ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 35

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
11 ta' Frar 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/177 tal-10 ta' Frar 2016 li japprova s-sustanza attiva benzovindiflupir, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/178 tal-10 ta' Frar 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija ta' ċerti sustanzi aromatizzanti mil-lista tal-Unjoni ( 1 )

6

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/179 tal-10 ta' Frar 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/180 tad-9 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, għall-Litwanja u għall-Polonja (notifikata bid-dokument C(2016) 686)  ( 1 )

12

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/177

tal-10 ta' Frar 2016

li japprova s-sustanza attiva benzovindiflupir, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fl-20 ta' Diċembru 2012 Franza rċeviet applikazzjoni mingħand Syngenta Crop Protection AG għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva benzovindiflupir.

(2)

Fil-15 ta' Frar 2013, bħala l-Istat Membru relatur u b'konformità mal-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, Franza nnotifikat lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni..

(3)

Fil-25 ta' Marzu 2014, l-Istat Membru relatur ressaq abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni, b'kopja lill-Awtorità, li fih ġie vvalutat jekk dik is-sustanza attiva hix mistennija li tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. B'konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità talbet li l-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. L-evalwazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru relatur tressqet quddiem l-Awtorità fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni fi Frar 2015.

(5)

Fl-10 ta' Marzu 2015 l-Awtorità kkomunikat lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar jekk is-sustanza attiva benzovindiflupir tistax tkun mistennija tissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2). L-Awtorità għamlet il-konklużjonijiet tagħha disponibbli għall-pubbliku.

(6)

Fit-13 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' reviżjoni għall-benzovindiflupir lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, kif ukoll abbozz ta' Regolament li jistipula li s-sustanza benzovindiflupir hija approvata.

(7)

L-applikant ingħata l-possibbiltà li jressaq kummenti dwar ir-rapport ta' reviżjoni.

(8)

Ġie stabbilit li l-kriterji ta' approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar, ta' mill-anqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikolari l-użi li ġew ivvalutati u spjegati fir-rapport tar-rieżami tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, dawk il-kriterji għall-approvazzjoni jitqiesu li ntlaħqu.

(9)

Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-benzovindiflupir huwa kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Il-benzovindiflupir hija sustanza persistenti u tossika skont il-punti 3.7.2.1 u 3.7.2.3 rispettivament tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, peress li n-nofs ħajja fil-ħamrija u fis-sediment fl-ilma ħelu hija ogħla minn 120 jum u l-konċentrazzjoni bla effett osservat fit-tul għall-organiżmi tal-ilma ħelu hija inqas minn 0,01 mg/L. Għalhekk is-sustanza benzovindiflupir tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(10)

Għaldaqstant jixraq li s-sustanza benzovindiflupir tiġi approvata bħala kandidat għas-sostituzzjoni.

(11)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma.

(12)

B'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva bħala kandidat għas-sostituzzjoni

Is-sustanza attiva benzovindiflupir hija approvata bħala kandidat għas-sostituzzjoni kif stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat b'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  The EFSA Journal 2015;13(3):4043. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Benżovindiflupir

Nru tal-CAS: 1072957-71-1

Nru CIPAC: mhux disponibbli

N-[(1RS,4SR)-9-(diklorometilen)-1,2,3,4-tetraidro-1,4-metanonaftalen-5-il]-3-(difluworometil)-1-metilpirażol-4-karbossammid

960 g/kg (50/50) raċemat

2.3.2016

2.3.2023

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar il-benżovindiflupir, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi.

Fejn rilevanti, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskji.

L-applikant għandu jippreżenta informazzjoni ta' konferma dwar:

(1)

l-ispeċifikazzjoni teknika tas-sustanza attiva kif iffabbrikata (abbażi tal-produzzjoni fuq skala kummerċjali) inkluż ir-rilevanza ta' xi impuritajiet;

(2)

il-konformità tal-lottijiet maħsuba għall-istudji tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi mal-ispeċifikazzjoni teknika kkonfermata;

(3)

l-effett tal-proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta' taħt l-art jiġi estratt biex jintuża għax-xorb.

L-applikant għandu jippreżenta l-informazzjoni mitluba skont il-punti (1) u (2) lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sat-2 ta' Settembru 2016 u l-informazzjoni li hija mitluba fil-punt (3) qabel ma jgħaddu sentejn wara l-adozzjoni ta' dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jinsabu fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art.


(1)  Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport ta' rieżami.


ANNESS II

Fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

 

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“4

Benżovindiflupir

Nru tal-CAS: 1072957-71-1

Nru CIPAC: mhux disponibbli

N-[(1RS,4SR)-9-(diklorometilen)-1,2,3,4-tetraidro-1,4-metanonaftalen-5-il]-3-(difluworometil)-1-metilpirażol-4-karbossammid

960 g/kg (50/50) raċemat

2.3.2016

2.3.2023

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar il-benżovindiflupir, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi.

Fejn rilevanti, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskji.

L-applikant għandu jippreżenta informazzjoni ta' konferma dwar:

(1)

l-ispeċifikazzjoni teknika tas-sustanza attiva kif iffabbrikata (abbażi tal-produzzjoni fuq skala kummerċjali) inkluż ir-rilevanza ta' xi impuritajiet;

(2)

il-konformità tal-lottijiet maħsuba għall-istudji tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi mal-ispeċifikazzjoni teknika kkonfermata;

(3)

l-effett tal-proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta' taħt l-art jiġi estratt biex jintuża għax-xorb.

L-applikant għandu jippreżenta l-informazzjoni mitluba skont il-punti (1) u (2) lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sat-2 ta' Settembru 2016 u l-informazzjoni li hija mitluba fil-punt (3) qabel ma jgħaddu sentejn wara l-adozzjoni ta' dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jinsabu fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art.”


(1)  Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport ta' rieżami.


11.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/178

tal-10 ta' Frar 2016

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija ta' ċerti sustanzi aromatizzanti mil-lista tal-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 25(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuqu u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru, jew parti interessata, jressaq applikazzjoni għal dan.

(4)

Il-lista tal-Unjoni tal-aromatizzanti u tal-materjali tas-sors fiha għadd ta' sustanzi li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għadha ma temmitx l-evalwazzjoni tagħhom jew talbet dejta xjentifika addizzjonali sabiex tkun tista' tlesti l-evalwazzjoni tagħhom. Għal erbgħa minn dawn is-sustanzi, jiġifieri, vetiverol (FL No 02.214), vetiveril aċetat (FL No 09.821), 2-aċetil-1,4,5,6-tetraidropiridina (FL No 14.079), u 2-propjonil pirrolina 1 % trigliċeridi taż-żejt veġetali (FL No 14.168), il-persuni responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' dawn is-sustanzi aromatizzanti issa rtiraw din l-applikazzjoni. Għaldaqstant, dawn is-sustanzi aromatizzanti għandhom jitneħħew mil-lista tal-Unjoni.

(5)

Fir-rigward tas-sustanza metil-2-merkaptopropjonat (FL No 12.266), il-persuna responsabbli għat-tqegħid tagħha fis-suq indikat li hija ma għadhiex tappoġġja l-użu tiegħu. Għaldaqstant, dawn is-sustanzi aromatizzanti għandhom jitneħħew mil-lista tal-Unjoni.

(6)

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 (4) jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-ikel li fih sustanzi aromatizzanti li jitqiegħed fis-suq jew li jiġi ttikkettat legalment skont il-liġi qabel it-22 ta' Ottubru 2014 biex tiġi żgurata tranżizzjoni faċli fis-suq. Għaldaqstant, għandu jingħata perjodu ta' tranżizzjoni addizzjonali għall-ikel li fih dawk il-ħames sustanzi aromatizzanti sabiex l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ikel li fih sustanzi aromatizzanti vetiverol (FL No 02.214), vetiveril aċetat (FL No 09.821), metil-2-merkaptopropionat (FL No 12.266), 2-aċetil-1,4,5,6-tetraidropiridina (FL No 14.079), u 2-propionil pirrolina 1 % trigliċeridi taż-żejt veġetali (FL No 14.168), li jitqiegħed fis-suq jew jiġi ttikkettat qabel 6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament iżda li ma jikkonformax mal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jista' jiġi kkumerċjalizzat sad-data ta' durabbiltà minima tiegħu jew sad-data “uża sa”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta' taħwiriet u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 162).


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, jitħassru dawn l-annotazzjonijiet:

“02.214

Vetiverol

89-88-3

1866

10321

 

 

2

EFSA

09.821

Vetiverilaċetat

117-98-6

1867

11887

 

 

2

EFSA

12.266

Metil-2-merkaptopropjonat

53907-46-3

 

 

 

 

 

EFSA

14.079

2-aċetil-1,4,5,6-tetraidropiridina

27300-27-2

 

 

 

 

2

EFSA

14.168

2-propjonil pirrolina 1 % trigliċeridi taż-żejt veġetali

133447-37-7

1605

 

 

 

2

EFSA”


11.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/179

tal-10 ta' Frar 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

253,6

IL

236,2

MA

97,0

TR

113,0

ZZ

175,0

0707 00 05

MA

85,9

TR

181,2

ZZ

133,6

0709 91 00

EG

194,3

ZZ

194,3

0709 93 10

MA

37,0

TR

155,3

ZZ

96,2

0805 10 20

BR

63,2

EG

45,5

IL

100,8

MA

57,3

TN

52,7

TR

49,9

ZZ

61,6

0805 20 10

IL

120,0

MA

95,2

ZZ

107,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

72,6

IL

148,7

JM

156,4

MA

109,6

TR

74,7

ZZ

112,4

0805 50 10

TR

93,8

ZZ

93,8

0808 10 80

CA

138,9

CL

88,4

US

138,7

ZZ

122,0

0808 30 90

CL

181,1

CN

86,8

TR

81,0

ZA

124,4

ZZ

118,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

11.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/12


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/180

tad-9 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, għall-Litwanja u għall-Polonja

(notifikata bid-dokument C(2016) 686)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri fil-Partijiet I, II, III u IV ta' dak l-Anness differenzjati permezz tal-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Litwanja u tal-Polonja.

(2)

Minn Settembru 2014 ma ġietx notifikata tifqigħa ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fir-rajono savivaldybė ta' Ignalina, Molėtai, Rokiškis, Švenčionys, Utena, Zarasai u s-savivaldybė ta' Visaginas fil-Litwanja. Barra minn hekk, ġiet implimentata b'mod sodisfaċenti s-superviżjoni tal-miżuri tal-bijosigurtà fl-intrapriżi u r-riżultati ta' sorveljanza juru n-nuqqas ta' preżenza tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-intrapriżi f'dawk iż-żoni tal-Litwanja. Dan jindika titjib fis-sitwazzjoni epidemjoloġika. B'hekk, dawk iż-żoni ta' dak l-Istat Membru għandhom issa jiġu elenkati fil-Parti II, minflok fil-Parti III, tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(3)

F'Diċembru 2015, kien hemm okkorrenza ta' ftit każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċinġjal fl-Estonja, fil-Litwanja u fil-Polonja, fiż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, qrib ħafna taż-żoni elenkati fil-Parti I ta' dak l-Anness. Fl-istess perjodu, kien hemm okkorrenza ta' każ wieħed tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjal fl-Estonja fiż-żona elenkata fil-Parti I ta' dak l-Anness.

(4)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju li tirrappreżenta s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, fil-Litwanja u fil-Polonja. Sabiex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali, u biex ikun evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, għandha tiġi emendata l-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE sabiex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, fil-Litwanja u fil-Polonja.

(5)

Għalhekk id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi emendata biex jiġu modifikati ż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Estonja u tal-Polonja u fil-Partijiet I, II u III tal-Litwanja.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


ANNESS

“ANNESS

PARTI I

1.   L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

il-linn ta' Keila,

il-linn ta' Kunda,

il-linn ta' Loksa,

il-linn ta' Maardu,

il-linn ta' Mustvee,

il-linn ta' Pärnu,

il-linn ta' Saue,

il-linn ta' Tallinn,

il-maakond ta' Läänemaa,

il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fit-Tramuntana tat-triq 1 (E20),

il-vald ta' Audru,

il-vald ta' Haljala,

il-vald ta' Harku,

il-vald ta' Jõelähtme,

il-vald ta' Keila,

il-vald ta' Kernu,

il-vald ta' Kiili,

il-vald ta' Koonga,

il-vald ta' Lavassaare,

il-vald ta' Nissi,

il-vald ta' Padise,

il-vald ta' Raasiku,

il-vald ta' Rae,

il-vald ta' Saku,

il-vald ta' Saue,

il-vald ta' Sauga,

il-vald ta' Sindi,

il-vald ta' Tõstamaa,

il-vald ta' Varbla,

il-vald ta' Vasalemma,

il-vald ta' Vihula,

il-vald ta' Viimsi.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Suntažu u Ogresgala,

in-novads ta' Ādažu,

in-novads ta' Amatas,

in-novads ta' Carnikavas,

in-novads ta' Garkalnes,

in-novads ta' Ikšķiles,

in-novads ta' Inčukalna,

in-novads ta' Jaunjelgavas,

in-novads ta' Ķeguma,

in-novads ta' Līgatnes,

in-novads ta' Mālpils,

in-novads ta' Neretas,

in-novads ta' Ropažu,

in-novads ta' Salas,

in-novads ta' Siguldas,

in-novads ta' Vecumnieku,

in-novads ta' Viesītes.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Jurbarkas, is-seniūnijos ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių,

fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnijos ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, il-parti tas-seniūnijos ta' Krekenavos li tinsab fil-punent tax-xmara Nevėžis,

fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnijos ta' Ariogalos, il-miestas ta' Ariogalos, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,

fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnijos ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,

ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,

is-savivaldybė ta' Kalvarija,

is-savivaldybė ta' Kazlų Rūda,

is-savivaldybė ta' Marijampolė.

4.   Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

Fil-województwo podlaskie:

il-gminy ta' Augustów mal-belt ta' Augustów, Nowinka, Płaska, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat augustowski,

il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady u Dobrzyniewo Duże fil-powiat białostocki,

il-gminy ta' Dubicze Cerkiewne, Kleszczele u Czeremcha fil-powiat hajnowski,

il-gminy ta' Grodzisk, Dziadkowice u Milejczyce fil-powiat siemiatycki,

il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły, Wysokie Mazowieckie mal-belt ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fil-powiat wysokomazowiecki,

il-powiat sejneński,

il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat suwalski,

il-gmina ta' Rutki fil-powiat zambrowski,

il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat sokólski,

il-powiat bielski,

il-powiat M. Białystok,

il-powiat M. Suwałki,

il-powiat moniecki.

PARTI II

1.   L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

il-linn ta' Kallaste,

il-linn ta' Rakvere,

il-linn ta' Tartu,

il-linn ta' Vändra,

il-linn ta' Viljandi,

il-maakond ta' Ida-Virumaa,

il-maakond ta' Põlvamaa,

il-maakond ta' Raplamaa,

il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq 1 (E20),

il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Lvant tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Punent tat-triq 24126,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq 49,

il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Lvant tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja definita permezz tal-parti tal-Punent tat-triq 92 sal-ġunzjoni tat-triq 155, imbagħad it-triq 155 sal-ġunzjoni tat-triq 24156, imbagħad it-triq 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, imbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tasal sal-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Abja,

il-vald ta' Aegviidu,

il-vald ta' Alatskivi,

il-vald ta' Anija,

il-vald ta' Are,

il-vald ta' Häädemeeste,

il-vald ta' Haaslava,

il-vald ta' Halinga,

il-vald ta' Halliste,

il-vald ta' Kadrina,

il-vald ta' Kambja,

il-vald ta' Karksi,

il-vald ta' Kasepää,

il-vald ta' Kõpu,

il-vald ta' Kose,

il-vald ta' Kõue,

il-vald ta' Laekvere,

il-vald ta' Luunja,

il-vald ta' Mäksa,

il-vald ta' Meeksi,

il-vald ta' Paikuse,

il-vald ta' Pala,

il-vald ta' Peipsiääre,

il-vald ta' Piirissaare,

il-vald ta' Rägavere,

il-vald ta' Rakvere,

il-vald ta' Saarde,

il-vald ta' Saare,

il-vald ta' Sõmeru,

il-vald ta' Surju,

il-vald ta' Tahkuranna,

il-vald ta' Tapa,

il-vald ta' Tootsi,

il-vald ta' Tori,

il-vald ta' Vändra,

il-vald ta' Vara,

il-vald ta' Vinni,

il-vald ta' Viru-Nigula,

il-vald ta' Võnnu.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

in-novads ta' Krimuldas,

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidrižu, Limbažu u Umurgas,

fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Krapes, Ķeipenes, Lauberes, Madlienas, Mazozolu, Menģeles u Taurupes,

in-novads ta' Priekuļu,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes,

in-novads ta' Aizkraukles,

in-novads ta' Aknīstes,

in-novads ta' Alūksnes,

in-novads ta' Apes,

in-novads ta' Baltinavas,

in-novads ta' Balvi,

in-novads ta' Cēsu,

in-novads ta' Cesvaines,

in-novads ta' Ērgļu,

in-novads ta' Gulbenes,

in-novads ta' Ilūkstes,

in-novads ta' Jaunpiebalgas,

in-novads ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Kocēnu,

in-novads ta' Kokneses,

in-novads ta' Krustpils,

in-novads ta' Lielvārdes,

in-novads ta' Līvānu,

in-novads ta' Lubānas,

in-novads ta' Madonas,

in-novads ta' Pārgaujas,

in-novads ta' Pļaviņu,

in-novads ta' Raunas,

in-novads ta' Rugāju,

in-novads ta' Saulkrastu,

in-novads ta' Sējas,

in-novads ta' Skrīveru,

in-novads ta' Smiltenes,

in-novads ta' Varakļānu,

in-novads ta' Vecpiebalgas,

in-novads ta' Viļakas,

ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils,

ir-republikas pilsēta ta' Valmiera.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai, u l-parti ta' Svėdasai li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq Nru 118,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Šilų, Bukonių u, fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimai ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnijos tal-apylinkės ta' Kaišiadorių, Kruonio, Nemaitonių, Paparčių, Žąslių, Žiežmarių, l-apylinkės ta' Žiežmarių u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq N. A1,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, l-apylinkių ta' Garliavos, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, l-apylinkių ta' Vilkijos u Zapyškio,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnijos ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, il-miesto ta' Kėdainių,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnijos ta' Karsakiškio, Naujamiesčio, Miežiškių, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Raguvos, Smilgių, Upytės, Vadoklių,Velžio u l-aħħar parti tas-seniūnija ta' Krekenavos li tinsab fil-Lvant tax-xmara Nevėžis,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių,

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės,

il-miesto savivaldybė ta' Alytus,

il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys,

il-miesto savivaldybė ta' Kaunas,

il-miesto savivaldybė ta' Panevėžys,

il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,

ir-rajono savivaldybė ta' Alytus,

ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,

ir-rajono savivaldybė ta' Druskininkai,

ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina,

ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai,

ir-rajono savivaldybė ta' Molėtai,

ir-rajono savivaldybė ta' Prienai,

ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

ir-rajono savivaldybė ta' Švenčionys,

ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė,

ir-rajono savivaldybė ta' Utena,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilnius,

ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai,

is-savivaldybė ta' Birštonas,

is-savivaldybė ta' Elektrėnai,

is-savivaldybė ta' Visaginas.

4.   Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

Fil-podlaskie województwo:

il-gminy ta' Czarna Białostocka, Supraśl, Wasilków u Zabłudów fil-powiat białostocki,

il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Nowy Dwór u Sidra fil-powiat sokólski,

il-gmina ta' Lipsk fil-powiat augustowski,

il-gminy ta' Czyże, Białowieża, Hajnówka mal-belt ta' Hajnówka, Narew u Narewka fil-powiat hajnowski.

PARTI III

1.   L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

il-linn ta' Elva,

il-linn ta' Jõgeva,

il-linn ta' Põltsamaa,

il-linn ta' Võhma,

il-maakond ta' Järvamaa,

il-maakond ta' Valgamaa,

il-maakond ta' Võrumaa,

il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Punent tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Lvant tat-triq 24126,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq 49,

il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Punent tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-modija ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja definita permezz tal-parti tal-Punent tat-triq 92 sal-ġunzjoni tat-triq 155, imbagħad it-triq 155 sal-ġunzjoni tat-triq 24156, imbagħad it-triq 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, imbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tasal sal-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Jõgeva,

il-vald ta' Kolga-Jaani,

il-vald ta' Konguta,

il-vald ta' Kõo,

il-vald ta' Laeva,

il-vald ta' Nõo,

il-vald ta' Paistu,

il-vald ta' Pajusi,

il-vald ta' Põltsamaa,

il-vald ta' Puhja,

il-vald ta' Puurmani,

il-vald ta' Rakke,

il-vald ta' Rannu,

il-vald ta' Rõngu,

il-vald ta' Saarepeedi,

il-vald ta' Tähtvere,

il-vald ta' Tarvastu,

il-vald ta' Torma,

il-vald ta' Ülenurme,

il-vald ta' Väike-Maarja.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas,

in-novads ta' Aglonas,

in-novads ta' Alojas,

in-novads ta' Beverīnas,

in-novads ta' Burtnieku,

in-novads ta' Ciblas,

in-novads ta' Dagdas,

in-novads ta' Daugavpils,

in-novads ta' Kārsavas,

in-novads ta' Krāslavas,

in-novads ta' Ludzas,

in-novads ta' Mazsalacas,

in-novads ta' Naukšēnu,

in-novads ta' Preiļu,

in-novads ta' Rēzeknes,

in-novads ta' Riebiņu,

in-novads ta' Rūjienas,

in-novads ta' Strenču,

in-novads ta' Valkas,

in-novads ta' Vārkavas,

in-novads ta' Viļānu,

in-novads ta' Zilupes,

ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils,

ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnija ta' Viešintos u l-parti tas-seniūnija ta' Svėdasai li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Nru 118,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimai Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u l-miestelis ta' Žeimių,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnijos ta' Palomenės, Pravieniškių u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fit-Tramuntana tat-triq N. A1,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos, Kalesninkų,

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos, Vydenių,

il-miesto savivaldybė ta' Jonava,

ir-rajono savivaldybė ta' Kupiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,

4.   Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

Fil-podlaskie województwo:

il-gminy ta' Gródek u Michałowo fil-powiat białostocki,

il-gminy ta' Krynki, Kuźnica, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat sokólski.

PARTI IV

L-Italja

Iż-żoni li ġejjin fl-Italja:

iż-żoni kollha ta' Sardenja.”