bejn, min-naħa, gvern, jew istituzzjoni li taġixxi għal jew f'isem gvern u, min-naħa l-oħra, banek jew istituzzjonijiet finanzjari oħrajn, u li jippermetti l-forniment ta' finanzjament ta' esportazzjonijiet b'rata fissa bir-rata tal-imgħax rilevanti, fissa u minima jew ogħla minnha.
Modifika/Restawrazzjoni Qawwija : operazzjonijiet ta' konfigurazzjoni mill-ġdid jew aġġornament ta' inġenju tal-ajru għall-passiġġieri jew merkanzija.
Prezz Nett : il-prezz għal oġġett fatturat mill-manifattur jew fornitur tiegħu, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-iskonti kollha tal-prezz u redditi oħrajn fi flus, filwaqt li jitnaqqsu l-krediti jew konċessjonijiet kollha l-oħrajn ta' kwalunkwe tip relatati miegħu jew kemxejn allokabbli għalih, kif stipulat f'rappreżentazzjoni vinkolanti minn kull wieħed mill-manifatturi tal-inġenji tal-ajru u tal-magni — ir-rappreżentazzjoni tal-manifattur tal-magni hija meħtieġa biss meta tkun rilevanti skont l-għamla tal-ftehim ta' xiri — jew fornitur tas-servizz, skont kif ikun il-każ, u appoġġata minn dokumentazzjoni meħtieġa mill-fornitur ta' appoġġ uffiċjali biex jiġi kkonfermat dak il-prezz nett. Id-dazji u t-taxxi tal-importazzjoni kollha (pereż. VAT) mhumiex inklużi fil-prezz nett.
Inġenji tal-Ajru Ġodda : ara l-Artikolu 8(a) ta' dan il-Ftehim Settorjali.
Mhux Abbażi ta' Assi : tranżazzjoni li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-19(a) tal-Appendiċi II.
Tranżazzjoni Mhux Sovrana : tranżazzjoni li ma tissodisfax id-deskrizzjoni stabbilita fl-Artikolu 49(b) tal-Appendiċi II.
It-Tariffa ta' Żamma tal-Primjum : soġġett għall-Artikolu 35(b) tal-Appendiċi II, perjodu li matulu rata tal-primjum offruta għal tranżazzjoni qed tiġi miżmuma; li ma għandux jaqbeż it-18-il xahar mid-data tal-Impenn Finali.
Il-Mudell ta' Konverżjoni tar-Rata tal-Primjum : mudell miftiehem mill-Parteċipanti u mqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom, li għandu jintuża għall-fini ta' dan il-Ftehim Settorjali biex it-tariffi tal-primjum bil-quddiem jiġu kkonvertiti f'firxiet u viċi versa, li fih ir-rata tal-imgħax u r-rata tal-iskont użati jkunu 4,6 %; din ir-rata tiġi riveduta b'mod regolari mill-Parteċipanti. din ir-rata tiġi riveduta b'mod regolari mill-Parteċipanti.
Avviż Minn Qabel : avviż li jsir tal-inqas għaxart ijiem kelendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn, billi tintuża l-formola ta' rapportar stipulata fl-Anness IV.
Sempliċi Kopertura : Appoġġ uffiċjali provdut minn jew f'isem gvern bħala garanzija jew assigurazzjoni għall-kreditu tal-esportazzjoni biss, jiġifieri li ma jibbenefikax minn appoġġ uffiċjali għall-finanzjament.
It-Terminu tar-Ripagament : il-perjodu li jibda fil-Punt tal-Bidu ta' Kreditu u jintemm fid-data kuntrattwali tar-ripagament finali tal-kapital.
Tranżazzjoni Sovrana : tranżazzjoni li tissodisfa d-deskrizzjoni stabbilita fl-Artikolu 55(b) tal-Appendiċi II.
Il-Punt tal-Bidu tal-Kreditu : għall-bejgħ ta' inġenji tal-ajru inklużi ħelikopters, magni ta' riżerva u komponenti, mhux iktar tard mid-data propja meta x-xerrej jieħu l-pussess fiżiku tal-prodotti, jew id-data peżata medja meta x-xerrej jieħu pussess fiżiku tal-prodotti. Għas-servizzi, il-punt tal-bidu tal-kreditu l-aktar tard huwa d-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijenti jew l-aċċettazzjoni ta' servizz mill-klijent.
Rata Swap : rata fissa daqs ir-rata semiannwali għal dejn b'rata varjanti ta' swap għal dejn b'rata fissa (naħa tal-Offerta), imqiegħda fuq kwalunkwe fornitur indipendenti tal-indiċi tas-suq, bħal Telerate, Bloomberg, Reuters, jew l-ekwivalenti għaliha, fil-11:00 am, ħin ta' New York, jumejn tax-xogħol qabel id-data ta' prelevament tas-self.
Prezz Medju Peżat : iż-żmien li hemm bżonn biex ikun irtirat nofs il-kapital ta' kreditu. Dan jiġi kkalkulat bħala s-somma taż-żmien (fi snin) bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u kull ripagament tal-kapital b'piż differenzjat skont il-porzjon tal-kapital li jitħallas lura f'kull data ta' pagament.
“ANNESS IV
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI GĦALL-ESPORTAZZJONI GĦAL ENERĠIJA RINNOVABBLI, IL-MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA U PROĠETTI TAL-ILMA
L-iskop ta' dan il-Ftehim Settorjali huwa li jipprovdi termini u kundizzjonijiet finanzjarji adegwati għal proġetti f'setturi partikolari identifkati, inklużi f'inizjattivi internazzjonali li jikkontribwixxu b'mod notevoli għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluża l-enerġija rinnovabbli, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass serra (GHG) u proġetti b'effiċjenza enerġetika għolja, l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll proġetti tal-ilma. Il-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali jaqblu li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-Ftehim Settorjali, li jikkomplimenta l-Arranġament, jiġu implimentati b'tali mod li huwa konsistenti mal-Iskop tal-Arranġament.
KAPITOLU I
L-ambitu tal-ftehim settorjali
1. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI F'SETTURI TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI I
|
(a) |
Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali għal kuntratti fis-setturi eliġibbli elenkati fl-Appendiċi I ta' dan il-Ftehim Settorjali għal:
|
|
(b) |
Dan il-Ftehim Settorjali ma japplikax għal oġġetti li jinstabu barra l-konfini tas-sit tal-impjant tal-enerġija li għalih ix-xerrej huwa ġeneralment responsabbli, b'mod partikolari, il-provista tal-ilma mhux direttament marbuta mal-impjant tal-produzzjoni tal-enerġija, l-ispejjeż assoċjati mal-iżvilupp tal-art, toroq, il-bini ta' villaġġi, linji tal-enerġija u switchyard, kif ukoll spejjeż li ġejjin mill-pajjiż tax-xerrej minn proċeduri uffiċjali ta' approvazzjoni (pereż. permessi tas-sit, permess għall-bini), ħlief:
|
2. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI F'SETTURI TAL-MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI II
|
(a) |
Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali marbutin ma' kuntratti f'settur elenkat fl-Appendiċi III ta' dan il-Ftehim Settorjali. Din il-lista ta' setturi u, fejn applikabbli, il-kriterji korrispondenti tal-prestazzjoni newtrali għat-teknoloġija użati biex tiġi ddefinita l-eliġibilità ta' proġett, tista' tiġi mmodifikata maż-żmien skont id-dispożizzjonijiet ta' reviżjoni stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(b) |
It-tali kuntratti jkunu relatati mal-esportazzjoni ta' proġetti sħaħ jew partijiet minnhom, u dan jinvolvi l-komponenti, l-apparat, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ ta' persunal) meħtieġa b'mod dirett għall-bini u l-attivazzjoni ta' proġett identifikabbli, diment li:
|
3. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦAL PROĠETTI TA' ADATTAMENT ELIĠIBBLI GĦALL-APPENDIĊI III
|
(a) |
Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali għal kuntratti fis-setturi eliġibbli elenkati fl-Appendiċi III ta' dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(b) |
It-tali kuntratti jkunu relatati mal-esportazzjoni ta' proġetti sħaħ jew partijiet minnhom, u dan jinvolvi l-komponenti, l-apparat, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ ta' persunal) meħtieġa b'mod dirett għall-bini u l-attivazzjoni ta' proġett identifikabbli, diment li:
|
|
(c) |
Il-Ftehim Settorjali japplika għall-immodernizzar ta' proġetti eżistenti, biex jittieħed f'kunsiderazzjoni tħassib ta' adattament, f'każijiet fejn il-ħajja ekonomika tal-proġettt aktarx tiġi estiża b'tal-inqas il-perjodu ta' ripagament li għandu jingħata. Jekk ma jkunx issodisfat dan il-kriterju, japplikaw it-termini tal-Arranġament. |
4. KAMP TA' APPLIKAZZJONI GĦALL-PROĠETTI TAL-ILMA
Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti għall-esportazzjoni ta' proġetti sħaħ jew partijiet minnhom relatati mal-provvista ta' ilma għall-użu mill-bniedem u faċilitajiet ta' trattament tal-ilma mormi:
|
(a) |
L-infrastruttura għall-provvista tal-ilma għax-xorb lil muniċipalitajiet, inklużi djar u negozji żgħar, jiġifieri l-purifikazzjoni tal-ilma sabiex jinkiseb l-ilma għax-xorb u n-netwerk ta' distribuzzjoni (inkluż il-kontroll tat-telf tal-ilma). |
|
(b) |
Il-faċilitajiet tal-ġbir u tat-trattament tal-ilma mormi, jiġifieri l-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi u tad-dranaġġ mid-djar u mill-industrija, inklużi proċessi għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ tal-ilma u t-trattament tal-ħama li huma assoċjati direttament ma' dawn l-attivitajiet. |
|
(c) |
L-immodernizzar ta' dawn il-faċilitajiet f'każijiet fejn il-ħajja ekonomika tal-impjant aktarx li tiġi estiża b'tal-inqas il-perjodu ta' ripagament li għandu jingħata. Jekk ma jkunx issodisfat dan il-kriterju, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Arranġament. |
KAPITOLU II
Disposizzjonijiet għall-krediti tal-esportazzjoni
5. IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT
|
(a) |
Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali marbutin ma' kuntratti fis-setturi elenkati fl-Appendiċi I, u għal proġetti tal-ilma ddefiniti fl-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim Settorjali, it-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' 18-il sena. |
|
(b) |
Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti b'valur ta' tal-inqas SDR 10 miljun fil-klassijiet tal-proġetti elenkati fl-Appendiċi III, it-terminu massimu ta' ripagament huwa stabbilit kif ġej:
|
|
(c) |
Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti b'valur ta' inqas minn SDR 10 miljun fil-klassijiet tal-proġetti elenkati fl-Appendiċi II, it-terminu massimu ta' ripagament huwa stabbilit kif ġej:
|
|
(d) |
Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti b'valur ta' mill-inqas SDR 10 miljun għal proġetti appoġġati f'konformità fl-Appendiċi III, it-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' 15-il sena |
6. IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX
|
(a) |
Il-Parteċipanti japplikaw profil ta' ripagament tal-kapital u l-pagament tal-imgħax kif speċifikat fis-subparagrafu (1) jew (2) hawn isfel.
|
|
(b) |
Il-kapital jitħallas lura u l-imgħax jitħallas mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel ħlas parzjali tal-kapital u l-imgħax isir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt ta' bidu tal-kreditu. |
|
(c) |
Fuq bażi eċċezzjonali u ġġustifikata sew, l-appoġġ uffiċjali jista' jingħata b'termini li mhumiex dawk stabbiliti fil-paragrafi (a) u (b) iktar 'il fuq. Il-forniment tat-tali appoġġ jista' jiġi spjegat permezz ta' żbilanċ fit-twaqqit tal-fondi disponibbli tal-obbligant u l-profil tas-servizz ta' dejn disponibbli fi skeda ta' ripagament ugwali u semiannwali u jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:
|
|
(d) |
L-imgħax dovut wara l-punt ta' bidu tal-kreditu ma jiġix kapitalizzat. |
7. RATI MINIMI TAL-IMGĦAX
Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali b'finanzjament għal self b'rati fissi japplika r-rati minimi tal-imgħax li ġejjin:
|
It-terminu tar-ripagament (snin) |
Rati minimi standard tal-imgħax |
Rati minimi tal-imgħax għal proġetti b'perjodi twal ta' bini, jiġifieri:
|
||||||||
|
Bonds tal-gvern (snin) |
Marġni (bps) |
Bonds tal-gvern (snin) |
Marġni (bps) |
|||||||
|
< 11 |
CIRR rilevanti skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament |
|||||||||
|
11 sa 12 |
7 |
100 |
7 |
100 |
||||||
|
13 |
7 |
120 |
8 |
120 |
||||||
|
14 |
8 |
120 |
9 |
120 |
||||||
|
15 |
8 |
120 |
9 |
120 |
||||||
|
16 |
9 |
120 |
10 |
125 |
||||||
|
17 |
9 |
120 |
10 |
130 |
||||||
|
18 |
10 |
120 |
10 |
130 |
||||||
8. IL-MUNITI ELIĠIBBLI
Il-muniti li huma eliġibbli għal appoġġ uffiċjali b'finanzjament huma dawk li huma kompletament konvertibbli u li għalihom hemm dejta disponibbli biex jissawru r-rati minimi tal-imgħax imsemmija fl-Artikolu 7 ta' dan il-Ftehim Settorjali, u l-Artikolu 20 tal-Arranġament għal termini ta' ripagament ta' inqas minn 11-il sena.
9. SPEJJEŻ LOKALI
|
(a) |
Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti b'valur ta' mill-inqas SDR 10 miljun, l-appoġġ uffiċjali pprovdut għal kosti lokali ma jaqbiżx it-30 % tal-valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni. |
|
(b) |
Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti b'valur ta' inqas minn SDR 10 miljun:
|
|
(c) |
Meta l-appoġġ uffiċjali għall-ispejjeż lokali jaqbeż il-15 % tal-valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni, it-tali appoġġ uffiċjali jkun soġġett għal avviż minn qabel, skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim Settorjali, u tiġi speċifikata l-għamla tal-ispejjeż lokali li qegħdin jiġu appoġġati. |
KAPITOLU III
Proċeduri
10. L-AVVIŻ MINN QABEL
|
(a) |
Parteċipant li jkun beħsiebu jipprovdi appoġġ skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali, jagħti avviż minn qabel tal-inqas għaxart ijiem tal-kalendarju qabel joħroġ xi impenn, skont:
|
|
(b) |
Għall-proġetti li jaqgħu fil-Klassijiet tal-Proġetti elenkati fl-Appendiċi II ta' dan il-Ftehim Settorjali, it-tali avviżi jinkludu deskrizzjoni iktar estensiva tal-proġett biex jintwera kif il-proġett jikkonforma mal-kriterji għall-appoġġ, kif stipulat fl-Artikolu 2(b) ta' dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(c) |
Għal proġetti appoġġati f'konformità mal-Appendiċi III ta' dan il-Ftehim Settorjali, it-tali avviż jinkludi:
|
|
(d) |
Minkejja l-paragrafu (a)(1) ta' aktar' il fuq, jekk il-Parteċipant li jinnotifika beħsiebu jipprovdi appoġġ b'terminu ta' ripagament li jaqbeż il-15-il sena u/jew skont l-Artikolu 6(c) ta' dan il-Ftehim Settorjali, jagħti avviż minn qabel tal-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel joħroġ kwalunkwe impenn skont l-Artikolu 47 tal-Arranġament. |
|
(e) |
Parteċipant jinforma lill-Parteċipanti kollha l-oħrajn bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni, biex titħaffef ir-reviżjoni tal-korp ta' esperjenza. |
KAPITOLU IV
Monitoraġġ u reviżjoni
11. XOGĦOL FUTUR
Il-Parteċipanti jaqblu li jeżaminaw il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
Primjums tar-riskju bit-terminu aġġustat. |
|
(b) |
Kundizzjonijiet għal impjanti tal-enerġija mill-fjuwils fossili b'emissjonijiet baxxi/effiċjenza tal-enerġija għolja inkluża d-definizzjoni tat-tlestija għas-CCS. |
|
(c) |
Bini b'użu ta' enerġija żero. |
|
(d) |
Grilji intelliġenti. |
|
(e) |
Proġetti taċ-ċellula tal-fjuwil. |
12. MONITORAĠĠ U REVIŻJONI
|
(a) |
Is-Segretarjat jirrapporta b'mod annwali dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(b) |
Il-Parteċipanti jirrevedu b'mod regolari l-kamp ta' applikazzjoni u dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan il-Ftehim Settorjali u sa mhux iktar tard mill-2017. |
|
(c) |
L-Appendiċi II ta' dan il-Ftehim Settorjali jiġi rivedut f'intervalli regolari, inkluż fuq it-talba ta' Parteċipant, bil-għan li jiġi vvalutat jekk xi Klassi u/jew Tip tal-Proġetti għandhomx jiżdiedu ma' dik l-Appendiċi, jew jitneħħew minnu, jew jekk għandhomx jinbidlu xi livelli limitu fit-tali Appendiċi. Il-proposti għal Klassijiet u/jew Tipi ġodda ta' Proġetti jiġu appoġġati b'informazzjoni dwar kif il-proġetti fi Klassi/Tip bħal dawn jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(b) ta' dan il-Ftehim Settorjali u jsegwu l-metodoloġija stabbilita fl-Appendiċi IV. |
|
(d) |
Il-parteċipanti jwettqu reviżjoni tal-Appendiċi III ta' dan il-Ftehim Settorjali sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2018, bil-għan li jiġu vvalutati inizjattivi internazzjonali relatati mal-adattament, il-kundizzjonijiet tas-suq, u l-korp tal-esperjenza żviluppata mill-proċess ta' avviż biex jiddeterminaw jekk id-definizzjonijiet, il-kriterji, it-termini u l-kundizzjonijiet għandhom ikunu kontinwi u jew emendati. |
|
(e) |
Wara l-31 ta' Diċembru 2018, it-termini u l-kundizzjonijiet relatati mal-Appendiċi III jitwaqqfu sakemm il-parteċipanti ma jaqblux mod ieħor. |
“Appendiċi I
Setturi tal-enerġiji rinnovabbli
Is-setturi tal-enerġiji rinnovabbli li ġejjin ikunu eliġibbli għat-termini u għall-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew stabbiliti f'dan il-Ftehim Settorjali sakemm l-impatti tagħhom jiġu indirizzati skont ir-Rakkomandazzjoni tal-2012 dwar il-Metodi Komuni għal Krediti ta' Esportazzjoni Appoġġati Uffiċjalment u Diliġenza Dovuta Soċjali (15 18 22 *1 29 31 36 *2 37) (kif ġiet emendata sussegwentement mill-Membri tal-Grupp ta' Ħidma tal-OECD dwar il-Krediti tal-Esportazzjoni u dwar il-Garanzija tal-Kreditu (ECG) u adottata mill-Kunsill OECD):
|
(a) |
L-enerġija tar-riħ (16 19 23 30 32). |
|
(b) |
L-enerġija ġeotermali. |
|
(c) |
L-enerġija tal-frugħ u l-mili tal-baħar u tax-xmajjar. |
|
(d) |
L-enerġija tal-mewġ. |
|
(e) |
L-enerġija ożmotika. |
|
(f) |
L-enerġija fotovoltajka tax-xemx. |
|
(g) |
L-enerġija termali tax-xemx. |
|
(h) |
L-enerġija termali tal-oċeani. |
|
(i) |
Il-bijoenerġija: il-gass sostenibbli kollu mill-miżbla, il-gass mill-impjant ta' trattament tad-drenaġġ, l-enerġija mill-bijogass jew il-fjuwil miġjub minn stallazzjonijiet tal-enerġija mill-bijomassa. ‘Bijomassa’ tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, tal-iskart u tar-residwi mill-agrikoltura (inklużi s-sustanzi veġetali u mill-annimali), mill-forestrija u mill-industriji relatati, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u muniċipali. |
|
(j) |
L-enerġija tal-ilma. |
|
(k) |
L-effiċjenza tal-enerġija fi proġetti tal-Enerġiji Rinnovabbli. |
“Appendiċi II
Setturi ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima
|
KLASSI TAL-PROĠETT |
DEFINIZZJONI |
RAĠUNAMENT |
STANDARDS UŻATI |
KUNDIZZJONIJIET TA' RIPAGAMENT |
|
Klassi A tal-proġetti: Qbid u ħżin tal-karbonju |
||||
|
TIP 1: Impjanti tal-Enerġija mill-Fjuwils Fossili bi Ġbir u Ħżin Operattivi (CCS) |
Proċess li jikkonsisti f'separazzjoni tal fluss ta' CO2 mill-emissjonijiet prodotti minn sorsi ta' ġenerazzjoni ta' fjuwils fossili, it-trasport lejn sit ta' ħżin għall-fini ta' ħżin ġeoloġiku b'mod sikur għall-ambjent u permanenti ta' CO2. |
Għall-kisba ta' livelli baxxi ta' emissjonijiet ta' karbonju għal sorsi tal-enerġija minn fjuwils fossili |
L-intensità tal-karbonju tikseb livell ta' jew inqas minn 350 tunnellata metrika ta' CO2 għal kull GWh rilaxxati fl-atmosfera (15 18 22 *1 29 31 36 *2 37); Jew Fil-każ tal-proġetti kollha, rata ta' ġbir u ħżin li tnaqqas l-emissjonijiet ta' karbonju tal-impjant b'65 % Jew Ir-rata ta' ġbir trid tkun tal-inqas 85 % ta' CO2 rilaxxat mit-tagħmir inkluż fl-applikazzjoni għall-krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali. Il-85 % għandha tapplika f'kundizzjonijiet operattivi normali. |
18-il sena |
|
TIP 2: Proġetti tas-CCS bħal dawn |
Proċess li jikkonsisti fis-separazzjoni ta' CO2 minn sorsi industrijali jew ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, trasport lejn sit ta' ħżin, għall-fini ta' ħżin ġeoloġiku b'mod b'mod sikur għall-ambjent u permanenti ta' CO2. |
Biex jonqsu b'mod notevoli l-emissjonijiet ta' karbonju minn sorsi eżistenti. |
Fil-każ tal-proġetti kollha, rata ta' ġbir u ħżin li tnaqqas l-emissjonijiet industrijali jew karbonju għall-ġenerazzjoni tal-enerġija b'65 % jew iktar; jew Ir-rata ta' ġbir trid tkun tal-inqas 85 % ta' CO2 rilaxxat mit-tagħmir inkluż fl-applikazzjoni għall-krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali. Il-85 % għandha tapplika f'kundizzjonijiet operattivi normali. |
18-il sena |
|
Klassi tal-proġetti Klassi B Sostituzzjoni ta' fjuwils fossili Klassi tal-proġetti |
||||
|
TIP 1: Skart għal Enerġija |
Unità ddedikata għall-ġenerazzjoni ta' enerġija bi trattament termali (inkluża l-gassifikazzjoni) ta' skart solidu minn flussi mħallta. |
Kumpens għall-emissjonijiet ta' GHG mill-użu ta' enerġija konvenzjonali u permezz tat-tnaqqis ta' GHG tal-ġejjieni bħal metan li normalment ikun rilaxxat mill-iskart. |
Fil-każ ta' ċiklu minn flussi, effiċjenza fil- konverżjoni enerġetika tal-bojler (jew ġeneratur tal-fwar) ta' tal-inqas 75 % fuq il-bażi ta' valur ta' tisħin baxx (LHV) (16 19 23 30 32). Fil-każ ta' gassifikazzjoni, effiċjenza tal-gassifikatur ta' tal-inqas 65 % LHV (17 20 24 33). |
15-il sena |
|
TIP 2: Impjanti Ibridu tal-Enerġija |
Impjant tal-enerġija li jiġġenera l-elettriku kemm minn sors rinnovabbli tal-enerġija kif ukoll minn sors ta' fjuwils fossili. |
Biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' disponibilità ta' impjant, sors li jiġġenera l-fjuwils fossili huwa meħtieġ għal dawk il-perjodi meta l-enerġija mis-sors tal-enerġija rinnovabbli ma jkunx disponibbli jew biżżejjed. Is-sors tal-enerġija fossili jippermetti l-użu ta' enerġija rinnovabbli fl-impjant ibridu, u b'hekk jinkiseb tnaqqis notevoli fil-karbonju meta mqabbel ma' impjant standard tal-fjuwils fossili. |
Mudell 1: Żewġ sorsi ta' ġenerazzjoni separati: Wieħed mill-Enerġija Rinnovabbli u l-ieħor minn fjuwil fossilu wieħed. Jitfassal proġett sabiex tal-inqas 50 % tal-output totali, annwali u pproġettat ta' enerġija tiegħu joriġina mis-sors ta' enerġija rinnovabbli tal-impjant. Mudell 2: Sors ta' ġenerazzjoni uniku bl-użu tat-taħlita ta' rinnovabbli u fjuwil fossili. Il-proġettjitfassal sabiex tal-inqas 75 % tal-enerġija utli prodotta tinġieb mis-sors rinnovabbli. |
15-il sena |
|
Klassi C tal-proġetti: Effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
||||
|
TIP 1: Proġetti f'Daqqa ta' Sħana u Enerġija |
Ġenerazzjoni simultanja ta' bosta forom tal-enerġija (elettrika, mekkanika u termali) f'sistema integrata waħda. L-output tal-impjant tas-CHP jinkludi enerġija u sħana elettrika u mekkanika għal użu kummerċjali, industrijali u/jew residenzjali. |
Sa żewġ terzi tal-enerġija primarja użata biex jiġi ġġenerat elettriku f'impjanti konvenzjonali tal-enerġija termali jintilfu fil-forma ta' sħana. Għaldaqstant, il-ġenerazzjoni f'daqqa ta' sħana u enerġija (CHP) tista' tkun alternattiva effettiva għall-mitigazzjoni tal-GHG. CHP hija possibbli bil-makkinarji u l-fjuwils kollha tas-sħana (inklużi l-bijomassa u termali solari) minn ftit impjanti tal-enerġija kklassifikati b'kW sa dawk b'kondensazzjoni tal-fwar ta' 1 000 MW (21 25 34). |
Effiċjenza ġenerali ta' tal-inqas 75 % fuq il-bażi ta' valur baxx ta' tisħin (LHV) (26 35). |
15-il sena |
|
TIP 2: Tisħin u/jew tkessiħ tad-distrett |
Netwerk li jġorr/jqassam enerġija termali minn unità tal-produzzjoni tal-enerġija għall-użu finali. |
Biex titjieb l-effiċjenza tat-tisħin tad-distretti billi jinbnew netwerks ta' pajpijiet għal ilma minn flussi u/jew sħun b'effiċjenza termali sostanzjali, kemm billi jitnaqqas it-telf mill-pajpijiet u l-konvertituri kif ukoll billi jiżdied l-ammont ta' użu tas-sħana mitlufa. It-tkessiħ tad-distretti huwa teknoloġija integrattiva li tista' tikkontribwixxi b'mod notevoli għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju u għat-tniġġis tal-arja u sabiex tiżdied is-sigurtà tal-enerġija pereż. permezz ta' sostituzzjoni ta' kundizzjonaturi tal-arja individwali. |
Il-konduttività termali tal-pajpijiet tad-distrett ikunu inqas minn 80 % tal-konduttività termali rilevanti meħtieġa mill-istandard Ewropew EN253:2009 (għandu jiġi rivedut meta jiġi aġġornat dan l-istandard). |
15-il sena |
“Appendiċi III
Kriterji ta' eliġibbiltà għal proġetti ta' adattament għat-tibdil fil-klima
Proġett ikun eliġibbli għat-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li ġew stabbiliti f'dan il-Ftehim Settorjali jekk:
|
(a) |
L-adattament għat-tibdil fil-klima hu objettiv prinċipali tal-proġett, u dan hu espliċitament indikat u spjegat bħala tali fil-pjan tal-proġett u d-dokumenti ta' sostenn, bħala fundamentali fid-disinn tal-proġett. |
|
(b) |
Proposta għall-proġett meta jinkludu analiżi speċifika u rilevanti u l-identifikazzjoni ta' riskji u vulnerabbiltajiet relatati mat-tibdil fil-klima, u kif il-miżuri proposti se jindirizzawhom direttament. |
|
(c) |
Ikun hemm reviżjoni minn partijiet terzi indipendenti mwettqa fuq il-proġett, jew b'mod separat jew bħala parti integrali tal-pjan tal-proġett li huwa disponibbli għall-pubbliku, bħalma huma ppubblikati fuq il-websajt tal-awtorità nazzjonali. Ir-reviżjoni tevalwa riskji speċifiċi u vulberabbiltajiet rilevanti relatati mat-tibdil fil-klima u kif il-miżuri proposti li jinsabu fil-proġett se jindirizzawhom direttament. |
|
(d) |
Il-ħajja utli għall-proġett taqbeż 15-il sena. |
“Appendiċi IV
Metodoloġija li għandha tintuża għad-determinazzjoni tal-eliġibilità tas-setturi relatati mal-Artikolu 2 ta' dan il-ftehim settorjali
Meta jiġi propost li l-Klassi jew it-Tip ta' Proġett jiżdiedu mal-Appendiċi II ta' dan il-Ftehim Settorjali, il-Parteċipanti jipprovdu deskrizzjoni dettaljata tal-Klassi jew it-Tip ta' Proġett u l-informazzjoni dwar kif it-tali proġetti jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(b) ta' dan il-Ftehim Settorjali; It-tali informazzjoni tinkludi:
|
(a) |
Evalwazzjoni tal-kontribut dirett tal-Klassi jew it-Tip ta' Proġett għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż tqabbil tal-prestazzjoni tas-settur, fuq il-bażi ta' dejta li tista' titkejjel dwar l-emissjonijiet ta' karbonju jew CO2 ekwivalenti u/jew f'effiċjenza għolja tal-enerġija, b'approċċi teknoloġiċi konvenzjonali u iktar riċenti użati; dan il-paragun, fil-każijiet kollha, ikun ibbażat fuq miżuri kwantitattivi, bħal tnaqqis fl-emissjonijiet għal kull unità prodotta. |
|
(b) |
Deskrizzjoni tal-istandards tekniċi u tal-prestazzjoni tas-settur propost tal-Klassi jew it-Tip ta' Proġett, inkluża informazzjoni dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) eżistenti; jekk xieraq, din id-deskrizzjoni tispjega kif it-teknoloġija hija avvanz fuq il-BAT eżistenti. |
|
(c) |
Deskrizzjoni tal-ostakli finanzjarji fil-Klassi jew it-Tip ta' Proġett proposti, inklużi kwalunkwe ħtiġijiet finanzjarji u kundizzjonijiet tas-suq, u l-identifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont dan il-Ftehim Settorjali li huma mistennija jippermettu lit-tali proġetti jimxu 'l quddiem. |
“Appendiċi V
Il-lista tad-definizzjonijiet
L-Aqwa Tekniki Disponibbli : skont id-definizzjoni tad-Direttiva tal-UE 96/61/KE (l-Artikolu 2.1), ‘L-Aqwa Tekniki Disponibbli’ jfisser l-istadju l-aktar effettiv u avvanzat fl-iżvilupp ta' attivitajiet u l-metodi tagħhom ta' tħaddim li jindika l-adattabilita prattika ta' tekniki partikolari li tipprovdi fil-prinċipju l-bażi għall-valuri ta' limiti ta' emissjonijiet maħsuba biex jiģu evitati u, fejn dan ma jkunx prattiku, li jitnaqqsu b'mod ġenerali l-emissjonijiet u l-impatt fuq l-ambjent kollu kemm hu:
|
(a) |
‘tekniki’ tinkludi kemm it-teknoloġija użata u l-mod li bih l-istallazzjoni tkun diżinjata, mibnija, mantenuta, imħaddma u dekommissjonata. |
|
(b) |
tekniki ‘disponibbli’ tfisser dawk it-tekniki żviluppati fuq skala li tippermetti l-implimentazzjoni fis-settur industrijali rilevanti, b'kundizzjonijiet ekonomiċi u teknikament vijabbli, waqt li jitqiesu l-ispejjeż u l-vantaġġi, sew jekk it-tekniki jkunu użati u prodotti ġewwa l-Istat Membru inkwistjoni sew jekk le, sal-limitu li dawn ikunu raġonevolment aċċessibbli għall-operatur. |
|
(c) |
‘l-aqwa’ tfisser l-aktar waħda effettiva biex jinkiseb livell ġenerali għoli ta' protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu. |
Gassijiet b'effett ta' Serra : gassijiet serra huma ddefiniti sabiex jinkludu dijossidu, metan, ossidu nitruż, idrofluworokarburi, perfluworokarburi u eżafluworur tal-kubrit.
Proġett Kbir tal-Enerġija Idro : skont id-definizzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar id-Digi Kbar (ICOLD). ICOLD tiddefinixxi diga kbira bħala diga b'għoli ta' 15-il metru jew iktar mill-pedamenti. Anki d-digi li huma bejn għoli ta' 5 u 15-il metru u b'volum tar-riżerva ta' iktar minn 3 miljun m3 huma kklassifikati bħala digi kbar.
“ANNESS V
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INFRASTRUTTURA FERROVJARJA
Il-Parteċipanti f'dan il-Ftehim Settorjali jaqblu li t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-Ftehim Settorjali, li jikkomplimenta l-Arranġament, jiġu implimentati b'tali mod li huwa konsistenti mal-Iskop tal-Arranġament.
KAPITOLU I
L-ambitu tal-ftehim settorjali
1. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan il-Ftehim Settorjali jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti għal assi tal-infrastruttura ferrovjarja essenzjali biex jitħaddmu ferroviji, inkluż il-kontroll ferrovjarju (pereż. sinjalar u IT ieħor tal-ferroviji), l-elettrifikazzjoni, il-passaġġi, il-vetturi ferrovjarji u xogħol ta' kostruzzjoni relatati.
KAPITOLU II
Disposizzjonijiet għall-krediti tal-esportazzjoni
2. IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT
|
(a) |
Għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali relatati ma' kuntratti inklużi fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali, it-terminu massimu ta' ripagament huwa stabbilit kif ġej:
|
|
(b) |
Li jikkwalifika għal termini ta' ripagament stabbiliti fil-paragrafu a) hawn fuq, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(c) |
Parteċipant jista' jitlob eżenzjoni mill-kundizzjoni stipulata fil-paragrafu b) 3) iktar' il fuq, permezz tal-użu ta' Linja Komuni, skont l-Artikoli minn 58 sa 63 tal-arranġament. F'każijiet bħal dawn, il-Prteċipant li qed jipproponi l-Linja Komuni jipprovdi, jew fil-Linja Komuni proposta jew f'kull tranżazzjoni individwali minn hemm 'il quddiem innotifikata, spjegazzjoni komprensiva tal-appoġġ, inkluża dejta speċifika dwar il-prezzijiet, u r-raġunar għall-ħtieġa li jiġu rinunzjati d-disposizzjonijet tal-paragrafu b)3) hawn fuq. |
3. IR-RIPAGAMENT TAL-PRINĊIPAL U TAL-IMGĦAX
Ir-ripagament tal-prinċipal u tal-imgħax ikun provdut skont l-Artikolu 14 tal-Arranġament ħlief dik il-ħajja massima medja peżata tal-perjodu ta' ripagament skont il-paragrafu d)4) ta' dan l-Artikolu jkun:
|
(a) |
Għal tranżazzjonijiet fil-Kategorija I, sitt snin u kwart; kif ukoll |
|
(b) |
Għal tranżazzjonijiet f'pajjiżi tal-Kategorija II, seba' snin u kwart. |
4. IR-RATI MINIMI FISSI TAL-IMGĦAX
Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali ta' finanzjament għal self b'rati fissi japplika r-rati minimi tal-imgħax li ġejjin:
|
(a) |
Għal termini ta' ripagament sa u li jinkludu t-12-il sena, japplikaw ir-Rati ta' Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (CIRRs) rilevanti li nbnew skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament. |
|
(b) |
Għal terminu ta' ripagament li jeċċedi t-12-il sena, tapplika r-Rata ta' Referenza Speċjali tal-Imgħax Kummerċjali (Commercial Interest Reference Rates, CIRRs) imfassla skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament, fejn jiżdiedu 20 punt bażi għall-muniti kollha. |
KAPITOLU III
Proċeduri
5. L-AVVIŻ MINN QABEL
|
(a) |
Parteċipant jagħti avviż minn qabel skont l-Artikolu 47 tal-Arranġament tal-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn jekk beħsiebu jipprovdi appoġġ għal tranżazzjoni ta' pajjiż tal-Kategorija I. Tali notifiki jinkludu spjegazzjoni komprensiva tal-appoġġ uffiċjali, inkluża dejta speċifika dwar l-ipprezzar. |
|
(b) |
Parteċipant jagħti avviż minn qabel skont l-Artikolu 48 tal-Arranġament tal-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn jekk beħsiebu jipprovdi appoġġ għal:
|
6. VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 63(a) tal-Arranġament, il-Linji Komuni miftiehma kollha jieqfu jkunu validi fil-31 ta' Diċembru 2018, sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux għall-estensjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali skont l-Artikolu 7(d) ta' dan il-Ftehim Settorjali.
KAPITOLU IV
Monitoraġġ u reviżjoni
7. MONITORAĠĠ U REVIŻJONI
|
(a) |
Is-Segretarjat jirrapporta b'mod annwali dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali. |
|
(b) |
Wara l-31 ta' Diċembru 2017, u suġġett għall-paragrafu (c) hawn taħt, inqas minn 50 % tar-rekwiżit tas-sindikazzjoni stipulat fis-sub-paragrafu (ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(b)(3) ta' dan il-Ftehim Settorjali jiġi sostitwit b'massimu ta' 35 % tar-rekwiżit tas-sindikazzjoni sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux mod ieħor. |
|
(c) |
Il-parteċipanti jwettqu reviżjoni ta' dan il-Ftehim Settorjali sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2017 bil-għan li jevalwaw il-kundizzjonijiet tas-suq u fatturi oħra li jiddeterminaw jekk it-termini u l-kundizzjonijiet għandhom jitkomplew u jew jiġu emendati. |
|
(d) |
Wara l-31 ta' Diċembru 2017, it-termini u l-kundizzjonijiet ta' dan il-Ftehim Settorjali jitwaqqfu sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux mod ieħor. |
“ANNESS VI
TERMINI U KUNDIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TAL-FINANZI TAL-PROĠETT
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
|
(a) |
Dan l-Anness jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet li l-Parteċipanti jistgħu jappoġġaw għat-tranżazzjonijiet tal-finanzi ta' proġett li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibilità li ġew stabbiliti fl-Appendiċi 1. |
|
(b) |
Fejn f'dan l-Anness ma teżisti l-ebda dispożizzjoni korrispondenti, japplikaw it-termini tal-Arranġament. |
KAPITOLU II
It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji (15 18 22 *1 29 31 36 *2 37)
2. IT-TERMINI MASSIMI TA' RIPAGAMENT
It-terminu massimu ta' ripagament huwa ta' 14-il sena.
3. IR-RIPAGAMENT TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX
Is-somma kapitali ta' kreditu tal-esportazzjoni tista' titħallas lura f'rati mhux indaqs, u l-kapital u l-imgħax jistgħu jitħallasu bi frekwenza ta' inqas minn rati semiannwali, sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:
|
(a) |
L-ebda ripagament waħdu tal-kapital jew serje ta' ħlasijiet kapitali f'perjodu ta' sitt xhur ma jeċċedix il-25 % tas-somma kapitali tal-kreditu. |
|
(b) |
L-ewwel ripagament tal-kapital isir mhux aktar tard minn 24-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu u mhux inqas minn 2 % tas-somma kapitali tal-kreditu għadha tkun ġiet imħallsa lura 24-il xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
|
(c) |
L-imgħax jitħallas bi frekwenza ta' mhux inqas minn kull 12-il xahar u l-ewwel ħlas tal-imgħax isir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
|
(d) |
Il-ħajja medja peżata tal-perjodu ta' ripagament ma jaqbiżx is-seba' snin u tliet xhur. |
|
(e) |
Il-Parteċipant jagħti avviż minn qabel skont l-Artikolu 5 ta' dan l-Anness. |
4. IR-RATI MINIMI FISSI TAL-IMGĦAX
Fejn il-Parteċipanti qed jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għal self b'rati fissi:
|
(a) |
Għal termini ta' ripagament sa u li jinkludu t-12-il sena, il-Parteċipanti japplikaw ir-Rati ta' Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (CIRRs) rilevanti li nbnew skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament. |
|
(b) |
Għal termini ta' ripagament li jeċċedu t-12-il sena, japplika ħlas barrani ta' 20 punt bażi fuq is-CIRR għall-muniti kollha. |
KAPITOLU III
Proċeduri
5. L-AVVIŻA MINN QABEL GĦAT-TRANŻAZZJONIJIET TAL-FINANZI TA' PROĠETT
Parteċipant jinnotifika lill-Parteċipanti kollha bil-ħsieb li jipprovdi appoġġ skont it-termini u l-kundizzjonijiet ta' dan l-Anness mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn. L-avviż ikun provdut skont l-Anness VII tal-Arranġament. Jekk kwalunkwe Parteċipant jitlob spjegazzjoni fejn għandhom x'jaqsmu t-termini u l-kundizzjonijiet li qed jiġu appoġġati matul dan il-perjodu, il-Parteċipant li qed jinnotifika jistenna għaxart ijiem kalendarji oħra qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn.
“Appendiċi 1
Il-kriterji ta' eliġibilità għat-tranżazzjonijiet tal-finanzi ta' proġett
I. IL-KRITERJI BAŻIĊI
It-tranżazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:
|
(a) |
Il-finanzjament ta' unità ekonomika partikolari fejn is-sellief huwa sodisfatt li jqis id-dħul u l-ħruġ tal-flus u l-qligħ ta' dik l-unità ekonomika bħala s-sors tal-fondi minfejn se jitħallas lura self u l-assi tal-unità ekonomika bħala kollaterali għas-self. |
|
(b) |
Il-finanzjament tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ma' kumpanija ta' proġett indipendenti (legalment u ekonomikament), pereż. kumpanija b'fini speċjali, fejn għandhom x'jaqsmu l-proġetti ta' investiment li jiġġeneraw id-dħul tagħhom stess. |
|
(c) |
Il-qsim tar-riskju fost is-sħab tal-proġetti, pereżempju, azzjonisti privati jew li jifilħu għas-self, esportaturi, kredituri, persuni li jidħlu għal ftehimiet ta' akkwist, inkluża ekwità adegwata. |
|
(d) |
Biżżejjed dħul u ħruġ tal-flus tal-proġett matul il-perjodu kollu ta' ripagament biex ikunu koperti l-ispejjeż operattivi u s-servizz tad-dejn għall-fondi barranin. |
|
(e) |
It-tnaqqis prijoritarju mid-dħul tal-proġett tal-ispejjeż operattivi u tas-servizz tad-dejn. |
|
(f) |
Xerrej/mutwatarju mhux sovran bl-ebda garanzija ta' ripagament sovrana (ma tinkludix il-garanziji tar-rendiment, pereż. ftehimiet ta' akkwist). |
|
(g) |
It-titoli abbażi ta' assi għall-qligħ/assi tal-proġett, pereż. assenjazzjonijiet, rahan, kontijiet tal-qligħ; |
|
(h) |
Dritt ta' rivalsa limitat jew l-ebda dritt ta' rivalsa għall-isponsers tal-azzjonisti/isponsers tas-settur privat tal-proġett wara li tlesta. |
II. KRITERJI ADDIZZJONALI GĦAL TRANŻAZZJONIJIET TA' FINANZJAMENT TA' PROĠETT F'PAJJIŻI TAL-OECD BI DĦUL GĦOLI
It-tranżazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:
|
(a) |
Il-parteċipazzjoni f'sindakazzjoni tas-self ma' istituzzjonijiet finanzjarji privati li ma jibbenefikawx minn Appoġġ Uffiċjali għall-Kreditu għall-Esportazzjoni, fejn:
|
|
(b) |
Ir-rati tal-primjum għal kwalunkwe appoġġ uffiċjali li ma jxekklux finanzjament disponibbli tas-suq privat u li huma proporzjonati mar-rati korrispondenti mitlubin minn istituzzjonijiet finanzjarji privati oħrajn li jieħdu sehem fis-sindakazzjoni. |
“ANNESS VII
L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦAN-NOTIFIKI
L-informazzjoni elenkata fit-Taqsima I aktar 'l isfel tkun provduta għan-notifiki kollha li saru bl-Arranġament (inklużi l-Annessi tiegħu). Barra minn hekk, l-informazzjoni li ġiet speċifikata fit-Taqsima II tkun provduta, kif inhu xieraq, b'rabta mat-tip speċifiku tal-avviż li qed isir.
I. L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦALL-AVVIŻI KOLLHA
(a) Informazzjoni Bażika
|
1. |
Il-pajjiż li qed jinnotifika |
|
2. |
Data tal-avviż |
|
3. |
Isem l-awtorità/aġenzija li qed tinnotifika |
|
4. |
Numru tal-ordni |
|
5. |
L-avviż oriġinali jew ir-reviżjoni għall-avviż ta' qabel (in-numru ta' reviżjoni kif inhu rilevanti) |
|
6. |
In-numru tal-qatgħa (jekk inhu rilevanti) |
|
7. |
In-numru ta' referenza tal-linja tal-kreditu (jekk inhu rilevanti) |
|
8. |
L-Artikolu(Artikoli) tal-Arranġament li skontu(skonthom) qed isir l-avviż |
|
9. |
In-numru ta' referenza tal-avviż li qed tiġi allinjata (jekk inhu rilevanti) |
|
10. |
Id-deskrizzjoni tal-appoġġ li qed jiġi allinjat (jekk inhu rilevanti) |
|
11. |
Pajjiż tad-destinazzjoni |
(b) L-informazzjoni dwar ix-Xerrej/il-Mutwatarju/il-Garanti
|
12. |
Il-Pajjiż tax-Xerrej |
|
13. |
Isem ix-Xerrej |
|
14. |
Post ix-Xerrej |
|
15. |
L-Istatus tax-Xerrej |
|
16. |
Il-Pajjiż tal-Mutwatarju (jekk differenti minn tax-xerrej) |
|
17. |
Isem il-Mutwatarju (jekk differenti minn tax-xerrej) |
|
18. |
Post il-Mutwatarju (jekk differenti minn tax-xerrej) |
|
19. |
L-Istatus tal-Mutwatarju (jekk differenti minn tax-xerrej) |
|
20. |
Il-Pajjiż Garanti (jekk inhu rilevanti) |
|
21. |
Isem il-Garanti (jekk inhu rilevanti) |
|
22. |
Post il-Garanti (jekk inhu rilevanti) |
|
23. |
L-Istatus tal-Garanti (jekk inhu rilevanti) |
(c) L-informazzjoni dwar l-Oġġetti u/jew is-Servizzi li Qed Jiġu Esportati u dwar il-Proġett
|
24. |
Id-deskrizzjoni tal-oġġetti u/jew tas-servizzi li qed jiġu esportati |
|
25. |
Id-deskrizzjoni tal-proġett (jekk inhi rilevanti) |
|
26. |
Il-post tal-proġett (jekk inhu rilevanti) |
|
27. |
Id-data tal-egħluq tal-offerta (jekk inhi rilevanti) |
|
28. |
Id-data tal-iskadenza tal-linja tal-kreditu (jekk inhi rilevanti) |
|
29. |
Il-valur tal-kuntratt(i) appoġġat(i), jew il-valur effettiv (għal-linji tal-kreditu u għat-tranżazzjonijiet tal-finanzi tal-proġetti kollha jew għal kwalunkwe tranżazzjoni individwali fuq bażi volontarja) jew skont l-iskala li ġejja f'miljuni ta' SDR:
|
|
30. |
Il-munita tal-kuntratt(i) |
(d) It-Termini u l-Kundizzjonijiet Finanzjarji ta' Appoġġ Uffiċjali għall-Kreditu tal-Esportazzjoni
|
31. |
Il-valur tal-kreditu; il-valur effettiv għan-notifiki li jinvolvu l-linji tal-kreditu u t-tranżazzjonijiet tal-finanzi tal-proġett jew għal kwalunkwe tranżazzjoni individwali fuq bażi volontarja, jew skont l-iskala tal-SDR |
|
32. |
Il-munita tal-kreditu |
|
33. |
Il-ħlas parzjali (il-perċentwali tal-valur totali tal-kuntratti appoġġati) |
|
34. |
L-ispejjeż lokali (il-perċentwali tal-valur totali tal-kuntratti appoġġati) |
|
35. |
Il-punt tal-bidu tal-kreditu u r-referenza għas-subparagrafu applikabbli tal-Artikolu 10 |
|
36. |
It-tul tal-perjod ta' ripagament |
|
37. |
Il-bażi tar-rata tal-imgħax |
|
38. |
Ir-rata jew il-marġni tal-imgħax |
II. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA, KIF INHU XIERAQ, GĦAL NOTIFIKI LI JSIRU FIR-RIGWARD TA' DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI
(a) L-Artikolu 14(d)(5) tal-Arranġament
|
1. |
Il-profil tar-ripagament |
|
2. |
Il-frekwenza tar-ripagament |
|
3. |
It-tul ta' żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ripagament tal-kapital |
|
4. |
L-ammont ta' imgħax ikkapitalizzat qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu |
|
5. |
It-tul ta' żmien medju peżat (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-perjodu tar-ripagament |
|
6. |
L-ispjegazzjoni tar-raġuni għaliex ma ġiex provdut appoġġ skont il-paragrafi minn (a) sa (c) tal-Artikolu 14 |
(b) L-Artikoli 24, 27, 30 u 31 tal-Arranġament
|
1. |
Il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-obbligant |
|
2. |
Il-kategorija magħżula tar-riskju tax-xerrej tal-obbligant |
|
3. |
It-tul tal-perjodu ta' żburżament |
|
4. |
Il-perċentwal ta' kopertura għar-riskju politiku (tal-pajjiż) |
|
5. |
Il-perċentwal ta' kopertura għar-riskju kummerċjali (tax-xerrej) |
|
6. |
Il-kwalità tal-kopertura (jiġifieri taħt l-istandard, standard, 'il fuq mill-istandard) |
|
7. |
L-MPR ibbażata fuq il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-obbligant fin-nuqqas ta' kwalunkwe garanti parti terza, tal-involviment ta' istituzzjoni multilaterali/reġjonali, il-mitigazzjoni tar-riskju żidiet fir-riskju tax-xerrej |
|
8. |
L-MPR applikabbli |
|
9. |
Ir-rata effettiva tal-primjum mitluba (espressa fil-format tal-MPR bħala perċentwali tal-kapital) |
(c) L-Artikolu 24(c) it-tielet inċiż tal-Arranġament
|
1. |
Normattiv(i) applikati (ara l-Anness IX). |
(d) L-Artikolu 24(e) l-ewwel inċiż tal-Arranġament
|
1. |
Il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż tal-garanti |
|
2. |
Il-klassifikazzjoni magħżula tar-riskju tax-xerrej tal-garanti |
|
3. |
Il-konferma li ntlaħqu l-kriterji kollha elenkati fl-Anness X. |
|
4. |
Il-perċentwal tal-ammont totali f'riskju (jiġifieri kapital u mgħax) li huwa kopert mill-garanzija (jiġifieri l-ammont totali jew parzjali) |
|
5. |
Indikazzjoni dwar jekk teżistix xi relazzjoni finanzjarja bejn il-garanti u l-obbligant |
|
6. |
Fil-każ li hemm relazzjoni bejn il-garanti u l-obbligant:
|
(e) L-Artikolu 27(e) tal-Arranġament
|
1. |
Il-kategorija magħżula tar-riskju tax-xerrej tal-obbligant |
|
2. |
Il-klassifikazzjoni(jiet) tal-munita barranija minn CRA Akkreditata |
|
3. |
Ir-raġuni fundamentali għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej aħjar mill-klassifikazzjoni mis-CRA akkreditata |
(f) L-Artikolu 30 tal-Arranġament
|
1. |
It-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż użata |
|
2. |
Il-konferma li ntlaħqu l-kriterji elenkati fl-Anness XII |
|
3. |
Għat-Teknika 1, il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-Pajjiż li ġejja mill-użu tat-teknika. |
|
4. |
Għat-Teknika 2:
|
(g) L-Artikolu 31 tal-Arranġament
|
1. |
Il-BRCE(s) applikat/i |
|
2. |
Is-CEF applikat għal kull titjib fil-kreditu |
|
3. |
Is-CEF totali li għandu jiġi applikat |
(h) L-Artikoli 49 u 50 tal-Arranġament
|
1. |
Il-forma tal-għajnuna marbuta (jiġifieri l-għajnuna għall-iżvilupp jew kreditu premist jew finanzi assoċjati) |
|
2. |
Il-livell ta' konċessjonalità totali tal-finanzjament tal-għajnuna marbuta u tal-għajnuna parzjalment mhux marbuta li ġie kkalkolat skont l-Artikolu 40 |
|
3. |
Id-DDR li ntużat għall-kalkulazzjoni tal-konċessjonalità |
|
4. |
It-trattament tal-ħlasijiet bi flus kontanti fil-kalkulazzjoni tal-livell ta' konċessjonalità |
|
5. |
Ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-linji ta' kreditu |
(i) Anness I, l-Artikolu 5(e)
|
1. |
Indikazzjoni ta':
|
(j) Anness II, l-Artikolu 8
|
1. |
Deskrizzjoni aktar dettaljata tal-kuntratt ta' esportazzjoni, jiġifieri impjant ġdid tal-enerġija nukleari, modernizzazzjoni ta' impjant eżistenti tal-enerġija nukleari, il-provvista ta' fjuwil u arrikkiment nukleari, jew il-forniment ta' ġestjoni tal-fjuwil użat. |
|
2. |
Ir-ripagament tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax L-Artikolu 3(a)(1), l-Artikolu 3(a)(2) jew l-Artikolu 3(c) tal-Anness II. |
|
3. |
Meta l-appoġġ uffiċjali jingħata skont l-Artikolu 3c) tal-Anness II, ipprovdi:
|
|
4. |
Ir-rata minima tal-imgħax applikata skont l-Artikolu 4 tal-Anness II. |
(k) Anness IV, l-Artikolu 10
|
1. |
Deskrizzjoni aktar dettaljata tal-proġett:
|
|
2. |
Il-profil tar-ripagament tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax skont: L-Artikolu 6(a)(1), l-Artikolu 69(a)(2) jew l-Artikolu 6(c) tal-Anness IV. |
|
3. |
Meta l-appoġġ uffiċjali jingħata skont l-Artikolu 6(c) tal-Anness IV, ipprovdi:
|
|
4. |
Ir-rata minima tal-imgħax applikata skont l-Artikolu 7 tal-Anness IV. |
(l) Anness V, l-Artikolu 5
|
1. |
Spjegazzjoni komprensiva dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-appoġġ uffiċjali pprovdut, inkluż:
|
|
2. |
Għal tranżazzjonijiet fil-pajjiżi tal-Kategorija I:
|
(m) Anness VI, l-Artikolu 5
|
1. |
L-ispjegazzjoni dwar għaliex it-termini tal-finanzi tal-proġett qed jiġu provduti |
|
2. |
Il-valur tal-kuntratt f'relazzjoni mal-kuntratt ċwievet f'idejk, porzjon tas-subkuntratti, eċċ. |
|
3. |
Id-deskrizzjoni mtejba tal-proġett |
|
4. |
It-tip ta' kopertura provdut qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu |
|
5. |
Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju politiku qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu |
|
6. |
Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju kummerċjali qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu |
|
7. |
It-tip ta' kopertura provdut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu |
|
8. |
Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju politiku wara l-punt tal-bidu tal-kreditu |
|
9. |
Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju kummerċjali wara l-punt tal-bidu tal-kreditu |
|
10. |
It-tul tal-perjodu ta' kostruzzjoni (jekk inhu applikabbli) |
|
11. |
It-tul tal-perjodu ta' żburżament |
|
12. |
It-tul ta' żmien medju peżat (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-perjodu tar-ripagament |
|
13. |
Il-profil tar-ripagament |
|
14. |
Il-frekwenza tar-ripagament |
|
15. |
It-tul ta' żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ripagament tal-kapital |
|
16. |
Il-perċentwali tal-kapital li tħallas lura sal-punt nofsani tal-kreditu |
|
17. |
L-ammont ta' imgħax ikkapitalizzat qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu |
|
18. |
Tariffi oħra li ġew riċevuti mill-ECA, pereż. il-ħlasijiet ta' impenn (fakultattivi, ħlief fil-każ ta' tranżazzjonijiet ma' xerrejja fil-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli) |
|
19. |
Ir-rata tal-primjum (fakultattiva, ħlief fil-każ ta' proġetti fil-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli) |
|
20. |
Il-konferma (u jekk tkun meħtieġa l-ispjegazzjoni) li t-tranżazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:
|
(n) Anness VI, l-Artikolu 5 għall-proġetti fil-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli
|
1. |
L-ammont totali tas-sindikazzjoni tad-dejn għall-proġett, inklużi s-selliefa uffiċjali u dawk privati |
|
2. |
L-ammont totali tas-sindikazzjoni tad-dejn mis-selliefa privati |
|
3. |
Il-perċentwali tas-sindikazzjoni tad-dejn li ġiet ipprovduta mill-Parteċipanti |
|
4. |
Il-konferma li:
|
“ANNESS VIII
IL-KALKOLU TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM
Il-Formula tal-MPR
Il-formula għall-kalkolu tal-MPR applikabbli għal kreditu għall-esportazzjoni li jinvolvi obbligant/garanti f'pajjiż ikklassifikat fil-Kategoriji 1-7 tar-Riskju tal-Pajjiż hija:
MPR = {[(ai × HOR + bi) × max (PCC, PCP)/0,95] × (1 – LCF) + [cin × PCC/0,95 × HOR × (1 – CEF)]} × QPFi × PCFi × BTSF
fejn:
— ai = il-koeffiċjent tar-riskju tal-pajjiż fil-kategorija ta' riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)
— cin = il-koeffiċjent tar-riskju tal-pajjiż għall-kategorija tax-xerrej n (n = SOV+, SOV/CCO, CC1-CC5) fil-kategorija tar-riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)
— bi = il-kostanti għall-kategorija tar-riskju tal-kategorija tal-pajjiż i (i = 1-7)
— HOR= l-orizzont tar-riskju
— PCC= il-perċentwal tar-riskju kummerċjali (tax-xerrej) tal-kopertura
— PCP= il-perċentwal tar-riskju politiku (tal-pajjiż) tal-kopertura
— CEF= il-fattur tat-titjibiet fil-kreditu
— QPFi = il-kwalità tal-fattur tal-prodott fil-kategorija tar-riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)
— PCFi = il-perċentwal tal-fattur ta' kopertura fil-kategorija tar-riskju tal-pajjiż i (i = 1-7)
— BTSF= aħjar mill-fattur sovran
— LCF= il-fattur tal-munita lokali
Il-Klassifikazzjoni Applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż
Il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż hija ddeterminata skont l-Artikolu 24e) tal-Arranġament, li min-naħa tiegħu jiddetermina l-koeffiċjent tar-riskju tal-pajjiż (ai) u kostanti (bi) li jinkisbu mit-tabella li ġejja:
|
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
a |
0,090 |
0,200 |
0,350 |
0,550 |
0,740 |
0,900 |
1,100 |
|
b |
0,350 |
0,350 |
0,350 |
0,350 |
0,750 |
1,200 |
1,800 |
L-għażla tal-Kategorija Xierqa tar-Riskju tax-Xerrej
Il-kategorija xierqa tar-riskju tax-xerrej tintgħażel mit-tabella li ġejja, li tipprovdi t-taħlitliet tal-kategorija tal-pajjiż u tar-riskju tax-xerrej li ġew stabbiliti u l-konkordanza miftehma bejn il-kategoriji ta' riskju tax-xerrej CC1-CC5 u l-klassifikazzjonijiet ta' CRAs akkreditati. Ġew stabbiliti deskrizzjonijiet kwalifikattivi ta' kull kategorija tar-riskju tax-xerrej (SOV+ sa CC5) biex titħaffef il-klassifikazzjoni tal-obbliganti (u l-garanti) u dawn huma pprovduti fl- Anness XI.
|
Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż |
||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
SOV+ |
SOV+ |
SOV+ |
SOV+ |
SOV+ |
SOV+ |
SOV+ |
|
SOV/CC0 |
SOV/CC0 |
SOV/CC0 |
SOV/CC0 |
SOV/CC0 |
SOV/CC0 |
SOV/CC0 |
|
CC1 AAA sa AA- |
CC1 A + sa A- |
CC1 BBB+ sa BB- |
CC1 BB+ sa BB |
CC1 BB- |
CC1 B+ |
CC1 B |
|
CC2 A+ sa A- |
CC2 BBB+ sa BBB- |
CC2 BB+ sa BB |
CC2 BB- |
CC2 B+ |
CC2 B |
CC2 B-jew agħar |
|
CC3 BBB+ sa BBB- |
CC3 BB+ sa BB |
CC3 BB- |
CC3 B+ |
CC3 B |
CC3 B-jew agħar |
|
|
CC4 BB+ sa BB |
CC4 BB- |
CC4 B+ |
CC4 B |
CC4 B-jew agħar |
|
|
|
CC5 BB- jew agħar |
CC5 B+ jew agħar |
CC5 B jew agħar |
CC5 B-jew agħar |
|
|
|
Il-kategorija magħżula tar-riskju tax-xerrej, flimien mal-kategorija applikabbli tar-riskju tal-pajjiż tiddetermina l-koeffiċjent tar-riskju tax-xerrej (cin) li jinkiseb mit-tabella li ġejja:
|
Ir-Riskju tax-Xerrej Kategorija |
Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż |
||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
|
SOV+ |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
|
SOV/CC0 |
0000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
0,000 |
|
CC1 |
0,110 |
0,120 |
0,110 |
0,100 |
0,100 |
0,100 |
0,125 |
|
CC2 |
0,200 |
0,212 |
0,223 |
0,234 |
0,246 |
0,258 |
0,271 |
|
CC3 |
0,270 |
0,320 |
0,320 |
0,350 |
0,380 |
0,480 |
mhux applikabbli |
|
CC4 |
0,405 |
0,459 |
0,495 |
0,540 |
0,621 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
CC5 |
0,630 |
0,675 |
0,720 |
0,810 |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
L-Orizzont tar-Riskju (HOR)
L-Orizzont tar-Riskju (HOR) jiġi kkalkulat kif ġej:
|
Għall-profili standard ta' ripagament (jiġifieri ripagamenti tal-kapital indaqs u semiannwali): HOR = (it-tul tal-perjodu ta' żburżament × 0,5) + it-tul tal-perjodu ta' ripagament |
|
Għall-profili mhux standard ta' ripagament: HOR = (it-tul tal-perjodu ta' żburżament × 0,5) + (it-tul medju peżat tal-perjodu ta' ripagament – 0,25)/0,5 Fil-formuli ta' hawn fuq, l-unità ta' kejl għaż-żmien hija snin. |
Il-Perċentwal ta' Kopertura għar-Riskju Kummerċjali (tax-Xerrej) (PCC) u r-Riskju Politiku (tal-Pajjiż) (PCP)
Il-Perċentwali ta' Kopertura (PCC u PCP) espressi bħala valur deċimali (jiġifieri, 95 % huwa espress bħala 0,95) fil-formula tal-MPR.
Titjib fil-Kreditu tar-Riskju tax-Xerrej
Il-valur tal-fattur tat-titjib fil-kreditu (CEF) huwa ta' 0 għal kwalunkwe tranżazzjoni li mhijiex soġġetta għal xi titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej. Il-valur tas-CEF għal tranżazzjonijiet li huma soġġetti għal titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej huwa ddeterminat skont l-Anness VIII (soġġett għar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31(c) tal-Arranġament u ma jistax jaqbeż iż-0,35.
Il-Kwalità tal-Fattur tal-Prodott (QPF)
Il-QPF tinkiseb mit-tabella li ġejja:
|
Il-Kwalità tal-Prodott |
Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż |
||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
|
Inqas mill-Istandard |
0,9965 |
0,9935 |
0,9850 |
0,9825 |
0,9825 |
0,9800 |
0,9800 |
|
L-istandard |
1,0000 |
1,0000 |
1,0000 |
1,0000 |
1,0000 |
1,0000 |
1,0000 |
|
Ogħla mill-Istandard |
1,0035 |
1,0065 |
1,0150 |
1,0175 |
1,0175 |
1,0200 |
1,0200 |
Il-Perċentwal tal-Fattur ta' Kopertura (PCF)
Il-PCF tiġi ddeterminata kif ġej:
|
Għal (max(PCC, PCP) ≤ 0,95, PCF = 1) |
|
Għal (max(PCC, PCP) > 0,95, PCF = 1 + ((max(PCC, PCP) – 0,95)/0,05) × (il-perċentwal tal-koeffiċjent ta' kopertura)) |
Il-perċentwal tal-koeffiċjent ta' kopertura jinkiseb mit-tabella li ġejja:
|
|
Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż |
||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
|
Il-perċentwal tal-koeffiċjent ta' kopertura |
0,00000 |
0,00337 |
0,00489 |
0,01639 |
0,03657 |
0,05878 |
0,08598 |
Aħjar mill-Fattur Sovran (BTSF)
Meta obbligant ikun ikklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej ta' ‘aħjar minn sovran’ (SOV+), BTSF = 0,9, inkella BTSF = 1.
Il-Fattur tal-Munita Lokali (LCF)
Għal tranżazzjoni li tuża l-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-munita lokali, il-valur tal-LCF ma jistax jaqbeż iż-0,2. Il-valur tal-LCF għat-tranżazzjonijiet kollha l-oħrajn huwa ta' 0.
“ANNESS IX
NORMATTIVI TAS-SUQ GĦAL TRANŻAZZJONIJIET F'PAJJIŻI TAL-KATEGORIJI ŻERO
Porzjon mhux kopert ta' Krediti għall-Esportazzjoni jew il-Parti Koperta mhux tal-ECA ta' Self Sindakat
Il-prezz indikat minn banek/istituzzjonijiet privati fir-rigward tal-porzjon mhux kopert tal-kreditu għall-esportazzjoni inkwistjoni (jew xi kultant bħala l-parti koperta mhux tal-ECA ta' self sindakat) jista' jirrappreżenta dak li l-aktar li jaqbel mal-kopertura tal-ECA. L-ipprezzar fuq porzjonijiet mhux koperti jew partijiet nonkoperti bħal dawn għandu jintuża biss jekk jiġi pprovdut b'termini kummerċjali (pereż. dan ikun jeskludi l-porzjonijiet iffinanzjati mill-IFI).
Bonds Korporattivi Speċifiċi għall-Isem
Il-bonds korporattivi jirriflettu riskju tal-kreditu speċifiku għall-isem. It-tlaqqigħ f'termini tal-karatteristiċi tal-kuntratt tal-ECA għandu jsir b'kawtela, bħat-terminu ta' maturità, u d-denominazzjoni tal-munita u kwalunkwe titjibiet fil-kreditu. Jekk jintużaw bonds korporattivi primarji (jiġifieri r-rendiment kumplessiv mal-ħruġ) jew bonds korporattivi sekondarji (jiġifieri l-firxa aġġustata għall-alternattiva fuq il-kurva xierqa, li normalment hija l-kurva tas-swap tal-munita rilevanti), l-ewwel għandhom jintużaw dawk għall-obbligant; jekk ma jkunux disponibbli, għandhom jintużaw bonds korporattivi primarji jew sekondarji għal mutwatarji paragunabbli u tranżazzjonijiet paragunabbli.
Swaps Speċifiċi għall-Isem ta' Inadempjenza tal-Kreditu
Swaps ta' Inadempjenza tal-Kreditu (CDS) huma forma ta' protezzjoni kontra l-inadempjenza. Il-firxa tas-CDS hija l-ammont imħallas f'kull perjodu mix-xerrej tas-CDS bħala perċentwal tal-prinċipal nozzjonali, u ġeneralment tiġi espressa f'punti bażi. Ix-xerrej tas-CDS jixtri b'mod effettiv assigurazzjoni kontra l-inadempjenza billi jagħmel pagamenti lix-xerrej tas-CDS għad-durata tas-swap, jew sakemm iseħħ l-avveniment tal-kreditu. Għandha tintuża kurva tas-CDS għall-obbligant fl-ewwel istanza; jekk mhux disponibbli, għandhom jiġu użati kurvi tas-CDs għal mutwatarji paragunabbli u tranżazzjonijiet paragunabbli.
Swaps Indiċizzati ta' Inadempjenza tal-Kreditu
Swap indiċizzat ta' Inadempjenza tal-Kreditu hija ġabra ta' CDS irreġistrati għal settur tal-industrija, jew sehem minnu, jew għal żona ġeografika. Il-firxiet tas-CDS miġbura hekk jirriflettu r-riskju tal-kreditu tas-segment partikolari tas-suq li l-indiċi qiegħed ikopri. Ir-rilevanza tiegħu tista' tinħass l-iktar f'każijiet fejn ma jkun hemm disponibbli ebda CDS speċifiċi għall-Isem jew meta s-suq għal CD speċifika għall-isem ikun illikwidu.
Normattivi tas-Self
Normattivi primarji tas-self (jiġifieri l-ipprezzar mal-ħruġ) jew normattivi sekondarji tas-self (jiġifieri r-redditu attwali fuq is-self mistenni mill-istituzzjoni finanzjarja li qed tixtri s-self minn istituzzjoni finanzjarja oħra). It-tariffi kollha jridu jkunu magħrufa għan-normattivi primarji tas-self sabiex ikun jista' jiġi kkalkolat ir-redditu kumplessiv. Jekk jintużaw in-normattivi tas-self, għandhom jintużaw dawk għall-obbligant fl-ewwel istanza; jekk mhux disponibbli, għandhom jiġu użati dawk għal mutwatarji paragunabbli u tranżazzjonijiet paragunabbli.
Kurvi Normattivi tas-Suq
Il-kurvi normattivi tas-suq jirriflettu r-riskju tal-kreditu ta' settur sħiħ jew klassi ta' xerrejja. Din l-informazzjoni dwar is-suq tista' tkun rilevanti meta ma jkunx hemm disponibbli informazzjoni speċifika għall-isem. B'mod ġenerali, il-kwalità tal-informazzjoni inerenti għal dawn is-swieq tiddependi fuq il-likwidità tagħhom. Fi kwalunkwe każ, wieħed għandu jfittex strumenti tas-suq li jipprovdu l-eqreb elementi f'termini tal-karatteristiċi tal-kuntratt tal-ECA, bħad-data, il-klassifikazzjoni tal-kreditu, it-terminu ta' maturità u d-denominazzjoni tal-munita.
Kost Medju Peżat tar-Riżorsi tal-Finanzjament (WACFR)
Mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tax-xerrej jista' jkun possibbli li jitkejjel il-WACFR. Hija rakkomandata kawtela meta jintuża dan il-metodu biex jiġi żgurat li l-kost medju tar-riżorsi finanzjarji ta' kumpanija jirrifletti l-kundizzjonijiet veri li bihom ġie pprovdut il-finanzjament.
“ANNESS X
IL-KRITERJI U L-KUNDIZZJONIJIET LI JIGGVERNAW L-APPLIKAZZJONI TA'GARANZIJA TA' RIPAGAMENT TA' PARTI TERZA U L-KLASSIFIKAZZJONI TA' ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI JEW REĠJONALI
GĦAN
Dan l-Anness jipprovdi l-kriterji u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta' garanziji ta' ripagament ta' parti terza, inkluża l-garanzija ta' ripagament ta' istituzzjoni multilaterali jew reġjonali kklassifikata skont l-Artikolu 24e) tal-Arranġament. Jipprovdi wkoll il-kriterji li skont dawn iridu jiġu vvalutati l-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali biex jiġi ddeterminat jekk istituzzjoni għandhiex tiġi kklassifikata b'rabta mal-Artikolu 28 tal-Arranġament.
APPLIKAZZJONI
Każ 1: Garanzija għall-Ammont Totali f'Riskju
Meta titolu fl-għamla ta' garanzija ta' ripagament minn entità jiġi pprovdut għall-ammont totali f'riskju (jiġifieri l-kapital u l-imgħax), il-Klassifikazzjoni applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej jistgħu jkunu dawk tal-garanti meta jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-garanzija tkopri kemm idum il-kreditu. |
|
— |
Il-garanzija hija irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u disponibbli meta tintalab. |
|
— |
Il-garanzija hija legalment valida u tista' tkun infurzata fil-ġuriżdizzjoni tal-pajjiż garanti. |
|
— |
Il-garanti huwa idoneu għall-kreditu f'relazzjoni mad-daqs tad-dejn iggarantit. |
|
— |
Il-garanti huwa soġġett għar-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment monetarju tal-pajjiż fejn jinsab. |
Għal Istituzzjonijiet Multilaterali jew Reġjonali kklassifikati li jaġixxu bħala garanti, japplikaw il-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-garanzija tkopri kemm idum il-kreditu. |
|
— |
Il-garanzija hija irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u disponibbli meta tintalab. |
|
— |
Il-garanti huwa legalment impenjat għall-ammont totali tal-kreditu. |
|
— |
Ir-ripagamenti jsiru direttament lill-kreditur. |
Jekk il-garanti huwa kumpanija sussidjarja/prinċipali tal-entità ggarantita, fuq bażi ta' każ b'każ, il-Parteċipanti jiddeterminaw jekk: (1) meta titqies ir-relazzjoni bejn il-kumpanija sussidjarja/prinċipali u l-grad ta' impenn legali min-naħa tal-kumpanija prinċipali, il-kumpanija sussidjarja/prinċipali hiex legalment u finanzjarjament indipendenti u tistax tissodisfa l-obbligi tal-ħlas tagħha; (2) il-kumpanija sussidjarja/prinċipali tistax tiġi affetwata minn avvenimenti/regolamenti lokali jew minn intervent sovran; u (3) l-Uffiċċju Prinċipali għandux fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas iqis lilu nnifsu bħala responsabbli.
Każ 2: Garanzija Limitata fl-Ammont
Meta titolu fl-għamla ta' garanzija ta' ripagament minn entità jiġi pprovdut għal ammont limitat f'riskju (jiġifieri kapital u mgħax), il-Klassifikazzjoni applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej jistgħu jkunu dawk tal-garanti għas-sehem tal-kreditu soġġett għall-garanzija, diment li jintlaħqu l-kriterji kollha l-oħrajn elenkati fil-Każ 1.
Għas-sehem mhux iggarantit, il-Klassifikazzjoni applikabbli tar-Riskju tal-Pajjiż u l-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej huma dawk tal-obbligant.
Il-Klassifikazzjoni tal-Istituzzjonijiet Multilaterali jew Reġjonali
L-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali jkunu eliġibbli għall-klassifikazzjoni jekk l-istituzzjoni hija eżenti b'mod ġenerali mir-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment monetarju tal-pajjiż fejn tinsab. Istituzzjonijiet bħal dawn jiġu kklassifikati fil-Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż minn 0 sa 7 fuq bażi ta' każ b'każ skont valutazzjoni tar-riskju ta' kull waħda fuq il-merti tagħha u billi jitqies jekk:
|
— |
l-istituzzjoni għandhiex indipendenza statutarja u finanzjarja; |
|
— |
l-assi kollha tal-istituzzjoni humiex immuni min-nazzjonalizzazzjoni jew mill-konfiska; |
|
— |
l-istituzzjoni għandhiex libertà sħiħa għat-trasferiment u għall-konverżjoni tal-fondi; |
|
— |
l-istituzzjoni hijiex soġġetta għal intervent governattiv fil-pajjiż fejn tinsab; |
|
— |
L-istituzzjoni għandiex immunità fiskali; kif ukoll |
|
— |
hemmx obbligu li l-pajjiżi Membri kollha tagħha jipprovdu kapital addizzjonali sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-istituzzjoni. |
Il-valutazzjoni għandha tqis ukoll ir-rekord storiku tal-ħlasijiet f'sitwazzjoniiet ta' nuqqas ta' ħlas ta' riskji ta' kreditu tal-pajjiż jew fil-pajjiż fejn tinsab jew fil-pajjiż xerrej/li qed jissellef; u kwalunkwe fattur ieħor li jista' jitqies xieraq fil-proċess ta' valutazzjoni.
Il-lista tal-istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali kklassifikati mhix magħluqa u Parteċipant jista' jinnomina istituzzjoni biex tkun riveduta skont il-konsiderazzjonijiet li ġew elenkati aktar 'il fuq. Il-Parteċipanti għandhom jagħmlu pubbliċi l-klassifikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali.
“ANNESS XI
ID-DESKRIZZJONIJIET KWALITATTIVI TAL-KATEGORIJI TAR-RISKJU TAX-XERREJ
Aħjar minn Sovran (SOV+)
Din hija klassifikazzjoni eċċezzjonali. L-entità li tikseb klassifikazzjoni bħal din hija waħda bi profil ta' kreditu b'saħħa eċċezzjonali li tista' tkun mistennija tissodisfa l-obbligi ta' ħlas tagħha matul perjodu ta' diffikultà minħabba dejn sovran jew saħansitra inadempjenza. L-Aġenziji Internazzjonali ta' Klassifikazzjoni tal-Kreditu joħorġu rapporti regolari li jelenkaw il-Klassifikazzjonijiet Korporattivi u tal-Kontroparti li jaqbżu l-Klassifikazzjoni tal-Munita Barranija tas-Sovrani. Ħlief meta s-sovran ta' riskju jkun ġie identifikat permezz tal-Metodoloġija ta' Valutazzjoni tar-Riskju Sovran bħala notevolment ogħla mir-riskju tal-pajjiż, Parteċipanti li jipproponu li entità tiġi kklassifikata bħala aħjar minn sovran għandhom jagħmlu referenza għat-tali klassifikazzjonijiet aħjar minn sovrani b'appoġġ tar-rakkomandazzjoni tagħhom. Biex tiġi kklassifikata bħala aħjar mis-sovran li jilqagħha, entità tkun mistennija turi bosta, jew normalment il-maġġoranza, tal-karatteristiċi li ġejjin jew ekwivalenti tagħhom:
|
— |
Profil ta' kreditu b'saħħtu; |
|
— |
qligħ sostanzjali mill-kambju relatat mal-piż tad-dejn tal-munita tagħha; |
|
— |
il-faċilitajiet ta' produzzjoni u l-ħila ta' ġenerazzjoni tal-flus mis-sussidjarji jew operazzjonijiet lil hinn mill-kosta, speċjalment dawk li jinsabu f'sovrani bi klassifikazzjoni għolja, jiġifieri impriżi multinazzjonali; |
|
— |
sid barrani jew imsieħeb strateġiku jistgħu jservu ta' sors ta' appoġġ finanzjarju fin-nuqqas ta' garanzija formali; |
|
— |
storja ta' trattament ta' preferenza tal-entità mis-sovran, inkluża eżenzjoni mit-trasferiment u r-restrizzjonijiet ta' konvertibilità u r-rekwiżiti ta' ċediment għall-proċeduri ta' esportazzjoni, u trattament favorevoli tat-taxxa; |
|
— |
linji ta' kreditu impenjati minn banek internazzjonali bi klassifikazzjoni għolja, speċjalment linji ta' kreditu mingħajr klawżola ta' bidla materjali avversa (MAC) li tippermetti lill-banek jirtiraw faċilitajiet impenjati fil-każ ta' kriżi sovrana jew avvenimenti oħrajn ta' riskju; u kif ukoll |
|
— |
assi miżmuma lil hinn mill-kosta, speċjalment assi likwidi, spiss minħabba regoli li jippermettu lill-esportaturi jaqbdu u jżommu bilanċi ta' flus lil hinn mill-kosta li huma disponibbli għal servizz tad-dejn. |
Normalment, il-kategorija tar-riskju tax-xerrej SOV+ mhijiex applikabbli għal:
|
— |
l-entitajiet u l-utilitajiet li huma proprjetà pubblika, sottosovrani bħal ministeri tal-linja, gvernijiet reġjonali, eċċ; |
|
— |
l-istituzzjonijiet finanzjarji domiċiljati fil-ġurisdizzjoni tas-sovran; kif ukoll |
|
— |
l-entitajiet li primarjament ibiegħu lis-suq domestiku fil-munita lokali. |
Sovran (SOV)
Obbliganti/garanti sovrani huma entitajiet li ngħataw mandat b'mod espliċitu u legali sabiex jidħlu f'obbligu ta' ħlas ta' dejn f'isem l-Istat Sovran, tipikament il-Ministeru tal-Finanzi jew il-Bank Ċentrali (15 18 22 *1 29 31 36 *2 37). Riskju magħżul bħala sovran huwa wieħed fejn:
|
— |
l-obbligant/il-garanti huwa legalment mandat biex jidħol f'obbligu ta' ħlas tad-dejn f'isem is-Sovran u b'hekk jimpenja r-rieda u l-kreditu sħaħ tas-sovran; kif ukoll |
|
— |
f'każ ta' skedar mill-ġdid ta' riskju sovran, id-dejn inkwistjoni jkun inkluż fl-obbligi ta' skedar mill-ġdid u ħlas miksuba mis-sovran permezz tal-iskedar mill-ġdid. |
Ekwivalenti għas-Sovran (CC0): Kwalità ta' Kreditu Eċċezzjonalment Tajba
Il-kategorija ta' ‘ekwivalenti għal sovran’ tħaddem fiha żewġ tipi bażiċi ta' obbliganti/garanti:
|
— |
Entitajiet pubbliċi fejn id-diliġenza xierqa turi li x-xerrej għandu r-rieda impliċita sħiħa u l-kreditu/appoġġ tas-sovran jew li l-probabilità ta' appoġġ ta' likwidità u solvenza minn sovran hija għolja ferm, kemm fir-rigward tal-prospetti ta' rkupru kif ukoll riskju ta' inadempjenza. L-entitajiet pubbliċi mhux sovrani ekwivalenti għas-sovran jinkludu wkoll kumpaniji proprjetà tal-gvern b'monopolju jew kważi monopolu f'operazzjonijiet f'settur (pereż. enerġija, żejt, gass). |
|
— |
Entitajiet korporattivi bi profil tal-kreditu eċċezzjonalment b'saħħtu, li juri karatteristiċi kemm f'termini ta' prospetti ta' inadempjenza kif ukoll ta' rkupru li jindikaw li r-riskju jista' jitqies bħala ekwivalenti għal sovran. Il-kandidati jistgħu jinkludu korporattivi blue-chip b'saħħithom jew banek ferm importanati li l-probabilità ta' appoġġ ta' likwidità u solvenza minn sovran tagħhom hija għolja. |
Kwalità ta' kreditu eċċezzjonalment tajba timplika li r-riskju ta' interruzzjoni ta' pagament huwa mistenni jkun negliġibbli u li l-entità għandha kapaċità ta' ripagament b'saħħa eċċezzjonali u mhuwiex probabbli li din il-kapaċità tkun affettwata minn avvenimenti prevedibbli. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' wħud mill-karatteristiċi li ġejjin, jew kollha f'daqqa, tal-profil kummerċjali u finanzjarju tal-entità:
|
— |
ġenerazzjoni tal-flus u dħul eċċezzjonalment tajba sa ferm tajba |
|
— |
livelli ta' likwidità eċċezzjonalment tajbin sa ferm tajbin |
|
— |
ingranaġġ eċċezzjonalment baxx sa ferm baxx |
|
— |
profil kummerċjali eċċellenti sa tajjeb ħafna b'ħiliet maniġerjali pprovati u ferm b'saħħithom |
L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità għolja ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.
Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC0 ikun ikklassifikat bejn AAA (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B (Kategorija 7 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.
Kwalità ta' Kreditu Tajba Ħafna (CC1)
Ir-riskju ta' interruzzjoni tal-pagament huwa mistenni li jkun baxx jew ferm baxx. L-obbligant/il-garanti għandu kapaċità ta' ripagament b'saħħitha ħafna u mhuwiex probabbli li din il-kapaċità tkun affettwata minn avvenimenti prevedibbli. L-obbligant/garanti għandu suxxettibilità limitata jew ferm limitata għal effetti avversi ta' bidliet f'ċirkustanzi u kundizzjonijiet ekonomiċi. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju, jekk mhux kollha kemm huma:
|
— |
ġenerazzjoni ta' flus u tad-dħul tajba ħafna sa tajba |
|
— |
livelli ta' likwidità tajbin ħafna sa tajbin |
|
— |
ingranaġġ baxx ħafna sa baxx |
|
— |
profil kummerċjali b'saħħtu ħafna b'ħiliet maniġerjali pprovati |
L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità għolja ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.
Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC1 ikun ikklassifikat bejn AAA (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B (Kategorija 7 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.
Kwalità tal-Kreditu Tajba sa Moderatament Tajba, Ogħla mill-Medja (CC2)
Ir-riskju ta' interruzzjoni tal-pagamenti huwa mistenni jkun baxx. L-obbligant/il-garanti għandu kapaċità ta' ripagament tajba sa moderatament tajba u huwa improbabbli li din il-kapaċità tkun affettwata minn avvenimenti prevedibbli. L-obbligant/il-garanti għandu suxxettibilità limitata għall-effetti avversi tal-bidliet f'ċirkustanzi u kundizzjonijiet ekonomiċi. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju, jekk mhux kollha kemm huma:
|
— |
ġenerazzjoni ta' flus u tad-dħul tajba sa moderatament tajba |
|
— |
livelli ta' likwidità tajbin sa moderatament tajbin |
|
— |
ingranaġġ baxx sa moderatament baxx |
|
— |
profil kummerċjali moderatament b'saħħtu b'ħiliet maniġerjali pprovati |
L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità għolja ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.
Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC2 ikun ikklassifikat bejn A+ (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B- jew agħar (Kategorija 7 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.
Kwalità tal-Kreditu Moderata, Medja (CC3)
Ir-riskju ta' interruzzjoni tal-pagamenti huwa mistenni jkun moderat jew moderatament baxx. L-obbligant/il-garanti għandu kapaċità ta' ripagament moderata jew moderatament tajba. Hemm possibilità ta' żvilupp tar-riskju tal-kreditu meta l-obbligant/il-garanti jaffaċċja inċertezzi kurrenti kbar jew espożizzjoni għal kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi li jistgħu jwasslu għal kapaċità inadegwata biex jagħmel pagamenti fil-ħin. Madankollu, l-alternattivi ta' negozju jew finanzjarji jistgħu jkunu disponibbli biex jippermettu li jintlaħqu l-impenji finanzjarji. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' uħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju, jekk mhux kollha kemm huma.
|
— |
ġenerazzjoni ta' flus u tad-dħul moderatament tajba sa moderata |
|
— |
livelli ta' likwidità moderatament tajbin sa moderati |
|
— |
ingranaġġ moderatament baxx sa moderat |
|
— |
profil kummerċjali moderat b'ħiliet maniġerjali pprovati |
L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità adegwata ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.
Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC3 ikun ikklassifikat bejn BBB+ (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B- jew agħar (Kategorija 6 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.
Kwalità tal-Kreditu Moderatament Dgħajfa, Inqas mill-Medja (CC4)
Ir-riskju ta' interruzzjoni tal-pagamenti hu mistenni jkun moderatament dgħajjef. L-obbligant/il-garanti għandu kapaċità ta' ripagament moderata sa moderatament dgħajfa. Hemm possibilità ta' żvilupp tar-riskju tal-kreditu meta l-obbligant/il-garanti jaffaċċja inċertezzi kurrenti kbar jew espożizzjoni għal kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi li jistgħu jwasslu għal kapaċità inadegwata biex jagħmel pagamenti fil-ħin. Madankollu, l-alterattivi ta' negozju jew finanzjarji jistgħu jkunu disponibbli biex jippermettu li jintlaħqu l-impenji finanzjarji. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju, jekk mhux kollha kemm huma:
|
— |
ġenerazzjoni ta' flus u tad-dħul moderata sa moderatament dgħajfa |
|
— |
livelli ta' likwidità moderati sa moderatament dgħajfin |
|
— |
ingranaġġ moderat sa moderatament għoli |
|
— |
profil kummerċjali moderatament dgħajjef bi storja limitata ta' ħiliet maniġerjali |
L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità adegwata ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.
Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC4 ikun ikklassifikat bejn BB+ (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B- jew agħar (Kategorija 5 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.
Kwalità tal-Kreditu Dgħajfa (CC5)
Ir-riskju ta' interruzzjoni tal-pagamenti huwa mistenni jkun għoli sa għoli ħafna. L-obbligant/il-garanti għandu kapaċità ta' ripagament moderatament dgħajfa sa dgħajfa. Bħalissa, l-obbligant/il-garanti għandu l-kapaċità li jwettaq ir-ripagamenti iżda baqa' marġni limitat ta' sikurezza. Madankollu, hemm probabilità li jiżviluppaw problemi tal-ħlas billi l-kapaċità għal pagament issoktat hija kontinġenti fuq ambjent kummerċjali u ekonomiku sostnut u favorevoli. Aktarx li kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi se jxekklu l-kapaċità jew ir-rieda ta' ripagament. Normalment, il-kwalità tal-kreditu tintwera f'taħlita ta' wħud mill-karatteristiċi tal-profil kummerċjali u finanzjarju, jekk mhux kollha kemm huma:
|
— |
ġenerazzjoni ta' flus u tad-dħul moderatament dgħajfa sa dgħajfa sa dgħajfa ħafna |
|
— |
livelli ta' likwidità moderatament dgħajfin sa dgħajfin |
|
— |
ingranaġġ moderatament għoli sa għoli |
|
— |
profil kummerċjali dgħajjef bi storja limitata jew ineżistenti ta' ħiliet maniġerjali |
L-entità hija kkaratterizzata wkoll minn kwalità fqira ta' divulgazzjoni finanzjarja u tas-sjieda, sakemm ma jkunx hemm probabilità għolja ħafna ta' appoġġ minn kumpanija prinċipali (jew sovran) bi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej li hija daqs jew aħjar minn dik li tikkorrispondi għall-kategorija tar-riskju tax-xerrej.
Skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż li fih huwa domiċiljat l-obbligant/il-garanti, huwa probabbli li obbligant/garanti kklassifikat fil-kategorija tar-riskju tax-xerrej CC5 ikun ikklassifikat bejn BB- (Kategorija 1 tal-Pajjiż) u B- jew agħar (Kategorija 4 tal-Pajjiż) minn CRAs akkreditati.
“ANNESS XII
IL-KRITERJI U L-KUNDIZZJONIJIET LI JIGGVERNAW L-APPLIKAZZJONI TAT-TEKNIKI TA' MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ
GĦAN
Dan l-Anness jipprovdi d-dettalji dwar l-użu tat-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż elenkati fl-Artikolu 30(a) tal-Arranġament u t-titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej elenkati fl-Artikolu 31(a) tal-Arranġament; dan jinkludi l-kriterji, il-kUndizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li japplikaw għall-użu tagħhom kif ukoll l-MEFs applikabbli.
TEKNIKI TA' MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ
1. Struttura lil Hinn Mill-Kosta tal-Fluss Futur (Offshore Future Flow Structure) Ikkombinata mal-Kont ta' Depożitu f'idejn Terz Lil Hinn Mill-Kosta (Offshore Escrow Account)
Definizzjoni:
Dokument miktub, bħal ftehim iffirmat jew rilaxx jew arranġament tal-fiduċjarji, issiġillat u kkonsenjat lil parti terza, jiġifieri persuna li mhix parti fl-istrument, biex jinżamm minn parti terza bħal din sakemm jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet u mbagħad jiġi kkonsenjat minnha lill-parti l-oħra biex jidħol fis-seħħ. Jekk il-kriterji li ġejjin jiġu sodisfatti bla ħsara għall-konsiderazzjoni tal-fatturi addizzjonali elenkati, din it-teknika tista' tnaqqas jew tneħħi r-riskji ta' trasferiment, prinċipalment fil-kategoriji tal-pajjiżi b'riskju ogħla.
Il-kriterji:
|
— |
Il-kont ta' depożitu f'idejn terz huwa relatat ma' proġett ta' qligħ minn munita barranija u l-flussi fil-kont ta' depożitu f'idejn terz jiġu ġġenerati mill-proġett innifsu u/jew minn ammonti riċevibbli tal-esportazzjoni lil hinn mill-kosta. |
|
— |
Il-kont ta' depożitu f'idejn terz jinżamm lil hinn mill-kosta, jiġifieri jinsab barra mill-pajjiż tal-proġett fejn hemm riskji ta' trasferiment jew riskji oħra tal-pajjiż tassew limitati (jiġifieri Pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli jew Pajjiż taż-Żona tal-Euro bi Dħul Għoli). |
|
— |
Il-kont ta' depożitu f'idejn terz jinsab f'bank tal-ewwel klassi li mhux ikkontrollat b'mod dirett jew b'mod indirett mill-interessi tal-obbligant jew mill-pajjiż tal-obbligant. |
|
— |
Il-fondi tal-kont jiġu garantiti permezz ta' kuntratti għal medda twila ta' żmien jew kuntratti xierqa oħra. |
|
— |
It-taħlita tas-sorsi tad-dħul (jiġifieri, iġġenerati mill-proġett innifsu u/jew mis-sorsi l-oħra) tal-obbligant li jiċċirkolaw mill-kont huma f'munita aċċettata minn kulħadd u huwa mistenni b'mod raġonevoli li jkunu kollettivament biżżejjed għas-servizz tad-dejn għal kemm se jdum il-kreditu, u ġejja minn klijent barrani b'sodezza kreditizja wieħed jew aktar li jinsab f'pajjiżi b'riskju aħjar mill-pajjiż li fih jinsab il-proġett (jiġifieri Pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli jew Pajjiż taż-Żona tal-Euro bi Dħul Għoli). |
|
— |
L-obbligant jagħti istruzzjonijiet, b'mod irrevokabbli, lill-klijenti barranin biex iħallsu direttament fil-kont (jiġifieri, il-ħlasijiet ma jintbagħtux permezz ta' kont li huwa kkontrollat mill-obbligant jew permezz tal-pajjiż tiegħu). |
|
— |
Il-fondi li jridu jinżammu fil-kont huma tajbin għal mill-inqas sitt xhur ta' servizz tad-dejn. Fejn qed jiġu applikati termini ta' ripagament flessibbli taħt struttura ta' finanzi ta' proġett, għandu jinżamm fil-kont ammont ekwivalenti għal sitt xhur effettivi ta' servizz tad-dejn taħt termini flessibbli bħal dawn; dan l-ammont jista' jvarja matul iż-żmien jiddependi mill-profil tas-servizz tad-dejn. |
|
— |
L-obbligant għandu aċċess ristrett għall-kont (jiġifieri, biss wara l-ħlas tas-servizz tad-dejn taħt il-kreditu). |
|
— |
Id-dħul iddepożitat fil-kont jiġi assenjat lis-sellief bħala benefiċjarju dirett, għat-tul ta' żmien kollu tal-kreditu. |
|
— |
Il-ftuħ tal-kont ingħata l-awtorizzazzjonjiet legali meħtieġa kollha mill-awtoritajiet lokali u minn kwalunkwe awtorità oħra xierqa. |
|
— |
Il-kont ta' depożitu f'idejn terz u l-arranġamenti kuntrattwali ma jistax ikollhom kundizzjonijiet marbuta magħhom u/jew ikunu revokabbli u/jew limitati f'kemm idumu. |
Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:
It-teknika tapplika għal konsiderazzjoni każ b'każ tal-karatteristiċi ta' hawn fuq u, inter alia, fir-rigward ta':
|
— |
il-pajjiż, l-obbligant (jiġifieri, jew pubbliku jew privat), is-settur, il-vulnerabbiltà f'rabta mal-komoditajiet jew mas-servizzi involuti, inkluża d-disponibbiltà tagħhom għad-durata kollha tal-kreditu, il-klijenti; |
|
— |
l-istrutturi legali, pereż. jekk il-mekkaniżmu huwiex immuni biżżejjed kontra l-influwenza tal-obbligant jew tal-pajjiż tiegħu; |
|
— |
il-grad safejn it-teknika tibqa' soġġetta għall-interferenza, għat-tiġdid jew għall-irtirar tal-gvern; |
|
— |
jekk il-kont hux imħares biżżejjed mir-riskji relatati mal-proġett; |
|
— |
l-ammont li se jiċċirkola fil-kont u l-mekkaniżmu biex titkompla l-provvista xierqa; |
|
— |
is-sitwazzjoni fir-rigward tal-Klabb ta' Pariġi (pereż. eżenzjoni possibbli); |
|
— |
l-impatt possibbli tar-riskji tal-pajjiż għajr għar-riskju tat-trasferiment; |
|
— |
il-ħarsien mir-riskji tal-pajjiż fejn jinsab il-kont; |
|
— |
Il-kuntratti mal-klijenti, inklużi n-natura tagħhom u kemm idumu; kif ukoll |
|
— |
l-ammont globali tal-qligħ barrani mistenni f'relazzjoni mal-ammont totali tal-kreditu.. |
Impatt fuq l-MPR
L-applikazzjoni ta' din it-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tista' tirriżulta f'titjib ta' kategorija waħda fil-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż għat-tranżazzjoni, ħlief għal tranżazzjonijiet fil-Kategorija 1 tar-Riskju tal-Pajjiż.
2. Il-Finanzjament bil-Munita Lokali (Local Currency Financing)
Definizzjoni:
Il-kuntratt u l-finanzjament innegozjati f'muniti lokali li jistgħu jiġu konvertiti u li huma disponibbli, għajr għal muniti li huma aċċettati minn kulħadd u li kienu ffinanzjati lokalment li jneħħi jew itaffi r-riskju ta' trasferiment. Fil-prinċipju, l-obbligu primarju tad-dejn f'munita lokali ma għandux ikun affettwat mis-seħħ tal-ewwel żewġ riskji tal-kreditu tal-pajjiż.
Il-kriterji:
|
— |
Il-ħlas tad-dejn u tal-klejms tal-ECA jew il-ħlas lis-Sellief Dirett jiġu espressi/isiru l-ħin kollu bil-munita lokali. |
|
— |
Normalment, l-ECA mhix esposta għar-riskju ta' trasferiment. |
|
— |
Normalment, mhu se jkun hemm l-ebda rekwiżit għal depożiti ta' munita lokali biex ikunu konvertiti f'munita li hija aċċettata minn kulħadd. |
|
— |
Ir-ripagament ta' dak li qed jissellef bil-munita tiegħu u fil-pajjiż tiegħu huwa ħlas validu ta' obbligu ta' dejn. |
|
— |
Jekk id-dħul ta' dak li qed jissellef huwa fil-munita lokali, dak li qed jissellef huwa mħares minn movimenti avversi tar-rata tal-kambju. |
|
— |
Ir-regolamenti dwar it-trasferiment fil-pajjiż ta' dak li qed jissellef ma għandhomx jaffetwaw l-obbligi ta' ripagament ta' dak li qed jissellef, li għandhom jibqgħu fil-munita lokali. |
Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:
It-teknika tapplika fuq bażi selettiva fejn għandhom x'jaqsmu muniti li jistgħu jiġu konvertiti u li huma trasferibbli, fejn l-ekonomija tal-bażi hija soda. L-ECA Parteċipanti għandha tkun f'pożizzjoni li tissodisfa l-obbligi tagħha li tħallas il-klejms li ġew espressi fil-munita tagħha fil-każ li l-munita lokali ssir jew ‘mhux trasferibbli’ jew ‘ma tkunx tista' tiġi konvertita’ wara li l-ECA tieħu d-dejn. (Madankollu Sellief Dirett għandu jġorr din l-espożizzjoni.)
Impatt fuq l-MPR
L-applikazzjoni ta' din it-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskji tista' tirriżulta fi skont ta' mhux iktar minn 20 % għas-sehem ta' kreditu tar-riskju tal-pajjiż tal-MPR (jiġifieri fattur tal-munita lokali [LCF] b'valur massimu ta' 0,2).
TITJIB FIL-KREDITU TAR-RISKJU TAX-XERREJ
It-tabella li ġejja tipprovdi d-definizzjonijiet ta' titjib fil-kreditu tar-riskju tax-xerrej li jistgħu jiġu applikati, flimkien mal-impatt massimu tagħhom fuq l-MPRs applikabbli permezz tas-CEF fil-formula tal-MPR.
|
Titjib fil-kreditu |
Definizzjoni |
CEF Massimu |
|
L-Assenjament tal-Qligħ jew ir-Riċevibbli ta' Kuntratt |
F'każ li mutwatarju għandu kuntratti ma' persuni li jidħlu għal ftehimiet ta' akkwist b'saħħithom, kemm barra l-pajjiż kif ukoll lokali, assenjament infurzabbli b'mod legali tal-kuntratt jipprovdi d-drittijiet biex jiġu infurzati l-kuntratti tal-mutwatarju u/jew biex isiru deċiżjonijiet skont kuntratti kbar fis-seħħ tal-mutwatarju wara inadempjenza skont is-self. Ftehim dirett ma' parti terza fi tranżazzjoni (aġenzija lokali tal-gvern fi tranżazzjoni tat-tħaffir jew l-enerġija) jippermetti lill-Mutwanti jidħlu f'kuntatt ma' gvern biex ifittxu li jiksbu rimedji għal esproprjazzjoni jew ksur ieħor ta' obbligi kuntrattwali marbutin mat-tranżazzjoni. Kumpanija eżistenti li topera f'suq jew settur diffiċli jista' jkollha riċevibbli relatati mal-bejgħ ta' produzzjoni ma' kumpanija jew kumpaniji li jinstabu f'ambjent iktar stabbli. Ġeneralment, ir-riċevibbli jkunu f'munita aċċettata b'mod ġenerali iżda mhux bilfors ikunu soġġetti għal relazzjoni kuntrattwali speċifika. L-assenjament ta' dawn ir-riċevibbli jistgħu jipprovdu titolu tal-assi fil-kontijiet tal-Mutwatarju, u b'hekk il-Mutwant jingħata trattament ta' preferenza fil-fluss tal-flus iġġenerat mill-Mutwatarju. |
0,10 |
|
Titolu Abbażi ta' Assi |
Kontroll ta' assi muri minn: (1) ipoteka fuq biċċa proprjetà ferm mobbli u ta' valur u (2) proprjetà li għandha valur sħiħ minnha nfisha. Titolu abbażi ta' assi huwa wieħed li jista' jerġa' jinxtara b'faċilità relattiva bħal lokomotiva, apparat mediku jew apparat għall-bini. Fil-valutazzjoni ta' titolu bħal dan, l-ECA għandha tieħu f'kunsiderazzjoni l-faċilità legali tal-irkupru. Fi kliem ieħor, hemm iktar valur meta l-imgħax tat-titolu fl-assi jkun perfezzjonat skont reġim legali stabbilit u huwa inqas ta' valur meta l-ħila legali ta' rkupru tal-assi tkun f'dubju. Il-valur eżatt ta' titolu abbażi ta' assi huwa stabbilit mis-suq, bis-‘suq’ rilevanti li jkun iktar fond minn suq lokali għaliex l-assi jista' jiċċaqlaq f'ġurisdizzjoni oħra. NOTA: L-applikazzjoni ta' titjib fil-kreditu ta' titolu abbażi ta' assi tapplika għar-riskju tax-xerrej, fejn it-titolu abbażi ta' assi jinżamm b'mod intern fil-pajjiż li fih tkun domiċiljata t-tranżazzjoni. |
0,25 |
|
Titolu ta' Assi Fissi |
Spiss, titolu ta' assi fissi huwa tagħmir ta' komponent li jista' jkun limitat mill-fiżikalità tiegħu bħal turbina jew makkinarju tal-manifattura integrat f'linja tal-assemblaġġ. L-intenzjoni u l-valur tat-titolu ta' assi fissi huma li jipprovdi lill-ECA b'iktar ingranaġġ fuq l-użu tal-assi fl-irkupru ta' telf fil-każ ta' inadempjenza. Il-valur ta' titolu ta' assi fissi jvarja skont fatturi ekonomiċi, legali, tas-suq u oħrajn. |
0,15 |
|
Kont miżmum minn terzi |
Il-kontijiet miżmuma minn terzi jinvolvu kontijiet ta' riżerva tas-servizz ta' dejn miżmuma bħala garanzija għall-mutwanti jew forom oħrajn ta' kontijiet ta' riċevibbli ta' flus miżmuma bħala garanzija għall-mutwanti minn parti mhux ikkontrollata jew li qed taqsam sjieda komuni max-xerrej/obbligant. L-ammont miżmum minn terzi jrid jiġi ddepożitat jew miżmum minn parti terzi minn qabel. Il-valur tat-tali garanzija kważi dejjem hu 100 % tal-ammont nominali fit-tali kontijiet ta' flus. Il-permess ta' kontroll ikbar fuq l-użu ta' flus jiżgura li d-dejn jitħallas lura qabel infiq ta' diskrezzjoni. NOTA: L-applikazzjoni ta' titjib fil-kreditu fuq il-kont miżmum minn terzi japplika għar-riskju tax-xerrej, fejn il-kont miżmum minn terzi qiegħed jinżamm b'mod intern fil-pajjiż li fih tinsab it-tranżazzjoni. Il-garanzija fi flus tnaqqas b'mod notevoli r-riskju ta' inadempjenza għall-ħlasijiet parzjali koperti. |
ammont miżmum minn terzi bħala % tal-kreditu sa massimu ta' 0,10 |
“ANNESS XIII
IL-LISTA TA' KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP
IL-LISTA TA' KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP TAL-PROĠETT FFINANZJATI MILL-GĦAJNUNA
F'dawn l-aħħar snin, id-DAC żviluppa numru ta' kriterji biex ikun żgurat li l-proġetti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma ffinanzjati b'mod sħiħ jew b'mod parzjali mill-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) jikkontribwixxu għall-iżvilupp. Essenzjalment jinsabu fid-dokumenti li ġejjin:
|
— |
Il-Prinċipji għall-Valutazzjoni tal-Proġett tad-DAC, 1988; |
|
— |
Prinċipji ta' Gwida għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp Marbuta u Parzjalment Mhux Marbuta tad-DAC, 1987; kif ukoll |
|
— |
Prattiki Tajba tax-Xiri għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, 1986. |
IL-KONSISTENZA TAL-PROĠETT MAL-PRIJORITAJIET TAL-INVESTIMENT ĠENERALI TAL-PAJJIŻ RIĊEVENTI (L-GĦAŻLA TAL-PROĠETT)
Il-proġett huwa parti mill-programmi ta' investiment u ta' nefqa pubblika li diġà ġew approvati mill-awtoritajiet finanzjarji u tal-ippjanar ċentrali tal-pajjiż riċeventi?
(Speċifika d-dokument tal-politika li jsemmi l-proġett, pereż. programm ta' investiment pubbliku tal-pajjiż riċevent.)
Il-proġett qed ikun kofinanzjat b'istituzzjoni internazzjonali tal-finanzi għall-iżvilupp?
Hemm xi prova li l-proġett ġie kkunsidrat u rifjutat minn istituzzjoni internazzjonali ta' finanzjament tal-iżvilupp jew Membru ieħor tad-DAC minħabba prijorità baxxa għall-iżvilupp?
Fil-każ ta' proġett tas-settur privat, kien approvat mill-gvern tal-pajjiż riċeventi?
Il-proġett jaqa' taħt xi ftehim intergovernattiv li jipprovdi għal firxa ikbar ta' attività ta' għajnuna mill pajjiż donatur fil-pajjiż riċevitur?
IL-PREPARAZZJONI U L-VALUTAZZJONI TAL-PROĠETT
Il-proġett tħejja, tfassal u ġie stmat bi kriterji ta' standard fl-isfond ta' sett ta' standards u kriterji ġeneralment konsistenti mal-Prinċipji ta' Stima tal-Proġetti (PPA — Principles for Project Appraisal) tad-DAC? Il-prinċipji rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-proġett taħt:
|
(a) |
L-aspetti ekonomiċi (il-paragrafi minn 30 sa 38 tal-PPA). |
|
(b) |
L-aspetti tekniċi (il-paragrafu 22 tal-PPA). |
|
(c) |
L-aspetti finanzjarji (il-paragrafi minn 23 sa 29 tal-PPA). |
Fil-każ ta' proġett li jipproduċi dħul, partikolarment jekk qed jipproduċi għal suq kompetittiv, l-element konċessjonali tal-finanzjament tal-għajnuna ġie mgħoddi lill-utent finali tal-fondi? (il-paragrafu 25 tal-PPA).
|
(a) |
Il-valutazzjoni istituzzjonali (il-paragrafi minn 40 sa 44 tal-PPA). |
|
(b) |
L-analiżi soċjali u tad-distribuzzjoni (il-paragrafi minn 47 sa 57 tal-PPA). |
|
(c) |
Il-valutazzjoni ambjentali (il-paragrafi minn 55 sa 57 tal-PPA). |
IL-PROĊEDURI TAX-XIRI
Liema mod ta' xiri se jintuża fost dawn li ġejjin? (Għad-definizzjonijiet, ara l-Prinċipji elenkati fil-Prattiki Tajba tax-Xiri għall-ODA).
|
(a) |
Irkant kompetittiv internazzjonali (il-Prinċipju tax-Xiri III u l-Anness 2 għalih: Il-kundizzjonijiet minimi għal irkant kompetittiv internazzjonali effettiv). |
|
(b) |
Irkant kompetittiv nazzjonali (il-Prinċipju tal-Akkwist IV). |
|
(c) |
Kompetizzjoni informali jew negozjati diretti (il-Prinċipji tal-Akkwist V A jew B). |
Huwa previst li jkunu kkontrollati l-prezz u l-kwalità tal-provvisti (il-paragrafu 63 tal-PPA)?
“ANNESS XIV
LISTA TAD-DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet tal-Arranġament:
(a) Impenn : kwalunkwe dikjarazzjoni, f'liema forma tkun, fejn tiġi kkomunikata lill-pajjiż riċeventi, lix-xerrej, lil dak li qed jissellef, lill-esportatur jew lill-istituzzjoni finanzjarja r-rieda tajba jew l-intenzjoni li jkun provdut appoġġ uffiċjali.
(b) Linja Komuni : ftehim bejn il-Parteċipanti sabiex jiftiehmu, għal tranżazzjoni partikolari jew f'ċirkostanzi speċjali, dwar termini u kundizzjonijiet finanzjarji speċifiċi għal appoġġ uffiċjali. Ir-regoli ta' Linja Komuni miftiehma jieħdu post ir-regoli tal-Arranġament biss għat-tranżazzjoni jew fiċ-ċirkostanzi li ġew speċifikati fil-Linja Komuni.
(c) Il-Livell ta' Konċessjonalità tal-Għajnuna Marbuta : fil-każ ta' għotjiet, il-livell ta' konċessjonalità huwa ta' 100 %. Fil-każ tas-self, il-livell ta' konċessjonalità huwa d-differenza bejn il-valur nominali tas-self u l-valur preżenti bi skont tal-ħlasijiet futuri tas-servizz tad-dejn li għandhom isiru minn dak li qed jissellef. Din id-differenza tiġi espressa bħala perċentwali tal-valur nominali tas-self.
(d) Dekummissjonar : l-għeluq jew iż-żarmar ta' impjant tal-enerġija nukleari.
(e) Il-Valur tal-Kuntratt tal-Esportazzjoni : l-ammont totali li għandu jitħallas minn jew f'isem ix-xerrej għall-oġġetti u/jew għas-servizzi esportati, jiġifieri esklużi l-ispejjeż lokali kif inhuma ddefiniti aktar 'il quddiem. Fil-każ ta' kiri, jeskludi l-porzjon tal-ħlas tal-kiri li huwa ekwivalenti għall-imgħax.
(f) Impenn Finali : għal tranżazzjoni tal-kreditu tal-esportazzjoni(jew fil-forma ta' tranżazzjoni waħda jew bħala linja ta' kreditu), jeżisti impenn finali meta l-Parteċipant jimpenja ruħu għal termini u kundizzjonijiet finanzjarji preċiżi u kompleti, jew permezz ta' ftehim reċiproku jew permezz ta' att unilaterali.
(g) Tagħbija Inizjali tal-Fjuwil : It-tagħbija inizjali tal-fjuwil tikkonsisti f'mhux aktar mill-qalba nukleari li ġiet installata inizjalment, flimkien ma' żewġ rikarigi sussegwenti, li flimkien jikkonsistu sa żewġ terzi ta' qalba nukleari.
(h) Appoġġ għar-Rata tal-Imgħax : arranġament bejn gvern u banek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra li jħalli l-provvista ta' finanzi għall-esportazzjoni b'rata ffissata bi jew 'il fuq mir-RRIK.
(i) Linja ta' Kreditu : qafas, f'liema forma jkun, għall-krediti tal-esportazzjoni li jkopri serje ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jew ma jistgħux ikunu marbuta ma' proġett speċfiku.
(j) Spejjeż Lokali : in-nefqa għal oġġetti u servizzi fil-pajjiż tax-xerrej li huma meħtieġa jew għat-twettiq tal-kuntratt tal-esportatur jew biex ikun ikkompletat il-proġett li minnu jifforma parti l-kuntratt tal-esportatur. Dawn jeskludu l-kummissjoni li titħallas lill-aġent tal-esportatur fil-pajjiż xerrej.
(k) Sempliċi Kopertura : appoġġ uffiċjali provdut minn jew f'isem gvern bħala garanzija jew assigurazzjoni għall-kreditu tal-esportazzjoni biss, jiġifieri li ma jibbenefikax minn appoġġ uffiċjali għall-finanzjament.
(l) It-Terminu tar-Ripagament : il-perjodu li jibda fil-punt tal-bidu tal-kreditu, kif jiġi ddefinit f'dan l-Anness, u li jintemm fid-data tal-kuntratt tar-ripagament finali tal-kapital.
(m) Il-Punt tal-Bidu tal-Kreditu :
|
1. |
Partijiet jew komponenti (oġġetti intermedji) inklużi s-servizzi relatati: fil-każ ta' partijiet jew komponenti, il-punt tal-bidu tal-kreditu mhux iktar tard mid-data effettiva tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti jew id-data intermedja mgħobbija (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti (inklużi s-servizzi, jekk applikabbli) mix-xerrej jew, għas-servizzi, id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizzi mill-klijent. |
|
2. |
Oġġetti kważi-kapitali, inklużi s-servizzi relatati — magni jew tagħmir, ġeneralment ta' valur tal-unità relattivament baxx, maħsuba biex ikunu użati fi proċess industrijali jew għal użu produttiv jew kummerċjali: fil-każ ta' oġġetti kważi-kapitali, il-punt tal-bidu tal-kreditu mhux aktar tard mid-data effettiva tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti jew mid-data intermedja mgħobbija (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) tal-aċċettazzjoni tal-oġġetti mix-xerrej jew, jekk l-esportatur għandu responsabbiltajiet biex jikkummissjona, mela l-aktar punt tal-bidu tard huwa fl-ikkummissjonar, jew għas-servizzi, id-data tas-sottomissjoni tal-fatturi lill-klijent jew l-aċċettazzjoni tas-servizz mill-klijent. Fil-każ ta' kuntratt għall-provvista ta' servizzi fejn il-fornitur għandu r-responsabbiltà għall-ikkummissjonar, il-punt tal-bidu l-aktar tard huwa l-ikkummissjonar. |
|
3. |
Oġġetti kapitali u servizzi tal-proġett — magni jew tagħmir ta' valur għoli maħsuba biex jintużaw fi proċess industrijali jew għal użu produttiv jew kummerċjali:
|
|
4. |
Impjanti jew fabbriki kompleti — unitajiet produttivi kompleti ta' valur għoli li jeħtieġu l-użu ta' oġġetti kapitali:
|
(n) Għajnuna Marbuta : għajnuna li tabilħaqq (fil-liġi jew fil-fatt) hija marbuta max-xiri ta' oġġetti u/jew servizzi mill-pajjiż donatur u/jew numru ristrett ta' pajjiżi; tinkludi self, għotjiet jew pakketti ta' finanzjament assoċjat b'livell ta' konċessjonalità akbar minn żero fil-mija.
Din id-definizzjoni tapplika kemm jekk l-‘irbit’ huwa permezz ta' ftehim formali jew permezz ta' kwalunkwe ftehim informali bejn il-pajjiż riċeventi u tal-pajjiż donatur, jew jekk pakkett jinkludi komponenti mill-forom li ġew stabbiliti fl-Artikolu 34 tal-Arranġament li mhumiex disponibbli b'mod liberu u b'mod sħiħ għax-xiri finanzjarju mill-pajjiż riċeventi, sostanzjalment il-pajjiżi li qed jiżviluppaw l-oħra kollha u mill-Parteċipanti, jew jekk jinvolvi prattiki li d-DAC jew il-Parteċipanti jqis ekwivalenti għal irbit bħal dan.
(o) Għajnuna Mhux Marbuta : għajnuna li tinkludi self jew għotjiet li l-qligħ minnhom huma disponibbli b'mod sħiħ u liberu għax-xiri finanzjarju minn kwalunke pajjiż.
(p) It-Tul ta' Żmien Medju differenzjat tal-Perjodu tar-Ripagament : iż-żmien li hemm bżonn biex ikun irtirat nofs il-kapital ta' kreditu. Dan jiġi kkalkulat bħala s-somma taż-żmien (fi snin) bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u kull ripagament tal-kapital peżat skont is-sehem tal-kapital ripagat f'kull data ta' ripagament.
(1) Kif iddefinit fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tal-OECD.
(2) Iddefinit mill-Bank Dinji fuq bażi annwali skont l-ING per capita.
(3) L-istatus ta' pajjiż f'termini ta': (1) jekk hux pajjiż bi Dħul Għoli (kif definit mill-Bank Dinji fuq il-bażi annwali skont l-ING per capita), (2) sħubija fl-OECD u (3) jekk hux parti miż-Żona tal-Euro kif rivedut fuq bażi annwali. L-għażla ta' pajjiż skont l-Artikolu 25c) bħala pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli jew pajjiż taż-Żona tal-Euro bi Dħul Għoli kif ukoll it-tneħħija ta' din il-ħatra se tidħol fis-seħħ biss wara li l-pajjiż id-dħul ta' klassifikazzjoni (Dħul Għoli jew mod ieħor) baqgħet ma nbidlitx għal sentejn konsekuttivi. Bidla ta' denominazzjoni tal-pajjiż bħala pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli jew pajjiż taż-Żona tal-Euro bi Dħul Għoli kif ukoll it-tneħħija ta' din il-ħatra relatat ma' bidla fi sħubija tal-OECD jew huwa parti miż-żona tal-euro se jidħlu fis-seħħ immedjatament fil-mument tar-reviżjoni annwali tal-istatus tal-pajjiżi.
(4) Ir-rekwiżit għal avviż minn qabel stabbilit fit-tielet inċiż tal-Artikolu 24(c) ma jibqax japplika mit-30 ta' Ġunju 2015.
(5) Ir-rati tal-primjum mitlubin għal tranżazzjonijiet ma' garanzija ta' parti terza pprovduta minn debitur f'pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli jew pajjiż taż-Żona tal-Euro bi Dħul Għoli huma soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24(c).
(6) Fil-każ ta' garanti ta' parti terza, il-klassifikazzjoni applikabbli tar-riskju tal-pajjiż u l-kategorija tar-riskju tax-xerrej iridu jkunu marbutni mal-istess entità, jiġifieri jew l-obbligant jew il-garanti.
(7) Għal finijiet amministrattivi, uħud mill-pajjiżi li huma eliġibbli biex jiġu kklassifikati f'waħda mit-tmien Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż ma jistgħux jiġu kklassifikati jekk ikunu ġeneralment ma jirċivux krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. Għal pajjiżi mhux ikklassifikati, il-Parteċipanti huma ħielsa biex japplikaw il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li jqisu bħala xierqa.
(8) Regoli relatati mal-klassifikazzjoni tax-xerrejja għandhom jinftiehmu li jistipulaw l-iktar klassifikazzjoni favorevoli li tista' tiġi applikata, pereżempju xerrej sovran jista' jiġi kklassifikat fi klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej inqas favorevoli.
(9) L-MPRs assoċjati mal-kategorija tar-riskju tax-xerrej Aħjar minn Sovrani (SOV+) huma 10 % inqas mill-MPRs assoċjati mal-kategorija tar-riskju tax-xerrej Sovrani (CC0).
(10) Is-Segretarjat jagħmel u jżomm lista tat-tali CRAs akkreditati.
(11) Meta l-mutwatarju mhux sovran jiġi kklassifikat minn iktar minn CRA waħda akkreditata, l-avviż ikun meħtieġ biss meta l-klassifikazzjoni tar-riskju tax-xerrej tkun iktar favorevoli mill-iktar waħda favorevoli fost il-klassifikazzjonijiet tas-CRA.
(12) Fir-rigward tar-riskju tax-xerrej, istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali kklassifikati jiġu kklassifikati fil-Kategorija tar-Riskju tax-Xerrej SOV/CC0.
(13) Ibbażat fuq ir-reviżjoni annwali mill-Bank Dinji tal-klassifikazzjoni tal-pajjiżi, għall-fini tal-eliġibilità għall-għajnuna marbuta se jintuża limitu ta' Dħul Gross Nazzjonali (DGN) per capita; limitu bħal dan huwa disponibbli fuq il-websajt tal-OECD (http://www.oecd.org/trade/exportcredits/classification.htm).
(14) Ir-rekwiżit għal avviż minn qabel stabbilit fit-tielet inċiż tal-Artikolu 24c) ma jibqax japplika mill-31 ta' Diċembru 2014.
(15) Madankollu, meta x-xerrej tal-istallazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija jkun l-istess bħax-xerrej tal-impjant tal-enerġija u l-kuntratt jiġi konkluż fir-rigward tal-istallazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija oriġinali għal dak l-impjant tal-enerġija, it-termini u l-kundizzjonijiet għall-istallazzjoni għat-trażmissjoni tal-enerġija oriġinali ma jkunux iktar favorevoli minn dawk għall-impjant tal-enerġija nukleari.
(16) L-Artikolu 1a)1) jirreferu.
(17) L-Artikoli 1a) minn 2) sa 4) jirreferu.
(18) Tiġi pprovduta spjegazzjoni meta l-klassifikazzjoni tar-riskji proposta ta' xerrej/mutwatarju taqbeż il-klassifikazzjoni tar-riskji tas-sovran li jospita.
(19) Għal tranżazzjoni b'valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni ta' inqas minn USD 5 miljun, Parteċipant li ma jixtieqx isegwi l-proċedura ta' klassifikazzjoni tar-riskji stabbilita fl-Artikoli minn 6 sa 8 ta' dan l-Appendiċi japplika l-klassifikazzjoni tar-riskji ‘8’ għax-xerrej/mutwatarju li huwa s-soġġett tat-tranżazzjoni u jinnotifika t-tranżazzjoni skont l-Artikolu 24a) ta' dan il-Ftehim Settorjali.
(20) Għal tranżazzjonijiet b'valur tal-kuntratt ta' esportazzjoni ta' inqas minn USD 5 miljuni, ikun japplika perjodu ta' ħamest ijiem tax-xogħol.
(21) Flimkien ma' informazzjoni dwar kwalunkwe involviment (ipprovduti b'rispett xieraq tad-dmirijiet ta' kunfidenzjalità).
(22) Flimkien ma' informazzjoni dwar kwalunkwe involviment (ipprovduti b'rispett xieraq tad-dmirijiet ta' kunfidenzjalità).
(23) Għall-fini ta' dan il-kwestjonarju, l-‘Istat’ huwa l-pajjiż li qiegħed jiġi propost sabiex jiżdied fil-Lista tal-Konvenzjoni ta' Cape Town skont l-Appendiċi II, Taqsima 2, II tal-ASU. Fejn xieraq, dawn il-mistoqsijiet jitwieġbu fir-rigward tal-liġijiet tal-‘unità territorjali’ partikolari tal-Istat li fih jinstab l-operatur rilevanti ta' inġenju tal-ajru (jew korp rilevanti ieħor kif stipulat fl-Artikolu 35(b) tal-Appendiċi II) u l-‘liġi nazzjonali’ tinqara bħala waħda li tinkludi referenza għal-liġi lokali rilevanti.
(24) Għall-fini ta' dan il-kwestonarju, ‘il-liġi nazzjonali’ tirreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali kollha ta' Stat, li tinkludi, iżda mhux limitata għall-Kostituzzjoni u l-Emendi fiha, kwalunkwe liġi jew regolament federali, statali u distrettwali.
(25) Pereżempju, li (i) it-trattati jirbħu fuq liġi oħra bħala kwistjoni ta' liġi qafas kostituzzjonali jew simili fi Stat X, jew (ii) il-leġiżlazzjoni hija meħtieġa fi Stat X, u għaddiet filwaqt li tistabbilixxi b'mod ċar il-prijorità tat-Trattat ta' Cape Town u/jew tirbaħ fuq liġi oħra bħal din, jew (iii) it-Trattat ta' Cape Town jew il-leġiżlazzjoni implimentattiva tiegħu hija (a) iktar speċifika minn liġi oħra (lex specialis derogat legi generali), u/jew (b) iktar tard fiż-żmien minn liġi oħra bħal din (lex posterior derogat legi priori), u minħabba (a) u/jew (b) prevalenzi fuq liġi oħra bħal din.
(26) Pereżempju, hemm xi raġuni oħra għaliex id-drittijiet u r-rimedji mogħtija lill-kredituri skont il-Konvenzjoni, inklużi dawk mogħtija skont il-QDs, ma jkunux (a) rikonoxxuti bħala effettivi jew (b) biżżejjed waħedhom, biex it-tali drittijiet u rimedji jkunu jistgħu jiġu eżerċitati b'mod validu fl-Istat?
(27) Eżempju ta' azzjoni amministrattiva għall-fini ta' din il-mistoqsija jista' jkun in-nuqqas tal-Istat li jimplimenta kwalunkwe proċeduri jew riżorsi biex idaħħal fis-seħħ dispożizjoni tal-Konvenzjoni jew Dikjarazzjoni Kwalifikattiva. Eżempju ieħor ikun in-nuqqas ta' Stat li jimplimenta proċeduri xierqa fir-reġistru tiegħu ta' inġenji tal-ajru għar-reġistrazzjoni ta' IDERAs.
(28) Fl-analiżi tiegħek inkludi kwalunkwe preċedent/deċiżjoni relatati mar-rikonoxximent ta' drittijiet ta' kredituri, inklużi ECAs, fejn rilevanti
(*1) Indika n-numru ta' multipli ta' USD 300 miljun ikbar minn USD 2 000 miljun.
(29) Huwa mifhum li r-Rakkomandazzjoni tal-2012 tapplika b'mod ugwali għal proġetti li mhumiex eliġibbli għal dawk it-termini u kundizzjonijiet finanzjarji.
(30) It-terminu massimu ta' ripagament għal riggijiet tat-tip jack-up użati fl-istallazzjoni ta' turbini li jaħdmu bir-riħ ikun ta' 12-il sena.
(31) Fil-każ ta' impjant imħaddem b'gass naturali, huwa mistenni li tinkiseb intensità tal-karbonju notevolment iktar baxxa.
(32) Effiċjenza fil-konverżjoni enerġetika tal-bojler (jew ġeneratur tal-fwar) = (Sħana netta esportata mill-fwarvalur tas-sħana jew kalorifiku LHV ipprovdut mill-fjuwil) (× 100 %).
(33) Effiċjenza tal-gassifikatur = (Valur kalorifiku tal-gass għal kull kg ta' fjuwil użatvalur kalorifiku nett medju (LHV) ta' kg ta' fjuwil) (100 %).
(34) Ir-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni IPCC: Il-bidla fil-klima 2007, http://www.ipcc.ch/publications_and_data/ar4/wg3/en/ch4s4-3-5.html
(35) L-effiċjenza totali tas-sistema (ηo) ta' sistema tas-CHP hija s-somma tal-output nett tal-enerġija utli (WE) u l-outputs netti termali utli (ΣQTH) diviżi bl-input totali ta' fjuwil (QFUEL), kif muri hawn taħt:
|
a) |
It-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3(d) japplikaw għal tranżazzjonijiet li għalihom jinħareġ impenn finali fi jew qabel il-31 ta' Diċembru 2015. |
|
b) |
Wara l-31 ta' Diċembru 2015, it-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3(d) se jitwaqqfu sakemm il-Parteċipanti ma jaqblux mod ieħor. |
|
c) |
Jekk jitwaqqfu, id-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 2u 3(d) se jinbidlu b'li ġej:
|
(*2) Indika n-numru tal-multipli tal-SDR 40 miljun li jeċċedu l-SDR 280 miljun, pereż. SDR 410 miljun għandhom ikunu nnotifikati bħala l-Kategorija XV + 3.
(37) Tipikament, dan ikun riskju fuq il-bank ċentrali jew il-Ministeru tal-Finanzi. Għal entitajiet tal-gvern ċentrali li mhumiex il-ministeru tal-finanzi, ikun hemm diliġenza dovuta sabiex jiġi affermat li l-entità timpejna r-rieda sħiħa u l-kreditu tas-sovran.