|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 59 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
10.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/151
tal-1 ta' Ottubru 2014
dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31550 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġemanja għal Nürburgring
(notifikata bid-dokument C(2014) 3634)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li sejħet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet iċċitati hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
1.1. INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(1) |
Bejn l-2002 u l-2012, il-Ġermanja adottat għadd ta' miżuri ta' appoġġ fir-rigward tal-korsa Ġermaniża ta' Nürburgring, inklużi miżuri ta' appoġġ marbutin mal-bini ta' park ta' divertiment, lukandi u ristoranti kif ukoll mal-organizzazzjoni ta' tiġrijiet tal-Formula 1. Il-kumpless Nürburgring kien proprjetà tal-kumpaniji tal-Istat Nürburgring GmbH (“NG”), Motorsport Resort Nürburgring GmbH (“MSR”) u Congress- und Motorsport Hotel Nürburgring GmbH (“CMHN”). |
|
(2) |
F'Lulju 2010, Eifelpark GmbH (“Eifelpark”), sid park ta' divertiment fir-reġjun Ġermaniż ta' Eifel għarraf lill-Kummissjoni dwar l-allegata għajnuna mill-istat involuta fl-hekk imsejjaħ proġett “Nürburgring 2009” u rigward il-finanzjament tal-kostruzzjoni tal-faċilitajiet ta' divertiment fil-korsa ta' Nürburgring. F'April 2011, il-Kummissjoni rċeviet it-tieni lment dwar l-għajnuna mill-Istat mingħand l-assoċjazzjoni Ġermaniża għall-isport awtomobilistiku “Ja zum Nürburgring e.V.”. Din tal-aħħar kienet imħassba li l-proġett Nürburgring 2009 — li allegatament kien qed jagħmel it-telf — iqiegħed l-attivitajiet tal-korsa stess f'riskju. |
|
(3) |
Permezz ta' ittra datata l-21 ta' Marzu 2012 (“id-deċiżjoni tal-21 ta' Marzu 2012”), il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja li kienet iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tal-miżuri ta' għajnuna 1-17 deskritti fit-tieni servizz ta' din id-deċiżjoni (“il-proċedura ta' investigazzjoni formali”) (2). Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri. |
|
(4) |
Fil-15 ta' Mejju 2012, il-Ġermanja adottat miżuri ta' appoġġ ġodda (il-miżuri 18 u 19) deskritti fit-tieni servizz iktar 'il quddiem u nnotifikathom fil-25 ta' Mejju 2012. Permezz ta' ittra data tas-7 ta' Awwissu 2012 (“id-deċiżjoni tas-7 ta' Awwissu 2012”), il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja li kienet iddeċidiet li testendi l-proċedura ta' investigazzjoni formali fir-rigward tal-miżuri ta' għajnuna l-ġodda (4). Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi l-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri l-ġodda. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-Ġermanja fit-23 ta' April 2012, il-15 ta' Ġunju 2012, it-18 ta' Lulju 2012, l-20 ta' Lulju 2012, is-17 ta' Awwissu 2012, is-7 ta' Settembru 2012 u t-18 ta' Jannar 2013. Rigward id-deċiżjoni tal-21 ta' Marzu 2012, disa' partijiet interessati pprovdew lill-Kummissjoni b'kummenti bejn id-9 ta' Awwissu 2012 u t-18 ta' Ottubru 2012. Fit-18 ta' Ottubru 2012 u t-23 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni għaddiet il-kummenti tal-partijiet interessati lill-Ġermanja. Il-Ġermanja wieġbet fil-15 ta' Novembru 2012. B'rabta mad-deċiżjoni tas-7 ta' Awwissu 2012, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand tliet partijiet interessati bejn il-5 ta' Novembru 2012 u t-30 ta' Novembru 2012. Fit-3 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti tal-partijiet interessati lill-Ġermanja. Il-Ġermanja wieġbet fit-2 ta' Jannar 2013. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni mingħand il-Ġermanja fid-29 ta' Jannar 2013, l-4 ta' Ġunju 2014 u l-5 ta' Ġunju 2014, u l-Ġermanja wieġbet fil-15 ta' April 2013, l-4 ta' Ġunju 2014 u s-6 ta' Ġunju 2014, rispettivament. |
1.2. IL-PROĊEDMENTI TA' INSOLVENZA U L-BEJGĦ TAL-ASSI
|
(7) |
Fl-24 ta' Lulju 2012, il-qorti lokali f'Bad Neuenahr-Ahrweiler ordnat amministrazzjoni preliminari proprja tal-assi (“vorläufige Eigenverwaltung des Vermögens”) tal-kumpaniji sidien ta' Nürburgring, jiġifieri NG, MSR u CMHN. Il-proċedimenti ta' insolvenza fil-forma ta' amministrazzjoni proprja tal-assi (“Eigenverwaltung des Vermögens”) eventwalment tnedew mill-qorti lokali fl-1 ta' Novembru 2012. Minn dak iż-żmien, in-negozju ta' NG, MSR u CMHN kien ġestit mid-direttur maniġerjali skont il-liġi dwar l-insolvenza (“Eigenverwalter” jew “Sanierunsgeschäftsführer”) u l-amministratur tal-insolvenza (“Sachwalter”) (minn hawn 'il quddiem imsejħin flimkien bħala l-“amministraturi tal-insolvenza”) u l-ebda wieħed minnhom ma huwa marbut bl-ordnijiet tal-azzjonisti. NG, MSR u CMHN żammew lil KPMG AG (“KPMG”) sabiex taġixxi f'isimhom bħala l-konsulent finanzjarju esklussiv għall-bejgħ tal-assi tagħhom fil-proċedimenti ta' insolvenza, u sabiex tieħu ħsieb il-kuntatti kollha mal-offerenti interessati. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni ilha minn Ottubru 2012 tiddiskuti mal-Ġermanja u mal-amministraturi tal-insolvenza l-kwistjonijiet marbutin mal-għajnuna mill-Istat li jistgħu jirriżultaw mill-bejgħ tal-assi ta' NG, MSR u CMHN. |
|
(9) |
Mill-1 ta' Novembru 2012, il-kumpless sħiħ bdiet toperah Nürburgring Betriebsgesellschaft mbH (“NBG”), sussidjarja 100 % ta' NG, imwaqqfa mill-amministraturi tal-insolvenza. NBG ħadet post l-operatur ta' qabel, Nürburgring Automotive GmbH (“NAG”) (6). |
|
(10) |
Fil-kuntest tal-insolvenza ta' NG, MSR u CMHN, l-amministraturi tal-insolvenza ilhom li lestew il-bejgħ tal-assi tagħhom minn Mejju 2013. Fil-15 ta' Mejju 2013, tnieda proċess tal-offerti għall-bejgħ ta' dawk l-assi. Permezz ta' żewġ ittri datati t-23 ta' Mejju 2013, is-servizzi tal-Kummissjoni pprovdew lill-amministratur tal-insolvenza opinjoni dwar il-bosta għażliet għall-bejgħ tal-assi li jkunu konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (7). |
|
(11) |
Fir-rigward tal-bejgħ tal-assi ta' NG, MSR u CMHN, il-Ġermanja pprovdiet informazzjoni mas-sottomissjonijiet tal-10 ta' April 2013, il-15 ta' April 2013, it-30 ta' April 2013, id-9 ta' Ottubru 2013, is-27 ta' Frar 2014 u — wara t-talbiet mingħand il-Kummissjoni għal informazzjoni tat-13 ta' Marzu 2014, it-23 ta' Mejju 2014, l-4 ta' Lulju 2014 u s-7 ta' Lulju 2014 — fit-23 ta' April 2014, is-26 ta' Mejju 2014 u l-10 ta' Lulju 2014, rispettivament. Il-laqgħat bejn il-Kummissjoni, il-Ġermanja u l-amministraturi tal-insolvenza saru fi Brussell fit-18 ta' Ottubru 2012, is-7 ta' Marzu 2013, il-11 ta' Ottubru 2013 u s-26 ta' Frar 2014. Il-Kummissjoni rċeviet sottomissjonijiet oħrajn mingħand il-partijiet interessati wkoll. |
|
(12) |
Fit-23 ta' Diċembru 2013, “Ja zum Nürburgring e.V.” (“l-ewwel ilmentatur”) (8) u fit-2 ta' Jannar 2014, l-għaqda awtomobilistika Ġermaniża ADAC e.V. (“it-tieni ilmentatur”), bl-għaqda awtomobilistika msemmija l-aħħar li ħadet sehem fil-proċess ta' bejgħ, issottomettew ittri li ddikjaraw li l-bejgħ tal-assi ta' Nürburgring li kien għaddej dak iż-żmien sar mill-amministraturi tal-insolvenza bi ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Fl-4 ta' Frar 2014, l-ewwel ilmentatur talab lill-Kummissjoni sabiex tissospendi l-proċess ta' bejgħ u pprovda informazzjoni ġdida. Wara ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2014, il-Ġermanja bagħtet il-kummenti tagħha dwar id-dikjarazzjonijiet li għamlu ż-żewġ ilmentaturi permezz tal-ittra datata l-10 ta' Frar 2014. L-ewwel ilmentatur bagħat kummenti oħrajn fit-8 ta' Lulju 2014, li dwarhom il-Ġermanja kkummentat fl-14 ta' Lulju 2014. |
|
(13) |
Fl-10 ta' April 2014, [it-Tielet Offerent], Inc. (“it-tielet ilmentatur” jew “[it-Tielet Offerent]”), li ħa sehem fil-proċess tal-bejgħ, daħħal ilment dwar dak il-proċess mal-Kummissjoni. Fis-17 ta' April 2014, is-Sur Meyrick Cox (“ir-raba' lmentatur”), membru tal-konsorzju [it-Tieni Offerent], li kien qed jieħu sehem fil-proċess ta' bejgħ u li kien jikkonsisti fit-[Tieni Offerent] European Capital Partners LLP, is-Sur Meyrick Cox, is-Sur Marcus Graf von Oeynhausen-Sierstorpff u Wadell & Reed, Inc. (“[it-Tieni Offerent]”), ippreżentaw ilment fuq dak il-proċess mal-Kummissjoni. Dawn l-ilmenti ngħaddew lill-Ġermanja fis-16 ta' April 2014 u s-17 ta' April 2014, rispettivament. Rigward l-ilment ippreżentat mir-raba' lmentatur, il-Ġermanja bagħtet il-kummenti tagħha fil-25 ta' April 2014. Rigward l-ilment ippreżentat mit-tielet ilmentatur, il-Ġermanja bagħtet il-kummenti tagħha fil-5 ta' Mejju 2014. It-tielet ilmentatur bagħat argumenti oħrajn fid-19 ta' Mejju 2014. Il-Ġermanja bagħtet il-kummenti tagħha għal dawn l-argumenti addizzjonali fit-22 ta' Mejju 2014. It-tielet ilmentatur bagħat biċċa informazzjoni oħra fit-23 ta' Mejju 2014, li l-Ġermanja wieġbet għaliha fl-10 ta' Lulju 2014, u bagħat kummenti oħrajn fis-16 ta' Ġunju 2014 u s-7 ta' Lulju 2014, li l-Ġermanja wieġbet b'kummenti fil-11 ta' Lulju 2014. L-awtoritajiet Ġermaniżi ssottomettew informazzjoni oħra fid-29 ta' Lulju 2014, l-20 ta' Awwissu 2014, it-8 ta' Settembru 2014 u t-12 ta' Settembru 2014, li koprew anki l-kummenti sottomessi mit-tielet u r-raba' lmentaturi fit-3 ta' Settembru 2014, il-21 ta' Awwissu 2014 u t-12 ta' Settembru 2014. Fl-aħħar, iż-żewġ laqgħat bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ġermaniżi, l-amministraturi tal-insolvenza u KPMG saru fit-22 ta' Lulju u l-5 ta' Settembru 2014 fi Brussell. |
|
(14) |
Fid-dawl tal-potenzjal li l-proċedura ta' investigazzjoni formali tingħalaq b'deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni li titlob l-irkupru tal-għajnuna inkompatibbli, il-Ġermanja talbet lill-Kummissjoni sabiex tikkonferma li obbligu ta' rkupru impost fuq NG, MSR u CMHN ma jkunx jikkonċerna lix-xerrej tal-assi mibjugħa jew lis-sussidjarja tiegħu li hija kumpanija operatorja, u li dak l-obbligu ta' rkupru ma jkunx ta' xkiel għat-tħaddim ta' Nürburgring minn NBG matul l-istaġun tal-2014, li warajh hija prevista li ssir il-likwidazzjoni ta' din il-kumpanija msemmija l-aħħar. |
2. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI TA' GĦAJNUNA
2.1. ID-DONATURI TAL-GĦAJNUNA
|
(15) |
Il-ħames entitajiet li taw il-finanzjament: (1) il-Land Rheinland-Pfalz (9) (“il-Land”), (2) Investitions- und Strukturbank Rheinland-Pfalz GmbH (“ISB”), proprjetà kollha kemm hi tal-Land, (3) Rheinland-Pfälzische Gesellschaft für Immobilien und Projektmanagement GmbH (“RIM”), proprjetà kollha kemm hi tal-ISB, (4) id-distrett (“Landkreis”) ta' Ahrweiler, u (5) NG (10). |
2.2. L-ALLEGATI BENEFIĊJARJI
|
(16) |
Sat-30 ta' April 2010, il-kumpless Nürburgring (11) kien proprjetà ta' NG u ġestit minnha. |
|
(17) |
Fl-1 ta' Mejju 2010, ġew ristrutturati s-sjieda u l-maniġment tal-kumpless Nürburgring. NG baqgħet sid il-korsa u l-park ta' divertiment u kisbet is-sjieda indiretta tal-lukandi u r-ristoranti permezz tas-sjieda ta' 93,3 % ta' MSR (12) u s-sjieda indiretta ta' 93,3 % ta' CMHN (13) (MSR u CMHN baqgħu s-sidien diretti tal-lukandi u r-ristoranti). L-inkarigu tat-tħaddim tal-korsa, il-park ta' divertiment, il-lukandi u r-ristoranti ngħata lil NAG (14) fuq il-bażi ta' kuntratt ta' lokazzjoni kummerċjali (“Betriebspachtvertrag”), ara l-miżura 10 (15). |
|
(18) |
Kif deskritt iktar 'il fuq, il-benefiċjarji NG, MSR u CMHN huma soġġetti għall-proċedimenti ta' insolvenza. Benefiċjarji oħrajn li għalihom infetħet proċedura ta' likwidazzjoni huma IPC Gesellschaft für internationale Projektcoordination mbH (“IPC”) (16), Weber Projektierungs- und Realisierungs GmbH (“Weber”) (17) u Cash Settlement and Ticketing GmbH (“CST”) (18). |
|
(19) |
Il-benefiċjarji li għadhom joperaw u li mhumiex fi proċedura ta' insolvenza huma Mediinvest GmbH, li sadanittant ingħatat l-isem il-ġdid Return Projektmanagement GmbH (“Mediinvest”) (19), Geisler & Trimmel General Contractor GmbH (“Geisler & Trimmel”) (20), NAG u Fahrsicherheitszentrum am Nürburgring GmbH & Co. KG (“FSZ”) (21). Il-benefiċjarji li ma għadhomx jeżistu huma Erlebnispark Nürburgring GmbH & Co. KG (“EWN”) (22), Motorsport Akademie Nürburgring GmbH & Co. KG (“MAN”) (23), Test & Training International GmbH (“TTI”) (24), Bike World Nürburgring GmbH (“BWN1”) (25), BikeWorld Nürburgring Besitz (“BWNB”), BikeWorld Nürburgring GmbH (“BWN2”), Camp 4 Fun GmbH & Co. KG (“Camp4Fun”) (26) u MI-Beteiligungs- und Verwaltungs GmbH (“MIB”) (27). |
2.3. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI
|
(20) |
L-investigazzjoni attwali tikkonċerna l-finanzjament tal-bini u l-operat tal-faċilitajiet marbutin mal-korsa u l-faċilitajiet għat-turiżmu qabel il-proġett “Nürburgring 2009”, tal-bini tat-tali faċilitajiet kollha tal-proġett “Nürburgring 2009” u tal-organizzazzjoni tat-tiġrijiet tal-Formula 1. Il-proġett “Nürburgring 2009” kellu l-għan li jipprovdi l-korsa b'bosta attrazzjonijiet sabiex tiżdied l-attraenza tagħha tul is-sena sħiħa. Il-proġett “Nürburgring 2009” kien jikkonsisti fl-ewwel parti (primarjament it-tribuna u l-faċilitajiet ta' divertiment) u t-tieni parti (primarjament il-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni). (28) |
(a) Miżuri koperti bid-deċiżjoni tal-21 ta' Marzu 2012
|
(21) |
L-ewwel miżura (forniment ta' kapital mil-Land u d-distrett ta' Ahrweiler lil NG fil-forma ta' trasferimenti fir-riżerva kapitali u żidiet ta' kapital proprju): Ingħata kapital fil-forma ta' trasferimenti fir-riżerva ta' kapital (“Einstellungen in die Kapitalrücklage”) (29) mil-Land lil NG li ammonta għal EUR 2 179 000 (30) fl-1 ta' Mejju 2002 u EUR 22 839 241 (31) fil-21 ta' Diċembru 2004. Barra minn hekk, il-Land u d-distrett ta' Ahrweiler ġabru EUR 4 887 000 (32) f'kapital proprju (“Kapitalerhöhung”) ta' NG fil-31 ta' Awwissu 2004 u EUR 10 000 000 fl-4 ta' Settembru 2007. B'kollox, il-Land u d-distrett ta' Ahrweiler taw lil NG kapital li jammonta għal EUR 39 905 241 bejn l-2002 u l-2007. |
|
(22) |
It-tieni miżura (self tal-azzjonisti ta' NG lis-sussidjarji tagħha qabel il-proġett “Nürburgring 2009”): Indipendentement mill-proġett “Nürburgring 2009”, NG tat lis-sussidjarji tagħha s-selfiet tal-azzjonisti li b'kollox ammontaw għal EUR 11 176 953,14, elenkati fit-tabelli 1-4. Ġie mieftiehma rata tal-imgħax ta' 6 % u ma ġie pprovdut ebda kollateral. Tabella 1 Self mogħti minn NG lil EWN, FSZ, MAN, TTI u Camp4Fun
Tabella 2 Self mogħti minn NG lil BWNB qabel biddlet isimha
Tabella 3 Self mogħti minn NG lil BWN1 qabel il-fużjoni tagħha ma' BWNB
Tabella 4 Self mogħti minn NG lil BWN2 wara l-fużjoni tagħha ma' BWNB u wara li BWNB biddlet isimha
|
|
(23) |
It-tielet miżura (self ipprovdut mil-Land lil NG permezz tal-pula ta' likwidità): Din il-miżura tikkonsisti f'self minn hekk imsejħa pula ta' likwidità (33) tal-Land ipprovdut minn dan tal-aħħar lil NG. B'rabta mat-tiġrijiet tal-Formula 1 u l-proġett “Nürburgring 2009” (34), NG kienet ġiet inkluża fl-ippuljar tal-flus tal-Land mill-2003 u l-2008, rispettivament (35). ISB hija inkluża wkoll f'dik il-pula ta' likwidità. L-iskop tal-ippuljar tal-flus huwa li jiġi ottimizzat l-użu tal-likwidità fi ħdan il-parteċipazzjonijiet, il-fundazzjonijiet u l-impriżi pubbliċi differenti tal-Land. Il-parteċipazzjoni tal-impriżi u l-fundazzjonijiet differenti fl-ippuljar tal-flus hija bbażata fuq memorandum ta' qbil bejn l-impriża/fundazzjoni kkonċernata u l-Ministeru tal-Finanzi tal-Land. F'każ li fi ħdan l-ippuljar tal-flus, id-domanda għal likwidità tisboq il-fondi disponibbli, id-diskrepanza tal-likwidità tkun iffinanzjata fuq bażi ta' terminu qasir fis-suq tal-kapital. Mit-30 ta' Ġunju 2003 sal-11 ta' Mejju 2010, il-Land ta lil NG self li jilħaq total ta' EUR 399 805 370 (inkluż is-self ta' EUR 53 443 493 mogħti mil-Land lil NG għat-tiġrijiet tal-Formula 1 mit-30 ta' Ġunju 2003 sat-30 ta' Ġunju 2009, u s-self ta' EUR 170 miljun mogħti mil-Land lil NG għall-proġett “Nürburgring 2009” mit-23 ta' Ġunju 2008 sat-30 ta' Ġunju 2010) (36). Il-benefiċjarju tal-għajnuna huwa NG. Għal iktar dettalji, ara t-Tabella 5. Tabella 5 Self mogħti mill-pula ta' likwidità tal-Land lil NG (*6)
|
|
(24) |
Ir-raba' miżura (selfa mingħand NG lil MSR): Fil-kuntest tal-proġett “Nürburgring 2009”, NG silfet EUR 300 000 lil MSR b'rata tal-imgħax ta' 7 % fis-27 ta' Diċembru 2007. Ma ġie pprovdut ebda kollateral. |
|
(25) |
Il-ħames miżura (self, ittra ta' konfort u subordinazzjoni tal-pretensjonijiet minn NG lil CST): Mis-27 ta' Awwissu 2008 sat-18 ta' April 2011, NG silfet ammont totali ta' EUR 11 032 060 lil CST b'rata tal-imgħax ta' 6 % (37). Tabella 6 Self mogħti minn NG lil CST
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(26) |
Sabiex tiġi evitata l-insolvenza ta' CST, fit-23 ta' Diċembru 2009, NG ipprovdiet ittra ta' konfort (“Patronatseklärung”) lil CST li fiha ħadet impenn li sal-31 ta' Diċembru 2011 tieħu miżuri li jkunu meħtieġa sabiex tiġi evitata l-insolvenza ta' CST. Dak imwiegħed fl-ittra ta' konfort twettaq. Fit-13 ta' Diċembru 2010, NG iddikjarat subordinazzjoni tal-pretensjonijiet tagħha fl-ammont ta' EUR 10,4 miljun (“Rangrücktritt”) kontra CST. |
|
(27) |
Is-sitt miżura (tariffa tas-servizz imħallsa minn NG lil IPC, u selfa lil MSR permezz ta' PNG bħala intermedjarja): Bejn l-2006 u l-2008, IPC irċeviet ammont totali ta' EUR 640 000 mingħand NG bħala korrispettiv għas-servizzi tagħha li kienu jikkonsistu fit-tiftix ta' investituri privati. Barra minn hekk, NG silfet EUR 3 miljun lil Pinebeck Nürburgring GmbH (“PNG”) b'rata tal-imgħax ta' 6 % fil-15 ta' Ottubru 2008. Fil-15 ta' Ottubru 2008, PNG użat din is-selfa sabiex tislef EUR 3 miljun lil MSR b'rata tal-imgħax ta' 6 % filwaqt li PNG silfet ammont li jilħaq biss iż-EUR 2 941 000 (38). Iż-żewġ selfiet kellhom kollaterali favur NG b'valur ta' EUR 3 miljun. |
|
(28) |
Is-seba' miżura (ċessjoni tal-pretensjonijiet ta' MIB lil NG): Fis-17 ta' April 2009, MIB ċediet il-pretensjonijiet tagħha mis-selfiet meħudin minn CST bħala mutwatarju ta' EUR 1 476 830,88 (39) lil NG. Għal dawn is-selfiet, NG ħallset lil MIB l-ammont ta' EUR 1 476 830,88. Din it-tranżazzjoni ppermettiet li MIB titħallas lura għal kollox minn NG li, min-naħa tagħha, saret il-kreditur ta' CST (40). |
|
(29) |
It-tmien miżura (selfa ta' ISB lil NG, MSR u CMHN): Sabiex jiġu ffrankati l-ispejjeż tal-finanzjament u sabiex jiġi salvagwardjat finanzjament fit-tul, fit-28 ta' Lulju 2010 sar ristrutturar sħiħ tal-arranġamenti ta' finanzjament. L-obbligazzjonijiet rigward il-pula ta' likwidità tal-Land (it-tielet miżura), selfa ta' EUR […] mogħtija minn Bank für Tirol und Vorarlberg AG to CMHN (41), selfa ta' EUR […] mogħtija minn Kreissparkasse Ahrweiler lil MSR (42) u s-selfiet ta' RIM lil MSR li jammontaw għal EUR 85 512 000, mogħtija fil-forma tal-parteċipazzjonijiet siekta ta' RIM f'Mediinvest u s-selfiet sussegwenti ta' Mediinvest lil MSR (il-miżura ħdax) ġew ristrutturati f'selfa waħda ta' EUR 325 265 000 mogħtija minn ISB lil NG, MSR u CMHN, fuq ordni tal-Land (43). Ir-ristrutturar tal-arranġamenti ta' finanzjament inkwistjoni jikkostitwixxi miżura għaliha, li żżid mas-selfiet sottostanti. Dan jirriżulta f'selfa ġdida favur NG, MSR u CMHN. Is-selfa ngħatat f'erba' porzjonijiet: l-ewwel porzjon ta' EUR 96 574 200 lil NG għall-infrastruttura, it-tieni porzjon ta' EUR 113 590 800 lil NG għal investimenti oħrajn (44), it-tielet porzjon ta' EUR 92 000 000 lil MSR għal investimenti oħrajn u r-raba' porzjon ta' EUR 23 100 000 lil CMHN għal investimenti oħrajn. L-ewwel porzjon marbut mal-faċilitajiet tar-ring ma kellux imgħax. It-tieni, it-tielet u r-raba' porzjonijiet kienu marbutin mal-miżuri għall-promozzjoni tat-turiżmu (għar-rata tal-imgħax, ara t-tabella 7 hawn taħt). Barra minn hekk, il-livell tal-kollateralizzazzjoni tas-selfa ta' ISB fil-forma ta' ipoteki huwa ta' EUR 93 658 000 filwaqt li l-kollateralizzazzjoni tat-tieni u r-raba' porzjonijiet tieħu prijorità fuq il-kollateralizzazzjoni tal-ewwel porzjon. It-Tabella 7 tiġbor fil-qosor il-kundizzjonijiet tas-selfa ta' ISB u r-rata ta' self bażi applikabbli dak iż-żmien. Tabella 7 Il-kundizzjonijiet ta' finanzjament tas-selfa mogħtija minn ISB
|
|
(30) |
Id-disa' miżura (garanzija tal-Land lil ISB rigward it-tmien miżura: selfa ta' ISB mogħtija lil NG, MSR u CMHN): Fit-28 ta' Lulju 2010, il-Land ta garanzija mhux kondizzjonata u irrevokabbli u dikjarazzjoni ta' indennizz (kopertura sħiħa tal-obbligazzjonijiet) lejn ISB għall-issodisfar min-naħa ta' NG, MSR u CMHN tal-obbligazzjonijiet kollha mis-selfa ta' ISB (it-tmien miżura). NG, MSR jew CMHN ma ħallsu ebda tariffa għall-garanzija. B'mod simili għas-selfa ta' ISB (it-tmien miżura), il-garanzija hija marbuta kemm mal-faċilitajiet tar-ring kif ukoll mal-miżuri li jippromwovu t-turiżmu. |
|
(31) |
L-għaxar miżura (lokazzjoni kummerċjali tal-kumpless ta' Nürburgring lil NAG): Bħala parti mill-proċess ta' ristrutturar tal-2010, mill-1 ta' Mejju 2010, NG, EWN, Nürburgring Adventure GmbH (46), Camp4Fun, MSR u CMHN krew fuq il-bażi ta' kuntratt ta' lokazzjoni kummerċjali ċ-ċirkwiti tat-tiġrijiet, il-park ta' divertiment u faċilitajiet oħrajn lil NAG (47) għal perjodu ta' 20 sena (48), mingħajr ma organizzaw proċedura tal-għażla miftuħa. Il-lokazzjoni kienet marbuta mal-faċilitajiet u t-tħaddim tar-ring u l-miżuri għall-promozzjoni tat-turiżmu. Madankollu, l-organizzazzjoni ta' tiġrijiet tal-Formula 1 kienet is-suġġett ta' ftehim ta' konċessjoni separat (is-17-il miżura) u, għalhekk, kienet eskluża mil-lokazzjoni. Il-kirja annwali minima kienet stabbilita għal EUR 0 mill-1 ta' Mejju 2010 sat-30 ta' April 2011, EUR 5 miljun mill-1 ta' Mejju 2011 sat-30 ta' April 2012, EUR 11,5 miljun, jekk in-nuqqasijiet fil-binja jkunu tneħħew sat-30 ta' April 2012, jew inkella EUR 10 miljun mill-1 ta' Mejju 2012 sat-30 ta' April 2013, u EUR 15-il miljun mill-1 ta' Mejju 2013 (49). Għal-lokazzjoni mill-1 ta' Mejju 2010 sal-31 ta' Ottubru 2012 NAG fil-fatt ħallset EUR […] (50). Il-kuntratt ta' lokazzjoni ġie mitmum b'mod retroattiv mill-31 ta' Ottubru 2012 permezz ta' ftehim bonarju (“Vergleichsvertrag”) konkluż bejn NG, MSR, CMHN, CST, NBG u l-amministratur tal-insolvenza minn naħa u NAG, Mediinvest u kumpaniji oħrajn min-naħa l-oħra fis-27 ta' Novembru 2012. |
|
(32) |
Il-miżura ħdax (selfiet mogħtijin minn RIM lil MSR permezz ta' Mediinvest bħala intermedjarja u fil-każ ta' selfa waħda anki permezz ta' PNG bħala intermedjarja): Bejn id-29 ta' Mejju 2008 u s-7 ta' Lulju 2009, RIM tat lil Mediinvest ħdax-il selfa li b'kollox jammontaw għal EUR 85 512 000 fil-forma ta' parteċipazzjonijiet siekta (“stille Beteiligungen”) sabiex tiffinanzja t-tieni parti (lukandi) tal-proġett “Nürburgring 2009” (51). Fl-istess perjodu, Mediinvest, li kienet qed taġixxi bħala intermedjarja bejn RIM (awtorità awtorizzanti) u MSR (benefiċjarja), użat dawn il-fondi sabiex tislef lil MSR b'rata tal-imgħax ogħla (ara hawn taħt) (52). Il-parteċipazzjonijiet siekta ġew ipprovduti b'remunerazzjoni fissa flimkien ma' remunerazzjoni varjabbli ta' 2 % li, fil-prinċipju, tkun tiddependi jew mill-bejgħ tas-sehem ta' Mediinvest f'MSR jew mill-profitti li tagħmel Mediinvest fl-2009. Barra minn hekk ġew ipprovduti kollaterali. Dawn is-sħubijiet siekta huma spjegati fil-qosor fit-Tabella 8: Tabella 8 Parteċipazzjonijiet siekta ta' RIM f'Mediinvest
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(33) |
Bejn is-27 ta' Mejju 2008 u s-7 ta' Lulju 2009, Mediinvest tat disa' selfiet lil MSR b'valur totali ta' EUR 75 484 000; kellhom rata tal-imgħax ta' 7 % (jew 5,1 % datati lura mill-1 ta' Novembru 2009) u ma ġie pprovdut ebda kollateral. Dawn is-selfiet huma miġburin fil-qosor fit-Tabella 9: Tabella 9 Selfiet mogħtijin minn Mediinvest lil MSR
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(34) |
Barra minn hekk, fit-12 ta' Novembru 2008, Mediinvest silfet EUR 10 miljun lil PNG b'rata tal-imgħax ta' 6 % (sal-31 ta' Diċembru 2009) filwaqt li din il-kumpanija msemmija l-aħħar silfet l-istess ammont bl-istess rata tal-imgħax lil MSR dakinhar stess. |
|
(35) |
Il-miżura tnax (garanzija tal-Land lil ISB rigward il-miżura ħdax: parteċipazzjonijiet siekta ta' RIM f'Mediinvest): Fil-kuntest tas-selfiet mogħtija min ISB lil RIM, użati għas-selfiet ta' RIM mogħtijin lil Mediinvest (il-miżura 11), il-Land ipprovda fil-konfront ta' ISB garanzija għall-obbligazzjonijiet sa EUR 140 miljun (kopertura sħiħa tal-obbligazzjonijiet) (53). Ma tħallset ebda tariffa tal-garanzija. Il-Kummissjoni tqis li l-benefiċjarju tal-miżura inkwistjoni kien MSR, peress li dik il-kumpanija kienet il-benefiċjarju tal-miżura 11. |
|
(36) |
Il-miżura tlettax (dħul mit-taxxa fuq il-logħob tal-azzard ipprovdut mil-Land lil NG): Fi Frar 2009, ġiet adottata emenda fl-Att dwar il-Logħob tal-Azzard tal-Land, li ppermettiet li jiġi ttrasferit id-dħul minn taxxa fuq il-logħob tal-azzard lil NG. Ir-rikavati tat-taxxa ttrasferiti kellhom l-għan li jintużaw għall-promozzjoni tat-turiżmu. L-ammonti kienu ta' EUR 1,6 miljun fid-29 ta' Diċembru 2009, EUR 3,2 miljun fid-29 ta' Ottubru 2010 u EUR 3,2 miljun fid-29 ta' Marzu 2011, jiġifieri EUR 8 miljun b'kollox. |
|
(37) |
Il-miżura erbatax (selfiet tal-azzjonisti mil-Land lil NG u subordinazzjoni tad-dejn għall-proġett “Nürburgring 2009”): Għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġett “Nürburgring 2009”, NG irċeviet mingħand il-Land selfiet mingħajr imgħax b'ebda maturità stabbilita li ammonta għal valur ta' EUR 20 miljun fil-21 ta' Awwissu 2007, EUR 10 miljun fit-22 ta' Diċembru 2009, EUR 4,65 miljun fit-28 ta' Diċembru 2010 u EUR 3,2 miljun fis-26 ta' April 2011 (54). Barra minn hekk, fid-9 ta' Diċembru 2011, il-Land silef EUR 4,95 miljun lil NG. Barra minn hekk, il-Land iddikjara subordinazzjoni tad-dejn (“Rangrücktritt”) b'rabta mas-selfa msemmija qabel ta' EUR 20 miljun fid-29 ta' Awwissu 2007 sabiex jiġi evitat milli NG issir insolventi, b'tali mod li l-pretensjonijiet tagħha kontra NG jiġu klassifikati fl-aħħar pożizzjoni tal-pretensjonijiet tal-kredituri kollha kontra NG. |
|
(38) |
Il-miżura ħmistax (trasferiment tal-ishma ta' MSR minn Mediinvest u Geisler & Trimmel għal NG u minn Weber għal RIM): Bil-ftehim ta' xiri tal-ishma datat il-25 ta' Marzu 2010, l-ishma ta' MSR miżmumin minn Mediinvest (49,5 %) u Geisler & Trimmel (33,8 %) ġew ittrasferiti lil NG li diġà kellha 10 % ta' dawn l-ishma. L-ishma ta' MSR miżmumin minn Weber (6,7 %) ġew ittrasferiti bl-istess ftehim lil RIM. Il-prezz tax-xiri kien jammonta għal EUR 1 għal kull tranżazzjoni (jiġifieri EUR 3 b'kollox) (55). |
|
(39) |
Il-miżura sittax (self tal-azzjonisti u għotja mil-Land lil NG għat-tiġrijiet tal-Formula 1): Barra minn hekk, fil-11 ta' Jannar 2011 il-Land silef EUR 40 405 000 mingħajr imgħax b'ebda maturità stabbilita lil NG għat-tpaċija tal-obbligazzjonijiet marbutin mal-Formula 1 mill-pula ta' likwidità. Barra minn hekk, f'Lulju 2011, il-Land ta EUR 13,5 miljun lil NG għall-organizzazzjoni ta' tiġrijiet tal-Formula 1 fl-2011. |
|
(40) |
Il-miżura sbatax (konċessjoni tal-Formula 1): Fit-13 ta' Diċembru 2010 ġie konkluż ftehim ta' konċessjoni rigward l-organizzazzjoni ta' avvenimenti tat-tiġrijiet tal-Formula 1 bejn NG u NAG (56). F'dan il-ftehim ta' konċessjoni, NG talbet lil NAG sabiex torganizza t-tiġrijiet tal-Formula 1 u ħadet impenn sabiex tipprovdi l-kumpens hija stess (57). Skont il-Ġermanja, fuq il-bażi ta' dan il-ftehim, NAG kellha tirċievi mezzi finanzjarji li ma jittiħdux f'kunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-kirja skont il-kuntratt ta' lokazzjoni kummerċjali konkluż bejn NG u NAG, iżda fil-fatt ma sar ebda ħlas bejn NG u NAG. Fis-27 ta' Novembru 2012, fuq il-bażi tal-ftehim bonarju konkluż bejn NG, MSR, CMHN, CST, NBG u l-amministratur tal-insolvenza minn naħa u NAG, Mediinvest u kumpaniji oħrajn min-naħa l-oħra, ġiet terminata l-konċessjoni. |
(b) Miżuri koperti bid-deċiżjoni tas-7 ta' Awwissu 2012
|
(41) |
Il-miżura tmintax (riskedar tal-ħlasijiet tal-imgħax maqbulin minn ISB favur NG, MSR u CMHN): Fil-15 ta' Mejju 2012, ISB għamlet differiment tal-imgħaxijiet dovuti fit-30 ta' April 2012 sal-15 ta' Novembru 2012 b'valur ta' EUR 2,98 miljun (inkluż differiment ta' kumpens b'valur ta' EUR 48 913,78 għas-sehem mhux minfuq tas-selfa). Għall-ammonti risked ati, intalbet rata tal-imgħax ta' 8,17 % fis-sena. Id-distribuzzjoni eżatta tad-differiment tal-imgħaxijiet lill-kumpaniji individwali hija ta' EUR 1,473 miljun għal NG, EUR 1,205 miljun għal MSR u EUR 303 000 għal CMHN. |
|
(42) |
Il-miżura dsatax (subordinazzjoni tad-dejn u garanzija): Fil-15 ta' Mejju 2012, il-Land iddikjara subordinazzjoni tad-dejn rigward self li jasal sa EUR 254 miljun mogħti minn ISB lil NG, MSR & CMHN bħala parti mis-selfa ta' EUR 325 265 000 (it-tmien miżura). Barra minn hekk, rigward ir-ripagament ta' dawn is-selfiet mill-2014 'il quddiem, f'każ li NG, MSR u CMHN ma jkunux jistgħu jħallsu, fil-15 ta' Mejju 2012, il-Land iddikjara li dawn il-kumpaniji se jinħelsu mill-obbligu tagħhom li jħallsu u li l-Land jonora l-garanzija li qabel ta lil ISB (id-disa' miżura). |
2.4. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU U L-ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(43) |
Fid-deċiżjoni tal-21 ta' Marzu 2012 u d-deċiżjoni tas-7 ta' Awwissu 2012, il-Kummissjoni waslet għal konklużjoni preliminari li kull waħda mid-dsatax-il miżura kienet tikkwalifika bħala għajnuna mill-istat, u esprimiet dubji rigward il-kompatibbiltà tagħhom mat-TFUE. |
2.5. IL-PROĊESS TAL-OFFERTI U L-BEJGĦ TAL-ASSI
|
(44) |
Il-proċess tal-offerti tħabbar fl-14 ta' Mejju 2013 bi stqarrija għall-istampa maħruġa mill-amministratur tal-insolvenza. KPMG ippubblikat sejħa għall-offerti fil-Financial Times, fil-Handelsblatt u fuq is-sit web ta' Nürburgring fil-15 ta' Mejju 2013. Il-proċess kien jinvolvi madwar 300 kuntatt ta' investituri li kienu amministrati minn KPMG f'isem il-bejiegħa. Fil-proċess tal-offerti, il-partijiet interessati ġew mistiedna jissottomettu espressjoni ta' interess (madwar 70 entità esprimew l-interess tagħhom) u wara li ngħataw it-tagħrif varju dwar Nürburgring intalbu jissottomettu offerta indikattiva sas-26 ta' Settembru 2013. B'ittra datata d-19 ta' Lulju 2013, l-investituri interessati kollha ġew mgħarrfin mill-bejjiegħa li: “Il-partijiet kollha li biħsiebhom jieħdu sehem fl-istadju li jmiss tal-proċess huma mistiedna jissottomettu Offerta Indikattiva sal-5:00 pm (CET) tat-12 ta' Settembru 2013. Offerti li jidħlu wara l-iskadenza se jiġu kkunsidrati wkoll” (58). L-iskadenza ta' hawn fuq tat-12 ta' Settembru 2013 għas-sottomissjoni tal-offerti indikattivi ġiet estiża sas-26 ta' Settembru 2013 permezz ta' ittra tat-12 ta' Settembru 2013 li fiha ġie indikat li: “Il-Bejjiegħa ddeċidew li jestendu l-iskadenza għall-Offerti Indikattivi, sabiex investituri potenzjali jkunu jistgħu jlestu l-analiżi tagħhom tal-materjal ipprovdut. Issa, l-iskadenza aġġornata tagħlaq fil-5 p.m. CET fis-26 ta' Settembru 2013. Offerti li jidħlu wara l-iskadenza se jiġu kkunsidrati wkoll” (59). Permezz ta' ittra datata s-17 ta' Diċembru 2013, l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti ta' konferma ġiet posposta mill-bejjiegħa mill-11 ta' Diċembru 2013 għas-17 ta' Frar 2014 billi indikaw li: “Sabiex l-investituri potenzjali jkunu jistgħu jlestu l-analiżi tagħhom tal-materjal informattiv ipprovdut u sabiex jipprovdu offerta finali li tirrifletti bis-sħiħ il-valur potenzjali ta' Nürburgring, l-iskadenza li qabel kienet tintemm fil-5 p.m. CET fil-11 ta' Diċembru 2013 issa tintemm fil-5 p.m. CET fis-17 ta' Frar 2014. Għall-fini ta' ċarezza, fil-prinċipju, offerti li jidħlu wara dik l-iskadenza, se jiġu kkunsidrati wkoll diment li t-termini tal-offerta jikkwalifikaw għall-proċess ulterjuri. Kull żvantaġġ ikkaġunat mill-iskadenza mhuwiex se jiġi kkumpensat u se jkollu jiġġarrab mill-investitur. Kun af li l-Bejjiegħa jistgħu jagħżlu l-partijiet li se jikkwalifikaw għall-proċess ulterjuri ftit wara li jintemm il-perjodu ta' żmien aġġornat” (60). |
|
(45) |
L-amministraturi tal-insolvenza ddeċidew u implimentaw l-istruttura ta' bejgħ li ġejja għall-bejgħ tal-assi ta' NG, MSR u CMHN. |
|
(46) |
Għall-proċess tal-offerti, l-assi ta' NG, MSR u CMHN inqasmu fi 11-il raggruppament ta' assi individwali (61). Skont is-sejħa għall-espressjoni tal-interess ippubblikata: “Il-Bejjiegħa għandhom l-għan li jbigħu l-assi lil investitur wieħed jew iktar (‘Proġett RING’). L-investituri se jkollhom l-opportunità li jixtru l-assi kollha, ir-raggruppamenti ta' assi definiti (‘Raggruppamenti ta' Assi Proposti’) jew l-assi individwali. Ir-Raggruppamenti ta' Assi Proposti ġew definiti fuq il-bażi tas-separabilità tal-assi u l-ispejjeż assoċjati. Il-pjan hu li t-tranżazzjoni tiġi strutturata bħala negozjata tal-assi. L-obbligazzjonijiet kollha ta' partijiet terzi u ta' finanzjament se jibqgħu f'idejn l-entitajiet legali insolventi biex ikunu jistgħu jibdew mill-ġdid b'karta bilanċjali fjamanta” (62). Barra minn hekk, skont l-ittra mibgħuta lill-investituri interessati fid-19 ta' Lulju 2013: “L-investituri se jkollhom l-opportunità li jixtru l-assi tal-Bejjiegħa jew fl-intier tagħhom, jew f'raggruppamenti ta' assi definiti (‘Raggruppamenti ta' Assi Proposti’), jew f'assi individwali. Ir-Raggruppamenti ta' Assi Proposti ġew definiti skont kemm jistgħu jinqasmu l-assi ta' Nürburgring u l-ispejjeż assoċjati.” (63) |
|
(47) |
L-amministraturi tal-insolvenza ma stabbilixxew ebda kundizzjoni rigward l-użu tal-assi fil-ġejjieni. Kull limitazzjoni ta' dak l-użu tirriżulta mil-liġi nazzjonali eżistenti dwar il-bini u l-ambjent u l-aċċess pubbliku għal Nürburgring li huwa ggarantit mill-att rilevanti tal-Land. |
|
(48) |
Skont il-Kriterji tal-Għażla tal-proċess tal-offerti, kif definiti fl-ittri mibgħuta lill-investituri interessati fid-19 ta' Lulju 2013 u s-17 ta' Ottubru 2013, l-investituri jingħażlu fuq il-bażi ta': (a) massimizzazzjoni tar-rikavati totali għall-assi kollha; u (b) is-sigurtà tat-tranżazzjoni mistennija (64). Dawn il-kriterji ġew deskritti f'dettall kif ġej: “Value for the assets in scope of the respective offer; Potential value implications for those assets that are not included in the respective offer, if any; Costs for further separation of the assets in scope of the respective offer, if any; Costs to fulfil key assumptions and conditions of the respective offer; Closing probability”.[“Il-valur għall-assi fl-ambitu tal-offerta rispettiva; L-implikazzjonijiet potenzjali fuq il-valur għal dawk l-assi li mhumiex inklużi fl-offerta rispettiva, jekk jeżistu; L-ispejjeż għas-separazzjoni ulterjuri tal-assi fl-ambitu tal-offerta rispettiva, jekk jeżistu; L-ispejjeż sabiex jiġu ssodisfati suppożizzjonijiet u kundizzjonijiet ewlenin tal-offerta rispettiva; Il-probabilità tal-għeluq”]. Ġie spjegat ukoll li: “the closing probability will be assessed by taking into consideration the (i) outstanding due diligence requirements, (ii) secured financing for the transaction, supported by confirmation of financing partners, (iii) required steps for the regulatory clearance, (iv) required internal approval steps until the transaction could be consummated and (v) strategic rationale for the acquisition or future plans for the assets of the NG, MSR and CMHN and the likelihood of their realisation”. [“Il-probabilità tal-għeluq se tiġi vvalutata billi jiġu kkunsidrati (i) r-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta pendenti, (ii) il-finanzjament garantit għat-tranżazzjoni, sostnut b'konferma tal-imsieħba ta' finanzjament, (iii) l-istadji meħtieġa għall-approvazzjoni regolatorja, (iv) l-istadji ta' approvazzjoni interni meħtieġa sakemm it-tranżazzjoni tista' tiġi konsumata u (v) l-ħsieb strateġiku għall-akkwist jew il-pjanijiet futuri għall-assi ta' NG, MSR u CMHN u l-probabilità li jsiru realtà”]. Ta' min jinnota li l-kunsiderazzjonijiet ambjentali ma kinux parti mill-kriterji għall-għażla tal-offerta finali. |
|
(49) |
Permezz ta' ittri tas-17 ta' Ottubru 2013 u s-17 ta' Diċembru 2013, l-offerenti li ssottomettew offerti kkwalifikati ġew mgħarrfin li: (a) l-offerti indikattivi jew finali, rispettivament, jiġu kkunsidrati anki jekk jiġu sottomessi wara li jgħaddu l-iskadenzi rispettivi, diment li t-termini tal-offerti jikkwalifikaw għall-proċess ulterjuri; (b) l-iżvantaġġi kkaġunati mis-sottomissjoni tard jiġġarrbu bis-sħiħ mill-offerent inkwistjoni; u (c) il-bejjiegħa jistgħu jagħżlu lill-offerenti kkwalifikati ftit wara li tgħaddi l-iskadenza. Skont l-amministraturi tal-insolvenza, l-offerenti ġew mgħarrfin mill-bejjiegħa li setgħu jtejbu offerta jew jagħmlu waħda ġdida bejn l-iskadenza u l-konklużjoni tal-kuntratt ta' bejgħ. |
|
(50) |
24 kandidat (65) bagħtu offerta indikattiva sal-bidu ta' Frar 2014. Minn dawn il-kandidati, 18 tħallew javvanzaw għall-istadju tad-diliġenza dovuta (66), u 13-il offerent issottomettew offerti konfermatorji għar-raggruppamenti tal-assi individwali jew kollha jew l-assi individwali, inklużi l-offerti għall-assi kollha mingħand erba' offerenti: (1) Capricorn Automotive GmbH u Capricorn Holding GmbH (flimkien jissejħu “Capricorn”); (2) [It-Tieni Offerent]; (3) [It-Tielet Offerent]; (4) [Ir-Raba' Offerent] L-offerti ġew ikkunsidrati fuq il-bażi ta': (a) massimizzazzjoni tar-rikavati totali għall-assi kollha; u (b) is-sigurtà mistennija tat-tranżazzjoni (67). L-offerti li kienu jissodisfaw dawn il-kriterji ġew ikkunsidrati fl-istadju finali tal-evalwazzjoni; dawn kienu offerti mir-raggruppamenti kollha tal-assi. Minn dawn l-offerenti, Capricorn u [t-Tieni Offerent] issottomettew konfermi tal-aċċess tagħhom għall-finanzjament meħtieġ għax-xiri: fis-7 ta' Marzu 2014, [it-Tieni Offerent] issottometta ittra vinkolanti datata 24 ta' Frar 2014, li fiha għarraf lill-KPMG dwar il-kapaċitajiet finanzjarji tiegħu; u fil-11 ta' Marzu 2014, Capricorn issottometta lill-offerenti ittra vinkolanti bi […] datata 10 ta' Marzu 2014, indirizzata lil Capricorn, li fiha għarraf lil dawn tal-aħħar li […] kien lest jissottoskrivi selfa ta' EUR 45 miljun lil Capricorn għall-fini tal-akkwist tal-assi inkwistjoni. Fuq il-bażi tal-offerti tagħhom, il-kuntratti ġew negozjati b'mod parallel u quddiem nutar, mat-[Tieni Offerent] fis-7 ta' Marzu 2014 u ma' Capricorn fl-10 ta' Marzu 2014. |
|
(51) |
Fil-11 ta' Marzu 2014, il-Kumitat tal-Kredituri tal-kumpaniji insolventi approva l-bejgħ lil Capricorn (speċifikament lil Capricorn NÜRBURGRING Besitzgesellschaft GmbH), bħala dawk bl-ogħla offerta inkluża prova tal-finanzjament. B'mod partikolari, l-offerta ta' Capricorn kienet ta' EUR 77 miljun, filwaqt li l-offerta tat-[Tieni Offerent] kienet ta' bejn EUR [47-52] miljun. Il-kuntratt ta' bejgħ ma' Capricorn kif iffirmat minn NG, MSR u CMHN fil-11 ta' Marzu 2014 u mill-amministratur tal-insolvenza fit-13 ta' Marzu 2014 (68). |
|
(52) |
Wara l-proċess tal-offerti deskritt hawn fuq, Capricorn xtara l-assi ta' NG, MSR u CMHN (l-assi tanġibbli u intanġibbli kollha inklużi d-drittijiet kollha tal-art, bini, marki kummerċjali u dominju tal-Internet), iżda ma xtrat ebda obbligazzjoni u assi finanzjarji. L-azzjonisti ta' Capricorn huma Capricorn HOLDING GmbH (69) b'67 % tal-ishma u GetSpeed GmbH & Co KG (70) bi 33 % tal-ishma. |
|
(53) |
It-trasferiment tal-kuntratti tax-xogħol assoċjati mar-raggruppamenti ta' assi soġġetti għall-offerti jsegwi mil-liġi tal-Ġermanja (71) u l-ġurisprudenza tal-qrati tax-xogħol tal-Ġermanja (72), li jipprevedu li l-impjegati awtomatikament jiġu ttrasferiti lix-xerrej tal-assi, iżda li f'kuntest ta' insolvenza x-xerrej jista' jitlob lill-amministratur tal-insolvenza sabiex itemm il-kuntratti tax-xogħol. Fil-każ inkwistjoni, il-kuntratt tal-bejgħ jistipula li fl-2014 NBG (l-operatur attwali tal-kumpless ta' Nürburgring) itemm il-kuntratti tax-xogħol fuq talba ta' Capricorn. Tabilħaqq, dan tal-aħħar ikkonkluda li, sabiex jikseb operazzjoni ekonomikament vijabbli tal-assi mixtrijin, ikun jeħtieġ 253 mill-297 impjegati totali (sal-bidu tal-2014), u b'hekk talab lil NBC sabiex itemm il-kuntratti tax-xogħol ta' 44 impjegat. B'hekk, 85 % tal-persunal totali tal-kumpaniji insolventi se jiġu ttrasferiti lil Capricorn fl-1 ta' Jannar 2015 (id-data li fiha Capricorn se jibdew joperaw l-assi mixtrijin). |
|
(54) |
Il-partijiet għall-kuntratt ta' bejgħ huma obbligati jimplimentawh biss malli tkun toħroġ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara li la x-xerrej u lanqas il-kumpanija operatorja tiegħu ma huma benefiċjarji tal-għajnuna vvalutata soġġetta għall-irkupru, u: (a) iż-żmien sabiex jittieħdu passi legali kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni jkun għadda bla ma sar appell; jew (b) fil-każ ta' appell, wara li tinqata' sentenza tal-qorti li ma tistax tiġi appellata li tikkonferma d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Din il-kundizzjoni għandha l-għan li tkopri d-diskrepanza bejn il-prezz tal-assi ta' EUR 77 miljun u r-riskju finanzjarju li ġarrew, li kien ġej mill-obbligazzjoni possibbli mill-irkupru tal-għajnuna mill-Istat ta' EUR 456 miljun fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-21 ta' Mejju 2012 u s-7 ta' Awwissu 2012 sabiex tinfetaħ u titwessa', rispettivament, il-proċedura ta' investigazzjoni formali. |
|
(55) |
In-negozju fl-istaġun 2014 se jitmexxa minn NBG. Wara hija prevista likwidazzjoni ta' din il-kumpanija. Il-fluss tal-flus tal-2014 ta' NBC (EUR 6 miljun) jiġi riċevut mill-bejjiegħ. Fil-forma ta' tariffa fissa, jagħmel parti mill-prezz tal-bejgħ sabiex jiffaċilita l-ġestjoni tal-kuntratt. Fir-rigward tal-benefiċjarji NG, MSR u CMHN, fil-kuntest tal-proċediment ta' insolvenza tagħhom, żgur li waqqfu l-attivitajiet kollha u ma għandhom ebda impjegat. Fl-istess ħin, l-amministraturi tal-insolvenza huma inkarigati bil-proċedimenti legali skont il-liġi tal-Ġermanja dwar il-fallimenti, bil-għan li jirranġaw il-pretensjonijiet u l-obbligi kollha tal-kumpaniji fi proċedimenti ta' insolvenza. Ladarba dawk il-pretensjonijiet u l-obbligi jiġu saldati, u l-qorti tal-insolvenza tapprova l-likwidazzjoni finali, il-kumpaniji jistgħu jitħassru mir-reġistri tal-kumpaniji. |
|
(56) |
Sabiex imexxi n-negozju fl-istaġun tal-2014, ix-xerrej (Capricorn) se jistabbilixxi l-kumpanija operatorja Capricorn NÜRBURGRING GmbH (“OpCo”) li se tikkonkludi kuntratti għall-istaġun 2015. Bil-għan li jiġi żgurat li l-benefiċjarji tal-għajnuna żgur jitilqu mis-suq, il-Kummissjoni ġiet mgħarrfa dwar il-miżuri li ġejjin. Jekk ma jkun hemm ebda deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tistax tiġi appellata fil-bidu tal-2015, l-assi mibjugħa jiġu ttrasferiti qabel l-1 ta' Jannar 2015 lil kumpanija ġdida (“NewCo”) li, fiha, ix-xerrej ikun sid ta' 95,1 % tal-ishma u fiduċjarju indipendenti jkun sid ta' 4,9 % tal-ishma li jifdal. Il-fiduċjarju se jkun qed jaġixxi fl-interessi tal-kredituri u mhux tal-benefiċjarji insolventi tal-għajnuna mill-Istat, iżda mhuwiex se jkun soġġett għall-ordnijiet tal-kredituri. Barra minn hekk, se jiġi konkluż kuntratt ta' lokazzjoni bejn NewCo u OpCo, li jintemm fid-data li jidħol fis-seħħ il-kuntratt ta' bejgħ. In-negozju ta' OpCo se jitmexxa bl-istess isem tagħha, fuq il-bażi tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tagħha stess u bil-forza tax-xogħol li tagħżel hi (ara l-premessa 53 iktar 'il fuq). Se jkun hemm tariffa ta' lokazzjoni totali ta' EUR [4,6-5,1] fis-sena li trid titħallas lil NewCo, li se sservi l-massa ta' likwidazzjoni tal-kumpaniji ta' Nürburgring (il-pagamenti kollha favur il-beni ta' insolvenza huma ttrasferiti lill-kontijiet fiduċjarji tal-amministraturi tal-insolvenza, sabiex jitqassmu lill-kredituri biss). Meta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tidħol fis-seħħ, il-fiduċjarju se jittrasferixxi l-ishma kollha tiegħu f'NewCo lix-xerrej. Min-naħa l-oħra, jekk ix-xerrej ma jissodisfax l-obbligi ta' ħlas tiegħu skont il-kuntratt, il-fiduċjarju se jkun jista' jbigħ l-assi. Barra minn hekk, jekk tiġi annullata deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-assi jmorru lura għand l-amministraturi tal-insolvenza sabiex jinbiegħu minnufih, peress li l-obbligu ta' likwidazzjoni tal-liġi dwar l-insolvenza tal-Ġermanja jibqa' jeżisti anki f'dan il-każ. Mhuwiex possibbli li NewCo tissokta n-negozju tal-kumpaniji ta' Nürburgring. Il-Kummissjoni tosserva li dan l-arranġament ma jibdilx il-kundizzjonijiet bażiċi tal-bejgħ, inklużi t-termini tal-prezz tal-bejgħ u tal-ħlas, li jibqgħu l-istess (73). |
3. KUMMENTI TAL-ĠERMANJA
3.1. IMPRIŻA F'DIFFIKULTÀ
|
(57) |
Fil-kummenti tagħhom għall-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Ġermanja argumentat li NG ma kinitx impriża f'diffikultà mill-1 ta' Lulju 2008 (74) jew meta ngħatat is-selfa tal-ISB ta' EUR 325 265 000 fit-28 ta' Lulju 2010 (75). Rigward is-sitwazzjoni ta' NG, MSR u CMHN fil-perjodu minn Mejju 2012 sa Lulju 2012 u l-estensjoni tal-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Ġermanja tiddikjara li l-Kummissjoni ma kinitx ħadet f'kunsiderazzjoni l-insolvenza ta' NG, MSR u CMHN bħala konsegwenza li ma tistax titreġġa' lura mid-deċiżjoni tagħha li ma tapprovax l-għajnuna għas-salvataġġ fil-proċedimenti preliminari (76) u li għalhekk kisret il-prinċipju ta' proporzjonalità (77). Il-Ġermanja targumenta wkoll li NG iwettqu l-bini tal-infrastruttura u b'mod partikolari l-organizzazzjoni ta' avvenimenti ta' tiġrijiet tal-Formula 1 u Superbike f'isem is-settur pubbliku (78), u li għalhekk ma jistgħux jittieħdu f'kunsiderazzjoni għall-analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha, il-klassifikazzjoni ta' impriża f'diffikultà u l-applikazzjoni tal-prinċipju “ta' darba” (79). |
3.2. RIŻORSI TAL-ISTAT U L-IMPUTABBILTÀ
|
(58) |
Għall-miżuri mwettqin minn NG, il-Ġermanja tagħraf li r-riżorsi huma imputabbli lill-Istat (80). |
3.3. ATTIVITÀ EKONOMIKA
|
(59) |
Skont il-Ġermanja, il-bini tat-tribuna, tas-swali b'diversi funzjonijiet, l-istrutturi ta' aċċess u l-attrazzjonijiet li joffru edukazzjoni u divertiment (il-Parti I (81) tal-proġett ta' Nürburgring 2009) mhuwiex attività ekonomika peress li s-sentenza Leipzig/Halle (82) ma tistax tiġi applikata għall-bini tal-infrastruttura (reġjonali u sportiva) ġenerali (83), il-bini jikkonċerna faċilitajiet li għalihom huma ssodisfati l-kriterji tal-White Book tal-2007 dwar l-isport tal-Kummissjoni (użu b'diversi funzjonijiet, aċċess mhux diskriminatorju, eċċ.), ebda invesitur privat ma jwettaq proġett bħal dan u l-korsi tat-tiġrija ġeneralment ma jinbnewx mill-privat għaliex ma jrendux biżżejjed profitt (84). |
|
(60) |
Fir-rigward tal-avvenimenti tal-Formula 1, fil-fehma tal-Ġermanja, fil-prinċipju huma qed jagħmlu t-telf f'livell strutturali, dawn l-avvenimenti ma jistgħux jitqiesu bħala n-negozju normali ta' NG peress li anki bl-appoġġ pubbliku wasslu għal riżultat negattiv għal NG, din il-kumpanija ma torganizzax dawn l-avvenimenti jekk ma tkunx qed tistenna appoġġ pubbliku u l-awtoritajiet pubbliċi ddeċidew li jiffinanzjaw l-avvenimenti tal-Formula 1 permezz tal-NG bil-kundizzjonijiet tas-suq normali għal motivi marbutin mal-politika reġjonali (85). Għaldaqstant, il-Ġermanja tiddikjara li l-organizzazzjoni ta' dawn l-avvenimenti ma tistax titqies li hija attività ekonomika ta' NG. Li kieku kienet għajnuna, il-Ġermanja tiddikjara li huma ssodisfati l-kriterji tas-SIEĠ. |
3.4. SELETTIVITÀ
|
(61) |
Il-Ġermanja targumenta li anki jekk il-finanzjament tal-miżuri kien attività ekonomika, dan mhuwiex selettiv għaliex il-kriterji tal-White Book tal-2007 dwar l-isport huma ssodisfati (mhux utent wieħed; aċċess bla diskriminazzjoni; użu b'diversi funzjonijiet u lokazzjoni bi prezzijiet raġonevoli bbażati fuq is-suq; l-infrastruttura mhijiex ipprovduta mis-suq għaliex ma tkunx ekonomika; responsabbiltà tal-awtoritajiet pubbliċi). |
3.5. VANTAĠĠ
(a) Miżuri koperti bid-deċiżjoni tal-21 ta' Marzu 2012
|
(62) |
Il-Ġermanja tammetti li ma sabitx investitur privat fit-tul li kien lest jinvesti fil-proġett Nürburgring 2009. |
|
(63) |
Għall-ewwel miżura (pagamenti fir-riżerva ta' kapital u ġbir ta' kapital f'Awwissu 2004, Diċembru 2004 u Settembru 2007), il-Ġermanja targumenta li l-kwistjoni ta' vantaġġ mhijiex rilevanti, għaliex il-mira tal-miżura ma kinitx attività ekonomika. |
|
(64) |
Fir-rigward tat-tieni miżura, il-Ġermanja targumenta li l-livell tal-imgħax tas-selfiet ta' NG mogħti lis-sussidjarji tagħha (6 %) ma jikkostitwixxix vantaġġ għas-sussidjarji peress li huwa paragunabbli għall-imgħax tas-self meħud fis-suq. |
|
(65) |
Rigward it-tielet miżura, skont il-Ġermanja, il-miżuri ffinanzjati mill-pula ta' likwidità li jammontaw għal EUR 170 miljun (86) twettqu b'termini bbażati fuq is-suq, peress li: (a) il-pula tintuża mil-Land b'mod simili bħal parteċipazzjoni bbażata fuq is-suq (87);( b) NG ħallset l-imgħaxijiet bħas-soltu; u (c) il-fondi tħallsu lura kompletament b'rabta mat-tmien miżura. Il-Ġermanja indikat ukoll li s-self mogħti mill-pula ta' likwidità tal-Land lil ISB serva esklussivament sabiex jirrifinanzja l-ISB għas-self tagħha lil NG (ara wkoll il-premessa 70) u li l-kundizzjonijiet tas-suq tal-Land mit-tranżazzjonijiet tal-pula ta' likwidità ma ngħaddewx lil NG bħala debitur. |
|
(66) |
Għar-raba' miżura (selfa mogħtija minn NG lil MSR), il-Ġermanja tiddikjara li rata tal-imgħax ta' 7 % tidher li tikkonforma mas-suq. |
|
(67) |
Rigward il-ħames miżura (appoġġ ipprovdut minn NG lil CST), il-Ġermanja tgħid li tikkonforma mas-suq: wara l-finanzjament inizjali tal-proġett minn NG u MIB bil-kundizzjonijiet ta' parità, iktar tard l-MIB ma rnexxilhiex tipprovdi s-selfiet tal-azzjonisti neċessarji fl-istess ammont bħal NG. Peress li rtirar ta' NG mill-proġett jixħet fil-periklu l-forniment fil-ħin tas-sistema ta' biljetti, kif ukoll wisq probabbli jrendi inutli l-investimenti preċedenti NG, kien jaqbel li NG tkompli bil-proġett ippjanat bil-kundizzjonijiet differenti, speċjalment peress li l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju kien jippermetti li jkun mistenni dħul raġonevoli u NG rċeviet kollaterali mingħand NG. |
|
(68) |
Fir-rigward tas-sitt miżura (kunsiderazzjoni mogħtija lil IPC, u s-selfa lil MSR permezz ta' PNG bħala intermedjarja), il-Ġermanja targumenta li r-riċevituri rċevew il-ħlasijiet rispettivi bħala remunerazzjoni għas-servizzi u bħala selfa għal kundizzjonijiet ekwivalenti tas-suq. |
|
(69) |
Fir-rigward tas-seba' miżura (ċessjoni tal-pretensjonijiet ta' MIB kontra CST lil NG), il-Ġermanja ma tindirizzax mistoqsijiet li jikkonċernaw vantaġġ potenzjali. |
|
(70) |
Fir-rigward tat-tmien miżura (selfa ta' ISB lil NG, MSR u CMHN), il-Ġermanja tindika li ISB ma kienx aġixxa b'mod indipendenti (bil-kundizzjonijiet tas-suq normali) bħala impriża (separata), iżda bħala bank ta' appoġġ li rċieva ordni espliċita mill-amministrazzjoni tal-Land u li kien parti minnha (88). Skont il-Ġermanja, il-prinċipji tal-Ftehim II huma applikabbli għar-rifinanzjament tas-selfa ta' ISB (89) permezz tal-parteċipazzjoni ta' ISB fil-pula ta' likwidità u għalhekk din il-parteċipazzjoni ma tikkostitwixxi ebda għajnuna favur ISB (90). |
|
(71) |
Fir-rigward tad-disa' miżura (garanzija tal-Land lil ISB rigward it-tmien miżura), il-Ġermanja tiddikjara li l-garanzija inkwistjoni tindirizza s-sehem ta' riskju f'relazzjoni interna bejn ISB u l-Land u ma tipprovdi ebda vantaġġ lill-benefiċjarji tas-selfa (NG, MSR u CMHN), għaliex ma kinitx twassal għal termini aħjar tas-selfa tagħhom (91). |
|
(72) |
Fir-rigward tal-għaxar miżura (kuntratt ta' lokazzjoni kummerċjali konkluż fil-25 ta' Marzu 2010), il-Ġermanja ssottomettiet perizja tad-29 ta' Settembru 2011, ikkummissjonata mil-Land dwar il-kirja għal-lokazzjoni kummerċjali ta' Nürburgring, li stabbilixxiet medda ta' kirjiet annwali minimi u massimi li jikkonformaw mas-suq. Il-Ġermanja tiddikjara li skont dik il-perizja, il-kirja mistennija hija 20 % ogħla mil-livell massimu tas-suq u li tkun tkopri l-ispejjeż ta' bini tal-lokatur ta' EUR 330 miljun u qligħ raġonevoli (92). |
|
(73) |
Fir-rigward tas-selfiet tal-miżura 11 (selfiet mogħtijin minn RIM lil MSR b'Mediinvest u PNG bħala intermedjarji), li bihom ġiet iffinanzjata l-Parti II tal-proġett “Nürburgring 2009”, il-Ġermanja targumenta li huma konformi mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq u li ma jinvolvux vantaġġ, peress li r-rati tal-imgħax applikati huma ogħla mir-rati ta' referenza applikabbli (apparti ż-żewġ selfiet tat-12 ta' Novembru 2008 u t-22 ta' Diċembru 2008). |
|
(74) |
Għall-miżura 12 (garanzija tal-Land għas-selfiet ta' RIM lil MSR b'Mediinvest bħala intermedjarja skont il-miżura 11), il-Ġermanja tiddikjara li l-garanzija tal-Land twassal biss għal vantaġġ għar-riċevituri tas-selfiet, iżda ebda vantaġġ għal ISB jew RIM, għaliex dik il-garanzija kienet rekwiżit għall-għoti tas-selfiet. |
|
(75) |
Fir-rigward tal-miżuri 13 u 14 (għotjiet mit-taxxa fuq il-logħob għall-promozzjoni tat-turiżmu (93) u selfiet mil-Land), il-Ġermanja ma tiddikjarax li huma konformi mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq. Rigward it-taxxa fuq il-logħob, il-Ġermanja tiddeskrivi l-miżura bħala kumpens għall-ispejjeż infrastrutturali b'rabta mal-promozzjoni tat-turiżmu. Rigward is-subordinazzjoni tad-dejn, il-Ġermanja targumenta li għandha sempliċi effett dikjarattiv peress li kull selfa tal-azzjonisti xorta waħda hija subordinata fil-proċedimenti ta' insolvenza, li, għalhekk, dik is-subordinazzjoni kienet twassal biss għal effett potenzjali fuq il-baġit pubbliku u li, għalhekk, ma tikkostitwixxix vantaġġ (94). |
|
(76) |
Fir-rigward tal-miżura 15 (akkwist tal-ishma ta' MSR minn NG u RIM), il-Ġermanja tiddikjara li ma tikkostitwixxix vantaġġ ekonomiku għal Mediinvest, Geisler & Trimmel u Weber, għaliex: (a) twettqet bil-prezz simboliku ta' EUR 1 għal kull sehem; (b) ma kinitx tinvolvi xi vantaġġ ieħor bħat-tħassir tas-selfiet tal-azzjonisti jew tal-garanziji tal-azzjonist; (c) NG u RIM ħadu l-ishma f'MSR sabiex jgħaqqdu s-sjieda tal-Parti II ma' dik tal-PArti I tal-proġett “Nürburgring 2009” u sabiex ikun jista' jkollhom kunċett kummerċjali magħqud; u (d) il-kwistjoni ta' jekk MSR kinitx f'diffikultà meta sar it-trasferiment ma għandha ebda impatt fuq din il-valutazzjoni, peress li MSR hija kumpanija b'responsabbiltà limitata, u b'hekk ir-responsabbiltà tal-azzjonisti dejjem tkun limitata għall-kapital tal-kumpanija. |
|
(77) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-miżura 16 (finanzjament tat-telf ta' NG mit-tiġrijiet tal-Formula 1 mil-Land), il-Ġermanja tiddikjara li mhijiex attività ekonomika u li l-finanzjament tal-avvenimenti tal-Formula 1 normalment ma jħallix qligħ. |
|
(78) |
Għall-miżura 17 (kuntratt ta' konċessjoni tal-Formula 1), il-Ġermanja tiddikjara li hija marbuta mal-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta' lokazzjoni kummerċjali. Il-Ġermanja targumenta li peress li l-kirja hija konsiderevolment ([…] %) ogħla mil-livell tas-suq, iż-żewġ kuntratti jridu jitqiesu li huma bbilanċjati fit-totalità tagħhom (inklużi l-benefiċċji tal-NAG mill-kuntratt ta' konċessjoni) (95). |
(b) Miżuri koperti bid-deċiżjoni tas-7 ta' Awwissu 2012 (96)
|
(79) |
Rigward il-miżura 18 (riskedar tad-dejn), il-Ġermanja tiddikjara li kien hemm bżonnha sabiex tiġi evitata l-insolvenza imminenti u li kienet tkun implimentata minn azzjonist privat ukoll. |
|
(80) |
Rigward il-miżura 19 (garanzija u subordinazzjoni tad-dejn), il-Ġermanja targumenta li lanqas ma tikkostitwixxi piż potenzjali għall-baġit pubbliku, li tkun implimentata minn azzjonist privat ukoll, u li s-subordinazzjoni tad-dejn ma għandha ebda konsegwenza għall-azzjonisti għaliex ma kien hemm ebda kreditur sostanzjali ieħor. |
3.6. TFIXKIL TAL-KOMPETIZZJONI U L-EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ
|
(81) |
Il-Ġermanja tiddikjara li l-miżuri meħudin favur lukandi u ristoranti ma għandhom ebda effett potenzjali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri (97). |
3.7. KOMPATIBBILTÀ
(a) Il-faċiliajiet taċ-ċirkwit tat-tiġrijiet
|
(82) |
Il-Ġermanja tiddikjara li Nürburgring huwa kruċjali għall-ekonomija u l-impjiegi fir-reġjun, li huwa faċilità importanti ddedikata fil-parti l-kbira għall-isport tad-dilettanti, li huwa parti mill-istorja motosportiva tal-Ġermanja u l-kultura Ġermaniża u b'hekk anki parti mill-wirt kulturali tal-Unjoni, li għandu impatt fuq is-sikurezza tat-traffiku fid-dinja sħiħa, peress li l-karozzi ttestjati fuq dik il-korsa jiġu esportati madwar id-dinja, li ċ-ċentru tas-sewqan tagħha joffri taħriġ sikur għas-sewwieqa, u l-miżuri investigati mhumiex marbutin mal-korsa fihom infushom, iżda marbutin iktar mal-infrastruttura sportiva u mhux sportiva, għajr il-korsa, u mal-organizzazzjoni tat-tiġrijiet tal-Formula 1. |
(b) Il-kompatibbiltà tal-għajnuna skont 107(3)(c) TFUE
|
(83) |
Il-Ġermanja targumenta li l-bini ta' faċilitajiet sportivi jista' jitqies bħala interess komuni fid-dawl tal-Artikolu 165 TFUE (98) u li l-miżuri li jagħtu aċċess għall-isport jistgħu jkunu sostnuti (99). Nürburgring ma jilqax biss xi ftit avvenimenti professjonali iżda anki avvenimenti għad-dilettanti u t-taħriġ fil-motosport għaż-żgħażagħ. Nürburgring jintuża anki għal avvenimenti sportivi oħrajn bħar-roti (Rad&Run), il-ġiri (Fisherman's Friend StrongmanRun) u triathlons (Green Hell Triathlon). |
|
(84) |
Il-Ġermanja tiddikjara li l-miżuri huma meħtieġa għar-raġunijiet li ġejjin: Minn […] jiem ta' avvenimenti, Nürburgring jintuża għal sports professjonali biss għal […] ijiem, għal sport tad-dilettanti għal […] ijiem u għal sport tad-dilettanti kif ukoll professjonali għal […] ijiem. Id-dilettanti sportivi jirrappreżentaw iktar minn […] ([…] professjonisti versus […] dilettanti). L-avvenimenti mhux tad-dilettanti huma l-Formula 1, il-German Touring Car Championship, is-Superbike World Championship, l-avveniment mużikali Rock at Ring u s-sewqan għall-ittestjar tal-manifatturi tal-karozzi. Id-dilettanti jistgħu jsuqu fih bil-karozzi tagħhom stess. Fi tmiem il-ġimgħa jiġu organizzati kompetizzjonijiet għad-dilettanti ta' assoċjazzjonijiet kbar tal-motosport tal-Ġermanja (bħal ADAC). Matul il-ġimgħa, għaqdiet individwali jużaw il-korsi għat-taħriġ jew għal kompetizzjonijiet tad-dilettanti. Fil-motosport, ma hemm ebda infrastruttura separata għal sport professjonali u tad-dilettanti. Barra minn hekk, il-miżuri investigati jservu għall-eliminazzjoni ta' falliment tas-suq. Wieħed ma jistax jistenna redditu fuq l-investiment. Għall-kuntrarju ta' areni b'diversi funzjonijiet, kull sena sseħħ biss sensiela waħda jew tnejn ta' kompetizzjoni waħda. Ebda investitur privat ma jibni u jiffinanzja infrastruttura bħal din. Il-parteċipazzjoni ta' impriżi privati fil-finanzjament tal-Parti I tal-proġett “Nürburgring 2009” falliet. B'hekk, l-involviment tal-pubbliku kellu effett ta' inċentiv ukoll. Mingħajr ir-rieda politika espliċita tal-gvern tal-Land, NG ma kinitx timplimenta l-immodernizzar u l-espansjoni tal-infrastruttura sportiva daqs kemm fil-fatt għamlet. Barra minn hekk, il-Ġermanja targumenta li l-finanzjament tal-miżuri huwa proprozjonat. L-għanijiet ma setgħux jintlaħqu b'finanzjament inqas mis-settur pubbliku. L-installazzjonijiet kienu qodma u kienu jeħtieġu li jiġu mmodernizzati. Ma kien hemm ebda duplikazzjoni tal-infrastrutturi. Għall-kuntrarju tal-kawżi tal-Kummissjoni dwar areni b'diversi funzjonijiet (100), il-miżuri investigati ma jikkonċernawx infrastruttura ġdida jew estensjoni sostanzjali tal-kapaċità. |
|
(85) |
Skont il-Ġermanja, l-effetti fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni huma żgħar u ma jmorrux kontra l-interess komuni. Kif stipulat il-qorti ta' Koblenz (101), Nürburgring bin-Nordschleife huwa uniku. Il-post tal-avvenimenti internazzjonali u nazzjonali għandu storja twila u, għalhekk, l-appoġġ lill-infrastruttura sportiva f'Nürburgring ma jwassalx għal trasferiment tal-avvenimenti lejn Nürburgring. Ftit huma l-avvenimenti internazzjonali li jsiru f'Nürburgring. |
(c) Il-kompatibbiltà tal-għajnuna skont 107(3)(d) TFUE
|
(86) |
Il-Ġermanja tiddikjara li Nürburgring — bħala l-itwal korsa u l-eqdem kwartieri tal-boxes fid-dinja — huwa parti mill-wirt kulturali tal-Unjoni (102). Partijiet mir-ringowerk (taħlita ta' mużew u ċentru xjentifiku) għandhom bixra ta' mużew. Il-miżura għall-appoġġ tal-kultura motosportiva kienet meħtieġa peress li toħloq identità kulturali komuni fil-Ġermanja u fl-Unjoni, u l-finanzjament privat tal-Parti I tal-proġett “Nürburgring 2009” ma rnexxiex. Il-miżura kienet proporzjonata wkoll għaliex ma ngħatax kumpens żejjed f'dik il-miżura. Il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u l-kompetizzjoni fil-qasam tal-faċilitajiet kulturali mhumiex affettwati mill-appoġġ b'tali mod li jmorru kontra l-interess komuni. Il-faċilitajiet kulturali f'Nürburgring huma f'kompetizzjoni ma' faċilitajiet kulturali reġjonali jew nazzjonali oħrajn, u għalhekk is-sehem mis-suq tal-faċilitajiet preċedenti huwa limitat. |
(d) Il-kompatibbiltà tal-għajnuna skont 107(3)(b) TFUE
|
(87) |
Il-Ġermanja tiddikjara wkoll li t-teħid tas-selfiet ta' NG mill-pula ta' likwidità u l-parteċipazzjoni ta' ISB fil-pula ta' likwidità (it-tielet miżura) huma kompatibbli skont 107(3)(b) TFUE peress li t-teħid ta' selfa mill-ekonomija reali kien kważi impossibbli dak iż-żmien minħabba d-disintegrazzjoni tas-suq interbankarju. |
(e) Il-kompatibbiltà tal-għajnuna skont 106(2) TFUE
|
(88) |
Il-Ġermanja tiddikjara li parti mill-miżuri ta' investiment għall-promozzjoni tat-turiżmu kienet tissodisfa r-rekwiżiti tas-SIEĠ li kienu fis-seħħ dak iż-żmien (103) u li ma jidher li hemm ebda żball evidenti fl-istima. B'mod iktar konkret, il-Ġermanja tindika li l-partijiet ta' ringowerk (b'mod partikolari l-wirja motosportiva, it-teatru multimedjali Green Hell, ringomeister u testocentre) għandhom bixra ta' mużew u jaqdu l-interess pubbliku tal-edukazzjoni (kulturali), Warsteiner Event Centre jservi bħala kungress b'diversi funzjonijiet, faċilità għall-fieri u l-konferenzi u, kultant, l-istabbiliment ta' parkeġġ ma jintużax kollu f'jiem mingħajr avvenimenti kbar. Il-Ġermanja targumenta li impriża li taġixxi f'kundizzjonijiet normali tas-suq ma kinitx tagħmel l-investimenti fit-tliet faċilitajiet ta' hawn fuq mingħajr finanzjament pubbliku u li l-finanzjament privat li falla tal-Ewwel Parti tal-proġett “Nürburgring 2009” juri li ma hemmx suq għall-implimentazzjoni ta' miżuri bħal dawn. |
|
(89) |
Il-Ġermanja tiddikjara li l-organizzazzjoni ta' avvenimenti tal-Formula 1 hija meqjusa bħala SIEĠ peress li dawn huma ffinanzjati pubblikament f'pajjiżi oħrajn ukoll u għandhom prestiġju enormi u effetti makroekonomiċi u fuq l-identità għall-Istat Membru rispettiv kif ukoll għall-Unjoni sħiħa. |
(f) Qafas Temporanju
|
(90) |
Il-Ġermanja tiddikjara li l-porzjonijiet 2 sa 4 tas-selfa tal-ISB (it-tmien miżura) huma kompatibbli mas-suq intern skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Qafas Temporanju tal-Komunità għall-miżuri ta' għajnuna mill-Istat li jappoġġjaw l-aċċess għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (104), u li anki jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li NG kienet impriża f'diffikultà mill-1 ta' Lulju 2008 u l-Qafas Temporanju ma setax jiġi applikat għall-porzjonijiet 2 sa 4 tas-selfa tal-ISB, l-għajnuna favur NG, MSR u CMHN tkun daqs id-differenza bejn ir-rata tal-imgħax li trid titħallas fis-suq u r-rata tal-imgħax fil-fatt imħallsa, u mhux daqs l-ammont sħiħ tas-selfa (105). |
3.8. IL-BEJGĦ TAL-ASSI
|
(91) |
Fil-kummenti tagħha, il-Ġermanja ssostni li l-istruttura tal-bejgħ ma tinvolvix l-għajnuna mill-Istat mogħtija lix-xerrej tal-assi. Barra minn hekk, il-Ġermanja targumenta li l-proċess ta' bejgħ interrompa l-kontinwità ekonomika ta' NG, MSR u CMHN. B'hekk, fil-fehma tagħha, jekk il-proċedura ta' investigazzjoni formali tikkonkludi b'deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni li titlob li tiġi rkuprata l-għajnuna inkompatibbli, obbligu ta' rkupru impost fuq NG, MSR u CMHN ma jkunx jikkonċerna lix-xerrej tal-assi inkwistjoni. Fl-aħħar, fir-rigward tal-kundizzjoni li tipprevedi li l-bejgħ tal-assi ta' Nürburgring ikun finali biss malli tkun teżisti deċiżjoni mhux appellabbli tal-Kummissjoni li tiddikjara li l-għajnuna ma tkunx se tiġi rkuprata mingħand ix-xerrej tal-assi, il-Ġermanja targumenta li din il-kundizzjoni ma tikkostitwixxix ostakolu għal-likwidazzjoni tal-benefiċjarji tal-għajnuna u li mhijiex kontinwazzjoni tan-negozju tagħhom, jew vantaġġ għax-xerrej. |
|
(92) |
Fir-rigward tal-interruzzjoni tal-kontinwità ekonomika, il-Ġermanja indikat l-elementi li ġejjin:
|
|
(93) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni li tipprevedi li l-bejgħ tal-assi ta' Nürburgring jsir finali biss malli toħroġ deċiżjoni mhux appellabbli tal-Kummissjoni li tiddikjara li l-għajnuna ma tkunx se tiġi rkuprata mingħand min jixtri l-assi, il-Ġermanja targumenta dan li ġej:
|
|
(94) |
Bħala konklużjoni, il-Ġermanja targumenta li b'dan il-proċess ma hemm ebda kontinwità ekonomika bejn NG, MSR u CMHN u l-assi mibjugħa bil-proċess tal-offerti. B'hekk, kull għajnuna mill-Istat inkompatibbli potenzjali mogħtija lil NG, MSR u CMHN ikollha tiġi rkuprata mingħand dawn il-kumpaniji, wara deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni, u ma tikkonċernax lix-xerrej tal-assi mibjugħin. Il-Ġermanja targumenta wkoll li l-preċedent tal-kundizzjoni tal-kuntratt tal-bejgħ bejn il-bejjiegħa u x-xerrej mhuwiex ostakolu għal-likwidazzjoni tal-kumpaniji ta' Nürburgring u l-irkupru tal-għajnuna mogħtija lilhom fl-imgħoddi. Il-benefiċjarji tal-għajnuna se jgħibu mis-suq għal kollox. Jekk xi darba jitħassar il-bejgħ ma' Capricorn, l-assi xorta jinbiegħu u l-bejjiegħa xorta jiġu likwidati. |
|
(95) |
Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni dwar l-istruttura tal-bejgħ, biex tikseb ċertezza legali li l-bejgħ tal-assi ma jkunx jinvolvi għajnuna mill-Istat u li kull xerrej li jirbaħ ma jinżammx responsabbli għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat inkompatibbli. |
|
(96) |
Il-Ġermanja ħadet ukoll l-impenn li tipprovdi lill-Kummissjoni rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' bejgħ. Ir-rapporti ġew sottomessi fuq bażi regolari. Ir-rapporti kkonfermaw li l-proċess ta' bejgħ ġie eżegwit skont il-prinċipji diskussi mal-Kummissjoni. Ipprovdew ukoll tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-offerenti, l-offerti tagħhom, il-prezz tal-bejgħ finali u kwistjonijiet rilevanti oħrajn. |
4. ILMENTI DWAR IL-BEJGĦ TAL-ASSI
4.1. ILMENT MINGĦAND “JA ZUM NÜRBURGRING e.V.” (L-EWWEL ILMENTATUR)
(a) Ilment
|
(97) |
L-ewwel ilmentatur jiddikjara li l-proċess tal-offerti għall-bejgħ tal-assi ta' NG, MSR u CMHN (jiġifieri l-bejgħ tal-korsa, il-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni u l-park ta' divertiment flimkien) ma kienx imfassal kif xieraq sabiex jiġi rkuprat it-tfixkil tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti, għaliex kien magħmul għat-tħaddim mhux mibdul tal-kumpless u trasferiment tal-parti l-kbira tal-impjegati ta' NG, MSR u CMHN lix-xerrej tal-assi. L-ewwel ilmentatur jilmenta wkoll li fil-proċedimenti ta' insolvenza fl-amministrazzjoni proprja (“Eigenverwaltung”) il-kumpaniji insolventi jmexxu l-bejgħ huma stess, bis-superviżjoni ta' amministratur tal-insolvenza biss (“Sachwalter”) (107), li l-offerenti mhumiex meħtieġa jissottomettu offerti separati għal kull raggruppament ta' assi u li l-offerti għall-assi kollha huma aċċettabbli. |
|
(98) |
L-ewwel ilmentatur jargumenta wkoll li l-għajnuna tiġi ttrasferita lix-xerrej tal-assi għaliex l-assi kollha, madwar 300 impjegat u n-negozju operatorju ta' NBG jiġu ttrasferiti lil offerent wieħed u għalhekk ikun hemm kontinwità ekonomika bejn is-sid/operatur ta' qabel u l-ġdid. L-ewwel ilmentatur jallega wkoll li bħala riżultat tal-kriterju ta' kisba tal-ogħla valur possibbli għall-assi kollha, il-bejjiegħa taw preferenza lill-offerti għall-assi kollha, filwaqt li ddiskriminaw kontra l-offerti għal assi individwali. |
|
(99) |
Barra minn hekk, l-ewwel ilmentatur jallega li kien hemm nuqqas ta' trasparenza fir-rigward tal-kriterji tal-għoti u d-dejta finanzjarja dwar il-profitti ta' NG, u li saret diskriminazzjoni bejn l-offerenti, b'mod partikolari għaliex l-aċċess għal kamra ta' dejta virtwali kienet limitata għal ħames offerenti. L-ewwel ilmentatur jiddikjara wkoll li l-bejjiegħa kkomunikaw l-estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti vinkolanti sa nofs Frar 2014 biss għall-offerenti għall-assi kollha li kkwalifikaw għall-aċċess għall-kamra tad-dejta virtwali; l-offerenti li offrew biss għal raggruppamenti ta' assi individwali bħat-tieni lmentatur ma ġewx notifikati bl-estensjoni tal-iskadenza. Barra minn hekk, l-ewwel ilmentatur jiddikjara li l-Land u Capricorn kienu rappreżentati mill-istess uffiċċju legali. |
|
(100) |
L-ewwel ilmentatur jitlob li jiġi sospiż il-proċess tal-offerti u li dan jerġa' jitnieda bi kriterji tal-għoti ċari, il-kwalifika tal-korsa bħala SIEĠ u li din tkun separata mill-bejgħ tal-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni u l-park ta' divertiment. |
|
(101) |
Barra minn hekk, l-ewwel ilmentatur jallega li NBG irċeviet għajnuna mhux notifikata ġdida li mhijiex kompatibbli mas-suq intern għaliex kienet tipprovdi kapital għall-operat tan-negozju f'Nürburgring mingħand l-insolventi NG fl-ammont ta' EUR 2 239 243 fil-forma ta' trasferiment fir-riżerva ta' kapital (“Kapitalrücklage”), li l-operazzjoni hija bbażata fuq kuntratt ta' lokazzjoni ġdid bejn NG, MSR, CMHN u NBG li ma kienx soġġett għall-offerti, li NBG ma tħallas ebda kera u li NBG ma għandhiex l-għan li żżid il-fatturat u li tiffranka l-ispejjeż, għaliex żammet il-persunal kollu u ġarrbet l-ispejjeż għall-organizzazzjoni tal-Formula 1. L-ewwel ilmentatur jiddikjara wkoll li akkwist minn NBG tal-kuntratti tax-xogħol tal-impjegati ta' NAG, fuq il-bażi ta' kuntratt konkluż bejn NBG u t-trade union ver.di fis-26 ta' Lulju 2013, jfisser li, permezz tal-akkwist, ma jista' jinħoloq ebda żvantaġġ ekonomiku, soċjali jew legali għall-impjegati, u turi li nżamm mudell tan-negozu li ssejjes b'għajnuna illegali. |
(b) Kummenti tal-amministraturi tal-insolvenza mibgħuta mill-Ġermanja
|
(102) |
Skont l-amministraturi tal-insolvenza, l-ilment għandu jiġi miċħud għaliex ma jagħmilhiex ċara li l-proċess ta' bejgħ tbiegħed minn proċess ta' akkwist normali. |
|
(103) |
Fi proċess tal-offerti miftuħ, mhux kondizzjonat u trasparenti, l-offerti għall-assi kollha ma jistgħux jiġu esklużi mill-bidu nett. Jekk tali offerta tkun ogħla mis-somma tal-offerti f'daqqa għall-assi individwali, sid li jġib ruħu b'mod konformi mas-suq jikkonkludi l-kuntratt mal-offerta għall-assi. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-aħħar offerta biss tkun prezz tas-suq (108). L-esklużjoni ta' offerti bħal dawn minn xirjiet fi proċedimenti ta' insolvenza tkun tfisser ksur tal-libertà ta' intrapriża u d-dritt ta' sjieda tal-kredituri tal-insolvenza ggarantit mill-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(104) |
L-offerti għall-assi kollha ma ngħatawx trattament preferenzjali. Ir-raġuni għaliex it-tieni lmentatur ma kkwalifikax għall-aċċess għall-kamra tad-dejta kienet biss l-ammont insuffiċjenti tal-offerta tal-prezz tiegħu. |
|
(105) |
Il-proċess tal-offerti tqassam fi stadji. L-offerenti jikkwalifikaw għall-istadju li jmiss biss jekk ikun hemm probabilità suffiċjenti ta' għeluq. Il-vantaġġ ta' dan l-approċċ huwa li d-dejta kummerċjali sensittiva ma tkunx aċċessibbli għal iktar offerenti minn dawk li hemm bżonn u li l-ispiża tad-diliġenza dovuta tkun tista' tonqos kemm għall-bejjiegħ kif ukoll għall-offerenti li joffru prezz li ma jkunx biżżejjed. L-offerenti ngħataw biżżejjed tagħrif f'kull stadju tal-proċess. |
|
(106) |
Il-kriterji tal-għoti ġew definiti b'mod ċar. Il-kriterju tal-għoti huwa r-rikavati totali ponderati fid-dawl tal-probabilità ta' għeluq, li mbagħad huwa definit iktar b'subkriterji oħrajn. |
|
(107) |
Il-kamra tad-dejta ma kinitx limitata għal ħames offerti għal raġunijiet tekniċi. L-għadd ta' aċċessi kien ir-riżultat tal-evalwazzjoni tal-offerti. |
|
(108) |
Skont l-amministraturi tal-insolvenza, NBG twaqqfet minnhom bħala veikolu għat-tħaddim temporanju tal-assi matul l-insolvenza sakemm jinbiegħu l-assi. Qabel, in-negozju operatorju kien jitmexxa minn NAG. Mindu ġiet konkluża l-lokazzjoni ta' Nürburgring lil NAG, il-kumpaniji NG, MSR u CMHN kienu sempliċi kumpaniji sidien mingħajr negozju operatorju. Skont l-amministraturi tal-insolvenza, NG, MSR u CMHN ma setgħux jiġu kkunsidrati għall-akkwist tan-negozju operatorju. L-ewwel nett, qasma tan-negozju operatorju bejn it-tliet kumpaniji tkun teħtieġ kunċetti separati. It-tieni, dik il-qasma ma tikkorrispondix għar-raggruppamenti ta' assi li jkunu jwasslu għal użu ekonomikament sinifikanti tal-proprjetà reali. It-tielet, il-konklużjoni tal-kuntratti ma' kumpaniji insolventi ma tikkonformax mar-regoli dwar il-konformità interna ta' ħafna kumpaniji, u għalhekk in-negozju operatorju kellu jitkompla permezz ta' sussidjarja mhux insolventi bħala sieħeb kuntrattwali aċċettabbli għall-klijenti ta' Nürburgring. L-impjegati setgħu anki ma jkunux meħtieġa jibdlu minn NAG għal kumpaniji insolventi. NBG ma kinitx stabbilita u mfassla bħala soluzzjoni fit-tul. Għall-kuntrarju tal-assi ġestiti minn NBG, din il-kumpanija msemmija l-aħħar ma kinitx għall-bejgħ. Barra minn hekk, l-amministraturi tal-insolvenza jiddikjaraw li l-forniment tal-kapital lil NBG sar mill-amministraturi tal-insolvenza fid-dawl tal-bejgħ (evitar ta' dħul inqas fil-każ ta' nuqqas ta' operat) biss skont kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, li l-assi ta' NG żdiedu minn NBG, u mhux tnaqqsu (109), li t-tali forniment tal-kapital ma jagħtix vantaġġi lil NBG, u li l-istabbiliment u t-tagħmir ta' NBG mhuwiex imputabbli lill-Istat, iżda lill-amministraturi tal-insolvenza. |
|
(109) |
Skont l-amministraturi tal-insolvenza, anki l-kuntratt bejn NBG u t-trade union ver.di ġie konkluż sabiex ikun jista' jkompli n-negozju operatorju ta' NBG sal-bejgħ, u mhux sabiex Nürburgring jinżamm bħala entità ekonomika wara. Dak il-kuntratt ġie konkluż minn NBG, mhux mill-bejjiegħa. Il-kuntratti tax-xogħol ġew ittrasferiti minn NAG lil NBG skont § 613a tal-Kodiċi Ċivili tal-Ġermanja, u mhux fuq il-bażi tat-tali kuntratt. Fid-dawl tal-Artikoli 7 u 9 TFUE u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (110), kunsiderazzjonijiet marbutin mal-kompetizzjoni ma jistgħux iwasslu sabiex wieħed itaffi jew idur mal-istandard soċjali. Kien importanti għal NBG bħala soluzzjoni temporanja li l-impjegati meħtieġa għan-negozju operatorju li kienu mħaddmin minn NAG (fil-parti l-kbira) u NG (20 impjegat) jiġu ttrasferiti lil NBG. NBG kellha tevita milli jkollha tissostitwixxi l-impjegati kkwalifikati li kien fadal matul il-perjodu transitorju. Bejn il-bidu tal-2011 u tmiem l-2012 il-persunal tnaqqas b'ekwivalenti ta' 114-il-persuna li taħdem full-time (minn 402 għal 288 ekwivalenti għall-full-time). Fil-bidu tal-istaġun tal-2013, kien hemm 290 impjegat. L-offerenti ġew mgħarrfin li kellhom il-possibbiltà li jaġġustaw l-ambitu tat-tranżazzjoni għall-kunċett tan-negozju tagħhom. It-trasferiment tal-impjegati mhuwiex indikatur ta' żamma ta' mudell tan-negozju. |
|
(110) |
Il-Ġermanja tqis li ma hemmx bżonn skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u li mhuwiex aċċettabbli fid-dawl tal-mudell soċjali Ewropew li xerrej tal-assi ta' kumpanija f'insolvenza għandu jkun meħtieġ jevita t-trasferiment tal-kuntratti tax-xogħol u li jikkonkludi kuntratti tax-xogħol ġodda f'kuntest ta' theddida li tiġi rkuprata l-għajnuna mogħtija qabel lil dik il-kumpanija. |
4.2. ILMENT TA' ADAC e.V. (IT-TIENI ILMENTATUR)
(a) Ilment
|
(111) |
Skont it-tieni lmentatur, ġie nnotifikat mill-bejjiegħa li l-offerta li għamel ma setgħetx tittieħed f'kunsiderazzjoni fl-istadju li jmiss tal-bejgħ, peress li l-prezz offrut minnu kien sostanzjalment inqas mill-prezz inkluż f'offerti oħrajn, u kien marbut ma' parti biss mill-assi, filwaqt li l-kisba tal-aħjar valur tfittxet permezz tal-assi kollha. |
|
(112) |
It-tieni lmentatur iddikjara li l-proċess ta' bejgħ kellu l-għan ta' kontinwità ekonomika tal-attivitajiet u l-pożizzjoni tas-suq ta' Nürburgring fil-forma attwali tiegħu, u għalhekk ma kienx xieraq li jiġi evitat trasferiment ta' vantaġġ mill-għajnuna diġà mogħtija lix-xerrej tal-assi. Jindika li bejgħ lil bosta offerenti biss jista' jikser il-kontinwità ekonomika, li l-offerti għall-assi kollha kienu ppreferuti mill-bejjiegħa meta mqabbla ma' offerti għal assi individwali, tant li dawn tal-aħħar setgħu jsiru iżda fil-verità ma setgħux jintgħażlu, u li ma kien hemm ebda kriterju għall-evalwazzjoni ta' offerti għal parti mill-assi b'rabta ma' offerti għall-assi kollha u li dawn l-offerti msemmijin l-aħħar biss ikkwalifikaw għat-tieni stadju tal-proċess. |
|
(113) |
It-tieni lmentatur jiddikjara wkoll li l-proċess ta' bejgħ twettaq mill-amministratur tal-insolvenza bi ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, inklużi nuqqas ta' trasparenza u nondiskriminazzjoni, u għaldaqstant mhuwiex xieraq biex jikseb prezz tas-suq. It-tieni lmentatur jiddikjara li d-dejta dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta' NG rilevanti għall-offerti ta' prezz kienet nieqsa fid-dokumenti tal-offerti, u dan wassal għal offerti indikattivi eċċessivi, li aktarx kienu se jonqsu wara l-istadju tal-proċess li jagħti aċċess għall-kamra tad-dejta. It-tieni lmentatur jiddikjara li l-profitti tnaqqsu b'mod sostanzjali meta mqabblin mal-profitti mistennijin għall-2013 li qabel kienu ġew ipprovduti lill-offerenti, bla ma ngħataw possibbiltà li jerġgħu jixtarru d-dejta finanzjarja. It-tieni lmentatur jallega wkoll li ma kinitx żvelata biżżejjed informazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja ta' NBG u l-investimenti fit-terminu medju u fit-tul li kienu meħtieġa u li d-dokumenti dwar l-offerti jimplikaw relazzjonijiet kuntrattwali fit-tul, għad li l-kuntratti mat-tieni lmentatur ġew estiżi biss b'sena (2014). Barra minn hekk, il-kriterju ta' finanzjament garantit ma ngħatax biżżejjed kunsiderazzjoni, għaliex kieku l-offerent La Tene Capital Limited ma kienx ikun jista' jaċċessal-kamra tad-dejta b'offerta tant għolja li ma kinitx realistika u mingħajr konferma tal-finanzjament. |
(b) Kummenti tal-amministraturi tal-insolvenza mibgħuta mill-Ġermanja
|
(114) |
Il-kummenti tal-amministraturi tal-insolvenza li jinsabu fil-premessi minn 101 sa 105 japplikaw għall-ilment tat-tieni lmentatur ukoll. |
4.3. ILMENT MIT-[TIELET OFFERENT] (IT-TIELET ILMENTATUR)
(a) Ilment
|
(115) |
It-tielet ilmentatur jiddikjara li l-kuntratt ta' bejgħ ma ngħatax lill-offerent li kellu l-ogħla offerta, iżda lil offerent lokali ppreferut. Skont it-tielet ilmentatur, kunsiderazzjonijiet mhux ekonomiċi bħall-objettivi reġjonali jew raġunijiet tal-politika industrijali li ma jkunux aċċettati minn investitur li jaġixxi skont il-prinċipji tal-ekonomija tas-suq jaf ma jiġux ikkunsidrati għal prezz inferjuri iżda huma indikaturi ta' każ ta' għajnuna mill-Istat (111). It-tielet ilmentatur jiddikjara li offra prezz tax-xiri li jammonta għal EUR 150 miljun (112), u li għalhekk Capricorn ingħataw il-kuntratt għad li l-offerta tat-tielet ilmentatur kienet sostanzjalment ogħla. It-tielet ilmentatur isostni wkoll li deċiżjoni eċċezzjonali għall-offerta inferjuri setgħet issir biss jekk kien ovvju li l-bejgħ lill-ogħla offerent ma kienx possibbli (sigurtà tat-tranżazzjoni), jiġifieri li kieku x-xerrej ma jkunx kapaċi jħallas il-prezz tax-xiri (113). Skont it-tielet ilmentatur, dan ma kienx il-każ, għaliex: (1) it-tielet ilmentatur issottometta impenn ta' finanzjament vinkolanti minn fond ta' ekwità privata li jammonta għal EUR 30 miljun; u (2) ma kienx possibbli li jiġi riċevut l-impenn vinkolanti għall-porzjonijiet l-oħrajn tal-prezz tax-xiri minħabba dewmien u nuqqas ta' dokumentazzjoni min-naħa tal-bejjiegħa. It-tielet ilmentatur jiddikjara li għarraf lill-bejjiegħa li l-impenji ta' finanzjament pendenti setgħu jiġu sottomessi sal-31 ta' Marzu 2014. It-tielet ilmentatur isostni wkoll li mid-data tal-ilment (l-10 ta' April 2014), seta' jipprovdi impenn ta' finanzjament li jaqbeż il-EUR 110 miljun, filwaqt li t-tielet ilmentatur issottometta lill-Kummissjoni Ittra ta' Intenzjoni indirizzata minn Jupiter Financing Group, Inc. (“Jupiter Financial Group”) lit-tielet ilmentatur, datata s-26 ta' Marzu 2014, li biha Jupiter Financial Group għarraf lit-tielet ilmentatur bi proposta vinkolanti għall-finanzjament tal-akkwist tal-assi ta' Nürburgring (għall-komponenti finanzjarji ta' din il-proposta, ara n-nota f'qiegħ il-paġna 105). Il-proposta ta' finanzjament kienet soġġetta, fost kundizzjonijiet oħrajn, għat-tlestija tad-diliġenza dovuta b'mod sodisfaċenti lil Jupiter Financial Group. |
|
(116) |
It-tielet ilmentatur jiddikjara wkoll li, mit-total ta' EUR 77 miljun li offrew Capricorn bħala prezz tax-xiri għal Nürburgring, EUR 6 miljuni kienu se jitħallsu mill-istaġun tal-2014 u EUR 11-il miljun oħrajn mhux qabel is-snin mill-2015 sal-2018, u li dan jirriżulta fi prezz tax-xiri attwali fil-pront li kien jammonta għal EUR 60 miljun u, b'hekk, b'differenza ta' EUR 50 miljun meta mqabbel mal-prezz tax-xiri fil-pront ta' EUR 110 miljun offruti mit-tielet ilmentatur. Skont it-tielet ilmentatur, jekk wieħed iqis il-pagamenti futuri, id-differenza bejn l-offerti ta' Capricorn u t-tielet ilmentatur tkun ta' EUR 73 miljun. Fl-aħħar, it-tielet ilmentatur jallega li hemm għajnuna favur Capricorn li tammonta għal tal-inqas EUR 73 miljun, jiġifieri d-differenza bejn il-prezz ta' xiri offrut mit-tielet ilmentatur bħala l-offerent bl-ogħla offerta u l-prezz offrut mill-offerent li rebaħ. F'dan ir-rigward, skont it-tielet ilmentatur, meta jitqies l-appoġġ favur il-komunitajiet lokali, l-ammont ta' għajnuna jiżdied b'EUR 200 miljun, għal ammont kumplessiv ta' EUR 273 miljun. |
|
(117) |
It-tielet ilmentatur jiddikjara wkoll li l-offerta ta' Capricorn kienet kundizzjonali, peress li kienet soġġetta għal deċiżjoni mhux appellabbli tal-Kummissjoni li għamlitha ċara li ma hemm ebda estensjoni tal-ordni ta' rkupru. Skont it-tielet ilmentatur, dan jikkostitwixxi tbegħid mill-prinċipji mħabbrin tal-proċedura ta' bejgħ, xi ħaġa li kkaġunat ksur tal-proċedura tal-offerti peress li partijiet oħrajn bħat-tielet ilmentatur ma kinux mgħarrfin dwar l-aġġustamenti. |
|
(118) |
Barra minn hekk, it-tielet ilmentatur jargumenta li l-bejgħ tal-assi ma sarx bi proċess tal-għażla miftuħ, trasparenti u mhux kondizzjonat. B'mod speċifiku, it-tielet ilmentatur jallega li:
|
|
(119) |
It-tielet ilmentatur jiddikjara li l-bejgħ jirrappreżenta riżorsi imputabbli lill-Istat (119), li teżisti għajnuna ġdida mill-Istat favur Capricorn, u li kull ordni ta' rkupru fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-bejjiegħa tal-assi trid tiġi estiża għal Capricorn (120). Fl-aħħar, it-tielet ilmentatur jiddikjara li l-kuntratt ta' bejgħ mhuwiex validu minħabba li jikser l-obbligu tal-waqfien totali tal-Artiklu 108(3) TFUE. |
|
(120) |
Fl-aħħar, it-tielet ilmentatur jiddikjara li Capricorn ma ħallsux it-tieni ħlas parzjali tal-prezz tax-xiri li kien dovut fl-aħħar ta' Lulju, li skont it-tielet ilmentatur jipprovdi indikazzjoni li Capricorn ma pprovdewx offerta ffinanzjata bis-sħiħ. It-tielet ilmentatur jiddikjara wkoll li, wara dan li ntqal hawn fuq, il-kundizzjonijiet ta' finanzjament għall-akkwist tal-assi ta' Nürburgring inbidlu sabiex jibbenefikaw lil Capricorn u bi tbegħid ċar mir-regoli stabbiliti mill-bejjiegħa u l-ittra tal-proċess mogħtija lill-offerenti, xi ħaġa li tista' tikkostitwixxi iktar għajnuna li tibbenefika lil Capricorn. |
(a) Kummenti tal-amministraturi tal-insolvenza mibgħuta mill-Ġermanja
|
(121) |
Skont l-amministraturi tal-insolvenza, it-tielet ilmentatur ma kien issottometta l-ebda impenn ta' finanzjament vinkolanti għal EUR 30 miljun la fl-offerta konfermatorja tiegħu tas-17 ta' Frar 2014 (li għamlet riferiment għal impenn ta' finanzjament vinkolanti ta' […] li jammonta għal EUR 30 miljun) u lanqas mal-ilment, u d-dikjarazzjoni tat-tielet ilmentatur li l-evidenza tal-finanzjament tista' tiġi sottomessa iktar tard lanqas ma ntweriet permezz ta' dikjarazzjonijiet mhux vinkolanti ta' partijiet terzi. Għall-kuntrarju tal-offerti konfermatorji ta' Capricorn u [t-Tieni Offerent], l-offerta konfermatorja tat-tielet ilmentatur ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti ta' finanzjament stabbiliti fl-ittra tal-proċess tas-17 ta' Ottubru 2013. Għaldaqstant, fil-11 ta' Marzu 2014 il-bejjiegħa ma kellhom ebda bażi sabiex jagħtu l-kuntratt lit-tielet ilmentatur. Għall-bejjiegħa, ir-riskju li l-istennija għall-evidenza tal-finanzjament tat-tielet ilmentatur setgħet twassal għal tnaqqis tal-offerenti għal wieħed jew xejn ma kienx aċċettabbli, peress li: (a) il-konsorzju tat-[Tieni Offerent] saħaq fuq l-implimentazzjoni tat-trasferiment tas-sjieda mit-3 ta' April 2014; u (b) kien hemm nuqqas ta' progress fis-sostanzjar tal-offerta tat-tielet ilmentatur, minkejja l-fatt li dan tal-aħħar kien bagħat l-espressjoni ta' interess tiegħu fis-17 ta' Mejju 2013 u l-offerta indikattiva tiegħu diġà fit-30 ta' Settembru 2013, u għaldaqstant naqset il-probabbiltà ta' għeluq tat-tranżazzjoni mat-tielet ilmentatur. L-allegat impenn ta' finanzjament ta' Jupiter Financial Group datat is-26 ta' Marzu 2014 ma kienx sottomess lill-bejjiegħa, filwaqt li ittra mhux iffirmata mibgħuta iktar tard mill-bank tal-investiment u kumpanija ta' konsulenza […], datata l-31 ta' Marzu 2014, hija bil-kundizzjoni li d-diliġenza dovuta titlesta b'mod sodisfaċenti. Il-fond ta' żvilupp għall-muniċipalitajiet fl-inħawi ta' Nürburgring, li jammonta għal EUR 200 miljun, ma kienx jibbenefika lill-bejjiegħa. |
|
(122) |
Skont l-amministraturi tal-insolvenza, l-offerenti ġew mgħarrfin li l-għażla tal-offerent li jirbaħ tista' ssir ftit wara li tgħaddi l-iskadenza tal-offerti fis-17 ta' Frar 2014. L-informazzjoni pprovduta mill-bejjiegħa ma setgħetx titqies li timplika li l-proċess se jiġi estiż. L-istqarrija għall-istampa kkwotata mit-tielet ilmentatur tiddikjara li l-amministraturi insolventi kellhom il-ħsieb li jikkonkludu l-kuntratt fl-ewwel trimestru tal-2014. L-amministratur tal-insolvenza jiddikjara li mhuwiex minnu li kien iddikjara pubblikament li hemm l-għan li tittieħed deċiżjoni sa tmiem Marzu, li Capricorn ġew mgħarrfin diġà minn qabel il-laqgħa tal-kumitat tal-kredituri li ngħataw il-kuntratt u li fid-9 ta' Marzu 2014 Capricorn ippubblikaw stqarrija għall-istampa. |
|
(123) |
L-amministraturi tal-insolvenza jiddikjaraw li l-istruttura tat-tranżazzjoni (il-bejgħ tal-assi individwali, ir-raggruppamenti tal-assi jew l-assi kollha, mingħajr it-trasferiment tal-ishma jew l-obbligazzjonijiet) ma kinitx inbidlet matul il-proċess tal-offerti. It-terminu “karta bilanċjali fjamanta” ma tfisser xejn ħlief l-esklużjoni tat-trasferiment tal-obbligazzjonijiet mal-bejgħ. Il-fatt li l-bejjiegħa huma kumpaniji sidien u li n-negozju operatorju jitwettaq minn NBG, ġie kkomunikat lill-partjiet interessati kollha diġà fl-aġġornament qasir mibgħut lit-tielet ilmentatur fis-17 ta' Mejju 2013. Skont l-amministraturi tal-insolvenza, jekk huwa minnu li t-tielet ilmentatur ma kienx jaf bl-attività ta' NBG qabel id-diliġenza dovuta, kif inhu allegat, jista' jiġi konkluż li t-tielet ilmentatur ma qarax sew l-informazzjoni estensiva pprovduta qabel is-sottomissjoni tal-offerti indikattivi. Il-bejjiegħa qatt ma kienu jeħtieġu li x-xerrej jieħu f'idejh il-kuntratti ta' NBG. Akkwist tal-kuntratt ta' lokazzjoni bejn il-bejjiegħa u NBG mix-xerrej ma ġiex ikkunsidrat mill-amministraturi tal-insolvenza, minħabba s-sitwazzjoni speċjali ta' NBG fid-dawl tat-trasferiment tal-assi mixtieq mill-bidu nett. L-amministraturi tal-insolvenza jiddikjaraw li t-tielet ilmentatur kien ntebaħ ferm tard li fil-każ ta' akkwist tal-assi mill-1 ta' Jannar 2014, kien ikollu n-Nürburgring fil-parti l-kbira “vojt”, u li l-kuntratti l-ġodda ma' klijenti u sponsers iwasslu għal dħul (ikbar) biss fl-istaġun tal-2015 minħabba ż-żmien li jieħu l-ippjanar tal-avvenimenti (tat-tiġrijiet). Barra minn hekk, il-bejjiegħa kienu saħqu kemm-il darba li l-offerenti setgħu jiddefinixxu s-suġġett tax-xirja. |
|
(124) |
Fir-rigward tat-talbiet tad-danni tal-partijiet terzi, il-bejjiegħa għarrfu lit-tielet ilmentatur li kien ikun kważi impossibbli għalih li jikkonkludi l-kuntratti l-ġodda mal-klijenti ta' NBG b'termini li għall-klijent ikunu agħar mill-kuntratt kurrenti, jekk il-kwistjoni ta' kumpens għad-danni għan-nuqqas ta' ssodisfar tal-kuntratti ma' NBG ma tiġix iċċarata. Kien hemm bżonn li jiġi indirizzat ir-riskju li x-xerrej u l-imsieħba kuntrattwali jikkonkludu kuntratt ġdid li jwassal għal sitwazzjoni li fiha l-imsieħeb kuntrattwali jħallas korrispettiv għoli, jitlob kumpens tad-differenza mill-ammont antik tal-korrispettiv u jħallas fi snin iktar tard, li għalihom ma kien hemm ebda kuntratt ma' NBG, korrispettiv sostanzjalment inqas. Ir-rekwiżit tal-bejjiegħa għat-tali esklużjoni mhijiex xi ħaġa stramba f'negozjati ta' assi li jwasslu għall-għeluq ta' negozju u jippermetti sabiex jiġi ggarantit l-aħjar bejgħ fl-interess tal-kredituri. |
|
(125) |
Skont l-amministraturi tal-insolvenza, l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti konfermatorji ġiet estiża bl-ittra tas-17 ta' Diċembru 2013 għaliex lanqas l-offerenti l-oħrajn ma kienu għadhom issottomettew offerta sodisfaċenti. Ġie ċċarat kemm-il darba lill-offerenti li NBG ħadet f'idejha n-negozju operatorju biss wara l-istaġun tal-2012, li għaldaqstant kellha tissodisfa l-parti l-kbira tal-kuntratti ta' NAG u li, għalhekk, ma kinitx (għadha) teżisti kontabilità affidabbli għan-negozju operatorju. Skont l-amministraturi tal-insolvenza, huwa f'idejn ix-xerrejja potenzjali li jqisu r-riskji relatati. |
|
(126) |
L-amministraturi tal-insolvenza jindikaw li fis-6 ta' Marzu 2014, it-tielet ilmentatur issottometta valutazzjoni pożittiva għall-ftehim ta' bejgħ tal-assi għall-offerta konfermatorja tiegħu. L-abbozz tal-ftehim ta' xiri tal-assi nnegozjat fit-13 ta' Frar kien mill-bejjiegħa; għaldaqstant kien jidher ċar li l-abbozz li jmiss kien se jipproduċih it-tielet ilmentatur. |
|
(127) |
Skont l-amministraturi tal-insolvenza, l-offerenti kollha li kkwalifikaw għall-fażi rispettiva tal-proċess tal-għażla kellhom l-istess dokumenti għad-dispożizzjoni tagħhom fil-kamra tad-dejta. Id-dokumenti identifikati fl-ilment ma kinux disponibbli qabel għall-bejjiegħa u b'mod partikolari għall-offerenti, l-offerenti kollha kellhom l-istess żmien biex jaraw id-dokumenti fil-kamra tad-dejta, u offerenti oħrajn ikkonkludew id-diliġenza dovuta bl-istess dokumenti. L-offerenti kollha ġew mgħarrfin minn kmieni biżżejjed li l-kontabilità tal-kumpaniji kellha xi nuqqasijiet. Kważi d-dokumenti kollha tal-bejjiegħa u NBG tqiegħdu fil-kamra tad-dejta bil-Ġermaniż, u l-bejjiegħa ma kinux obligati jipprovdu d-dokumenti kollha bl-Ingliż. |
|
(128) |
Barra minn hekk, l-amministraturi tal-insolvenza jistqarru li l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti u l-evidenza tal-finanzjament kienet sodisfaċenti. It-tielet ilmentatur kellu għaxar xhur (it-8 ta' April 2013, bħala d-data tal-ewwel kuntatt bejn it-[Tielet Offerent] u l-bejjiegħa, sas-17 ta' Frar 2014) sabiex jissottometti l-evidenza tal-finanzjament u kważi erba' xhur (mit-23 ta' Ottubru 2013 sas-17 ta' Frar 2014) għad-diliġenza dovuta. L-amministraturi tal-insolvenza jiddikjaraw li qabżu r-rekwiżiti li jistgħu jiġu dedotti mill-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni (121). |
|
(129) |
In-negozjati għall-kuntratt il-ġdid dwar il-provvista tal-birra u ma' “Rock am Ring” ma ġewx innegozjati minn Capricorn iżda minn NBG, u d-dokumenti korrispondenti tqiegħdu fil-kamra tad-dejta. Ma hemm ebda rabta ma' Capricorn kif qal it-tielet ilmentatur. |
|
(130) |
Il-bejjiegħa ma kienu introduċew l-ebda kriterju ambjentali fil-proċess tal-offerti għall-għażla tal-offerta finali. L-uniċi kriterji tal-proċess tal-offerti għall-għażla tal-offerta finali kienu: (a) il-kisba tal-ikbar rikavati totali possibbli għall-assi kollha; u (b) il-garanzija tat-tranżazzjoni. L-offerta tat-tielet ilmentatur ma setgħetx tingħażel għaliex ma ssodisfatx l-aħħar kriterju, jiġifieri ma kellhiex garanzija tat-tranżazzjoni, għaliex it-tielet ilmentatur ma kienx issottometta prova tal-finanzjament mal-offerta konfermatorja tiegħu. Fl-istess ħin, il-bejjiegħa għamlu diskussjonijiet mat-[Tieni Offerent] u l-istadju finali tan-negozjata tal-ftehim ta' xiri mat-[Tieni Offerent] u Capricorn, fid-dawl tal-offerta ta' EUR [32-38] miljun tat-[Tieni Offerent] (ara t-tabella 10 iktar 'il quddiem) u n-negozjata bejn Capricorn u […] li wasslet għall-impenn fnianzjarju tal-bank ta' dawn tal-aħħar datat l-10 ta' Marzu 2014. Għalhekk, fuq il-bażi tan-nuqqas ta' provi ta' finanzjament mal-offerta konfermatorja tat-tielet ilmentatur, kien hemm riskju għoli li ma jiġix konkluż il-kuntratt mat-tielet ilmentatur. Barra minn hekk, l-amministraturi tal-insolvenza ppruvaw jistmaw il-probabilitajiet li t-tielet ilmentatur jikseb il-finanzjament billi vvalutaw indikaturi oħrajn tal-mudell tan-negozju tat-tielet ilmentatur li jkunu jistgħu jgħinu fl-implimentazzjoni tat-tranżazzjoni. Il-mudell tan-negozju tat-tielet ilmentatur kien ibbażat fuq […] u fuq […]. Peress li r-rekwiżiti tal-istorbju validi għal Nürburgring ma jippermettux għal […] u […] ma teżistix, wieħed ma setax jistenna li l-kunċett seta' jiġi implimentat fuq perjodu qasir. Għalhekk, il-kunċett tat-tielet ilmentatur ġie evalwat bħala indikatur għal riskju sostanzjali fid-dawl tal-konklużjoni tal-kuntratt jew tal-inqas għal rekwiżiti ta' żmien u negozjar sostanzjali. Il-konformità tal-kunċett mar-rekwiżiti dwar l-istorbju ta' Nürburgring ma kinitx kriterju tal-għoti. |
|
(131) |
Fir-rigward ta' dak li qal it-tielet ilmentatur li l-offerta ta' Capricorn kienet kondizzjonata, peress li kienet soġġetta għal deċiżjoni mhux appellabbli tal-Kummissjoni li tagħmilha ċara li ma kien hemm ebda estensjoni tal-ordni ta' rkupru, l-amministraturi tal-insolvenza u l-Ġermanja jargumentaw li t-tielet ilmentatur kellu kundizzjonijiet b'effett simili fil-kuntratt ta' valutazzjoni pożittiva tiegħu. Skont id-dispożizzjonijiet inklużi fil-partijiet rilevanti ta' dawk il-kuntratti ta' valutazzjoni pożittiva, kif sottomessi mill-amministraturi tal-insolvenza u l-Ġermanja, l-akkwirent u/jew il-bejjiegħ kellu d-dritt li joħroġ mill-kuntratt jekk ma tkun inħarġet ebda deċiżjoni pożittiva tal-Kummissjoni sal-15 ta' Lulju 2014 (kif stipulat fl-abbozz tal-kuntratt tal-14 ta' Jannar 2014) jew il-31 ta' Diċembru 2014 (kif stipulat fl-abbozz tal-kuntratt ta' evalwazzjoni pożittiva tal-14 ta' Frar 2014). |
|
(132) |
Skont l-amministraturi tal-insolvenza, il-fatt li l-ebda wieħed miż-żewġ offerenti li ssottomettew offerta konfermatorja kkwalifikata ma ssodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit ta' finanzjament iggarantit (garanzija fuq l-ammont tal-prezz jew il-pagament ta' dak l-ammont f'kont miżmum minn terzi), u li għalhekk il-bejjiegħa kienu allegatament irrinunzjaw għal dak ir-rekwiżit de facto, bla ma kienu informaw lit-tielet ilmentatur, mhuwiex prova ta' proċess mhux trasparenti. It-tielet ilmentatur ma kienx affettwat għaliex ma kien issottometta ebda offerta konfermatorja bi prova ta' finanzjament. L-informar tal-offerenti kollha dwar ir-rinunzja allegata ma kienx jinfluwenza l-proċess tal-offerti. Barra minn hekk, ir-rinunzja mhijiex kawżali għan-nuqqas ta' sottomissjoni ta' konfermi tal-finanzjament mit-tielet ilmentatur, u tikkorrispondi għall-imġiba ta' bejjiegħ privat ipotetiku. |
|
(133) |
L-amministraturi tal-insolvenza jargumentaw li l-miżuri meħudin mill-amministraturi tal-insolvenza jew il-kumitat tal-kredituri mhumiex imputabbli lill-Istat, u li ma jidher li hemm ebda vantaġġ għal Capricorn peress li l-bejjiegħa implimentaw il-proċess tal-għażla skont l-istandard ta' operatur li jaġixxi f'kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(134) |
Fl-aħħar, fir-rigward tad-dikjarazzjoni li Capricorn ma pprovdewx offerta ffinanzjata bis-sħiħ għaliex naqset milli tħallas it-tieni ħlas parzjali tal-prezz tax-xiri, u li jista' jkun hemm għajnuna ulterjuri mogħtija lil Capricorn għaliex, wara dan li ntqal hawn fuq, il-kundizzjonijiet ta' finanzjament għall-akkwist tal-assi ta' Nürburgring inbidlu għall-benefiċċju ta' Capricorn, l-awtoritajiet Ġermaniżi jargumentaw li: (a) ma kien hemm ebda benefiċċju għal Capricorn, peress li t-tieni ħlas parzjali reġa' ġie skedat b'imgħax ta' 8 % u r-rahan (ara n-nota f'qiegħ il-paġna 72); (b) ma hemm ebda għajnuna mill-Istat involuta fl-iskedar mill-ġdid tat-tieni ħlas parzjali peress li d-deċiżjoni dwar dan tal-aħħar mhijiex imputabbli lill-Istat, għaliex l-iskedar mill-ġdid tat-tieni ħlas parzjali kien deċiż biss mill-amministratur tal-insolvenza, mingħajr l-involviment tal-Land; u (c) ma kien hemm ebda distorsjoni tar-regoli stabbiliti mill-bejjiegħa u l-ittra tal-proċess mogħtija lill-offerenti, għaliex fil-proċedura tal-offerti l-bejjiegħa ma għamlu ebda rekwiżit fiss lill-offerenti rigward il-ħlasijiet parzjali tal-prezz tax-xiri qabel l-għeluq, u għalhekk anki talba possibbli ta' offerent biex jibdel il-kollaterali fi flus ma' kollaterali ta' valur oħrajn biex ikopri l-prezz tax-xiri ma kien ikollha ebda impatt fuq l-evalwazzjoni tal-offerti. |
|
(135) |
Skont l-amministraturi tal-insolvenza, l-ilmentatur għandu jiġi miċħud bħala mhux iġġustifikat. L-istqarrijiet mhux issostanzjati tat-tielet ilmentatur rigward il-finanzjament mhumiex kompatibbli mal-imġiba ta' attur prudenti fis-suq jew amministratur tal-insolvenza. |
4.4. ILMENT TAS-SUR MEYRICK COX (IR-RABA' LMENTATUR)
(a) Ilment
|
(136) |
Ir-raba' lmentatur jiddikjara li Capricorn ingħataw il-kuntratt mhux għall-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża, iżda għaliex huma impriża Ġermaniża u l-bejjiegħa ma ridux ibigħu konsorzju mmexxi minn ekwità privata. Jallega wkoll li l-offerta ta' Capricorn kienet inqas mill-offerta tat-[Tieni Offerent] abbażi ta' bosta kriterji. B'mod speċifiku, ir-raba' lmentatur jiddikjara li:
|
|
(137) |
Ir-raba' lmentatur jiddikjara wkoll li Capricorn naqsu milli jħallsu t-tieni ħlas parzjali tal-prezz tax-xiri li kien dovut sa tmiem Lulju u li l-EUR 25 miljun kif ukoll ir-rata tal-imgħax penali ta' 8 % għall-ħlas tard ġew irrinunzjati favur Capricorn, li rriżultaw f'iktar għajnuna mill-Istat favur Capricorn. Skont ir-raba' lmentatur, dan ta' hawn fuq inissel dubji wkoll dwar l-informazzjoni li pprovdew KPMG u l-amministraturi tal-insolvenza lill-Kumitat tal-Kredituri fil-kuntest tal-proċedura tal-offerti, u juri li l-ħila finanzjarja ta' Capricorn ma ġietx ippreżentata kif suppost. |
|
(138) |
Barra minn hekk, ir-raba' lmentatur isostni li qatt ma kien hemm ftehim iffirmat bejn […] u Capricorn għall-finanzjament minn dan tal-aħħar, iżda biss skeda bit-termini, u għalhekk meta ltaqa' l-kumitat tal-kredituri, Capricorn ma kellhom ebda qbil fuq il-finanzjament. |
|
(139) |
Fl-aħħar, ir-raba' lmentatur jikkonkludi li l-informazzjoni pprovduta minnu turi biċ-ċar li ngħata vantaġġ lil Capricorn fil-bejgħ tal-assi ta' Nürburgring, li dak il-vantaġġ ġej minn deċiżjoni li mhijiex konsistenti mal-mod li bih bejjiegħ kummerċjali kien imexxi l-proċess u jivvaluta l-offerti fl-isfond tal-kriterji tal-għoti, li bejjiegħ kummerċjali bħal dan ma setax jikkonkludi li l-offerta ta' Capricorn kienet ġeneralment iktar ekonomikament vantaġġuża mill-offerta tat-[Tieni Offerent] u li jrid isir proċess ġdid li fih jiġi applikat sett konsistenti ta' kriterji sabiex jiġi pprovdut proċess tal-offerti miftuħ, ġust u mhux kondizzjonat, titfassal u tiġi rrispettata skeda ta' żmien ċara, u ma tiġix żvelata l-identità tal-offerenti mill-kumitat tal-kredituri. |
(b) Kummenti tal-amministraturi tal-insolvenza mibgħuta mill-Ġermanja
|
(140) |
L-amministraturi tal-insolvenza jiddikjaraw li r-raba' lmentatur, bħala membru tal-konsorzju tat-[Tieni Offerent] huwa affettwat indirettament biss. Barra minn hekk, jipproponu li l-ilment jiġi miċħud, għaliex il-proċess tal-offerti kien miftuħ, trasparenti u mhux kondizzjonat, u l-assi nbiegħu lill-offerent li ppreżenta offerta li ġġib magħha l-ikbar rikavati. |
|
(141) |
L-amministraturi tal-insolvenza jiċħdu li l-membri tal-kumitat tal-kredituri qablu dwar il-bejgħ lil Capricorn għaliex din il-kumpanija msemmija l-aħħar hija kumpanija Ġermaniża u mhijiex konsorzju mmexxi minn ekwità privata. |
|
(142) |
Skont l-amministraturi tal-insolvenza, l-offerta ta' Capricorn twassal għal dħul sostanzjalment ikbar mill-bejgħ meta mqabbel mal-offerta tat-[Tieni Offerent], u ma hemm ebda differenza deċiżiva fit-titolu ta' sigurtà tat-tranżazzjoni taż-żewġ offerti li tkun tiġġustifika l-għoti lill-offerta sostanzjalment iktar baxxa (għaż-żewġ offerti t-titolu ta' sigurtà tat-tranżazzjoni kien sodisfaċenti, iżda mhux l-ogħla wieħed possibbli). It-[Tieni Offerent] lanqas ma kien lest jipprovdi garanzija tal-bank għall-ammont tal-prezz, jew trasferiment tal-ammont tal-prezz f'kont miżmum minn terzi, meħtieġ mill-ittra tal-proċess tas-17 ta' Ottubru 2013. Minkejja l-bosta talbiet li sarulu, […] il-membru tal-konsorzju tat-([Tieni Offerent] li missu ffaċilita l-forniment tal-kapital estern) jew kull membru ieħor tat-[Tieni Offerent] ma pprovda ebda dikjarazzjoni legalment vinkolanti li biha jkunu obbligati jipprovdu l-finanzjament meħtieġ. Għall-kuntrarju, is-Sur Robertino Wild, azzjonist ta' Capricorn, ipprovda titoli ta' sigurtà importanti, u li l-finanzjament estern ta' Capricorn intwera fuq il-bażi ta' konferma tal-finanzjament normali għan-negozju ta' Deutsche Bank. Dik il-konferma finanzjarja ġiet ivverifikata mill-amministraturi tal-insolvenza, u rrapportaw lill-kumitat tal-kredituri dwar ir-riżultat ta' dik il-verifika, jiġifieri li l-konferma finanzjarja ma fiha ebda dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà jew kundizzjonijiet mhux tas-soltu. Il-finanzjament proprju ta' EUR [14-17]-il miljun kif ukoll il-finanzjament estern ta' EUR [41-49] miljun huma koperti minn penali kuntrattwali li tammonta għal EUR [22-27] miljun, li x-xerrej irid iħallas, jekk il-bejjiegħa joħorġu mill-kuntratt għall-pagamenti pendenti. Il-penali kuntrattwali hija garantita wkoll. Il-kumitat tal-kredituri segwa l-valutazzjoni tal-amministraturi insolventi. |
|
(143) |
Fir-rigward tal-pagamenti bil-quddiem, l-amministraturi insolventi jiddikjaraw li l-offerta tat-[Tieni Offerent] kellha vantaġġi (sal-31 ta' Marzu 2014, ħlas ta' EUR [30-33] miljun fil-każ tat-[Tieni Offerent] kontra EUR [4,6-5,4] miljun fil-każ ta' Capricorn) u żvantaġġi: apparti ammont ta' EUR [7,1-7,6] miljun, il-flus ipprovduti mit-[Tieni Offerent] jinżammu f'kont imblokkat u jiġu ttrasferiti lill-bejjiegħa jew malli tkun teżisti deċiżjoni mhux appellabbli tal-Kummissjoni jew inkella jekk ix-xerrej ma joħroġx mill-kuntratt minkejja li ma jkun hemm ebda deċiżjoni infurzabbli tal-Kummissjoni bħal din sal-31 ta' Marzu 2015 (il-possibbiltà li jiġi estiż il-perjodu għad-dritt ta' rinunzja ma kinitx eskluża). Xorta waħda, jekk fl-2014 tkun teżisti deċiżjoni mhux appellabbli tal-Kummissjoni, il-bejjiegħa kien ikollhom aċċess għal EUR [30-33] miljun fil-każ tat-[Tieni Offerent] jew EUR [58-63] miljun (flimkien ma' madwar EUR 6 miljun mill-fluss tal-flus ta' NBG) fil-każ ta' Capricorn. |
|
(144) |
Tqabbil tal-offerti minn Capricorn u t-[Tieni Offerent] juri li l-offerta ta' Capricorn hija l-ogħla prezz tax-xiri nominali u twassal għall-aħjar riżultat ekonomiku: Tabella 10 Tqabbil tal-offerti ta' Capricorn u t-[Tieni Offerent]
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(145) |
L-istorja ta' suċċessi tal-membri tat-[Tieni Offerent] u l-esperjenza ikbar tagħhom bi tranżazzjonijiet fil-kamp tal-fużjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet ma tistax tiġġustifika għotja lil offerta għal prezz tal-bejgħ sostanzjalment inqas. Il-bejjiegħa ma kellhomx dubju fuq il-kompetenza tal-membri tat-[Tieni Offerent], iżda din ma kinitx kriterju tal-għoti. L-ammont tal-investimenti f'Nürburgring wara l-bejgħ ma kienx kriterju tal-għoti, lanqas. |
|
(146) |
L-amministraturi tal-insolvenza jiddikjaraw li ma ddiskriminaw lil ebda offerent, u li mhuwiex ċar mill-ilment liema mill-azzjonijiet tagħhom setgħet twassal għal offerta tal-prezz tat-[Tieni Offerent] li tkun inqas mill-offerta tal-prezz ta' Capricorn. L-amministraturi tal-insolvenza jiċħdu l-argumenti tar-raba' lmentatur dwar in-nuqqas ta' disponibbiltà tal-persuni involuti u t-titwil tal-proċess tal-bejgħ sabiex Capricorn ikunu jistgħu jissottomettu offerta. It-[Tieni Offerent] ġie mgħarraf b'mod espliċitu li kienu se jsiru negozjati oħrajn ma' offerenti oħrajn sakemm jiltaqa' l-kumitat tal-kredituri fil-11 ta' Marzu 2014. |
|
(147) |
Barra minn hekk, l-amministraturi tal-insolvenza jindikaw li l-miżuri tagħhom jew il-ftehim tal-kumitat tal-kredituri ma jistgħux ikunu imputabbli lill-Istat, u li ma hemm ebda vantaġġ fil-proċess tal-bejgħ, għaliex jikkorrispondi għal imġiba bbażata fuq is-suq. |
|
(148) |
Rigward l-allegazzjoni tar-raba' lmentatur li qatt ma kien hemm qbil bejn […] u Capricorn għall-ftehim ta' dan tal-aħħar, l-awtoritajiet Ġermaniżi ddikjaraw li […] iggarantixxa l-finanzjament tiegħu wara diliġenza dovuta legali u finanzjarja estensiva u qatt ma reġa' lura mill-garanzija ta' finanzjament tiegħu. |
|
(149) |
Fl-aħħar, rigward id-dikjarazzjonijiet tar-raba' lmentatur dwar l-allegat nuqqas ta' Capricorn milli jħallsu t-tieni ħlas parzjali tal-prezz tax-xiri, l-awtoritajiet Ġermaniżi jargumentaw bl-istess mod kif intqal fil-paragrafu (134) iktar 'il fuq. |
5. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI
|
(150) |
Din id-deċiżjoni tindirizza bħala punt preliminari l-kwistjoni dwar jekk NG u s-sussidjarji tagħha MSR u CMHN kinux impriżi f'diffikultà fis-sens tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà (127) (“Linji Gwida dwar is-S&R”) fi żmien l-għoti tal-miżuri minn 1 sa 19. Imbagħad, il-Kummissjoni tivvaluta jekk il-miżuri investigati jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat lill-benefiċjarji skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE u finalment jekk it-tali għajnuna tistax tkun kompatibbli mat-TFUE. |
5.1. ID-DIFFIKULTAJIET TA' NG, MSR U CMHN
|
(151) |
Jekk il-miżuri minn 1 sa 19 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u jekk NG, MSR u CMHN kienu kumpaniji f'diffikultà meta ngħatat l-għajnuna, dawn il-miżuri għandhom jiġu vvalutati fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħhom skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE u b'mod partikolari skont il-Linji Gwida dwar is-S&R. Għaldaqstant, waħda mill-mistoqsijiet ewlenin hija jekk NG, MSR u CMHN kinux impriżi f'diffikultà. Il-konklużjoni tal-Kummissjoni hija li kienu f'diffikultajiet ekonomiċi fi żmien l-għoti tal-għajnuna u għalhekk ma kienx ikollhom aċċess għas-suq tal-kreditu privat. |
|
(152) |
Il-valutazzjoni li ġejja hija bbażata fuq il-punti minn 9-11 tal-Linji Gwida dwar is-S&R. Il-Kummissjoni tfakkar il-valutazzjoni tagħha fil-premessi minn 202-206 tad-deċiżjoni tal-21 ta' Marzu 2012, li fiha ma kienx eskluż fuq bażi preliminari li NG setgħet titqies bħala impriża f'diffikultà skont it-tifsira tal-Linji Gwida dwar is-S&R fl-1 ta' Lulju 2008 (ara wkoll il-premessi minn 46-47 tad-deċiżjoni tas-7 ta' Awwissu 2012). Barra minn hekk, fil-premessi minn 6-13 tad-deċiżjoni tas-7 ta' Awwissu 2012, il-Kummissjoni sabet li NG, MSR, u CMHN huma impriżi f'diffikultà. |
|
(153) |
Il-Kummissjoni tqis li trid tivvaluta kull kumpanija fis-sħuħija tagħha, bla ma tħalli ebda parti min-negozju tagħha barra. Mhuwiex aċċettabbli li l-Ġermanja telimina l-attivitajiet tal-Formula 1 li jagħmlu t-telf jew il-proġett “Nürburgring 2009” mill-valutazzjoni tad-dejta finanzjarja. Huwa ċar ukoll li l-kumpaniji ma kellhomx aċċess għal finanzjament estern. |
|
(154) |
Id-dejta finanzjarja ewlenija ta' NG matul il-perjodu 2001-2011 kienet kif ġej: Tabella 11 Id-dejta finanzjarja ewlenija ta' NG 2001-2011 (f'miljuni ta' EUR)
|
|
(155) |
Il-punt 10(a) tal-Linji Gwida dwar is-S&R jistipula li kumpanija tkun f'diffikultà fil-każ ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata meta “aktar minn nofs il-kapital irreġistrat ikun sparixxa u aktar minn kwart ta' dak il-kapital ikun intilef matul it-12-il xahar ta' qabel”, Din id-dispożizzjoni tirrifletti s-suppożizzjoni li kumpanija li tesperjenza telf enormi fil-kapital irreġistrat tagħha mhijiex se tkun tiflaħ għat-telf li kważi żgur se jfalliha fit-terminu qasir jew medju (kif stipulat fil-punt 9 tal-Linji Gwida dwar is-S&R). |
|
(156) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li skont il-punt 11 tal-Linji Gwida dwar is-S&R, impriża tista' titqies li hija f'diffikultà “meta jkunu jidhru s-sinjali tas-soltu ta' impriża li hija f'diffikultà, bħal żieda fit-telf, tnaqqis fil-fatturat, inventarji b'ħażniet li jiżdiedu, kapaċità eċċessiva, tnaqqis fil-fluss tal-flus, dejn li jikber, żieda fit-tariffi tal-imgħax u valur nett tal-assi li jonqos jew żero”. F'dan ir-rigward, skont il-Qorti Ġenerali, l-“eżistenza ta' kapital proprju f'bilanċ negattiv […] [tista' tiġi kkunsidrata] bħala indikatur importanti ta' sitwazzjoni ta' diffikultà finanzjarja ta' impriża […]” (128). |
|
(157) |
Skont ir-rapporti finanzjarji ta' NG għas-snin 2001-2011, il-kapital irreġistrat tal-kumpanija ma ntilifx b'iktar minn nofs. Madankollu, fil-perjodu 2006-2011 l-ekwità proprja tal-kumpanija kienet negattiva. Fil-każijiet ta' qabel, il-Kummissjoni qieset li meta kumpanija jkollha ekwità negattiva, dan jimplika fil-fatt li ntilef il-kapital irreġistrat sħiħ ta' dik il-kumpanija u li jkun hemm suppożizzjoni a priori li huma ssodisfati l-kriterji tal-punt 10(a) tal-Linji Gwida dwar is-S&R (129). |
|
(158) |
Fil-każ ta' NG, il-Kummissjoni tqis biss li l-unika raġuni għaliex il-kapital irreġistrat ma jidhirx li ntilef b'iktar minn nofsu hija li l-kumpanija ma ħaditx miżuri xierqa. Dawn il-miżuri xierqa jkollhom l-għan li jibdlu l-ekwità proprja tal-kumpanija minn negattiva għal pożittiva u, fl-istess ħin, li jżiduha f'livell adegwat. Miżuri xierqa bħal dawn jkunu l-kapitalizzazzjoni tat-telf jew iż-żieda tal-kapital jew inkella t-tnejn li huma f'daqqa. |
|
(159) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li kapitalizzazzjoni tat-telf kien jirriżulta fit-telf tal-kapital irreġistrat kollu tal-kumpanija, peress li t-telf akkumulat kien ogħla mill-kapital irreġistrat. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-kriterji tal-punt 10(a) tal-Linji Gwida dwar is-S&R huma ssodisfati f'dan il-każ mill-2006. |
|
(160) |
Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-punt 11 tal-Linji Gwida dwar is-S&R, il-Kummissjoni tqis li NG kienet f'diffikultà diġà mill-2002, għaliex: (a) il-fatturat annwali ta' NG naqas bi 80 % f'dak il-perjodu, f'ammont totali ta' EUR 89,4 miljun, u l-kumpanija kellha telf annwali għall-biċċa l-kbira tal-istess perjodu; (b) matul il-perjodu sħiħ, NG kellha dejn eċċessiv, li żdied minn 119 % tal-fatturat fl-2002 għal 4 150 % tal-fatturat fl-2011; (c) anki fl-2004 u l-2005, meta d-dejn tal-kumpanija niżel taħt il-100 % tal-fatturat tagħha, id-dejn baqa' f'livelli ferm għoljin ta' madwar 70 % tal-fatturat, u anki matul l-istess snin, il-kumpanija kellha tnaqqis fil-bejgħ u telf annwali; u (d) NG kellha ekwità negattiva għall-parti l-kbira tal-istess perjodu (2006-2011). |
|
(161) |
Id-dejta finanzjarja ewlenija ta' MSR matul il-perjodu 2007-2011 kienet kif ġej: Tabella 12 Id-dejta finanzjarja ewlenija ta' MSR 2007-2011 (f'miljun ta' EUR)
|
|
(162) |
Id-dejta finanzjarja ewlenija ta' CMHN matul il-perjodu 2008-2011 kienet kif ġej: Tabella 13 Id-dejta finanzjarja ewlenija ta' CMHN 2008-2011 (f'miljuni ta' EUR)
|
|
(163) |
Il-Kummissjoni tosserva li ma rċeviet ebda dokument ta' MSR jew CMHN li juri l-prospetti tagħhom għall-vijabbiltà. |
|
(164) |
Fuq il-bażi tal-punt 11 tal-Linji Gwida dwar is-S&R, il-Kummissjoni tqis li MSR u CMHN kienu f'diffikultà diġà sa mill-2007 u l-2008, rispettivament, għaliex kellhom dħul minimu, telf annwali sinifikanti u dejn dejjem tiela', li qabeż b'mod sinifikanti l-fatturat annwali tagħhom. |
|
(165) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argument tal-Ġermanja li NG, MSR u CMHN ma kinux f'diffikultà, għaliex il-bini tal-infrastruttura u l-organizzazzjoni tal-avvenimenti tat-tiġrijiet tal-Formula 1 u tas-Superbike saru għan-nom tas-settur pubbliku u għalhekk ma jitsgħux jiġu kkunsidrati għall-analiżi tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. |
|
(166) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni ssib li l-bini tal-infrastruttura għall-motosport, attivitajiet ta' divertiment, akkomodazzjoni u ristoranti u l-organizzazzjoni ta' avvenimenti motosportivi mhumiex effetti speċjali barra n-negozju regolari ta' NG, MSR u CMHN. Dawn kienu l-attivitajiet ewlenin fi ħdan il-mandat kummerċjali ta' dawn il-kumpaniji. Anki jekk kemm l-azzjonisti kif ukoll il-maniġment kummerċjali tagħhom kienu jqisu lil NG, MSR u CMHN bħala veikoli biex iżommu l-infrastruttura sportiva fi sjieda pubblika u jorganizzaw avvenimenti sportivi li ma jrendux profitt li ma jkunux offruti mingħajr il-kopertura tat-telf mill-finanzjament pubbliku, dawn l-azzjonisti u l-maniġment kummerċjali ma għandhomx jippermettu li jiviluppaw obbligazzjonijiet bil-manjiera mhux effiċjenti u li tagħmel it-telf murija mid-dejta finanzjarja ta' hawn fuq ta' dawn il-kumpaniji mingħajr pjan ta' direzzjoni tan-negozju solidu u realistiku. Għaldaqstant, l-attivitajiet imsemmijin hawn fuq għandhom ikunu inklużi fil-valutazzjoni finanzjarja. |
|
(167) |
It-tieni, il-Kummissjoni tqis li l-fatt li l-bini tal-infrastruttura għat-tali skop u l-organizzazzjoni tal-avvenimenti motospotivi setgħu kkontribwixxew sew għad-diffikultajiet ta' NG, MSR u CMHN minnu nnifsu ma jimmitigax il-fatt li NG kienet turi is-sinjali tipiċi ta' kumpanija f'diffikultà diġà qabel ma tnieda l-proġett “Nürburgring 2009”. Kumpanija li sejra tajjeb kien ikollha tadatta l-ispejjeż tagħha għat-tali attivitajiet sabiex ma tfallix. Fis-snin 2008 u 2009, NG, MSR u CMHN kellhom telf u dejn li dejjem jidied (żieda ta' 537 % bejn l-2002-2011, 4 052 % bejn l-2007-2011 u 443 %, bejn l-2008-2011, rispettivament). Għad li l-proġett ta' Nürburgring 2009 ġie implimentat fl-2010, ir-riżultati finanzjarji sussegwenti ta' NG, MSR u CMHN jindikaw li d-diffikultajiet tagħhom ippersistew. |
|
(168) |
Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li NG, MSR u CMHN kienu impriżi f'diffikultà skont il-Linji Gwida dwar is-S&R meta ġew ipprovduti l-miżuri minn 1 sa 19, u li d-diffikultà tagħhom tant kienet severa li ma kinux jiksbu finanzjament fis-suq. |
5.2. L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT
|
(169) |
L-Artikolu 107(1) TFUE jistipula li kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta riżorsi tal-Istat fi kull forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern. |
(a) Imputabbiltà u riżorsi tal-Istat
|
(170) |
Parti mill-ewwel miżura (ġbir tal-kapital proprju) meħuda mil-Land u d-distrett ta' Ahrweiler kif ukoll parti oħra tal-ewwel miżura (trasferimenti fir-riżerva kapitali), il-miżuri 3, 9, 16 u 19 meħudin mil-Land waħdu ġejjin biċ-ċar minn riżorsi tal-Istat imputabbli lill-Istat. |
|
(171) |
Għall-miżuri mwettqin minn NG (il-miżuri 2, 4, 5, 6, 7, 10, 12, 13, 14, 15 fir-rigward tat-trasferiment tal-ishma ta' MSR lil NG, 17), il-Ġermanja taċċetta b'mod espliċitu li r-riżorsi huma imputabbli lill-Istat. Huwa osservat ukoll li l-bord superviżorju ta' NG kien jirrappreżenta l-Land u d-distrett ta' Ahrweiler bħala l-azzjonisti ta' NG. F'dan il-kuntest, fil-laqgħa tal-bord superviżorju tat-28 ta' Awwissu 2005, il-viċi president tagħha ddikjara li l-għoti tal-proġett lil investituri privati jista' jseħħ biss jekk ir-riskju għal-Land ikun wieħed żgħir (130). Barra minn hekk, f'sessjoni ta' ħidma tal-bord superviżorju tal-20 ta' Diċembru 2005, il-viċi president tagħha ddikjara li deċiżjoni dwar investiment ta' NG trid tittieħed fil-kabinett il-ġdid wara l-elezzjonijiet fil-Parlament tal-Land (131). Barra minn hekk, il-gvern tal-Land għarraf bl-investiment Erlebnisregion Nürburgring fid-dikjarazzjoni tal-gvern tat-30 ta' Mejju 2006 u l-Kunsill tal-Ministri ħa nota fid-19 ta' Settembru 2006 bl-intenzjoni tal-bord superviżorju ta' NG li jimplimenta l-proġett bil-parteċipazzjoni sostanzjali ta' parti terza privata (132). Barra minn hekk, il-Ministeru tal-Ekonomija, it-Trasport, l-Agrikoltura u l-Inbejjed kif ukoll il-Ministeru tal-Finanzi tal-Land ipprovdew opinjonijiet, kummenti jew ordnijiet fuq bażi kontinwa rigward il-proġett “Nürburgring 2009” (133), li ġie ppreżentat mil-Land lill-pubbliku fit-2 ta' Diċembru 2009. Il-Kummissjoni tqis li anki s-selfa mogħtija minn NG lil MSR permezz ta' PNG bħala intermedjarja (is-sitt miżura) hija miżura mwettqa minn NG u, għalhekk, imputabbli lill-Istat. |
|
(172) |
Fir-rigward tas-selfa ta' ISB (it-tmien miżura) u l-iskedar mill-ġdid tal-imgħaxijiet (il-miżura 18), il-Ġermanja għarfet li l-Land ordna lil ISB sabiex jagħti s-selfa. Rigward is-selfiet mogħtijin minn RIM lil MSR permezz ta' Mediinvest u PNG bħala intermedjarji (il-miżura 11) u t-trasferiment tal-ishma ta' MSR lil RIM (parti mill-miżura 15), il-Kummissjoni tosserva li RIM hija istituzzjoni pubblika bil-missjoni li ssostni l-politika tal-Land fl-iżvilupp ekonomiku u strutturali (134). Għalhekk, għall-fini tal-miżuri msemmijin hawn fuq, ISB u RIM jikkostitwixxu strumenti tal-Istat fl-applikazzjoni tal-politika tagħha, u dan juri l-imputabbiltà tal-azzjonijiet ta' ISB u RIM lill-Istat safejn għandhom x'jaqsmu dawn il-miżuri. Għalhekk, ir-riżorsi imputabbli lill-Istat huma involuti fil-miżuri kollha. |
(b) Attività ekonomika
|
(173) |
B'analoġija mas-sentenza ta'Leipzig/Halle (135), il-bini tal-infrastruttura jista' jitqies li huwa attività ekonomika jekk ikun marbut b'mod intrinsiku ma' sfruttament kummerċjali tal-infrastruttura, li huwa l-każ hawnhekk. |
|
(174) |
L-operat tal-faċilitajiet sportivi (inklużi korsi tat-tiġrijiet u parks off-road), parks ta' divertiment (136), faċilitajiet ta' akkomodazzjoni, ristoranti, ċentri ta' sewqan sikur, skejjel tas-sewqan, swali b'diversi funzjonijiet, u sistemi ta' ħlas mingħajr flus kontanti, u l-kiri tagħhom lil utenti professjonisti jew mhux professjonisti (137), huma attività ekonomika kemm għas-sid kif ukoll għall-operatur. B'konsegwenza ta' dan, il-bini jew it-tiġdid tal-infrastruttura li huma minsuġin ma' dawn l-attivitajiet huma attività ekonomika wkoll. Għall-kuntrarju, attivitajiet mhux ekonomiċi jinkludu l-użu ta' faċilità sportiva fil-livell ta' utenti mhux professjonisti (138) u t-taħriġ ta' żgħażagħ minn għaqdiet sportivi professjonisti jekk il-kontijiet ikunu separati mill-kontijiet għall-attivitajiet ekonomiċi (139). Fid-dawl tan-nisġa bejn l-infrastruttura u l-attività ekonomika li tintuża għaliha, il-bini, ir-restawr jew l-operat tal-infrastruttura sportiva u turistika ta' Nürburgring huma, għalhekk, attivitajiet għall-investituri u l-operaturi, anki jekk id-dħul mill-operat tal-infrastruttura ma jkoprix l-ispejjeż tal-bini tagħha u jekk iktar minn 90 % tal-attivitajiet sportivi f'Nürburgring jikkwalifikaw bħala sport dilettantesk. Dan tal-aħħar għandu rwol biss fil-livell tal-utenti: utenti mhux professjonisti mhumiex impriżi. Tabilħaqq, l-infrastruttura sportiva u turistika ta' Nürburgring mhijiex infrastruttura ġenerali, bħal triq pubblika li tkun disponibbli għal użu pubbliku. Għalhekk, il-finanzjament tal-bini tal-infrastruttura inkwistjoni (permezz tas-selfiet mill-pula ta' likwidità u s-selfiet tal-azzjonisti, jew iktar tard permezz tas-selfa ta' ISB) huwa soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(175) |
L-organizzazzjoni ta' tiġrijiet tal-Formula 1 jew tiġrijiet motosportivi oħrajn hija forniment ta' servizzi fis-suq tal-isport professjonali li jibbenefika mhux ftit mid-drittijiet tax-xandir. Il-finanzjament ta' avvenimenti tal-Formula 1 jew avvenimenti motosportivi oħrajn mhuwiex eżentat mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi dwar l-għajnuna mil-Istat għas-sempliċi raġuni li jsir b'defiċit strutturali jew bl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-politika reġjonali. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Formula 1 u tiġrijiet motosportivi oħrajn huma attività ekonomika. |
|
(176) |
Il-promozzjoni tat-turiżmu, l-iżvilupp ta' proġetti, il-bini ta' proprjetà immobbli, il-ġestjoni tan-negozju u l-kummerċ b'karozzi jew muturi jikkwalifikaw bħala attivitajiet ekonomiċi wkoll. |
(c) Selettività
|
(177) |
Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri għandhom karattru selettiv fil-livell tal-operatur (NG għall-miżuri 1, 3, 8, 9, 13, 14, 16, 18 u 19; EWN, FSZ, MAN, TTI, BWN, BWNB, Camp4Fun għat-tieni miżura; MSR għall-miżuri 4, 5, 8, 9, 11, 12, 18 u 19; CST għall-miżura 5; MIB għall-miżura 7; CMHN għall-miżuri 8, 9, 18 u 19; NAG għall-miżuri 10 u 17; Mediinvest, Geisler & Trimmel u Weber għall-miżura 15), peress li jagħtu trattament favorevoli lil dak l-operatur. Barra minn hekk, l-inkarigu tal-bini u t-tħaddim tal-infrastruttura ma ngħatax b'mod trasparenti, mhux diskriminatorju u skont regoli proċedurali. Madankollu, il-miżuri mhumiex selettivi fil-livell tal-utenti, peress li huwa ggarantit aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju għal għaqdiet sportivi dilettanteski u l-pubbliku ġenerali. |
(d) Tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(178) |
Fir-rigward tal-miżuri 1 sa 19, hemm tfixkil tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-operat tal-korsi, il-parks off-road, il-parks ta' divertiment, il-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni, ir-ristoranti, iċ-ċentri ta' sewqan sikur, l-iskejjel tas-sewqan, is-swali b'diversi funzjonijiet, is-sistemi ta' ħlas mingħajr flus kontanti, il-promozzjoni tat-turiżmu, l-iżvilupp tal-proġetti, il-bini ta' proprjetà immobbli, il-ġestjoni tan-negozju u l-kummerċ b'karozzi jew muturi, peress li l-għajnuna lill-infrastruttura ta' Nürburgring u l-attivitajiet tal-Formula 1 tippromwovi l-użu ta' din l-infrastruttura. L-organizzazzjoni ta' avvenimenti ta' tiġrijiet tal-Formula 1 u avvenimenti motosportivi oħrajn tippromwovi l-aċċess tal-klijenti għal dawn l-avvenimenti. |
|
(179) |
Il-miżuri inkwistjoni jippermettu lil NG, MSR u CMHN ikomplu joperaw sabiex ma jkollhomx jaffaċċjaw, bħal kompetituri oħrajn b'diffikultajiet finanzjarji, il-konsegwenzi li normalment jiġu mir-riżultati finanzjarji diffiċli tagħhom. Dan ifixkel il-kompetizzjoni peress li kumpaniji oħrajn attivi fl-istess swieq iridu joperaw mingħajr tali appoġġ mill-Istat. |
|
(180) |
Fir-rigward tal-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, Nürburgring bil-Formula 1 u l-Kampjonat Ġermaniż tat-TouringCar tiegħu jikkompeti ma' korsi oħrajn fl-Unjoni li jorganizzaw kompetizzjonijiet popolari tal-motosport u ma jistax jiġi eskluż li l-park ta' divertiment ta' Nürburgring jista' jiġbed viżitaturi mill-Belġju (il-fruntiera tal-Belġju mal-Ġermanja hija madwar 50 km 'il bogħod minn Nürburgring). Ta' min ifakkar li daħal ilment mill-operatur kompetitur tal-park ta' divertiment Eifelpark (ara l-premessa 2). Lanqas ma jista' jkun eskluż li hemm effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-operat ta' parks off-road, faċilitajiet ta' akkomodazzjoni, ristoranti, ċentri tas-sewqan sikur, skejjel tas-sewqan, swali b'diversi funzjonijiet, sistemi ta' ħlas mingħajr flus kontanti, kif ukoll fir-rigward tal-promozzjoni tat-turiżmu, l-iżvilupp ta' proġetti, il-bini ta' proprjetà immobbli, il-ġestjoni tan-negozju u l-kummerċ b'karozzi jew muturi. |
(e) Vantaġġ
|
(181) |
Skont il-prattika stabbilita tal-Kummissjoni u kif ikkonfermat mill-każistika, il-kriterju għall-valutazzjoni ta' jekk tranżazzjoni bejn korp pubbliku u impriża tfissirx għajnuna mill-Istat huwa l-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq (140). Min dan il-prinċipju jsegwi li, meta l-Istat jaġixxi f'suq bħala operatur kummerċjali, irid jagħmel dan b'mod paragunabbli ma' operatur privat. Jekk l-Istat ma jagħmilx hekk, tista' tkun involuta għajnuna mill-Istat. Fi kliem ieħor, meta jkun japplika l-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq, il-parametru referenzjarju sabiex jiġi stabbilit jekk tranżazzjoni tinvolvix għajnuna mill-Istat huwa jekk operatur privat f'sitwazzjoni simili kienx iġib ruħu bl-istess mod. Meta jiġi applikat dan il-prinċipju, kunsiderazzjonijiet mhux ekonomiċi ma jistgħux jitqiesu bħala raġunijiet għall-għoti tal-miżuri ta' appoġġ. Kif stabbilit mill-ġurisprudenza rilevanti, it-teħid tal-miżuri mill-Istat ma jistax jitqies f'iżolament, iżda jkollu jiġi kkunsidrat fil-kuntest ta' miżuri ta' għajnuna oħrajn (141). |
|
(182) |
Għalhekk, sabiex jiġi vvalutat jekk ingħatax vantaġġ lis-sidien jew l-operaturi (NG, MSR u CMHN sat-30 ta' April 2010, u anki NAG mill-1 ta' Mejju 2010 sal-31 ta' Ottubru 2012), irid jiġi applikat il-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq. L-ewwel nett, il-miżuri minn 1 sa 19 mhumiex tranżazzjonijiet pari passu (142) għaliex il-Ġermanja ma kinitx sabet investitur privat li kien lest jinvesti f'kundizzjonijiet paragunabbli (pereżempju, fil-Parti I tal-proġett “Nürburgring 2009”). Kien hemm żewġ selfiet ipprovduti minn operaturi privati, iżda l-ammonti tagħhom kienu żgħar meta jitqiesu l-ammonti ta' investiment pubbliku, dawn is-selfiet kienu marbutin biss mat-Tieni Parti tal-proġett “Nürburgring 2009” (jiġifieri l-iktar mal-lukandi) (143), u ngħataw biss lil CMHN jew MSR, iżda mhux lil NG jew lil xi benefiċjarju ieħor tal-għajnuna: Tabella 14 Selfiet mogħtijin minn istituzzjonijiet finanzjarji privati lil CMHN/MSR
|
|
(183) |
Il-Ġermanja xorta waħda tirrikonoxxi li lanqas għat-Tieni Parti ma nstab investitur privat fit-tul. |
|
(184) |
Barra minn hekk, għall-perjodu mill-2006 sal-2010, il-Kummissjoni rċeviet pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju għall-proġett “Nürburgring 2009” u għal NG bħala tali: Tabella 15 Il-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju għall-proġett Nürburgring 2009 (f'miljuni ta' EUR)
|
|
(185) |
Mit-tabella 15, jidher ovvju li l-ispejjeż stmati kienu qed jiżdiedu b'mod kostanti matul it-tħejjija tal-proġett “Nürburgring 2009” filwaqt li l-profitti ta' dan tal-aħħar (EBT) kienu qed jonqsu sew, minn profitti ta' EUR 22 miljun f'Diċembru 2005 għal telf ta' EUR 35 miljun f'Diċembru 2009. Investitur privat ma kienx jaċċetta żieda tant qawwija fl-ispejjeż u tnaqqis tant kbir fil-profitti matul it-tħejjija tal-proġett bejn Diċembru 2005 u Diċembru 2009 (fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, il-finanzjament ewlieni tal-bini ngħata minn Mejju 2008 sa Ġunju 2010). |
|
(186) |
Xorta waħda, wara li kkunsidrat il-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju inkwistjoni, li l-Kummissjoni qieset meta wettqet it-test tal-investitur f'ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni tosserva dan li ġej:
|
|
(187) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ma tistax tqis li kull appoġġ pubbliku lil NG bħala kumpanija f'diffikultà (ara t-taqsima 5.1 iktar 'il fuq), immirat sabiex jiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha f'dak il-perjodu (l-operat taċ-ċirkwit tat-tiġrijiet) jew fil-ġejjieni (l-operat taċ-ċirkwit tat-tiġrijiet flimkien ma' lukandi ġodda) jitqies li jikkonforma mas-suq fuq il-bażi tal-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju inkwistjoni. |
|
(188) |
Rigward il-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq, jista' jingħad dan li ġej għall-miżuri individwali: |
|
(189) |
Għall-ewwel miżura (il-forniment ta' kapital mil-Land u d-distrett ta' Ahrweiler lil NG fil-forma ta' pagamenti fir-riżerva ta' kapital u ż-żidiet ta' kapital), il-Kummissjoni tosserva li l-analiżi ppreżentata hawn fuq għall-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju sottomessi hija rilevanti. Ebda investitur privat ma kien jipprovdi kapital lil NG fl-2004 u fis-snin ta' wara. Għalhekk, il-kapital ipprovdut mil-Land lil NG fl-1 ta' Mejju 2002 (li jammonta għal EUR 2 179 000) u fil-21 ta' Diċembru 2004 (li jammonta għal EUR 22 839 241), kif ukoll il-kapital ipprovdut mil-Land u d-distrett ta' Ahrweiler fil-31 ta' Awwissu 2004 (li jammonta għal EUR 4 887 000) u l-4 ta' Settembru 2007 (li jammonta għal EUR 10 000 000) jinvolvu għajnuna li hija daqs l-ammont sħiħ ta' kapital ipprovdut. |
|
(190) |
Fir-rigward tat-tieni miżura (selfiet tal-azzjonisti minn NG qabel il-proġett “Nürburgring 2009”), fuq il-bażi tad-dejta finanzjarja sottomessa mill-awtoritajiet Ġermaniżi, il-Kummissjoni tosserva li EWN, Camp 4 Fun u TTI kienu qed jagħmlu telf annwali u kellhom ekwità negattiva meta kull waħda minnhom irċeviet il-parti tagħha tat-tieni miżura (ara t-tabelli 1-4 iktar 'il fuq). Fl-istess ħin BWN1, BWNB u BWN2, li rċevew selfiet fil-perjodu 2004-2007, għamlu telf annwali matul dak il-perjodu sħiħ u kellhom ekwità negattiva fl-2005, l-2006 u l-2007 ukoll. Fl-aħħar, MAN kellha kemm telf akkumulat kif ukoll telf annwali meta rċeviet il-parti tagħha tat-tieni miżura. Għalhekk, fuq il-bażi tal-punt 11 tal-Linji Gwida dwar is-S&R, il-Kummissjoni tqis li dawk il-kumpaniji kienu f'diffikultà fi żmien it-tieni miżura. Min-naħa l-oħra, fuq il-bażi tad-dejta finanzjarja sottomessa mill-awtoritajiet Ġermaniżi, il-Kummissjoni tosserva li FSZ ma kinitx f'diffikultà meta rċeviet il-parti tagħha tat-tieni miżura, għaliex id-dejta finanzjarja tagħha ma wriet ebda sinjal tal-punt 11 tal-Linji Gwida dwar is-S&R. Il-forniment ta' selfiet lil kumpaniji f'diffikultajiet bħal dawn li ebda investitur privat ma kien jiffinanzja b'ebda rata, speċjalment peress li dawk il-kumpaniji kienu jappartjenu għal kumpanija li hija stess kienet f'diffikultà finanzjarja serja ħafna (NG), jinvolvi vantaġġ għal dawn il-kumpaniji, li huwa kbir daqs l-ammont tas-selfiet. Għaldaqstant, is-selfiet mogħtijin minn NG lis-sussidjarji tagħha, jiġifieri EWN (EUR 6 195 170,02), BWN/BWNB (EUR 3 760 000), Camp 4 Fun (EUR 450 000), MAN (EUR 100 000) u TTI (EUR 25 000) mhumiex konformi mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq. F'dan il-kuntest, huwa osservat li s-selfiet mogħtijin lil MAN u TTI huma inqas mil-livell limitu de minimis, iżda l-Ġermanja la argumentat u lanqas ma stipulat li kienu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 (144); dak ir-Regolament seta' jiġi applikat fil-fażi ta' rkupru jekk il-Ġermanja turi li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha tar-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li s-selfiet mogħtijin lil FSZ (EUR 646 738,12) ma tawx vantaġġ lil din tal-aħħar, peress li ngħataw bir-rata tal-imgħax ta' 6 % li hija fil-livell tas-suq għaliex tikkorrispondi għas-somma tar-rata bażi tal-Ġermanja fi żmien l-għoti tas-selfiet (5,06 % f'April 2002, 4,8 % f'Marzu 2003 u 5,19 % f'Marzu 2008) (145) u l-punti bażi li jridu jiżdiedu għall-kundizzjoni finanzjarja ta' FSZ (100 punt bażi) filwaqt li jitqies li ma wriet ebda wieħed mis-sinjali tal-punt 11 tal-Linji Gwida dwar is-S&R meta rċeviet dawn is-selfiet (146). Fuq din il-bażi, is-selfiet imsemmijin hawn fuq mogħtijin lil FSZ ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. |
|
(191) |
Rigward it-tielet miżura (selfiet mogħtijin lil NG mill-pula ta' likwidità tal-Land), il-Ġermanja ma tipprovdi ebda evidenza li turi li NG ma bbenefikatx mir-rati tal-imgħax li kienu iktar vantaġġużi meta mqabblin mal-kundizzjonijiet tal-kompetituri tagħha. Barra minn hekk, diffiċli taċċetta li jkun hemm xi finanzjament disponibbli fis-suq għal kumpanija f'diffikultajiet finanzjarji bħal ta' NG, bi kull rata tal-imgħax. Fl-aħħar, ir-ripagament eventwali tal-fondi u l-imgħax korrispondenti huwa avveniment ex-post, mhux magħruf fi żmien l-għoti tal-miżuri; għaldaqstant, ma jistax jitqies għat-test tal-investitur f'ekonomija tas-suq. Għaldaqstant, il-miżuri ffinanzjati mill-pula ta' likwidità ma sarux skont it-termini tas-suq. Il-forniment tas-selfiet lil kumpanija f'diffikultajiet ħal dawn li ebda investitur privat ma kien jiffinanzja bl-ebda rata jinvolvi vantaġġ lill-kumpanija li huwa ugwali għall-ammont tas-selfiet. B'kollox, l-għoti tas-selfiet mil-Land lil NG bejn it-30 ta' Ġunju 2003 u l-11 ta' Mejju 2010 (ara l-lista ta' selfiet fit-tabella 5) jinvolvi għajnuna ta' EUR 399 805 370. |
|
(192) |
Bl-istess test bħal dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi l-istess għar-raba' miżura (selfa mogħtija minn NG lil MSR). Tabilħaqq, ma jistax jiġi aċċettat li fi żmien il-miżura (Diċembru 2007), kien ikun hemm xi finanzjament disponibbli fis-suq għal kumpanija f'diffikultajiet finanzjarji bħal dawk ta' MSR (ara t-tabella 12 u l-premessa 155), bi kull rata tal-imgħax. Il-forniment ta' selfa lil kumpanija f'diffikultajiet bħal dawn li ebda investitur ma kien jiffinanzja b'ebda rata jinvolvi vantaġġ lill-kumpanija, li huwa ugwali għall-ammont tas-selfa. Għalhekk, il-vantaġġ mogħti minn NG lil MSR permezz tas-selfa ta' EUR 300 000 fis-27 ta' Diċembru 2007 huwa ta' EUR 300 000. |
|
(193) |
L-appoġġ ipprovdut minn NG lil CST (il-ħames miżura) ma jikkonformax mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq. Tabilħaqq, fuq il-bażi tad-dejta finanzjarja sottomessa mill-awtoritajiet Ġermaniżi, il-Kummissjoni tosserva li CST għamlet telf annwali u kellha ekwità negattiva fil-perjodu 2008-2011, u fl-2009 daħlet f'likwidazzjoni wkoll. Għalhekk, fuq il-bażi tal-punt 11 tal-Linji Gwida dwar is-S&R, il-Kummissjoni tqis li CST kienet f'diffikultà meta rċeviet kull selfa tal-ħames miżura (fis-snin 2008-2011, ara t-tabella 6 iktar 'il fuq). Il-forniment tas-selfiet lil kumpanija f'diffikultajiet bħal dawn li ebda investitur privat ma kien jiffinanzja b'ebda rata, speċjalment peress li CST kienet tappartjeni lil kumpanija li hija stess kienet f'diffikultà finanzjarja serja ħafna (NG), jinvolvi vantaġġ għall-kumpanija, li huwa ugwali għall-ammont tas-selfa. Għalhekk, il-vantaġġ mogħti minn NG lil CST, permezz tas-selfiet li b'kollox jammontaw għal EUR 11 032 060 ipprovduti lilha bejn is-27 ta' Awwissu 2008 u t-18 ta' April 2011, huwa ugwali għall-ammont tas-selfiet. |
|
(194) |
Fir-rigward tal-ittra ta' konfort, il-Kummissjoni tosserva li din ingħatat minn NG lil CST fit-23 ta' Diċembru 2009 u kienet tikkostitwixxi impenn ta' NG, li bih tiffinanzja r-ripagament tal-obbligi finanzjarji ta' CST, li CST stess ma kinitx tkun tiflaħ tħallas lura. Il-finanzjament tat-tali obbligi finanzjarji jseħħ peremzz ta' selfiet minn NG lil CST, b'rata tal-imgħax ta' 6 %. L-impenn kien jinkludi wkoll subordinazzjoni tal-pretensjonijiet ta' NG li jirriżultaw minn dawn is-selfiet, iffinanzjati minn NG fuq il-bażi tal-ittra ta' konfort tat-23 ta' Diċembru 2009, li kienet tipprevedi li l-pretensjonijiet rilevanti ta' NG kontra CST jikklassifikaw fl-aħħar pożizzjoni tal-pretensjonijiet tal-kredituri kollha kontra CST. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tqis li kreditur f'ekonomija tas-suq ma kienx jieħu impenn li jiffinanzja selfiet mhux imħallsin ta' kumpanija f'diffikultà serja jew li jissubordina pretensjonijiet materjalizzati kontra kumpanija f'diffikultà serja, peress li miżura bħal din tkun issarraf f'telf tal-pretensjonijiet tiegħu stess. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ssib li l-ittra ta' konfort, li kienet tinkludi l-impenn imsemmi hawn fuq għall-finanzjament ta' telf mhux imħallas u subordinazzjoni tal-pretensjonijiet sussegwenti, tikkostitwixxi vantaġġ. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-ittra ta' konfort tikkostitwixxi miżura addizzjonali għas-selfiet tal-2008-2011 (ara l-premessa 182 iktar 'il fuq), peress li: (a) ma ngħatatx fl-istess waqt ma' dawk is-selfiet; (b) ma kinitx previsat jew imposta mill-kuntratti ta' selfiet sottostanti; u (c) kienet deċiża bid-deskrizzjoni minn NG sabiex tevita l-insolvenza ta' CST. Fir-rigward tal-ammont tal-miżura, dan huwa daqs l-ammont totali ta' selfiet iffinanzjati minn NG fuq il-bażi tal-ittra ta' konfort tat-23 ta' Diċembru 2009, iżda l-Kummissjoni ma għandhiex fil-pussess tagħha l-ammont rilevanti. |
|
(195) |
Fl-aħħar, fir-rigward tas-subordinazzjoni tal-pretensjonijiet, il-Kummissjoni tosserva li ntlaħaq qbil bejn NG u CST fit-13 ta' Diċembru 2010 u kuntrattwalment irreferiet għas-selfiet mogħtijin sat-30 ta' Novembru 2010 b'total ta' EUR 10,4 miljun (jiġifieri l-ewwel 13-il selfa tat-tabella 6 iktar 'il fuq, mill-15 totali). Il-Kummissjoni tosserva wkoll li s-subordinazzjoni inkwistjoni rriżultat fil-klassifikazzjoni tal-pretensjonijiet ta' NG kontra CST fl-aħħar pożizzjoni tal-pretensjonijiet tal-kredituri kollha kontra CST. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tqis li kreditur f'ekonomija tas-suq ma jaċċettax it-tali subordinazzjoni ta' pretensjonijiet materjalizzati kontra kumpanija f'diffikultà serja, peress li miżura bħal din tkun tammonta għat-telf propju tal-pretensjonijiet. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ssib li s-subordinazzjoni tikkostitwixxi vantaġġ. Il-Kummissjoni tqis ukoll li s-subordinazzjoni tal-2010 tikkostitwixxi miżura addizzjonali għas-selfiet sottostanti, peress li: (a) ma kinitx deċiża fl-istess waqt ma' dawn is-selfiet; (b) ma kinitx prevista jew imposta mill-kuntratti tas-selfiet sottostanti; u (c) kienet deċiża b'mod diskrezzjonali minn NG sabiex tiġi evitata l-insolvenza ta' CST. Fir-rigward tal-ammont tal-miżura, dan huwa daqs l-ammont sħiħ tas-selfiet subordinati; jiġifieri EUR 10,4 miljun. |
|
(196) |
Rigward il-korrispettiv imħallas minn NG lil IPC (is-sitt miżura), il-Kummissjoni tosserva li l-Qorti tal-Awdituri tal-Land stabbiliet li imprenditur prudenti ma kienx jagħżel dawk il-kumpaniji partikolari għall-forniment tas-servizzi, u li NG ma vverifikatx bil-prudenza meħtieġa x-xogħol preċedenti ta' dawk il-kumpaniji, sabiex tivvaluta kemm huma adegwati u sabiex tixtarr jekk il-kundizzjonijiet għall-finanzjament tal-proġett Nürburgring 2009 offruti minnhom kinux realistiċi (147). F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tqis li l-għażla tal-IPC għall-forniment ta' dawk is-servizzi partikolari tat vantaġġ lil dawk il-kumpaniji. B'hekk, il-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil IPC, fl-ammont tal-ħlas totali lil dawk il-kumpaniji, jiġifieri EUR 640 000. |
|
(197) |
Barra minn hekk, fir-rigward tas-selfa ta' EUR 3 miljuni mogħtija minn NG lil PNG u s-selfa ta' EUR 2 941 000 mogħtija minn PNG lil MSR, il-Kummissjoni tqis li ż-żewġ selfiet jikkostitwixxu miżura waħda, li fiha PNG kienet sempliċi intermedjarju, li rċieva tariffa ta' EUR […]. Il-benefiċjarju tal-miżura kien MSR, li finalment irċeviet is-selfa, fi żmien meta tant kienet f'diffikultà finanzjarja serja li ma kinitx tkun tista' ssib finanzjament mis-suq. Il-forniment ta' selfa lil kumpanija f'diffikultajiet bħal dawn li ebda investitur privat ma kien jiffinanzja b'ebda rata jinvolvi vantaġġ lill-kumpanija, li huwa kbir daqs l-ammont tas-selfa. Għaldaqstant, il-vantaġġ mogħti minn NG lil MSR permezz tas-selfa tal-15 ta' Ottubru 2008 huwa ta' EUR 2 941 000. |
|
(198) |
Bis-seba' miżura, MIB ċediet lil NG il-pretensjonijiet tagħha kontra CST, li kienet il-mutwatarju tas-selfiet ikkonċernati, u NG ħallset prezz nominali flimkien mal-imgħax lil MIB. Peress li CST kienet f'diffikultà (ara l-premessa 184), il-Kummissjoni tosserva li mhuwiex probabbli li MIB tirċievi l-pretensjonijiet tagħha kontra CST. Fuq din il-bażi, din il-miżura bbenefikat lil MIB li rċeviet il-pretensjonijiet tagħha u ġiet sostitwita minn NG li saret il-kreditur ta' kumpanija f'diffikultà. Fin-nuqqas ta' pjan ta' vijabblità ta' CST, li juri r-ritorn tal-vijabbiltà tagħha u għaldaqstant il-prospettivi tagħha għar-ripagament tad-djun tagħha, din il-miżura ma tikkonformax mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq. Għaldaqstant, iċ-ċessjoni minn MIB lil NG tal-pretensjonijiet li jammontaw għal EUR 1 476 830,88 tinvolvi għajnuna kbira daqs l-ammont tal-prezz tal-bejgħ ta' EUR 1 476 830,88. |
|
(199) |
Fir-rigward tat-tmien miżura (selfa ta' EUR 325 265 000 mogħtija minn ISB lil NG, MSR u CMHN), mingħajr garanzija relatata (id-disa' miżura), il-forniment ta' selfa lil kumpanijia f'diffikultajiet bħal dawn li ebda investitur privat ma kien jiffinanzja b'ebda rata jista' jinvolvi vantaġġ lill-kumpaniji, li jkun daqs l-ammont tas-selfiet. Madankollu, f'dan il-każ partikolari, l-għajnuna tikkonsisti biss fil-garanzija (id-disa' miżura) u mhux fis-selfa (it-tmien miżura), peress li l-Kummissjoni ma tistax teskludi li kreditur privat jista' jagħti lil NG, MSR u CMHN selfiet b'termini paragunabbli minħabba l-garanzija pprovduta mil-Land (id-disa' miżura). |
|
(200) |
Rigward id-disa' miżura, jiġifieri l-garanzija għas-selfa ta' ISB ta' EUR 325 265 000 (it-tmien miżura), il-miżura inkwistjoni ma kinitx konformi mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq. Tabilħaqq, il-politika tal-iżvilupp reġjonali hija fil-mira tal-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li l-investituri f'ekonomija tas-suq ma jiħdux il-miżuri rilevanti favur kumpaniji f'diffikultà, minn awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li l-investituri f'ekonomija tas-suq ma jiħdux il-miżuri rilevanti favur kumpaniji f'diffikultà, għad-detriment sostanzjali tal-interessi finanzjarji tagħhom stess. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-politika tal-iżvilupp reġjonali ma għandhiex l-għan li ġġib kumpaniji f'diffikultà lura lejn il-vijabbiltà. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet li jeliminaw l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat, kif deskritti fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (148) (“l-Avviż dwar il-Garanziji”), mhumiex issodisfati. Tabilħaqq, il-benefiċjarji kienu kumpaniji f'diffikultà, il-garanzija kopriet is-selfa sħiħa u ma kien hemm ebda primjum tal-garanzija għall-Istat li jirrifletti r-riskju ta' inadempjenza tas-selfa ggarantita. Minħabba d-diffikultajiet finanzjarji serji tal-benefiċjarji (NG, MSR u CMHN) fi żmien l-għoti tal-garanzija inkwistjoni (ara t-tabelli 11-13), il-Kummissjoni tqis li ebda kreditur tas-suq ma kien jipprovdi lill-benefiċjarji garanzija b'dawk il-kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni ma għandha ebda informazzjoni li tindika li l-garanzija ġiet attivata. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li d-disa' miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. L-ammonti tal-għajnuna mogħtijin mill-garanzija lil NG, MSR u CMHN mil-Land huma daqs l-ammonti tas-selfiet rispettivi (it-tmien miżura), jiġifieri EUR 96 574 200 u EUR 113 590 800 lil NG, EUR 92 000 000 lil MSR u EUR 23 100 000 lil CMHN. |
|
(201) |
Fir-rigward tal-għaxar miżura (il-lokazzjoni kummerċjali tal-kumpless ta' Nürburgring lil NAG), il-Kummissjoni tosserva li proċedura tal-offerti ġeneralment tkun tista' telimina vantaġġ mogħti lil lokatarju. Madankollu, f'dan il-każ, ma ġiet organizzata ebda proċedura tal-offerti għall-għażla tal-operatur tal-kumpless restawrat. Minkejja dan, minbarra l-ewwel tliet snin tal-lokazzjoni (jiġifieri mill-1 ta' Mejju 2010 sat-30 ta' April 2013), il-kirja minima skont il-kuntratt tal-lokazzjoni taqa' fi ħdan il-medda ta' kirjiet annwali minimi u massimi konformi mas-suq identifikati fl-opinjoni tal-espert tad-29 ta' Settembru 2011. Il-kirja EBITDA hija saħansitra ogħla mill-kirja annwali massima konformi mas-suq identifikata fl-opinjoni tal-espert, għajr it-tieni sena tal-lokazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tosserva li l-opinjoni tal-espert tad-29 ta' Settembru 2011 turi li l-kirja minima ta' EUR 15-il miljun mill-1 ta' Mejju 2013 setgħet tkun konformi mas-suq, peress li taqa' fi ħdan il-medda li tirrappreżenta l-kirjiet fil-livell tas-suq u, għalhekk, ma kinitx tinvolvi vantaġġ selettiv għal NG. Minkejja dan, id-durata propja tal-lokazzjoni kienet għal bejn l-1 ta' Mejju 2010 u l-31 ta' Ottubru 2012 biss. Il-kirja minima stabbilita mill-opinjoni tal-espert u mill-kuntratt ta' lokazzjoni għall-ewwel tliet snin tal-lokazzjoni hija inkluża fit-tabella 16: Tabella 16 Kirja minima għal-lokazzjoni ta' Nürburgring
Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-kirja annwali applikata fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2010 sal-31 ta' Ottubru 2012 kienet tinvolvi vantaġġ selettiv għal NAG, li hija daqs id-differenza bejn: (a) il-kirja li missha ntalbet, fid-dawl tal-opinjoni tal-espert, u (b) il-kirja li ġiet stabbilita fil-kuntratt tal-lokazzjoni. Il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm għajnuna li tammonta għal EUR 9 miljun, jiġifieri d-differenza bejn il-punti (a) u (b) ta' hawn fuq (għat-tieliet sena nofs dik id-differenza biss jiġi kkalkolat, peress li l-lokazzjoni ntemmet fil-31 ta' Ottubru 2012, jiġifieri f'nofs it-tielet sena) (149). |
|
(202) |
Fir-rigward tal-miżura 11 (selfiet mogħtijin minn RIM lil MSR permezz ta' Mediinvest u fil-każ ta' selfa waħda wkoll permezz ta' PNG bħala intermedjarji), li biha ġiet iffinanzjata t-tieni parti tal-proġett “Nürburgring 2009”, il-Ġermanja stess tiddikjara li ma kienx possibbli li ssib investituri privati li jiffinanzjaw it-Tieni Parti tal-proġett. Barra minn hekk, l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-Land kienet timplika li l-investituri potenzjali ma rawx il-proġett bħala vijabbli bit-termini tas-suq. Tabilħaqq, bosta operaturi privati ta' parks ta' divertiment irrifjutaw li jieħdu sehem fil-proġett. Mingħajr garanzija relatata (il-miżura 12), il-forniment ta' selfa lil kumpaniji f'diffikultajiet bħal dawn li ebda investitur privat ma kien jiffinanzja b'ebda rata jista' jinvolvi vantaġġ għall-kumpaniji, li jkun kbir daqs l-ammont tas-selfiet. Madankollu, f'dan il-każ partikolari l-għajnuna tikkonsisti biss fil-garanzija (il-miżura 12) u mhux fis-selfiet (il-miżura 11), peress li l-Kummissjoni ma tistax teskludi li kreditu privat seta' jagħti lil MSR selfiet b'termini paragunabbli minħabba l-garanzija pprovduta mil-Land (il-miżura 12). Il-Kummissjoni tosserva li Mediinvest u PNG ma kinux ir-riċevituri propji tal-għajnuna iżda pprovdew is-servizzi tagħhom bħala intermedjarji biss, sabiex is-selfiet ta' RIM jilħqu lil MSR. Barra minn hekk, għall-forniment tas-servizz imsemmi hawn fuq, Mediinvest biss għamlet profitt, li jikkorrispondi għal differenza massima fir-rata tal-imgħax ta' 4,3 % (bejn is-selfiet li rċeviet mingħand RIM u s-selfiet li tat lil MSR), filwaqt li PNG ma għamlitx profitt minn xi differenza fir-rati tal-imgħax (PNG kellha l-istess rata tal-imgħax fis-selfa li rċeviet mingħand Mediinvest u s-selfa li tat lil MSR). Barra minn hekk, fid-dawl tad-dejta inkluża fil-premessi 32-34 u t-tabella 14 iktar 'il fuq, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li Mediinvest u PNG talbu rati tal-imgħax mhux konformi mas-suq għas-servizzi tagħhom, jew li d-differenza fir-rati tal-imgħax li rċevew (massimu ta' 4,3 % għal Mediinvest, 0 % għal PNG) marret lil hinn mil-livelli tas-suq. Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li Mediinvest u PNG ma kinux benefiċjarji tal-miżura 11. |
|
(203) |
Rigward il-miżura 12, jiġifieri l-garanzija mil-Land lil ISB għall-parteċipazzjonijiet siekta ta' RIM f'Mediinvest (il-miżura 11), il-Kummissjoni tqis li s-sistema kellha l-għan li MSR tkun tista' tikseb is-selfiet deskritti bħala l-miżura 11. Barra minn hekk, fi żmien is-selfiet, MSR kienet f'sitwazzjoni finanzjarja ħażina ferm. Ebda investitur privat ma kien jipprovdi garanzija lil kumpanija f'sitwazzjoni finanzjarja tant ħażina. Il-Kummissjoni ma għandha ebda informazzjoni li tindika li l-garanzija ġiet attivata. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li l-miżura 12 tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. L-ammont tal-għajnuna mogħti mill-garanzija lil MSR mil-Land huwa kbir daqs l-ammont tas-selfiet ikkonċernati (il-miżura 11), jiġifieri EUR 85 484 000. |
|
(204) |
Fir-rigward tal-miżura 13 (l-għotjiet mit-taxxa fuq il-logħob għall-promozzjoni tat-turiżmu mogħtija mil-Land lil NG), il-Kummissjoni tqis li l-politika tat-turiżmu hija objettiv fil-mira tal-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li l-investituri f'ekonomija tas-suq ma kinux jieħdu miżuri rilevanti favur kumpaniji f'diffikultà, għad-detriment sostanzjali tal-interessi finanzjarji tagħhom stess. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-politika tat-turiżmu ma għandhiex l-għan li ġġib kumpaniji f'diffikultà lura għall-vijabbiltà. B'hekk, filwaqt li tikkunsidra s-sitwazzjoni finanzjarja ħażina ta' NG, il-Kummissjoni tqis li l-ammont sħiħ tal-miżuri inkwistjoni jikkostitwixxi vantaġġ lil NG. B'kollox, ir-rikavati mit-taxxi li kienu jammontaw għal EUR 1,6 miljun fl-2009 u EUR 3,2 miljun fis-sena fl-2010 u l-2011 ittrasferiti mil-Land lil NG jikkostitwixxu għajnuna favur NG. |
|
(205) |
Fir-rigward tal-miżura 14 (selfiet mil-Land lil NG u subordinazzjoni tad-dejn), l-ispjegazzjonijiet mogħtijin għall-miżura 13 rigward il-politika tat-turiżmu japplikaw ukoll. Barra minn hekk, il-forniment ta' selfa lil kumpaniji f'diffikultajiet bħal dawn li ebda investitur privat ma kien jiffinanzja bi b'ebda rata jinvolvi vantaġġ lill-kumpaniji, li huwa kbir daqs l-ammont tas-selfa. Għalhekk, is-selfiet ta' EUR 20 miljun fil-21 ta' Awwissu 2007, EUR 10 miljun fit-22 ta' Diċembru 2009, EUR 4,65 miljun fit-28 ta' Diċembru 2010 u EUR 3,2 miljun fis-26 ta' April 2011 u selfa oħra ta' EUR 4,95 miljun fid-9 ta' Diċembru 2011 mogħtija lil NG mil-Land jinvolvu għajnuna, li hija kbira daqs l-ammont tas-selfiet. |
|
(206) |
Rigward is-subordinazzjoni tad-dejn, il-Land iddikjaraha b'rabta mas-selfa msemmija iktar 'il fuq ta' EUR 20 miljun fid-29 ta' Awwissu 2007 sabiex jevita l-insolvenza ta' NG, filwaqt li kklassifika l-pretensjonijiet tiegħu kontra NG fl-aħħar pożizzjoni tal-pretensjonijiet tal-kredituri kollha kontra NG. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ssib li s-subordinazzjoni (parti mill-miżura 14) tikkostitwixxi vantaġġ separat għas-selfa ta' EUR 20 miljun tal-miżura 14, peress li naqqset b'mod sinifikanti l-possibbiltà ta' ġbir tal-pretensjonijiet tiegħu kontra NG. Fir-rigward tal-ammont tal-miżura, huwa daqs l-ammont tas-selfa subordinata, peress li ppermetta lil NG tevita milli tħallas lura l-ammont tas-selfa subordinata, jiġifieri EUR 20 miljun. |
|
(207) |
Fir-rigward tal-miżura 15 (akkwist tal-ishma ta' MSR minn NG u RIM), MSR kienet f'diffikultà fi żmien il-miżura, u dan ifisser li kellha operazzjonijiet li qed jagħmlu t-telf. Min-naħa tiegħu, dan ifisser li l-ammont li jirriżulta mill-operazzjonijiet tagħha u mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-azzjonisti tagħha kien negattiv. F'dan is-sens, il-valur rifless mill-operazzjonijiet ta' MSR f'kull wieħed mill-ishma tagħha kien negattiv. Fi kliem ieħor, investitur potenzjali f'MSR kien jeħtieġ li fil-fatt jitħallas ammont li jikkorrispondi għat-telf ta' MSR, li jirriżulta mill-operazzjonijiet tagħha u rifless f'kull wieħed mill-ishma tagħha. Billi xtraw lil MSR, NG u RIM kellhom l-intenzjoni ċara li jsostnuha. Madankollu, il-bidla tas-sid, minnha nfisha, ma tinvolvix għajnuna lil MSR. Huma l-miżuri li jistgħu jsegwu wara l-bidla tas-sjieda (eż. selfiet minn NG lil MSR) li jkunu jinvolvu għajnuna lil MSR. Il-forma legali tal-kumpanija MSR hija tali li l-azzjonisti mhumiex responsabbli għall-obbligazzjonijiet tal-kumpanija u, minnu nnifsu, il-bejgħ ta' MSR mis-sidien ta' qabel tagħha lil NG u RIM jinvolvi biss prezz simboliku mħallas lill-bejjiegħa li huwa daqs l-ammont tal-prezz tal-bejgħ, jiġifieri EUR 3. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li l-prezz ta' EUR 1 għal kull sehem ma jikkostitwixxix vantaġġ ekonomiku lill-bejjiegħa tal-ishma ta' MSR, jiġifieri Mediinvest, Geisler & Trimmel u Weber. |
|
(208) |
Il-miżura 16 tinvolvi selfa tal-azzjonisti u sussidju mil-Land lil NG għat-tiġrijiet tal-Formula 1. Permezz tal-pula ta' likwidità, il-Land ta lil NG EUR 24 978 808 bejn l-2003 u l-2007 u EUR 15 426 562 fl-2009 (it-tielet miżura). Biex jirrifinanzja dawn l-ammonti, fl-2011 il-Land ta selfa mingħajr imgħax ta' EUR 40 405 000 lil NG. NG irċeviet ukoll sussidju mill-baġit tal-Land li jammonta għal EUR 13,5 miljun f'Lulju 2011. F'dak li għandu x'jaqsam ma' dawn is-sussidji pubbliċi, il-vantaġġ favur NG huwa ovvju, peress li NG inħelset minn piż li normalment kien ikollha ġġorr. Għas-selfa, it-test tal-investitur f'ekonomija tas-suq mhuwiex issodisfat. Il-forniment ta' selfa lil kumpanija f'diffikultajiet bħal dawn li ebda investitur privat ma kien jiffinanzja b'ebda rata jinvolvi vantaġġ għall-kumpanija, li huwa kbir daqs l-ammont tas-selfa. Għaldaqstant, il-vantaġġ mogħti mil-Land lil NG permezz tas-selfa ta' EUR 40 405 000 fil-11 ta' Jannar 2011 huwa ta' EUR 40 405 000. Il-vantaġġ mogħti mil-Land lil NG permezz tas-sussidju ta' EUR 13,5 miljun f'Lulju 2011 huwa ta' EUR 13,5 miljun. |
|
(209) |
Għall-kuntratt ta' konċessjoni tal-Formula 1 (il-miżura 17), il-Ġermanja ddikjarat li l-organizzazzjoni tat-tiġrijiet tal-Formula 1 tikkostitwixxi miżura ta' għajnuna li hija kompatibbli skont ir-regoli tas-SIEĠ. Madankollu, il-Ġermanja ma tgħidx li l-miżura kienet kumpens ħieles minn għajnuna li jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-ġurisprudenza Altmark. Fl-aħħar, il-Ġermanja ma pprovdietx evidenza li turi li t-tariffa ta' konċessjoni ġiet stabbilita fil-livell tas-suq fuq il-bażi ta' xi opinjoni ta' espert jew rapport dwar is-suq, jew li għamlet proċess ta' offerti għall-konċessjoni. Għaldaqstant, fin-nuqqas tal-elementi li juru li l-miżura hija konformi mas-suq, il-Kummissjoni tqis li l-kuntratt ta' konċessjoni jagħti vantaġġ lil NAG. Għal din il-miżura, l-ammont tal-għajnuna fil-prinċipju jkun daqs id-differenza bejn it-tariffa ta' konċessjoni u l-valur tas-suq tal-konċessjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li, peress li ma sar ebda pagament skont il-kuntratt, kif iddikjarat il-Ġermanja, l-għajnuna mill-Istat involuta ma mmaterjalizzatx, u għalhekk ma jista' jiġi stabbilit ebda ammont tal-għajnuna. |
|
(210) |
Għall-kuntrarju tal-opinjoni tal-Ġermanja, il-Kummissjoni tqis li l-iskedar mill-ġdid tal-pagamenti tal-imgħax (il-miżura 18) mhuwiex konformi mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq u, għalhekk, jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku, speċjalment fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' NG, MSR u CMHN. Tabilħaqq, NG, MSR u CMHN kienu f'pożizzjoni finanzjarja ħażina ħafna meta ngħatat il-miżura, kif spjegat iktar 'il fuq. L-iskedar mill-ġdid tal-pagamenti tal-imgħax b'rabta ma' selfa lil kumpanija f'diffikultajiet bħal dawn, li ebda investitur privat ma kien jagħti b'ebda rata, jinvolvi vantaġġ lill-kumpanija, li huwa kbir daqs l-ammont tal-ammont pendenti tas-selfa riskedata. Għalhekk, l-iskedar mill-ġdid maqbul minn ISB fil-15 ta' Mejju 2012, li jammonta għal EUR 1,473 miljun għal NG, EUR 1,205 miljun għal MSR u EUR 303 000 għal CMHN, jinvolvi għajnuna lil dawn il-kumpaniji li hija kbira daqs l-ammont tas-selfiet pendenti skedati mill-ġdid. |
|
(211) |
Fir-rigward tal-garanzija tal-Istat u s-subordinazzjoni tad-dejn (il-miżura 19): (a) għall-garanzija tal-Istat tal-2012 li tkopri pretensjonijiet li jaslu sa EUR 254 miljun (għal selfa ta' EUR 325 265 000), il-Kummissjoni tosserva li ngħatat, permezz ta' dikjarazzjoni tal-Land, sabiex tiġi evitata l-insolvenza ta' NG, MSR u CMHN, filwaqt li dawn tal-aħħar kienu f'diffikultà serja. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li l-miżura ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet tal-Avviż ta' Garanzija, għalhekk tat vantaġġ lill-benefiċjarji, u b'hekk kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat; (b) is-subordinazzjoni tal-2012 tal-pretensjonijiet tal-Land, li tirriżulta mill-garanzija msemmija hawn fuq, irriżultat fil-klassifikazzjoni tal-pretensjonijiet tal-Land fl-aħħar pożizzjoni tal-pretensjonijiet tal-kredituri kollha kontra NG, MSR u CMHN. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tosserva li kreditur f'ekonomija tas-suq ma kienx jaċċetta subordinazzjoni bħal din ta' pretensjonijiet materjalizzati kontra kumpaniji f'diffikultà seja, peress li miżura bħal din tkun tammonta għat-telf propju tal-pretensjonijiet. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ssib li s-subordinazzjoni tikkostitwixxi vantaġġ. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-garanzija u s-subordinazzjoni tal-2012 jikkostitwixxu miżura addizzjonali għall-garanzija tal-2010. Tabilħaqq, l-adozzjoni tal-garanzija u tas-subordinazzjoni tal-2012 ma kinitx prevista jew imposta mill-garanzija tal-2010, iżda deċiża bid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet, sabiex tiġi evitata l-insolvenza ta' NG, MSR u CMHN fl-2012. Fir-rigward tal-ammont tal-miżura, dan huwa daqs l-ammont tad-dejn marbut magħha, jiġifieri EUR 254 miljun li kien kopert mill-garanzija u s-subordinazzjoni tal-2012. |
|
(212) |
Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri ta' hawn fuq huma marbutin mal-operat ta' kumpless li ma jikklassifikax bħala infrastruttura ġenerali, u li l-miżuri ma ġewx attivati minħabba l-aspettattivi li l-kontribuzzjoni tal-Istat kienet se trendi redditu konformi mas-suq. B'hekk, il-Kummissjoni tqis li hemm għajnuna mill-Istat għall-bini u t-tħaddim tal-faċilitajiet imsemmijin hawn fuq, li tibbenefika lil min joperahom, jiġifieri lil NG b'mod partikolari. |
|
(213) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-element tal-għajnuna mill-Istat huwa d-differenza bejn il-prezz tas-suq xieraq tas-selfa jew il-garanzija u l-prezz propju mħallas għal dik il-miżura, filwaqt li l-benefiċjarji tal-għajnuna tant kienu f'diffikultajiet serji li ma kienu jsibu l-ebda finanzjament fis-suq u b'hekk il-vantaġġ mill-għajnuna huwa kbir daqs l-ammont sħiħ tal-miżuri inkwistjoni. |
(f) Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat
|
(214) |
Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li parti mit-tieni miżura (selfiet mogħtija minn NG lil FSZ), kif ukoll il-miżuri 8, 11 u 15 ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, filwaqt li l-miżura 1, parti mit-tieni miżura (selfiet mogħtijin minn NG lil EWN, MAN, TTI, Camp4Fun, BWN1, BWNB u BWN2), kif ukoll il-miżuri minn 3 sa 7, minn 9 sa 10, minn 12 sa 14, u minn 16 sa 19 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
5.3. GĦAJNUNA ILLEGALI
|
(215) |
L-ewwel miżura, parti mit-tieni miżura (selfiet mogħtijin minn NG lil EWN, MAN, TTI, Camp4Fun, BWN1, BWNB u BWN2), kif ukoll il-miżuri minn 3 sa 7, minn 9 sa 10, minn 12 sa 14, u minn 16 sa 19 li jikkostitwixxu għajnuna ngħataw bi ksur tal-obbligi ta' notifika u ta' waqfien totali stabbiliti fl-Artikolu 108(3) TFUE. B'hekk, il-Kummissjoni tqis li dawn il-miżuri jikkwalifikaw bħala għajnuna illegali mill-Istat. |
5.4. KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA
|
(216) |
Peress li ċerti miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-kompatibbiltà tagħhom trid tiġi vvalutata fid-dawl tal-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dak l-Artikolu. |
|
(217) |
Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa f'idejn l-Istat Membru li jinvoka l-motivi possibbli tal-kompatibbiltà u li juri li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet għat-tali kompatibbiltà (150). |
|
(218) |
Peress li l-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, u peress li NG, MSR u CMHN kienu ilhom kumpaniji f'diffikultà mill-2002, l-2007 u l-2008, rispettivament, il-Kummissjoni tosserva li l-miżuri inkwistjoni għandhom jiġu vvalutati fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħhom biss skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE u b'mod partikolari skont il-Linji Gwida dwar is-S&R. Tabilħaqq, skont il-punt 20 tal-Linji Gwida dwar is-S&R, “kumpanija f'diffikultà ma tistax tiqties bħala veikolu xieraq għall-promozzjoni ta' objettivi oħrajn tal-politika pubblika sakemm tiġi żgurata l-vijabbiltà tagħha. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li kemm-il darba jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawn il-Linji Gwida, l-għajnuna lil kumpaniji f'diffikultà tista' tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi bla ma l-kummerċ jiġi affettwat b'mod mhux mixtieq sal-punt li jmur kontra l-interess tal-Komunità.” Għall-kuntrarju ta' dak li qalet il-Ġermanja, l-eċċessjoni stabbilita fl-Artikolu 106(2) TFUE mhijiex applikabbli f'dan il-każ għaliex l-operazzjonijiet sostnuti ma jistgħux jitqiesu bħala servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, peress li jikkostitwixxu biċ-ċar operazzjonijiet ta' għamla kummerċjali offruti f'setturi li huma soġġetti għall-kompetizzjoni. Lanqas l-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 107(3)(b) TFUE ma hija applikabbli, peress li l-proġett u l-kumpaniji sostnuti permezz tal-miżuri investigati ma jistgħux jitqiesu bħala proġett importanti ta' interess Ewropew komuni, u l-Ġermanja ma kinitx qed taffaċċja tfixkil serju fl-ekonomija tagħha. Fl-aħħar, lanqas l-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 107(3)(d) TFUE ma hija applikabbli, għaliex l-attivitajiet megħjunin ma għandhomx rabta ċara mal-kultura jew mal-konservazzjoni tal-wirt storiku. |
|
(219) |
F'dan il-każ, il-kundizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida dwar is-S&R (it-taqsimajiet 3.1. u 3.2.) għall-għajnuna għas-salvataġġ u/jew ir-ristrutturar mhumiex issodisfati. Tabilħaqq, il-miżuri ma ntemmewx wara 6 xhur u l-Ġermanja ma nnotifikatx pjan ta' ristrutturar skont it-tifsira tal-Linji Gwida dwar is-S&R. Fl-aħħar, ma hemm ebda evidenza li l-għajnuna kienet limitata għall-minimu meħtieġ, b'mod partikolari permezz ta' kontribuzzjoni proprja sinifikanti tal-benefiċjarju tal-għajnuna. L-awtoritajiet lanqas ma pprovdew pjan ta' likwidazzjoni. |
|
(220) |
Il-Kummissjoni ma identifikat ebda motiv possibbl ieħor ta' kompatibbiltà għall-miżuri (151). Tabilħaqq, f'dan il-każ, il-benefiċjarji kienu f'diffikultà fi żmien l-għoti tal-miżuri, u għalhekk huma esklużi mill-applikazzjoni ta' kull bażi ta' kompatibbiltà għajr il-Linji Gwida dwar is-S&R. |
|
(221) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-ewwel miżura, parti mit-tieni miżura (selfiet mogħtijin minn NG lil EWN, MAN, TTI, Camp4Fun, BWN1, BWNB u BWN2), kif ukoll il-miżuri minn 3 sa 7, minn 9 sa 10, minn 12 sa 14, u minn 16 sa 19 huma inkompatibbli mat-TFUE. |
5.5. IRKUPRU
|
(222) |
Skont it-TFUE u l-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizja, il-Kummissjoni hija kompetenti sabiex tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat irid iħassar jew jibdel għajnuna li tkun sabet li hija inkompatibbli mas-suq intern (152). Il-Qorti tal-Ġustizzja kemm-il darba ddikjarat li l-obbligu ta' Stat Membru li jħassar għajnuna li l-Kummissjoni tkun qisitha li hija inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal sabiex terġa' tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel l-għajnuna (153). F'dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li dan l-objettiv jinkiseb ladarba r-riċevent ikun ħallas lura l-ammonti mogħtijin permezz ta' għajnuna illegali, u b'hekk jirrinunzja għall-vantaġġ li jkun gawda fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u terġa' tinkiseb is-sitwazzjoni li kien hemm qabel ma tħallset l-għajnuna (154). |
|
(223) |
B'konformità mal-każistika, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (155) stabbilixxa li “Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna llegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju […].” |
|
(224) |
B'hekk, peress li l-miżuri inkwistjoni ma ġewx notifikati lill-Kummissjoni bi ksur tal-Artikolu 108 TFUE u, għaldaqstant, iridu jitqiesu li huma għajnuniet illegali u inkompatibbli, iridu jiġu rkuprati sabiex terġa' tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel ma ngħataw. L-irkupru għandu jkopri ż-żmien mindu l-vantaġġ ingħata lill-benefiċjarju, jiġifieri meta l-għajnuniet tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sal-irkupru effettiv, u s-somom li jridu jiġu rkuprati għandhom iġarrbu magħhom l-imgħax dovut sal-irkupru effettiv. |
|
(225) |
Il-Kummissjoni tosserva li ċerti benefiċjarji tal-għajnuniet (NG, MSR, CMHN, CST (156), IPC) jinsabu fi proċedimenti ta' insolvenza (157). Skont każistika stabbilita sew, il-fatt li benefiċjarju huwa insolventi jew soġġett għal proċedimenti ta' falliment ma għandu ebda effett fuq l-obbligu tiegħu li jħallas lura għajnuna illegali u inkompatibbli (158). Fl-istess ħin, fil-parti l-kbira tal-każijiet li jinvolvu benefiċjarju tal-għajnuna insolventi, ma jkunx possibbli li jiġi rkuprat l-ammont sħiħ tal-għajnuna illegali u inkompatibbli (inklużi l-imgħaxijiet), peress li l-assi tal-benefiċjarju mhumiex biżżejjed sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet tal-kredituri kollha. Konsegwentement, spiss ma jkunx possibbli li terġa' tiġi stabbilita bis-sħiħ is-sitwazzjoni ex-ante b'mod tradizzjonali. Peress li l-objettiv finali tal-irkupru huwa li jtemm it-tfixkil tal-kompetizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ddikjarat li l-likwidazzjoni tal-benefiċjarju tista' titqies bħala possibbiltà aċċettabbli għall-irkupru f'każijiet bħal dawn (159). Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li deċiżjoni li tordna lill-Istat Membru sabiex jirkupra l-għajnuna illegali u inkompatibbli mingħand benefiċjarju insolventi tista' titqies li hija eżegwita kif suppost meta jsir l-irkupru sħiħ jew, fil-każ ta' rkupru parzjali, meta jkun hemm reġistrazzjoni xierqa tal-obbligazzjoni marbuta mal-ħlas tal-għajnuna fl-iskeda tal-obbligazzjonijiet u l-kumpanija tiġi likwidata u l-assi tagħha jinbiegħu bil-kundizzjonijiet tas-suq, xi ħaġa li timplika waqfien definittiv tal-attivitajiet tagħha. B'mod iktar ġenerali, għandu jiġi żgurat li ebda operatur ma huwa se jibbenefika mill-għajnuna illegali u inkompatibbli wara li jitlaq il-benefiċjarju. |
|
(226) |
L-irkupru għandu jikkonċerna wkoll lill-benefiċjarji li mhumiex fil-proċedura ta' insolvenza (NAG, u BikeWorld GmbH għal BWN1, BWNB u BWN2, peress li BWN1 amalgamat ma' BWNB u, wara, l-isem tal-kumpanija akkwirenti BWNB inbidel għal BWN2, u din il-kumpanija msemmija l-aħħar imbagħad biddlet isimha għal BikeWorld GmbH. |
|
(227) |
Il-Kummissjoni tosserva li ċerti benefiċjarji tal-għajnuna ma għadhomx jeżistu bħalissa fil-mument tat-teħid ta' din id-deċiżjoni (EWN, MAN, TTI, Camp4Fun, MIB). |
|
(228) |
EWN, MAN, u Camp4Fun ġew xolti fis-6 ta' Settembru 2011, id-29 ta' Awwissu 2013 u l-1 ta' Marzu 2010, rispettivament. Ma kien hemm ebda likwidazzjoni formali. Għal dawk it-tliet benefiċjarji tal-għajnuna, hemm kontinwità ekonomika bejniethom bħala benefiċjarji tal-għajnuna u l-azzjonist li jifdal tagħhom, jiġifieri NG. Tabilħaqq, peress li NG hija l-azzjonist li fadal ta' dawn il-benefiċjarji tal-għajnuna, hija responsabbli għad-djun tagħhom, inklużi d-djun li rriżultaw mill-għajnuna mill-Istat. Peress li NG hija f'likwidazzjoni, għandu jiġi żgurat li hemm reġistrazzjoni xierqa tar-responsabbiltà marbuta mal-ħlas tal-għajnuan fl-iskeda tal-obbligazzjonijiet ta' NG, u li hemm waqfien definittiv tal-attivitajiet ta' NG. Għandu jiġi żgurat ukoll li ebda operatur ma huwa se jibbenefika mill-għajnuna inkompatibbli wara li titlaq NG. B'hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li NG bħala s-suċċessur ekonomiku tal-benefiċjarji trid tkun soġġetta għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lilhom. Peress li NG hija l-konċedent tal-għajnuna kif ukoll is-suċċessur ekonomiku tal-benefiċjarji tal-għajnuna, f'dawn iċ-ċirkustanzi l-irkupru jrid isir mill-Istat. |
|
(229) |
MIB ma ġietx illikwidata, iżda amalgamata ma' NAG fis-6 ta' Settembru 2013, u b'hekk ma għadhiex teżisti bħala entità legali. Konsegwentement, NAG hija s-suċċessur ekonomiku ta' MIB, fuq il-bażi ta' § 2 paragrafu 1 tal-Att tal-Ġermanja dwar it-Trasformazzjoni (“Umwandlungsgesetz”), kif indikat fir-reġistru kummerċjali tal-Ġermanja. Għalhekk, NAG bħala s-suċċessur ekonomiku ta' MIB trid tħallas lura l-għajnuna. |
|
(230) |
TTI ġiet likwidata skont l-Att tal-Ġermanja dwar il-Kumpaniji b'Responsabbiltà Limitata fl-4 ta' Diċembru 2007. TTI kienet kumpanija b'responsabbiltà limitata (“Gesellschaft mit beschränkter Haftung”). Permezz ta' riżoluzzjoni tal-azzjonisti dwar il-likwidazzjoni, il-kumpanija ġiet xolta. L-uniku skop li fadal fir-rigward ta' TTI kien l-implimentazzjoni tal-likwidazzjoni. Skont § 70 tal-Att dwar il-Kumpaniji b'Responsabbiltà Limitata, il-likwidatur kellu “jitlaq min-negozju attwali, sabiex jissodisfa l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija xolta, jiġbor il-pretensjonijiet tal-istess kumpanija u jibdel l-assi tal-kumpanija fi flus …”. Imbagħad, l-assi fi flus li jifdal tqassmu lill-azzjonisti. F'dak iż-żmien, il-kumpanija ġiet xolta. Skont il-Ġermanja, ma kien hemm ebda suċċessjoni legali fis-sens ta' kontinwità ekonomika għaliex, fil-parti l-kbira, il-flus marru fil-bwiet tal-azzjonisti, ma baqgħetx issir attività ekonomika, u ma sarux trasferiment tan-negozju jew akkwist ta' responsabbiltà mill-azzjonisti. Il-Ġermanja indikat ukoll li l-assi ta' TTI ma nbigħux fi proċess ta' offerti, peress li fit-12 ta' Marzu 2004, bħala d-data ta' ftuħ tal-likwidazzjoni ta' TTI, dawn l-assi kienu biss il-bilanċ tal-kont ta' EUR 19 777,39, pretensjonijiet ta' rifużjoni tat-taxxa ta' EUR 1 222,01 u mgħaxijiet minn kont tal-bank ta' EUR 30,69. Peress li TTI ġiet likwidata kif intqal hawn fuq, ma kellha ebda suċċessur ekonomiku, speċjalment peress li ma kien hemm ebda attività ekonomika mmexxija minn xi ħadd wara li ġiet likwidata, u l-azzjonisti ma rċevew xejn bħala assi jew xi element operazzjonali ta' TTI għajr ammont ferm limitat ta' flus biss. F'dan il-kuntest, peress li n-negozju ta' TTI ma ġie ttrasferit lil ħadd, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna mill-Istat li rriżultat mill-miżura inkwistjoni ma ngħaddietx lil xi ħadd ieħor. F'dan il-każ, il-kumpanija diġà ġiet likwidata bis-sħiħ, u l-irkupru jsir mingħajr skop għaliex il-benefiċjarju tal-għajnuna ma għadux jeżisti u ma għandu ebda suċċessur ekonomiku. |
6. VALUTAZZJONI TAL-KONTINWITÀ EKONOMIKA BEJN IL-KUMPANIJI INSOLVENTI U X-XERREJ TAL-ASSI
6.1. L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT LI TIBBENEFIKA LIX-XERREJ TAL-ASSI
|
(231) |
Fil-każ ta' deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni rigward l-irkupru tal-għajnuna inkompatibbli mogħtija lil impriża fil-kuntest tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, l-Istat Membru inkwistjoni huwa meħtieġ jirkupra l-għajnuna inkompatibbli. L-obbligu ta' rkupru jista' jiġi estiż għal kumpanija ġdida, li lilha l-kumpanija inkwistjoni tkun ittrasferixxiet jew bigħet parti mill-assi tagħha, meta dak it-trasferiment jew l-istruttura tal-bejgħ ikunu se jixkattaw il-konklużjoni li hemm kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpaniji. L-għajnuna mill-Istat għax-xerrej tista' tirriżulta wkoll mill-bejgħ tal-assi b'valur inqas mill-valur tas-suq tagħhom (anki fin-nuqqas ta' kontinwità ekonomika). |
|
(232) |
Sabiex tiddeċiedi dwar jekk hemmx għajnuna mill-Istat li hija ta' benefiċċju għax-xerrej(ja) tal-assi, il-Kummissjoni trid tikkonferma: (a) li l-bejgħ ta' kull assi jsir bil-prezz tas-suq tiegħu; u (b) kriterji oħrajn indirizzati hawn taħt. |
|
(233) |
Skont id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f'L-Italja u SIM 2 v. Il-Kummissjoni, (160) li fuqha l-Kummissjoni bbażat id-deċiżjonijiet tagħha f'Olympic Airlines, Alitalia u SERNAM (161), il-valutazzjoni tal-kontinwità ekonomika bejn l-entità “antika” u l-istrutturi l-ġodda hija stabbilita fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi. Il-fatturi li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll: l-ambitu tal-assi mibjugħin (assi u obbligazzjonijiet, żamma tal-forza tax-xogħol, grupp ta' assi), il-prezz tal-bejgħ, l-identità tax-xerrej(ja), iż-żmien tal-bejgħ (wara li bdiet il-valutazzjoni preliminari, il-proċedura ta' investigazzjoni formali jew id-deċiżjoni finali) u l-loġika ekonomika tal-operazzjoni. Dan is-sett ta' indikaturi ġie kkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-deċiżjoni tagħha tat-28 ta' Marzu 2012 Ryanair v. Il-Kummissjoni (162), li kkonfermat id-deċiżjoni Alitalia. |
6.1.1. Ambitu tal-assi mibjugħa
|
(234) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-assi akkwiżiti minn Capricorn jirrappreżentaw l-assi kollha tal-kumpaniji insolventi NG, MSR u CMHN, u huma marbutin mal-attivitajiet ewlenin ta' dawn il-kumpaniji. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li, fil-kuntest tal-proċess tal-offerti, l-assi ta' NG, MSR u CMHN inqasmu fi 11-il raggruppament tal-assi individwali u l-offerenti kollha tħallew jagħmlu offerti għall-assi individwali, kif ukoll għal raggruppament wieħed, ħafna jew kollha f'daqqa tal-assi (ara l-punt 2.5). Dawk ir-raggruppamenti ġew ifformati fid-dawl tal-użu ekonomiku li mistenni jsir mill-assi, l-interess mistenni tal-investituri kif ukoll l-ispejjeż tas-separazzjoni tal-assi. Barra minn hekk, l-amministraturi tal-insolvenza ma stabbilixxew ebda kundizzjoni rigward l-użu fil-ġejjieni tal-assi. Il-Kummissjoni tosserva li d-deċiżjoni li l-assi kollha nbigħu lil kumpanija waħda ttieħdet mis-suq, jiġifieri l-operaturi ekonomiċi li offrew għall-assi, mhux l-amministraturi tal-insolvenza jew il-Ġermanja. Tabilħaqq, l-offerenti kellhom il-possibbiltà li joffru għal wieħed mill-11-il raggruppament individwali tal-assi, kollha kemm huma jew assi speċifiċi. Għal raġunijiet immotivati mis-suq, il-valur tal-offerti għall-assi individwali jew ir-raggruppamenti tal-assi ma laħaqx il-valur tal-ogħla offerta għall-assi kollha. Dan jidher li huwa l-konsegwenza tal-interdipendenza ekonomika tal-bosta raggruppamenti tal-assi: mingħajr il-korsa, il-lukandi ma jkunux vijabbli; mingħajr il-lukandi, sfruttament li jħalli profitt tal-korsa b'tiġrijiet professjonali, kunċerti rock u attivitajiet oħrajn b'żona ta' lħuq kbira tkun iktar diffiċli. |
|
(235) |
Fir-rigward tal-impjegati, l-ispeċifikazzjonijiet tal-proċess tal-offerti jew il-kuntratt tal-bejgħ ma jinkludux xi obbligu speċifiku, eż. garanzija tax-xogħol, li l-kuntratti tax-xogħol iridu jiġu ttrasferiti lis-sid il-ġdid, minbarra dak li huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti. Skont il-liġi Ġermaniża, l-impjegati jiġu ttrasferiti b'mod awtomatiku lix-xerrej tal-assi. Madankollu, skont il-ġurisprudenza tal-qrati tax-xogħol tal-Ġermanja (163), f'kuntest tal-insolvenza x-xerrej jista' jitlob sabiex l-amministratur tal-insolvenza jtemm il-kuntratti tax-xogħol. B'hekk, fil-prinċipju, ix-xerrej jista' jieħu deċiżjoni ġdida dwar lil liema membri tal-persunal jixtieq joffri xogħol ġdid. F'dan il-każ, sabiex tinkiseb operazzjoni ekonomikament vijabbli tal-assi mixtrijin, Capricorn ivvalutaw il-ħtiġijiet tagħhom, sabiex jiksbu l-vijabbiltà tal-operazzjonijiet tagħhom, u għażlu li ma jiħdux l-impjegati kollha tal-bejjiegħa, iżda 85 % minnhom, jiġifieri 253 mit-total ta' 297 impjegat, fl-1 ta' Jannar 2015 (data li fiha Capricorn se jibdew joperaw l-assi mixtrijin). Madankollu, huwa stabbilit li peress li Capricorn jistgħu jieħdu deċiżjoni indipendenti dwar jekk idaħħlux lill-membri tal-persunal eżistenti biex jaħdmu magħhom, il-ħatra kkonfermata tal-persunal eżistenti ma twassalx għal kontinwità tal-operazzjonijiet. Barra minn hekk, huwa ppjanat li fl-2014 jerġgħu jiġu riorganizzati l-istrutturi tal-maniġment u l-persunal. |
|
(236) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-parti l-kbira assoluta tal-kuntratti dwar l-organizzazzjoni ta' avvenimenti importanti għan-negozju operazzjonali se tiġi terminata wara l-istaġun tal-2014. Il-kuntratti l-ġodda għall-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2015 se jiġu nnegozjati u konklużi mal-klijenti u l-fornituri mill-kumpanija operatorja mwaqqfa mix-xerrej. F'dan ir-rigward se jiġu avviċinati msieħba kuntrattwali ġodda wkoll. Capricorn stess għandhom il-pjan li jorganizzaw għadd ta' avvenimenti minflok ma jikru ċ-ċirkwit tat-tiġrijiet lil organizzaturi esterni. |
|
(237) |
Fl-aħħar, il-Kummissjoni tosserva li l-ambitu tal-attivitajiet li jridu jitwettqu minn Capricorn se jkun kemmxejn differenti meta mqabbel mal-attivitajiet tal-grupp ta' Nürburgring, kif muri hawn taħt (ara b'mod partikolari l-punt 6.1.5). |
6.1.2. Il-prezz tal-bejgħ
|
(238) |
Sabiex tiġi evitata kontinwità ekonomika, l-assi soġġetti għall-proċess tal-offerti jridu jinbiegħu bil-prezz tas-suq. |
|
(239) |
Il-prezz tas-suq huwa l-prezz li jista' jiġi stabbilit minn investitur privat li jaġixxi fil-kundizzjonijiet tas-suq (164). |
|
(240) |
Il-Ġermanja biegħet l-assi permezz ta' proċess tal-offerti miftuħ, trasparenti, mhux diskriminatorju u mhux kondizzjonat lill-offerent li ssottometta l-ogħla offerta b'finanzjament iggarantit. |
|
(241) |
L-ewwel nett, l-istedina għas-sottomissjoni ta' espressjoni ta' interess għall-assi ta' Nürburgring ma ppreżentat ebda limitazzjoni rigward liema partijiet setgħu jagħmlu offerti, u għalhekk kull entità setgħet tagħmel offerta fil-proċess tal-offerti. |
|
(242) |
It-tieni, fir-rigward tal-prinċipju ta' trasparenza, il-bejjiegħa pprovdew lill-offerenti kollha b'biżżejjed żmien u bl-informazzjoni neċessarja u dettaljata kollha, sabiex ikunu jistgħu jwettqu valutazzjoni xierqa tal-assi. Skont l-ittra ta' KPMG intitolata “Proġett RING — proċeduri għas-sottomissjoni ta' offerta finali”, mibgħuta lill-investituri interessati fis-17 ta' Ottubru 2013, l-offerenti li pprovdew prova ta' finanzjament iggarantit għall-prezz inkluż fl-offerti indikattivi tagħhom jingħataw aċċess sħiħ għal kamra tad-dejta elettronika, setgħu jieħdu sehem f'laqgħa mal-maniġment ta' NBG, u jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem fi proċess strutturat ta' mistoqsijiet u tweġibiet. Min-naħa l-oħra, l-offerenti li ma jissottomettux il-garanzija msemmija hawn fuq u l-prova tal-finanzjament meħtieġ jingħataw biss aċċess limitat għall-kamra tad-dejta elettronika u għall-ktejjeb ta' tagħrif finanzjarju tal-bejjiegħa, u jkunu jistgħu jlitaqgħu mal-membri tat-tim li ħejja l-ktejjeb ta' tagħrif finanzjarju, jieħdu sehem fi żjara fuq il-post u jiltaqgħu għal taħdita minn qabel dwar l-abbozz tal-ftehim ta' xiri għall-assi. |
|
(243) |
Barra minn hekk, kien hemm komunikazzjoni kostanti matul il-proċess tal-offerti bejn il-bejjiegħa (KMPG) u l-offerenti kollha li kkwalifikaw għall-istadju rispettiv tal-proċess tal-offerti, bil-għan li dawn l-offerenti jingħataw l-informazzjoni u l-kjarifiki rilevanti kollha, b'ittri u ittri elettroniċi skambjati matul il-perjodu Lulju 2013 — April 2014. F'dan il-kuntest, dawk l-offerenti ngħataw tweġibiet għall-mistoqsijiet jew l-allegazzjonijiet tagħhom, u l-informazzjoni kollha rigward l-istadji li jmiss tal-proċess tal-offerti. Pereżempju, fil-kuntest imsemmi hawn fuq, KPMG bagħtet l-ittri u l-ittri elettroniċi li ġejjin lix-xerrejja: (a) ittra tad-19 ta' Lulju 2013 li biha għarrfet lix-xerrejja bil-proċeduri sabiex jissottomettu offerta indikattiva; (b) ittra tat-12 ta' Settembru 2013 li biha għarrfet lix-xerrejja dwar l-estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti indikattivi; (c) ittra elettronika tad-19 ta' Settembru 2013 li biha pprovdiet lil wieħed mill-offerenti (ADAC) b'aġġornament dwar il-prestazzjoni finanzjarja ta' Nürburgring; (d) ittra tas-17 ta' Ottubru 2013 li biha għarrfet lil wieħed mill-offerenti ([Tielet Offerent]) dwar il-proċeduri sabiex jissottometti offerta finali; (e) ittra elettronika tat-28 ta' Ottubru 2013 li biha għarrfet lil wieħed mill-offerenti ([Tieni Offerent]) dwar id-dati preliminari għal-laqgħat mal-partijiet interessati; (f) ittra tat-3 ta' Diċembru 2013 li biha għarrfet lil wieħed mill-offerenti ([…]) li l-Offerta Indikattiva tiegħu ma baqgħetx tiġi kkunsidrata minħabba l-fatt li l-partijiet li kienu jsostnu dik l-offerta kienu rtiraw u ma ġie ppreżentat ebda sieħeb alternattiv li joffri finanzjament, u għalhekk il-finanzjament tal-offerta tqies li mhuwiex iggarantit u l-probabilità ta' għeluq tiegħu ġiet evalwata bħala insuffiċjenti; (g) ittra tal-11 ta' Diċembru 2013 li biha pprovdiet lil wieħed mill-offerenti ([Tielet Offerent]) bi spjegazzjonijiet komprensivi u ċari dwar it-tħassib u l-allegazzjonijiet li dak l-offerent kien qajjem f'ittra tad-9 ta' Diċembru 2013 (jumejn qabel); (h) ittra tat-18 ta' Diċembru 2013 li biha pprovdiet lil wieħed mill-offerenti ([Tielet Offerent]) bi spjegazzjonijiet komprensivi u ċari dwar it-tħassib u l-allegazzjonijiet li qajjem l-offerent f'ittra tal-11 ta' Diċembru 2013 (sebat ijiem qabel); (i) ittra elettronika tat-18 ta' Frar 2014 li fiha talbet lil wieħed mill-offerenti ([Tielet Offerent]) kjarifiki u konfermi speċifiċi rigward l-offerta finali ta' dan tal-aħħar kif ipprovduta f'ittra elettronika tas-17 ta' Frar 2014 (jum qabel), u li fiha b'mod partikolari talbet li l-offerent, fost l-oħrajn, jissottometti provi u evidenza dwar l-impenn ta' finanzjament tiegħu, eż. fil-forma ta' ittra ta' impenn ta' finanzjament vinkolanti, sabiex jipprovdi iktar dettalji dwar iż-żmien speċifiku previst minn dak l-offerent sabiex jikseb l-impenji ta' finanzjament pendenti, u sabiex jissottometti stima dwar iż-żmien meħtieġ sabiex jiffinalizza l-offerta sottomessa fir-rigward tat-termini kummerċjali tagħha; u (j) ittra elettronika tad-9 ta' April 2014 li biha għarrfet lil wieħed mill-offerenti ([Tielet Offerent]) li KPMG ma kinitx għadha rċeviet id-dettalji dwar l-istruttura ta' fnianzjament prevista ta' dak l-offerent jew konferma bil-miktub mingħand sorsi ta' finanzjament terzi li jsostnu l-offerta ta' dak l-offerent, bħala tweġiba għall-ittra elettronika ta' dak l-offerent tat-2 ta' April 2014 (sebat ijiem qabel). |
|
(244) |
It-tielet, l-evidenza sottomessa mill-Ġermanja turi li ma saret ebda diskriminazzjoni bejn l-offerenti f'xi stadju tal-proċess tal-offerti. Tabilħaqq, hekk kif jidher ċar anki minn dak li ntqal hawn fuq fil-premessa 235, l-offerenti kollha rċivew informazzjoni u kjarifiki dwar il-kriterji, ir-regoli u l-proċeduri tal-għażla tal-proċess tal-offerti, dwar l-iskadenzi għas-sottomissjoni ta' offerti indikattivi u finali, dwar l-estensjoni tat-tali skadenzi, dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Nürburgring, dwar l-elementi niqsin mill-offerti indikattivi jew finali tal-offerenti, u dwar il-mistoqsijiet possibbli tal-offerenti. Fl-istess ħin, l-offerenti li ssodisfaw il-kriterji tal-għażla tal-offerent, b'mod partikolari s-sottomissjoni tal-konferma tal-finanzjament tal-offerti tagħhom mingħand partijiet finanzjarji terzi, ma kinux esklużi min-negozjati. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li ebda offerent ma ġie offrut esklusività fin-negozjati, iżda dawn tal-aħħar inżammew, għal ċertu żmien raġonevoli, anki ma' bejjiegħa li ma kinux issottomettew il-konferma finanzjarja msemmija hawn fuq fl-offerti finali tagħhom, fid-dawl ta' sottomissjoni futura tat-tali konferma finanzjarja. |
|
(245) |
Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa 54 iktar 'il fuq, il-kuntratt ta' bejgħ jinkludi klawżola li skont din il-partijiet għalih ikunu obbligati jimplimentawha biss jekk: (1) il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni mhux appellabbli li timplika li la x-xerrej u lanqas il-kumpanija operatorja tiegħu ma jkunu benefiċjarji tal-għajnuna vvalutata soġġetti għal irkupru; u (2a) jew iż-żmien biex jinfetaħ appell kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni jkun skada mingħajr appell; jew (2b) fil-każ ta' appell, tkun inqatgħet sentenza tal-qorti li ma tistax tiġi appellata iktar li tikkonferma d-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Il-Ġermanja spjegat li din il-klawżola kienet ir-riżultat tan-nuqqas ta' rieda tal-offerenti milli jieħdu r-riskju li jkunu responsabbli għal irkupru tal-għajnuna mill-Istat, li l-bejjiegħa aċċettaw dik il-klawżola sabiex ikunu jistgħu jbigħu l-assi, u li mill-bidu tal-proċess tal-offerti, kif stipulat ukoll fl-ewwel ftehim ta' xiri, il-bejjiegħa avżaw lix-xerrejja li kienu lesti jiddiskutu l-implikazzjonijiet tal-proċedura dwar l-għajnuna mill-Istat mal-offerenti (165). Barra minn hekk, il-Ġermanja ddikjarat li deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat lil Nürburgring kienet kundizzjoni fil-valwazzjonijiet pożittivi tal-ftehimiet ta' xiri tal-assi pprovduti minn Capricorn, it-[Tieni Offerent] u t-[Tielet Offerent]. |
|
(246) |
Ir-raba', apparti l-limitazzjonijiet li jirriżultaw mill-qafas legali, ma ġiet stabbilita ebda kundizzjoni fuq l-offerenti, kif inhu muri biċ-ċar fl-istedina għall-offerti sabiex jissottomettu espressjoni ta' interess u l-bosta ittri mibgħuta lill-offerenti minn KPMG. |
|
(247) |
Jirriżulta li dan il-proċess tal-għażla bħala tali huwa biżżejjed sabiex jiġi salvagwardjat li l-prezz tal-assi mibjugħin lix-xerrej jikkorrispondi għall-prezz tas-suq. B'hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-bejgħ tal-assi permezz ta' proċess tal-offerti miftuħ, trasparenti, mhux diskriminatorju u mhux kundizzjonali lill-offerent li jissottometti l-ogħla offerta inkluż finanzjament iggarantit iwassal għal prezz tas-suq. |
6.1.3. L-identità tax-xerrej
|
(248) |
Il-Kummissjoni trid tistabbilixxi li s-sid il-ġdid tal-assi ma jkollu l-ebda rabta ma' NG, MSR u CMHN, sabiex jiġi evitat milli dan is-sid il-ġdid ikun responsabbli għal xi rkupru tal-għajnuna mill-Istat inkompatibbli. |
|
(249) |
Capricorn mhumiex entità b'liġi korporattiva jew rabta diretta jew indiretta personali ma' NG, MSR, CMHN jew l-azzjonisti tagħhom, jew il-lokatarji preċedenti ta' Nürburgring. Għalhekk ma hemm ebda rabta bejn il-grupp ta' Nürburgring u l-azzjonisti tiegħu minn naħa, u s-sid il-ġdid u l-azzjonisti tiegħu min-naħa l-oħra. |
|
(250) |
B'hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li x-xerrej huwa entità indipendenti minn NG, MSR u CMHN. |
6.1.4. Il-mument tal-bejgħ
|
(251) |
Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-mument tal-proċess tal-offerti jistax iwassal għal evitar ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex tiġi rkuprata l-għajnuna inkompatibbli mill-Istat. |
|
(252) |
F'dan il-każ, il-Kummissjoni tosserva li wara l-estensjoni tal-investigazzjoni ewlenija fil-miżuri notifikati lill-Kummissjoni bħala għajnuna ta' salvataġġ, tnediet il-proċedura ta' insolvenza u l-qorti lokali kompetenti ħatret l-amministraturi tal-insolvenza fl-2012. Il-bejgħ tal-assi tnieda mill-amministraturi tal-insolvenza f'Mejju 2013, qabel kull deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta' investigazzjoni formali. Peress li x-xerrej jinsisti li t-trasferiment tal-assi għandu jsir biss ladarba deċiżjoni finali tal-Kummissjoni ma tkunx tista' tiġi appellata l-qorti, il-kuntratt tal-bejgħ se jidħol fis-seħħ u l-proċedura tal-insolvenza se tingħalaq biss wara li tiġi adottata din id-deċiżjoni li tordna l-irkupru. Il-ħlas tal-ewwel ħlas parzjali tal-prezz seħħ qabel ma ġiet adottata din id-deċiżjoni. Skont il-kuntratt tal-bejgħ, it-trasferiment tal-assi huwa effettiv mid-data li fiha din id-deċiżjoni ma tistax tibqa' tiġi appellata. |
|
(253) |
F'dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li l-fatt li l-bejgħ tnieda mill-amministraturi tal-insolvenza maħturin mill-qorti lokali kompetenti u li d-deċiżjoni dwar it-trasferiment tal-assi ttieħdet qabel ma ġiet adottata din id-deċiżjoni huwa inqas konklużiv f'termini ta' kontinwità ekonomika meta mqabbel ma' sitwazzjoni li fiha d-deċiżjoni ta' bejgħ tittieħed mill-benefiċjarji tal-għajnuna nfushom jew meta l-proċess tal-bejgħ jitnieda biss wara li tiġi adottata din id-deċiżjoni. |
6.1.5 Il-loġika ekonomika tal-operazzjoni
|
(254) |
Il-kriterju tal-loġika ekonomika għandu l-għan li jivvaluta jekk ix-xerrej tal-assi huwiex se jużahom bl-istess mod bħas-sid ta' qablu jew jekk huwiex se jużahom biex jistabbilixxi attività jew strateġija differenti. |
|
(255) |
Il-Kummissjoni tqis li s-sid il-ġdid se jkollu l-posibbiltà li jamministra l-attivitajiet tiegħu f'kundizzjonijiet operatorji differenti minn dawk ta' NG, MSR u CMHN u se japplika l-mudell tan-negozju tiegħu stess. |
|
(256) |
Il-kunċett tan-negozju tal-bejjiegħa mhuwiex se jibqa' jintuża mill-akkwirent. Iż-żewġ korsi eżistenti (korsa tal-Grand-Prix, korsa tat-Tramuntana) għandhom jintużaw […] fil-ġejjieni, filwaqt li jippermettu […]. Għal dan il-għan, Capricorn għandhom l-għan li jibnu iktar faċilitajiet u li jgħammru l-[…]. Parti mill-faċilitajiet mibnija matul it-Tieni Parti tal-proġett Nürburgring 2009 se tiġi rifjutata (eż. […]). Ir-ring racer se jinbiegħ. Il-karta taċ-ċirkwit bħala sistema ta' ħlas se titneħħa. Fil-boulevard taċ-ċirkwit, il-[…]. |
|
(257) |
Barra minn hekk, skont il-pjanijiet tal-akkwirent, Nürburgring se jinbidel minn attrazzjoni turistika għal raggruppament teknoloġiku u żona industrijali. […] għandha ssir waħda mill-attivitajiet ewlenin tal-korsi. Permezz ta' […] għandu jiġi stabbilit. […] għandu jkun […] f'Nürburgring. L-akkwirent innifsu se jkun iktar attiv peress li […]. |
|
(258) |
B'hekk, ix-xerrej tal-assi mhuwiex se juża l-assi bl-istess mod bħall-kumpaniji insolventi. Għall-kuntrarju, Capricorn se jintegraw l-assi mixtrijin fl-istrateġija kummerċjali tagħhom, biex joħolqu sinerġiji, u dan jiġġustifika l-interess tagħhom fix-xiri tal-assi. F'paragun mal-mudell operatorju attwali, Capricorn żviluppaw kunċett ġdid ta' kif jisfruttaw l-assi. Barra minn hekk, l-operat ta' wħud mill-assi kien qed iġarrab defiċit strutturali u għalhekk jista' jeħtieġ ristrutturar u ottimizzazzjoni ulterjuri. |
|
(259) |
L-elementi msemijin hawn fuq juru li l-loġika ekonomika tal-offerta ta' Capricorn ma tikkonsistix f'kontinwazzjoni ta' attività ekonomika tal-grupp ta' Nürburgring, iżda f'integrazzjoni ta' ċerti assi u parti mill-forza tax-xogħol tal-grupp ta' Nürburgring fi grupp li jsegwi l-loġika ekonomika tiegħu stess. |
|
(260) |
B'hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-loġika ekonomika tal-operazzjoni hija li s-sid il-ġdid jitħalla juża l-assi ta' NG, MSR u CMHN f'kundizzjonijiet differenti u li ma jkomplix bl-istrateġija ta' dawn il-kumpaniji. |
6.1.6. Konklużjoni dwar il-kontinwità ekonomika ta' NG, MSR u CMHN permezz tal-bejgħ tal-assi
|
(261) |
L-assi nbigħu bil-prezz tas-suq tagħhom, kif stabbilit permezz ta' proċess tal-offerti miftuħ, trasparenti, mhux diskriminatorju u mhux kondizzjonat, lix-xerrej li jissottometti l-aħjar offerta inkluż il-finanzjament iggarantit. Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni li x-xerrej ma għandux rabta ekonomika jew korporattiva ma' NG, MSR jew CMHN. Id-deċiżjoni dwar il-bejgħ ittieħdet qabel kull deċiżjoni potenzjali negattiva tal-Kummissjoni rigward il-proċedura ta' investigazzjoni formali. Fl-aħħar, is-sid il-ġdid se juża l-assi f'kundizzjonijiet differenti u skont mudell tan-negozju differenti minn dawk ta' NG, MSR u CMHN, u l-ambitu tal-attivitajiet tax-xerrej se jkunu ferm differenti meta mqabblin mal-attivitajiet tal-grupp ta' Nürburgring. |
|
(262) |
Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemm ebda kontinwità ekonomika bejn NG, MSR u CMHN u Capricorn, ix-xerrej tal-assi, jew il-kumpanija operatorja tiegħu, li għalhekk ma huma responsabbli għall-ebda għajnuna mill-Istat li trid tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarji. |
6.1.7. Il-kundizzjonalità tal-finalizzazzjoni tal-bejgħ wara deċiżjoni tal-Kummissjoni
|
(263) |
Il-kuntratt ta' bejgħ bejn il-bejjiegħa u Capricorn jinkludi kundizzjoni li tipprevedi li l-bejgħ tal-assi ta' Nürburgring huwa finali biss malli toħroġ deċiżjoni mhux appellabbli tal-Kummissjoni li tiddikjara li l-għajnuna ma tkunx se tiġi rkuprata mingħand ix-xerrej tal-assi. Kif diġà ntqal fil-premessa 56 iktar 'il fuq, jekk ma jkun hemm ebda deċiżjoni mhux appellabbli tal-Kummissjoni qabel il-bidu tal-2015, l-assi mibjugħa se jinbiegħu qabel l-1 ta' Jannar 2015 lil NewCo, li 95,1 % mill-ishma tagħha se jkunu tax-xerrej u 4,9 % ta' trustee indipendenti. It-trustee se jkun qed taġixxi fl-interessi tal-kredituri u mhux tal-benefiċjarji insolventi tal-għajnuna mill-Istat, iżda mhuwiex se jkun soġġett għall-ordnijiet tal-kredituri. Barra minn hekk, NewCo u OpCo se jikkonkludu kuntratt ta' lokazzjoni, li jintemm fid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-kuntratt tal-bejgħ. In-negozju ta' OpCo se jitmexxa bl-istess isem, fuq il-bażi tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tagħha stess u bil-forza tax-xogħol li tagħżel hi. Se jkun hemm tariffa tal-lokazzjoni li b'kollox tammonta għal EUR [4,6-5,1] fis-sena li OpCo trid tħallas lil NewCo, li se sservi lill-massa ta' likwidazzjoni tal-kumpaniji ta' Nürburgring (il-pagamenti kollha favur il-patrimonju tal-insolvenza huma ttrasferiti fil-kontijiet fiduċjarju tal-amministraturi tal-insolvenza, bl-uniku skop li jitqassmu lill-kredituri). Meta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ssir finali, it-trustee jittrasferixxi l-ishma kollha tiegħu fi NewCo lix-xerrej. Min-naħa l-oħra, jekk ix-xerrej ma jissodisfax l-obbligi ta' pagament tiegħu skont il-kuntratt, it-trustee jkun jista' jbigħ l-assi. Barra minn hekk, jekk titħassar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-assi jmorru lura għand l-amministraturi tal-insolvenza sabiex jinbiegħu minnufih, peress li l-obbligu ta' likwidazzjoni tal-liġi tal-Ġermanja dwar l-insolvenza tibqa' teżisti anki f'każ bħal dan. Mhuwiex possibbli li NewCo tissokta bin-negozju tal-kumpaniji ta' Nürburgring. |
|
(264) |
Il-Kummissjoni tosserva li ma' din il-kostruzzjoni:
|
|
(265) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li offerenti oħrajn li laħqu l-istadju finali tal-proċedura tal-offerti jew li resqu qrib tiegħu kellhom kundizzjonijiet simili fl-offerti tagħhom (166). Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemm ebda skop jew riskju ta' evitar tal-irkupru u li l-kostruzzjoni inkwistjoni teżisti biss għall-fini ta' likwidazzjoni ordinata tan-negozju. |
6.2. ILMENTI DWAR IL-BEJGĦ TAL-ASSI
6.2.1. Ilmenti mingħand l-ewwel u t-tieni lmentaturi
|
(266) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-amministraturi tal-insolvenza u l-ilmenturi 1 sa 4, il-Kummissjoni ma tqisx li d-dikjarazzjonijiet tal-ewwel u t-tieni lmentaturi huma ġġustifikati. L-assi ta' Nürburgring inqasmu fi ħdax-il assi individwali. Fuq il-bażi tal-evidenza li bagħtu l-amministraturi tal-insolvenza u l-ilmentaturi 1 sa 4, il-Kummissjoni sabet li fi proċess tal-għażla miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju, l-offerenti setgħu jagħmlu offerti għal assi wieħed, iktar jew għal kollha kemm huma. Anki l-fatt li l-assi kollha eventwalment ingħataw lil Capricorn bħala x-xerrej li ssottometta l-ogħla offerta inkluż il-finanzjament sigur tiegħu, dan ma jurix minnu nnifsu kontinwità ekonomika (ara wkoll it-taqsima 6.2.7 iktar 'il fuq). Il-Kummissjoni tassumi wkoll li l-għan sottostanti tal-ewwel u t-tieni lmentaturi kien li jevitaw trasferiment tal-korsa lil investitur privat. |
|
(267) |
L-offerenti li għamlu offerti għal raggruppamenti ta' assi individwali biss bħat-tieni lmentatur ma ġewx notifikati li ġiet estiża l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti vinkolanti sas-17 ta' Frar 2014, għaliex l-offerti indikattivi tagħhom ma kinux jikkwalifikaw għat-tieni stadju tal-proċess tal-għażla minħabba l-prezz baxx tal-offerti tagħhom; madankollu, il-Kummissjoni ma tqisx li dan jikser il-prinċipju ta' trasparenza, peress li dawn l-offerenti kienu ġew mgħarrfin li setgħu jżidu l-offerta indikattiva tagħhom meta jridu qabel ma jingħata l-kuntratt u, kieku rrikorrew għat-tali żieda fil-prezz, jista' jiġi supponut li l-amministraturi tal-insolvenza kienu jinnotifikawhom li ġiet estiża l-iskadenza kkonċernata skont il-prinċipju ta' trattament indaqs. |
|
(268) |
Il-Kummissjoni ssib li hija xi ħaġa raġonevoli u effiċjenti li l-offerenti li jkunu offrew prezz għoli biżżejjed biss jitħallew jaċċessaw l-informazzjoni dettaljata dwar l-assi (li fuq il-bażi tagħha, fost l-oħrajn, l-offerenti setgħu jivvalutaw il-ħtieġa ta' investiment fil-ġejjieni). Fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta lilhom fil-bosta stadji, il-Kummissjoni tqis ukoll li l-offerenti ngħataw biżżejjed informazzjoni biex jagħmlu l-offerti tagħhom. Barra minn hekk, l-ewwel u t-tieni lmentaturi ma sabu ebda biċċa ta' informazzjoni konkreta li setgħet iżżommhom milli jagħmlu l-offerti. |
|
(269) |
Fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fit-tul li allegatament huma implikati fid-dokumentazzjoni tal-proċess tal-offerti, il-Kummissjoni tosserva li f'dan il-każ ta' negozjata tal-assi, il-kuntratti tax-xogħol u tal-lokazzjoni huma ttrasferiti biss f'każijiet previsti mil-liġi, li l-kuntratti għall-organizzazzjoni tal-avvenimenti jistgħu fil-prinċipju jinżammu biss jekk iż-żewġ partijiet għall-kuntratt jaqblu dwar dan, u li l-kuntratti msemmijin l-aħħar mhux bilfors ikollhom importanza ekonomika kbira għan-negozjata tal-assi. Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-operat ta' NBG ipprovdiex għajnuna ġdida, il-Kummissjoni tosserva li NBG twaqqfet mill-amministraturi tal-insolvenza fuq bażi temporanja, sa tmiem l-2014, bħala veikoli għall-operar tal-assi biss matul il-proċess ta' insolvenza u tal-offerti. It-tmexxija ta' negozju operatorju permezz ta' sussidjarja temporanja ta' kumpanija insolventi matul il-proċedimenti ta' insolvenza huwa awtorizzat mil-liġi nazzjonali u ma jistax jiġi projbit lill-amministraturi tal-insolvenza. F'dan il-każ, l-amministraturi tal-insolvenza ġġustifikaw ukoll il-ħsieb ekonomiku wara l-eżistenza ta' NBG għal NG, MSR u CMHN, peress li, skonthom, il-ħolqien ta' NBG żied il-valur tal-assi ta' NG, MSR u CMHN, u b'hekk żdiedet il-likwidazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva ċ-ċirkustanzi tat-twaqqif ta' NBG, jiġifieri li NBG hija sussidjarja tal-benefiċjarji tal-għajnuna NG, MSR u CMHN, hija s-suċċessur ekonomiku tagħhom peress li rċeviet l-assi u l-obbligazzjonijiet sħaħ tagħhom, irċeviet dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet bla korrispettiv u barra l-ambitu ta' kull proċess ta' offerti jew rapport ta' valutazzjoni, tħaddem l-istess persunal li kellhom u twettaq in-negozju tagħhom stess. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm kontinwità ekonomika bejn NBG u l-benefiċjarji NG, MSR u CMHN, u, għalhekk, kull għajnuna inkompatibbli mill-Istat favur NG, MSR u CMHN trid tiġi rkuprata mingħand NBG ukoll. |
|
(270) |
Il-Kummissjoni tqis li anki l-kuntratt bejn NBG u t-trade union ver.di ġie konkluż sabiex in-negozju operatorju ta' NBG ikun jista' jkompli sa ma jinbiegħu l-assi, u sabiex ma tinżammx il-kontinwità ekonomika ta' Nürburgring wara dak il-bejgħ. Il-kuntratti tax-xogħol huma ttrasferiti minn NBG lil Capricorn permezz tal-liġi tal-Ġermanja dwar ix-xogħol, u mhux minħabba l-kuntratt mat-trade union. Għan-nuqqas ta' kontinwità ekonomika bejn il-bejjiegħa u Capricorn, il-Kummissjoni tqis li huwa rilevanti biss il-fatt li Capricorn stess għandhom diskrezzjoni sħiħa biex jiddeċiedu dwar liema kuntratti tax-xogħol ta' NBG mhumiex se jżommu, u li l-pjanijiet ta' Capricorn li ma jiħdux madwar 20 % minn dawn il-kuntratti tax-xogħol. |
|
(271) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tiċħad l-ilmenti li għamlu l-ewwel u t-tieni lmentatur bħala mhux iġġustifikati għaliex l-assi inkwistjoni nbiegħu lill-offerent li ppreżenta l-ogħla offerta inkluża prova tal-finanzjament tagħha, wara proċess tal-offerti miftuħ, trasparenti, mhux diskriminatorju u mhux kondizzjonat. |
6.2.2 L-ilment tat-tielet ilmentatur
|
(272) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-offerta indikattiva u dik finali tat-tielet ilmentatur ma kinux sostnuti minn evidenza tal-finanzjament tagħha; dan ġie kkomunikat mill-bejjiegħa lit-tielet ilmentatur permezz tal-ittri datati s-17 ta' Ottubru 2013, il-11, is-17 u t-18 ta' Diċembru 2013 u permezz tal-ittri elettroniċi datati t-18 ta' Frar 2014 u d-9 ta' April 2014. Tabilħaqq, sakemm il-kumitat tal-kredituri tal-kuntratt tal-bejgħ fil-11 ta' Marzu 2014, anki wara dakinhar, it-tielet ilmentatur ma pprovdiex evidenza għall-finanzjament tal-offerta tiegħu, li setgħet tiġġustifika li l-bejjiegħa ma jagħtux il-kuntratt lil waħda miż-żewġ offerti li għalihom kien hemm evidenza tal-finanzjament tagħhom, iżda li jistennew is-sottomisjsoni tal-evidenza għall-offerta tat-tielet ilmentatur. B'mod partikolari: (a) fl-ittra elettronika tiegħu tal-21 ta' Frar 2014, it-tielet ilmentatur iddikjara li huwa fiduċjuż li se jkollu l-impenji finanzjarji vinkolanti kollha fi żmien il-ġimgħatejn sa ħames ġimgħat li ġejjin; (b) fl-ittra tiegħu datata l-11 ta' Marzu 2014, it-tielet ilmentatur indika li kien se jkun jista' jissottometti l-impenji finanzjarji vinkolanti kollha sal-31 ta' Marzu 2014; u (c) f'ittra mhux iffirmata datata l-31 ta' Marzu 2014 mill-bank ta' investiment u l-kumpanija ta' konsulenza […], sottomessa mit-tielet ilmentatur lil KPMG fit-2 ta' April 2014, huwa stipulat li investitur prospettiv wieħed se jipprovdi finanzjament ta' EUR […] miljun lit-tielet ilmentatur għax-xiri tal-assi ta' Nürburgring; madankollu, dak il-finanzjament allegat kien soġġett għat-tlestija tad-diliġenza dovuta b'mod sodisfaċenti mill-partijiet kollha u l-eżekuzzjoni u l-kunsinna tad-dokumenti definittivi, u ma semmietx lix-xerrej prospettiv inkwistjoni. Fuq il-bażi ta' dak li huwa spjegat hawn fuq, il-Kummissjoni tosserva li, anki wara li l-assi ta' Nürburgring ingħataw lil Capricorn, it-tielet ilmentatur ma pprovdiex lill-bejjiegħa b'impenn espliċitu mingħand imsieħeb finanzjarju speċifiku għall-finanzjament tax-xirja tal-assi ta' Nürburgring. Minflok, it-tielet ilmentatur ipprovda biss lill-bejjiegħa: (a) b'offerta finali li għamlet referenza għal impenn ta' EUR 30 miljun iżda li ma kienx fiha l-prova ta' dak l-impenn, eż. fil-forma ta' ittra ta' impenn ta' finanzjament vinkolanti mill-imsieħeb finanzjarju partikolari, u ma inkludiex dettalji dwar iż-żmien speċifiku previst mit-tielet ilmentatur sabiex jikseb l-impenji ta' finanzjament pendenti u sabiex jiffinalizza l-offerta fir-rigward tat-termini kummerċjali tiegħu; (b) ittra mhux iffirmata, li rreferiet għall-finanzjament minn investitur bla isem, xorta waħda bil-kundizzjoni tal-konklużjoni sodisfaċenti tal-eżekuzzjoni tad-diliġenza dovuta u l-kunsinna tad-dokumenti definittivi (ittra ta' […] datata l-31 ta' Marzu 2014). Il-Kummissjoni tosserva wkoll li mhuwiex muri li l-impenn ta' finanzjament allegat ta' Jupiter Financial Group datat is-26 ta' Marzu 2014 qatt ġie sottomess lill-bejjiegħa. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-bejjiegħa ma estendewx l-iskadenza għas-sottomissjoni ta' prova tal-finanzjament tal-offerta tat-tielet ilmentattur, għaliex kien hemm probabilità għolja li t-[Tieni Offerent] kien se jirtira l-offerta tiegħu fil-każ ta' estensjoni bħal din. Pereżempju, permezz ta' ittra elettronika tat-13 ta' Jannar 2014, mibgħuta mir-rappreżentant tat-[Tieni Offerent] lil KPMG, it-[Tieni Offerent] iddikjara li r-rekwiżiti kollha għall-bejgħ li jiġi konkluż għandhom jiġu ssodisfati qabel it-3 ta' April 2014, inkella t-[Tieni Offerent] kien se joħroġ mill-proċess tal-offerti. Barra minn hekk, il-bejjiegħa qiesu li l-valur tal-assi iktar tard seta' jonqos minħabba inqas influwenza tax-xerrej fuq in-negozju fl-istaġun tal-2014 li ġej u l-ħtieġa li jibdew jiġu rreġistrati l-kuntratti għall-2015. Il-Kummissjoni tindika li ma kien hemm xejn xi jżomm lit-tielet ilmentatur milli jissottometti l-prova tal-finanzjament tal-offerta konfermatorja tiegħu fl-aħħar stadju tal-proċess, diment li ma jkun ġie ffirmat ebda ftehim definittiv ta' xiri tal-assi. Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-imġiba tal-bejjiegħa kienet waħda li tikkorrispondi għal imġiba ta' bejjiegħ f'ekonomija tas-suq. Għalhekk, l-evalwazzjoni tal-offerta tat-tielet ilmentatur hija konformi mas-suq. |
|
(273) |
Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tosserva li l-bejjiegħa organizzaw diskussjonijiet mat-[Tieni Offerent] u fl-istadju finali tan-negozjar tal-ftehim ta' xiri mat-[Tieni Offerent] u Capricorn, fid-dawl tal-offerta tat-[Tieni Offerent] ta' EUR [32-39] miljun (ara t-Tabella 10) u negozjar ikkonfermat bejn Capricorn u […] li rriżulta fl-impenn finanzjarju tal-bank ta' dawn tal-aħħar datat l-10 ta' Marzu 2014. Rigward l-evalwazzjoni tal-offerta ta' Capricorn, il-Kummissjoni tosserva li Capricorn issottomettew impenn permezz tal-imsieħeb finanzjarju tagħhom, […], għal selfa li tammonta għal EUR [41-49] miljun. Dan l-impenn, datat l-10 ta' Marzu 2014, ġie sottomess lill-bejjiegħa fil-11 ta' Marzu 2014, jiġifieri fid-data magħżula għal-laqgħa tal-Kumitat tal-Kredituri, li fiha dan tal-aħħar kellu l-ħsieb li jiddeċiedi dwar l-għoti tal-assi ta' Nürburgring. L-impenn offrut minn Capricorn kien ogħla minn dak tat-[Tieni Offerent], peress li ta' dan tal-aħħar ammonta għal EUR [32-39] miljun. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-offerta sħiħa ta' Capricorn kienet ta' EUR 77 miljun, u għalhekk ogħla minn dik tat-[Tieni Offerent] li waslet sa EUR [47-52] million. EUR [30-38] miljun mill-offerta sħiħa tat-[Tieni Offerent] kienu previsti li jitħallsu fl-2014, madankollu, bi EUR [22-27] miljun previsti li jibqgħu f'kont imblokkat sa Marzu 2015 u s-EUR [16,5-18] miljun li jifdal previsti li jitħallsu fl-2016, l-2017 u l-2018. |
|
(274) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-kundizzjoni fil-kuntratt ta' bejgħ bejn il-bejjiegħa u Capricorn li tipprevedi li l-bejgħ tal-assi ta' Nürburgring isir finali biss ladarba toħroġ deċiżjoni mhux appellabbli tal-Kummissjoni li tiddikjara li l-għajnuna ma tkunx se tiġi rkuprata mingħand ix-xerrej tal-assi, il-Kummissjoni tosserva li, skont id-dispożizzjonijiet inklużi fil-partijiet rilevanti tal-kuntratti ta' valutazzjoni pożittiva tat-tielet ilmentatur, kif sottomessi mill-amministraturi tal-insolvenza u l-Ġermanja, ix-xerrej u/jew il-bejjiegħ kellu d-dritt li jirtira mill-kuntratt jekk il-Kummissjoni ma tkun ħarġet ebda deċiżjoni pożittiva sal-15 ta' Lulju 2014 (kif stipulat fl-abbozz tal-kuntratt tal-14 ta' Jannar 2014) jew il-31 ta' Diċembru 2014 (kif stipulat fl-abbozz tal-kuntratt ta' valutazzjoni pożittiva tal-14 ta' Frar 2014). Huwa osservat ukoll li ma hemm ebda limitu ta' żmien dwar l-eżerċitar tat-tali dritt ta' rtirar. |
|
(275) |
Fir-rigward tal-allegazzjonijiet l-oħrajn li għamel it-tielet ilmentatur, il-Kummissjoni tosserva dan li ġej:
|
|
(276) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tiċħad l-ilment tat-tielet ilmentatur bħala mhux iġġustifikat għaliex l-assi inkwistjoni nbiegħu lill-offerent li ppreżenta l-ogħla offerta inkluża prova tal-finanzjament tagħha, wara proċess tal-offerti miftuħ, trasparenti, mhux diskriminatorju u mhux kondizzjonat. |
6.2.3. L-ilment tar-raba' lmentatur
|
(277) |
Skont il-paragun inkluż fit-tabella 10, l-offerta mingħand Capricorn twassal għal dħul ogħla mill-bejgħ meta mqabbla mal-offerta mingħand it-[Tieni Offerent] |
|
(278) |
Fir-rigward tal-allegazzjonijiet li għamel ir-raba' lmentatur, il-Kummissjoni tosserva dan li ġej:
|
|
(279) |
B'hekk, il-Kummissjoni ma sabitx evidenza li turi bil-provi li saret diskriminazzjoni kontra t-[Tieni Offerent] fil-proċess tal-offerti. Id-dikjarazzjoni dwar trattament agħar tat-[Tieni Offerent] meta mqabbel ma' offerenti oħrajn inklużi Capricorn mhijiex iġġustifikata. Ta' min jinnota li t-[Tieni Offerent] ippreżenta offerta konfermatorja, innegozja t-termini tal-kuntratt u, bħala t-tieni l-aħjar offerent b'finanzjament iggarantit, it-[Tieni Offerent] tħalla jiffirma l-verżjoni finali tal-abbozz tal-kuntratt. Barra minn hekk, fir-rigward tal-kundizzjoni ta' deċiżjoni mhux infurzabbli tal-Kummissjoni, minbarra ammont ta' EUR [7,1-7,6] miljun, il-flus ipprovduti mit-[Tieni Offerent] kienu se jinżammu f'kont imblokkat u jiġu ttrasferiti lill-bejjiegħa jew malli toħroġ deċiżjoni mhux appellabbli tal-Kummissjoni jew jekk ix-xerrej ma jkunx ħareġ mill-kuntratt minkejja li ma jkun hemm ebda deċiżjoni infurzabbli bħal din tal-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2015 (ma kienx eskluż li kien possibbli li jiġi estiż il-perjodu għad-dritt ta' ħruġ mill-kuntratt) |
|
(280) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tiċħad l-ilment tar-raba' lmentatur bħala mhux iġġustifikat għaliex l-assi inkwistjoni nbiegħu lill-offerent li ssottometta l-ogħla offerta inkluża prova tal-finanzjament tiegħu, wara proċess tal-offerti miftuħ, trasparenti, mhux diskriminatorju u mhux kondizzjonat. |
6.2.4. Konklużjoni
|
(281) |
Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni ma sabitx evidenza ta' ksur tal-prinċipji ta' proċess tal-offerti miftuħ, trasparenti, mhux diskriminatorju u mhux kondizzjonat fir-rigward tal-bejgħ tal-assi ta' NG, MSR u CMHN, jew ta' kull offerta bi prezz offrut ogħla b'finanzjament iggarantit meta mqabbla mal-offerta ta' Capricorn. |
7. KONKLUŻJONI
|
(282) |
Il-Kummissjoni ssib li parti mit-tieni miżura (selfiet mogħtijin lil FSZ), kif ukoll il-miżuri 8, 11 u 15 ma jikkostitwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1). |
|
(283) |
Il-Kummissjoni ssib li l-Ġermanja implimentat b'mod illegali l-ewwel miżura, parti mit-tieni miżura (selfiet mogħtijin minn NG lil EWN, MAN, TTI, Camp4Fun, BWN1, BWNB u BWN2), kif ukoll il-miżuri minn 3 sa 7, 9 u 10, minn 12 sa 14, u minn 16 sa 19 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
(284) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ewwel miżura, parti mit-tieni miżura (selfiet mogħtijin minn NG lil EWN, MAN, TTI, Camp4Fun, BWN1, BWNB u BWN2), kif ukoll il-miżuri minn 3 sa 7, 9 u 10, minn 12 sa 14, u minn 16 sa 19 favur Nürburgring GmbH, Motorsport Resort Nürburgring GmbH, Congress- und Motorsport Hotel Nürburgring GmbH, Cash Settlement and Ticketing GmbH, Nürburgring Automotive GmbH, Erlebnispark Nürburgring GmbH & Co. KG, Motorsport Akademie Nürburgring GmbH & Co. KG, Test & Training International GmbH, Bike World Nürburgring GmbH, BikeWorld Nürburgring Besitz GmbH, BikeWorld Nürburgring GmbH, Camp 4 Fun GmbH & Co. KG, IPC Gesellschaft für internationale Projektcoordination mbH u MI-Beteiligungs- und Verwaltungs GmbH, rispettivament, ikkostitwixxew għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) u huma inkompatibbli mas-suq intern, għaliex il-kundizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida dwar is-S&R mhumiex issodisfati u ma nstabet ebda bażi oħra ta' kompatibbiltà. |
|
(285) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li:
|
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżuri li ġejjin li l-Ġermanja implimentat ma jikkostitwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:
|
|
Parti mit-tieni miżura
|
|
|
It-tmien miżura
|
|
|
Il-miżura ħdax
|
|
|
Il-miżura ħmistax
|
Artikolu 2
L-għajnuniet mill-Istat li ġejjin, li l-Ġermanja daħħlithom fis-seħħ b'mod illegali permezz tal-miżuri elenkati hawn taħt, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huma inkompatibbli mas-suq intern:
|
|
L-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta':
|
Artikolu 3
1. Il-Ġermanja għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli mogħtija u kif imsemmija fl-Artikolu 2 mingħand il-benefiċjarji, inkluża Nürburgring Betriebsgesellschaft mbH bħala s-suċċessur ekonomiku ta' Nürburgring GmbH, Motorsport Resort Nürburgring GmbH u Congress- und Motorsport Hotel Nürburgring GmbH.
2. Kull rkupru potenzjali tal-għajnuna inkompatibbli mill-Istat mhux se jikkonċerna lil capricorn NÜRBURGRING Besitzgesellschaft GmbH, ix-xerrej tal-assi mibjugħa wara l-proċess tal-offerti, jew is-sussidjarji tat-tali xerrej.
3. Is-somom li jridu jiġu rkuprati għandhom iġarrbu l-imgħax mid-data li fiha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru propju tagħhom. Il-Ġermanja għandha tipprovdi d-dati eżatti tal-għajnuna pprovduta mill-Istat li mhumiex indikati f'din id-deċiżjoni.
4. L-imgħax jiġi kkalkolat fuq bażi kkalkolata skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (168) u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 (169).
5. Il-Ġermanja għandha tħassar il-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.
Artikolu 4
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 jkun immedjat u effettiv.
2. Il-Ġermanja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur mid-data li fiha tiġi notifikata din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
1. Fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Ġermanja tissottometti l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-ammont sħiħ (il-kapital u l-imgħaxijiet irkuprati) li jrid jiġi rkruprat mingħand kull benefiċjarju; |
|
(b) |
deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri diġà meħudin u ppjanati sabiex tiġi rrispettata din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jħallsu lura l-għajnuna. |
2. Il-Ġermanja għandha żżomm lill-Kummissjoni mgħarrfa dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li ħadet sabiex timplimenta din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2. Għandha tissottometti minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li tkun diġà ħadet u ppjanat sabiex tirrispetta din id-Deċiżjoni. Għandha tipprovdi wkoll informazzjoni ddettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-imgħax rekuperabbli li diġà ġie rkuprat mingħand il-benefiċjarji.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) Il-każ SA.31550 (2012/C) (ĠU C 216, 21.7.2012, p. 14), u l-każ SA.34890 (2012/C) (ĠU C 333, 30.10.2012, p. 1).
(2) Rettifika tad-deċiżjoni tal-21 ta' Marzu 2012 intbagħtet lill-Ġermanja permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ġunju 2012.
(3) ĠU C 216, 21.7.2012, p. 14.
(4) Fit-22 ta' Awwissu 2012, il-kawża SA.34890 (2012/C), miftuħa permezz tad-deċiżjoni tas-7 ta' Awwissu 2012 li testendi l-proċedura ta' investigazzjoni formali, ġiet magħquda b'mod amministrattiv mal-kawża SA.31550(2012/C).
(5) ĠU C 333, 30.10.2012, p. 1.
(6) Fuq il-bażi tal-ftehim bonarju (“ Vergleichsvertrag ”) konkluż bejn NG, NAG u NBG fis-27 ta' Novembru 2012.
(7) B'mod partikolari, is-servizzi tal-Kummissjoni rrakkomandaw li (1) fil-każ ta' esklużjoni tal-korsa mill-proċedura tal-offerti, ma jistgħux jiġu esklużi l-preżenza ta' iktar għajnuna mill-Istat għax-xerrej u trasferiment tal-għajnuna l-“qadima”; (2) b'ċerti kundizzjonijiet, l-impożizzjoni tal-aċċess tal-pubbliku ġenerali għall-korsa — bl-eċċezzjoni tal-użu tal-korsa ta' Nürburgring għal skopijiet kummerċjali, bħall-ittestjar mill-industrija awtomobilistika — setgħet taħt ċerti kundizzjonijiet titqies bħala element newtrali fil-proċedura pendenti tal-għajnuna mill-Istat; (3) fid-dawl ta' garanzija tax-xogħol għall-impjegati sa tmiem l-2016, għandha tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża SERNAM (id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2012 SA.34547 — Franza — Reprise des actifs du groupe SERNAM dans le cadre de son redressement judiciaire); (4) il-bejgħ ma għandux iwassal a priori għal trasferiment tal-għajnuna mill-Istat potenzjalment soġġetta għall-irkupru mingħand is-sidien tal-assi lil kull xerrej/ja tal-assi.
(8) Wara li ntemm il-kuntratt ta' lokazzjoni kummerċjali bejn NG u NAG fi Frar 2012, l-ewwel ilmentatur, wieħed miż-żewġ ilmentaturi inizjali, biddel il-pożizzjoni negattiva tiegħu dwar l-għajnuna mill-istat għall-korsa għaliex argumenta li l-miżuri notifikati bħala għajnuna mill-Istat fl-2012 għandhom jiġu approvati, li l-korsa nfisha ma kinitx irċiviet għajnuna u li, għaldaqstant, għandha titneħħa mill-investigazzjoni, u li l-operat ta' Nürburgring huwa servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (“SIEĠ”).
(9) “ Land Rheinland-Pfalz ”
(10) L-iskop kummerċjali ta' NG jinkludi l-appoġġ tas-settur tal-karozzi u l-motosport kif ukoll il-promozzjoni tat-turiżmu fir-reġjun ta' Eifel. NG hija 90 % proprjetà tal-Land u 10 % tad-distrett ta' Ahrweiler. Il-bord superviżorju ta' NG jirrappreżenta lil-Land u d-distrett ta' Ahrweiler bħala l-azzjonisti ta' NG.
(11) Għal deskrizzjoni tal-kumpless Nürburgring, jekk jogħġbok ara t-Taqsima 2.1 tad-deċiżjoni tal-21 ta' Marzu 2012.
(12) L-iskop kummerċjali ta' MSR huwa l-iżvilupp tal-proġetti jew il-bini ta' proprjetà immobbli, faċilitajiet għall-btala, lukandi u resorts kif ukoll il-parteċipazzjoni f'impriżi li huma marbutin mal-iżvilupp tal-proġett ta' Nürburgring. Mill-25 ta' Marzu 2010 MSR saret 93,3 % proprjetà ta' NG u 6,7 % proprjetà ta' RIM. Sal-25 ta' Marzu 2010 l-azzjonisti ta' MSR kienu Mediinvest GmbH (49,5 %), Geisler & Trimmel General Contractor GmbH (33,8 %), NG (10 %) u Weber Projektierungs- und Realisierungs GmbH (6,7 %).
(13) L-iskop kummerċjali ta' CMHN huwa l-bini u l-operat ta' lukandi, proprjetà immobbli għall-btala u resorts. CMHN hija proprjetà sħiħa ta' MSR.
(14) L-iskop kummerċjali ta' NAG huwa l-operat tal-korsi, il-lukandi, iċ-ċentru ta' sewqan sikur, l-iskola tas-sewwieqa, is-swali b'diversi funzjonijiet, ringowerk kif ukoll id-destinazzjonijiet kollha l-oħrajn f'Nürburgring. Mediinvest GmbH u Lindner Unternehmensgruppe GmbH & Co Hotel KG għandhom sehem ta' 50 % kull wieħed f'NAG.
(15) Il-lukandi u r-ristoranti kienu mmaniġġjati minn Lindner Hotels AG permezz ta' kuntratt ma' NAG.
(16) Il-likwidazzjoni ta' IPC iddaħħlet fir-reġistru kummerċjali fl-4 ta' Diċembru 2008. Il-konklużjoni tal-likwidazzjoni għadha ma ġietx notifikata fir-reġistru kummerċjali.
(17) Weber wettqet il-bini tal-lukandi u r-ristoranti. Fit-23 ta' Novembru 2010, bdiet il-likwidazzjoni ta' Weber.
(18) L-iskop kummerċjali ta' CST kien it-tħaddim ta' sistema ta' ħlas mingħajr flus kontanti li tippermetti lill-klijenti jħallsu għaż-żjara tagħhom fi kull attrazzjoni tal-kumpless permezz ta' karta (ringocard). CST kienet 50 % proprjetà ta' NG u 50 % proprjetà ta' MIB sal-1 ta' Novembru 2012. Fid-19 ta' Diċembru 2012 NG bħala proprjetarju sħiħ bdiet il-likwidazzjoni. L-assi ġew ittrasferiti lil NG. Skont il-Ġermanja, it-tneħħija tal-kumpanija mir-reġistru kummerċjali ġiet irreġistrata fit-22 ta' Mejju 2014.
(19) L-iskop kummerċjali ta' Mediinvest huwa l-medjazzjoni tal-konklużjoni tal-kuntratti li jirrigwardaw l-art u l-binjiet, l-iżvilupp tal-proġetti kif ukoll il-bini ta' proprjetà immobbli, faċilitajiet ta' btala u resorts. Mediinvest hija proprjetà sħiħa tas-Sur Kai Richter. Fit-18 ta' Ġunju 2013, Mediinvest biddlet isimha għal Return Projektmanagement GmbH.
(20) Geisler & Trimmel ħadet f'idejha l-inkarigu tal-bini tal-lukandi u r-ristoranti.
(21) L-iskop kummerċjali ta' FSZ huwa l-bini, is-sjieda u l-operat ta' ċentru tas-sewqan sikur. Kienet 41 % proprjetà ta' NG. Is-sidien tal-maġġoranza temmew il-parteċipazzjoni tagħhom f'NG f'Ottubru 2013.
(22) L-iskop kummerċjali ta' EWN kien it-tħaddim ta' “ Erlebniswelt ” b'attrazzjonijiet marbutin mal-motosport f'Nürburgring. Il-kumpanija ngħatat l-isem ġdid ringowerk GmbH & Co. KG fil-31 ta' Marzu 2011 u kienet proprjetà sħiħa ta' NG sal-24 ta' Awwissu 2011 meta l-proprjetà tagħha dovuta lil NG u l-eliminazzjoni tagħha mingħajr likwidazzjoni formali ġiet irreġistrata fir-reġistru kummerċjali.
(23) L-iskop kummerċjali ta' MAN kien l-appoġġ tal-motosport Ġermaniż bl-operat ta' faċilità edukattiva. NG kienet l-unika proprjetarja. Il-kumpanija ġiet likwidata, u l-eliminazzjoni tal-kumpanija ġiet irreġistrata fir-reġistru kummerċjali fil-11 ta' Diċembru 2013. L-assi kollha ġew ittrasferiti lil NG.
(24) L-iskop kummerċjali ta' TTI kien l-appoġġ, it-tnedija, il-bini u l-operat ta' ċentri ta' sewqan sikur. NG kellha sehem ta' 26 % mill-kumpanija, u s-sehem ta' 74 % li fadal kien ta' Brands Hatch Leisure Group Limited, Fawkham Longfield, Kent/UK (26 %), Test & Training Gesellschaft mbH, Teesdorf/Austria (26 %) u Tilke GmbH, Aachen (22 %). Il-kumpanija ġiet likwidata. It-tneħħija tal-kumpanija ġiet irreġistrata fir-reġistru kummerċjali fl-4 ta' Diċembru 2007.
(25) L-iskop kummerċjali ta' BWN kien in-negozju f'muturi ġodda u użati u l-promozzjoni tat-turiżmu għall-muturi fir-reġjun. B'effett mis-6 ta' Settembru 2005, Bike World Nürburgring GmbH (“BWN1”) amalgamat ma' BikeWorld Nürburgring Besitz GmbH (“BWNB”). Imbagħad, l-isem tal-kumpanija akkwirenti BWNB inbidel għal BikeWorld Nürburgring GmbH (“BWN2”). Fil-15 ta' Mejju 2007, NG biegħet id-49 % tagħha mill-ishma f'din il-kumpanija msemmija l-aħħar lis-Sur Norbert Brückner u lis-Sur Jörg Jovy u rrinunzjat għall-ħlas lura tas-self tagħha. BWN2 waqqfet l-operat tagħha f'Nürburgring fl-2008. Skont il-Ġermanja, BWN2 ingħatat l-isem il-ġdid BikeWorld GmbH u biddlet is-sede tal-kumpanija għal St. Ingbert fil-Land Ġermaniż Saarland.
(26) L-iskop kummerċjali ta' Camp4Fun kien l-operat ta' park off-road. Il-kumpanija kienet proprjetà sħiħa ta' NG sat-18 ta' Ottubru 2010, meta l-proprjetà tagħha kienet dovuta lil NG u t-tneħħija tagħha mingħajr likwidazzjoni formali ġiet irreġistrata fir-reġistru kummerċjali Ġermaniż.
(27) L-iskop kummerċjali ta' MIB kien il-parteċipazzjoni f'impriżi oħrajn u t-teħid taħt kontroll tal-maniġment kummerċjali tagħhom. MIB kienet 80 % proprjetà tas-Sur Kai Richter u 20 % proprjetà tas-Sur Klaus König. Fit-18 ta' Ġunju 2013, MIB ġiet amalgamata ma' NAG.
(28) Għal deskrizzjoni iktar iddettaljata tal-ewwel u t-tieni partijiet tal-proġett ta' Nürburgring, jekk jogħġbok ara t-taqsima 2.2 tad-deċiżjoni tal-21 ta' Marzu 2012.
(29) Ir-riżerva ta' kapital (l-eċċess ta' kapital) hija depożitu ta' azzjonist li mhuwiex kapital sottoskritt. Dan it-terminu jidher spiss bħala entrata fil-karta bilanċjali bħala komponent tal-ekwità tal-azzjonisti. Ir-riżerva ta' kapital tintuża biex jitqies l-ammont li impriża tiġbor oltre l-valur b'parità (valur nominali) tal-ishma (azzjonijiet ordinarji). Flimkien, l-azzjonijiet ordinarji maħruġin u mħallsin flimkien mar-riżerva ta' kapital jirrappreżentaw l-ammont totali li fil-fatt ħallsu l-investituri għall-ishma meta nħarġu.
(30) It-trasferiment ta' EUR 2 179 000 fir-riżerva ta' kapital permezz ta' rinunzja tal-imgħax dovut fl-1999 għal selfa meħuda taħt kontroll mil-Land mingħand ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fl-1981 (“ Altdarlehen Bund ”).
(31) It-trasferiment ta' EUR 22 839 fir-riżerva ta' kapital permezz ta' rinunzja tal-pretensjonijiet minn selfa meħuda taħt kontroll mil-Land mingħand ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fl-1981 (“ Altdarlehen Bund ”).
(32) L-ammont ta' EUR 4 887 000 jikkonsisti f'kontribuzzjoni mil-Land permezz ta' rinunzja tal-pretensjonijiet minn selfa meħuda taħt kontroll mil-Land mingħand ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fl-1981 (“ Altdarlehen Bund ”) ta' EUR 4 398 300 u ta' kontribuzzjoni mid-distrett ta' Ahrweiler permezz tal-likwidità ta' EUR 488 700.
(*1) Mill-2002, is-self lil EWN tħallas lura fl-ammont ta' EUR 722 264,49.
(*2) Mill-2002, is-self lil FSZ tħallas lura għajr l-ammont ta' EUR […] li ġie saldat fil-kuntest ta' ħlas ta' kumpens ta' EUR […] b'rabta mal-esklużjoni ta' NG minn Fahrsicherheitszentrum am Nürburgring Verwaltungs GmbH u t-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' NG f'FSZ.
(*3) MAN ħallset is-selfa lura għal kollox fit-28 ta' Novembru 2005.
(*4) Cam4Fun ħallset is-self lura għal kollox fit-18 ta' Diċembru 2003.
(*5) […]: l-informazzjoni f'parenteżi hija koperta bl-obbligu ta' segretezza professjonali
(33) Fil-kuntest tal-proġett “Nürburgring 2009”, l-ammonti ta' EUR 285 265 000 fit-30 ta' Lulju 2010, EUR 5 miljun fit-30 ta' Settembru 2010, EUR 5 miljun fil-31 ta' Diċembru 2010, EUR 5 miljun fil-31 ta' Marzu 2011, EUR 5 miljun fil-31 ta' Mejju 2011 u EUR 10 miljun fil-31 ta' Lulju 2011 tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' ISB mil-Land. B'kollox, bejn il-31 ta' Lulju 2010 u l-31 ta' Ottubru 2011, ISB użat ammont ta' EUR 315 265 000 mill-pula ta' likwidità tal-Land għar-rifinanzjament tas-selfa tagħha lil NG, MSR u CMHN ta' EUR 325 265 000 (it-tmien miżura). Sal-ħlas sħiħ lura tas-self f'Novembru 2011, ir-rata tal-imgħax kienet tiġi stabbilita ta' kuljum. L-imgħaxijiet laħqu total ta' 2 326 680 u dejjem tħallsu lura fil-ħin fi tmiem ix-xahar ta' wara.
(34) Il-proġett “Nürburgring 2009” kien jikkonsisti fl-ewwel u t-tieni parti: L-ewwel parti kienet tinkludi t-tribuna, welcomeocenter, ringoarena (għal massimu ta' 5 100 viżitatur), faċilitajiet ta' aċċess, ringoboulevard (shopping mall bl-ikbar multitouch videowall fid-dinja), il-WARSTEINER event-centre (għal massimu ta' 1 500 viżitatur), Autoworld (“ Autowelten ”, spazji ta' reklamar għall-produtturi tal-karozzi), ringowerk (attrazzjonijiet fuq ġewwa bħal teatru multimidja, wirja storika, applikazzjonijiet interattivi u ringoracer, l-iktar roller coaster li tiġri fid-dinja) kif ukoll ringokartbahn (korsa fuq ġewwa għall-karts). It-tieni parti tinkludi żewġ lukandi (inkluż każinò), 100 dar użati għal btala, ħames ristoranti, diskoteki u ħanut tal-merċa.
(35) Għal problemi fil-ġestjoni u l-finanzjament tal-pula ta' likwidità, ara r-rapport annwali tal-2011 tal-Qorti tal-Awdituri tal-Land, parti II, paġni 7 sa 15, disponibbli fuq http://www.rechnungshof-rlp.de/Jahresberichte/.
(36) Is-self mill-pula ta' likwidità tħallas lura kollu, ara t-tabella 6. Tħallsu l-imgħaxijiet li kienu jammontaw għal EUR 5 059 174,46.
(*6) Il-ħlasijiet kienu bbażati fuq ftehim kuntrattwali tal-20 ta' Frar 2003 fuq il-pula ta' likwidità bejn il-Land u l-NG. L-imgħax għas-self rispettiv kien ibbażat fuq ir-rata ta' kuljum ipprovduta lil-Land fis-suq. Il-kalkolu tal-imgħaxijiet sar apposta għal kull jum (attwali/360).
(37) L-ammont ta' EUR 3 589 297,04 tħallas lura fil-31 ta' Diċembru 2010. Għall-problemi fil-ġestjoni u l-finanzjament tas-CST, ara r-rapport annwali tal-2011 tal-Qorti tal-Awdituri tal-Land, parti II, paġni 16 sa 21, disponibbli fuq http://www.rechnungshof-rlp.de/Jahresberichte/.
(38) Is-selfa tħallset lura fit-22 ta' Jannar 2009, tħallsu l-imgħaxijiet ta' EUR 48 500. Madankollu, il-Ġermanja ddikjarat li s-selfa tħallset lura lil NG minn Geisler & Trimmel, u mhux minn MSR lil PNG u minn PNG lil NG.
(39) EUR 1 450 000 flimkien mal-imgħaxijiet ta' EUR 26 830,88.
(40) Fl-2010, NG paċiet is-selfa bl-obbligazzjonijiet tagħha lejn CST b'valur ta' EUR 1 439 297,04. L-obbligazzjoni li fadal ta' CST lejn NG b'valur ta' EUR 37 533,84 tneħħiet fil-kuntest tal-likwidazzjoni ta' CST u t-trasferiment tal-assi tagħha lil NG.
(41) Fil-25 ta' Mejju 2008, Bank für Tirol und Vorarlberg AG silef EUR […] lil CMHN.
(42) Fit-18 ta' Jannar 2010, Kreissparkasse Ahrweiler silfet EUR […] lil MSR.
(43) Fuq il-bażi tat-talba ta' self mil-Land, ISB ma għamlitx il-verifiki tas-soltu tas-self.
(44) Fir-rigward tat-tieni porzjon, NG m'użatx ammont ta' EUR 4 735 000 mis-selfa kuntrattata fl-ammont ta' EUR 118 325 800 u, għaldaqstant, il-Land ħallas lil NG l-ammont ta' EUR 113 590 800; f'dan il-kuntest, NG ħallset lil ISB kumpens ta' EUR 141 835,54.
(45) Għar-rata medja tal-EONIA mit-28 ta' Lulju 2010, ara http://www.global-rates.com/interest-rates/eonia/2010.aspx.
(46) Nürburgring GmbH kienet l-uniku azzjonist ta' Nürburgring Adventure GmbH dakinhar tal-konklużjoni tal-kuntratt ta' lokazzjoni finanzjarja kkonċernat. Fil-25 ta' Ottubru 2010, Nürburgring Adventure GmbH ġiet amalgamata ma' NG.
(47) Fil-25 ta' Marzu 2010, meta ġie konkluż il-kuntratt ta' lokazzjoni kummerċjali, NAG kien jisimha GrundKapital Management GmbH.
(48) B'possibbiltà unilaterali ta' NAG li testendi d-durata tal-kuntratt ta' lokazzjoni darbtejn b'5 snin.
(49) Il-kuntratt ta' lokazzjoni jipprevedi: a) kirja minima; u b) kirja li tiddependi fuq il-qligħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-ammortizzament (EBITDA) tal-lokatarju (kirja EBITDA): mill-1 ta' Mejju 2010 sat-30 ta' April 2011 90 % tal-EBITDA tal-lokatarju, mill-1 ta' Mejju 2011 sat-30 ta' April 2012 90 % tal-EBITDA tal-lokatarju, iżda tal-inqas EUR 5 miljun, mill-1 ta' Mejju 2012 sat-30 ta' April 2013 85 % tal-EBITDA tal-lokatarju, iżda tal-inqas EUR 11,5 miljun, jekk in-nuqqasijiet fil-binja jkunu tneħħew sat-30 ta' April 2012, jew inkella 90 % tal-EBITDA tal-lokatarju, iżda tal-inqas EUR 10 miljun, u mill-1 ta' Mejju 2013 kull sena 85 % tal-EBITDA tal-lokatarju, iżda tal-inqas EUR 15-il miljun. Għal analiżi kritika tal-livell tal-kirja, ara r-rapport annwali tal-2012 tal-Qorti tal-Awdituri tal-Land, paġni 98 sa 102, disponibbli fuq http://www.rechnungshof-rlp.de/Jahresberichte/.
(50) EUR […] bħala kirja, flimkien ma' EUR […] fuq il-bażi tal-ftehim bonarju.
(51) Is-selfiet mill-parteċipazzjonijiet siekta tħallsu lura minn Mediinvest lil RIM fit-30 ta' Lulju 2010. B'kollox, Mediinvest ħallset lil RIM l-imgħaxijiet ta' EUR […]. Il-Ġermanja ma ċċaratx jekk MSR ħallsitx lura s-selfiet li tatha Mediinvest.
(52) Skont il-Qorti tal-Awdituri tal-Land, il-vantaġġi mill-imgħaxijiet ogħla favur Mediinvest jilħqu EUR […] (Opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-Land tal-15 ta' Ġunju 2010, parti II, paġna 20).
(53) Il-garanzija tat-28 ta' Awwissu 2008 li tasal sa EUR 50 miljun żdiedet għal EUR 80 miljun fis-17 ta' Diċembru 2008 u, mbagħad, għal EUR 140 miljun fis-26 ta' Mejju 2009.
(54) L-iskop iddikjarat tas-selfiet tat-28 ta' Diċembru 2010 u s-26 ta' April 2011 huwa l-kopertura tal-fluss tal-flus negattiv għall-ippjanar fit-terminu medju ta' NG għall-perjodu bejn l-2010 u l-2030 kif indikat fir-rapport ta' Ernst & Young tad-9 ta' Settembru 2010.
(55) Għaldaqstant NG u RIM bħalissa għandhom 93,3 % u 6,7 % mill-ishma f'MSR, rispettivament. Bil-kuntratt tal-bejgħ, il-bejjiegħa ma nħelsux mill-obbligazzjoni tagħhom, u la NG u lanqas RIM ma ħadu l-obbligi finanzjarji taħt ir-responsabbiltà tagħhom.
(56) Għal analiżi kritika tal-livell tal-kumpens, ara r-rapport annwali tal-2010 tal-Qorti tal-Awdituri tal-Land, minn paġni 103 sa 107, disponibbli fuq http://www.rechnungshof-rlp.de/Jahresberichte/.
(57) Il-kumpens maqbul fil-kuntratt lil NAG kien jinkludi tariffa fissa mill-biljetti mibjugħa ta' EUR […] miljun, […] % mid-dħul mill-bejgħ ta' dawk il-biljetti li jinbiegħu wara l-ewwel […] elef biljett, u d-dħul minn […] biljetti mibjugħa fl-2011 jew minn […] elf biljett mibjugħa fis-snin ta' wara. Għat-tiġrijiet tal-Formula 1 fl-2011, il-kumpens kien tal-inqas EUR […]; jekk id-dħul mill-biljetti ikun inqas minn EUR […], il-kumpens jitnaqqas bi EUR […] għal kull EUR […] tnaqqis tad-dħul inqas minn EUR […] (eż. jekk id-dħul mill-biljetti ikun ta' EUR […] miljun, il-kumpens ikun ta' EUR […] miljun); madankollu, il-kumpens minimu jkun ta' EUR […]. It-tariffi għall-organizzaturi u s-sewwieqa tal-Formula 1 kif ukoll il-manutenzjoni tal-korsa skont il-liċenzjar tal-ewwel grad tal-Fédération Internationale de l'Automobile (“FIA”) jitħallsu bis-sħiħ minn NG u ma kinux jaqgħu taħt l-impenji ta' NAG.
(58) Ittra tad-19 ta' Lulju 2013 bl-isem “Proġett RING — informazzjoni u proċeduri għs-sottomissjoni ta' offerta indikattiva”, paġna 3, it-taqsima “Offerta Indikattiva”.
(59) Ittra tat-12 ta' Settembru 2013 bl-isem “Proġett RING — Estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti indikattivi”, paġna 1, it-taqsima “Estensjoni tal-Iskadenza għall-Offerti Indikattivi”.
(60) Ittra tas-17 ta' Diċembru 2013 bl-isem “Proġett RING — Estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti finali”, paġna 1, it-taqsima “Estensjoni tal-iskadenza għall-offerti finali”.
(61) 1 A. Korsa tal-Grand-Prix, 1B. Korsa tan-naħa ta' fuq, 2. lukanda b'4 stilel, 3. Raħal ta' Eifel “Green Hell” b'lukanda bi 3 stilel, 4. Park tal-btala Dreees, 5. Id-dritt ta' bini fuq l-art Dorint, 6. Park off-road, 7. Dar tal-persunal Adenau, 8. Appartamenti Balkhausen, 9. Id-dar Licht, 10. Art oħra.
(62) It-taqsima “Ċessjoni tal-assi ta' Nürburgring” tas-sejħa għall-espressjoni tal-interess.
(63) Ittra tad-19 ta' Lulju 2013 bl-isem “Proġett RING — informazzjoni u proċeduri għas-sottomissjoni ta' offerta indikattiva”, paġna 1, taqsima “Tranżazzjoni Proposta”.
(64) Il-Kriterji tal-Għażla stabbiliti fir-raba' paġna tal-ittra tad-19 ta' Lulju 2013 bl-isem “Proġett RING — informazzjoni u proċeduri għas-sottomissjoni ta' offerta indikattiva”, u fis-sitt paġna tal-ittra tas-17 ta' Ottubru 2013 bl-isem “Proġett RING — proċeduri għas-sottomissjoni ta' offerta finali”.
(65) 9 offerti kienu marbutin mar-raggruppamenti tal-assi kollha, 3 kellhom x'jaqsmu mal-korsa u 11-il offerta kienu marbutin ma' raggruppamenti ta' assi oħrajn jew assi individwali.
(66) L-offerta għall-assi kollha bl-ogħla prezz ġabet punteġġ ta' 100 %. B'kollox, kien hemm 6 offerti indikattivi għall-assi kollha li offrew iktar minn 25 % tal-aħjar offerta. L-offerti għall-assi kollha li ma laħqux il-25 % tal-aħjar offerta ma ġewx ikkunsidrati iktar minħabba l-livell ta' prezz tagħhom. L-istess kien jgħodd għal offerti għall-korsa tat-tiġrijiet u l-offerti għal assi oħrajn għaliex flimkien ma kinux jilħqu 25 % tal-aħjar offerta. 5 mis-6 offerti li kkwalifikaw għall-assi kollha ma ċċarawx il-finanzjament tagħhom matul is-sottomissjoni tal-offerta indikattiva, u għalhekk intalbu jippreżentaw il-kapaċità tagħhom li jiffinanzjaw ix-xiri tal-assi.
(67) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 60 iktar 'il fuq.
(68) Skont il-Ġermanja, ir-ridistribuzzjoni tal-prezz tal-bejgħ ta' EUR 77 miljun lit-tliet kumpaniji insolventi se ssir b'konformità mal-liġi nazzjonali dwar l-insolvenza u t-taxxa.
(69) Il-grupp Capricorn huwa grupp kummerċjali Ġermaniż attiv f'livell internazzjonali fil-manifattura ta' assemblaġġi ta' karozzi tat-tiġrijiet, l-ittestjar ta' karozzi tat-tiġrijiet u l-manutenzjoni ta' karozzi tat-tiġrijiet storiċi. Is-Sur Robertino Wild huwa sid l-ishma kollha ta' capricorn HOLDING GmbH.
(70) GetSpeed GmbH & Co KG hija impriża tal-motosport Ġermaniża attiva fil-manutenzjoni tal-karozzi, l-organizzazzjoni ta' avvenimenti ta' tiġrijiet u l-monitoraġġ tal-livell ta' stress tas-sewwieqa. Is-Sur Axel Heinemann huwa sid 99 % tal-ishma ta' din il-kumpanija u s-Sur Adam Osieka huwa sid il-1 % li jifdal.
(71) § 613 a tal-Kodiċi Ċivili tal-Ġermanja (“ Bürgerliches Gesetzbuch ”).
(72) BAG, Sentenza tad-19 ta' Diċembru 2013 — 6 AZR 790/12; BAG, Sentenza tal-20 ta' Marzu 2003 — 8 AZR 97/02.
(73) L-amministraturi tal-insolvenza u x-xerrej qablu fit-13 ta' Awwissu 2014 li t-tieni ħlas parzjali tal-prezz tax-xiri jrid jitħallas fil-31 ta' Ottubru 2014 minflok fil-31 ta' Lulju 2014, b'imgħax ta' 8 % u rahan (minflok il-kollateral fi flus ta' EUR [4,6-5,1] miljun) fuq: (a) l-ishma f'Capricorn tas-Sur Robertino Wild, azzjonist ta' Capricorn; (b) il-pretensjonijiet kollha bejn il-kumpaniji tal-grupp Capricorn; (c) il-pretensjonijiet kollha li jirriżultaw minn kuntratt ta' bejgħ rigward il-proġett “Campus” (li għad irid jiġi konkluż); u (d) il-kollezzjoni ta' arti tas-Sur Robertino Wild. Il-Land ma kienx involut fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet għall-ftehim imsemmi hawn fuq.
(74) L-iskema Ġermaniża approvata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2009 fil-kawża C 38/2009 Qafas Federali għal self b'rati tal-imgħax baxxi (“il-Qafas Temporanju”) tapplika għal impriżi li ma kinux f'diffikultà fl-1 ta' Lulju 2008. L-għajnuna tista' tingħata lil impriżi li ma kinux f'diffikultà f'dik id-data iżda li daħlu f'sitwazzjoni ta' diffikultà wara minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja globali.
(75) Il-Ġermanja tiddikjara li NG ma ssodisfatx il-kriterji vinkolanti skont il-punt 10 tal-Linji Gwida dwar l-R&R, l-iżvilupp tal-kriterji mhux vinkolanti stabbiliti fil-punt 11 tal-linji gwida dwar l-R&R stabbiliti kien eteroġenu, u lanqas il-klawżola ġenerali fil-punt 9 tal-linji gwida dwar l-R&R ma kienet issodisfata.
(76) Il-Ġermanja targumenta li l-estensjoni tal-proċedura ta' investigazzjoni formali marret kontra l-objettiv tal-kunċett tal-għajnuna għas-salvataġġ, li l-għajnuna missha wasslet sabiex tiġi evitata l-insolvenza imminenti ta' NG, MSR u CMHN sabiex tagħtihom sitt xhur biex iħejju pjan ta' ristrutturar, li l-azzjonisti kienu lesti jaqblu dwar objettivi konkreti tal-pjan ta' ristrutturar, inkluż il-bejgħ tal-assi u l-likwidazzjoni segwenti ta' NG, MSR u CMHN, li sa dak iż-żmien ma kienet ittieħdet ebda deċiżjoni ta' rkupru kontra NG u li għalhekk il-kriterji tal-ġurisprudenza ta' Deggendorf ma kinux issodisfati, u li fid-dawl tas-sawra unika tal-każ, approvazzjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ ma toħloqx preċedent għal każijiet oħrajn.
(77) Il-Ġermanja tirreferi għal GC T-237/99, 2000, II-3849, il-punt 37 — BP Nederlands u oħrajn; T-111/01, 2001, II-2335, il-punt 26 — Saxonia Edelmetalle. QtĠ, 56/89, 1989, 1693, il-punt 39 — Publishers Association; GC, T-29/92 (R), 1992, II-2161, il-punt 38 u segwenti — SPO u oħrajn.
(78) Il-Ġermanja tirreferi għall-QtĠ T-20/03 KAHLA/Thüringen Porzellan GmbH, il-punt 124 u segwenti. Il-Ġermanja tiddikjara li mill-perspettiva tal-għajnuna mill-Istat, dawn il-miżuri għandhom jitqiesu li huma avvenimenti speċjali, mhux negozju regolari ta' NG, li kemm l-azzjonisti kif ukoll il-maniġment kummerċjali kienu jaraw lil NG bħala veikolu li jżomm l-infrastruttura sportiva fi sjieda pubblika u li jorganizza avvenimenti sportivi mingħajr profitt li ma jkunux offruti mingħajr il-kopertura tat-telf mill-finanzjament pubbliku, li fin-nuqqas ta' dan il-ftehim la l-azzjonisti u lanqas il-maniġment kummerċjali ta' NG ma kienu jħallu l-obbligazzjonijiet jiżviluppaw, u li għalhekk l-ispejjeż ta' dawn l-effetti speċjali ma setgħux ikunu inklużi fil-valutazzjoni finanzjarja.
(79) Għat-tifsira tal-prinċipju “ta' darba”, ara t-taqsima 3.3 tal-Linji Gwida dwar l-R&R.
(80) Il-miżuri kkonċernati kienu jeħtieġu approvazzjoni tal-bord superviżorju ta' NG li l-membri tagħha nħatru mill-awtoritajiet pubbliċi biss.
(81) Il-volum ta' investiment tal-Parti I jilħaq il-EUR 215-il miljun (EUR 185 miljun mill-pula ta' likwidità, EUR 30 miljun permezz ta' self tal-azzjonisti tal-Land).
(82) Kawżi Magħquda T-443/08 u T-455/08 Freistaat Sachsen, Flughafen Leipzig/Halle et al v Il-Kummissjoni [2011] Ġabra II-1311, ikkonfermata bl-appell, ara l-Kawża C-288/11 P Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle GmbH v il-Kummissjoni [2012] Ġabra I-0000.
(83) Il-Ġermanja taqbel li t-tali bidla fil-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni tmur kontra l-White Book tal-2007 dwar l-isport tal-Kummissjoni u l-prinċipji ta' ċertezza legali. Bidla bħal din tista' tapplika biss għal każijiet fil-ġejjieni, mhux għall-bini tal-infrastruttura sportiva ta' Nürburgring li diġà tlestiet fl-2011. Projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-finanzjament tal-bini u l-operat ta' infrastruttura sportiva tkun tikkwalifika bħala bidla fit-tqassim ġdid tal-kompetenzi bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri u ma tkunx konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà.
(84) Il-Ġermanja tiddikjara li, bejn l-1999 u l-2011, minn 11-il korsa madwar id-dinja, 8 inbnew bil-flus tal-Istat, b'riferiment għal Communication & Network Consulting, Formula Money 2011, paġna 145.
(85) Il-Ġermanja tiddikjara li l-Formula 1 għandha effetti makroekonomiċi sostanzjali fil-pajjiżi tal-organizzaturi (il-proporzjon bejn is-sussidju u l-effetti msemmijin allegatament huwa ta' 1:5).
(86) Il-Ġermanja tiddikjara li l-użu tal-pula ta' likwidità għall-proġett jikkostitwixxi każ eċċezzjonali li ma jikkorrispondix għall-użu tas-soltu tal-pula ta' likwidità u li l-finanzjament permezz tal-pula ta' likwidità seħħ b'mod temporanju għall-finanzjament preliminari tal-proġett kurrenti sakemm isseħħ l-akkwiżizzjoni permezz ta' investitur privat fit-tul.
(87) Il-Ġermanja tiddikjara li l-iskop tal-pula ta' likwidità huwa li tottimizza l-fluss tal-flus bejn il-Land u s-sussidjarji tiegħu b'mod ekonomikament raġonevoli, b'mod partikolari sabiex tnaqqas l-ispejjeż ta' finanzjament tal-impriża, li l-ħtiġijiet fuq perjodu qasir jiġu ssodisfati mil-Land fis-suq kapitali, li r-rati tal-imgħax għall-flejjes mill-pula ta' likwidità jikkorrispondu għar-rati ta' kuljum tal-Land fis-suq, li l-Land ma jġarrab ebda spiża tal-imgħax, li l-kundizzjonijiet tas-suq jiġu ttrasferiti 1:1 lill-parteċipanti fil-pula ta' likwidità u li l-Ministeru tal-Finanzi tal-Land ikun sempliċi pjattaforma ta' implimentazzjoni.
(88) Fid-dawl tal-punt 137 tad-deċiżjoni tal-21 ta' Marzu 2012, il-Ġermanja tiddikjara li f'każ ta' banek ta' appoġġ (“ Spezialkreditinstitute ”), il-benefiċjarji jistgħu jkunu f'żewġ livelli: (1) banek speċjali u (2) impriżi ffinanzjati minn banek speċjali, li l-vantaġġi tal-banek speċjali huma koperti mill-Ftehim II (“ Verständigung II ”) mill-2002 u li d-deċiżjoni tal-21 ta' Marzu 2012 tissuġġerixxi li l-banek speċjali jistgħu jagħtu selfiet biss f'sitwazzjonijiet li fihom id-debitur ma jirċievi ebda selfa bl-istess kundizzjonijiet fis-suq. Madankollu, il-Ġermanja targumenta li l-banek ta' appoġġ jistgħu jagħtu selfiet bil-kundizzjonijiet tas-suq (istituti ta kreditu speċjali mhumiex limitati għall-għoti tal-għajnuna) u li trid issir valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat f'kull każ individwali.
(89) Fir-rigward tas-selfa tal-ISB b'mod speċifiku (it-tmien miżura), il-Ġermanja tissuġġerixxi li l-iktar l-iktar, il-vantaġġ jinvolvi d-differenza fl-imgħax bejn l-imgħax imħallas fis-suq u l-imgħax fil-fatt imħallas, iżda mhux l-ammont totali tas-selfa, u li għandha tinkiseb l-opinjoni ta' espert jekk il-Kummissjoni għandha dubji dwar dan.
(90) Il-Ġermanja tiddikjara li fid-dawl tal-Ftehim II, il-Kummissjoni qablet dwar vantaġġi li jirriżultaw minn garanziji favur istituti ta' kreditu speċjali legalment separati diment li l-attività tagħhom tkun limitata għal kompitu pubbliku definit b'mod preċiż, u li f'dawn il-kundizzjonijiet, pereżempju, l-użu ta' tipi speċjali ta' garanziji bħal Gewährträgerhaftung, Anstaltslast u Refinanzierungsgarantien jkun kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-Ġermanja tiddikjara wkoll li fid-deċiżjoni tagħha tas-16 ta' Ġunju 2004, fil-kawża N179/04 Garanziji muniċipali Finlandiżi, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li istituti ta' kreditu speċjali ma jikkostitwixxux impriżi diment li jibbenefikaw minn finanzjament pubbliku biss b'rabta mal-kompitu pubbliku tagħhom.
(91) Il-Ġermanja tiddikjara li t-termini tas-selfa huma kompletament u indipendentement stipulati fl-ordni tal-Land sabiex tingħata s-selfa; għalhekk, l-ISB ma kellux lok biex jimmanuvra; id-deċiżjoni dwar l-għoti tas-selfa u r-riskji relatati baqgħet tal-Land u, apparti minn hekk, minħabba l-ordni ta' self tiegħu, il-Land jipprovdi t-titolu ta' sigurtà għas-selfa fuq il-bażi tal-Kodiċi Ċivili tal-Ġermanja.
(92) Il-Ġermanja tiddikjara wkoll li mhuwiex importanti jekk l-ispejjeż ta' kostruzzjoni humiex koperti mill-kirja għaliex l-ispejjeż ta' investiment jikkostitwixxu spejjeż mitlufin li ma jkollhom ebda impatt fuq deċiżjonijiet fil-ġejjieni ta' investitur li jaġixxi b'mod razzjonali. Barra minn hekk, il-Ġermanja indikat li anki jekk il-kirja kellha tammortizza l-ispejjeż ta' investiment, il-bażi tkun l-investimenti ppjanati, mingħajr żidiet imprevisti fl-ispejjeż, filwaqt li l-ispejjeż ippjanati tal-proġett għall-ewwel kienu EUR 215-il miljun (EUR 135 miljun għall-parti I tal-proġett “Nürburgring 2009” u EUR 80 għall-parti II tal-proġett “Nürburgring 2009”), iżda l-ispejjeż propji kienu EUR 330 miljun (EUR 215-il miljun għall-parti I tal-proġett “Nürburgring 2009” u EUR 115-il miljun għall-parti II tal-proġett “Nürburgring 2009”), u li dan qed jiġi kkunsidrat, anki jekk il-kirja minima li tammonta għal madwar EUR 280 miljun tkun tammortizza l-investimenti ppjanati.
(93) Il-Ġermanja tindika li s-sussidji għandhom ikopru t-telf ta' NG mill-investimenti għaż-żieda fl-attraenza turistika ta' Nürburgring matul il-proġett Nürburgring 2009, u li l-iskop kien li tiżdied l-attraenza ta' Nürburgring tul is-sena sħiħa biex b'dan jiġi promoss ir-reġjun strutturalment batut permezz tat-tisħiħ tat-turiżmu.
(94) Il-Ġermanja tirreferi għal C-72/91 Sloman Neptun.
(95) Il-Ġermanja targumenta wkoll li din is-sistema għandha l-għan li tattira kemm jista' jkun viżitaturi, sabiex tilħaq l-ikbar effetti makroekonomiċi pożittivi possibbli u sabiex tkopri l-ispejjeż sostanzjali ta' NG (tariffa tal-liċenzja, liċenzjar tal-grad 1 tal-korsa).
(96) Il-Ġermanja tiddikjara li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta' NG bħala impriża f'diffikultà mill-1 ta' Lulju 2008 ma kinitx korretta, li fil-kuntest tal-għajnuna għas-salvataġġ notifikata l-applikazzjoni tal-prinċipju “ta' darba” kienet żbaljata, li l-estensjoni tal-proċedura ta' investigazzjoni formali ma kinitx proporzjonata u li l-miżuri huma ħielsa mill-għajnuna.
(97) Il-Ġermanja targumenta li l-viżitaturi internazzjonali huma attirati mill-korsa, mhux mill-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni jew ir-ristoranti. B'hekk, il-Ġermanja tikkonkludi li l-miżuri kkonċernati ma għandhom ebda impatt fuq il-flussi tat-turiżmu.
(98) Il-Ġermanja tirreferi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża SA.33728 Finanzjament ta' multiarena ġdida f'Kopenħagen, il-punt 33.
(99) Il-Ġermanja tirreferi għad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-kawżi SA.31722 Appoġġ għas-settur sportiv tal-Ungerija permezz ta' skema ta' benefiċċju tat-taxxa, il-punti 86 u segwenti, u SA.33952 Kletteranlagen des Deutschen Alpenvereins, il-punt 68.
(100) Il-Ġermanja tirreferi għal SA.33168 Uppsala arena u SA.33728 Finanzjament ta' multiarena ġdida f'Kopenħagen.
(101) Is-sentenza fil-kawża U 73/12 Kart tat-13.12.2012, Oberlandesgericht Koblenz.
(102) Il-Ġermanja tirreferi għal N 158/2010 Fussballmuseum Dortmund u N 164/2010 Leipziger Reit- und Rennverein Scheibenholz. Madankollu, il-Ġermanja ma turix li ċ-ċirkwit tat-tiġrijiet huwa protett bħala monument kulturali skont il-liġi tal-Ġermanja.
(103) Il-Ġermanja tiddikjara li l-interess pubbliku kien fl-effetti makroekonomiċi/reġjonali-ekonomiċi u l-promozzjoni tal-isport u l-kultura, kien hemm falliment tas-suq peress li l-miżuri ma kinux possibbli mingħajr l-appoġġ tal-Istat, il-fatturat kien ta' inqas minn EUR 100 miljun matul it-tliet snin qabel ma ttieħdu l-miżuri, l-għajnuna kienet inqas minn EUR 30 miljun fis-sena, l-att ta' fiduċja ġie kostitwit mill-istatuti ta' NG u l-approvazzjoni mill-bord superviżorju ta' NG kopert minn deċiżjoni tal-gvern tal-Land u l-parametri ta' kalkolu setgħu jiġu dedotti mill-pjanijiet aġġornati ta' direzzjoni tan-negozju. Il-Ġermanja targumenta wkoll li l-pakkett tas-SIEĠ daħal fis-seħħ fi tmiem l-2006 biss, u li, għalhekk, għall-perjodu ta' qabel ma kienx hemm dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-forma tal-att ta' fiduċja, u li għall-perjodu ta' wara, il-kwalifika bħala għajnuna eżistenti hija valida.
(104) ĠU C 6, 11.1.2011, p. 6.
(105) F'dan il-kuntest, il-Ġermanja tirreferi għad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-kawżi C 38/2005 Biria Gruppe, il-punt 93; C-51/06 Arcelor Huta Warszawa, il-punt 111 u segwenti; C 43/2001 Chemischen Werke Piesteritz, il-punt 107 u segwenti; u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-102/07 u T-120/07 Freistaat Sachsen/Il-Kummissjoni, il-punt 218.
(106) L-ewwel Taqsima tal-Kodiċi tal-Ġermanja dwar l-Insolvenza.
(107) L-ewwel ilmentatur issottometta ittra tal-qorti lokali kompetenti tad-29 ta' Jannar 2014, li fiha t-tali qorti ddikjarat li fil-każ tal-amministrazzjoni proprja, il-qorti ta' insolvenza u l-amministratur tal-insolvenza ma jwettqux il-bejgħ tal-assi, iżda jissorveljaw dak il-bejgħ biss, u li fiha għalhekk il-qorti ma sabet ebda bażi sabiex tintervjeni fil-bejgħ tal-assi.
(108) L-amministraturi tal-insolvenza jirreferu għas-sentenza tal-Qorti tas-16 ta' Diċembru 2010 fil-kawża C-239/09 Seydaland, il-premessa 34.
(109) NBG għalqet is-sena finanzjarja tal-2013 b'suċċess u kellha EBITDA (qabel il-kirja) b'valur ta' EUR 2 920 000. Bħala kirja, NBG ħallset EUR 2 661 000 għal 2013.
(110) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, 22.3.2001 p. 16).
(111) It-tielet ilmentatur jirreferi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2008 fil-kawża Bank Burgenland u għas-sentenza tal-Qorti tal-24 ta' Ottubru 2013 fil-kawża C-214/12P, C-215/12, C-223/12P (għadha mhix ippubblikata fil-Ġabra)
(112) Skont it-tielet ilmentatur, l-offerta ddikjarata tikkonsisti fi: (1) EUR 90 miljun li jridu jitħallsu bħala ħlas fil-pront mal-għeluq; (2) EUR 20 miljun li jridu jitħallsu sal-31 ta' Marzu 2014; u (3) l-ammont massimu ta' EUR 40 miljun li jridu jitħallsu bħala “earnout” fl-ammont ta' 20 % mill-EBITDA annwali rispettiv tal-kumpless ta' Nürburgring wara l-akkwiżizzjoni mit-tielet ilmentatur. Barra minn dan, it-tielet ilmentatur jiddikjara li ħa impenn li jwaqqaf fond ta' żvilupp ta' EUR 200 miljun għall-komunitajiet lokali fl-inħawi ta' Nürburgring.
(113) It-tielet ilmentatur jirreferi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2008 fil-kawża Bank Burgenland.
(114) It-tielet ilmentatur jiddikjara li fuq il-bażi tal-informazzjoni li pprovdew il-bejjiegħa fil-proċess, issupona li l-akkwiżizzjoni tal-assi u l-bidu tan-negozju jkunu possibbli fuq il-bażi ta' “karta bilanċjali fjamanta”, jiġifieri mingħajr ebda obbligazzjonijiet jew obbligi mgħoddija jew kurrenti li jirriżultaw mir-relazzjonijiet kuntrattwali eżistenti, li kellu l-għan li jinnegozja ftehimiet ġodda mal-klijenti u sponsers b'termini ġodda sabiex jirrifinanzja parti mill-investiment tiegħu, li mbagħad irriżulta li l-ftehimiet materjali kollha għall-operat ta' Nürburgring kienu ġew konklużi minn parti terza (jiġifieri NBG) fuqi l-bażi ta' kuntratt ta' lokazzjoni kummerċjali mal-bejjiegħa, li dan essenzjalment kien ifisser li l-ilmentatur — wara li ngħata l-assi — kien ikun imġiegħel jakkwiżixxi l-kuntratt ta' lokazzjoni kummerċjali kif ukoll xi ftehimiet konklużi bejn NBG u partijiet terzi, li ftehimiet oħrajn li daħlet fihom NBG ma kinux jittrasferixxu b'mod awtomatiku iżda kellhom jiġu onorati b'mod effettiv mit-tielet ilmentatur, b'mod partikolari peress li allegatament il-bejjiegħa riedu jġiegħlu lit-tielet ilmentatur jassumi responsabbiltà finanzjarja sħiħa għad-danni allegati (li jirriżultaw min-nuqqas ta' NBG milli tipprovdi l-faċilitajiet taċ-ċirkwit), u li, konsegwentement, it-tielet ilmentatur allegatament kellu jibdel il-kunċett tan-negozju inizjali tiegħu: filwaqt li għall-ewwel — parzjalment — it-tielet ilmentatur kien ippjana li jkopri l-finanzjament interim tal-akkwiżizzjoni ta' Nürburgring billi jikkonkludi ftehimiet aġġustati mal-klijenti u l-isponsers ta' Nürburgring, issa li kien imġiegħel jieħu f'kunsiderazzjoni l-ftehimiet eżistenti jew tal-inqas jonorahom b'mod ekonomiku.
(115) It-tielet ilmentatur jiddikjara li min-naħa l-oħra hemm dubju raġonevoli dwar kemm Capricorn setgħu jipprovdu impenn ta' finanzjament vinkolanti għall-prezz tax-xiri sħiħ fid-data ta' skadenza tas-17 ta' Frar 2014 u d-deċiżjoni dwar l-offerent li rebaħ baqgħet ma nħarġitx qabel ma Capricorn kienu ssodisfaw ir-rekwiżiti formali kollha, filwaqt li, min naħa l-oħra, it-tielet ilmentatur, kif imħabbar fl-offerta finali, seta' jipprovdi impenn finanzjarju vinkolanti li jaqbeż id-EUR 90 miljun.
(116) It-tielet ilmentatur żied li offerenti oħrajn bħat-tielet ilmentatur ingħataw informazzjoni falza, li t-tielet ilmentatur kellu l-għan li jibda n-negozjati mal-fornituri preferiti tiegħu stess fir-rebbiegħa tal-2014 sabiex jirfina l-offerta finanzjarja tiegħu għall-assi taċ-ċirkwit, u li, madankollu, il-bejjiegħa qalu lit-tielet ilmentatur li, pereżempju, il-provvista tal-birra ma setgħetx tinbidel fl-2014 peress li nkella t-tielet ilmentatur kien ikun imġiegħel jakkwiżixxi l-obbligazzjoni għal kull pretensjoni tad-danni li tirriżulta min-nuqqas ta' NBG milli tibqa' tossidisfa l-obbligi kuntrattwali tagħha mal-fornitur tal-birra eżistenti. Skont it-tielet ilmentatur, il-bidla tal-fornitur tal-birra minn Warsteiner għal Bitburger turi li l-informazzjoni pprovduta lit-tielet ilmentatur kienet falza u li t-tielet ilmentatur ġie mqarraq b'mod delibrat bħala offerent.
(117) It-tielet ilmentatur jiddikjara li l-ittra tal-proċess tas-17 ta' Ottubru 2013 teħtieġ garanzija għall-ħlas tal-prezz tax-xiri pagabbli mal-ewwel talba u maħruġa minn Bank Ewropew ta' fama tajba, li Capricorn ma setgħux jipprovdu garanzija sħiħa li tkopri l-prezz tax-xiri sħiħ, u li l-bejjiegħa kellhom jibdlu l-kundizzjonijiet ta' ħlas tagħhom stess sabiex jaraw li l-għoti jirrispetta t-termini tal-proċess imħabbrin minnhom.
(118) It-tielet ilmentatur jiddikjara li kien issottometta l-offerta tiegħu filwaqt li kien jaf u jirrispetta bis-sħiħ ir-regolamenti dwar l-emissjoni ta' storbju skont il-liġi statutorja.
(119) It-tielet ilmentatur jirreferi għas-sentenza tal-Qorti fil-kawża C-482/99 Stardust Marine, il-premessi 54-55, u għad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-kawża Gerorgsmarienhütte (ĠU C 199, 14.7.2001. p. 4), il-premessa 27, fil-kawża Flughafen Dortmund (ĠU C 217, 15.9.2007, p. 25), il-premessi 54-55, u fil-kawża N 510/2008 Alitalia.
(120) It-tielet ilmentatur jirreferi għad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-kawża CDA tas-16 ta' Diċembru 2000, il-premessa 117, u fil-kawża Biria Group tal-14 ta' Diċembru 2010, il-premessi 79-80, għas-sentenzi tal-Qorti fil-kawża T-415/05 Olympic Airways, il-premessa 157, u fil-kawża T-123/09 Alitalia, il-premessa 135.
(121) L-amministraturi tal-insolvenza jirreferu għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2008 fil-kawża C-56/06 Privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland, għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2013 fil-kawża SA.36197 Privatizzazzjoni ta' ANA — Aeroportos de Portugal kif ukoll għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bejgħ tal-art.
(122) Ir-raba' lmentatur isemmi li bosta entitajiet ġew allegatament ikkuntattjati minn Capricorn fil-proċess biex dawn tal-aħħar ifittxu l-għajnuna fil-finanzjament tal-offerta tagħhom, li Capricorn ippreżentaw b'mod qarrieqi l-appoġġ għall-finanzjament tagħhom lill-bejjiegħa fi stadju bikri tal-proċess, li l-istruttura tas-sjieda ta' GetSpeed, sid terz mill-azzjonijiet tal-konsorzju ta' Capricorn, mhijiex kompletament ċara, li l-kumitat tal-kredituri ma kienx informat għal kollox dwar il-finanzjament ta' […] tal-offerta ta' Capricorn, u li Capricorn kienu ammettew fil-pubbliku li ma kellhomx il-finanzjament għall-EUR 25 miljun investiment li ħabbru fl-assi ta' Nürburgring. Barra minn hekk, il-kumitat tal-kredituri ma kellux biżżejjed żmien biex jivverifika l-kundizzjonijiet tal-konferma ta' […] dwar il-forniment ta' finanzjament lil Capricorn.
(123) Ir-raba' lmentatur jiddikjara li l-offerta tat-[Tieni Offerent] kien fiha ħlas bil-quddiem ta' EUR 32,5 miljun kmieni f'April 2014, filwaqt li l-offerta ta' Capricorn kien fiha biss pagamenti bil-quddiem ta' EUR 5 miljun f'Marzu 2014, EUR 5 miljun f'Lulju 2014 u EUR 5 miljun f'Diċembru 2014.
(124) Ir-raba' lmentatur jiddikjara li l-offerta tiegħu kienet tipprevedi għeluq diġà f'April 2014, li l-pagamenti tat-[Tieni Offerent] huma ggarantiti jew ibbażati fuq il-profittabilità tan-negozju, li l-membri tat-[Tieni Offerent] huma entitajiet sostanzjali u ffinanzjati sew, bi storja ta' suċċessi fil-qasam tal-fużjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet, filwaqt li l-offerta ta' Capricorn kellha data effettiva li ma tibdiex qabel l-1 ta' Jannar 2015, li l-pagamenti ulterjuri ta' Capricorn mhumiex dovuti sakemm inter alia titlesta r-reviżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat eżistenti u jitlesta kull proċess fil-Qorti tal-UE, li l-bejjiegħa aċċettaw li jekk l-analiżi tal-Kummissjoni ma titlestiex sal-1 ta' Jannar 2015, Capricorn kien ikollhom l-għażla li jikru l-assi ta' Nürburgring minn dik id-data sakemm titlesta t-tali analiżi, li Capricorn huma kumpanija żgħira bi ftit li xejn kapital u li Capricorn ftit li xejn għandhom esperjenza fil-qasam tal-fużjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet u passat riċenti ta' proġetti inkompluti.
(125) Ir-raba' lmentatur jindika li t-[Tieni Offerent] għandu esperjenza fis-sjieda u t-tħaddim ta' bosta ċirkwiti kbar, it-tħaddim ta' lukandi u faċilitajiet ta' divertiment, it-tmexxija ta' festivals, u li t-[Tieni Offerent] huwa l-ikbar investitur fil-Formula Wieħed u investitur f'manifatturi awtomobilistiċi kbar u f'negozji tad-divertiment, filwaqt li Capricorn ma għandhom ebda esperjenza fit-tħaddim taċ-ċirkwiti, it-tħaddim tal-lukandi, il-ġestjoni ta' festivals, il-promozzjoni ta' tiġrijiet jew il-ġestjoni ta' tnedijiet ta' prodotti ġodda.
(126) Ir-raba' lmentatur jindika li t-[Tieni Offerent] ingħata livell inqas ta' impenn mal-bejjiegħa minn dak li ngħatat lil Capricorn, li l-iskadenza għall-offerti finali ġiet estiża għall-ewwel darba mill-11 ta' Diċembru 2013 għas-17 ta' Frar 2014 u mbagħad twaqqfet fil-11 ta' Marzu 2014, ftit sigħat wara li daħlet l-offerta ta' Capricorn, u li t-[Tieni Offerenet] ma kienx ingħata l-possibbiltà li jżid jew jirranġa l-offerta tiegħu.
(*7) Il-fluss tal-flus ta' Capricorn tal-NBG għas-sena 2014 (EUR 6 miljun) u t-[Tieni Offerent] l-“earn-out” — il-pagamenti għas-snin 2015 — 2017 (EUR 15 miljun) jiddependu mis-suċċess tan-negozju operatorju rispettiv. Fil-każ tat-[Tieni Offerent], għall-kuntrarju tal-każ ta' Capricorn, il-bejjiegħa ma jistgħux jaffettwaw dan in-negozju.
(127) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.
(*8) Qligħ qabel it-taxxi (“EBT”)
(*9) Żieda tat-telf dovut l-iktar għal żieda sinifikanti fl-ispejjeż għall-avvenimenti (“ Aufwendungen für Veranstaltungen ”) minn EUR 21,2 miljun fl-2005 għal EUR 44,0 miljun fl-2006.
(128) Il-Kawżi Magħquda T-102/07 Freistaat Sachsen v Il-Kummissjoni u T-120/07 MB Immobilien u MB System v Il-Kummissjoni, [2010] Ġabra II-585, il-para.106.
(129) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 38/2007 Arbel Fauvet Rail (ĠU L 238, 5.9.2008, p. 27), kif ikkonfermata mill-Qorti Ġenerali, ara l-kawżi magħqudin T-267/08 u T-179/08, Ġabra 2011 II-1999, il-punt 141; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża C 27/2010 United Textiles (ĠU L 279, 12.10.2012, p. 30).
(130) L-Opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-Land tal-15 ta' Ġunju 2010, parti I, paġna 14.
(131) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna ta' hawn fuq.
(132) L-Opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-Land tal-15 ta' Ġunju 2010, parti I, paġna 15.
(133) L-Opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-Land tal-15 ta' Ġunju 2010, partijiet I u II.
(134) Ara d-deskrizzjoni tal-RIM fuq: http://test.isb.rlp.de/de/die-isb/beteiligungen/rheinland-pfaelzische-gesellschaft-fuer-immobilien-und-projektmanagement/
(135) Il-Kawżi Magħquda T-443/08 u T-455/08 FreistaatSachsen, Flughafen Leipzig/Halle et al v Il-Kummissjoni [2011] Ġabra II-1311, ikkonfermati fuq appell, ara l-Kawża C-288/11 P Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle GmbH v Il-Kummissjoni (għadhom mhux ippubblikati fil-Ġabra)
(136) C53/2002 Żvilupp ta' Space Park
(137) SA.35440 Arena Jena. Għal infrastruttura sportiva professjonali ara SA.31722 L-iskema Ungeriża ta' benefiċċju tat-taxxa. Għall-operat ta' ċentri sportivi għall-pubbliku ġenerali bi ħlas ara SA.33952 German Alpine Association
(138) SA.33618 Uppsala Arena, SA.35135 Arena Erfurt, SA.35440 Arena Jena
(139) N118/2000 Appoġġ għal għaqdiet sportivi professjonisti
(140) Ara pereżempju l-Kawża C-305/89 L-Italja v Il-Kummissjon (“Alfa Romeo”) [1991] Ġabra I-1603, il-paragrafi 18 u 19; il-Kawża T-16/96 Cityflyer Express v Il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-757, il-punt 51; il-Kawżi Magħquda T-129/95, T-2/96 u T-97/96 Neue Maxhütte Stahlwerke u Lech-Stahlwerke v Il-Kummissjoni [1999] Ġabra II-17, il-punt 104; il-Kawżi Magħquda T-268/08 u T-281/08 Land Burgenland u l-Awstrija v Il-Kummissjoni [2012] Ġabra II-0000, il-punt 48.
(141) Il-Kawżi Magħqudin C-399 10 P u C-401 10 P Bouygues SA, Bouygues Télécom SA v Il-Kummissjoni, (għadhom mhumiex ippubblikati fil-Ġabra) u s-sentenza ta' BP Chemicals vs. Il-Kummissjoni fil-kawża T-11/95 [1998], il-para. 171
(142) Tranżazzjoni“pari passu” hija tranżazzjoni li ssir bl-istess patti u kundizzjonijiet (u għalhekk bl-istess livell ta' riskju u benefiċċji) minn korpi pubbliċi u operaturi privati li huma f'sitwazzjoni simili.
(143) Is-selfiet taż-żewġ azzjonisti ta' minoranza ta' MSR (Geisler & Trimmel: EUR 3 miljun; Weber: EUR […] miljun; it-tnejn b'rata tal-imgħax ta' […] % b'ebda kollateral) lil MSR mhumiex relevanti għaliex wettqu l-bini tal-infrastruttura u bħala partijiet b'interessi proprji fil-proġett; ma jistgħux jiġu kkunsidrati.
(*10) Il-proġett kien jismu “ Erlebnisregion Nürburgring ” u kien jinkludi lukanda.
(*11) Każ bażi (mhux l-agħar jew l-aħjar xenarju possibbli).
(*12) Ir-riżultati għall-perjodu 2010-2030.
(*13) L-agħar xenarju possibbli.
(144) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5).
(145) Ara http://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/reference_rates.html.
(146) Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).
(147) Ara r-rapport annwali tal-2009 tal-Qorti tal-Awdituri tal-Land, il-paġni 3 u 4, disponibbli fuq http://www.landtag.rlp.de/landtag/drucksachen/4741-15.pdf.
(148) ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.
(149) L-ammont tal-għajnuna huwa ta' (f'miljuni ta' EUR): 1,6 + 12 + (12,3/2) – [0 + 5 + (11,5/2)] = 9.
(150) Il-Kawża C-364/90, L-Italja v Il-Kummissjoni, [1993] Ġabra I-2097, il-para.20.
(151) F'dan il-kuntest, Landkreis Ahrweiler lanqas ma hija żona assistita skont il-mappa tal-għajnuna tal-UE 2007-2013.
(152) Ara l-Kawża C-70/72 Il-Kummissjoni v Il-Ġermanja [1973] Ġabra 00813, il-punt 13.
(153) Ara l-Kawżi Magħqudin C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja v Il-Kummissjoni [1994] Ġabra I-4103, il-punt 75.
(154) Ara l-Kawża C-75/97 Il-Belġju v Il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-030671 il-paragrafi 64-65.
(155) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(156) Skont il-Ġermanja, it-tħassir tal-kumpanija mir-reġistru tal-kummerċ sar fit-22 ta' Mejju 2014.
(157) NG, MSR u CMHN ilhom fil-proċedura ta' likwidazzjoni/insolvenza mill-1 ta' Novembru 2012. Skont il-liġi Ġermaniża, meta tinfetaħ il-proċedura ta' likwidazzjoni/insolvenza, l-objettiv kummerċjali tal-kumpanija jinbidel minn attività sħiħa f'kumpanija implimentattiva pura, li titħassar fuq il-bażi tal-liġi Ġermaniża, iżda diment li l-proċedimenti ta' insolvenza/likwidazzjoni ma jkunux tlestew, il-kumpanija bħala kumpanija implimentattiva trid tuża l-assi sħaħ filwaqt li tirrispetta l-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba.
(158) Il-Kawża C-42-93, Spanja v Il-Kummissjoni (“Merco”), [1994] Ġabra I-4175.
(159) Il-Kawża C-52/84, Il-Kummissjoni v Il-Belġju, [1986] Ġabra p. 89.
(160) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Mejju 2003, Ir-Repubblika Taljana u SIM 2 Multimedia SpA v Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Kawżi Magħquda C-328/99 u C-399/00, Ġabra 2003 I-4035.
(161) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2008, għajnuna mill-Istat N 321/2008, N 322/2008 u N 323/2008 — Il-Greċja — Vente de certains actifs d'Olympic Airlines/Olympic Airways Services; id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2008 għajnuna mill-Istat N 510/2008 — L-Italja — Bejgħ tal-assi tal-Alitalia; id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2012 SA.34547 — Franza — Reprise des actifs du groupe SERNAM dans le cadre de son redressement judiciaire.
(162) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Marzu 2012 fil-Kawża T-123/09, Ryanair Ltd v. Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2012:164.
(163) BAG, Sentenza tad-19 ta' Diċembru 2013 — 6 AZR 790/12; BAG, Sentenza tal-20 ta' Marzu 2003 — 8 AZR 97/02.
(164) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Diċembru 2010 fil-Kawża C-239/09 Seydaland, il-punt 34.
(165) It-test relevanti tal-ewwel abbozz tal-ftehim ta' xiri tal-assi jiddikjara: “l-offerent jaf bil-fatt li bħalissa hemm proċedura ta' investigazzjoni pendenti mill-Kummissjoni Ewropea, li s-suġġett tagħha huma l-ammissibbiltà tal-għajnuna mill-Istat li ngħatat lil Nürburgring u l-irkupru possibbli tal-għajnuna. Il-bejjiegħa huma f'kuntatt regolari mas-servizz relevanti tal-Kummissjoni Ewropea u qed jistinkaw sabiex tinkiseb deċiżjoni formali li tindika li l-Kummissjoni Ewropea ma għandhiex tordna xi rkupru tal-għajnuna mogħtija mingħand ix-xerrej. Huma miftuħin għal diskussjoni kostruttiva max-xerrej dwar kif il-partijiet għandhom jipproċedu fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkustanzi b'rabta mal-bejgħ ta' kwalukwe assi ta' Nürburgring jew kollha kemm huma u perjodu transitorju possibbli sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni finali.”(traduzzjoni mhux uffiċjali)
(166) B'mod partikolari, l-offerta tat-[Tieni Offerent] li l-prezz offrut minnu jkun pagabbli biss malli toħroġ deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tistax tiġi appellata li tiddikjara li l-għajnuna ma tkunx se tiġi rkuprata mingħand ix-xerrej tal-assi. L-offerta tat-[Tielet Offerent] kienet tipprevedi li x-xerrej ikun jista' jirtira mill-bejgħ, anki jekk ikun hemm deċiżjoni tal-Kummissjoni, bid-diskrezzjoni tiegħu stess.
(167) Il-parti rispettiva tal-ittra tas-17 ta' Diċembru 2013 tgħid kif ġej: “Għall-fini ta' ċarezza, fil-prinċipju, l-offerti li jidħlu wara l-iskadenza se jiġu kkunsidrati wkoll diment li t-termini tal-offerta jikkwalifikaw għall-ipproċessar ulterjuri. Kull żvantaġġ ikkaġunat mill-estensjoni mhuwiex se jiġi kkumpensat u se jkollu jiġġarrab kollu kemm hu mill-investitur. Jekk jogħġbok kun af li l-bejjiegħa jistgħu jagħżlu l-partijiet li se jikkwalifikaw għall-ipproċessar ulterjuri ftit wara li tgħaddi l-iskadenza l-ġdida.” (Traduzzjoni mhux uffiċjali)
(168) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140 30.4.2004, p. 1).
(169) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 82 25.3.2008, p. 1).
|
10.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/68 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/152
tal-1 ta' Ottubru 2014
dwar l-għajnuna mill-Istat SA 27339 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta' Zweibrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport
(notifikata bid-dokument numru C(2014) 5063)
(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) iċċitati hawn fuq (2) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
F'mistoqsija parlamentari ta' Diċembru 2008, il-MPE Hiltrud Breyer qajmet il-kwistjoni tal-finanzjament pubbliku tal-Ajruport ta' Zweibrücken (3). Hija allegat li fil-perjodu 2005-2006, il-Land Rhineland-Palatinate (“Land”) iffinanzja l-Flugplatz GmbH Aeroville Zweibrücken (“FGAZ”) b'somma ta' EUR 2,4 miljun, li, min-naħa tagħha, l-FGAZ użatha sabiex tiffinanzja l-kumpanija sussidjarja 100 % tagħha, il-Flughafen Zweibrücken GmbH (“FZG”). Hija allegat ukoll li matul l-istess perjodu, ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni li saru fl-ajruport, bi spiża ta' EUR 6,96 miljun, kienu ffinanzjati kompletament mil-Land. |
|
(2) |
Il-mistoqsija parlamentari kienet imwieġba mill-Kummissarju Tajani nhar is-6 ta' Jannar 2009. Barra minn hekk, hija kienet irreġistrata bħala lment taħt CP 5/2009. Fit-22 ta' Jannar 2009, fl-24 ta' Settembru 2010 u fil-15 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mill-Ġermanja, li hija pprovdiet permezz ta' ittri datati t-23 ta' Marzu 2009, is-27 ta' Jannar 2011 u d-19 ta' Mejju 2011. |
|
(3) |
Fit-8 ta' April 2008, il-Kummissjoni talbet ukoll aktar informazzjoni mil-linja tal-ajru Ryanair, li ġiet ipprovduta fil-15 ta' Lulju 2011. Fit-18 ta' Awwissu 2011 ġiet ippreżentata traduzzjoni bil-Ġermaniż tas-sottomissjoni ta' Ryanair u fis-26 ta' Settembru 2011 il-Ġermanja ddikjarat li, f'dak iż-żmien, hija ma kellhiex il-ħsieb li tikkummenta dwar is-sottomissjoni ta' Ryanair. |
|
(4) |
Permezz ta' ittra datata t-22 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja li hija ddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) fir-rigward tal-finanzjament pubbliku tal-operatur tal-Ajruport ta' Zweibrücken u l-inċentivi favur il-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport. |
|
(5) |
Permezz ta' ittra datata l-24 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni wara d-deċiżjoni tal-ftuħ. Il-Ġermanja bagħtet il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ fl-4 ta' Mejju 2012 u wieġbet għat-talba tal-Kummissjoni għal aktar informazzjoni fis-16 ta' April 2012. |
|
(6) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-allegata għajnuna. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand erba' partijiet interessati, jiġifieri Ryanair, Airport Marketing Services (“AMS”), Germanwings u TUIFly. Hija bagħtet dawn il-kummenti lill-Ġermanja, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi fi żmien xahar; il-kummenti tal-Ġermanja waslu permezz ta' ittra data tas-26 ta' Ottubru 2012. |
|
(8) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet aktar kummenti mingħand Ryanair fl-20 ta' Diċembru 2013, fis-17 ta' Jannar 2014 u fil-31 ta' Jannar 2014. Dawk is-sottomissjonijiet intbagħtu lill-Ġermanja, li ma xtaqitx tikkummenta dwarhom. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni permezz ta' ittri datati s-6 ta' Novembru 2013, l-14 ta' Marzu 2014 u t-2 ta' April 2014. Il-Ġermanja wieġbet għat-talbiet tal-Kummissjoni għal aktar informazzjoni fis-16 ta' Diċembru 2013, fil-15 ta' Jannar 2014, fil-5 ta' April 2014, fil-15 ta' April 2014, fl-24 ta' April 2014, fil-11 ta' Ġunju 2014 u fis-27 ta' Ġunju 2014. |
|
(10) |
Permezz ta' ittra datata l-25 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja bl-adozzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 (5) fl-20 ta' Frar 2014, dwar il-fatt li dawk il-linji gwida jsiru applikabbli għall-każ inkwistjoni mill-mument tal-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u tat lill-Ġermanja l-opportunità li tikkummenta dwar il-linji gwida u l-applikazzjoni tagħhom fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali. |
|
(11) |
Permezz ta' ittri datati l-24 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni għarrfet ukoll lill-partijiet terzi dwar l-adozzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 fl-20 ta' Frar 2014, dwar il-fatt li dawk il-linji gwida jsiru applikabbli għall-każ inkwistjoni mill-mument tal-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u tat lill-partijiet terzi l-opportunità li jikkummentaw dwar dawk il-linji gwida u l-applikazzjoni tagħhom fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali. |
|
(12) |
Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-4 ta' April 2014. Huma ħadu post il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-1994 (6) kif ukoll il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 (7). |
|
(13) |
Fil-15 ta' April 2014 ġie ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li stieden lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 f'dan il-każ fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni (8). |
|
(14) |
Fit-8 ta' Mejju 2014 waslu kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 mingħand il-Ġermanja. Il-Ġermanja qablet mal-applikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 f'dan il-każ. Il-partijiet terzi ma bagħtux kummenti. |
|
(15) |
Permezz ta' ittra datata s-17 ta' Lulju 2014, il-Ġermanja qablet b'mod eċċezzjonali li tirrinunzja d-drittijiet tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 342 tat-Trattat flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament 1/1958 (9) u li jkollha din id-Deċiżjoni adottata u nnotifikata skont l-Artikolu 297 tat-Trattat bl-Ingliż. |
2. SFOND GĦALL-INVESTIGAZZJONI U KUNTEST TAL-MIŻURI
2.1. L-ISTORJA U L-IŻVILUPP TAL-AJRUPORT TA' ZWEIBRÜCKEN
|
(16) |
L-Ajruport ta' Zweibrücken kien mitjar militari sal-1991, meta mbagħad ġie abbandunat mill-forzi militari tal-Istati Uniti. Mill-1992 sal-1999, il-mitjar kien soġġett għal proġett ta' konverżjoni kofinanzjat mill-Unjoni (10). Il-finanzjament tal-Unjoni ntuża sabiex irendi l-mitjar disponibbli għall-avjazzjoni ċivili, u l-miżuri meħtieġa kienu jinkludu l-eradikazzjoni tal-ostakoli, l-immodernizzar u l-installazzjoni ta' torri u t-tnixxija tar-runway. L-investituri privati tal-proġett ipprevedew ukoll il-ħolqien sussegwenti ta' park kummerċjali, park multimedjali u installazzjonijiet ta' divertiment. |
|
(17) |
Mis-sena 2000 sal-2006, b'mod ġenerali, il-mitjar ma ntużax għall-avjazzjoni kummerċjali. Huwa kien jintuża minn ajruplani militari, ajruplani privati, titjiriet ta' divertiment u titjiriet kummerċjali okkażjonali biss. Il-maġġoranza tal-passiġġieri li kienu jtiru minn u lejn l-Ajruport ta' Zweibrücken kienu ttrasportati permezz ta' titjiriet militari, filwaqt li l-bqija kienu jużaw ajruplani privati tal-kumpaniji jew titjiriet taxi. Kwalunkwe tentattivi li saru sabiex jiġu attirati operaturi kummerċjali fallew. Parti mir-raġuni kienet l-eżistenza ta' żona ta' taħriġ ta' ġlied fl-ajru (POLYGONE) tan-NATO, li rrestrinġiet severament il-kapaċità tal-operaturi ċivili li jaslu jew jitilqu minn Zweibrücken matul is-sigħat operatorji taż-żona ta' taħriġ. |
|
(18) |
Kien biss wara l-istabbiliment ta' żona ta' kontroll (CTR Zweibrücken), li tirregola l-użu tal-ispazju tal-ajru minn inġenji tal-ajru ċivili u militari, li seta' jiġi attirat operatur kummerċjali. It-traffiku kummerċjali b'titjiriet skedati u charter beda bit-titjira inawgurali ta' Germanwings lejn Berlin fil-15 ta' Settembru 2006. L-operatur charter TUIFly beda l-operazzjonijiet tiegħu fit-30 ta' Marzu 2007. Ryanair operat l-unika rotta tagħha minn Zweibrücken (lejn Londra Stansted) fil-perjodu bejn it-28 ta' Ottubru 2008 u t-22 ta' Settembru 2009, iżda minn hemm 'il quddiem temmet is-servizzi tagħha fl-ajruport ta' Zweibrücken. |
|
(19) |
Bħalissa, il-kapaċità annwali tal-Ajruport ta' Zweibrücken hija ta' madwar 700 000 passiġġier, iżda tista' tilħaq sa miljun passiġġier fid-dawl tal-kapaċità tar-runway u taż-żoni tal-immaniġġjar. |
|
(20) |
It-Tabella 1 tindika l-iżvilupp tal-Ajruport ta' Zweibrücken f'termini tal-għadd ta' passiġġieri u l-movimenti tal-inġenji tal-ajru mill-2006 sal-2012. Tabella 1 Għadd ta' Passiġġieri matul il-perjodu mill-2006 sal-2012 (11)
|
2.2. SITWAZZJONI ĠEOGRAFIKA TAL-AJRUPORT TA' ZWEIBRÜCKEN
|
(21) |
L-Ajruport ta' Zweibrücken jinsab 4 km lejn ix-xlokk tal-Belt ta' Zweibrücken fil-Land Ġermaniż ta' Rhineland-Palatinate. L-eqreb (12) ajruporti oħrajn huma:
|
|
(22) |
Skont l-istudju pprovdut minn “Desel Consulting” u l-“Airport Research GmbH” fl-2009 (13), bħala medja, madwar 15 % tal-passiġġieri fis-sena joriġinaw minn Stati Membri oħrajn (il-Lussemburgu u Franza). Il-bqija tal-passiġġieri joriġinaw mill-Ġermanja stess, l-aktar mir-reġjun tal-Kreis (distrett) fix-xlokk ta' Saarpfalz, mill-Belt ta' Saarbrücken, mill-Belt ta' Saarlouis u mir-reġjun ta' Saarpfalz-Kreis. |
2.3. STRUTTURA LEGALI U EKONOMIKA TAL-AJRUPORT TA' ZWEIBRÜCKEN
|
(23) |
L-Ajruport ta' Zweibrücken huwa proprjetà ta' FZG u operat minnha. FZG hija kumpanija sussidjarja 100 % ta' FGAZ, li magħha hija kkonkludiet ftehim dwar it-trasferiment tal-profitt u tat-telf (“Ftehim P&L”). Il-Ftehim P&L jiżgura li t-telf kollu ta' FZG jiġi kopert minn FGAZ u l-profitti kollha jiġu ttrasferiti lil FGAZ. |
|
(24) |
Min-naħa tagħha, FGAZ hija fi proprjetà kondiviża. Il-Land Rhineland-Palatinate għandu 50 % tal-ishma, filwaqt li l-50 % li jifdal huma proprjetà ta' Zweckverband Entwicklungsgebiet Flugplatz Zweibrücken (“ZEF”), assoċjazzjoni ta' entitajiet territorjali pubbliċi f'Rhineland-Palatinate. Il-proprjetarji pubbliċi ta' FGAZ ikopru l-ħtiġijiet tal-iffinanzjar tagħha billi jipprovdu injezzjonijiet ta' kapital annwali. Skont il-Ġermanja, FGAZ innifisha ma twettaq ebda attività relatata mal-avjazzjoni. Sa fejn hija kkonċernata l-avjazzjoni, FGAZ sempliċiment tgħaddi l-finanzjament pubbliku lil FZG. Madankollu, FGAZ twettaq xi attivitajiet relatati mal-kummerċjalizzazzjonijiet ta' rqajja' tal-art fil-qrib tal-ajruport. |
3. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI U R-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA
|
(25) |
Il-Kummissjoni investigat bosta miżuri li jinvolvu lill-Ajruport ta' Zweibrücken. Il-Kummissjoni evalwat jekk dawk il-miżuri kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u jekk tali għajnuna mill-Istat tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. |
|
(26) |
Il-miżuri li ġejjin kienu investigati bħala li potenzjalment jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil FGAZ u FZG:
|
|
(27) |
Il-miżuri li ġejjin ġew investigati bħala li potenzjalment jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil-linji tal-ajru li joperaw minn Zweibrücken:
|
3.1. FINANZJAMENT PUBBLIKU MIL-LAND RHINELAND-PALATINATE U MINN ZEF GĦALL-AJRUPORT TA' ZWEIBRÜCKEN
3.1.1. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
|
(28) |
Il-finanzjament pubbliku tal-Ajruport ta' Zweibrücken sar f'żewġ forom differenti. L-ewwel nett, il-Land Rhineland-Palatinate u ZEF appoġġjaw l-investimenti infrastrutturali speċifiċi ta' FZG b'għotjiet diretti. It-tieni nett, kull sena, il-proprjetarji ta' FGAZ injettaw kapital f'FGAZ. L-għan ta' dawn l-injezzjonijiet ta' kapital, li jkopru t-telf proprju ta' FGAZ, huwa li jippermettu lil FGAZ tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-Ftehim P&L, li jistabbilixxi li FGAZ trid tkopri t-telf ta' FZG. |
|
(29) |
L-għotjiet diretti li appoġġjaw l-investimenti infrastrutturali speċifiċi li saru bejn is-sena 2000 u l-2005 u bejn l-2006 u l-2009 huma elenkati fit-Tabella 2 u fit-Tabella 3. Tabella 2 Investimenti Infrastrutturali matul il-perjodu 2000-2005
Tabella 3 Investimenti Infrastrutturali matul il-perjodu 2006-2009
|
|
(30) |
L-ammont ta' investiment totali bejn is-sena 2000 u l-2009 kien jammonta għal EUR 27 987 281, filwaqt li l-ammont totali ta' għotjiet mil-Land kien jammonta għal EUR 21 588 534. L-akbar investimenti uniċi kienu l-estensjoni tar-runway fl-2001/2003 (EUR […]), l-immodernizzar tat-terminal fl-2006 (EUR […]) u l-immodernizzar tar-runway fl-2008/2009 (EUR […]). |
|
(31) |
Sa fejn huma kkonċernati l-injezzjonijiet ta' kapital mil-Land Rhineland-Palatinate/ZEF f'FGAZ u l-kopertura tat-telf ta' FZG minn FGAZ, it-Tabella 4 tipprovdi d-dejta rilevanti. |
|
(32) |
Għalhekk, ta' min jinnota li filwaqt li l-Land u ZEF it-tnejn kellhom 50 % tal-ishma f'FGAZ bejn is-sena 2000 u l-2009 u, fil-prinċipju, ipprovdew partijiet ugwali tal-injezzjonijiet ta' kapital, fir-realtà, il-Land issussidja s-sehem ta' ZEF. Sal-aħħar tal-2005, il-Land kopra wkoll, minbarra s-sehem tiegħu ta' 50 % tal-injezzjonijiet ta' kapital meħtieġa, 90 % tas-sehem ta' ZEF. Wara, il-Land naqqas il-perċentwal imsemmi l-aħħar, l-ewwel għal 80 % fl-2006 u mbagħad għal 60 % mill-2007 'il quddiem. B'konsegwenza ta' dan, il-Land kopra bejn 95 % (sal-2005) u 80 % (mill-2007 'il quddiem) tat-telf annwali ta' FGAZ. Tabella 4 Injezzjonijiet ta' Kapital u Riżultati tal-Attivitajiet Kummerċjali
|
3.1.2. RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(33) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ tagħmel distinzjoni bejn il-finanzjament pubbliku tal-investimenti fl-infrastruttura tal-Ajruport ta' Zweibrücken u l-finanzjament pubbliku tal-ispejjeż operatorji tiegħu. |
3.1.2.1. Investimenti infrastrutturali
Eżistenza tal-għajnuna
|
(34) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat inizjalment li, fir-rigward tal-investimenti fl-infrastruttura tal-ajruport, FZG hija intrapriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Hija fakkret li fis-sentenza ta' Leipzig/Halle (14), il-Qorti Ġenerali kkonfermat li entità li tibni u topera infrastruttura tal-ajruport waqt li timponi ħlas fuq l-utenti qiegħda twettaq attività ekonomika. L-unika eċċezzjoni tkun ċerti attivitajiet li jistgħu jikkwalifikaw bħala eżerċizzju tas-setgħa pubblika; dawk l-attivitajiet jikkwalifikaw bħala mhux ekonomiċi fin-natura tagħhom u, għalhekk, mhumiex soġġetti għal regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Id-deċiżjoni tal-ftuħ talbet ukoll lill-Ġermanja sabiex tippreżenta aktar informazzjoni dwar liema attivitajiet jistgħu jikkwalifikaw bħala mhux ekonomiċi fin-natura tagħhom. |
|
(35) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat ukoll li FGAZ ma wettqet ebda attività relatata mal-ajruport hija stess, iżda sempliċiment għaddiet il-finanzjament pubbliku li rċeviet lil FZG. Madankollu, hija nnotat li FGAZ wettqet xi attivitajiet ekonomiċi fir-rigward ta' rqajja' tal-art li jinsabu qrib l-ajruport. Minħabba dawk l-attivitajiet, id-deċiżjoni tal-ftuħ kienet tal-fehma li FGAZ kienet tikkostitwixxi wkoll intrapriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(36) |
Fid-dawl tal-fatt li l-għotjiet diretti għall-proġetti ta' investiment kienu ffinanzjati mill-baġit tal-Land u li l-injezzjonijiet ta' kapital favur FGAZ (u fl-aħħar mill-aħħar FZG) oriġinaw mill-baġit pubbliku tal-Land u ta' ZEF, id-deċiżjoni tal-ftuħ ikkonkludiet li l-miżuri kienu ffinanzjati permezz ta' riżorsi pubbliċi. |
|
(37) |
Fir-rigward tal-mistoqsija dwar jekk FGAZ u FZG ingħatawx vantaġġ, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li l-finanzjament pubbliku ma jikkostitwixxi ebda vantaġġ fejn il-korp pubbliku li ta l-finanzjament aġixxa bħala Operatur tal-Ekonomija tas-Suq (“OES”). Id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat li l-Ġermanja ma ppreżentat ebda evidenza li, fl-għoti tal-finanzjament pubbliku, hija aġixxiet bħala OES. Minflok, kien evidenti li, kuntrarju għal investitur privat, fl-għoti tal-finanzjament, l-awtoritajiet pubbliċi kellhom f'moħħhom kunsiderazzjonijiet ta' politika soċjali u reġjonali. Għalhekk, minħabba li ma setax jiġi konkluż li l-awtoritajiet pubbliċi aġixxew bħala OES, id-deċiżjoni tal-ftuħ waslet għall-konklużjoni preliminari li l-finanzjament pubbliku pprovda vantaġġ lil FGAZ/FZG. |
|
(38) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ imbagħad innotat li l-finanzjament pubbliku ngħata biss lil FGAZ/FZG, li allura kien ifisser li kien selettiv fin-natura tiegħu. |
|
(39) |
Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tal-ftuħ spjegat li minħabba li kien hemm żieda fil-kompetizzjoni bejn l-ajruporti reġjonali, kwalunkwe vantaġġ mogħti lill-Ajruport ta' Zweibrücken seta' jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. Hija rreferiet b'mod partikolari għall-Ajruport ta' Saarbrücken, li jinsab biss 39 kilometru bit-triq bogħod mill-Ajruport ta' Zweibrücken. Filwaqt li nnotat ukoll il-previżjonijiet tal-iżvilupp tat-traffiku għall-Ajruport ta' Zweibrücken, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat ukoll li l-vantaġġ probabbilment ikollu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(40) |
Bħala konklużjoni, id-deċiżjoni tal-ftuħ sabet li, ladarba l-elementi meħtieġa kollha ġew issodisfati, il-finanzjament pubbliku tal-investimenti infrastrutturali fl-Ajruport ta' Zweibrücken kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
Kompatibbiltà
|
(41) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 jipprovdu l-qafas li fl-isfond tiegħu tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-finanzjament pubbliku tal-investimenti infrastrutturali. Huma jistabbilixxu għadd ta' kriterji, li l-Kummissjoni għandha tieħu f'kunsiderazzjoni għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. Skont il-punt 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, tali finanzjament pubbliku jkun kompatibbli meta:
|
|
(42) |
Barra minn hekk, sabiex tkun kompatibbli, l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti — bħal kwalunkwe miżura oħra ta' għajnuna mill-Istat — għandu jkollha effett ta' inċentiv u tkun neċessarja u proporzjonali għall-objettiv leġittimu segwit. |
|
(43) |
Fir-rigward tal-mistoqsija dwar jekk il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura jissodisfawx objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar, id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat li l-Ajruport ta' Zweibrücken iservi biex itejjeb l-aċċessibbiltà tal-parti tal-Land Rhineland-Palatinate fejn huwa jinsab. Barra minn hekk, hija fakkret fl-affermazzjoni tal-Ġermanja li l-Ajruport jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun. Madankollu, id-deċiżjoni tal-ftuħ fakkret ukoll li l-ajruport beda jipprovdi s-servizzi tal-avjazzjoni kummerċjali tiegħu mhux qabel l-2006 u li, ajruporti oħrajn, speċjalment l-Ajruport ta' Saarbrücken, jinsabu fil-qrib tiegħu u jipprovdu konnettività mar-reġjun. Abbażi tas-sejba msemmija l-aħħar, id-deċiżjoni tal-ftuħ esprimiet dubji dwar jekk il-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura ta' Zweibrücken serviex objettiv ta' interess komuni jew sempliċiment jirduppjax l-infrastruttura diġà disponibbli fir-reġjun. |
|
(44) |
Fir-rigward tan-neċessità u l-proporzjonalità tal-infrastruttura, il-Ġermanja sostniet li saru biss dawk l-investimenti li kienu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-Ajruport mal-istandards tas-sigurtà kollha rilevanti. Madankollu, id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat li l-Ajruport ta' Zweibrücken kien jinsab tant qrib l-Ajruport ta' Saarbrücken li kellu jitqies bħala li huwa f'kompetizzjoni miegħu. Hemm ajruporti oħrajn li jistgħu jkunu wkoll f'kompetizzjoni diretta mal-Ajruport ta' Zweibrücken, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasportazzjoni tal-merkanzija jew tal-ivvjaġġar għal skop ta' divertiment. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, id-deċiżjoni tal-ftuħ esprimiet dubji dwar jekk l-infrastruttura fi Zweibrücken kinitx meħtieġa u proporzjonata fir-rigward tal-objettiv imsemmi. |
|
(45) |
Fir-rigward tal-prospetti tal-infrastruttura, id-deċiżjoni tal-ftuħ fakkret fl-affermazzjoni tal-Ġermanja li l-għadd ta' passiġġieri kien mistenni jiżdied għal madwar 335 000 fl-2015 u possibbilment għal aktar minn 1 000 000 sal-2025. Il-Ġermanja sostniet ukoll li hija kienet qed tistenna li l-Ajruport ta' Zweibrücken isir profittabbli sal-2015. Madankollu, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li l-Ajruport ta' Zweibrücken kien iġġenera telf dejjem ikbar sa mill-bidu tal-avjazzjoni kummerċjali fl-2006, li jqajjem dubju dwar il-kapaċità tal-Ajruport li jiġġenera profitti fil-ġejjieni. Dawn id-dubji huma riaffermati mill-qrubija tal-Ajruport ta' Saarbrücken, li jista' jkun f'kompetizzjoni ma' dak ta' Zweibrücken għall-istess passiġġieri. Fid-dawl ta' dan, id-deċiżjoni tal-ftuħ esprimiet dubji dwar il-prospetti fuq perjodu ta' żmien medju għall-użu tal-infrastruttura tal-ajruport. |
|
(46) |
Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tal-ftuħ esprimiet dubji dwar jekk l-utenti potenzjali kollha kellhomx aċċess għall-infrastruttura b'mod ugwali u mhux diskriminatorju. Hija qajmet ukoll il-mistoqsija dwar jekk l-iżvilupp tal-kummerċ kienx ser jiġi affettwat b'mod li jmur kontra l-interess tal-Unjoni, notevolment fid-dawl tal-qrubija tiegħu għall-Ajruport ta' Saarbrücken. |
3.1.2.2. Għajnuna operatorja
Eżistenza tal-għajnuna
|
(47) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ l-ewwel fakkret fil-konklużjoni preċedenti tagħha li kemm FGAZ kif ukoll FZG huma intrapriżi għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Hija fakkret ukoll li billi l-injezzjonijiet ta' kapital oriġinaw direttament mill-awtoritajiet pubbliċi, huma jikkostitwixxu trasferiment ta' riżorsi tal-Istat u huma imputabbli lill-Istat. Meta wieħed iqis ukoll li l-għajnuna operatorja teħles lill-benefiċjarju minn parti min-nefqa konnessa man-negozju tiegħu, l-injezzjonijiet ta' kapital taw lil FGAZ u FZG vantaġġ ekonomiku li huma qatt ma setgħu jiksbu taħt kundizzjonijiet tas-suq normali. Fl-aħħar nett, hija fakkret li l-għajnuna operatorja tista' twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri bl-istess mod kif jagħmel il-finanzjament pubbliku tal-investimenti infrastrutturali. Hija kkonkludiet li l-għajnuna operatorja fil-forma ta' injezzjonijiet ta' kapital għall-benefiċċju ta' FGAZ u FZG kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
Kompatibbiltà — Deċiżjoni dwar is-SIEĠ
|
(48) |
Il-Ġermanja sostniet li l-Ajruport ta' Zweibrücken kien fdat sabiex jipprovdi servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (“SIEĠ”) u li l-għajnuna operatorja kienet eżentata minn notifika u kienet kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 (15). Wara li osservat li l-Ajruport ta' Zweibrücken serva inqas minn 1 000 000 passiġġier fis-sena u, għalhekk, kien konformi mal-kundizzjoni tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005, id-deċiżjoni tal-ftuħ esprimiet dubji dwar jekk l-operat tal-Ajruport kienx jikkostitwixxi SIEĠ. |
|
(49) |
B'mod aktar partikolari, id-deċiżjoni tal-ftuħ irrifjutat l-argument tal-Ġermanja li kontribut għall-iżvilupp ekonomiku u reġjonali tar-reġjun kien biżżejjed sabiex l-operat sħiħ tal-ajruport jiġi kklassifikat bħala SIEĠ. Id-deċiżjoni tal-ftuħ enfasizzat li r-reġjun kien diġà servut sewwa minn ajruporti oħrajn u li, għalhekk, ma kienx evidenti għaliex jeħtieġ li l-Ajruport ta' Zweibrücken jiġi fdat b'SIEĠ sabiex jipprovdi servizzi fl-ajruport. |
|
(50) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ spjegat ukoll li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ma kienx ċar jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 ġewx issodisfati. L-obbligu ġenerali tal-operat tal-ajruport, inkluż fil-paragrafu 45 tal-Luftverkehrs-Zulassungs-Ordnung (ir-Regolament dwar il-Ħruġ ta' Liċenzji għat-Traffiku tal-Ajru, “LuftVZO”), ma ssodisfax il-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 u, fi kwalunkwe każ, dan l-obbligu jisfaxxa li kieku jiġi deċiż li jingħalaq l-ajruport. Ġie osservat ukoll li minħabba d-dejta nieqsa, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta l-konformità mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005. |
|
(51) |
Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li, minħabba li d-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012 (16) eżentat biss l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti b'inqas minn 200 000 passiġġier min-notifika, kwalunkwe għajnuna lill-Ajruport ta' Zweibrücken tkun trid tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni għall-perjodu mill-31 ta' Jannar 2014 'il quddiem, anki jekk din titqies bħala li tikkonforma mad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005. |
Kompatibbiltà — Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005
|
(52) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ fakkret li l-għajnuna operatorja ġeneralment ma tkunx kompatibbli mas-suq intern u li hija tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli biss b'mod eċċezzjonali taħt kundizzjonijiet stretti. Skont il-punt 27 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, l-għajnuna operatorja tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli biss għall-ajruporti li jinsabu fl-aktar reġjuni żvantaġġjati tal-Unjoni, jiġifieri, dawk li jaqgħu taħt l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat, kif ukoll fl-aktar reġjuni remoti u fiż-żoni skarsament popolati. Hija osservat li l-Ajruport ta' Zweibrücken ma kienx jinsab f'xi waħda minn dawk iż-żoni, għalhekk, l-għajnuna ma setgħetx titqies bħala kompatibbli skont il-punt 27 tal-linji gwida. |
|
(53) |
Fir-rigward tal-possibbiltà tad-dikjarazzjoni tal-għajnuna operatorja bħala kompatibbli skont it-Taqsima 4.2 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, id-deċiżjoni tal-ftuħ irrimarkat li l-kriterji tal-kompatibbiltà f'dik it-taqsima huma simili għal dawk elenkati fid-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005. Billi l-Kummissjoni kienet waslet għall-konklużjoni preliminari li l-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 ma ġewx issodisfati, hija waslet għall-istess konklużjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. |
|
(54) |
Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat ukoll li, mill-31 ta' Jannar 2012, ir-regoli inklużi fit-Taqsima 4.2 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 huma supplimentati mid-dispożizzjonijiet tal-Qafas dwar is-SIEĠ tal-2012 (17). Dan ifisser li kwalunkwe finanzjament pubbliku li huwa kopert mid-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005, iżda mhux mid-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2012, mill-31 ta' Jannar 2014 'il quddiem, jissodisfa kemm ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 4.2 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Qafas dwar is-SIEĠ tal-2012. |
Kompatibbiltà — Il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar
|
(55) |
Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tal-ftuħ ikkummentat dwar il-kompatibbiltà possibbli tal-injezzjonijiet ta' kapital skont il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar (18). Hija osservat li minħabba li l-ajruport beda l-operat kummerċjali tiegħu mhux qabel l-2006, huwa seta' jitqies bħala li jikkostitwixxi “impriża ġdida” fis-sens tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, għaldaqstant l-applikazzjoni tagħhom ġiet eskluża. Hija nnotat ukoll li ma kien ippreżentat ebda pjan ta' ristrutturar li abbażi tiegħu setgħet tingħata l-għajnuna. |
|
(56) |
Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, kien konkluż li l-għajnuna operatorja lil FZG/FGAZ ma setgħetx tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq intern. |
3.2. GĦAJNUNA POTENZJALI B'KONNESSJONI MA' SELF BANKARJU U L-PARTEĊIPAZZJONI FIL-ĠABRA KOMUNI INTERNA TAL-FLUS TAL-LAND RHINELAND-PALATINATE
3.2.1. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
|
(57) |
Fl-20 ta' Ottubru 2009, l-FZG kisbet self ta' […] miljun mingħand Sparkasse Südwestpfalz. Ir-rata tal-imgħax kienet iffissata għal 2,05 % fis-sena sal-15 ta' Ottubru 2012 u wara l-partijiet setgħu jerġgħu jinnegozjaw il-kundizzjonijiet. Il-Land Rhineland-Palatinate ta lil FZG garanzija ta' 100 % tas-self, mingħajr ma talab xi rimunerazzjoni jew kollateral bħala ħlas lura. |
|
(58) |
Mis-26 ta' Frar 2003, FGAZ kienet intitolata wkoll li tipparteċipa f'“fond komuni ta' flus” (jiġifieri, fond komuni ta' finanzjament) stabbilit mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Land Rhineland-Palatinate. Il-fond komuni ta' flus huwa mekkaniżmu ta' rifinanzjament miftuħ għall-impriżi li fihom il-Land għandu mill-inqas 50 % tal-ishma. |
|
(59) |
L-ammont ta' self massimu li setgħet tieħu FGAZ mill-fond komuni ta' flus kien iffissat għal EUR 3,5 miljun mis-16 ta' Jannar 2009 'il quddiem u żdied għal EUR 6 miljun fl-1 ta' Ottubru 2009. FGAZ ma għandhiex bżonn tipprovdi kollateral, ir-rati tal-imgħax huma ffissati f'rata fuq self b'avviż ta' jum u s-self jitħallas lura kull meta FGAZ ikollha likwidità disponibbli. |
|
(60) |
Il-Ġermanja spjegat li l-ġabra komuni ta' flus tiffunzjona hekk: FGAZ titlob fondi mill-fond komuni ta' flus sabiex tiżgura l-likwidità tagħha u l-Land jipprovdi dawk il-fondi mill-fond komuni ta' flus. Ir-rati tal-imgħax imposti huma rati fuq self b'avviż ta' jum ibbażati fis-suq. Jekk il-bilanċ tal-fond komuni ta' flus ikun negattiv, il-Land jerġa' jfornih billi jieħu self fis-suq f'ismu stess. Il-Ġermanja spjegat ukoll li l-Land essenzjalment jgħaddi l-kundizzjonijiet li jikseb fis-suq tal-kapital lill-parteċipanti fil-fond komuni ta' flus, biex b'hekk jippermetti lill-parteċipanti — l-impriżi li fihom il-Land għandu maġġoranza tal-ishma — jiffinanzjaw lilhom infushom mill-ġdid taħt l-istess kundizzjonijiet bħal-Land innifsu. |
|
(61) |
Il-Ġermanja sostniet li, sa Mejju 2006, il-bilanċ ta' FGAZ mal-fond komuni ta' flus kien dejjem pożittiv u kien biss minn hemm 'il quddiem li beda jkun negattiv. Il-Ġermanja pprovdiet id-dejta stabbilita fit-Tabella 5 dwar il-bilanċ ta' FGAZ mal-ġabra komuni ta' flus bejn l-2006 u l-2009. Tabella 5 Bilanċ ta' FGAZ mal-fond komuni ta' flus bejn l-2006 u l-2009
|
3.2.2. RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
3.2.2.1. Eżistenza tal-għajnuna
|
(62) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ l-ewwel iddikjarat li FZG u FGAZ jikkostitwixxu impriżi għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Hija mbagħad osservat li kien jidher ċar li l-garanzija u l-fond komuni ta' flus kienu imputabbli lill-Istat u li ngħataw minn riżorsi pubbliċi. Madankollu, fir-rigward tas-self innifsu, id-deċiżjoni tal-ftuħ talbet għal aktar informazzjoni mill-Ġermanja dwar il-mistoqsija ta' jekk l-għoti tas-self minn Sparkasse Südwestpfalz, bank pubbliku, kienx imputabbli lill-Istat. |
|
(63) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ applikat it-test tal-OES sabiex tiddetermina jekk is-self, il-garanzija jew il-fond komuni ta' flus ipprovdewx vantaġġ lil FZG/FGAZ. Hija nnotat li, fir-rigward tas-self u tal-fond komuni ta' flus, kellha tivvaluta jekk dawn it-tnejn kinux konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rata ta' Referenza tal-2008 (19). Minħabba li ma ġiet ipprovduta ebda informazzjoni dwar ir-rata ta' mgħax referenzjali rilevanti, il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja biex tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tkun tista' tivaluta jekk is-self u l-fond komuni ta' flus kinux konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rata ta' Referenza tal-2008. |
|
(64) |
Fir-rigward tal-garanzija mogħtija mil-Land Rhineland-Palatinate, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li jekk il-garanzija kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat jew le kellu jiġi vvalutat skont l-Avviż ta' Garanzija (20). Fid-dawl tal-fatt li ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli, id-deċiżjoni tal-ftuħ talbet lill-Ġermanja biex tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tkun tista' tiġi evalwata l-garanzija skont l-Avviż tal-Garanzija. |
|
(65) |
Imbagħad, wara li kien ikkunsidrat li s-self, il-garanzija u l-fond komuni ta' flus kienu disponibbli biss għal FGAZ/FZG, id-deċiżjoni tal-ftuħ sabet li dawn kienu selettivi. Hija kkunsidrat ukoll li — kif kien il-każ fir-rigward tal-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura u l-għajnuna operatorja — ma setax jiġi eskluż li s-self, il-garanzija u l-fond komuni ta' flus fixklu l-kompetizzjoni. |
|
(66) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, id-deċiżjoni tal-ftuħ b'hekk ikkonkludiet li s-self, il-garanzija pubblika u l-fond komuni ta' flus kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-kompatibbiltà possibbli ta' dawk il-miżuri ma ġietx ivvalutata. |
3.3. SKONTIJIET FUQ IT-TARIFFI TAL-AJRUPORT GĦAL RYANAIR, GERMANWINGS U TUIFly
3.3.1. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
|
(67) |
L-iskeda tat-tariffi ppreżentata mill-Ġermanja daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2005. Skont dik l-iskeda, it-tariffi tal-inżul jiġu ddeterminati b'referenza għall-piż massimu għat-tlugħ (maximum take-off weight — “MTOW”) u l-għadd ta' passiġġieri abbord. Madankollu, għal titjiriet skedati b'aktar minn 50 passiġġier, hija prevista somma f'daqqa ta' EUR 6 għal kull passiġġier. Dik is-somma f'daqqa tkopri t-tariffi kollha tal-ajruport, inkluża t-tariffa tas-sigurtà ta' EUR 3,58. |
|
(68) |
Huma disponibbli serje ta' skontijiet meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet:
|
3.3.1.1. Tariffi mħallsin minn Germanwings
|
(69) |
F'Awwissu/Settembru 2006, Germanwings u FZG kkonkludew ftehim rigward l-istabbiliment tar-rotta Zweibrücken — Berlin Schönefeld, li bdiet topera f'Settembru 2006. Dak il-kuntratt ippreveda tariffi ta' EUR […] għal kull passiġġier, li jkopru tariffi tal-inżul, tal-parkeġġ, tal-passiġġieri u tas-sigurtà. It-tariffi kienu skontati b'[…] għall-ewwel sena tal-operat. Mis-16 ta' Settembru 2007 'il quddiem, Germanwings ħallset EUR […] għal kull passiġġier, filwaqt li mill-1 ta' Jannar 2008 'il quddiem dak il-ħlas tnaqqas għal EUR […] għal kull passiġġier. Fid-9 ta' Jannar 2011, Germanwings temmet is-servizz tagħha lejn u minn Zweibrücken. |
3.3.1.2. Tariffi mħallsin minn TUIFly
|
(70) |
Il-Ġermanja pprovdiet kuntratt bejn FZG u TUIFly, li permezz tiegħu TUIFly kellha tħallas somma f'daqqa ta' EUR […] għal kull passiġġier, li tkopri t-tariffi rilevanti kollha. Madankollu, hija sostniet ukoll li TUIFly kienet eżentata mit-tariffi kollha għall-ewwel […] passiġġier. Wara li ntlaħaq dak l-ammont ta' passiġġieri fl-1 ta' Awwissu 2010, TUIFly ħallset somma f'daqqa ta' […] għal kull passiġġier. |
3.3.1.3. Tariffi mħallsin minn Ryanair
|
(71) |
Ryanair serviet ir-rotta ta' Zweibrücken — Londra Stansted bejn it-28 ta' Ottubru 2008 u t-22 ta' Settembru 2009. Għall-ewwel sena ta' operat, FZG u Ryanair qablu fuq […]. Bi tpattija, Ryanair impenjat ruħha li tilħaq l-ammont ta' mill-inqas […] passiġġier fis-sena. Skont il-Ġermanja, Ryanair ħallset […]. |
3.3.1.4. Servizzi riċevuti minn Germanwings, TUIFly u Ryanair
|
(72) |
Il-kuntratti bejn FZG u d-diversi linji tal-ajru kollha fihom taqsima dwar servizzi u tariffi addizzjonali. It-Tabella 6 tinkludi paragun tal-aktar servizzi addizzjonali importanti u l-prezzijiet mitluba lil dawk il-linji tal-ajru. Tabella 6 Servizzi u Tariffi Addizzjonali
|
3.3.2. RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
3.3.2.1. Eżistenza tal-għajnuna
|
(73) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ l-ewwel osservat li minħabba li FZG, li tat l-iskontijiet fuq it-tariffi tal-ajruport lid-diversi linji tal-ajru, kienet kollha kemm hi proprjetà tal-Istat u kkontrollata minnu, dawk l-iskontijiet kellhom jitqiesu bħala li ngħataw mir-riżorsi tal-Istat imsemmija qabel. Kien ikkunsidrat ukoll li kien probabbli ħafna li l-Istat kien involut fil-konklużjoni proprja tal-kuntratti mad-diversi linji tal-ajru u li l-awtorità superviżorja pubblika rilevanti kellha tapprova l-iskeda ta' tariffi tal-ajruport, bil-konsegwenza li l-għoti ta' skontijiet fuq it-tariffi tal-ajruport lil diversi linji tal-ajru kien imputabbli lill-Istat. |
|
(74) |
Sabiex tiġi mwieġba l-mistoqsija ta' jekk l-iskontijiet ipprovdewx vantaġġ lil-linji tal-ajru rispettivi, id-deċiżjoni tal-ftuħ fakkret li kellu jiġi evalwat jekk FZG aġixxietx bħal OES fl-għoti tal-iskontijiet. Sabiex ikun hemm konformità mat-test tal-OES, kien meħtieġ li jintwera li d-deċiżjoni li jingħataw l-iskontijiet kienet ibbażata fuq loġika ekonomika b'saħħitha, kif ukoll li din wasslet għal titjib fil-profittabbiltà tal-ajruport. Barra minn hekk, id-dħul iġġenerat mill-Ajruport b'konnessjoni ma' kuntratt ma' linja tal-ajru partikolari ma jistax ikun aktar baxx mill-ispejjeż sabiex jiġu pprovduti servizzi tal-ajruport lil dik il-linja tal-ajru. |
|
(75) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat li ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-Ġermanja qabblet l-ispejjeż u d-dħul mistennija tul id-durata tal-kuntratti tal-linji tal-ajru rispettivi. Il-Ġermanja pprovdiet biss pjan ta' direzzjoni tan-negozju għal żmien medju li jkopri l-perjodu mill-2011 sal-2015. F'dan id-dawl, id-deċiżjoni tal-ftuħ kienet tal-fehma li kien hemm dubji dwar jekk id-dħul iġġenerat mill-ftehimiet mal-linji tal-ajru kienx biżżejjed sabiex ikopri l-ispejjeż relatati mal-forniment tas-servizzi tal-ajruport lilhom. Hija nnotat li minn mindu bdiet l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha, FZG iġġenerat telf dejjem ikbar u li l-ftehimiet ma kienu jinkludu ebda klawżola, li huma komuni fi ftehimiet oħrajn, li tippermetti lil FZG tirkupra l-iskontijiet f'każ li l-linji tal-ajru jiddeċiedu li jtemmu l-operazzjonijiet tagħhom minn Zweibrücken. |
|
(76) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ ikkunsidrat ukoll illi kieku l-Ajruport ta' Zweibrücken aġixxa bħal OES, huwa kien ikollu jikkunsidra jekk l-għeluq tal-ajruport kienx jiġi jiswa inqas flus mit-tkomplija tal-operat tiegħu. Hija talbet lill-Ġermanja sabiex tipprovdi informazzjoni rigward l-ispejjeż tal-għeluq tal-ajruport meta mqabbla mal-ispejjeż tat-tkomplija tal-operat tiegħu. Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat li l-iskontijiet kienu jidhru li jinkludu t-tariffi tas-sigurtà li kellha tħallas FZG għas-servizz tas-sigurtà. Hija osservat li kwalunkwe prezz mitlub lil-linji tal-ajru li ma kienx jippermetti lil FZG li tirkupra dawk l-ispejjeż kien jikkostitwixxi vantaġġ lil-linji tal-ajru. Bħala konklużjoni, id-deċiżjoni tal-ftuħ esprimiet dubji serji fir-rigward tal-konformità tal-iskontijiet mogħtija lil diversi linji tal-ajru mal-prinċipju tal-OES. |
|
(77) |
Fl-aħħar nett, meta wieħed iqis li l-linji tal-ajru operaw f'suq kompetittiv u li kwalunkwe vantaġġ mogħti lilhom jagħtihom iċ-ċans li jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom f'dak is-suq, id-deċiżjoni tal-ftuħ sabet li l-iskont mogħti fuq it-tariffi x'aktarx li kien ser jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u jfixkel jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni. |
|
(78) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ waslet għall-konklużjoni preliminari li t-tariffi skontati kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lil-linji tal-ajru rispettivi (Germanwings, TUIFly u Ryanair). |
3.3.2.2. Kompatibbiltà
|
(79) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ ivvalutat jekk it-tariffi skontati setgħux jitqiesu bħala li jikkostitwixxu għajnuna tal-bidu kompatibbli skont it-Taqsima 5 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk id-diversi kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà tal-għajnuna tal-bidu ġewx issodisfati. |
|
(80) |
B'mod partikolari, id-deċiżjoni tal-ftuħ osservat li:
|
|
(81) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li t-tariffi skontati ma setgħux jitqiesu bħala għajnuna tal-bidu kompatibbli, minħabba li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha elenkati fit-Taqsima 5 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. |
3.4. KUNTRATTI TA' KUMMERĊJALIZZAZZJONI MA' RYANAIR U AMS
3.4.1. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
|
(82) |
Ġew konklużi żewġ ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' Ryanair u mas-sussidjarja tagħha AMS. Skont l-ewwel kuntratt, konkluż bejn Ryanair u FZG, din tal-aħħar ħallset EUR […] lil Ryanair għal diversi attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni mwettqa minn Ryanair. |
|
(83) |
Fis-6 ta' Ottubru 2008 ġie konkluż it-tieni kuntratt bejn il-Land Rhineland-Palatinate, irrappreżentat mill-Ministeru tal-Ekonomija, tat-Traffiku, tal-Agrikoltura u tal-Vitikultura, u AMS. La FGAZ u lanqas FZG ma huma partijiet f'dak il-kuntratt. Skont il-kuntratt, AMS ipprovdiet diversi attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni, bħat-tqegħid ta' links għal siti web determinati mil-Land fuq is-sit web ta' Ryanair u l-inklużjoni ta' testi qosra dwar il-Land Rhineland-Palatinate fuq is-sit web ta' Ryanair. Matul l-ewwel sena, il-Land ħallas lil AMS ammont totali ta' EUR […], filwaqt li għat-tieni sena s-servizzi kellhom jitnaqqsu u l-Land kellu jħallas EUR […]. |
|
(84) |
Billi Ryanair temmet is-servizzi tagħha lejn u minn Zweibrücken wara inqas minn sena, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għat-tieni sena eventwalment tħassar u l-prezz għall-ewwel sena tnaqqas għal […] tal-prezz maqbul. Fil-prattika, il-Land Rhineland-Palatinate mbagħad ħallas ammont totali ta' EUR 320 833 lil AMS għas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Jidher li AMS wettqet l-attivitajiet kollha maqbula. |
3.4.2. RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
3.4.2.1. Eżistenza tal-għajnuna
|
(85) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ l-ewwel osservat li l-pagamenti mil-Land Rhineland-Palatinate lil AMS/Ryanair jinvolvu riżorsi tal-Istat u huma imputabbli lill-Istat. Sal-punt li l-prezz imħallas minn Rhineland-Palatinate qabeż il-valur ekonomiku tas-servizzi pprovduti minn AMS/Ryanair, huma jikkostitwixxu telf ta' riżorsi tal-Istat. |
|
(86) |
Sabiex jiġi evalwat jekk il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tawx vantaġġ lil AMS/Ryanair, il-Kummissjoni kellha terġa' tapplika l-prinċipju tal-OES. Hija osservat li, fl-Ajruport ta' Zweibrücken, kienet biss Ryanair li rċeviet appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni sa ċertu punt li, apparentament, il-ħlasijiet ma kinux kundizzjonali fuq il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni b'impatt li jista' jitkejjel (bħal żieda fl-għadd ta' passiġġieri), u li ma kienx magħruf jekk il-Land Rhineland-Palatinate kellux kontroll fuq il-forniment tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni minn AMS/Ryanair. Id-deċiżjoni tal-ftuħ innotat ukoll li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni kien marbut b'mod ċar mar-rotta Zweibrücken — Londra Stansted, sabiex b'hekk seta' jitqies bħala inċentiv għal dik ir-rotta ġdida stabbilita minn Ryanair f'Ottubru 2008. Meta wieħed iqis li Ryanair approfittat direttament mill-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni, kien konkluż li Ryanair kellha tkopri mill-inqas parti mill-ispejjeż relatati. Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-Land Rhineland-Palatinate aġixxiex bħal OES, biex b'hekk ta vantaġġ lil AMS/Ryanair. |
|
(87) |
Minħabba li l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni ngħata biss lil AMS/Ryanair, kien jidher ċar li l-miżura kienet selettiva. Għall-istess raġunijiet kif deskritt fir-rigward tat-tariffi tal-ajruport skontati, id-deċiżjoni tal-ftuħ sabet li l-miżura affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri u fixklet jew heddet li tfixkel il-kompetizzjoni. Għaldaqstant, ġie konkluż li l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
3.4.2.2. Kompatibbiltà
|
(88) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ evalwat jekk l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni mogħti lil AMS/Ryanair jistax jitqies bħala li jikkostitwixxi għajnuna tal-bidu kompatibbli skont it-Taqsima 5 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk id-diversi kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà tal-għajnuna tal-bidu ġewx issodisfati. Ir-raġunijiet kienu essenzjalment l-istess bħal dawk elenkati fil-premessa (80) ta' din id-Deċiżjoni rigward il-kompatibbiltà tat-tariffi skontati. Għaldaqstant, hija waslet għall-konklużjoni li l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni ma jikkostitwixxi ebda għajnuna tal-bidu kompatibbli. |
4. KUMMENTI MILL-ĠERMANJA
4.1. FINANZJAMENT PUBBLIKU MIL-LAND RHINELAND-PALATINATE/ZEF TAL-AJRUPORT TA' ZWEIBRÜCKEN
4.1.1. INFRASTRUTTURA
4.1.1.1. Eżistenza tal-għajnuna
Attività ekonomika u vantaġġ
|
(89) |
L-ewwel nett, l-awtoritajiet Ġermaniżi fakkru li huma ma kinux jaqblu mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport tikkostitwixxi attività ekonomika. Billi rrimarkat li l-Kummissjoni rreferiet primarjament għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża Leipzig-Halle, il-Ġermanja nnotat li kien għad hemm appell pendenti kontra dik is-sentenza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fejn irriservat il-pożizzjoni tagħha sakemm tittieħed deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(90) |
It-tieni nett, l-awtoritajiet Ġermaniżi sostnew li ebda wieħed mill-investimenti infrastrutturali magħmula qabel l-2006, meta l-Ajruport ta' Zweibrücken beda l-operazzjonijiet kummerċjali tiegħu, ma kien soġġett għal regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Sal-2006, l-ajruport serva biss għall-finijiet tal-avjazzjoni ġenerali u tal-avjazzjoni militari, u l-awtoritajiet Ġermaniżi sostnew li l-forniment ta' servizzi tal-ajruport għal dawn il-finijiet ma kienx jikkostitwixxi attività ekonomika. Fi kwalunkwe każ, kien affermat li minħabba l-iskala żgħira tal-operazzjonijiet fl-Ajruport ta' Zweibrücken sal-2006 (qatt ma kien hemm aktar minn 30 000 passiġġier fis-sena sal-2006), kwalunkwe finanzjament pubbliku la fixkel u lanqas hedded li jfixkel il-kompetizzjoni u ma kellu ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(91) |
It-tielet nett, l-awtoritajiet Ġermaniżi sostnew li l-maġġoranza tal-investimenti appoġġjati b'għotjiet pubbliċi kienu jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Kien enfasizzat li l-biċċa l-kbira tal-investimenti kienu meħtieġa sabiex tkun garantita s-sikurezza tal-operazzjonijiet fl-ajruport (b'mod partikolari wara ordni mill-awtorità superviżorja tas-sikurezza rilevanti u l-ilmenti mill-assoċjazzjoni tal-bdoti “Cockpit”). Għalhekk, il-miżuri kollha konnessi mal-iżgurar tas-sikurezza tal-operazzjonijiet fl-ajruport kienu meqjusa bħala li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika. |
|
(92) |
Il-Ġermanja oġġezzjonat bil-qawwa għall-idea li kwalunkwe miżura li taqa' fil-mandat tal-politika pubblika tista', jekk parzjalment biss, tikkonferixxi vantaġġ fuq l-ajruport inkwistjoni jekk dak il-finanzjament ma jkunx ingħata fuq bażi mhux diskriminatorja lill-ajruporti kollha fl-Istat Membru. Il-Ġermanja sostniet li l-finanzjament għall-miżuri li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, indipendentement mill-kwistjoni ta' jekk wieħed mill-ajruporti jew l-ajruporti kollha għandhomx iġorru l-ispejjeż għal dawn il-miżuri. F'dan ir-rigward, għandu jkun hemm interpretazzjoni uniformi tal-kunċett ta' “mandat tal-politika pubblika”, speċjalment fid-dawl tal-modi differenti kif l-Istati Membri jiddefinixxu l-kunċett. |
|
(93) |
Il-Ġermanja ssottomettiet lista ta' investimenti li saru b'rabta mal-mandat tal-politika pubblika bejn l-2006 u l-2009 (għall-finijiet ta' tqabbil, l-investiment totali matul dak il-perjodu kien jammonta għal EUR 22 476 812). Tabella 7 Ħarsa ġenerali lejn l-ispejjeż li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika sottomessa mill-Ġermanja (21)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(94) |
Il-Ġermanja ddikjarat li hija tqis il-forniment tal-miżuri ta' sigurtà fl-ajruporti skont il-paragrafu 8 tal-Luftsicherheitsgesetz (il-Liġi dwar is-Sigurtà fl-Ajru), il-miżuri li jiggarantixxu s-sikurezza operazzjonali, il-miżuri tal-kontroll tal-ajru u tas-sikurezza tal-ajru skont il-paragrafu 27c(2) tal-Luftverkehrsgesetz (il-Liġi dwar it-Traffiku tal-Ajru), is-servizzi meteoroloġiċi u s-servizzi tat-tifi tan-nar bħala li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika, kemm bħala investimenti jew bħala spejjeż operatorji. |
|
(95) |
Il-Ġermanja sostniet li fir-rigward tal-miżuri tal-kontroll tal-ajru u tas-sikurezza tal-ajru, il-finanzjament ta' dawk l-attivitajiet għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-paragrafu 27c(2) tal-Luftverkehrsgesetz. Skont dik id-dispożizzjoni, issir distinzjoni bejn ċerti ajruporti fejn il-finanzjament ta' dawk il-miżuri ta' sikurezza fil-livell federali jitqies bħala li huwa essenzjali għal raġunijiet ta' politika tat-trasport u tas-sikurezza u ajruporti reġjonali oħrajn fejn tali miżuri ma jitqisux bħala li huma strettament meħtieġa minn perspettiva federali. Din hija r-raġuni għaliex huwa ġustifikat li l-Land jiffinanzja pubblikament il-miżuri tas-sikurezza u tal-kontroll tal-ajru f'ajruporti reġjonali bħal Zweibrücken, minħabba li, inkella, l-ajruport ikollu jħallas dawk l-ispejjeż huwa stess. Għalhekk, il-finanzjament tal-miżuri tal-kontroll tal-ajru u tas-sikurezza tal-ajru, kemm jekk iffinanzjati direttament mill-Istat fuq il-livell federali kif ukoll jekk iffinanzjati mil-Länder, jitqies mill-Ġermanja bħala parti mill-politika pubblika fil-każijiet kollha. |
|
(96) |
Barra minn hekk, skont il-Ġermanja, l-ispejjeż għat-taqsima tat-tifi tan-nar ma jiġux irregolati fil-livell federali, iżda jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Länder, li hija r-raġuni għaliex it-taqsima tat-tifi tan-nar mhijiex iffinanzjata mill-Istat fl-ajruporti kollha. Il-Ġermanja sostniet li d-differenza fit-trattament għandha l-għeruq tagħha f'raġunijiet storiċi kif ukoll oġġettivi. Primarjament, hija fin-natura tan-negozju tal-ajruporti li ajruporti reġjonali iżgħar ma jistgħux iġorru l-ispejjeż fissi għoljin li toħloq taqsima tat-tifi tan-nar u li, għalhekk, dawn jispiċċaw jitħallsu mil-Land rispettiv. |
|
(97) |
Fir-rigward tar-rinnovazzjoni tar-runway, il-Ġermanja qalet li l-miżuri relatati jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika minħabba li kienu meħtieġa b'mod urġenti sabiex tkun garantita l-utilizzazzjoni sikura tal-Ajruport ta' Zweibrücken. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja sostniet li l-użu, saħansitra għal finijiet militari, ma kienx ikun possibbli mingħajr dawk il-miżuri. Għalhekk, ir-rinnovazzjoni kienet meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-użu militari u l-avjazzjoni ġenerali jkunu possibbli fil-livelli kollha. Għalhekk, il-Ġermanja tallega li l-ispejjeż għar-rinnovazzjoni mhumiex esklussivament konnessi mal-avjazzjoni kummerċjali. |
|
(98) |
F'dan ir-rigward, il-Ġermanja qalet li t-tip ta' rinnovazzjoni u l-ispejjeż konnessi magħha kienu meħtieġa minħabba l-istorja militari tal-ajruport. Skont il-Ġermanja, ix-xogħlijiet kienu jinvolvu ċerti perikli, minħabba li ma setgħetx tiġi eskluża l-preżenza ta' bombi mhux sploduti mill-gwerra. Fil-fatt, matul ix-xogħol ta' rinnovazzjoni apparentement tneħħew żewġ bombi mhux sploduti. |
|
(99) |
Inkella, ix-xogħlijiet ta' rinnovazzjoni kienu jinkludu, fost l-oħrajn, l-adattament tar-runway għal standards moderni fir-rigward tal-wisa', it-tiġdid tas-sistema tal-iskular tal-ilma, id-dwal tan-navigazzjoni u d-dwal tar-runway, is-sinjali, il-provvista tal-enerġija f'każ ta' emerġenza b'paralleliżmu tan-netwerk u l-estensjoni taċ-ċint u tat-taxiway. Ir-rinnovazzjonijiet li jikkonċernaw id-dwal, is-sinjali u t-tneħħija tat-taxiway intalbu f'ilmenti mressqa mill-assoċjazzjoni tal-bdoti “Cockpit”. Parti sostanzjali oħra tar-rinnovazzjoni kienet l-organizzazzjoni mill-ġdid tas-sigurtà tal-ajruport, inklużi ċnut ġodda, bibien, superviżjoni bil-vidjo u intercom, l-installazzjoni ta' bibien li jiżżerżqu, kanali tal-kejbil, eċċ. |
|
(100) |
Fl-aħħar nett, il-Ġermanja sostniet li l-għeluq tal-Ajruport ta' Zweibrücken qatt ma kien ikkunsidrat bħala għażla vijabbli, minħabba li l-operat kontinwu tal-ajruport kien meħtieġ minħabba l-finijiet tal-avjazzjoni ġenerali u militari li huwa jservi. Barra minn hekk, f'dan ir-rigward, il-Ġermanja sostniet li l-għeluq u d-dekostruzzjoni tal-ajruport ikunu assoċjati ma' spejjeż mhux ġustifikabbli li jissuperaw bil-bosta l-ispejjeż investiti. Madankollu, il-Ġermanja ma ppreżentat ebda stima tal-ispejjeż relatati mal-għeluq, jew tqabbil ta' dawk l-ispejjeż mal-operazzjonijiet kontinwi. |
|
(101) |
F'dan id-dawl, il-Ġermanja qalet li l-forniment ta' servizzi tal-ajruport għall-avjazzjoni kummerċjali jagħmel sens ekonomiku. Il-Ġermanja sostniet li l-maġġoranza kbira tal-ispejjeż ikollhom jitħallsu f'kull każ sabiex ikunu jistgħu jiġu pprovduti servizzi tal-ajruport lill-utenti tal-avjazzjoni ġenerali u militari (infrastruttura eċċ.), għalhekk, l-avjazzjoni kummerċjali tikkawża biss spejjeż addizzjonali limitati, filwaqt li toħloq dħul addizzjonali. |
Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(102) |
Il-Ġermanja affermat li l-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-Ajruport ta' Zweibrücken la jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u lanqas għandu xi effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-Ġermanja sostniet ukoll li ma jistgħux jiġu dedotti la distorsjoni tal-kompetizzjoni u lanqas effett fuq il-kummerċ mis-sempliċi fatt li hemm ajruporti oħrajn li jinsabu qrib Zweibrücken. Il-Ġermanja saħqet li l-Ajruport ta' Zweibrücken mhuwiex f'kompetizzjoni mal-ajruporti elenkati fid-deċiżjoni tal-ftuħ, speċjalment mal-Ajruport ta' Saarbrücken. |
|
(103) |
Fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-Ajruport ta' Zweibrücken u l-Ajruport ta' Saarbrücken, il-Ġermanja qalet li ż-żewġ ajruporti jikkumplimentaw lil xulxin, aktar milli huma f'kompetizzjoni. Il-Ġermanja spjegat li ż-żewġ ajruporti għandhom profili differenti, li jirriżultaw mill-infrastruttura differenti tagħhom: l-Ajruport ta' Saarbrücken għandu infrastruttura għall-passiġġieri ta' kwalità ogħla (bħal bini ta' terminal modern) u jikkonċentra fuq titjiriet skedati u passiġġieri li jivvjaġġaw fuq negozju; l-Ajruport ta' Zweibrücken, min-naħa l-oħra, għandu runway itwal b'kapaċità ta' piż ogħla, li tagħmlu aktar addattat għal inġenji tal-ajru itqal li jtiru distanza twila jew li jittrasportaw il-merkanzija. Skont il-Ġermanja, għalhekk, l-Ajruport ta' Zweibrücken jikkonċentra fuq it-titjiriet charter u t-trasportazzjoni tal-merkanzija. |
|
(104) |
Abbażi tal-kumplimentarjetà perċepita bejn l-ajruporti ta' Zweibrücken u Saarbrücken, il-Ġermanja ddikjarat li hija prevista kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn iż-żewġ ajruporti. Il-Ġermanja sostniet ukoll li l-gvernijiet reġjonali rispettivi diġà ddeċidew li jikkooperaw aktar mill-qrib fil-ġejjieni, tant li qegħdin jipprevedu l-ħolqien ta' ajruport konġunt (“l-Ajruport ta' Saar-Palatinate”) b'żewġ postijiet (Saarbrücken u Zweibrücken). Skont il-Ġermanja, il-kooperazzjoni għandha twassal għal sinerġiji u għall-iffrankar tal-fondi. Fl-aħħar nett, il-Ġermanja għamlet enfasi fuq id-domanda għal servizzi tal-avjazzjoni fir-reġjun (iż-żewġ ajruporti flimkien diġà għandhom 750 000 passiġġier), billi sostniet li huma biss Saarbrücken u Zweibrücken flimkien li jistgħu jissodisfaw din id-domanda kif xieraq, b'mod partikolari minħabba li l-ajruporti ġirien l-oħrajn ma jistgħux iservu bħala sostituti. Skont il-Ġermanja, għalhekk, l-“Ajruport ta' Saar-Palatinate” ġdid mhux ser ikun f'kompetizzjoni mal-ajruporti ġirien, bħal dawk tal-Lussemburgu, ta' Metz-Nancy-Lorraine u ta' Frankfurt-Hahn. |
4.1.1.2. Il-kompatibbiltà
|
(105) |
Il-Ġermanja spjegat li, anki li kieku l-finanzjament pubbliku tal-miżuri ta' infrastruttura kellu jitqies bħala li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, huwa jkun kompatibbli mas-suq intern minħabba li huwa konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Qabel iddiskutiet kull element meħtieġ, il-Ġermanja enfasizzat li l-investimenti infrastrutturali li saru fi Zweibrücken kienu relattivament żgħar meta mqabbla ma' dawk li nstabu li huma kompatibbli mas-suq intern f'ajruporti reġjonali oħrajn iffinanzjati minn fondi pubbliċi u servew biss biex jikkonvertu l-infrastruttura militari eżistenti għall-użu ċivili. |
Il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura jissodisfaw objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni
|
(106) |
L-ewwel nett, il-Ġermanja sostniet li l-appoġġ pubbliku għall-investimenti infrastrutturali jissodisfa objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni: l-investimenti infrastrutturali saru f'reġjun megħjun tat-tip C bil-għan li jittejbu l-istrutturi ekonomiċi reġjonali. Il-Ġermanja rrimarkat li l-finanzjament tal-Unjoni (li kien ipprovdut mill-1991 'il quddiem permezz tal-programmi Konver I, Konver II u PERIFRA) intuża għall-konverżjoni tal-infrastruttura militari għal użu ċivili, pereżempju, għall-finanzjament tal-immodernizzar u l-installazzjoni ta' torri u l-iskular tal-ilma fir-runway. Il-Ġermanja affermat li hija ma tistax tifhem għaliex il-Kummissjoni għandha dubji dwar l-objettiv ta' interess komuni wara li pparteċipat fl-iffinanzjar tal-konverżjoni tal-mitjar militari preċedenti. |
|
(107) |
Billi pprovdiet il-kuntest storiku, il-Ġermanja spjegat li l-irtirar tal-forzi armati tal-Istati Uniti mill-mitjar ta' Zweibrücken fl-1991 ikkawża problemi strutturali sinifikanti fir-reġjun ta' Zweibrücken, bħal rata tal-qgħad ta' 20 % fil-belt ta' Zweibrücken. Għalhekk, il-Ġermanja qalet li l-konverżjoni tal-mitjar f'ajruport ċivili serva għall-iskop li jinħolqu l-impjiegi u tittejjeb l-infrastruttura ekonomika reġjonali. Il-Ġermanja sostniet ukoll li s-servizzi pprovduti mill-ajruport huma indispensabbli għar-reġjun u li l-ekonomija reġjonali hija dipendenti ħafna fuq infrastruttura tal-avjazzjoni li tkun faċilment aċċessibbli. |
|
(108) |
Il-Ġermanja affermat li l-unika raġuni tal-Kummissjoni sabiex tiddubita mill-konformità ma' dak il-kriterju għal darba oħra tidher li hija l-qrubija u l-kompetizzjoni perċepita mal-Ajruport ta' Saarbrücken. B'reazzjoni għal dan, il-Ġermanja reġgħet irreferiet għall-kumplimentarjetà taż-żewġ ajruporti, fejn eskludiet kwalunkwe kompetizzjoni bejniethom. Barra minn hekk, hija affermat ukoll li l-qrubija lejn ajruporti reġjonali oħrajn ma kinitx ta' importanza fir-rigward tal-kwistjoni ta' jekk l-infrastruttura sussidjata tissodisfax objettiv ta' interess komuni. Il-Ġermanja qalet ukoll li l-uniku fattur rilevanti kien l-interess tal-Land Rhineland-Palatinate, minħabba li dan ried iservi l-interessi komuni fit-territorju tiegħu stess u mhux ikollu jiddependi fuq infrastruttura li tinsab f'reġjuni oħrajn. |
L-infrastruttura hija neċessarja u proporzjonali għall-objettiv
|
(109) |
Il-Ġermanja spjegat li l-infrastruttura hija neċessarja u proporzjonali għall-objettiv li ġie ffissat. Skont il-Ġermanja, l-investimenti infrastrutturali dejjem kienu limitati sabiex jikkumplimentaw u jestendu l-infrastruttura eżistenti, mingħajr ma joħolqu faċilitajiet addizzjonali għaljin jew elaborati bla bżonn. Hija enfasizzat li ma nħoloq ebda ajruport ġdid fi Zweibrücken, iżda sempliċiment kien hemm ajruport li qabel kien iservi għal skopijiet militari li ġie kkonvertit għal użu ċivili. Il-Ġermanja enfasizzat ukoll li l-infrastruttura hija meħtieġa sabiex jinħolqu l-impjiegi. Skont il-Ġermanja, madwar il-Land Rhineland-Palatinate, inħolqu madwar 5 000 impjieg direttament jew indirettament b'konnessjoni mal-eżistenza tal-Ajruport ta' Zweibrücken. Minn fost dawk il-5 000 impjieg, sal-2011 inħolqu 2 708 impjiegi direttament u indirettament fl-ajruport jew fiż-żona ta' konverżjoni tal-madwar. Dawn l-impjiegi għenu wkoll sabiex jiġu ffrankati spejjeż soċjali (EUR 25 miljun fis-sena) u sabiex jinħoloq introjtu mit-taxxa. Il-Ġermanja ddikjarat ukoll li l-impjiegi huma partikolarment importanti f'din iż-żona b'rata ta' qgħad li bħalissa hija 2 % aktar mill-medja tal-Land. Il-Ġermanja sostniet li żewġ opinjonijiet ta' esperti jenfasizzaw l-importanza tal-ajruport għall-ekonomija reġjonali (22). |
|
(110) |
Il-Ġermanja enfasizzat għal darba oħra li l-qrubija għall-Ajruport ta' Saarbrücken ma ddgħajjifx in-neċessità u l-proporzjonalità tal-infrastruttura fi Zweibrücken. Skont il-Ġermanja, l-infrastruttura fi Zweibrücken hija meħtieġa għall-inġenji tal-ajru kbar u tqal minħabba li huma jistgħu jinżlu biss fi Zweibrücken, billi r-runway f'Saarbrücken ma tipprovdix it-tul meħtieġ. Il-Ġermanja żżid li Zweibrücken joffri wkoll il-possibbiltà ta' titjiriet bil-lejl, li hija importanti għat-titjiriet bil-merkanzija. |
L-infrastruttura toffri prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta' żmien medju
|
(111) |
Il-Ġermanja ddikjarat li l-infrastruttura toffri prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq perjodu ta' żmien medju. Il-Ġermanja enfasizzat li l-għadd ta' passiġġieri għall-Ajruport ta' Zweibrücken żdied minn 17 732 passiġġier biss fl-2005 għal 223 165 passiġġier fl-2011. Hija spjegat li, skont dak il-kriterju, huwa biss l-għadd ipproġettat ta' passiġġieri li huwa rilevanti, u li l-projezzjonijiet rilevanti juru żieda fid-domanda fir-reġjun. B'referenza għall-istudju ta' previżjoni pprovdut minn “Desel Consulting” u l-“Airport Research GmbH” fl-2009, il-Ġermanja sostniet li sal-2025 tista' tkun mistennija żieda għal mill-inqas 1 350 000 passiġġier fl-Ajruport ta' Zweibrücken. |
|
(112) |
Il-Ġermanja affermat għal darba oħra li l-qrubija tal-Ajruport ta' Saarbrücken ma naqqsitx mill-prospetti għall-użu fuq perjodu ta' żmien medju ta' Zweibrücken. Hija ssottomettiet previżjonijiet li juru li l-Ajruport ta' Saarbrücken jista' jistenna wkoll żieda fl-għadd ta' passiġġieri u li l-kooperazzjoni prevista bejn iż-żewġ ajruporti tiżgura li dawn ma jikkompetux għall-istess passiġġieri fil-ġejjieni. |
Aċċess ugwali u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura
|
(113) |
Il-Ġermanja ddikjarat li l-utenti potenzjali kollha tal-infrastruttura għandhom aċċess għaliha b'mod ugwali u mhux diskriminatorju. Fil-prinċipju, l-iskeda tat-tariffi mill-2005 tapplika b'mod uniformi għall-utenti kollha tal-ajruport taħt l-istess kundizzjonijiet. Filwaqt li l-Ġermanja sostniet li fil-prattika ntlaħaq qbil fuq xi devjazzjonijiet mill-iskeda ta' tariffi uffiċjali għat-titjiriet skedati u charter, hija qalet ukoll li ġew offruti tariffi mnaqqsin għall-ewwel sena u skontijiet lill-kumpaniji kollha tal-linji tal-ajru fuq bażi mhux diskriminatorja, bi kwoti komparabbli. |
L-iżvilupp tal-kummerċ mhuwiex affettwat sa ċertu punt li jmur kontra l-interess tal-Unjoni; il-prinċipji ġenerali tan-neċessità u tal-proporzjonalità
|
(114) |
Il-Ġermanja spjegat li l-iżvilupp tal-kummerċ mhuwiex affettwat sa ċertu punt li jmur kontra l-interess komuni abbażi tal-argumenti li saru diġà. Skont il-Ġermanja, il-miżuri kienu meħtieġa minħabba li l-Ajruport ta' Zweibrücken ma jistax jiġi sostitwit mill-Ajruport ta' Saarbrücken. Il-Ġermanja żiedet li l-investimenti infrastrutturali kienu limitati għall-miżuri meħtieġa sabiex tiġi żgurata s-sikurezza operaztorja tal-ajruport. F'dan il-kuntest, hija enfasizzat li l-immodernizzar tar-runway kien ikun neċessarju anki li kieku l-Ajruport ma kienx disponibbli għall-avjazzjoni kummerċjali. |
4.1.2. GĦAJNUNA OPERATORJA
4.1.2.1. Eżistenza tal-għajnuna
|
(115) |
Fir-rigward tal-kwistjoni ta' jekk l-operat ta' ajruport huwiex attività ekonomika, il-Ġermanja tenniet li qabel ma l-Ajruport beda jipprovdi servizzi għall-avjazzjoni kummerċjali fl-2006, huwa serva biss għall-finijiet tal-avjazzjoni ġenerali u tal-avjazzjoni militari. F'dan ir-rigward, il-Ġermanja sostniet li l-iffinanzjar tal-operat tal-ajruport fir-rigward ta' dawk l-attivitajiet ma kienx jikkostitwixxi attività ekonomika. |
|
(116) |
Il-Ġermanja qalet ukoll li l-maġġoranza tat-telf ta' FZG li huwa kopert minn FGAZ permezz tal-Ftehim P&L jirriżulta mill-fatt li FZG twettaq kompiti li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Skont il-Ġermanja, il-kopertura tal-ispejjeż relatati mal-eżekuzzjoni tas-setgħat pubbliċi ma tistax tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
|
(117) |
Fir-rigward tal-elementi li jifdal tad-definizzjoni tal-għajnuna mill-Istat fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-Ġermanja rreferiet għall-argumenti mressqa minnha fuq dan l-aspett fir-rigward tal-miżuri ta' investimenti infrastrutturali, fejn sostniet li huma japplikaw b'mod ugwali hawnhekk. |
4.1.2.2. Kompatibbiltà
Id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005
|
(118) |
Il-Ġermanja sostniet li l-pagamenti annwali li jkopru t-telf ta' FZG huma konformi mal-prinċipji tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005. Il-Ġermanja affermat li l-liċenzja għall-operat tal-Ajruport, li timponi dmir li jopera, tikkostitwixxi l-att ta' inkarigu. Barra minn hekk, il-Ġermanja ddikjarat li l-Ajruport kien mill-inqas “fattwalment” fdat bil-forniment ta' SIEĠ. Madankollu, skont il-Ġermanja, anki li kieku l-Kummissjoni kellha ssib li ma kien jeżisti ebda att ta' inkarigu, l-għajnuna operatorja lill-Ajruport xorta waħda tkun konformi mal-prinċipji tar-regoli dwar l-SGEI u, għalhekk, ikollha titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. |
|
(119) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ma laqgħetx is-suġġeriment tal-Kummissjoni li d-dmir tal-operat skont il-liċenzja għall-operat tal-ajruport jiġi fi tmiemu awtomatikament jekk l-ajruport iwaqqaf l-operazzjonijiet tiegħu. Hija affermat li l-appoġġ finanzjarju mogħti lill-ajruport iservi biex jippermetti lill-ajruport ikompli jopera u b'hekk jissodisfa d-dmir tiegħu li jopera, jiġifieri, li jipprovdi s-SIEĠ li bih kien inkarigat. Il-Ġermanja sostniet ukoll li l-prevenzjoni tal-għeluq tal-faċilità hija l-essenza tad-dmir tal-operat. |
|
(120) |
B'referenza għad-diskrezzjoni wiesgħa tal-Istati Membri li jiddefinixxu x'jikkostitwixxi SIEĠ, il-Ġermanja rrimarkat li hija kellha d-diskrezzjoni sabiex tiddetermina n-neċessità u l-firxa tal-inkarigu tal-ajruport b'SIEĠ. Sa fejn il-Kummissjoni rreferiet għall-qrubija għall-Ajruport ta' Saarbrücken, il-Ġermanja enfasizzat għal darba oħra li, mingħajr iż-żewġ ajruporti, ir-reġjun jispiċċa jsofri minn nuqqas ta' provvista ta' servizzi tal-ajruport, li allura jwassal għall-ħtieġa li ż-żewġ ajruporti jiġu inkarigati b'SIEĠ. |
It-Taqsimiet 4.2 u 4.3 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005
|
(121) |
Il-Ġermanja affermat li anki li kieku l-għajnuna operatorja kellha titqies bħala li ma kinitx eżentata minn notifika skont id-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005, hija xorta waħda tkun kompatibbli skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. |
|
(122) |
Mill-bidu nett, il-Ġermanja enfasizzat li parti kbira mit-telf kopert jirriżulta mill-fatt li l-Ajruport iwettaq attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Barra minn hekk, hija rrimarkat li l-Ftehim P&L ma jkoprix l-ispejjeż li “normalment” ikollu jħallas operatur ta' ajruport. F'dan il-kuntest, hija sostniet li parti kbira mill-ispejjeż mhux relatati mat-twettiq tal-attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika joriġinaw mill-istorja partikolari tal-ajruport ta' Zweibrücken u, f'dan is-sens, mhumiex “spejjeż normali”. Il-Ġermanja sostniet li l-Ajruport għandu l-obbligu li jakkomoda l-avjazzjoni ġenerali u kellu jġarrab l-ispejjeż għall-konverżjoni tal-infrastruttura militari eżistenti. |
|
(123) |
Fi kwalunkwe każ, il-Ġermanja affermat li l-kundizzjonijiet tat-Taqsimiet 4.2 u 4.3 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 ġew issodisfati “fattwalment”. B'mod partikolari, il-Ġermanja ddikjarat li, billi huwa biss it-telf attwali li jiġi kopert, il-preżenza ta' kumpens eċċessiv tista' tiġi eskluża. |
4.2. GĦAJNUNA POTENZJALI B'KONNESSJONI MA' SELF BANKARJU U L-PARTEĊIPAZZJONI FIL-FOND INTERN TAL-FLUS TAL-LAND RHINELAND-PALATINATE
|
(124) |
Fir-rigward tas-self bankarju, il-Ġermanja sostniet li Sparkasse Südwestpfalz, li ta s-self, jopera bħala bank kummerċjali normali u aġixxa bħala tali fl-għoti tas-self, għalhekk, id-deċiżjoni li jingħata s-self mhijiex imputabbli lill-Istat. Il-Ġermanja żiedet li meta ġiet biex tieħu s-self, FZG qabblet l-offerti li saru minn diversi banek, u s-self offrut minn Sparkasse kien konformi mat-termini tas-suq. |
|
(125) |
Fir-rigward tal-garanzija ta' 100 % tas-self mogħti mil-Land, il-Ġermanja qalet li hija prattika kummerċjali normali għal azzjonist li jiggarantixxi s-self meħud mis-sussidjarji tiegħu. Fi kwalunkwe każ, il-Ġermanja sostniet li s-self intuża esklussivament għall-immodernizzar tar-runway, minħabba tħassib relatat mas-sikurezza u, b'hekk, jaqa' fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. B'hekk, minħabba li l-miżura ffinanzjata mis-self ma kinitx soġġetta għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, hija sostniet li l-garanzija mogħtija mil-Land ma tikkostitwixxi ebda għajnuna. Fl-aħħar nett, il-Ġermanja affermat li anki li kieku l-garanzija kellha titqies bħala li hija soġġetta għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, ma ngħata ebda vantaġġ lil FZG, minħabba li r-rata tal-imgħax fuq is-self garantit xorta waħda kienet ogħla minn dik fuq is-self komparabbli mogħti lil FGAZ, li ma kienx kopert minn garanzija. |
|
(126) |
Fir-rigward tal-fond intern tal-flus, il-Ġermanja sostniet li l-fond inter tal-flus tal-Land huwa mekkaniżmu ta' finanzjament normali użat fir-relazzjoni bejn il-kumpaniji prinċipali u s-sussidjarji. Il-Ġermanja ddikjarat li l-fond intern tal-flus huwa strument finanzjarju li ġie stabbilit mil-Land fl-2002. L-istituzzjonijiet u l-fondazzjonijiet tal-Land u l-impriżi kollha rregolati mil-liġi privata, li minnhom il-Land jippossjedi aktar minn 50 %, jistgħu jipparteċipaw fil-faċilità tal-fond tal-flus. Il-Ġermanja spjegat li l-bilanċ tal-kont ta' kuljum tal-fond tal-flus huwa ġestit mil-“Landeshauptkasse” tal-Land. |
|
(127) |
Skont il-Ġermanja, il-fond tal-flus mhuwiex iffinanzjat direttament mill-baġit tal-Land, iżda mill-flus żejda tal-parteċipanti. Il-Ġermanja tispjega wkoll li kwalunkwe flus żejda fil-fond tal-flus jiġu investiti fis-swieq kapitali; bl-istess mod, defiċit jiġi bbilanċjat bis-self miksub fis-suq kapitali. B'hekk, il-Ġermanja kienet tal-opinjoni li kwalunkwe appoġġ finanzjarju mill-faċilità tal-fond tal-flus ma jingħatax permezz ta' riżorsi tal-Istat u mhuwiex imputabbli lill-Istat. |
|
(128) |
Il-Ġermanja rrimarkat li anki jekk ma huwa meħtieġ ebda kollateral mingħand l-impriżi li jibbenifikaw mill-ġabra komuni ta' flus, dawn jinsabu taħt is-superviżjoni tal-Land u, bħala azzjonist maġġoritarju ta' FGAZ, il-Land dejjem jista' jitlob titoli. |
|
(129) |
Fl-opinjoni tal-Ġermanja, jagħmel sens ekonomiku li l-kumpanija prinċipali tagħti ċ-ċans lis-sussidjarji tagħha jiffinanzjaw lilhom infushom b'rati komparabbli għal dawk disponibbli għall-kumpanija prinċipali — f'dan il-każ il-Land Rhineland-Palatinate — innifisha. Għalhekk, skont il-Ġermanja, il-finanzjament derivat mill-fond tal-flus ma jistax jitqabbel ma' self klassiku. Fl-aħħar nett, il-Ġermanja affermat li l-Land qatt ma injetta riżorsi mill-baġit regolari tiegħu fil-fond tal-flus, iżda minflok straħ fuq il-kapital fis-suq, fejn kien meħtieġ. |
|
(130) |
Fid-dawl tal-affermazzjoni li s-self, il-garanzija u l-fond tal-flus ma jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat, il-Ġermanja ma ppreżentat ebda argument dwar il-kompatibbiltà tagħhom. |
4.3. SKONTIJIET FUQ IT-TARIFFI TAL-AJRUPORT GĦAL RYANAIR, GERMANWINGS U TUIFly
|
(131) |
Il-Ġermanja sostniet li l-kuntratti bejn l-Ajruport ta' Zweibrücken u d-diversi linji tal-ajru ma kienu jinkludu ebda għajnuna mill-Istat, minħabba li qabelxejn ma kinux imputabbli lill-Istat. Hija affermat li n-negozjati u l-konklużjoni ta' dawk il-ftehimiet kienu r-responsabbiltà ta' FZG u kienu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompiti purament kummerċjali tagħha. Skont il-Ġermanja, filwaqt li l-kuntratti kienu diskussi mal-bord superviżorju ta' FZG, il-Land Rhineland-Palatinate kien involut biss indirettament permezz tar-rappreżentanti tiegħu fuq il-bord superviżorju ta' FGAZ. Il-Ġermanja żiedet li l-Land ma pparteċipax direttament fi kwalunkwe negozjati mal-linji tal-ajru dwar l-iskontijiet. Il-Ġermanja sostniet li l-imputabbiltà tista', finalment, ma tirriżultax mill-fatt li l-iskeda ta' tariffi kellha tiġi approvata minn awtorità superviżorja pubblika skont il-paragrafu 43a tal-LuftVZO, li huwa rekwiżit regolatorju ġenerali li japplika għall-ajruporti pubbliċi u privati bl-istess mod. |
|
(132) |
Il-Ġermanja kienet ukoll tal-opinjoni li l-iskontijiet mogħtija lil diversi linji tal-ajru ma tawhom ebda vantaġġ selettiv, billi l-iskontijiet kienu ugwalment disponibbli għal-linji tal-ajru interessati kollha. Hija sostniet li l-iskontijiet kienu jagħtu vantaġġ selettiv biss li kieku ma kinux disponibbli fuq bażi mhux diskriminatorja u li kieku kien hemm linja tal-ajru waħda li ħallset tariffi ogħla jew orħos minn oħrajn, mingħajr ma kien hemm xi raġuni oġġettiva għal din id-differenzjazzjoni. |
|
(133) |
Skont il-Ġermanja, fl-istess ħin, l-għoti tal-iskontijiet jitqies bħala li għamel sens ekonomiku għal FZG, minħabba li ppermetta lil-linji tal-ajru jistabbilixxu lilhom infushom f'ajruport li kien ġdid għall-avjazzjoni kummerċjali. Il-Ġermanja sostniet li, bl-għoti tal-iskontijiet, l-Ajruport iddistribwixxa r-riskju involut fl-istabbiliment ta' rotta ġdida bejnu u l-linji tal-ajru, filwaqt li ppermetta wkoll li ż-żewġ naħat japprofittaw minn żieda fl-għadd ta' passiġġieri. Il-Ġermanja affermat li, mingħajr l-iskontijiet, il-linji tal-ajru ma kinux ikunu lesti li jistabbilixxu lilhom infushom fi Zweibrücken. |
|
(134) |
Il-Ġermanja qalet li l-iskontijiet għal-linji tal-ajru għandhom jitqiesu bħala possibbiltà sabiex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali għal FZG, billi l-ispejjeż fissi għall-operat tal-ajruport kellhom jitħallsu f'kull każ (biex iservi għall-avjazzjoni ġenerali u militari), filwaqt li l-istabbiliment ta' linji tal-ajru ġodda jikkawża biss spejjeż varjabbli addizzjonali marġinali ħafna. Skont il-Ġermanja, minħabba li l-inizjattiva li jiġu servuti linji tal-ajru ġodda ma wasslitx għal spejjeż inkrementali notevoli, ma kienx meħtieġ li jitħejjew pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju ex ante sabiex jiġi ddeterminat jekk kuntratt ma' linja tal-ajru jkunx inkrementalment profittabbli. |
|
(135) |
Skont il-Ġermanja, it-tariffi mnaqqsin tal-ajruport mhumiex selettivi minħabba li ngħataw fuq bażi mhux diskriminatorja. Għalhekk, il-Ġermanja kienet tal-opinjoni li ma kien hemm ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-Ġermanja affermat li l-linji tal-ajru ma setgħux joħolqu pożizzjoni aktar b'saħħitha fis-suq abbażi ta' dawn it-tariffi. |
|
(136) |
Fid-dawl tal-affermazzjoni li l-iskontijiet offruti lil diversi linji tal-ajru ma jikkostitwixxu ebda għajnuna mill-Istat, il-Ġermanja ma ressqet ebda argument li jikkonċerna l-kompatibbiltà tagħhom. |
4.4. KUNTRATTI TA' KUMMERĊJALIZZAZZJONI MA' RYANAIR U AMS
|
(137) |
Il-Ġermanja enfasizzat li l-kuntratti ta' kummerċjalizzazzjoni konklużi bejn il-Land u AMS huma indipendenti minn FZG. Il-Ġermanja affermat li l-għan tal-kuntratti ta' kummerċjalizzazzjoni kien li jinxtraw servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bi prezz tas-suq li primarjament jippromwovu lil-Land Rhineland-Palatinate bħala destinazzjoni għat-turiżmu u għal attivitajiet ekonomiċi. Skont il-Ġermanja, billi l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma kienx immirat speċifikament biex jippromwovi lill-ajruport, ma kien hemm ebda konnessjoni bejn il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni u l-għadd ta' passiġġieri. Il-Ġermanja ddikjarat li, inċidentalment, il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni mmiraw ukoll li jippromwovu l-Ajruport ta' Zweibrücken. |
|
(138) |
Filwaqt li enfasizzat li bil-konklużjoni tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni l-Land sempliċiment xtara s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bil-prezz tas-suq, il-Ġermanja sostniet li l-kuntratt ta' kummerċjalizzazzjoni ma kienx jinkludi għajnuna mill-Istat u ma kellux bżonn jiġi vvalutat bħala miżura ta' għajnuna li minnha tibbenifika linja tal-ajru skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. |
5. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
5.1. RYANAIR
5.1.1. TARIFFI TAL-AJRUPORT SKONTATI
|
(139) |
Ryanair affermat li l-iskontijiet mogħtija lil diversi linji tal-ajru minn FZG ma kienu jinkludu ebda għajnuna mill-Istat, minħabba li kienu konformi mal-prinċipju tal-OES. L-ewwel nett, Ryanair sostniet li fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-OES għar-relazzjoni bejn l-ajruport u l-linji tal-ajru, għandu jiġi mistoqsi biss jekk il-kuntratt kienx inkrementalment profittabbli għall-ajruport. Ryanair kienet tal-fehma li l-ispejjeż infrastrutturali u operatorji fissi kollha għandhom jiġu ttrattati bħala spejjeż mitlufa. Skont Ryanair, meta tiġi biex tivvaluta jekk il-kuntratt kienx konformi mal-prinċipju tal-OES, b'hekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra biss l-ispejjeż inkrementali tal-ajruport, li huma direttament relatati mal-forniment ta' servizzi fl-ajruport lil-linja tal-ajru inkwistjoni, u teżamina jekk id-dħul totali derivat mill-kuntratt kienx jissupera dawk l-ispejjeż inkrementali. F'dan il-kuntest, Ryanair enfasizzat li l-ispejjeż tal-infrastruttura ma kellhom ebda konnessjoni mal-ftehim bejn Ryanair u FZG u li, għalhekk, dawn ma jistgħux jitqiesu bħala spejjeż inkrementali konnessi ma' dak il-ftehim. |
|
(140) |
Min-naħa l-oħra, fil-valutazzjoni tal-introjtu, Ryanair affermat li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll l-esternalitajiet tan-netwerk li kienu mistennija jimmaterjalizzaw meta FZG u Ryanair ikkonkludew il-kuntratt dwar is-servizzi fl-2008. Ryanair qalet li l-fatt li fl-aħħar mill-aħħar dawk l-esternalitajiet tan-netwerk ma mmaterjalizzawx ma setax ikun previst u, għalhekk, ma kellu ebda rilevanza. |
|
(141) |
Ryanair spjegat ukoll li l-iskont ma ffavorixxiex lil Ryanair b'mod selettiv. Ryanair affermat li l-iskont disponibbli għall-ewwel sena tal-operazzjonijiet kien offrut bħala rikonoxximent għar-riskju kummerċjali sinifikanti li hija ħadet meta stabbilixxiet operazzjonijiet skedati matul is-sena kollha lejn ajruport li f'dak iż-żmien kien għadu mhux magħruf. Skont Ryanair, fil-każ ta' Zweibrücken ma kien jagħmel ebda sens għal Ryanair li taċċetta tali riskju kummerċjali mingħajr skema ta' inċentiv. |
|
(142) |
Barra minn hekk, Ryanair iddikjarat li arranġament simili kien miftuħ għal kwalunkwe linja tal-ajru oħra, jiġifieri l-iskont fuq it-tariffi għas-servizzi offruti fl-ajruport għall-ewwel sena tal-operat kien disponibbli għal-linji tal-ajru kollha li bdew rotot ġodda minn Zweibrücken. B'mod partikolari, Ryanair enfasizzat li l-kuntratt tagħha ma' FZG kien jinkludi klawżola li tgħid li “[d]an il-Ftehim jiġi konkluż fuq bażi mhux esklussiva. Il-Partijiet jaqblu li l-kundizzjonijiet mogħtija lil Ryanair skont il-Ftehim ikunu disponibbli wkoll, fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja, għal kwalunkwe linja tal-ajru oħra li timpenja ruħha għal volum ekwivalenti ta' attività tal-linji tal-ajru fl-Ajruport” (23). |
|
(143) |
Fi kwalunkwe każ, Ryanair sostniet li l-ftehimiet bejnha u FZG ma jistgħux jinkludu għajnuna mill-Istat minħabba li mhumiex imputabbli lill-Istat. Ryanair affermat li l-evidenza użata mill-Kummissjoni sabiex turi l-imputabbiltà lill-Istat mhijiex biżżejjed, minħabba li din tista' tirrifletti l-interess tal-awtoritajiet pubbliċi fir-relazzjonijiet kummerċjali tal-ajruport u fil-ġejjieni tiegħu, iżda ma turi ebda involviment attwali tal-awtoritajiet pubbliċi fin-negozjati u l-ftehimiet ta' FZG ma' Ryanair. |
|
(144) |
Barra minn hekk, Ryanair ippreżentat serje ta' noti mħejjija minn Oxera, kif ukoll analiżi mħejjija mill-Professur Damien P. McLoughlin. |
Nota 1 ta' Oxera — Identifying the market benchmark in comparator analysis for MEO tests. Ryanair State aid cases (L-identifikazzjoni tal-valur referenzjarju tas-suq fl-analiżi komparattiva għat-testijiet tal-OES. Il-kawżi ta' għajnuna mill-Istat relatati ma' Ryanair), imħejjija minn Oxera għal Ryanair, fid-9 ta' April 2013
|
(145) |
Oxera kienet temmen li l-approċċ tal-Kummissjoni li taċċetta biss ajruporti ta' referenza li jinsabu fl-istess żona ta' lħuq tal-ajruport taħt investigazzjoni huwa żbaljat. |
|
(146) |
Oxera sostniet li l-prezzijiet ta' referenza tas-suq li jinkisbu mill-ajruporti ta' referenza mhumiex imniġġsa mill-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-ajruporti tal-madwar. Għalhekk, huwa possibbli li l-valur referenzjarju tas-suq jiġi kkalkolat b'mod affidabbli għat-testijiet tal-OES. |
|
(147) |
Dan minħabba li:
|
Nota 2 ta' Oxera — Principles underlying profitability analysis for MEO tests. Ryanair State aid cases (Il-prinċipji sottostanti għall-analiżi tal-profittabbiltà għat-testijiet tal-OES. Il-kawżi ta' għajnuna mill-Istat relatati ma' Ryanair), imħejjija minn Oxera għal Ryanair, fid-9 ta' April 2013.
|
(148) |
Oxera sostniet li l-analiżi tal-profittabbiltà mwettqa minn Oxera fir-rapporti tagħha ppreżentati lill-Kummissjoni ssegwi l-prinċipji li għandhom jiġu adottati minn investitur razzjonali fis-settur privat u tirrifletti l-approċċ li jirriżulta mill-preċedenti tal-Kummissjoni. |
|
(149) |
Il-prinċipji sottostanti għall-analiżi tal-profittabbiltà huma:
|
Analiżi tal-Professur Damien P. McLoughlin — Brand building: why and how small brands should invest in marketing (Il-bini tal-marki kummerċjali: għaliex u kif marki kummerċjali żgħar għandhom jinvestu fil-kummerċjalizzazzjoni), imħejjija għal Ryanair, fl-10 ta' April 2013
|
(150) |
Id-dokument kellu l-għan li jistabbilixxi l-loġika kummerċjali sottostanti għad-deċiżjonijiet tal-ajruporti reġjonali li jixtru reklamar fuq Ryanair.com mingħand AMS. |
|
(151) |
Id-dokument saħaq li jeżisti għadd kbir ta' ajruporti b'saħħithom ħafna, magħrufa sewwa u li jintużaw b'mod abitwali. Il-kompetituri aktar dgħajfa għandhom jegħlbu l-imġiba statika tal-konsumaturi fir-rigward tax-xiri sabiex ikunu jistgħu jespandu n-negozju tagħhom. L-ajruporti reġjonali iżgħar iridu jsibu mod kif jikkomunikaw b'mod konsistenti l-messaġġ marbut mal-marka kummerċjali tagħhom lill-aktar udjenza wiesgħa possibbli. Il-forom tradizzjonali ta' komunikazzjoni relatata mal-kummerċjalizzazzjoni jeħtieġu nfiq li jisboq ir-riżorsi tagħhom. |
Noti 3 u 4 ta' Oxera — How should AMS Agreements be treated within the profitability analysis as part of the market operator test? (Kif għandhom ikunu ttrattati l-ftehimiet ta' AMS fl-analiżi tal-profittabbiltà bħala parti mit-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq?), is-17 u l-31 ta' Jannar 2014
|
(152) |
Ryanair issottomettiet aktar rapporti mħejjija mill-impriża ta' konsulenza tagħha Oxera. F'dawn ir-rapporti, Oxera ddiskutiet il-prinċipji li, skont il-linja tal-ajru, għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni bħala parti mit-test tal-OES fl-analiżi tal-profittabbiltà ta', minn naħa waħda, il-ftehimiet dwar is-servizzi offruti fl-ajruport bejn Ryanair u l-ajruporti u, min-naħa l-oħra, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bejn AMS u l-istess ajruporti (24). Ryanair enfasizzat li dawk ir-rapporti b'ebda mod ma jbiddlu l-pożizzjoni tagħha ppreżentata aktar kmieni li l-ftehimiet dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu analizzati taħt testijiet tal-OES separati. |
|
(153) |
Ir-rapporti indikaw li l-profitti ġġenerati minn AMS għandhom jiġu inklużi bħala introjtu f'analiżi konġunta dwar il-profittabbiltà, filwaqt li l-infiq ta' AMS irid jiġi inkorporat fl-ispejjeż. Għal dan il-għan, ir-rapporti ssuġġerew li tiġi applikata metodoloġija bbażata fuq il-likwidità għall-analiżi konġunta tal-profittabbiltà, li tfisser li n-nefqa mill-ajruporti fuq AMS tista' tiġi ttrattata bħala nfiq operatorju inkrementali. |
|
(154) |
Ir-rapporti enfasizzaw li l-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni jikkontribwixxu għall-ħolqien u s-sostenn tal-valur tal-marka kummerċjali, li jgħinu sabiex jiġu ġġenerati effetti u benefiċċji mhux biss tul il-kuntratt, iżda wkoll wara t-terminazzjoni tiegħu. Dan ikun partikolarment il-każ jekk, minħabba l-fatt li Ryanair ikkonkludiet ftehim ma' dan l-ajruport, ikun hemm linji tal-ajru oħrajn li jistabbilixxu lilhom infushom fl-ajruport, ċaqliqa li min-naħa tagħha għandha tattira aktar ħwienet biex jiftħu hemmhekk u, għalhekk, irendu aktar introjtu minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għall-ajruport. Skont Ryanair, jekk il-Kummissjoni tipproċedi biex twettaq analiżi konġunta tal-profittabbiltà, dawk il-benefiċċji jridu jittieħdu f'kunsiderazzjoni billi l-infiq ta' AMS jiġi ttrattat bħala spejjeż operatorji inkrementali, netti mill-ħlasijiet ta' AMS. |
|
(155) |
Barra minn hekk, Ryanair hija tal-opinjoni li għandu jiġi inkluż valur terminali fil-profitti inkrementali pproġettati fi tmiem il-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni l-valur iġġenerat wara t-terminazzjoni tal-ftehim. Il-valur terminali jista' jiġi adattat fuq il-bażi ta' probabbiltà ta' “tiġdid”, li tkejjel l-aspettattiva li l-profitti ser jippersistu wara t-terminazzjoni tal-ftehim ma' Ryanair jew jekk jiġu maqbula kundizzjonijiet simili ma' linji tal-ajru oħrajn. Ryanair kienet tal-fehma li mbagħad ikun possibbli li jiġi kkalkolat limitu aktar baxx għall-benefiċċji ġġenerati b'mod konġunt mill-ftehim ma' AMS u mill-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, li jkun jirrifletti l-inċertezzi tal-profitti inkrementali wara t-terminazzjoni tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport. |
|
(156) |
Sabiex jissupplimentaw dan l-approċċ, ir-rapporti ppreżentaw sinteżi tar-riżultati tal-istudji dwar l-effetti tal-kummerċjalizzazzjoni fuq il-valur ta' marka kummerċjali. Dawk l-istudji jirrikonoxxu li l-kummerċjalizzazzjoni tista' tappoġġja l-valur ta' marka kummerċjali u tista' tgħin sabiex tinbena klijentela. Skont ir-rapporti, fil-każ ta' ajruport, il-kummerċjalizzazzjoni fuq Ryanair.com iżżid il-viżibbiltà tal-marka kummerċjali b'mod partikolari. Barra minn hekk, ir-rapporti ddikjaraw li l-ajruporti reġjonali iżgħar li jixtiequ jżidu t-traffiku tal-ajru tagħhom jistgħu għalhekk iżidu l-valur tal-marka kummerċjali tagħhom b'mod partikolari billi jikkonkludu ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS. |
|
(157) |
Fl-aħħar nett, ir-rapporti indikaw li approċċ ibbażat fuq il-likwidità għandu jiġi ppreferut fuq approċċ ta' kapitalizzazzjoni, fejn l-ispejjeż tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni pprovduti minn AMS jiġu ttrattati bħala nefqa kapitali fuq assi intanġibbli (jiġifieri, il-valur tal-marka kummerċjali) (25). L-approċċ ta' kapitalizzazzjoni jikkunsidra biss il-proporzjon tan-nefqa fuq il-kummerċjalizzazzjoni attribwibbli għall-assi intanġibbli ta' ajruport. L-infiq fuq il-kummerċjalizzazzjoni jiġi ttrattat bħala nefqa kapitali f'assi intanġibbli u mbagħad jiġi deprezzat għat-tul tal-kuntratt, b'kunsiderazzjoni ta' valur residwu mat-terminazzjoni prevista tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport. Dan l-approċċ ma jikkunsidrax il-profitti inkrementali li ġġib magħha l-konklużjoni tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ma' Ryanair u huwa wkoll diffiċli li jiġi kkalkolat il-valur tal-assi intanġibbli minħabba l-ispejjeż tal-marka kummerċjali u l-perjodu ta' żmien ta' użu tal-assi. Il-metodu tal-likwidità huwa aktar addattat minn approċċ ta' kapitalizzazzjoni, minħabba li tal-aħħar ma jaqbadx il-benefiċċji pożittivi għall-ajruport li huma mistennija bħala riżultat tal-iffirmar tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ma' Ryanair. |
5.1.2. FTEHIMIET DWAR IS-SERVIZZI TA' KUMMERĊJALIZZAZZJONI
|
(158) |
Ryanair enfasizzat li l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMS huma separati mill-ftehimiet ta' Ryanair mal-ajruporti u għandhom jiġu valutati separatament, minħabba li ma jistgħux jitqiesu bħala benefiċjarju wieħed. Il-ftehimiet ġew innegozjati b'mod indipendenti, kienu relatati ma' servizzi differenti u ma kinux soġġetti għal xi rabta li tiġġustifika l-kunsiderazzjoni tagħhom bħala miżura waħda ta' għajnuna allegatament mogħtija mill-Istat. Il-konklużjoni ta' ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS mhijiex kundizzjoni għall-operat tar-rotot minn Ryanair lejn u minn ajruport. Ryanair enfasizzat li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMS kien konkluż mal-Ministeru, il-koproprjetarju tal-ajruport, u li minnu bbenefika l-ajruport, iżda ma kienx intiż biex itejjeb il-fattur tat-tagħbija jew ir-rendiment fuq ir-rotot ta' Ryanair. |
|
(159) |
Fir-rigward tal-valur tal-kummerċjalizzazzjoni, Ryanair sostniet li l-ispazju ddedikat għall-kummerċjalizzazzjoni fuq is-sit web ta' Ryanair huwa riżorsa skarsa u d-domanda għal dan l-ispazju hija għolja, inkluż minn negozji li mhumiex ajruporti. Skont Ryanair, illum il-ġurnata, anki l-linji tal-ajru tradizzjonali qegħdin jirrealizzaw il-valur tas-siti web tagħhom għall-kummerċjalizzazzjoni u għar-reklamar. Ryanair sostniet li l-ajruporti jagħżlu li jibnu marka kummerċjali billi jirreklamaw fuq Ryanair.com jew fuq siti web ta' linji tal-ajru oħrajn. Ryanair żiedet li l-ajruporti jistgħu jibbenefikaw minn dan ir-rikonoxximent akbar tal-marka kummerċjali b'għadd ta' modi kumplimentari u li jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku. Fuq livell internazzjonali, l-Ajruport ta' Zweibrücken huwa ferm inqas rinomat minn Aéroport de Paris jew mill-Ajruport ta' Heathrow u, għalhekk, jeħtieġ li jinvesti fir-reklamar sabiex itejjeb ir-rikonoxximent tal-marka kummerċjali tiegħu u jimmassimizza l-għadd ta' passiġġieri li jaslu. Ryanair ikkonkludiet li l-Land kellu motivazzjoni doppja sabiex jikkonkludi l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS: l-ewwel nett, waħda purament kummerċjali, bħala 50 % koproprjetarju tal-operatur tal-Ajruport ta' Zweibrücken; it-tieni nett, bħala parti mid-dmir tiegħu li jippromwovi l-opportunitajiet ta' negozju u turiżmu fil-Land. Għalhekk, Ryanair hija tal-opinjoni li l-Land xtara servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni siewja bi prezz tas-suq. |
5.2. AIRPORT MARKETING SERVICES — AMS
|
(160) |
AMS sostniet li, kuntrarju għal dak li kien suġġerit fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma għandhiex tittratta l-ftehim ta' FZG ma' Ryanair u l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tal-Land ma' AMS bħala li huma konnessi ma' xulxin, iżda minflok bħala tranżazzjonijiet ta' negozju separati. AMS qalet li hija sussidjarja ta' Ryanair bi skop kummerċjali effettivament tagħha, kif ukoll li nħolqot sabiex tiżviluppa attività li ma tappartjenix għan-negozju prinċipali ta' Ryanair. AMS iċċarat li hija tintuża minn Ryanair bħala intermedjarja biex tbigħ spazju ta' reklamar fuq is-sit web tagħha. AMS sostniet ukoll li, fil-prinċipju, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMS mal-ajruporti jiġu nnegozjati u konklużi separatament mill-ftehimiet ta' Ryanair mal-istess ajruporti. AMS affermat li l-ftehim bejn AMS u l-Land ma jagħti ebda vantaġġ lil Ryanair; Ryanair ma tagħmel ebda pressjoni fuq l-imsieħba tagħha sabiex jikkonkludu ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS, filwaqt li l-prestazzjoni tar-rotot ta' Ryanair ġeneralment tkun l-istess fuq ir-rotot lejn ajruporti bi ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS u lejn dawk mingħajr ftehim bħal dan. |
|
(161) |
AMS sostniet ukoll li, bix-xiri ta' servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, FZG aġixxiet skont il-prinċipju ta' OES, minħabba li r-reklamar fuq Ryanair.com jitqies bħala li jirrappreżenta valur reali għoli għal-Land u li l-prezz mitlub minn AMS kien il-prezz tas-suq għal dawn is-servizzi. AMS sostniet li l-prezzijiet li bihom jiġi pprovdut l-ispazju tar-reklamar minn AMS, u l-volumi li fihom jinkiseb, ma jagħmlu ebda diskriminazzjoni bejn l-impriżi pubbliċi u privati li jirreklamaw. AMS żiedet tgħid li huwa mifhum li l-korpi pubbliċi u privati jikkompetu għall-aċċess għall-ispazju limitat sabiex jirreklamaw fuq Ryanair.com. Skont AMS, dan ifisser li ma tista' tiġi inkluża ebda għajnuna mill-Istat fl-arranġamenti ta' AMS mal-ajruporti pubbliċi, minħabba li AMS tista' faċilment tbigħ l-ispazju fuq is-sit web lil kumpanija privata, bi prezz komparabbli. |
|
(162) |
AMS enfasizzat ukoll li jagħmel sens inerenti għal ajruport reġjonali żgħir li jixtri servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni mingħand AMS. AMS affermat li, tipikament, dawk l-ajruporti għandhom ħtieġa li jżidu r-rikonoxximent tal-marka kummerċjali tagħhom u li r-reklamar fuq sit web ta' linja tal-ajru jista' jżid l-għadd ta' passiġġieri barranin aktar profittabbli (il-passiġġieri barranin jiġġeneraw aktar dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi mill-passiġġieri li jitilqu li joriġinaw mir-reġjun fejn jinsab l-ajruport). AMS enfasizzat li l-Land aġixxa mhux biss bħala l-koproprjetarju tal-operatur tal-ajruport, b'interess dirett fit-titjib tal-immaġini kummerċjali u tal-introjtu tiegħu, iżda wkoll bħala l-awtorità fdata bil-kompitu li tippromwovi l-opportunitajiet ta' negozju u turiżmu fil-Land Rhineland-Palatinate permezz ta' diversi mezzi, inkluż, b'mod partikolari, ir-reklamar. |
5.3. GERMANWINGS
|
(163) |
F'dan l-isfond, Germanwings spjegat fil-qosor għaliex hija ddeċidiet li tibda topera minn Zweibrücken. Hija indikat li għażlet lil Zweibrücken flok Saarbrücken minħabba r-runway aħjar li hemm fi Zweibrücken, fejn irrimarkat li t-topografija tar-runway f'Saarbrücken kienet diffiċli. Hija tispjega wkoll li fl-2006, meta Germanwings iddeċidiet li tibda ttir minn Zweibrücken, Zweibrücken kien mgħammar aħjar għall-inżul bl-istrumenti (is-sistema CAT) u l-ħin tat-titjir lejn Berlin kien kemxejn iqsar. Germanwings affermat li, minħabba n-nuqqas ta' profittabbiltà tar-rotta ta' Berlin, fl-2011, hija ddeċidiet li ma tibqax toffri s-servizzi tagħha minn Zweibrücken. |
|
(164) |
L-ewwel nett, Germanwings affermat li l-kuntratti tagħha ma' FZG ma jinkludu ebda għajnuna mill-Istat minħabba li din mhijiex imputabbli lill-Istat. Hija sostniet li d-diversi stqarrijiet għall-istampa mill-politikanti ma jistgħux juru li l-Istat kien involut fin-negozjati jew fil-konklużjoni ta' dawn il-kuntratti, u li l-obbligu li jkun hemm skeda ta' tariffi approvati mill-awtorità superviżorja skont il-paragrafu 43a LuftVZO ma kienx japplika għal ftehimiet individwali. |
|
(165) |
It-tieni nett, Germanwings sostniet li, meta ġiet biex tikkonkludi d-diversi ftehimiet, FZG aġixxiet bħal OES. Hija enfasizzat li l-prinċipju tal-OES ma jirrikjedix li investitur ma jagħmel ebda telf fuq perjodu ta' żmien qasir, iżda li dan jista' jkun strateġija ta' negozju normali sabiex ikun profittabbli fuq perjodu ta' żmien minn medju sa twil. L-idea li ajruport ma jistax jimponi tariffi li ma jkoprux l-ispejjeż tiegħu, li Germanwings issib li hija riflessa fid-deċiżjoni tal-ftuħ, titqies bħala li toriġina mill-Artikolu 102 tat-Trattat u bħala li hija applikabbli biss fil-kuntest tal-antitrust, għalhekk ma għandhiex tiġi applikata f'każijiet ta' għajnuna mill-Istat. |
5.4. TUIFly
|
(166) |
F'dan l-isfond, TUIFly spjegat għaliex hija għall-ewwel mexxiet l-operazzjonijiet tagħha mill-Ajruport ta' Saarbrücken għall-Ajruport ta' Zweibrücken. TUIFly qalet li hija mxiet għall-Ajruport ta' Zweibrücken minħabba tħassib relatat mas-sikurezza fl-Ajruport ta' Saarbrücken. TUIFly affermat li waqt il-maltemp, l-infrastruttura u l-karatteristiċi topografiċi tal-Ajruport ta' Saarbrücken kienu jfissru li inġenju tal-ajru b'tagħbija sħiħa ta' TUIFly tat-tip B737-800 ma kienx ikun jista' jinżel fl-ajruport kif suppost, li b'hekk wassal lil dawk l-ajruplani sabiex ibiddlu d-direzzjoni tagħhom lejn l-Ajruport ta' Zweibrücken anki qabel ma l-linja tal-ajru bdiet l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha minn hemmhekk. Skont TUIFly, minbarra li kkawżaw dewmien u inkonvenjenzi għall-passiġġieri, dawk id-devjazzjonijiet kienu assoċjati ma' spejjeż addizzjonali u kwistjonijiet organizzazzjonali għal-linja tal-ajru. TUIFly sostniet li t-tħassib sever relatat mas-sikurezza fl-Ajruport ta' Saarbrücken għamel l-operazzjonijiet tagħha hemmhekk insostenibbli u allura kien inevitabbli li hija tibda topera mill-Ajruport ta' Zweibrücken. Barra minn hekk, hija nnotat li r-runway qasira f'Saarbrücken kienet tfisser li xi ajruplani b'tagħbija sħiħa ma setgħux jistartjaw il-magna tagħhom, bil-konsegwenza li xi titjiriet fuq distanza medja (bħal lejn il-Gżejjer Kanarji) kellhom jibdew b'tankijiet nofshom vojta u jieqfu għar-riforniment tal-fjuwil fi Spanja jew fil-Portugall. |
|
(167) |
TUIFly sostniet li l-ftehim tagħha ma' FZG ma kien jinkludi ebda għajnuna mill-Istat u li t-tariffi mħallsin minn TUIFly kienu konformi mar-rati tas-suq. Hija affermat li l-kundizzjonijiet fl-Ajruport ta' Zweibrücken u fir-reġjun tal-madwar huma tali li, sabiex linja tal-ajru tkun tista' topera b'mod profittabbli minn Zweibrücken, huma meħtieġa tariffi baxxi tal-ajruport. B'mod partikolari, TUIFly irreferiet għall-istat tal-infrastruttura tal-passiġġieri fl-Ajruport ta' Zweibrücken, għan-nuqqas ta' trasportazzjoni pubblika xierqa (bil-ferrovija) lejn u mill-ajruport, għall-post fejn jinsab l-Ajruport f'reġjun b'kapaċità tal-akkwist baxxa, għall-istat inizjalment ħażin tar-runway, għan-nuqqas ta' akkomodazzjoni għall-ekwipaġġ, eċċ. TUIFly sostniet ukoll li, kuntrarju għall-Ajruport ta' Saarbrücken (jew kwalunkwe ajruport ieħor fejn topera TUIFly), l-Ajruport ta' Zweibrücken ma għandux l-istatus ta' “ajruport doganali”, bil-konsegwenza li TUIFly hija obbligata li tħallas “tariffa doganali” ta' bejn EUR […] u EUR […] għal kull titjira. Skont TUIFly, din tirrappreżenta spiża addizzjonali ta' madwar EUR […] għal kull passiġġier u żżid l-ispejjeż operatorji totali ta' TUIFly b'aktar minn EUR […] fis-sena. |
6. KUMMENTI MILL-ĠERMANJA DWAR IL-KUMMENTI TA' PARTIJIET TERZI
6.1. KUMMENTI DWAR IL-KUMMENTI TA' RYANAIR
|
(168) |
Il-Ġermanja laqgħet il-fatt li s-sottomissjonijiet ta' Ryanair jikkonfermaw il-pożizzjoni tal-Ġermanja li la l-Ajruport ta' Zweibrücken u lanqas il-linji tal-ajru li joperaw minn Zweibrücken ma rċevew għajnuna mill-Istat. Hija qablet ukoll li l-kuntratt bejn il-Land Rhineland-Palatinate u AMS għandu jiġi evalwat separatament mill-kuntratt bejn FZG u Ryanair, li tal-ewwel kellu valur reali għal-Land u li kien konkluż bi prezz tas-suq. B'mod partikolari, il-Ġermanja għamlet enfasi fuq l-importanza tat-turiżmu għar-reġjun, fejn sostniet li l-ftehim ma' AMS serva biex jippromwovi t-turiżmu. |
6.2. KUMMENTI DWAR IL-KUMMENTI TA' AMS
|
(169) |
Hekk kif AMS ikkonfermat il-pożizzjoni tal-Ġermanja li l-kuntratt bejn AMS u l-Land Rhineland-Palatinate ma kien jinkludi ebda għajnuna mill-Istat, il-Ġermanja naqset milli tikkummenta dwar is-sottomissjonijiet individwali fid-dettall. |
6.3. KUMMENTI DWAR IL-KUMMENTI TA' GERMANWINGS
|
(170) |
Il-Ġermanja llimitat ir-reazzjoni tagħha għas-sottomissjoni ta' Germanwings li tikkummenta fuq għadd ta' suġġerimenti fattwali mressqa minn Germanwings. B'mod partikolari, hija enfasizzat li, kuntrarju għal dak li Germanwings tidher li qiegħda tissuġġerixxi, ma kien hemm ebda kompetizzjoni bejn Zweibrücken u Saarbrücken, iżda li ż-żewġ ajruporti dejjem ikkunsidraw lilhom infushom bħala li jikkumplimentaw lil xulxin. Il-Ġermanja affermat li l-għażla ta' linja tal-ajru li sservi ajruport jew ieħor hija r-riżultat ta' deċiżjoni strateġika ta' dik il-linja tal-ajru, li dwarha l-Ġermanja ma setgħetx tikkummenta. |
7. VALUTAZZJONI
|
(171) |
Permezz tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat “… kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.” |
|
(172) |
Il-kriterji stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, jeħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin. Jiġifieri, l-appoġġ finanzjarju jrid:
|
7.1. FINANZJAMENT PUBBLIKU MIL-LAND RHINELAND-PALATINATE/ZEF TAL-AJRUPORT TA' ZWEIBRÜCKEN
7.1.1. EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
7.1.1.1. Attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża
|
(173) |
Skont każistika stabbilita, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tistabbilixxi jekk FGAZ u FZG humiex impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-kunċett ta' impriża jkopri lil kull entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħha u l-mod kif tiġi ffinanzjata (26). Kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta' prodotti jew servizzi f'suq partikolari hija attività ekonomika (27). |
|
(174) |
Fis-sentenza tagħha fil-Kawża L-Ajruport ta' Leipzig/Halle, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-operat ta' ajruport għal skop kummerċjali u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport jikkostitwixxu attività ekonomika (28). Ladarba operatur ta' ajruport jinvolvi ruħu f'attivitajiet ekonomiċi billi joffri servizzi bi ħlas fl-ajruport, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tiegħu jew mill-mod kif jiġi ffinanzjat, huwa jikkostitwixxi impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u, għalhekk, ir-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat jistgħu jiġu applikati għal vantaġġi mogħtija mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat lil dak l-operatur tal-ajruport (29). |
|
(175) |
Fir-rigward tal-perjodu rilevanti minn meta l-kostruzzjoni u l-operat ta' ajruport isiru attività ekonomika, il-Kummissjoni tfakkar li l-iżvilupp gradwali tal-forzi tas-suq fis-settur tal-ajruporti ma jippermettix li tiġi ddeterminata data preċiża. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet l-evoluzzjoni fin-natura tal-attivitajiet tal-ajruport u, fis-sentenza tagħha fil-Kawża L-Ajruport ta' Leipzig/Halle, il-Qorti Ġenerali sostniet li, mis-sena 2000 'il quddiem, ma setgħetx tibqa' tiġi eskluża l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport. Konsegwentement, mid-data tas-sentenza fil-Kawża Aéroports de Paris (it-12 ta' Diċembru 2000) (30), l-operat u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport għandhom jitqiesu bħala attività ekonomika li taqa' fl-ambitu tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. |
Unità ekonomika waħda
|
(176) |
Madankollu, qabel teżamina n-natura tal-attivitajiet imwettqa minn FGAZ u FZG, il-Kummissjoni tfakkar li żewġ entitajiet ġuridiċi separati jistgħu jitqiesu bħala li jifformaw unità ekonomika waħda għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Dik l-unità ekonomika mbagħad titqies li hija l-impriża rilevanti. |
|
(177) |
Kif ikkonstatat il-Qorti tal-Ġustizzja, “[f]il-liġi tal-kompetizzjoni, it-terminu ‘impriża’ għandu jinftiehem bħala l-ħatra ta' unità ekonomika … anki jekk fil-liġi dik l-unità ekonomika tkun tikkonsisti f'bosta persuni, fiżiċi jew ġuridiċi.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (31). F'dan ir-rigward, il-Qorti ddeċidiet li bosta entitajiet jistgħu jitqiesu bħala li qegħdin iwettqu attività ekonomika flimkien, u b'hekk jikkostitwixxu unità ekonomika, taħt kundizzjonijiet speċifiċi (32). |
|
(178) |
Sabiex tiddetermina jekk bosta entitajiet jifformawx unità ekonomika, il-Qorti tal-Ġustizzja tħares lejn l-eżistenza ta' sehem ta' kontroll jew rabtiet funzjonali, ekonomiċi jew organiċi (33). |
|
(179) |
F'dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li FGAZ u FZG huma konnessi tant mill-qrib li huma għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu unità ekonomika waħda għall-finijiet tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. L-ewwel nett, ta' min ifakkar li FZG hija sussidjarja 100 % ta' FGAZ, li tagħti lil FGAZ is-setgħa li tikkontrolla lil FZG permezz tal-assemblea tal-azzjonisti. Barra minn hekk, FGAZ u FZG huma konnessi permezz ta' ftehim P&L, li skont il-Ġermanja jfisser li ż-żewġ entitajiet huma ttrattati bħala unità ekonomika waħda skont il-liġi fiskali Ġermaniża. Il-membri tal-bord superviżorju ta' FZG huma, skont l-istatut tiegħu, dejjem identiċi għal dawk fuq il-bord superviżorju ta' FGAZ. Fiż-żewġ impriżi, jiġifieri FGAZ u FZG, il-maniġment jinħatar mill-bord superviżorju rispettiv (li, kif indikat, huwa identiku għaż-żewġ entitajiet). Fil-prattika, […] kien f'kull żmien materjali d-direttur maniġerjali kemm għal FGAZ kif ukoll għal FZG (barra minn hekk, inħatar ukoll it-tieni direttur maniġerjali għal FZG biss, mhux għal FGAZ). Bħala d-direttur maniġerjali waħdieni ta' FGAZ, […] għalhekk irrappreżenta lil FGAZ fl-assemblea tal-azzjonisti ta' FZG, b'FGAZ tkun l-azzjonista waħdanija. |
|
(180) |
Fil-prattika, l-informazzjoni disponibbli turi li regolarment jittieħdu deċiżjonijiet importanti rigward l-Ajruport ta' Zweibrücken fil-livell ta' FGAZ, bi struzzjonijiet mgħoddija lil FZG. L-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-immodernizzar tar-runway fl-2008/2009 hija istruttiva f'dan ir-rigward. L-ewwel nett, il-bord superviżorju ta' FGAZ ħa d-deċiżjoni li jimmodernizza r-runway. Imbagħad, l-assemblea tal-azzjonisti ta' FGAZ tat struzzjonijiet lill-maniġment ta' FGAZ sabiex jitlob li titlaqqa' assemblea tal-azzjonisti ta' FZG. Il-maniġment ta' FGAZ imbagħad irrappreżenta lil FGAZ bħala l-azzjonist waħdieni fl-assemblea tal-azzjonisti ta' FZG u ta struzzjonijiet lill-maniġment ta' FZG sabiex jimplimenta d-deċiżjoni ta' FGAZ li timmodernizza r-runway. |
|
(181) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li r-rabtiet bejn FGAZ u FZG huma mill-qrib biżżejjed sabiex iż-żewġ entitajiet jiġu ttrattati bħala unità ekonomika waħda. B'mod partikolari, FZG hija ekonomikament u legalment dipendenti għal kollox fuq FGAZ u ma għandhiex qafas kummerċjali tagħha stess. Għalhekk, għall-fini tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, FGAZ/FZG jifformaw impriża waħda. |
L-attività ekonomika
|
(182) |
FGAZ/FZG huma involuti fil-kostruzzjoni, fil-manutenzjoni u fl-operat tal-Ajruport ta' Zweibrücken. FGAZ/FZG joffru servizzi tal-ajruport u jitolbu ħlas lill-utenti — operaturi tal-avjazzjoni kummerċjali kif ukoll utenti tal-avjazzjoni ġenerali mhux kummerċjali — għall-użu tal-infrastruttura tal-ajruport, sabiex b'hekk jisfruttaw l-infrastruttura b'mod kummerċjali. Għalhekk, b'segwitu mill-każistika ċċitata fil-premessi 174-175, irid jiġi konkluż li FGAZ/FZG kienu involuti f'attività ekonomika mid-data tas-sentenza fil-Kawża Aéroports de Paris (jiġifieri, it-12 ta' Diċembru 2000) 'il quddiem. |
|
(183) |
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tenfasizza li l-attività ekonomika ta' FGAZ/FZG ma bdietx biss mal-bidu tal-avjazzjoni kummerċjali fi Zweibrücken fl-2006. |
|
(184) |
L-ewwel nett, jidher ċar mis-sottomissjoni tal-Ġermanja li Zweibrücken diġà kien ipprova — mingħajr suċċess — jattira l-avjazzjoni kummerċjali lejn l-ajruport, li b'hekk turi l-intenzjoni tiegħu li jidħol f'dan is-suq. |
|
(185) |
It-tieni nett, l-argument li l-kostruzzjoni u l-operat ta' ajruport jammontaw biss għal attività ekonomika ladarba l-avjazzjoni kummerċjali tkun ġiet attirata b'suċċess iwassal għal konklużjonijiet inaċċettabbli: ma hemm ebda kawża għaliex l-attività preparatorja tal-bini jew tat-tkabbir tal-infrastruttura għandha tinfired mill-użu kummerċjali sussegwenti assoċjat magħha; tabilħaqq, in-natura tal-attività ta' żvilupp għandha tiġi ddeterminata skont jekk l-użu sussegwenti tal-infrastruttura li nbniet jammontax għal attività ekonomika jew le (34). Fis-sentenza tagħha fil-Kawża L-Ajruport ta' Leipzig/Halle, il-Qorti Ġenerali kkjarifikat li l-operat ta' ajruport huwa attività ekonomika, li l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport tagħmel parti inseparabbli minnha. |
|
(186) |
Fl-aħħar nett, ta' min jenfasizza li l-offerta ta' servizzi tal-ajruport għall-finijiet tal-avjazzjoni ġenerali tikkostitwixxi wkoll attività ekonomika. L-istess jgħodd fir-rigward tal-forniment ta' servizzi tal-ajruport lill-utenti militari bi ħlas (35). Għalhekk, FGAZ/FZG diġà kienu involvew ruħhom f'attività ekonomika qabel l-2006. |
|
(187) |
Għalhekk, ġie konkluż li mit-12 ta' Diċembru 2000 'il quddiem, FGAZ/FZG kienu involuti f'attività ekonomika u jikkostitwixxu, bħala unità ekonomika waħda, impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
Mandat tal-ordni pubbliku
|
(188) |
Għalhekk, filwaqt li FGAZ/FZG iridu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, ta' min ifakkar li mhux l-attivitajiet kollha ta' operatur jew sid ta' ajruport huma neċessarjament ta' natura ekonomika (36). |
|
(189) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja (37) sostniet li l-attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika mhumiex ta' natura ekonomika u ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Tali attivitajiet jistgħu jinkludu, pereżempju, is-sigurtà, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, eċċ. Il-finanzjament irid ikun strettament limitat għall-kumpens tal-ispejjeż li għalihom jagħtu lok dawn l-attivitajiet u ma jistax jintuża minflok sabiex jiffinanzja attivitajiet ekonomiċi oħrajn (38). |
|
(190) |
Għalhekk, il-finanzjament tal-attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika jew tal-infrastruttura direttament relatata ma' dawk l-attivitajiet b'mod ġenerali ma jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat (39). F'ajruport, attivitajiet bħall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, it-tifi tan-nar, l-attivitajiet neċessarji għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali u l-investimenti relatati mal-infrastruttura u t-tagħmir meħtieġa biex jitwettqu dawn l-attivitajiet huma ġeneralment meqjusa bħala ta' natura mhux ekonomika (40). |
|
(191) |
Madankollu, il-finanzjament pubbliku ta' attivitajiet mhux ekonomiċi neċessarjament marbuta mat-twettiq ta' attività ekonomika ma jridx iwassal għal diskriminazzjoni bla bżonn bejn il-linji tal-ajru u l-maniġers tal-ajruporti. Tabilħaqq, hija każistika stabbilita li jkun hemm vantaġġ meta l-awtoritajiet pubbliċi jeħilsu lill-impriżi mill-ispejjeż inerenti għall-attivitajiet ekonomiċi tagħhom (41). Għalhekk, jekk f'sistema ġuridika partikolari huwa normali li l-linji tal-ajru jew il-maniġers tal-ajruporti jġorru l-ispejjeż ta' ċerti servizzi, filwaqt li xi linji tal-ajru jew maniġers tal-ajruporti li jipprovdu l-istess servizzi ma jkollhomx għalfejn iġorru dawk l-ispejjeż, dawn tal-aħħar jistgħu jgawdu vantaġġ, anki jekk dawk is-servizzi minnhom infushom jitqiesu bħala mhux ekonomiċi. Għalhekk, jeħtieġ li ssir analiżi tal-qafas legali applikabbli għall-operatur tal-ajruport sabiex jiġi vvalutat jekk, taħt dak il-qafas legali, il-maniġers tal-ajruporti jew il-linji tal-ajru humiex mitluba li jħallsu l-ispejjeż tal-provvista ta' xi attivitajiet li minnhom infushom jistgħu ma jkunux ekonomiċi, iżda li jkunu inerenti għall-iskjerament tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. |
|
(192) |
Il-Ġermanja sostniet li l-ispejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet li ġejjin (kemm jekk bħala spejjeż ta' investiment kif ukoll jekk spejjeż operatorji) għandhom jitqiesu bħala li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika: miżuri ta' sigurtà fl-ajruporti skont il-paragrafu 8 Luftsicherheitsgesetz (il-Liġi dwar is-Sigurtà tal-Ajru, minn hawn 'il quddiem: “LuftSiG”), miżuri li jiggarantixxu s-sikurezza operazzjonali, il-kontroll tal-ajru u miżuri ta' sikurezza tal-ajru skont il-paragrafu 27c(2) Luftverkehrsgesetz (il-Liġi dwar it-Traffiku tal-Ajru, minn hawn 'il quddiem: “LuftVG”), servizzi meteoroloġiċi u s-servizzi tat-tifi tan-nar. |
|
(193) |
Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-miżuri skont il-paragrafu 8 tal-LuftSiG, il-miżuri skont il-paragrafu 27c(2) tal-LuftVG (inklużi servizzi meteoroloġiċi) u s-servizz tat-tifi tan-nar jistgħu, fil-prinċipju u soġġetti għall-analiżi fil-premessi 195 et seq. ta' hawn taħt, jitqiesu bħala li jikkostitwixxu attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. |
|
(194) |
Madankollu, fir-rigward tal-miżuri li huma purament relatati mas-sikurezza operatorja, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-iżgurar ta' operazzjonijiet sikuri fl-ajruport huwa parti normali mill-attività ekonomika tal-operat ta' ajruport (42). Soġġetta għal reviżjoni aktar dettaljata fir-rigward tal-attivitajiet u l-ispejjeż individwali, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri mfassla biex jiżguraw is-sikurezza tal-operazzjonijiet fl-ajruport ma jikkostitwux attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Kwalunkwe impriża li tkun tixtieq topera ajruport għandha tiggarantixxi s-sikurezza tal-installazzjonijiet, bħal dik tar-runway utas-superfiċje asfaltata fl-ajrudrom. |
|
(195) |
Fir-rigward tal-qafas legali, il-Ġermanja sostniet li għat-taqsima tat-tifi tan-nar ma hemm l-ebda regola ġuridika li strettament timponi dawn l-ispejjeż fuq l-operatur ta' ajruport. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li r-rimunerazzjoni tal-ispejjeż għat-taqsimiet tat-tifi tan-nar taqa' fil-kompetenza ġuridika tal-Länder u li ġeneralment dawn l-ispejjeż jitħallsu mill-awtoritajiet reġjonali rilevanti. Ir-rimunerazzjoni hija limitata sal-punt neċessarju sabiex jiġu koperti dawk l-ispejjeż. |
|
(196) |
Fir-rigward tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi meteoroloġiċi, il-Kummissjoni tinnota li l-paragrafu 27d u l-paragrafu 27f tal-LuftVG jistabbilixxu li l-ispejjeż relatati mal-paragrafu 27c LuftVG jiġu koperti mill-Istat għal għadd ta' ajruporti speċifiċi. Filwaqt li, f'dan il-każ, il-Kummissjoni ma għandhiex bżonn tiddeċiedi jekk id-dispożizzjoni tistax tagħti vantaġġ lil dawk l-ajruporti li japprofittaw mill-finanzjament tal-Istat skont il-paragrafu 27d u l-paragrafu 27f tal-LuftVG, jidher ċar li l-liġi tipprevedi li l-ajruporti l-oħrajn kollha għandhom iġorru l-ispejjeż rilevanti huma stess. F'dan id-dawl, l-ispejjeż relatati mal-kontroll tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi meteoroloġiċi għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu spejjeż operatorji normali ta' mill-inqas dawk l-ajruporti mhux indirizzati mill-paragrafu 27d u l-paragrafu 27f tal-LuftVG. |
|
(197) |
Fir-rigward tal-miżuri skont il-paragrafu 8 tal-LuftSiG, jidher li l-Ġermanja tqis li l-ispejjeż kollha relatati mal-miżuri preskritti fih jistgħu jitħallsu mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li skont il-paragrafu 8(3) tal-LuftSiG jistgħu jiġu rimborżati biss l-ispejjeż relatati mal-forniment u l-manutenzjoni tal-ispazji u tal-postijiet meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 8(1), (2) tal-LuftSiG. L-ispejjeż l-oħrajn kollha iridu jitħallsu mill-operatur tal-ajruport. Għalhekk, minħabba li l-finanzjament pubbliku mogħti lil FGAZ/FZG ħeles lil dik l-impriża mill-ispejjeż li hija kellha ġġorr skont il-paragrafu 8(3) tal-LuftSiG, dak il-finanzjament pubbliku mhuwiex eżentat minn skrutinju skont ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. |
Konklużjonijiet dwar il-mandat tal-politika pubblika
|
(198) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq, il-Kummissjoni ssib li huwa xieraq li tħejji konklużjonijiet aktar speċifiċi rigward l-ispejjeż tal-investiment u l-ispejjeż operatorji li allegatament jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. |
|
(199) |
Fir-rigward tal-ispejjeż operatorji mġarrbin bejn is-sena 2000 u l-2009, il-Kummissjoni taċċetta li l-ispejjeż operatorji marbuta mat-taqsima tat-tifi tan-nar jikkwalifikaw bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika, sa fejn ir-rimunerazzjoni ta' dawk l-ispejjeż tkun strettament limitata għal dak li huwa neċessarju sabiex jitwettqu dawk l-attivitajiet. Fir-rigward tal-ispejjeż operatorji marbuta mal-miżuri meħuda skont il-paragrafu 8 tal-LuftSiG, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huma biss dawk l-ispejjeż li fil-konfront tagħhom l-operatur tal-ajruport huwa intitolat għal rimborż skont il-paragrafu 8(3) tal-LuftSiG li jikkwalifikaw bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Fir-rigward tal-miżuri tal-kontroll tal-ajru u tas-sikurezza tal-ajru, kif ukoll tas-servizzi meteoroloġiċi skont il-paragrafu 27c(2) tal-LuftVG, u wara li kien innotat li Zweibrücken huwa wieħed mill-ajruporti li għalihom ġiet rikonoxxuta ħtieġa korrispondenti mill-gvern Federali skont il-paragrafu 27d(1) u l-paragrafu 27f(1) tal-LuftVG, il-Kummissjoni ssib li l-ispejjeż operatorji marbuta mal-miżuri tal-kontroll tal-ajru u tas-sikurezza tal-ajru, kif ukoll mas-servizzi meteoroloġiċi ma jistgħux jikkwalifikaw bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Bl-istess mod, l-ispejjeż operatorji relatati mal-iżgurar tas-sikurezza operatorja tal-ajruport ma jikkwalifikawx bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. |
|
(200) |
Meta wieħed jikkunsidra l-investimenti li saru bejn is-sena 2000 u l-2009, il-Kummissjoni taċċetta li l-investimenti li huma direttament relatati mat-taqsima tat-tifi tan-nar jikkwalifikaw bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Barra minn hekk, ir-rimunerazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti kienet limitata għal dak li huwa neċessarju sabiex jiġu koperti dawk l-ispejjeż. Fir-rigward tal-investimenti marbuta mal-miżuri meħuda skont il-paragrafu 8 tal-LuftSiG, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huma biss dawk l-ispejjeż li fil-konfront tagħhom l-operatur tal-ajruport huwa intitolat għal rimborż skont il-paragrafu 8(3) tal-LuftSiG li jikkwalifikaw bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Fir-rigward tal-investimenti marbuta mal-miżuri tal-kontroll tal-ajru u tas-sikurezza tal-ajru, kif ukoll mas-servizzi meteoroloġiċi skont il-paragrafu 27c(2) tal-LuftVG, u wara li kien innotat li Zweibrücken huwa wieħed mill-ajruporti li għalihom ġiet rikonoxxuta ħtieġa korrispondenti mill-gvern Federali skont il-paragrafu 27d u l-paragrafu 27f tal-LuftVG, il-Kummissjoni ssib li l-investimenti marbuta mal-miżuri tal-kontroll tal-ajru u tas-sikurezza tal-ajru, kif ukoll mas-servizzi meteoroloġiċi ma jistgħux jikkwalifikaw bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Bl-istess mod, l-investimenti relatati mal-iżgurar tas-sikurezza operatorja tal-ajruport ma jikkwalifikawx bħala spejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. B'mod partikolari, dan ifisser li l-investimenti fl-immodernizzar u l-estensjoni tar-runway, kif ukoll fl-installazzjoni ta' dwal tar-runway eċċ., ma jistgħux jikkwalifikaw bħala li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. |
|
(201) |
Fi kwalunkwe każ, irrispettivament minn jekk il-klassifikazzjoni legali ta' dawk l-ispejjeż taqax fi ħdan il-mandat pubbliku jew le, intwera li, taħt il-qafas ġuridiku applikabbli, dawn għandhom jitħallsu mill-operatur tal-ajruport. Għaldaqstant, li kieku l-Istat kellu jħallas għal dawk l-ispejjeż, l-operatur tal-ajruport jinħeles minn spiża li normalment ikollu jħallas. |
Attività ekonomika u l-użu mill-militar
|
(202) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-Ajruport ta' Zweibrücken jintuża wkoll mill-forzi militari Ġermaniżi u oħrajn, inkluż għal skopijiet ta' taħriġ. Dan minkejja l-fatt li Zweibrücken mhuwiex mitjar militari, iżda ajruport ċivili (43). |
|
(203) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, fil-prinċipju, il-forniment ta' servizzi tal-ajruport lill-militar, inkluż minn ajruporti ċivili, jista' jikkostitwixxi attività li taqa' fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Madankollu, mhuwiex ċar sa liema punt il-Ġermanja hija tal-opinjoni li l-finanzjament pubbliku tal-Ajruport ikopri biss l-ispejjeż li jirriżultaw mill-issodisfar tal-ħtiġijiet tal-militar fir-rigward tas-servizzi offruti fl-ajruport. Il-Kummissjoni tosserva li, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispejjeż operatorji, il-Ġermanja ma tinkludix l-ispejjeż li jirriżultaw mill-preżenza tal-militar bħala li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. Fil-prinċipju, l-istess jgħodd għall-investimenti, fejn il-Ġermanja ma tqisx li l-investimenti huma strettament relatati mal-utenti militari tal-ajruport. |
|
(204) |
Madankollu, il-Ġermanja ssostni li l-użu kontinwu tal-ajruport mill-militar huwa raġuni waħda għaliex l-investimenti fis-sikurezza tal-ajruport (ir-runway, eċċ.) kienu assolutament meħtieġa u għaliex l-għeluq tal-ajruport ma kienx għażla. |
|
(205) |
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tosserva li l-Ajruport ta' Zweibrücken jidher li qiegħed joffri servizzi tal-ajruport lill-militar bi ħlas. Il-minuti tal-bord superviżorju ta' FGAZ tat-2 ta' Ottubru 2006 juru li saret diskussjoni dwar l-eżerċizzji militari fi Zweibrücken. Il-maniġment jenfasizza li waħda mir-raġunijiet favur li jitħallew isiru tali eżerċizzji hija proprju l-introjtu li jiġi ġġenerat minnhom, li jindika li, mill-perspettiva ta' FGAZ/FZG, l-offerta ta' servizzi tal-ajruport lill-militar hija attività ekonomika. Id-diskussjoni titkellem ukoll dwar jekk FZG għandhiex tippermetti li jsiru eżerċizzji militari fi Zweibrücken fil-ġejjieni, li tissuġġerixxi li hija fid-diskrezzjoni ta' FGAZ/FZG jekk iridux jaqdu lill-militar jew le. |
|
(206) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma wkoll li n-nuqqas tal-Ġermanja milli tidentifika kwalunkwe spejjeż partikolari mġarrba, f'termini ta' investimenti jew ta' spejjeż operatorji, speċifikament relatati mal-utenti militari tal-ajruport, jistax jitqies bħala li jindika li l-militar huwa, tabilħaqq, sempliċiment klijent ieħor tal-Ajruport ta' Zweibrücken. |
|
(207) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-forniment ta' servizzi tal-ajruport lill-militar huwa attività ekonomika fl-Ajruport ta' Zweibrücken, billi nnotat b'mod partikolari n-nuqqas ta' identifikazzjoni ta' kwalunkwe spejjeż individwalment marbuta mal-preżenza tal-militar fl-Ajruport ta' Zweibrücken u l-ġustifikazzjoni (parzjalment) ekonomika mogħtija minn FGAZ/FZG sabiex jaqdu lill-militar. |
|
(208) |
Anki fix-xenarju alternattiv — jiġifieri jekk il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-ispejjeż li jirriżultaw mill-preżenza tal-militar jistgħu jiġu koperti mill-Istat bħala li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika — xorta waħda għandu jiġi osservat li l-finanzjament pubbliku tal-attività mhux ekonomika tal-ajruport sabiex jaqdi lill-militar ma għandux jitħalla jwassal għal sussidjar inkroċjat tal-attivitajiet ekonomiċi tal-ajruport. B'mod partikolari, mhux ser ikun possibbli li l-investiment sħiħ fl-assi użati wkoll mill-militar (ir-runway, eċċ.) jew l-ispejjeż operatorji fissi jitqiesu bħala li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika. |
7.1.1.2. Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat
|
(209) |
Sabiex jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, il-miżuri inkwistjoni jridu jkunu ffinanzjati mir-riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni biex tingħata l-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat. |
|
(210) |
Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat japplika għal kwalunkwe vantaġġ mogħti permezz tar-riżorsi tal-Istat mill-Istat innifsu jew minn kwalunkwe korp intermedjarju li jaġixxi permezz tas-setgħat mogħtija lilu (44). Ir-riżorsi tal-awtoritajiet lokali huma, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-Trattat, riżorsi tal-Istat (45). |
|
(211) |
F'dan il-każ, il-miżuri rilevanti — jiġifieri l-għotjiet ta' investiment dirett lil FZG u l-injezzjonijiet ta' kapital annwali favur FGAZ/FZG — ingħataw direttament mill-baġit tal-awtoritajiet lokali. L-għotjiet ta' investiment ġew direttament mil-Land Rhineland-Palatinate, filwaqt li l-injezzjonijiet ta' kapital kienu kofinanzjati mil-Land u minn ZEF, assoċjazzjoni ta' entitajiet territorjali pubbliċi lokali. |
|
(212) |
B'hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huma ffinanzjati permezz ta' riżorsi tal-Istat u li huma wkoll imputabbli lill-Istat. |
7.1.1.3. Vantaġġ ekonomiku
|
(213) |
Vantaġġ skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma setgħetx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent mill-Istat (46). Huwa biss l-effett tal-miżura fuq l-impriża li huwa rilevanti, mhux il-kawża jew l-għan tal-intervent mill-Istat (47). Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja ta' impriża titjieb bħala riżultat ta' intervent mill-Istat, ikun hemm vantaġġ. |
|
(214) |
Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li “l-kapital impoġġi direttament jew indirettament għad-dispożizzjoni ta' impriża mill-Istat f'ċirkostanzi li jikkorrespondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq ma jistax jitqies bħala għajnuna mill-Istat” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (48). F'dan il-każ, sabiex jiġi stabbilit jekk il-finanzjament pubbliku tal-Ajruport ta' Zweibrücken jagħtix lil FGAZ/FZG vantaġġ li ma kinitx tikseb taħt il-kundizzjonijiet normali tas-suq, il-Kummissjoni trid tqabbel l-imġiba tal-awtoritajiet pubbliċi li qed jipprovdu l-għotjiet ta' investiment dirett u l-injezzjonijiet ta' kapital ma' dik ta' OES iggwidat minn prospetti ta' profittabbiltà fit-tul (49). |
|
(215) |
Il-valutazzjoni għandha tħalli fil-ġenb kwalunkwe riperkussjonijiet pożittivi fuq l-ekonomija tar-reġjun fejn jinsab l-ajruport, minħabba li l-Qorti ċċarat li l-kwistjoni rilevanti għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-OES hija dwar jekk “f'ċirkostanzi simili, azzjonist privat, wara li jkun ikkunsidra l-prevedibbiltà li jikseb redditu u wara li jwarrab il-kunsiderazzjonijiet soċjali, tal-politika reġjonali u settorjali kollha, ikunx issottoskriva l-kapital inkwistjoni” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (50). |
|
(216) |
Fil-Kawża Stardust Marine, il-Qorti qalet li, “[…] sabiex ikun eżaminat jekk l-Istat adottax jew le l-imġiba ta' investitur prudenti li jopera f'ekonomija tas-suq, jeħtieġ li wieħed iqiegħed lilu nnifsu fil-kuntest tal-perjodu li matulu jkunu ttieħdu l-miżuri ta' appoġġ finanzjarju, sabiex jivvaluta r-razzjonalità ekonomika tal-imġiba tal-Istat u, b'hekk, joqgħod lura milli jagħmel xi valutazzjoni msejsa fuq sitwazzjoni sussegwenti” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (51). |
|
(217) |
Barra minn hekk, fil-Kawża EDF, il-Qorti ddikjarat li, “[…] għall-finijiet li jintwera li, qabel jew fl-istess ħin li jagħti l-vantaġġ, l-Istat Membru ħa dik id-deċiżjoni bħala azzjonist, mhuwiex biżżejjed li wieħed jistrieħ fuq l-evalwazzjonijiet ekonomiċi magħmula wara li jkun ingħata l-vantaġġ, fuq sejba retrospettiva li l-investiment magħmul mill-Istat Membru kkonċernat kien tabilħaqq profittabbli, jew fuq ġustifikazzjonijiet sussegwenti tal-kors ta' azzjoni tabilħaqq magħżul” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (52). |
|
(218) |
Sabiex tkun tista' tapplika l-prinċipju ta' OES, il-Kummissjoni jkollha tqiegħed lilha nnifisha fiż-żmien meta ttieħdet kull deċiżjoni sabiex jiġu pprovduti fondi pubbliċi lil FGAZ/FZG. Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-valutazzjoni tagħha wkoll fuq l-informazzjoni u s-suppożizzjonijiet li kienu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet lokali rilevanti fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni rigward l-arranġamenti finanzjarji tal-miżuri infrastrutturali inkwistjoni. |
Għotjiet ta' investiment dirett
|
(219) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-għotjiet ta' investiment dirett koprew porzjon tal-ispejjeż tal-investiment imġarrba minn FGAZ/FZG fil-kuntest tal-attività ekonomika tagħha. L-operatur ta' ajruport normalment ikollu jħallas l-ispejjeż kollha relatati mal-kostruzzjoni u l-operat tal-ajruport (bl-eċċezzjoni ta' dawk l-ispejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika u ġeneralment ma jkollhomx għaliex jitħallsu mill-operatur tal-ajruport taħt il-qafas ġuridiku applikabbli), inklużi l-ispejjeż tal-investiment, għalhekk, il-kopertura ta' parti minn dawk l-ispejjeż teħles lil FGAZ/FZG minn piż li normalment ikollha ġġorr. |
|
(220) |
Il-Ġermanja ma sostnietx espliċitament li l-għotjiet ta' investiment dirett kienu konformi mal-prinċipju ta' OES. Minflok, hija sostniet li l-għeluq tal-ajruport qatt ma kien għażla realistika għall-awtoritajiet lokali u li, minħabba l-ħtieġa tal-operat tal-ajruport, kien ekonomikament sensibbli li dan jinfetaħ ukoll għall-avjazzjoni kummerċjali. F'punti oħrajn, il-Ġermanja saħqet li l-investimenti fl-ajruport kienu motivati mir-rieda li r-reġjun jissaħħaħ ekonomikament, kif ukoll li s-sussidji pubbliċi kienu meħtieġa minħabba li l-introjtu ġġenerat mill-isfruttar kummerċjali tal-ajruport mhux ser ikun biżżejjed sabiex ikopri l-ispejjeż relatati. |
|
(221) |
Il-Ġermanja enfasizzat ukoll li l-infrastruttura hija meħtieġa sabiex jinħolqu l-impjiegi (madwar 5 000 impjieg fil-Land Rhineland-Palatinate kollu, li 2 708 impjiegi minnhom jiddependu direttament u indirettament fuq l-ajruport), sabiex jiġu ffrankati l-ispejjeż soċjali (EUR 25 miljun fis-sena) u sabiex jinħoloq introjtu mit-taxxa. Il-Ġermanja ddikjarat ukoll li l-impjiegi huma partikolarment importanti f'din iż-żona b'rata ta' qgħad li bħalissa hija 2 % aktar mill-medja tal-Land. Il-Ġermanja sostniet li żewġ opinjonijiet ta' esperti jenfasizzaw l-importanza tal-ajruport għall-ekonomija reġjonali (53). |
|
(222) |
Madankollu, ma jistgħux jitqiesu kunsiderazzjonijiet soċjali u reġjonali meta jitwettaq test tal-OES. Barra minn hekk, anki li kieku l-Kummissjoni kellha tqis dawk il-kunsiderazzjonijiet soċjali u reġjonali, l-istudji sottomessi mill-Ġermanja juru li, f'Ġunju 2012, FZG ipprovdiet biss 115-il impjieg fl-Ajruport ta' Zweibrücken innifsu. Dawk l-istudji jikkonfermaw li ż-żona kummerċjali madwar l-ajruport ikkonvertit tipprovdi total ta' 2 708 impjiegi diretti u indiretti. Madankollu, minn dawk, 7,8 % biss, jiġifieri 210 impjiegi, għandhom x'jaqsmu mat-trasport u l-ħażna, jiġifieri, attivitajiet li huma konnessi direttament mal-preżenza tal-ajruport. |
|
(223) |
Filwaqt li, fil-prinċipju, jista' jiġi aċċettat li anki għotjiet mhux ripagabbli lil kumpanija li hija kompletament proprjetà tal-Istat jistgħu jikkwalifikaw bħala investimenti konformi mas-suq, il-Ġermanja ma ppreżentat ebda pjan ta' direzzjoni tan-negozju jew kalkoli ex ante li jirrigwardjaw il-profittabbiltà mistennija tal-għotjiet ta' investiment. L-uniċi projezzjonijiet li ġew ippreżentati huma studju mill-2003 li jispjega liema għadd ta' passiġġieri tal-avjazzjoni kummerċjali jista' jwassal għal profittabbiltà u l-projezzjoni tal-2010 tar-riżultati annwali mistennija bejn l-2011 u l-2015. Tal-aħħar stenniet li FZG issir profittabbli biss fl-2015, billi assumiet li l-għadd ta' passiġġieri ser jiżdied għal aktar minn 500 000 passiġġier fis-sena. |
|
(224) |
L-investimenti infrastrutturali fl-ajruport ta' Zweibrücken jinvolvu spejjeż sinifikanti (ara l-ispejjeż tal-investimenti spjegati fid-dettall fit-Tabella 2 u fit-Tabella 3, netti minn kwalunkwe investimenti li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika kif identifikati fil-premessi 198 sa 200 u l-investiment li sar qabel it-12 ta' Diċembru 2000) u perjodu twil ta' riżultati negattivi (prevedibbilment mill-inqas sal-2015). |
|
(225) |
Minkejja l-inċertezzi inerenti u sinifikanti relatati mal-proġett, bħan-natura fit-tul tiegħu, la kien hemm pjan ta' direzzjoni tan-negozju ex ante u lanqas analiżi tas-sensittività ta' kwalunkwe suppożizzjoni tal-profittabbiltà sottostanti. Dan mhuwiex konformi mat-tip ta' analiżi li investitur prudenti kien jagħmel għal proġett bħal dan. |
|
(226) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li, sa mis-sena 2000, FGAZ/FZG iġġeneraw telf kull sena, b'tendenza dejjem tiżdied sa mill-2005. |
|
(227) |
L-ewwel nett, l-għotjiet ta' investiment dirett ma kinux ripagabbli fin-natura tagħhom u ma rendew ebda redditu fuq l-investiment. It-tieni nett, il-Ġermanja ma ppreżentat ebda evidenza li l-għotjiet ta' investiment tpoġġew għad-dispożizzjoni ta' FZG skont it-termini tas-suq. It-tielet nett, il-Ġermanja ma tiddependix fuq il-prinċipju tal-OES. Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li l-għotjiet ta' investiment dirett mil-Land favur FZG mogħtija wara t-12 ta' Diċembru 2000 taw vantaġġ ekonomiku lil FZG (sal-punt li l-għotjiet ta' investiment ma kinux purament relatati ma' attivitajiet li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika kif ġie konkluż fil-premessi 198 sa 200). |
Injezzjonijiet ta' kapital annwali
|
(228) |
L-injezzjonijiet ta' kapital annwali mil-Land Rhineland-Palatinate u minn ZEF servew biex ikopru t-telf annwali ta' FGAZ, li min-naħa tiegħu kien ikkawżat kważi kollu kemm hu mit-telf annwali ta' FZG (ara t-Tabella 4). Fl-aħħar nett, għalhekk, l-injezzjonijiet ta' kapital annwali servew biex ikopru parti mill-investiment normali u mill-ispejjeż operatorji ta' FGAZ/FZG, biex b'hekk ħelsu lill-impriża minn piż ekonomiku li normalment ikollha ġġorr. |
|
(229) |
Għall-istess raġuni deskritta fil-premessi 222 sa 228 fir-rigward tal-għotjiet ta' investiment dirett lil FZG, il-Kummissjoni ssib ukoll li l-injezzjonijiet ta' kapital annwali favur FGAZ/FZG ma kinux ipprovduti taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Notevolment, il-Ġermanja ma sostnietx li l-injezzjonijiet ta' kapital kienu investimenti normali tas-suq. Il-Ġermanja ma ppreżentat ebda evidenza li turi kunsiderazzjonijiet ta' profittabbiltà ex ante u lanqas ma spjegat għaliex OES ikompli jinjetta l-kapital f'impriża li kontinwament tiġġenera t-telf. F'dan id-dawl, l-injezzjonijiet ta' kapital annwali jridu jikkwalifikaw bħala li jagħtu vantaġġ ekonomiku lil FGAZ/FZG. |
Konklużjoni
|
(230) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis li, fin-nuqqas ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju ex ante jew studji sensibbli oħrajn dwar il-profittabbiltà, OES ma kienx ikun jista' jieħu d-deċiżjoni li jimbarka fuq il-proġett ta' investiment inkwistjoni u li jkopri, fuq bażi annwali kontinwa, it-telf dejjem jiżdied ta' FGAZ/FZG. Għalhekk, id-deċiżjoni tal-Land Rhineland-Palatinate u ta' ZEF li jagħtu dawk il-miżuri tagħti vantaġġ ekonomiku lil FGAZ/FZG li ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. |
7.1.1.4. Selettività
|
(231) |
Sabiex miżura tal-Istat taqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, hija trid tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew ċerti produtturi”. B'hekk, huma biss dawk il-miżuri li jiffavorixxu lill-impriżi li jagħtu vantaġġ b'mod selettiv li jaqgħu taħt il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat. |
|
(232) |
Fil-każ inkwistjoni, mill-għotjiet ta' investiment dirett u mill-injezzjonijiet ta' kapital annwali bbenifikat biss FGAZ/FZG. B'hekk, iż-żewġ miżuri huma definittivament selettivi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
7.1.1.5. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(233) |
Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża, meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jikkompetu fis-suq intern, dawn tal-aħħar iridu jitqiesu bħala li ġew affettwati minn dik l-għajnuna (54). Il-vantaġġ ekonomiku mogħti mill-għotjiet ta' investiment dirett u mill-injezzjonijiet ta' kapital annwali, f'dan il-każ lill-operatur tal-ajruport, isaħħaħ il-pożizzjoni ekonomika tiegħu, billi l-operatur tal-ajruport seta' jistabbilixxi n-negozju tiegħu mingħajr ma kellu jġorr l-ispejjeż operatorji u l-ispejjeż ta' investiment inerenti kollha. |
|
(234) |
Kif ġie vvalutat fil-premessa 173 et seq., l-operat ta' ajruport huwa attività ekonomika. Minn naħa waħda, il-kompetizzjoni sseħħ bejn l-ajruporti sabiex jattiraw il-linji tal-ajru u t-traffiku tal-ajru korrispondenti (passiġġieri u merkanzija) u, min-naħa l-oħra, bejn il-maniġers tal-ajruporti, li jistgħu jikkompetu bejniethom sabiex jiġu fdati bil-ġestjoni ta' ajruport partikolari. Barra minn hekk, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasportaturi bi prezzijiet baxxi u l-operaturi charter, l-ajruporti li ma jinsabux fl-istess żoni ta' lħuq jew li jinsabu saħansitra fi Stati Membri differenti jistgħu jkunu wkoll f'kompetizzjoni ma' xulxin sabiex jattiraw dawk il-linji tal-ajru. |
|
(235) |
Kif issemma fil-punt 40 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u kif affermat mill-ġdid fil-punt 45 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, mhuwiex possibbli li jiġu esklużi saħansitra ajruporti żgħar mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Barra minn hekk, il-punt 45 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jiddikjara espliċitament li “d-daqs relattivament żgħir tal-impriża li tirċievi finanzjament pubbliku ma jeskludix, bħala tali, il-possibbiltà li jista' jiġi affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
(236) |
L-Ajruport ta' Zweibrücken bħalissa qed jaqdi madwar 242 000 passiġġier fis-sena u fl-imgħoddi qeda xejn inqas minn madwar 340 000 passiġġier fis-sena. Il-previżjoni pprovduta mill-Ġermanja stabbilixxiet li l-għadd ta' passiġġieri jista' jitla' għal aktar minn miljun passiġġier fis-sena fl-2025. Kif ġie osservat fil-premessa 21, l-Ajruport ta' Zweibrücken jinsab fil-viċinanza immedjata tal-Ajruport ta' Saarbrücken (39 kilometru) u f'distanza ta' sagħtejn sewqan minn sitt ajruporti oħrajn. Skont l-istudju dwar il-projezzjoni tat-traffiku tal-ajru pprovdut mill-Ġermanja, bħala medja, 15 % tal-passiġġieri li jużaw l-Ajruport ta' Zweibrücken jiġu minn Stati Membri oħrajn (Franza u l-Lussemburgu). Isiru titjiriet internazzjonali mill-ajruport ta' Zweibrücken lejn destinazzjonijiet bħal Mallorca jew Antalya. Ir-runway fi Zweibrücken għandha tul suffiċjenti (3 000 m) u tippermetti lil-linji tal-ajru jservu destinazzjonijiet internazzjonali b'distanzi medji. Fid-dawl ta' dawn il-fatti, ta' min iqis li l-finanzjament pubbliku lil FGAZ/FZG iwassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni u għandu mill-inqas effett potenzjali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(237) |
Minbarra dawn il-kunsiderazzjonijiet ġenerali, il-Kummissjoni hija tal-fehma wkoll li l-Ajruport ta' Zweibrücken huwa jew kien f'kompetizzjoni diretta mal-Ajruport ta' Saarbrücken. L-ewwel nett, mhux ta' min jinjora l-fatt li TUIFly, li qabel kienet l-akbar klijenta tal-Ajruport ta' Saarbrücken, telqet mill-ajruport u bdiet topera minn Saarbrücken fl-2007. It-tieni nett, għal perjodu ta' żmien sostanzjali, it-titjiriet lejn Berlin kienu qed jiġu offruti kemm minn Zweibrücken (Germanwings) kif ukoll minn Saarbrücken (Air Berlin u Luxair) b'mod parallel, fatt li wera li kien hemm kompetizzjoni kemm bejn l-ajruporti kif ukoll bejn il-linji tal-ajru. Il-ftehim ta' FZG dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ma' Germanwings saħansitra ppreveda tariffi ogħla għas-servizzi li jridu jitħallsu lil FZG f'każ li Air Berlin twaqqaf is-servizz tagħha minn Saarbrücken lejn Berlin. |
|
(238) |
Minbarra dawn l-indikaturi għall-kompetizzjoni bejn l-Ajruport ta' Saarbrücken u l-Ajruport ta' Zweibrücken, hemm ukoll evidenza li, minkejja s-sottomissjoni uffiċjali mill-Ġermanja li ż-żewġ ajruporti qatt ma kkunsidraw lilhom infushom bħala li jinsabu f'kompetizzjoni diretta, l-uffiċjali tal-Land Rhineland-Palatinate kienu tal-fehma li kien hemm eżistenza ċara ta' kompetizzjoni. F'żewġ noti interni tal-gvern ta' Rhineland-Palatinate miktuba fl-2003, il-pożizzjoni difiża mill-awturi hija li l-kooperazzjoni bejn l-Ajruport ta' Zweibrücken u l-Ajruport ta' Saarbrücken ma kinitx possibbli/rakkomandabbli f'dak iż-żmien. Minflok, nota waħda spjegat li mill-inqas sakemm FRAPORT AG tkun involuta mal-Ajruport ta' Saarbrücken, ir-relazzjoni bejn iż-żewġ ajruporti tkun waħda ta' kompetizzjoni (55). In-nota tiddikjara wkoll li “mill-perspettiva ta' Rhineland-Palatinate, jista' jkun mistenni li l-Ajruport ta' Zweibrücken jipprevali f'din il-kompetizzjoni fuq perjodu ta' żmien twil” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (56). Dawn id-dikjarazzjonijiet jindikaw li, għall-inqas fl-2003, ir-relazzjoni perċepita bejn iż-żewġ ajruporti kienet tabilħaqq waħda ta' kompetizzjoni. |
|
(239) |
F'dan l-isfond, il-finanzjament pubbliku mogħti lil FGAZ/FZG irid jitqies bħala li jista' jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkollu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
7.1.1.6. Konklużjoni
|
(240) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 173 sa 239, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-finanzjament pubbliku mogħti lil FGAZ/FZG fil-forma ta' għotjiet ta' investiment dirett u injezzjonijiet ta' kapital annwali bejn is-sena 2000 u l-2009 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
7.1.2. LEGALITÀ TAL-GĦAJNUNA
|
(241) |
Skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kwalunkwe pjanijiet li jagħtu jew ibiddlu l-għajnuna, u ma għandhomx jimplimentaw il-miżuri proposti qabel ma l-proċedura ta' notifika tirriżulta f'deċiżjoni finali. |
|
(242) |
Billi l-fondi kienu diġà tpoġġew għad-dispożizzjoni ta' FGAZ/FZG, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Ġermanja ma rrispettatx il-projbizzjoni tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat (57). |
7.1.3. IL-KOMPATIBBILTÀ
7.1.3.1. L-applikabbiltà tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u tal-2014
|
(243) |
L-Artikolu 107(3) tat-Trattat jipprevedi ċerti eżenzjonijiet għar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat li l-għajnuna mill-Istat mhijiex kompatibbli mas-suq intern. L-għajnuna inkwistjoni tista' tiġi vvalutata biss fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat, li jistipula li: “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”, tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern. |
|
(244) |
F'dan ir-rigward, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jipprovdu qafas għall-valutazzjoni ta' jekk l-għajnuna mogħtija lill-ajruporti tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. |
|
(245) |
Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna illegali mill-Istat (58) japplika għall-għajnuna illegali għall-investiment mogħtija lill-ajruporti. F'dan ir-rigward, jekk l-għajnuna illegali għall-investiment tkun ingħatat qabel l-4 ta' April 2014, il-Kummissjoni tapplika r-regoli dwar il-kompatibbiltà li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna għall-investiment illeġittima. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 fil-każ ta' għajnuna illegali għall-investiment mogħtija lill-ajruporti qabel l-4 ta' April 2014 (59). |
|
(246) |
Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-dispożizzjonijiet tal-avviż tagħha dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna illegali mill-Istat ma għandhomx japplikaw għall-każijiet pendenti ta' għajnuna operatorja illegali mogħtija lill-ajruporti qabel l-4 ta' April 2014. Minflok, il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 għall-każijiet kollha li jikkonċernaw l-għajnuna operatorja (in-notifiki pendenti u l-għajnuna illegali mhux innotifikata) lill-ajruporti, anki jekk l-għajnuna ngħatat qabel l-4 ta' April 2014 u l-bidu tal-perjodu tranżitorju (60). |
|
(247) |
Fil-premessa 242 il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-injezzjonijiet diretti u annwali ta' kapital ma jikkostitwixxux għajnuna illegali mill-Istat mogħtija qabel l-4 ta' April 2014. |
7.1.3.2. Distinzjoni bejn għajnuna għall-investiment u għajnuna operatorja
|
(248) |
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 imsemmija fil-premessi 245 u 246, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwix għajnuna għall-investiment jew għajnuna operatorja illegali. |
|
(249) |
Skont il-punt 25(r) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna għall-investiment hija definita bħala “għajnuna maħsuba biex tiffinanzja l-assi kapitali fissi; speċifikament, sabiex tiġi koperta d-diskrepanza fil-finanzjament tal-ispejjeż kapitali” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Barra minn hekk, skont il-punt 25(r) tal-Linji Gwida, l-għajnuna għall-investiment tista' tkun relatata kemm ma' pagament bil-quddiem (jiġifieri tkun tkopri l-ispejjeż tal-investiment bil-quddiem) kif ukoll mal-għajnuna mħallsa fil-forma ta' pagamenti akkont perjodiċi (sabiex tkopri l-ispejjeż kapitali, f'termini tad-deprezzament annwali u l-ispejjeż tal-finanzjament). |
|
(250) |
Min-naħa l-oħra, l-għajnuna operatorja tfisser l-għajnuna li tkopri l-ispejjeż operatorji kollha, jew parti minnhom, ta' ajruport, definiti bħala “l-ispejjeż sottostanti tal-provvediment ta' servizzi fl-ajruport, inklużi kategoriji bħall-ispejjeż tal-persunal, is-servizzi mogħtija b'kuntratt, il-komunikazzjoni, l-iskart, l-enerġija, il-manutenzjoni, il-kera, l-amministrazzjoni, eċċ., iżda esklużi l-ispejjeż kapitali, l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni jew kwalunkwe inċentivi oħrajn mogħtija lil-linji tal-ajru mill-ajruport, kif ukoll l-ispejjeż li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (61). |
|
(251) |
Fid-dawl ta' dawk id-definizzjonijiet, jista' jiġi kkunsidrat li l-injezzjonijiet ta' kapital diretti, li kienu lkoll marbuta ma' proġetti ta' investiment partikolari, jikkostitwixxu għajnuna għall-investiment favur FGAZ/FZG. |
|
(252) |
B'kuntrast ma' dan, il-parti tal-injezzjonijiet ta' kapital annwali li ntużat biex tkopri t-telf operatorju annwali (62) ta' FGAZ/FZG, nett tal-ispejjeż inklużi fl-EBITDA li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika kif stabbilit fil-premessi 198 sa 200 u l-ispejjeż imġarrba qabel it-12 ta' Diċembru 2000, jikkostitwixxu għajnuna operatorja favur FGAZ/FZG. |
|
(253) |
Fl-aħħar nett, il-parti tal-injezzjonijiet ta' kapital annwali li tkopri t-telf ta' FGAZ/FZG li mhuwiex inkluż diġà fl-EBITDA (jiġifieri, id-deprezzament annwali tal-assi, l-ispejjeż tal-finanzjament, eċċ.), nieqes l-ispejjeż li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika kif stabbilit fil-premessi 198 sa 200 u l-ispejjeż imġarrba qabel it-12 ta' Diċembru 2000, jikkostitwixxu għajnuna għall-investiment. |
7.1.3.3. Kompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment
|
(254) |
Skont il-paragrafu 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-Kummissjoni trid teżamina jekk humiex issodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
|
(255) |
Barra minn hekk, sabiex tkun kompatibbli, l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti –bħal kwalunkwe miżura oħra ta' għajnuna mill-Istat — irid ikollha effett ta' inċentiv u tkun neċessarja u proporzjonali fir-rigward tal-objettiv leġittimu fil-mira. |
|
(256) |
Il-Ġermanja affermat li l-għajnuna għall-investiment favur FGAZ/FZG hija konformi mal-kriterji tal-kompatibbiltà kollha stipulati fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. |
(a) Kontribut għal objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar
|
(257) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 ma jistabbilixxux kriterji preċiżi li abbażi tagħhom jiġi vvalutat jekk l-għajnuna għall-investiment mogħtija lil ajruport tikkontribwix għal objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar. Madankollu, sempliċi duplikazzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport eżistenti ma tistax titqies bħala li sservi objettiv ta' interess komuni. |
|
(258) |
F'dan ir-rigward, għalhekk, il-Kummissjoni trid tivvaluta, l-ewwel nett, jekk l-Ajruport ta' Zweibrücken jidduplikax l-infrastruttura tal-ajruport eżistenti fir-reġjun. |
Duplikazzjoni: Sovrapożizzjoni bejn l-Ajruport ta' Zweibrücken u l-Ajruport ta' Saarbrücken
|
(259) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-Ajruport ta' Zweibrücken jinsab fil-qrubija immedjata tal-Ajruport ta' Saarbrücken. Id-distanza lineari bejn iż-żewġ ajruporti hija ta' madwar 20 kilometru, li ssarraf f'madwar 39 kilometru ta' toroq. Il-ħin tal-ivvjaġġar bil-karozza bejn iż-żewġ ajruporti huwa ta' madwar 30 minuta. Barra minn hekk, hemm mill-inqas sitt ajruporti oħrajn li jinsabu f'distanza ta' inqas minn sagħtejn f'ħin tal-ivvjaġġar bogħod mill-Ajruport ta' Zweibrücken. |
|
(260) |
Il-qrubija bejn iż-żewġ ajruporti tfisser li t-tnejn iservu żoni ta' lħuq virtwalment identiċi. Id-diversi studji ppreżentati mill-Ġermanja f'dan il-każ (63), kif ukoll fil-proċedura ta' investigazzjoni formali parallela li tirrigwardja l-Ajruport ta' Saarbrücken (64) jikkonfermaw li l-maġġoranza tal-passiġġieri li jużaw iż-żewġ ajruporti jiġu mill-Punent ta' Rhineland-Palatinate u Saarland. |
|
(261) |
Il-profili tal-Ajruporti ta' Saarbrücken u Zweibrücken huma wkoll relattivament simili. Meta bdiet l-avjazzjoni kummerċjali fi Zweibrücken fl-2006, l-ewwel klijenta kienet Germanwings, li bdiet toffri rotta lejn Berlin. L-istess rotta kienet servuta minn Saarbrücken minn Luxair u, mill-2007 'il quddiem, minn Air Berlin. It-tieni l-akbar klijenta ta' Zweibrücken kienet TUIFly, li toffri titjiriet lejn diversi postijiet popolari għall-vaganzi, primarjament fil-Mediterran. Qabel bdiet isservi lil Zweibrücken, TUIFly kienet waħda mill-akbar klijenti tal-Ajruport ta' Saarbrücken. |
|
(262) |
Zweibrücken ipprova wkoll jidħol fis-suq tal-ivvjaġġar bi prezzijiet baxxi b'mod aktar wiesa' billi daħal f'kuntratti ma' Ryanair, li, madankollu, żammet biss ir-rotta ta' Londra Stansted għal inqas minn sena. Eventwalment, Germanwings ukoll abbandunat l-ajruport, bil-konsegwenza li, mill-aħħar tal-2011, l-Ajruport ta' Zweibrücken beda jikkonċentra kważi esklussivament fuq it-titjiriet charter lejn destinazzjonijiet popolari għall-vaganzi u xi titjiriet ta' trasport ta' merkanzija bl-ajru. |
|
(263) |
Madankollu, it-titjiriet charter lejn destinazzjonijiet popolari għall-vaganzi huma u kienu offruti wkoll minn Saarbrücken. Huwa importanti li jidher li d-destinazzjonijiet ewlenin servuti minn Zweibrücken huma servuti wkoll b'mod frekwenti minn Saarbrücken. Bħala eżempju, l-iskeda tat-titjiriet tas-sajf 2014 turi li ż-żewġ destinazzjonijiet l-aktar frekwenti servuti minn Zweibrücken huma Antalya u Palma de Mallorca, li jammontaw għal 70 % tat-titjiriet li jsiru kull ġimgħa. Fl-istess ħin, iż-żewġ destinazzjonijiet huma servuti wkoll minn Saarbrücken bi frekwenza simili: fil-ġimgħa ta' bejn is-16 ta' Ġunju 2014 u t-23 ta' Ġunju 2014, telqu 16-il titjira minn Zweibrücken lejn Antalya jew Palma de Mallorca, filwaqt li telqu 18-il titjira lejn dawk l-istess destinazzjonijiet minn Saarbrücken. |
Duplikazzjoni: il-kapaċità, l-għadd ta' passiġġieri u r-riżultati annwali
|
(264) |
Wara li l-Ajruport ta' Zweibrücken daħal fis-suq għall-avjazzjoni kummerċjali, l-għadd ta' passiġġieri żdied b'mod rapidu, minn 78 000 passiġġier fl-2006 għal 338 000 passiġġier fl-2009. Wara dan il-perjodu ta' tkabbir rapidu, l-għadd beda jonqos, fejn fl-2012 niżlu għal 242 000 passiġġier. Għalhekk, meta wieħed iqis li l-kapaċità fi Zweibrücken hija ta' 700 000 passiġġier, l-ajruport qatt ma opera f'aktar minn 50 % tal-kapaċità disponibbli tiegħu, u bħalissa qiegħed jopera f'madwar 35 % tal-kapaċità disponibbli. |
|
(265) |
F'paragun, l-għadd ta' passiġġieri f'Saarbrücken kien essenzjalment stabbli għal madwar 450 000 passiġġier fis-sena sakemm Zweibrücken daħal fis-suq tal-avjazzjoni kummerċjali, meta mbagħad l-għadd ta' passiġġieri naqas minn 487 000 passiġġier fl-2005 għal 350 000 passiġġier fl-2007. Wara li adatta t-tariffi tal-ajruport, l-Ajruport ta' Saarbrücken irnexxielu jattira lil Air Berlin fl-2007, li wassal għal effett ta' riperkussjoni u żieda fl-għadd ta' passiġġieri, fejn intlaħaq massimu ta' 518 000 passiġġier fl-2008. Fl-2012, kien hemm 425 000 passiġġier li użaw l-Ajruport ta' Saarbrücken. Meta wieħed iqis li l-kapaċità ta' Saarbrücken bħalissa hija wkoll ta' 700 000 passiġġier fis-sena, intużat biss bejn 50-75 % tal-kapaċità disponibbli tiegħu. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-kapaċità tal-Ajruport ta' Saarbrücken tista' tkun ogħla (jiġifieri bejn 750 000 u 800 000 passiġġier fis-sena) li kieku ma kinitx limitata fir-rigward tal-għadd ta' kontrolli tas-sigurtà fuq il-passiġġieri li kapaċi jagħmel l-Ajruport fis-siegħa. Din il-limitazzjoni tirriżulta mill-fatt li bħalissal-Ajruport ta' Saarbrücken għandu biss żewġ skeners tas-sigurtà disponibbli. |
|
(266) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li kemm l-Ajruport ta' Saarbrücken kif ukoll dak ta' Zweibrücken kienu qegħdin jagħmlu t-telf matul il-perjodu li qiegħed jiġi investigat (2000-2009). Notevolment, it-telf annwali fiż-żewġ ajruporti żdied f'daqqa mill-2006 'il quddiem, meta Zweibrücken daħal fis-suq tal-avjazzjoni kummerċjali. |
Duplikazzjoni: evidenza ta' kompetizzjoni diretta bejn iż-żewġ ajruporti
|
(267) |
Fil-premessi 237 u 238, il-Kummissjoni diġà osservat li hemm xi indikazzjonijiet li l-Ajruport ta' Zweibrücken sab ruħu f'kompetizzjoni diretta mal-Ajruport ta' Saarbrücken. L-ewwel nett, ta' min jerġa' jfakkar li TUIFly, li qabel kienet l-akbar klijenta tal-Ajruport ta' Saarbrücken, telqet minn dak l-ajruport u marret fl-Ajruport ta' Zweibrücken fl-2007 (65). It-tieni nett, għal perjodu ta' żmien sostanzjali, it-titjiriet lejn Berlin kienu qed jiġu offruti kemm minn Zweibrücken (Germanwings) kif ukoll minn Saarbrücken (Air Berlin u Luxair) b'mod parallel, fatt li wera li kien hemm kompetizzjoni kemm bejn l-ajruporti kif ukoll bejn ir-rotot servuti mil-linji tal-ajru. Il-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ta' FZG ma' Germanwings ippreveda wkoll tariffi ogħla għas-servizzi li għandhom jitħallsu lil FZG f'każ li Air Berlin tittermina s-servizz tagħha minn Saarbrücken lejn Berlin. |
|
(268) |
Minbarra l-indikaturi ulterjuri diġà msemmija (ara l-premessa 238), il-Kummissjoni tirreferi wkoll għall-minuti tal-laqgħa tal-bord superviżorju ta' FGAZ tas-26 ta' Ġunju 2009. Il-minuti, li jiġbru fil-qosor ir-rapport imħejji mill-bord tat-tmexxija, isemmu laqgħa li saret bejn il-maniġment ta' FGAZ, Ryanair u l-Ministeru tal-Ekonomija ta' Rhineland-Palatinate. Matul dik il-laqgħa, li ddiskutiet il-ġejjieni tar-relazzjoni ta' Ryanair ma' Zweibrücken, ir-rappreżentant tal-Ministeru “ġibed l-attenzjoni ta' [Ryanair] li l-Gvern ta' Rhineland-Palatinate jikkunsidrah bħala att spjaċevoli ħafna li kieku Ryanair kellha tibda sservi lil Saarbrücken”. Minflok turi kumplimentarjetà bejn iż-żewġ ajruporti, dik in-nota tindika li ż-żewġ ajruporti kienu qegħdin jikkompetu għan-negozju. |
Duplikazzjoni: merkanzija
|
(269) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-Ajruport ta' Zweibrücken huwa involut ukoll fl-immaniġġjar tal-merkanzija bl-ajru. Filwaqt li l-merkanzija mhijiex aspett sinifikanti tal-operazzjonijiet fl-Ajruport ta' Saarbrücken, hija tifforma element ċentrali tal-mudell kummerċjali tal-Ajruport ta' Frankfurt-Hahn. Kif ġie ddikjarat fil-premessa 21, l-Ajruport ta' Frankfurt-Hahn jinsab biss madwar 128 km jew madwar 84 minuta bil-karozza bogħod minn Zweibrücken. Barra minn hekk, il-merkanzija tiġi mmaniġġjata wkoll fl-ajruport tal-Lussemburgu, li jinsab madwar 145 km, jew madwar 86 minuta bil-karozza (ara l-premessa 21) bogħod mill-Ajruport ta' Zweibrücken. |
|
(270) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li t-trasport tal-merkanzija ġeneralment ikun aktar mobbli mit-trasport tal-passiġġieri (66). B'mod ġenerali, iż-żona ta' lħuq għall-ajruporti tal-merkanzija titqies bħala li għandha raġġ ta' mill-inqas madwar 200 kilometru u sagħtejn f'ħin tal-ivvjaġġar. Sa ċertu punt, jidher li l-industrija tissuġġerixxi li, b'mod ġenerali, sa nofs ġurnata ta' ħin tas-sewqan bit-trakkijiet (jiġifieri, sa 12-il siegħa ta' sewqan bit-trakkijiet) hija aċċettabbli (67). |
|
(271) |
Meta wieħed iqis li ż-żona ta' lħuq għall-merkanzija hija tipikament ferm akbar minn dik għall-passiġġieri, l-Ajruporti ta' Frankfurt-Hahn u tal-Lussemburgu jipprovdu kapaċità suffiċjenti għat-trasport tal-merkanzija bl-ajru għar-reġjun. |
Duplikazzjoni: diskussjoni dwar is-sejbiet
|
(272) |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet deskritti fil-premessi 259 sa 270, il-Kummissjoni ssib li l-Ajruport ta' Zweibrücken jidduplika l-infrastruttura tal-ajruport disponibbli fl-Ajruport ta' Saarbrücken. B'mod aktar partikolari, il-Kummissjoni hija tal-fehma li anki qabel ma Zweibrücken daħal fis-suq tal-avjazzjoni kummerċjali, ir-reġjun diġà kien konness sewwa bl-ajruporti eżistenti, primarjament l-Ajruport ta' Saarbrücken u li l-Ajruport ta' Zweibrücken ma jżidx il-konnettività tar-reġjun. |
|
(273) |
Barra minn hekk, kwalunkwe domanda ta' servizz tal-avjazzjoni mhux issodisfata mill-Ajruport ta' Saarbrücken tista' faċilment tiġi ssodisfata mis-sitt ajruporti l-oħrajn li jistgħu jintlaħqu f'ħin tal-ivvjaġġar ta' inqas minn sagħtejn. B'mod partikolari, fir-rigward tat-titjiriet għal skop ta' divertiment, b'mod komuni huma aċċettati ħinijiet tal-ivvjaġġar sa massimu ta' sagħtejn. L-istess jgħodd fir-rigward tad-domanda għal servizzi ta' trasport tal-merkanzija bl-ajru. |
|
(274) |
Il-Ġermanja ma ppreżentat ebda evidenza li turi li l-għadd pproġettat ta' passiġġieri kien jeħtieġ id-dħul fis-suq tal-Ajruport ta' Zweibrücken. B'mod partikolari, filwaqt li d-dħul fis-suq tal-avjazzjoni kummerċjali seħħ fl-2006, l-aktar studju bikri dwar il-projezzjonijiet tal-għadd ta' passiġġieri pprovda dati minn Settembru 2009 (68). Għalhekk, ma jistax jiġi sostnut li l-finanzjament pubbliku mis-sena 2000 kien immirat biex jissodisfa d-domanda għas-servizzi tal-avjazzjoni li kieku ma kinux jiġu ssodisfati. |
|
(275) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li fl-1997 l-Ajruport ta' Saarbrücken ipproġetta li l-għadd ta' passiġġieri tiegħu kien ser jiżdied għal 676 000 sal-2010 (69). Minħabba li, f'dak iż-żmien, l-Ajruport ta' Zweibrücken kien għadu mhux attiv fis-suq tal-avjazzjoni kummerċjali, jista' jiġi preżunt li l-projezzjoni kienet l-aktar previżjoni affidabbli tal-passiġġieri għar-reġjun. Minħabba li Saarbrücken għandu kapaċità ta' bejn 700 000 u 800 000 passiġġier fis-sena, jidher ċar li l-għadd ta' passiġġieri previst fl-1997 seta' jiġi ssodisfat mill-Ajruport ta' Saarbrücken waħdu għal perjodu ta' żmien sinifikanti. |
|
(276) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li anki l-għadd ta' passiġġieri attwali fl-Ajruporti ta' Zweibrücken u Saarbrücken ma jurix li l-kapaċità ta' Saarbrücken hija insuffiċjenti sabiex tissodisfa d-domanda fir-reġjun. Huwa minnu li l-għadd ta' passiġġieri kkombinati f'Saarbrücken u Zweibrücken laħqu kważi 850 000 passiġġier fl-2008 u 810 000 fl-2009, jiġifieri aktar mill-kapaċità massima tal-Ajruport ta' Saarbrücken. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tqis li dak l-għadd jipproġetta immaġini pjuttost mgħawġa tad-domanda reali fir-reġjun: l-ewwel nett, l-għadd għoli ta' passiġġieri jidher li huwa xprunat mill-kompetizzjoni diretta bejn ir-rotot ta' Berlin offruti minn Zweibrücken u Saarbrücken (u minn Germanwings u Air Berlin/Luxair, rispettivament), li temporanjament attiraw passiġġieri addizzjonali. Madankollu, ladarba Germanwings waqqfet ir-rotta mhux profittabbli tagħha lejn Berlin, id-domanda għar-rotta naqset. It-tieni nett, il-Kummissjoni ssib (ara t-Taqsima 7.3) li Germanwings, TUIFly u Ryanair ilkoll ibbenifikaw minn għajnuna mill-Istat inkompatibbli mogħtija lilhom minn FGAZ/FZG. Sa fejn dan seta' jiġi tradott fi prezzijiet tal-biljetti mnaqqsin, hemm dubju dwar kemm l-għadd ta' passiġġieri b'hekk issussidjati fi Zweibrücken kienu jirrappreżentaw id-domanda reali fir-reġjun. Fl-aħħar nett, ta' min jinnota li l-għadd ta' passiġġieri konġunti naqas mill-2009 'il hawn: l-għadd ta' passiġġieri konġunti fi Zweibrücken u Saarbrücken kienu madwar 670 000 fl-2012 u, b'hekk, taħt il-limitu tal-kapaċità tal-Ajruport ta' Saarbrücken. |
|
(277) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument imressaq mill-Ġermanja li ż-żewġ ajruporti qegħdin biss jikkumplimentaw lil xulxin, minflok jikkompetu ma' xulxin. L-ewwel nett, minkejja l-fatt li l-mudelli tan-negozju taż-żewġ ajruporti jidhru li huma sa ċertu punt differenti, jidher b'mod ċar li n-negozju prinċipali tal-Ajruport ta' Zweibrücken (it-titjiriet għall-btajjel, b'mod partikolari lejn Antalya/Palma de Mallorca) huwa pprovdut ukoll minn Saarbrücken. Huwa minnu li altrimenti Saarbrücken jikkonċentra fuq it-titjiriet skedati lejn bliet ewlenin bħal-Lussemburgu, Berlin u Ħamburg. Madankollu, dan ma jbiddilx il-fatt li Zweibrücken jidher li għandu biss negozju limitat li mhuwiex jew ma jistax ikun servut minn Saarbrücken. |
|
(278) |
Il-Kummissjoni ssib ukoll li d-differenzi fl-infrastruttura li jeżistu bejn iż-żewġ ajruporti ma jimminawx is-sejba tagħha li l-Ajruport ta' Zweibrücken jidduplika l-infrastruttura tal-ajruport li diġà kienet teżisti qabel f'Saarbrücken. Filwaqt li huwa minnu wkoll li Zweibrücken għandu runway itwal, li tagħmlu aktar addattat għal titjiriet fuq distanza twila u għall-ajruplani tqal tal-merkanzija, dawn id-differenzi mhumiex biżżejjed biex jiġġustifikaw il-preżenza ta' żewġ ajruporti f'daqstant qrubija. L-ewwel nett, kif ġie spjegat fil-premessi 269 u 270, id-domanda għat-trasport tal-merkanzija bl-ajru qiegħda tiġi ssodisfata b'mod suffiċjenti mill-Ajruporti ta' Frankfurt-Hahn u tal-Lussemburgu, fejn — skont l-informazzjoni tal-Kummissjoni — ma hemm ebda restrizzjoni rilevanti fir-rigward tal-piż tal-ajruplani. It-tieni nett, il-Ġermanja ma wrietx li għadd sinifikanti tat-titjiriet kummerċjali tal-passiġġieri li jitilqu minn Zweibrücken ma jistgħux jitilqu minn Saarbrücken. |
|
(279) |
Fl-aħħar nett, meta wieħed iqis li l-Ajruport ta' Saarbrücken apparentement seta' jakkomoda d-domandi tas-servizz tal-avjazzjoni li issa huma parzjalment meħuda minn Zweibrücken qabel dan tal-aħħar daħal fis-suq, id-differenza fl-infrastruttura ma tiġġustifikax id-duplikazzjoni tal-infrastruttura li diġà kienet teżisti f'Saarbrücken. |
Konklużjoni
|
(280) |
Fid-dawl tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ippreżentati u diskussi fil-premessi 255 sa 279, il-Kummissjoni ssib li l-għajnuna għall-investiment favur FGAZ/FZG serviet għall-ħolqien jew għall-manutenzjoni ta' infrastruttura li sempliċiment tidduplika l-ajruport (mhux profittabbli) f'Saarbrücken. Għalhekk, l-għajnuna għall-investiment ma tistax titqies bħala li tikkontribwixxi għal objettiv ta' interess komuni. |
|
(281) |
Billi l-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà elenkati (fil-premessa 254) huma kumulattivi, il-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn tevalwa l-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà li fadal. Għaldaqstant, sal-punt li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, l-għajnuna għall-investiment għandha tinstab li mhijiex kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. |
|
(282) |
Minħabba li l-Ġermanja ma ppreżentat u l-Kummissjoni ma identifikat ebda bażi alternattiva ta' kompatibbiltà, għalhekk, huwa konkluż li, sal-punt li tammonta għal għajnuna mill-Istat, l-għajnuna għall-investiment favur FGAZ/FZG hija inkompatibbli mas-suq intern. |
7.1.3.4. Kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja skont ir-regoli dwar is-SIEĠ
|
(283) |
Il-Ġermanja ssostni li l-finanzjament pubbliku relatat mal-għajnuna operatorja favur FGAZ/FZG irid jitqies bħala kompatibbli mas-suq intern bħala kumpens għall-forniment ta' SIEĠ skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat. |
|
(284) |
L-Artikolu 106(2) tat-Trattat jgħid li “kull impriża responsabbli sabiex topera servizzi ta' importanza ekonomika ġeneral, jew li jkollha l-karattru ta' monopolju fiskali għandha tkun suġġetta għar-regoli tat-Trattati, b'mod partikolari dawk li jirreferu għall-kompetizzjoni, sa fejn l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma tostakolax it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ m'għandux jiżviluppa b'mod kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni.” |
|
(285) |
Dak l-Artikolu fih deroga (parzjali) mill-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat inkluża fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat sal-punt li l-għajnuna hija meħtieġa u proporzjonali sabiex jiġi żgurat it-twettiq tas-SIEĠ taħt kundizzjonijiet ekonomiċi aċċettabbli. |
|
(286) |
Qabel il-31 ta' Jannar 2012, il-Qafas tas-IEĠ tal-2005 (70) u d-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005 irrappreżentaw il-politika tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tad-deroga fl-Artikolu 106(2) tat-Trattat. |
|
(287) |
Il-Kummissjoni tinnota li dawk iż-żewġ strumenti jirrikjedu li l-impriża inkwistjoni tiġi fdata b'SIEĠ ġenwin. L-inkarigu tal-operatur tal-ajruport b'missjonijiet ta' servizz pubbliku jrid jiġi rreġistrat ukoll f'“dokument uffiċjali wieħed jew aktar” li jinkludu, fost l-oħrajn, “in-natura preċiża tal-obbligu tas-servizz pubbliku” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (71). |
SIEĠ ġenwin
|
(288) |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-kwistjoni ta' jekk l-Ajruport ta' Zweibrücken jikkostitwix SIEĠ ġenwin, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex attività tikkostitwixxi SIEĠ, dik l-attività għandha turi karatteristiċi speċjali mqabbla ma' attivitajiet ekonomiċi ordinarji, u li l-objettiv ta' interess ġenerali segwit ma jistax sempliċiment ikun dak tal-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew oqsma ekonomiċi kif previsti fl-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat (72). F'dan id-dawl, il-Kummissjoni tqis li dan jista' jkun il-każ biss jekk parti miż-żona servuta mill-ajruport tkun, fin-nuqqas ta' dan l-ajruport, iżolata mill-bqija tal-Unjoni sal-punt li jkun ta' detriment għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħha (73). |
|
(289) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li teżisti ċerta duplikazzjoni bejn id-definizzjoni xierqa ta' SIEĠ u l-kwistjoni ta' jekk il-finanzjament pubbliku ta' ajruport (kemm l-ispejjeż ta' investiment kif ukoll l-ispejjeż operatorji) jikkontribwix għal objettiv definit sewwa ta' interess komuni. Il-Kummissjoni fakkret fil-premessi 257 et seq. li l-finanzjament pubbliku li jwassal għad-duplikazzjoni tal-infrastruttura ta' ajruport f'reġjun partikolari ma jistax jitqies bħala li jikkontribwixxi għal objettiv ta' interess komuni (ara wkoll il-premessi 294 et seq.). Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-ġestjoni globali ta' ajruport tista' titqies biss bħala li tikkostitwixxi SIEĠ “jekk parti miż-żona li potenzjalment tuża l-ajruport, mingħajr l-ajruport, tkun iżolata mill-bqija tal-Unjoni sal-punt li l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħha jkun preġudikat” [traduzzjonin mhux uffiċjali] (74). F'dan id-dawl, il-Kummissjoni tqis ukoll li l-operat ta' ajruport li jidduplika ajruport ieħor fl-istess reġjun ma jistax jitqies bħala li jikkostitwixxi SIEĠ ġenwin (75). |
|
(290) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li, sal-punt li jammonta għal għajnuna mill-Istat, il-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-Ajruport ta' Zweibrücken huwa inkompatibbli mas-suq intern minħabba li jidduplika l-infrastruttura eżistenti. Bl-istess mod, il-Kummissjoni ssib li l-operat tal-Ajruport ta' Zweibrücken ma jikkostitwixxi ebda servizz ġenwin ta' interess ekonomiku ġenerali. Għalhekk, sal-punt li l-Ġermanja tqis li l-operat tal-Ajruport ta' Zweibrücken jammonta għal SIEĠ, hija tkun għamlet żball manifest fid-definizzjoni tas-SIEĠ (76). |
L-att ta' inkarigu
|
(291) |
It-tieni nett, il-Kummissjoni ssib li, f'kull każ, FGAZ/FZG ma kinux fdati kif xieraq bl-operat tal-Ajruport ta' Zweibrücken bħala SIEĠ. Bħala atti ta' inkarigu rilevanti, il-Ġermanja rreferiet biss għal-liċenzja tal-operat ġenerali tal-Ajruport u għall-“obbligu tal-operat” skont il-paragrafu 45 tal-LuftVZO. Il-Kummissjoni tinnota li, skont il-Ġermanja, l-impożizzjoni ta' obbligu tal-operat kien ir-riżultat ta' ammeljorament tal-Ajruport ta' Zweibrücken minn “mitjar” għal “ajruport” fis-sens tal-paragrafu 49 u tal-paragrafu 38 tal-LuftVZO (77). Madankollu, dak l-ammeljorament seħħ biss fil-bidu tal-2010, li kien ifisser li għall-perjodu taħt investigazzjoni f'dan il-każ (2000 — 2009) ma kien inferit ebda inkarigu mill-paragrafu 45 tal-LuftVZO. |
|
(292) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li “ma kien hemm ebda inkarigu uffiċjali ġenerali ta' FZG b'SIEĠ, apparti mil-liċenzja tal-operat u l-inklużjoni fil-proġett ta' konverżjoni ta' Rhineland-Palatinate”. Meta wieħed iqis li l-Ġermanja ma spjegatx kif il-liċenzja tal-operat, minnha nnifisha, tista' tikkostitwixxi att ta' inkarigu li jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-premessa 287, jew kif l-inklużjoni fil-proġett ta' konverżjoni tikkostitwixxi inkarigu xieraq, il-Kummissjoni ssib li FGAZ/FZG ma kinux inkarigati kif xieraq b'SIEĠ ġenwin. |
|
(293) |
Għaldaqstant, għar-raġunijiet spjegati fil-premessi 288 et seq. huwa konkluż li l-finanzjament pubbliku mogħti lil FGAZ/FZG, li jammonta għal għajnuna operatorja, ma jistax jitqies bħala kumpens għal SIEĠ kompatibbli mas-suq intern. |
7.1.3.5. Kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014
|
(294) |
It-Taqsima 5.1 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 tistabbilixxi l-kriterji li tapplika l-Kummissjoni meta tiġi biex tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. Skont il-punt 172 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni tapplika dawk il-kriterji għall-każijiet kollha li jikkonċernaw l-għajnuna operatorja, inklużi n-notifiki pendenti u l-każijiet ta' għajnuna illegali mhux innotifikata. |
|
(295) |
L-għajnuna operatorja illegali mogħtija qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mal-firxa sħiħa ta' spejjeż operatorji skoperti diment li jiġu ssodisfati (78) l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) Kontribut għal objettiv ta' interess komuni definit sewwa
|
(296) |
Il-punt 114 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jispjega li “d-duplikazzjoni tal-ajruporti mhux profittabbli ma tikkontribwix għal objettiv ta' interess komuni” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-argumenti ppreżentati fil-premessa 259 et seq. fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-investiment favur FGAZ/FZG skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 huma ugwalment applikabbli għall-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni ssib li l-għajnuna operatorja mogħtija lil FGAZ/FZG sempliċiment tidduplika ajruport mhux profittabbli u, għalhekk, ma tikkontribwix għal objettiv ta' interess komuni definit sewwa. Għalhekk, sal-punt li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, l-għajnuna operatorja lil FGAZ/FZG ma tistax tinstab li hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. |
Konklużjoni
|
(297) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna operatorja mogħtija lil FGAZ/FZG mhijiex kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat jew skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat. Minħabba li l-Ġermanja ma ppreżentat u l-Kummissjoni ma identifikat ebda bażi alternattiva ta' kompatibbiltà, għalhekk, huwa konkluż li, sal-punt li tammonta għal għajnuna mill-Istat, l-għajnuna operatorja favur FGAZ/FZG hija inkompatibbli mas-suq intern. |
7.2. GĦAJNUNA POTENZJALI B'KONNESSJONI MA' SELF BANKARJU U L-PARTEĊIPAZZJONI FIL-ĠABRA KOMUNI TA' FLUS TAL-LAND RHINELAND-PALATINATE
7.2.1. EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
7.2.1.1. Attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża
|
(298) |
Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa 173 et seq., FGAZ/FZG trid titqies bħala li tikkostitwixxi impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
7.2.1.2. Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat
|
(299) |
Sabiex jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, il-miżuri inkwistjoni jridu jkunu ffinanzjati mir-riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni biex tingħata l-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat. |
|
(300) |
Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat japplika għal kwalunkwe vantaġġ mogħti permezz tar-riżorsi tal-Istat mill-Istat innifsu jew minn kwalunkwe korp intermedjarju li jaġixxi permezz tas-setgħat mogħtija lilu (84). Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-Trattat, ir-riżorsi tal-awtoritajiet lokali huma riżorsi tal-Istat (85). |
Garanzija tal-Istat ta' 100 %
|
(301) |
Kwanlunkwe garanzija pubblika tinvolvi telf potenzjali ta' riżorsi mill-Istat. Minħabba li l-garanzija tal-Istat ta' 100 % inħarġet direttament mil-Land Rhineland-Palatinate, hija ngħatat mir-riżorsi tal-Istat u hija wkoll imputabbli lill-Istat. |
Ġabra komuni ta' flus tal-Land
|
(302) |
Il-Ġermanja sostniet li l-ġabra komuni ta' flus tal-Land Rhineland-Palatinate mhijiex iffinanzjata direttament mill-baġit pubbliku tal-Land. Hija ssostni li l-fondi kollha fil-ġabra komuni ta' flus ġejjin jew mill-impriżi parteċipanti jew inkella jinkisbu fil-forma ta' self fis-suq tal-kapital. |
|
(303) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li fil-każ inkwistjoni, l-Istat dejjem eżerċita kontroll dirett jew indirett fuq ir-riżorsi fil-ġabra komuni ta' flus, bil-konsegwenza li dawn kienu jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. L-ewwelnett, huma biss l-impriżi fi sjieda maġġoritarja mil-Land Rhineland-Palatinate (sjieda ta' mill-inqas 50 %) li jistgħu jipparteċipaw fil-ġabra komuni ta' flus. Minħabba s-sjieda pubblika maġġoritarja, jidher b'mod ċar li l-impriżi parteċipanti huma impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2 (b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE (86). Minħabba li l-impriżi parteċipanti kollha huma b'hekk impriżi pubbliċi, ir-riżorsi tagħhom jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. Dan il-fatt waħdu juri li l-fondi tal-ġabra komuni ta' flus, sal-punt li jkunu komposti mid-depożiti magħmula mill-impriżi parteċipanti, jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. |
|
(304) |
It-tieni, f'każ li d-depożiti tal-impriżi parteċipanti fil-ġabra komuni ta' flus ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-likwidità ta' parteċipant, il-Land Rhineland-Palatinate jikseb finanzjament għal perjodu ta' żmien qasir fis-suq finanzjarju f'ismu stess u mbagħad jgħaddi dawk il-fondi lill-impriżi li jipparteċipaw fil-ġabra komuni ta' flus. Billi l-Land jieħu s-self meħtieġ f'ismu stess, għandu jiġi kkunsidrat li l-fondi b'hekk miksuba jikkostitwixxu wkoll riżorsi tal-Istat. |
|
(305) |
B'hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-finanzjament ipprovdut mill-ġabra komuni ta' flus huwa ffinanzjat permezz ta' riżorsi tal-Istat, minħabba li kemm id-depożiti mill-impriżi parteċipanti kif ukoll is-self meħud mil-Land sabiex jingħelbu l-lakuni tal-likwidità fil-ġabra komuni ta' flus jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. |
|
(306) |
Barra minn hekk, huwa ċar ukoll li l-Land kellu kontroll estensiv fuq l-operat tal-ġabra komuni ta' flus, bil-konsegwenza li l-finanzjament ipprovdut lill-impriżi parteċipanti huwa imputabbli lill-Istat. L-ewwelnett, il-Kummissjoni tinnota li l-Ftehim għall-parteċipazzjoni fil-ġabra komuni ta' flus huwa konkluż bejn il-Land u l-impriżi involuti. B'hekk, id-deċiżjoni li impriża titħalla tipparteċipa fil-ġabra komuni ta' flus tittieħed direttament mil-Land. Il-Land jiddeċiedi wkoll fuq l-ammont massimu li impriża parteċipanta tista' tirtira mill-ġabra komuni ta' flus fil-forma ta' linja ta' kreditu. Barra minn hekk, il-Land Rhineland-Palatinate jiġġestixxi direttament l-operazzjonijiet ta' kuljum tal-ġabra komuni ta' flus permezz tal-“Landeshauptkasse”, li hija istituzzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi tal-Land Rhineland-Palatinate. Il-“Landeshauptkasse” tirrappreżenta uffiċjalment lil-Land meta dan jikseb fondi fis-suq sabiex jimla l-lakuni tal-likwidità fil-ġabra komuni ta' flus. |
|
(307) |
Abbażi ta' dawn l-elementi, jidher li l-Istat kapaċi jikkontrolla direttament l-attivitajiet tal-ġabra komuni ta' flus, l-aktar ċentrali l-kwistjoni ta' liema impriża tista' tipparteċipa u l-linja ta' kreditu individwali mogħtija lil kull impriża parteċipanti. Għalhekk, id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni fil-ġabra komuni ta' flus u li jikkonċernaw il-firxa ta' dik il-parteċipazzjoni huma imputabbli lill-Istat. |
Self mogħti minn Sparkasse Südwestpfalz
|
(308) |
Fir-rigward tas-self innifsu, il-Kummissjoni taċċetta li Sparkasse Südwestpfalz huwa bank indipendenti li jieħu deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' self taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess. Ma hemm ebda indikazzjoni ċara li d-deċiżjoni li jingħata s-self lil FGAZ/FZG hija imputabbli lill-Istat. B'hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura mhijiex imputabbli lill-Istat. |
7.2.1.3. Vantaġġ ekonomiku
Garanzija tal-Istat ta' 100 %
|
(309) |
Skont il-punt 3.2 tal-Avviż ta' Garanzija, garanzija tal-Istat individwali ma titqiesx bħala għajnuna meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: “(a) Il-mutwatarju ma jkunx f'diffikultà finanzjarja […], (b) Il-firxa tal-garanzija tkun tista' titkejjel sewwa meta tingħata, […] (c) il-garanzija ma tkoprix aktar minn 80 % tas-self pendenti jew ta' obbligu finanzjarju ieħor […], (d) Jitħallas prezz orjentat fis-suq għall-garanzija […]”. |
|
(310) |
F'dan il-każ, il-Land Rhineland-Palatinate pprovda garanzija ta' 100 % għall-kollateralizzazzjoni ta' self mogħti favur FGAZ/FZG, b'hekk, il-garanzija taqbeż il-limitu massimu ta' 80 % tas-self pendenti. Barra minn hekk, kif ġie spjegat hawn taħt, il-prezz tal-garanzija fis-suq ma jitħallasx. Għalhekk, jidher ċar li l-garanzija tinvolvi vantaġġ. |
|
(311) |
Skont il-punt 4.2 tat-tieni subparagrafu tal-Avviż ta' Garanzija, il-vantaġġ jista' jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn ir-rata tal-imgħax speċifika fis-suq li kien ikollha tħallas FGAZ/FZG mingħajr il-garanzija u r-rata tal-imgħax miksuba permezz tal-garanzija tal-Istat wara li jkun ittieħed f'kunsiderazzjoni kwalunkwe primjum imħallas. |
|
(312) |
Fir-rigward tal-garanzija maħruġa mil-Land, il-Kummissjoni tfakkar li FGAZ/FZG kisbet din il-garanzija ta' 100 % mingħajr ħlas u mingħajr ma pprovdiet kollateral. Jidher ċar li, taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, FGAZ/FZG kien ikollha tħallas primjum sabiex tikseb garanzija fuq is-self tagħha mingħand parti terza. |
|
(313) |
Billi FGAZ/FZG ma kellhiex bżonn tħallas primjum, hija kisbet vantaġġ ekonomiku li altrimenti ma kienx ikun disponibbli fis-suq. L-ammont ta' dak il-vantaġġ huwa ekwivalenti għall-primjum li kien ikollha tħallas FGAZ/FZG taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. |
Fond komuni ta' flus tal-Land
|
(314) |
Fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' FGAZ/FZG fil-fond komuni ta' flus, il-Ġermanja spjegat li l-funzjonijiet tal-fond komuni ta' flus huma dawn li ġejjin: l-FGAZ titlob fondi mill-fond biex tiżgura l-likwidità tagħha u l-Land jipprovdi dawk il-fondi mill-fond komuni ta' flus. Ir-rati tal-imgħax imposti huma rati ta' flus li jistgħu jinġibdu bbażati fis-suq, fil-livell disponibbli għal-Land innifsu. Meta d-depożiti tal-impriżi parteċipanti ma jkunux biżżejjed biex ikopru t-talba, il-Land jerġa' jforni l-fond komuni ta' flus billi jieħu self f'ismu stess. Il-Ġermanja tispjega wkoll li l-Land essenzjalment jgħaddi l-kundizzjonijiet li jikseb fis-suq tal-kapital lill-parteċipanti fil-fond komuni ta' flus, sabiex b'hekk jippermetti lill-parteċipanti — l-impriżi sussidjarji tal-Land — jerġgħu jiffinanzjaw lilhom infushom taħt l-istess kundizzjonijiet bħal-Land innifsu, mingħajr ebda kunsiderazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-finanzjament tagħha huwa disponibbli għall-impriżi għal perjodu ta' żmien mhux limitat. |
|
(315) |
Fid-dawl ta' dan il-mekkaniżmu, jingħata vantaġġ lil FGAZ meta l-kundizzjonijiet li fuqhom il-Land jagħti s-self mill-ġabra komuni ta' flus ikunu aktar favorevoli minn dawk li kieku jkunu disponibbli għal FGAZ fis-suq. Il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self mill-fond komuni ta' flus huma l-istess bħal dawk disponibbli għal-Land sabiex ikun jista' jerġa' jiffinanzja lilu nnifsu. Meta wieħed iqis li l-Land, bħala awtorità pubblika, jista' jieħu self b'rati favorevoli ħafna (minħabba li virtwalment ma hemm ebda riskju ta' inadempjenza), il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-rata li biha FGAZ tista' tikseb self mill-ġabra komuni ta' flus hija aktar favorevoli minn dik li kieku tkun disponibbli għaliha. Barra minn hekk, FGAZ ma għandhiex għalfejn tipprovdi kollateral għal dak is-self u s-sitwazzjoni finanzjarja/l-affidabbiltà kreditizja tagħha ma tiġix ikkunsidrata. B'hekk, billi ppermetta lil FGAZ tipparteċipa fil-fond komuni ta' flus, il-Land ta vantaġġ ekonomiku lill-impriża FGAZ/FZG (87). |
7.2.1.4. Selettività
|
(316) |
Billi l-garanzija ta' 100 % u d-dritt tal-parteċipazzjoni fil-fond komuni ta' flus ingħataw biss lil FGAZ/FZG (u, fil-każ tal-ġabra komuni ta' flus, impriżi oħrajn li fihom il-Land għandu maġġoranza tal-ishma), iż-żewġ miżuri ikollhom jikkwalifikaw bħala li huma selettivi fin-natura tagħhom. |
7.2.1.5. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(317) |
Għall-istess raġunijiet spjegati fil-premessa (233) et seq., il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe vantaġġ ekonomiku selettiv mogħti lil FGAZ/FZG jista' jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
7.2.1.6. Konklużjoni
|
(318) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni ssib li l-Land, billi ta garanzija ta' 100 % fuq self bankarju bla ħlas lil FGAZ/FZG u billi ppermetta lil FGAZ tipparteċipa fil-ġabra ta' flus komuni tal-Land, ta għajnuna mill-Istat lil FGAZ/FZG. |
|
(319) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-self mogħti minn Sparkasse Südwestpfalz innifsu ma kien jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat. |
7.2.2. KOMPATIBBILTÀ
|
(320) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kunsiderazzjonijiet tal-kompatibbiltà ppreżentati fil-premessi 248 et seq. u 283 et seq. fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' għotjiet ta' investiment dirett u injezzjonijiet ta' kapital annwali huma ugwalment applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanzija u parteċipazzjoni fil-fond komuni ta' flus. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li l-għajnuna mill-Istat mogħtija billi tiġi pprovduta garanzija ta' 100 % mingħajr ħlas lil FGAZ/FZG u billi din titħalla tipparteċipa fil-fond komuni ta' flus tal-Land hija inkompatibbli mas-suq intern. |
7.3. SKONTIJIET FUQ IT-TARIFFI TAL-AJRUPORT U L-FTEHIM DWAR IS-SERVIZZI TA' KUMMERĊJALIZZAZZJONI MA' RYANAIR
7.3.1. EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
7.3.1.1. Attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża
|
(321) |
Billi jipprovdu servizzi ta' trasportazzjoni bl-ajru, il-linji tal-ajru qegħdin iwettqu attività ekonomika u, għalhekk, jikkostitwixxu impriżi għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Għaldaqstant, irid jiġi analizzat jekk il-ftehimiet bejn il-linji tal-ajru u l-ajruport inkwistjoni, jekk ikunu imputabbli lill-Istat u jinvolvu trasferiment ta' riżorsi tal-Istat, tawx vantaġġ ekonomiku lil tal-ewwel. |
7.3.1.2. Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat
|
(322) |
Il-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u tingħata mir-riżorsi tal-Istat. Fis-sentenza mogħtija fil-kawża Stardust Marine (88), il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li r-riżorsi ta' impriża inkorporata taħt liġi privata, li l-maġġoranza tal-ishma tagħha huma proprjetà pubblika, jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. F'dan ir-rigward, hija prattika konsistenti tal-Kummissjoni li tikkunsidra li, irrispettivament minn jekk impriża pubblika hijiex qiegħda tagħmel telf jew profitt, ir-riżorsi kollha tagħha għandhom jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat (89). |
|
(323) |
Fir-rigward tal-imputabbiltà, fis-sentenza tagħha fil-Kawża Stardust Marine, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet ukoll li l-fatt li l-Istat jew entità tal-Istat ikunu l-azzjonist waħdieni jew maġġoritarju ta' impriża mhuwiex biżżejjed sabiex jinstab li trasferiment tar-riżorsi minn dik l-impriża huwa imputabbli lill-azzjonisti pubbliċi tiegħu (90). Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, anki jekk l-Istat kien f'pożizzjoni li jikkontrolla impriża pubblika u li jeżerċita influwenza dominanti fuq l-operazzjonijiet tagħha, l-eżerċitar effettiv ta' dak il-kontroll f'każ partikolari ma jistax jiġi preżunt awtomatikament, minħabba li impriża pubblika tista' taġixxi wkoll b'aktar jew inqas indipendenza, skont il-livell ta' awtonomija li jħallilha l-Istat. |
|
(324) |
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-indikaturi li minnhom tista' tiġi dedotta l-imputabbiltà huma (91):
|
Riżorsi tal-Istat
|
(325) |
Il-Kummissjoni tinnota li FGAZ/FZG huma 100 % proprjetà tal-Istat, jiġifieri 50 % mil-Land Rhineland-Palatinate u 50 % minn ZEF. B'hekk, FGAZ/FZG iridu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2 (b) tad-Direttiva 2006/111/KE. L-Istat, bħala l-azzjonist waħdieni ta' FGAZ/FZG u billi jaħtar il-bordijiet superviżorji (identiċi) ta' FGAZ/FZG (li min-naħa tagħhom jaħtru lill-maniġment), jista' jiġi preżunt bħala li għandu influwenza dominanti fuq FGAZ/FZG u jista' jikkontrolla r-riżorsi tagħhom. B'hekk, kwalunkwe vantaġġ mogħti mir-riżorsi ta' FGAZ/FZG juri telf ta' riżorsi tal-Istat, biex b'hekk jikkostitwixxi trasferiment ta' riżorsi tal-Istat. |
Imputabbiltà
|
(326) |
Filwaqt li l-Ġermanja sostniet li l-konklużjoni tal-kuntratti bejn il-linji tal-ajru u FZG mhijiex imputabbli lill-Istat, hija rrikonoxxiet li l-Istat — irrappreżentat mil-Land Rhineland-Palatinate u ZEF — huwa involut indirettament, jiġifieri permezz tar-rappreżentanti tiegħu fuq il-bord superviżorju tal-kumpanija prinċipali ta' FZG, FGAZ. Skont l-istatuti ta' FGAZ u FZG, il-bordijiet superviżorji taż-żewġ entitajiet huma interament magħmula minn rappreżentanti maħtura minn awtoritajiet pubbliċi, jiġifieri l-Land u ZEF. Rappreżentant maħtur mil-Land awtomatikament iservi bħala l-president taż-żewġ bordijiet superviżorji. Il-bordijiet superviżorji jaħtru l-maniġment ta' FGAZ u FZG. Għaż-żewġ entitajiet, il-bordijiet superviżorji jkollhom japprovaw it-tranżazzjonijiet kollha li jammontaw għal aktar minn EUR […], li jagħtihom kontroll wiesa' fuq l-attivitajiet ekonomiċi ta' FGAZ/FZG. |
|
(327) |
It-tieni nett, il-minuti tal-bord superviżorju ta' FGAZ urew li l-bord superviżorju kien infurmat u kkonsultat dwar in-negozjati u l-konklużjoni ta' kuntratti mal-linji tal-ajru. Aktar minn hekk, il-minuti wrew ukoll li, bil-konklużjoni tal-kuntratti, il-maniġment ta' FGAZ/FZG kellu jqis ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi. Pereżempju, il-minuti tal-laqgħa tal-bord tat-13 ta' Lulju 2006 juru li wara li l-maniġment irrapporta dwar il-konklużjoni b'suċċess tal-kuntratt ma' Germanwings, il-president tal-bord superviżorju indika li l-Land kien kuntent ħafna bl-iżvilupp, fejn irrimarka li dan jista' jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi u jgħin sabiex jiġġustifika l-ajruport fuq livell ekonomiku. Notevolment, il-president issuġġerixxa wkoll li dawn l-effetti pożittivi — il-ħolqien tal-impjiegi u l-ġustifikazzjoni ekonomika tal-ajruport — jistgħu jwasslu għal estensjoni tal-Ftehim P&L bejn FGAZ u FZG. Meta wieħed iqis li FZG kienet dipendenti b'mod vitali fuq il-Ftehim P&L biex tkopri t-telf operatorju tagħha, u li l-Land u ZEF kellhom is-setgħa li ma jestendux il-ftehim dwar it-trasferiment tal-profitt u tat-telf jew li jwaqqfu l-injezzjonijiet ta' kapital li għamlu l-operat tagħha possibbli, jidher b'mod ċar li t-tmexxija ta' FGAZ/FZG kellha tieħu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi jekk riedet li tiggarantixxi s-sopravivenza ekonomika tagħha stess. |
|
(328) |
Il-minuti tal-bord superviżorju tat-13 ta' Lulju 2006 jindikaw ukoll li eżerċizzju militari li sar fl-Ajruport ta' Zweibrücken wassal għal ilmenti miċ-ċittadini dwar l-istorbju. Il-maniġment irrimarka li l-eżerċizzju militari mill-forzi tal-ajru Netherlandiżi ħoloq introjtu sinifikanti. Madankollu, il-president issuġġerixxa li l-maniġment għandu, fil-ġejjieni, jikkunsidra bir-reqqa jekk l-eżerċizzji militari għandhomx jitwettqu u għandu jgħarraf lill-popolazzjoni fil-ħin. Dan kollu li ssemma hawn fuq juri li l-awtoritajiet pubbliċi kienu involuti fid-deċiżjonijiet dwar it-tmexxija ta' kuljum ta' FGAZ/FZG u qablu magħhom. |
|
(329) |
Barra minn hekk, il-minuti tal-laqgħa tal-bord superviżorju tas-26 ta' Ġunju 2009 jissuġġerixxu li l-Istat, irrappreżentat mil-Land Rhineland-Palatinate, kien involut direttament fin-negozjati mal-linji tal-ajru. Il-minuti jsemmu r-rapport tal-maniġment lill-bord superviżorju, billi jagħmlu referenza għal laqgħa li saret bejn il-maniġment, rappreżentant tal-Ministeru tal-Ekonomija ta' Rhineland-Palatinate u Ryanair f'Londra. Matul dik il-laqgħa, ġiet diskussa r-relazzjoni bejn Ryanair u l-Ajruport ta' Zweibrücken. L-involviment attiv tal-Ministeru jista' jiġi dedott, apparti mis-sempliċi preżenza ta' rappreżentant f'dawk in-negozjati kummerċjali, mir-rappreżentant tal-Ministeru li jfakkar lil Ryanair li l-gvern ta' Rhineland-Palatinate jikkunsidrah bħala “att spjaċevoli” ħafna li kieku Ryanair kellha tibda sservi lill-Ajruport ta' Saarbrücken. |
|
(330) |
Il-ġejjieni tal-involviment ta' Ryanair fi Zweibrücken imbagħad kien diskuss fil-bord superviżorju, li kien tal-fehma li mingħajr titjib notevoli fl-iskeda ta' Ryanair u b'kunsiderazzjoni tal-kontribuzzjoni monetarja mitluba minn Ryanair (92), huwa appoġġja l-proposta tal-maniġment li jwaqqaf ir-relazzjoni. B'kunsiderazzjoni tal-kontribuzzjoni monetarja mitluba minn Ryanair, li kellha trendi l-approvazzjoni ta' kuntratt ġdid mill-bord superviżorju bħala waħda obbligatorja, kif ukoll tal-involviment bikri tal-awtoritajiet pubbliċi fin-negozjati, jidher b'mod ċar li l-bord superviżorju kellu kontroll estensiv fuq id-deċiżjoni kummerċjali tal-maniġment. Dan jista' jidher bħala indikatur ulterjuri li l-maniġment kellu jqis ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi meta jiġi biex jieħu d-deċiżjonijiet, u juri l-livell ta' kontroll u influwenza eżerċitati mill-bord superviżorju fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali ta' FGAZ/FZG. |
|
(331) |
Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni hija tal-fehma li hemm biżżejjed indikaturi sabiex jinstab li l-konklużjoni tal-kuntratti ta' servizzi offruti fl-ajruport bejn FGAZ/FZG u d-diversi linji tal-ajru hija imputabbli lill-Istat. |
7.3.1.3. Vantaġġ ekonomiku
|
(332) |
Sabiex jiġi vvalutat jekk ftehim bejn ajruport li huwa proprjetà pubblika u linja tal-ajru jagħtix vantaġġ ekonomiku lil tal-aħħar, jeħtieġ li jiġi analizzat jekk dan il-ftehim kienx konformi mal-prinċipju ta' OES. Fl-applikazzjoni tat-test tal-OES għal ftehim bejn ajruport u linja tal-ajru, għandu jiġi vvalutat jekk, fid-data meta ġie konkluż il-ftehim, operatur prudenti fl-ekonomija tas-suq setax jistenna li dan il-ftehim iwassal għal profitt ogħla milli seta' jinkiseb b'mod ieħor. Dan il-profitt ogħla għandu jitkejjel permezz tad-differenza bejn id-dħul inkrementali li mistenni jiġi ġġenerat mill-kuntratt (jiġifieri, id-differenza bejn id-dħul li jinkiseb li kieku kellu jiġi konkluż il-kuntratt u d-dħul li jinkiseb fin-nuqqas tal-kuntratt) u l-ispejjeż inkrementali li mistennija jiġġarrbu bħala riżultat tal-kuntratt (jiġifieri, id-differenza bejn l-ispejjeż li jiġġarrbu li kieku kellu jiġi konkluż il-kuntratt u l-ispejjeż li jiġġarrbu fin-nuqqas tal-kuntratt), bil-flussi tal-flus li jirriżultaw jiġu skontati b'rata ta' skont xierqa. |
|
(333) |
F'din l-analiżi jridu jiġu kkunsidrati d-dħul u l-ispejjeż inkrementali rilevanti kollha assoċjati mal-ftehim. Id-diversi elementi (skontijiet fuq it-tariffi tal-ajruporti, għotjiet għall-kummerċjalizzazzjoni, inċentivi finanzjarji oħrajn) ma jistgħux jiġu vvalutati separatament. Tabilħaqq, kif ġie ddikjarat fis-sentenza ta' Charleroi: “huwa neċessarju, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat, li t-tranżazzjoni kummerċjali tiġi kkunsidrata fl-intier tagħha sabiex jiġi vverifikat jekk l-entità tal-Istat u l-entità kkontrollata minn din tal-aħħar, meħuda flimkien, aġixxewx bħala operaturi razzjonali f'ekonomija tas-suq. Fil-fatt, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tal-miżuri inkwistjoni, l-elementi kollha rilevanti u l-kuntest tagħhom […]” (93). |
|
(334) |
Id-dħul inkrementali mistenni irid jinkludi, b'mod partikolari, id-dħul mit-tariffi tal-ajruporti, b'kunsiderazzjoni tal-iskontijiet kif ukoll tat-traffiku li mistenni jiġi ġġenerat mill-ftehim u d-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi li mistenni jiġi ġġenerat mit-traffiku addizzjonali. L-ispejjeż inkrementali mistennija iridu jinkludu, b'mod partikolari, l-ispejjeż operatorji u l-ispejjeż għall-investiment inkrementali kollha li ma jiġġarbux fin-nuqqas tal-ftehim, kif ukoll l-ispejjeż tal-għotjiet għall-kummerċjalizzazzjoni u ta' inċentivi finanzjarji oħrajn. |
|
(335) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll f'dan il-kuntest li d-differenzazzjoni tal-prezzijiet (inkluż l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni u inċentivi oħrajn) hija prattika kummerċjali standard. Madankollu, tali politiki differenzjati tal-prezzijiet għandhom ikunu kummerċjalment ġustifikati (94). |
L-applikazzjoni tal-MEOP għall-ftehimiet inkwistjoni, b'mod partikolari ma' Ryanair
|
(336) |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju, wara li ħadet inkunsiderazzjoni l-fatti ta' dan il-każ, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ewwel pass għandu jkun li jiġu mwieġba l-mistoqsijiet li ġejjin:
|
|
(337) |
Wara li wieġbet dawn il-mistoqsijiet, il-pass li jmiss għall-Kummissjoni ser ikun li tapplika l-prinċipju tal-OES għad-diversi miżuri li qegħdin jiġu diskussi. |
(a) Rigward analiżi tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u l-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport flimkien
|
(338) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li ż-żewġ tipi ta' miżuri koperti mill-investigazzjoni formali f'dan il-każ, jiġifieri l-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruporti u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, iridu jiġu evalwati flimkien bħala miżura waħda. Dan l-approċċ jikkonċerna l-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport konkluż bejn Ryanair u FZG, fuq naħa waħda, u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bejn FZG u Ryanair, kif ukoll bejn AMS u l-Land Rhineland-Palatinate, fuq in-naħa l-oħra. Ryanair ma tikkontestax li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni konkluż direttament bejn Ryanair u FZG għandu jiġi vvalutat flimkien mal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport. Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-istess japplika għall-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS. |
|
(339) |
Hemm bosta indikazzjonijiet li jirreferu għall-fatt li dawk il-ftehimiet għandhom jiġu evalwati bħala miżura waħda minħabba li huma ddaħħlu fil-qafas ta' tranżazzjoni waħda. |
|
(340) |
L-ewwel nett, il-kuntratti ġew konklużi essenzjalment mill-istess partijiet kważi fl-istess punt fiż-żmien:
|
|
(341) |
It-tieni nett, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS jiddikjara fl-ewwel taqsima tiegħu, intitolata “L-Għan tal-Ftehim”, li l-ftehim “għandu l-għeruq tiegħu fl-impenn ta' Ryanair li topera fuq rotta bejn Zweibrücken u Londra”. Din il-formulazzjoni tistabbilixxi rabta diretta mhux ambigwa bejn il-ftehim dwar is-servizzi u l-ftehim ta dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni fis-sens li wieħed ma setax jiġi konkluż mingħajr l-ieħor. Il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni huwa bbażat fuq il-konklużjoni tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u s-servizzi pprovduti minn Ryanair. Tabilħaqq, il-preambolu għall-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jiddikjara li l-Land Rhineland-Palatinate għandu l-ħsieb li jiffoka fuq il-passiġġieri ta' Ryanair sabiex jippromwovi t-turiżmu u l-opportunitajiet ta' negozju fir-reġjun u, b'mod partikolari, l-Ajruport ta' Zweibrücken bħala destinazzjoni. |
|
(342) |
It-tielet nett, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jiddikjara fil-preambolu tiegħu li l-Land Rhineland-Palatinate ddeċieda li “jippromwovi b'mod attiv lill-Ajruport ta' Zweibrücken bħala destinazzjoni għall-btajjel għall-vjaġġaturi internazzjonali bl-ajru u wkoll bħala ċentru tan-negozju attraenti.” Din hija indikazzjoni li l-konklużjoni tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għandha l-għan primarju u speċifiku li tippromwovi speċifikament lill-Ajruport ta' Zweibrücken (u r-reġjun tal-madwar). |
|
(343) |
Ir-raba' nett, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jistabbilixxi speċifikament li għandhom jitpoġġew żewġ links fil-bar tal-lemin fuq il-paġna tad-destinazzjoni ta' Zweibrücken u ħames paragrafi fit-taqsima intitolata “Top Five Things To Do” fuq il-paġna tad-destinazzjoni ta' Zweibrücken ta' Ryanair.com. Minn dawk id-dispożizzjonijiet jista' jiġi dedott li l-għan tal-ftehim huwa li jappoġġja lill-Ajruport ta' Zweibrücken speċifikament u mhux lil-Land Rhineland-Palatinate kollu kemm hu. |
|
(344) |
Il-ħames nett, il-ftehim jista' jiġi tterminat minnufih minn Rhineland-Palatinate f'każ li Ryanair tieqaf topera r-rotta bejn Zweibrücken u Londra. Dan juri għal darba oħra li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u l-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport huma marbutin flimkien b'mod inseparabbli. |
|
(345) |
Bħala konklużjoni, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni konkluż minn Rhineland-Palatinate u AMS huwa b'hekk marbut b'mod indiviżibbli mal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport iffirmat minn Ryanair u FZG. Il-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq juru li mingħajr il-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma setax jiġi konkluż. Tabilħaqq, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jiddikjara espliċitament li huwa bbażat fuq is-servizz ta' Ryanair bejn Zweibrücken u Londra u essenzjalment jipprevedi servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni mmirati biex jippromwovu dik ir-rotta. Fl-istess ħin, jidher li l-konklużjoni tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport kienet dipendenti wkoll fuq il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni: għalkemm il-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ġie konkluż aktar kmieni fiż-żmien, huwa ma obbligax lil Ryanair sabiex tibda toffri servizzi minn Zweibrücken. Minflok, huwa stipula b'mod espliċitu li “jekk is-servizz ma jibdiex sat-28 ta' Ottubru 2008, dan il-ftehim jiskadi u jiġi fi tmiemu mingħajr ebda obbligu lejn parti minnhom”. Fil-fatt, Ryanair bdiet biss l-operazzjonijiet tagħha fi Zweibrücken wara li kien ġie konkluż il-kuntratt ma' AMS. |
|
(346) |
Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li l-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport tat-22 ta' Settembru 2008 u l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tas-6 ta' Ottubru 2008 jiġu analizzati flimkien, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat jew le. |
(b) Rigward il-benefiċċji li OES seta' jistenna li jikseb mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u l-prezz li kien ikun lest li jħallas għal dawk is-servizzi
|
(347) |
Sabiex ikun jista' jiġi applikat il-prinċipju ta' OES għall-każ inkwistjoni, l-imġiba ta' FGAZ/FZG u tal-Land bħala firmatarji tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ma' Ryanair u tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS trid titqabbel ma' dik ta' OES ipotetiku responsabbli mill-operat tal-Ajruport ta' Zweibrücken. |
|
(348) |
Meta tiġi analizzata t-tranżazzjoni inkwistjoni, huwa rakkomandat li jiġu vvalutati l-benefiċċji li jista' jikseb dan l-OES ipotetiku, motivat mill-prospett ta' profitti, mix-xiri tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Din l-analiżi ma għandhiex tqis l-impatt ġenerali ta' dawn is-servizzi fuq it-turiżmu u fuq il-prestazzjoni ekonomika tar-reġjun. Huwa biss l-impatt ta' dawn is-servizzi fuq il-profittabbiltà tal-ajruport li għandu jiġi kkunsidrat, minħabba li dan ikun l-uniku tħassib għal OES ipotetiku. |
|
(349) |
B'hekk, is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom jistimulaw it-traffiku tal-passiġġieri fuq ir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u mill-ftehimiet korrispondenti dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, minħabba li s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni huma ddisinjati biex jippromwovu dawk ir-rotot tal-ajru. Għalkemm dan l-impatt primarjament ser ikun ta' benefiċċju għall-kumpanija tal-ajru kkonċernata, jista' jkun ta' benefiċċju wkoll għall-operatur tal-ajruport. Żieda fit-traffiku tal-passiġġieri tista' twassal għal żieda fid-dħul iġġenerat minn ċerti tariffi tal-ajruport għall-operatur tal-ajruport, kif ukoll għal żieda fid-dħul minn servizzi mhux relatati mal-avjazzjoni, b'mod partikolari mill-parkeġġi tal-karozzi, mir-ristoranti u minn negozji oħrajn fl-ajruport. |
|
(350) |
Għalhekk, ma jista' jkun hemm ebda dubju li OES li jopera l-Ajruport ta' Zweibrücken minflok FGAZ/FZG u l-Land ikun qies l-effett pożittiv meta kkunsidra li jidħol fi ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u fil-ftehim korrispondenti dwar is-servizzi offruti fl-ajruport. L-OES kien iqis l-impatt tar-rotta tal-ajru inkwistjoni fuq id-dħul u l-kostijiet futuri billi, f'dan il-każ, jikkalkula l-għadd ta' passiġġieri li jużaw dawn ir-rotot, illi kieku kien jirrifletti l-effett pożittiv tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, dan l-effett kien ikun evalwat għat-terminu sħiħ tal-operat tar-rotot tal-ajru inkwistjoni, hekk kif stabbilit fil-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u fil-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. |
|
(351) |
Meta operatur ta' ajruport jidħol fi ftehim għall-promozzjoni ta' ċerti rotot tal-ajru, hija prattika standard li jiġi kkalkolat il-proporzjon tat-tagħbija (jew il-fattur tat-tagħbija) (96) għar-rotot tal-ajru inkwistjoni u li dan jitqies meta jiġi vvalutat id-dħul iġġenerat fil-ġejjieni. Il-Kummissjoni taqbel ma' Ryanair fuq din il-kwistjoni, jiġifieri, li l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni mhux biss jiġġeneraw spejjeż għall-operatur tal-ajruport, iżda jrendu wkoll benefiċċji. |
|
(352) |
Barra minn hekk, huwa rakkomandat li jiġi ddeterminat jekk jistgħux raġonevolment ikunu mistennija benefiċċji oħrajn u jiġu kkwantifikati għal OES ipotetiku li jopera fl-Ajruport ta' Zweibrücken minflok FGAZ/FZG u l-Land, jiġifieri, minbarra l-benefiċċji mill-effett pożittiv fuq it-traffiku tal-passiġġieri fuq ir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni matul it-terminu tal-operat ta' dawn ir-rotot, hekk kif stabbilit fil-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jew fil-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport. |
|
(353) |
Ċerti partijiet terzi interessati, fosthom Ryanair fl-istudju tagħha tas-17 ta' Jannar 2014, isostnu din it-teżi. L-istudju tas-17 ta' Jannar 2014 huwa msejjes fuq it-teorija li s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni miksuba minn operatur ta' ajruport, bħal FGAZ/FZG u l-Land, jgħinu biex tittejjeb l-immaġini tal-marka kummerċjali tal-ajruport u, b'riżultat ta' hekk, jgħinu biex jiżdied b'mod sostenibbli l-għadd ta' passiġġieri li jużaw dan l-ajruport u mhux biss l-għadd fuq ir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u mill-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport għat-terminu tal-operat stabbilit f'dawk il-ftehimiet. B'mod partikolari, Ryanair sabet fl-istudju tagħha li s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ser ikollhom effetti pożittivi sostenibbli fuq it-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport anki wara li jkun skada l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. |
|
(354) |
L-ewwel nett, għandu jiġi rrimarkat li ma hemm xejn li jagħti x'jifhem li, meta ġie konkluż il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, l-operatur tal-ajruport qattx ikkunsidra, u wisq inqas ikkwantifikax, l-effetti pożittivi possibbli tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni fuq ir-rotot tal-ajru li jmorru “lil hinn minn dawk koperti mill-ftehim, jew il-possibbiltà li dawn l-effetti jkomplu jinħassu anki wara li jkun skada l-ftehim. Barra minn hekk, il-Ġermanja ma ssuġġeriet ebda metodu għall-kalkolu tal-valur possibbli li OES ipotetiku li jopera l-Ajruport ta' Zweibrücken minflok FGAZ/FZG u l-Land seta” poġġa fuq dawn l-effetti meta vvaluta jekk għandux jidħol jew le fil-ftehimiet fl-2008. |
|
(355) |
Barra minn hekk, in-natura sostenibbli ta' dawn l-effetti ma tistax tiġi vvalutata abbażi tal-informazzjoni disponibbli. Huwa possibbli li r-reklamar ta' Zweibrücken u tar-reġjun fuq web ta' Ryanair seta' ħeġġeġ aktar nies iżuru dak is-sit biex jixtru biljetti ta' Ryanair lejn Zweibrücken hekk kif dak ir-reklamar tpoġġa fuq is-sit jew ftit wara. Madankollu, ftit li xejn huwa probabbli li l-effett tar-reklamar fuq il-viżitaturi ppersista jew kellu influwenza fuq ix-xiri tal-biljetti tal-ajruplani għal aktar minn ftit ġimgħat wara li r-reklamar tpoġġa fuq is-sit web ta' Ryanair. Huwa aktar probabbli li kampanja ta' reklamar ikollha effett sostenibbli meta l-attivitajiet promozzjonali jinvolvu mezz wieħed jew aktar ta' reklamar li għalihom il-konsumaturi jkunu esposti regolarment għal perjodu speċifiku. Pereżempju, kampanja ta' reklamar li tinvolvi l-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju ġenerali, siti web popolari u/jew diversi powsters ta' reklamar li jitpoġġew barra jew ġewwa postijiet pubbliċi, jista' jkollha effett sostenibbli jekk il-konsumaturi jiġu esposti regolarment għal dawk il-mezzi. Madankollu, l-attivitajiet promozzjonali limitati biss għas-sit web ta' Ryanair ftit li xejn jista' jkollhom effett li jibqa' jinħass sostanzjalment wara li tintemm il-kampanja promozzjonali. |
|
(356) |
Fil-fatt, huwa probabbli ħafna li l-maġġoranza tan-nies ma jżurux is-sit web ta' Ryanair ta' spiss biżżejjed biex ir-reklamar waħdu jħallilhom memorja ċara tar-reġjun ikkonċernat. Dan l-argument huwa sostnut tajjeb minn żewġ fatturi. L-ewwel nett, skont it-termini tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, il-promozzjoni tar-reġjun ta' Zweibrücken fuq il-paġna prinċipali tas-sit web ta' Ryanair kienet limitata għal ħames paragrafi ta' 150 kelma taħt it-taqsima “Top Five Things To Do” fuq il-paġna speċifika għad-destinazzjoni ta' Zweibrücken, il-preżenza għal perjodu ta' żmien qasir ħafna (16-il jum) ta' link sempliċi fuq il-paġna prinċipali ta' www.ryanair.com li twassal għal sit magħmul disponibbli mil-Land u l-preżenza ta' żewġ links sempliċi fuq il-paġna għad-destinazzjoni ta' Zweibrücken, li wkoll iwasslu għal sit magħmul disponibbli mil-Land. Kemm it-tip ta' attivitajiet promozzjonali (link sempliċi b'valur ta' kummerċjalizzazzjoni limitat) kif ukoll il-ħajja qasira tagħhom setgħu jnaqqsu severament l-effett ta' dawn l-attivitajiet wara li tintemm il-promozzjoni, b'mod partikolari minħabba li dawn l-attivitajiet kienu limitati għas-sit web ta' Ryanair u ma kinux appoġġjati minn xi mezz ieħor. It-tieni nett, il-prevalenza tal-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fil-ftehim konkluż ma' AMS kienet biss fir-rigward tal-paġna web iddedikata għad-destinazzjoni ta' Zweibrücken. Huwa probabbli ħafna li l-maġġoranza tan-nies ma jżurux dik il-paġna ta' spiss; jekk u meta jżuruha, dan probabbli jkun minħabba li huma jkunu diġà interessati f'dik id-destinazzjoni. |
|
(357) |
B'hekk, anki jekk is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni żiedu t-traffiku tal-passiġġieri fuq ir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għall-perjodu tal-implimentazzjoni tagħhom, huwa probabbli ħafna li dan l-effett kien ineżistenti jew negliġibbli wara li għadda dak il-perjodu u li l-effett fuq rotot tal-ajru oħrajn kien ugwalment insinifikanti. |
|
(358) |
Mill-istudji ta' Ryanair tas-17 u tal-31 ta' Jannar 2014 jirriżulta li l-ġenerazzjoni tal-benefiċċji 'lil hinn mir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jew li jippersistu wara l-perjodu tal-implimentazzjoni tagħhom għal dawn ir-rotot, hekk kif stabbilit fil-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u fil-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, kienet estremament inċerta u ma setgħetx tiġi kkwantifikata b'livell ta' affidabbiltà li jitqies bħala biżżejjed minn OES prudenti. |
|
(359) |
B'hekk, pereżempju, skont l-istudju tas-17 ta' Jannar 2014, “il-profitti inkrementali futuri wara l-iskadenza skedata tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport huma, fin-natura tagħhom, inċerti”. Barra minn hekk, dak l-istudju jissuġġerixxi żewġ metodi għall-evalwazzjoni a priori tal-effetti pożittivi tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni: approċċ “ibbażat fuq il-flussi tal-flus” u approċċ ta' “kapitalizzazzjoni”. |
|
(360) |
L-approċċ “ibbażat fuq il-flussi tal-flus” jinvolvi l-evalwazzjoni tal-benefiċċji tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u tal-ftehimiet dwar is-servizzi offruti fl-ajruport li jistgħu jiġu ġġenerati mill-operatur tal-ajruport permezz tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, neqsin l-ispejjeż korrispondenti. Fl-approċċ ta' “kapitalizzazzjoni”, it-titjib tal-immaġini tal-marka kummerċjali tal-ajruport permezz tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jiġi ttrattat bħala assi intanġibbli, akkwistat għall-prezz stipulat fil-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. |
|
(361) |
Madankollu, l-istudju jenfasizza d-diffikultajiet kbar ippreżentati mill-approċċ ta' “kapitalizzazzjoni” u juri li r-riżultati prodotti b'dan il-metodu jistgħu ma jkunux affidabbli; huwa jissuġġerixxi li l-approċċ “ibbażat fuq il-flussi ta' flus” ikun aħjar. B'mod partikolari, l-istudju jsib li: “L-approċċ ta' kapitalizzazzjoni għandu jqis biss il-proporzjon tan-nefqa fuq il-kummerċjalizzazzjoni li hija attribwibbli għall-bażi tal-assi intanġibbli ta' ajruport. Madankollu, jista' jkun diffiċli li jiġi identifikat il-proporzjon tan-nefqa fuq il-kummerċjalizzazzjoni li hija mmirata lejn il-ġenerazzjoni tad-dħul mistenni fil-ġejjieni għall-ajruport (jiġifieri investiment fil-bażi tal-assi intanġibbli tal-ajruport) kuntrarju għall-ġenerazzjoni tad-dħul attwali għall-ajruport.” Huwa jenfasizza wkoll li: “Sabiex jiġi implimentat l-approċċ ibbażat fuq il-kapitalizzazzjoni, jeħtieġ li jiġi kkalkolat it-tul ta' żmien medju li ajruport ikun jista' jżomm klijent grazzi għall-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMS. Fil-prattika, ikun diffiċli ħafna li jiġi kkalkolat il-perjodu medju taż-żamma tal-klijenti wara kampanja ta' AMS minħabba dejta insuffiċjenti.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
(362) |
L-istudju tal-31 ta' Jannar 2014 jipproponi li jiġi applikat b'mod prattiku l-approċċ “ibbażat fuq il-flussi tal-flus”. Skont dan l-approċċ, il-benefiċċji tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u tal-ftehimiet dwar is-servizzi offruti fl-ajruport li jibqgħu jinħassu anki wara l-iskadenza tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni huma espressi bħala “valur terminali” kkalkolat fid-data ta' skadenza tal-ftehim. Dan il-valur terminali jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-profitti inkrementali mistennija mill-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u mill-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni matul l-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport. Dawk il-profitti huma estiżi fil-perjodu li jmiss, li t-terminu tiegħu huwa ugwali għat-terminu tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, u jiġu aġġustati sabiex jieħdu f'kunsiderazzjoni r-rata ta' tkabbir għas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Ewropa u l-fattur ta' probabbiltà intiżi biex ikun jirrifletti l-kapaċitajiet tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni li jikkontribwixxu għall-profitti tal-ajruport wara li jkunu skadew. Skont l-istudju tal-31 ta' Jannar 2014, il-kapaċità li jiġu ġġenerati benefiċċji sostenibbli tiddependi fuq diversi fatturi “inklużi prominenza akbar u marka kummerċjali aktar b'saħħitha, flimkien ma' aspetti esterni tan-netwerk u passiġġieri rikorrenti”, għalkemm ma ngħatawx dettalji dwar dawn il-fatturi. Barra minn hekk, dan il-metodu jikkunsidra rata ta' skont li tirrifletti l-ispejjeż kapitali. |
|
(363) |
L-istudju jipproponi fattur ta' probabbiltà ta' 30 %, li huwa jqis bħala prudenti. Madankollu, dan l-istudju, li huwa ta' natura teoretika ħafna, ma jipprovdi ebda evidenza serja għal dan il-fattur, la minn lat kwantitattiv u lanqas minn dak kwalitattiv. Huwa ma jibbaża ruħu fuq ebda fatt relatat mal-attivitajiet ta' Ryanair, mas-swieq tat-trasport bl-ajru jew mas-servizzi tal-ajruport biex jissostanzja din ir-rata ta' 30 %. Huwa ma jistabbilixxi ebda rabta bejn din ir-rata u l-fatturi li jsemmi fil-qasir ħafna (prominenza, marka kummerċjali b'saħħitha, aspetti esterni tan-netwerk u passiġġieri rikorrenti) u li huma mistennija jtawlu l-benefiċċji tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni wara d-dati ta' skadenza tagħhom. Fl-aħħar nett, huwa b'ebda mod ma jibbaża ruħu fuq il-kontenut speċifiku tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni previst fid-diversi kuntratti ma' AMS meta jiġi biex janalizza sa liema punt dawk is-servizzi jistgħu jinfluwenzaw dawk il-fatturi. |
|
(364) |
Barra minn hekk, dan ma jurix li, mal-iskadenza tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, hemm xi probabbiltà li l-profitti ġġenerati minn dawn il-ftehimiet għall-operatur tal-ajruport matul l-aħħar sena tal-applikazzjoni tagħhom jistgħu jissoktaw fil-ġejjieni. Bl-istess mod, dan ma jipprovdi ebda evidenza li r-rata ta' tkabbir tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Ewropa huwa indikatur utli sabiex jitkejjel l-impatt ta' ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u ta' ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għal ajruport speċifiku. |
|
(365) |
Għalhekk, ikun improbabbli ħafna li “valur terminali” kkalkolat permezz tal-metodu propost minn Ryanair jitqies minn operatur OES prudenti meta dan jiġi biex jiddeċiedi jidħolx fi ftehim jew le. |
|
(366) |
Għalhekk, l-istudju tal-31 ta' Jannar 2014 juri li approċċ “ibbażat fuq il-flussi ta' flus” iwassal biss għal riżultati mhux affidabbli u inċerti ħafna, l-istess bħall-metodu ta' “kapitalizzazzjoni”. |
|
(367) |
Barra minn hekk, la l-Ġermanja u ebda parti terza interessata ma pprovdiet evidenza li turi li l-metodu ppreżentat minn Ryanair fl-istudju tal-31 ta' Jannar 2014, jew kwalunkwe metodu ieħor li jimmira li jikkwantifika l-profitti wara l-iskadenza tal-ftehimiet dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, kien implimentat b'suċċess mill-operaturi ta' ajruporti reġjonali komparabbli għall-operatur ta' Zweibrücken. Il-Ġermanja ma għamlet ebda kumment dwar l-istudji tas-17 u tal-31 ta' Jannar 2014. |
|
(368) |
Barra minn hekk, valur terminali kkalkolat permezz tal-metodu ppreżentat minn Ryanair ikun pożittiv biss (u, għalhekk, ikollu biss it-tendenza li jżid il-profittabbiltà tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni) jekk il-profitt inkrementali mistenni minn dawn il-ftehimiet fl-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport ikun pożittiv. Jekk ikun negattiv, it-teħid tal-valur terminali f'kunsiderazzjoni ġeneralment inaqqas il-profittabbiltà tal-ftehimiet. Hawn taħt ser jintwera (ara l-premessa 378 et seq.) li l-ftehimiet tal-2008 irriżultaw fi flussi ta' flus inkrementali negattivi. |
|
(369) |
Barra minn hekk, kif ġie ddikjarat aktar 'il fuq (ara l-premessa 341 et seq.), is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni huma evidentement immirati għall-persuni li x'aktarx jużaw ir-rotta koperta mill-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Jekk din ir-rotta ma tiġġeddidx hekk kif jiskadi l-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, huwa improbabbli li s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jibqa' jkollhom effett pożittiv fuq it-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport wara d-data tal-iskadenza. Huwa diffiċli ħafna li operatur ta' ajruport jivvaluta l-probabbiltà li linja tal-ajru tkompli topera rotta wara l-iskadenza tat-terminu li tkun intrabtet bih fil-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport. Il-linji tal-ajru bi spejjeż baxxi, b'mod partikolari, urew li, meta jiġu għall-ftuħ u l-għeluq tar-rotot, huma reattivi ħafna għall-kundizzjonijiet tas-suq li, aktar ta' spiss milli le, jinbidlu malajr ħafna. Għalhekk, meta jidħol fi tranżazzjoni bħal dik li qiegħda tiġi eżaminata f'dan il-każ, OES prudenti ma jiddependix fuq kumpanija tal-ajru li testendi l-operat tar-rotta inkwistjoni mal-iskadenza tal-ftehim. |
|
(370) |
Bħala konklużjoni, minn dak li ntqal hawn fuq jidher biċ-ċar li l-uniku benefiċċju li OES prudenti jista' jistenna li jikseb minn ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u li jista' jikkwantifika ladarba jiddeċiedi jidħolx fi ftehim bħal dan jew le, flimkien ma' ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, ikun l-effett pożittiv li possibbilment ikollhom is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni fuq l-għadd ta' passiġġieri li jużaw ir-rotot koperti mill-ftehimiet inkwistjoni matul it-terminu tal-operat ta' dawk ir-rotot, kif stabbilit fil-ftehimiet. IL-Kummissjoni hija tal-fehma li kwalunkwe benefiċċji possibbli oħrajn huma inċerti wisq biex jiġu kkwantifikati u kkunsidrati. |
(c) Il-fattibbiltà tat-tqabbil tal-ajruport ta' Zweibrücken ma' ajruporti Ewropej oħrajn
|
(371) |
Skont il-linji gwida l-ġodda għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-OES, l-eżistenza ta' għajnuna lil linja tal-ajru li tuża ajruport partikolari tista', fil-prinċipju, tiġi eskluża jekk il-prezz mitlub għas-servizzi offruti fl-ajruport ikun jikkorrispondi għall-prezz tas-suq, jew jekk ikun jista' jintwera, permezz ta' analiżi ex ante — jiġifieri analiżi bbażata fuq l-informazzjoni disponibbli meta tkun ingħatat il-miżura u fuq l-iżviluppi prevedibbli f'dak il-mument — li l-arranġament mal-ajruport/linja tal-ajru jwassal għal kontribuzzjoni ta' profitt inkrementali pożittiv għall-ajruport (97). Madankollu, fir-rigward tal-ewwel approċċ (tqabbil mal-“prezz fis-suq”), il-Kummissjoni għandha d-dubji dwar kemm, fil-preżent, jista' jiġi identifikat punt ta' riferiment xieraq sabiex jiġi stabbilit prezz tas-suq veru għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti. Għalhekk, hija tal-fehma li analiżi ex ante tal-profittabbiltà inkrementali hija l-aktar kriterju rilevanti għall-valutazzjoni tal-arranġamenti konklużi mill-ajruporti ma' linji tal-ajru individwali (98). |
|
(372) |
B'mod ġenerali, ta' min jinnota li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' OES abbażi ta' prezz medju fi swieq simili oħrajn tista' tkun utli jekk tali prezz ikun jista' jiġi identifikat jew dedott b'mod raġonevoli minn indikaturi oħrajn tas-suq. Madankollu, dan il-metodu mhuwiex rilevanti fil-każ tas-servizzi offruti fl-ajruport, billi l-istruttura tal-ispejjeż u d-dħul għandha t-tendenza li tvarja ħafna minn ajruport għal ieħor. Dan minħabba li l-ispejjeż u d-dħul jiddependu fuq kemm ajruport ikun żviluppat, l-għadd ta' linji tal-ajru li jużaw l-ajruport, il-kapaċità tiegħu f'termini tat-traffiku tal-passiġġieri, l-istat tal-infrastruttura u l-investimenti relatati, il-qafas regolatorju li jista' jvarja minn Stat Membru għal ieħor u kwalunkwe dejn jew obbligi li jkun daħal għalihom l-ajruport fl-imgħoddi (99). |
|
(373) |
Barra minn hekk, il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru tikkomplika kull analiżi purament komparattiva. Barra minn hekk, kif jista' jidher f'dan il-każ, il-prattiki kummerċjali bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru mhux dejjem ikunu bbażati esklussivament fuq skeda ppubblikata ta' tariffi. Minflok, dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali jkunu varjati ħafna. Dawn jinkludu kondiviżjoni tar-riskji fir-rigward tat-traffiku tal-passiġġieri u ta' kwalunkwe responsabbiltà kummerċjali u finanzjarja relatata, skemi ta' inċentivi standard u tibdil fit-tixrid tar-riskji tul it-terminu tal-ftehimiet. Konsegwentement, tranżazzjoni waħda ma tistax titqabbel ma' oħra abbażi ta' prezz varjabbli jew prezz għal kull passiġġier. |
|
(374) |
Fl-aħħar nett, wara li nassumu li jista' jiġi stabbilit, abbażi ta' analiżi komparattiva valida, li l-“prezzijiet” involuti fid-diversi tranżazzjonijiet li huma s-suġġett ta' din il-valutazzjoni huma ekwivalenti għal jew ogħla mill-“prezzijiet tas-suq” stabbiliti permezz ta' kampjun komparattiv ta' tranżazzjonijiet, il-Kummissjoni ma tkunx tista', għal dan kollu, tikkonkludi li dawn it-tranżazzjonijiet huma konformi mat-test tal-OES jekk jirriżulta li, meta ġew stabbiliti, l-operatur tal-ajruport kien stenna li dawn jiġġeneraw spejjeż inkremenali ogħla mid-dħul inkrementali. B'hekk, OES ma jkollu ebda inċentiv sabiex joffri prodotti jew servizzi bi “prezz tas-suq” jekk dan iwassal għal telf inkrementali. |
|
(375) |
F'kundizzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, wara li qieset l-informazzjoni kollha disponibbli għaliha, ma hemm ebda bażi għal diverġenza mill-approċċ rakkomandat fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-OES għar-relazzjonijiet bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru, jiġifieri, analiżi ex ante tal-profittabbiltà inkrementali. |
7.3.1.4. Valutazzjoni tal-ispejjeż u d-dħul inkrementali
Qafas ta' żmien
|
(376) |
Meta jiġi biex jiddeċiedi jekk jidħolx fi ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u/jew ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċalizzazzjoni, OES jagħżel qafas ta' żmien għall-valutazzjoni tiegħu abbażi tat-terminu tal-ftehimiet inkwistjoni jew tat-terminu ffissat f'kull ftehim individwali. Fi kliem ieħor, huwa jivvaluta l-ispejjeż u d-dħul inkrementali għat-terminu tal-applikazzjoni tal-ftehimiet. |
|
(377) |
Ma jidher li hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex jintgħażel perjodu ta' żmien itwal. Fid-data tal-iffirmar tal-ftehimiet, OES prudenti ma joqgħodx fuq il-ftehimiet li jiġu mġedda ladarba jiskadu, kemm jekk taħt l-istess termini jew inkella taħt termini ġodda. Barra minn hekk, operatur ġeneralment prudenti jkun konxju li linji tal-ajru bi spejjeż baxxi bħal Ryanair dejjem kienu u huma magħrufa għall-fatt li huma reattivi ħafna għall-iżviluppi fis-suq, kemm meta jibdew kif ukoll meta jwaqqfu rotot u meta jżidu jew inaqqsu l-għadd ta' titjiriet. |
Valutazzjoni
|
(378) |
Il-Ġermanja tafferma li FGAZ/FZG ma ħejjiet ebda pjan ta' direzzjoni tan-negozju ex ante qabel ikkonkludiet ftehimiet individwali dwar is-servizzi offruti fl-ajruport mad-diversi linji tal-ajru. Hija spjegat li minħabba li l-maġġoranza tal-ispejjeż tal-ajruport jistgħu jitqiesu bħala fissi u li espansjoni tal-attivitajiet kummerċjali ma għandhiex twassal għal spejjeż addizzjonali sinifikanti, ma kien meħtieġ ebda pjan ta' direzzjoni tan-negozju ex ante bħal dan. |
|
(379) |
Madankollu, fuq talba tal-Kummissjoni, il-Ġermanja ħejjiet ħarsa ġenerali lejn l-ispejjeż u d-dħul inkrementali li setgħu jkunu mistennija fiż-żmien li ġew konklużi l-ftehimiet rilevanti. Il-Ġermanja ħejjiet dik id-dejta għal kull wieħed mill-ftehimiet konklużi mal-linji tal-ajru matul il-perjodu li qed jiġi investigat, jiġifieri bejn is-sena 2000 u l-2009, kif miġbur fil-qosor fit-Tabella 8. Tabella 8 Il-profittabbiltà inkrementali tal-kuntratti ma' Germanwings, TUIFly u Ryanair
|
|
(380) |
Meta ġiet biex tħejji t-Tabella 8, il-Ġermanja ħadet kont tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
|
(381) |
Il-Kummissjoni ssib li l-approċċ meħud mill-Ġermanja fil-kalkolu tal-għadd ta' passiġġieri u fil-kalkolu, abbażi ta' dan, tad-dħul inkrementali mistenni mill-avjazzjoni u minn attivitajiet mhux relatati mal-avjazzjoni, huwa tajjeb. L-istess jgħodd fir-rigward tar-rati ta' skont. |
|
(382) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll in-nuqqas ta' qbil tal-Ġermanja li fil-kalkolazzjoni tad-dħul inkrementali biss matul id-durata tal-ftehim, il-profitti fit-tul ma jitqisux. B'reazzjoni għal dan, il-Kummissjoni tirreferi għar-raġunament tagħha żviluppat fil-premessi 376 u 377, li huwa tabilħaqq xieraq li jiġu kkunsidrati biss l-ispejjeż u d-dħul inkrementali ġġenerati matul id-durata tal-ftehim. |
|
(383) |
Il-Kummissjoni tieħu wkoll nota tas-sottomissjoni tal-Ġermanja li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma setax jitqies bħala li jipproduċi biss spejjeż, iżda għandu jitqies ukoll bħala li jiġġenera introjtu. Il-Ġermanja ma pproponiet ebda metodoloġija sabiex jiġi evalwat id-dħul inkrementali speċifiku ġġenerat mill-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni 'lil hinn miż-żieda tat-traffiku (u b'hekk ukoll id-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi) fl-ajruport. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni diġà ddeterminat fil-premessa 347 et seq. li OES iqis biss id-dħul inkrementali tal-ajruport meta jiġi biex jevalwa l-effetti pożittivi tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. |
|
(384) |
Fir-rigward tal-ispejjeż operatorji inkrementali, b'mod partikolari, il-Kummissjoni trid tibbaża ruħha fuq id-dejta pprovduta mill-Ġermanja u minn FGAZ/FZG, sakemm din tidher li hija raġonevoli, minħabba li hija nnifisha mhijiex f'pożizzjoni li tikkalkula dawk l-ispejjeż b'mod indipendenti. Fil-prinċipju, l-istess jgħodd għall-ispejjeż tal-investiment inkrementali, minħabba li l-Ġermanja u FGAZ/FZG huma f'pożizzjoni aħjar li jikkalkolaw liema investiment jista' jiġi traċċat lura direttament għal ftehim partikolari dwar is-servizzi offruti fl-ajruport. Wara li analizzat l-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja, il-Kummissjoni taċċetta l-kalkolu ġenerali tal-ispejjeż inkrementali bħala raġonevoli. |
|
(385) |
Barra minn hekk, jidher li huwa raġonevoli li l-impjegar ta' ħaddiema addizzjonali biex jimmaniġġjaw lil Germanwings u l-investimenti inizjali fir-rinnovazzjoni tat-terminal jistgħu jiġu traċċati lura għall-ewwel ftehim ma' Germanwings, minħabba li dak il-ftehim kien il-fattur li wassal għall-iżvilupp b'obbligu tal-avjazzjoni kummerċjali fi Zweibrücken. |
Konklużjoni
|
(386) |
Billi r-riżultat skontat mistenni huwa negattiv għall-ewwel ftehim ma' Germanwings, kif ukoll għall-ftehimiet ma' TUIFly u Ryanair, il-Kummissjoni ssib li FGAZ/FZG ma aġixxietx bħal OES fil-konklużjoni ta' dawk il-ftehimiet. L-ajruport ma setax jistenna li jiġu koperti mill-inqas l-ispejjeż inkrementali kkawżati minn kwalunkwe wieħed minn dawk il-ftehimiet. B'hekk, minħabba li FGAZ/FZG ma aġixxietx bħal OES, id-deċiżjoni tagħha li tikkonkludi l-ftehimiet fuq dawk it-termini tat vantaġġ ekonomiku lil Germanwings, TUIFly u Ryanair. |
|
(387) |
B'kuntrast ma' dan, it-tieni ftehim ma' Germanwings ma setax ikun mistenni li jwassal għal riżultat skontat pożittiv. Għalhekk, meta kkonkludiet dak il-ftehim, FGAZ/FZG ma tat ebda vantaġġ ekonomiku lil Germanwings. |
7.3.1.5. Selettività
|
(388) |
Il-vantaġġ ekonomiku identifikat fil-premessa 376 et seq. ingħata fuq bażi selettiva, minħabba li kienu biss il-linji tal-ajru li joperaw mill-Ajruport ta' Zweibrücken li bbenifikaw minnu. |
|
(389) |
F'dan il-kuntest, l-argument imressaq mill-Ġermanja li l-iskontijiet fuq it-tariffi tal-ajruport mogħtija lil-linji tal-ajru li joperaw minn Zweibrücken ma kinux selettivi għandu jiġi rrifjutat. Il-Ġermanja sostniet li l-iskontijiet kienu miftuħa għal-linji tal-ajru kollha li xtaqu joperaw minn Zweibrücken, li allegatament rendewhom f'mhux selettivi. |
|
(390) |
B'reazzjoni għal dan, il-Kummissjoni l-ewwel tosserva li l-ftehimiet individwali konklużi mal-linji tal-ajru jmorru 'lil hinn mill-iskeda tat-tariffi u huma differenti minn xulxin (ara l-premessi 67 sa 72), biex b'hekk fihom kundizzjonijiet li ġew innegozjati individwalment. Il-vantaġġ preċiż mogħti mbagħad jidher bħala selettiv fir-rigward ta' kull linja tal-ajru individwali. |
|
(391) |
Madankollu, it-tieni nett, il-Kummissjoni tosserva li anki kieku l-iskeda tat-tariffi kienet applikata bl-istess mod għal kull linja tal-ajru li tixtieq topera minn Zweibrücken, kwalunkwe vantaġġ b'hekk konferit xorta waħda jkun irid jitqies bħala selettiv. Kif sostna l-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża Deutsche Lufthansa AG v. Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH, l-aċċettazzjoni tal-argumentazzjoni tal-Ġermanja “twassal sabiex tiġi miċħuda għalkollox il-possibbiltà li tkun ikkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet li għalihom impriża pubblika toffri s-servizzi tagħha meta tali kundizzjonijiet jirriżultaw applikabbli mingħajr distinzjoni għall-kontraenti kollha tagħha” (103). L-Avukat Ġenerali Mengozzi rrimarka wkoll li “kif fil-fehma tiegħi osservat korrettement il-Kummissjoni, tali esklużjoni ma tidhirx konformi la mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li l-interventi pubbliċi li jirrigwardaw mingħajr distinzjoni l-operaturi kollha ta' settur ekonomiku speċifiku jista' jkollhom karattru selettiv u lanqas mad-diversi preċedenti li fihom kienu kkunsidrati benefiċċji selettivi li jirriżultaw mill-provvista ta' oġġetti u servizzi minn impriżi pubbliċi (jew privati) b'tariffi jew b'kundizzjonijiet identiċi għall-operaturi kollha li jeżerċitaw attività speċifika” (104). |
7.3.1.6. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(392) |
Miżura mogħtija minn Stat titqies bħala li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni meta din tkun tista' ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li magħhom tikkompeti (105). Għall-finijiet prattiċi kollha, tiġi preżunta distorsjoni tal-kompetizzjoni meta l-Istat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f'settur liberalizzat fejn hemm, jew jista' jkun hemm, kompetizzjoni. Skont il-każistika tal-Qrati Ewropej, kwalunkwe għotja ta' għajnuna lil impriża li teżerċita l-attivitajiet tagħha fis-suq intern tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (106). |
|
(393) |
Mid-dħul fis-seħħ tat-tielet pakkett dwar il-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-1 ta' Jannar 1993 (107), it-trasportaturi tal-ajru jistgħu liberament joperaw titjiriet fuq konnessjonijiet intraEwropej. Kif osservat il-Qorti tal-Ġustizzja, “fejn intrapriża topera f'settur fejn jikkompetu produtturi minn diversi Stati Membri, kwalunkwe għajnuna li tista' tirċievi mill-awtoritajiet pubbliċi tista' taffettwa lill-kummerċ bejn l-Istati Membri u ddgħajjef lill-kompetizzjoni, peress li l-preżenza kontinwa tagħha fis-suq ma tħallix li l-kompetituri minn Stati Membri oħrajn iżidu s-sehem mis-suq tagħhom u tnaqqas il-possibbiltajiet tagħhom li jżidu l-esportazzjonijiet” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (108). |
|
(394) |
Il-Kummissjoni sabet li FGAZ/FZG u l-Land Rhineland-Palatinate taw vantaġġ selettiv lil Germanwings, TUIFly u Ryanair. Dawn il-linji tal-ajru huma attivi f'suq kompetittiv madwar l-Unjoni kollha u l-vantaġġ li rċevew seta' jwassal għal titjib tal-pożizzjoni kompetittiva tagħhom f'dak is-suq. F'dan id-dawl, il-Kummissjoni ssib li l-vantaġġ mogħti lil Germanwings, TUIFly u Ryanair jista' jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
7.3.1.7. Konklużjoni
|
(395) |
Għar-raġunijiet imsemmija qabel, il-Kummissjoni ssib li Germanwings, TUIFly u Ryanair irċevew għajnuna mill-Istat li tammonta għal madwar EUR 1 054 985, EUR 232 781 u EUR 464 879, rispettivament. |
7.3.2. KOMPATIBBILTÀ
|
(396) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Ġermanja ma ressqet ebda argument li juri li l-għajnuna mogħtija lil TUIFly, Germanwings u Ryanair hija kompatibbli mas-suq intern. |
|
(397) |
B'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja (109), il-Kummissjoni tfakkar li hija r-responsabbiltà tal-Ġermanja li tindika l-bażi ġuridika li fuqha miżura ta' għajnuna mill-Istat tista' tinstab li hija kompatibbli mas-suq intern u li turi li l-kundizzjonijiet meħtieġa kollha ġew issodisfati. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja biex tipprovdi informazzjoni dwar jekk tistax tiġi stabbilita kompatibbiltà skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Madankollu, il-Ġermanja ma għamlet ebda sottomissjoni bil-għan li turi li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti għall-għajnuna tal-bidu kompatibbli skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. Lanqas il-partijiet interessati li ssottomettew il-kummenti tagħhom ma ressqu argumenti li juru l-kompatibbiltà tal-miżura ta' għajnuna mill-Istat mas-suq intern. |
|
(398) |
Madankollu, il-Kummissjoni ssib li huwa utli li tikkunsidra fil-qosor jekk l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni tistax titqies bħala għajnuna tal-bidu kompatibbli. |
7.3.2.1. Qafas legali applikabbli
|
(399) |
Fir-rigward tal-għajnuna tal-bidu, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jiddikjaraw li: “il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti f'dawn il-linji gwida għall-miżuri ta' għajnuna tal-bidu kollha nnotifikati, li fir-rigward tagħhom hija tintalab tieħu deċiżjoni mill-4 ta' April 2014, anki meta l-miżuri ġew innotifikati qabel dik id-data. Skont l-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna illegali mill-Istat, il-Kummissjoni ser tapplika r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna għall-għajnuna tal-bidu illegali mogħtija lil-linji tal-ajru. Għaldaqstant, hija ma tapplikax il-prinċipji stabbiliti f'dawn il-linji gwida fil-każ tal-għajnuna tal-bidu illegali mogħtija lil-linji tal-ajru qabel l-4 ta' April 2014 ” (110) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
(400) |
Min-naħa tagħhom, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 jistipulaw li: “il-Kummissjoni sejra teżamina l-kompatibbiltà ta' … għajnuna tal-bidu mogħtija mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħha u allura bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat [issal-Artikolu 108(3) tat-Trattat], fuq il-bażi ta' dawn il-linji gwida jekk l-għajnuna bdiet tingħata wara l-pubblikazzjoni tal-linji gwida f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
(401) |
Billi l-ftehimiet ma' Germanwings, TUIFly u Ryanair ġew konklużi wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 f'Il-Ġurnal Uffiċjali fid-9 ta' Diċembru 2005, dawk il-linji gwida jikkostitwixxu l-bażi ġuridika applikabbli għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern. |
7.3.2.2. Valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005
|
(402) |
Minħabba li l-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà għall-għajnuna tal-bidu stabbiliti fil-punt 79 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 huma kumulattivi, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jeħtieġ biss li jintwera li ma ġietx issodisfata waħda minn dawk il-kundizzjonijiet sabiex issib li l-għajnuna mogħtija lil-linji tal-ajru mhijiex kompatibbli. Il-Kummissjoni tibda l-analiżi tagħha bil-kundizzjoni stabbilita fil-punt 79(d) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005. |
|
(403) |
Il-Punt 79(d) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 jesiġi, fost l-oħrajn, li l-ammont ta' għajnuna mogħtija fi kwalunkwe sena partikolari ma jaqbiżx il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli totali għal dik is-sena u li l-għajnuna totali ma taqbiżx medja ta' 30 % tal-ispejjeż eliġibbli. Spejjeż eliġibbli huma definiti bħala l-“ispejjeż tal-bidu addizzjonali li jsiru sabiex titnieda rotta jew frekwenza ġdida … li l-operatur tal-ajru ma jkollux iġarrab ladarba din tibda topera” (111) [traduzzjoni uffiċjali]. |
|
(404) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni osservat li l-ftehimiet ma' Germanwings, TUIFly u Ryanair ma pprevedew ebda konnessjoni bejn l-għajnuna mogħtija u l-ispejjeż eliġibbli. Għalhekk, il-Ġermanja ntalbet tipprovdi dettalji dwar ir-relazzjoni bejn l-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli. La l-Ġermanja u lanqas il-partijiet terzi li jikkummentaw fuq id-deċiżjoni tal-ftuħ ma pprovdew informazzjoni bħal din. F'dan id-dawl, u meta wieħed iqis li l-ftehimiet mal-linji tal-ajru inkwistjoni ma jagħmlu ebda referenza għall-ispejjeż tal-linji tal-ajru, aktar u aktar għall-ispejjeż eliġibbli, il-Kummissjoni ssib li l-kundizzjoni tal-kompatibbiltà stabbilita fil-punt 79(d) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 mhijiex issodisfata. |
|
(405) |
Bħala konklużjoni, l-għajnuna mogħtija lil-linji tal-ajru ma tistax tinstab li tikkostitwixxi għajnuna tal-bidu kompatibbli, minħabba li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà ma ġietx issodisfata. Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Germanwings, TUIFly u Ryanair tikkostitwixxi għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat li trid tiġi rkuprata. |
8. RKUPRU
|
(406) |
B'konformità mat-Trattat u mal-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat irid jabolixxi jew ibiddel l-għajnuna (112) meta ssib li din hija inkompatibbli mas-suq intern. Il-każistika konsistenti tal-Qorti tindika wkoll li, fil-każ ta' għajnuniet li l-Kummissjoni tkun qieset bħala inkompatibbli mas-suq intern, l-obbligu li l-għajnuna tiġi abolita, li huwa impost fuq l-Istat Membru, għandu l-għan li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel (113). F'dan il-kuntest, il-Qorti ddikjarat li dak l-objettiv jintlaħaq ladarba l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta' għajnuna illegali, biex b'hekk iċedi l-vantaġġ li kien gawda fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u terġa' tiġi stabbilita s-sitwazzjoni ta' qabel il-pagament tal-għajnuna (114). |
|
(407) |
B'konformità ma' dik il-każistika, l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (115) stabbilixxa li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju”. |
|
(408) |
Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat imsemmija hawn fuq (ara l-premessi 282, 297, 318, 320, 395 u 405, b'kunsiderazzjoni tal-premessi 198 sa 200) trid tiġi rrimborżata lill-Ġermanja, sakemm din tkun tħallset. |
|
(409) |
It-tabella 9 tindika l-ammonti ta' rkupru approssimattivi. Tabella 9 Informazzjoni dwar l-ammonti approssimattivi ta' għajnuna rċevuta, li għandha tiġi rkuprata u li diġà ġiet irkuprata
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(410) |
Sabiex jitqies il-vantaġġ attwali riċevut mil-linja tal-ajru u mis-sussidjarji tagħha skont il-ftehimiet, l-ammonti indikati fit-Tabella 9 jistgħu jiġu aġġustati, skont l-evidenza ta' sostenn ipprovduta mill-Ġermanja, abbażi ta' (i) id-differenza bejn, fuq naħa waħda, il-pagamenti attwali kif ippreżentati ex post, li kienu saru mil-linja tal-ajru fir-rigward tat-tariffi tal-ajruport (inklużi t-tariffa tal-inżul, it-tariffa tal-passiġġieri u s-servizzi tal-groundhandling skont il-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport) u, min-naħa l-oħra, il-flussi tal-flus imbassra (ex ante) fuq dawn l-entrati tal-introjtu u murija fit-Tabella 8, u (ii) id-differenza bejn, minn naħa waħda, il-pagamenti ta' kummerċjalizzazzjoni attwali kif ippreżentati ex post li tħallsu lil-linja tal-ajru jew lis-sussidjarji tagħha skont il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u, min-naħa l-oħra, l-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni kif previsti ex ante, li jikkorrespondu għall-ammonti indikati fit-Tabella 8, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-għajnuna mill-Istat, implimentata illegalment mill-Ġermanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat favur Flugplatz GmbH Aeroville Zweibrücken (“FGAZ”)/Flughafen Zweibrücken GmbH (“FZG”) bejn is-sena 2000 u l-2009 permezz ta' għotjiet għall-investiment dirett, injezzjonijiet ta' kapital annwali, l-għotja ta' garanzija ta' 100 % fuq self bankarju mingħajr ħlas, u li FGAZ titħalla tipparteċipa fil-ġabra komuni ta' flus tal-Land Rhineland-Pfalz, hija inkompatibbli mas-suq intern.
2. L-għajnuna mill-Istat, implimentata illegalment mill-Ġermanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat favur Germanwings, TUIFly u Ryanair/AMS permezz tal-ftehimiet dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni konklużi fil-15 ta' Settembru 2006 (Germanwings), fl-1 ta' April 2008 (TUIFly) u fit-22 ta' Settembru 2008 / fis-6 ta' Ottubru 2008 (Ryanair/Airport Marketing Services (“AMS”)) hija inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 2
1. Is-self mogħti lil FZG minn Sparkasse Südwestpfalz ma jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat.
2. Il-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport konkluż minn FZG ma' Germanwings fit-30 ta' Ġunju 2008 ma jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat.
Artikolu 3
1. Il-Ġermanja għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarji.
2. FGAZ u FZG għandhom jinżammu responsabbli flimkien sabiex iħallsu lura l-għajnuna mill-Istat riċevuta minn waħda minnhom.
3. Ryanair u AMS għandhom jinżammu responsabbli flimkien sabiex iħallsu lura l-għajnuna mill-Istat riċevuta minn waħda minnhom.
4. L-ammonti li jridu jiġu rkuprati huma dawn li ġejjin:
|
(a) |
fir-rigward tal-għotjiet għall-investiment dirett mogħtija mil-Land Rhineland-Palatinate u minn ZEF favur FZG: EUR 20 564 170 mogħtija bejn it-12 ta' Diċembru 2000 u l-31 ta' Diċembru 2009, nieqes l-ispejjeż tas-servizzi pprovduti mit-taqsima tat-tifi tan-nar u l-ispejjeż li għalihom l-operatur tal-ajruport huwa intitolat għal rimborż skont il-paragrafu 8(3) tal-Luftsicherheitsgesetz sal-punt li dawn kienu koperti mill-għotjiet għall-investiment dirett; |
|
(b) |
fir-rigward tal-injezzjonijiet ta' kapital annwali mogħtija mil-Land Rhineland-Palatinate u minn ZEF favur FGAZ: EUR 26 629 000 mogħtija bejn is-sena 2000 u l-2009, nieqes l-ispejjeż tas-servizzi pprovduti mit-taqsima tat-tifi tan-nar u l-ispejjeż li għalihom l-operatur tal-ajruport huwa intitolat għal rimborż skont il-paragrafu 8(3) tal-Luftsicherheitsgesetz sal-punt li dawn kienu koperti mill-injezzjonijiet ta' kapital annwali u nieqes dawk l-ammonti mogħtija qabel it-12 ta' Diċembru 2000; |
|
(ċ) |
fir-rigward tal-garanzija ta' 100 % fuq is-self mogħti mil-Land Rhineland-Palatinate favur FZG: l-ekwivalenti għall-flus kontanti tal-valur tal-garanzija, li jrid jiġi ddeterminat skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji; |
|
(d) |
fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' FGAZ fil-ġabra komuni ta' flus tal-Land Rhineland-Palatinate: l-ekwivalenti għall-flus tal-kundizzjonijiet tas-self vantaġġjużi, li jrid jiġi ddeterminat skont il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-iffissar tar-rati ta' skontijiet u ta' referenza tat-12 ta' Diċembru 2007, nieqes kwalunkwe vantaġġ irċevut fuq is-self li ntuża biex ikopri l-ispejjeż tas-servizzi pprovduti mit-taqsima tat-tifi tan-nar li għalihom l-operatur tal-ajruport huwa intitolat għal rimborż skont il-paragrafu 8(3) tal-Luftsicherheitsgesetz; |
|
(e) |
fir-rigward tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport konkluż bejn Germanwings u FZG fil-15 ta' Settembru 2006: l-ammont tal-għajnuna inkompatibbli; |
|
(f) |
fir-rigward tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport konkluż bejn TUIFly u FZG fl-1 ta' April 2008: l-ammont tal-għajnuna inkompatibbli; |
|
(g) |
fir-rigward tal-ftehim dwar is-servizzi offruti fl-ajruport u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni konklużi bejn Ryanair u FZG fit-22 ta' Settembru 2008 u bejn AMS u l-Land Rhineland-Palatinate fis-6 ta' Ottubru 2008: l-ammont tal-għajnuna inkompatibbli. |
5. L-ammonti li jridu jiġu rkuprati għandhom iġorru mgħax mid-data li fiha tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sal-irkupru attwali tagħhom.
6. Il-Ġermanja għandha tipprovdi d-dati eżatti li fihom l-għajnuna pprovduta mill-Istat tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji rispettivi.
7. L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta b'konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (118).
8. Il-Ġermanja għandha tikkanċella l-ħlasijiet pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ikun immedjat u effettiv.
2. Il-Ġermanja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
1. Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Ġermanja għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-ammont totali ta' għajnuna rċevuta mill-benefiċjarji u, b'mod partikolari:
|
|
(b) |
l-ammont totali (il-kapital u l-imgħaxijiet fuq l-irkupru) li jridu jiġu rkuprati mingħand kull benefiċjarju; |
|
(c) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u ppjanati sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni; |
|
(d) |
dokumenti li juru li l-benefiċjarji kienu ordnati jħallsu lura l-għajnuna. |
2. Il-Ġermanja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1. Hija għandha tissottometti immedjatament, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħuda u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata rigward l-ammonti ta' għajnuna u l-imgħax fuq l-irkupru diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarji.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: “TFUE”). Iż-żewġ settijiet ta' Artikoli huma, fis-sustanza tagħhom, identiċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE, fejn xieraq. It-TFUE introduċa wkoll ċerti tibdiliet fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta' “Komunità” b'“Unjoni” u “suq komuni” b'“suq intern”. It-terminoloġija tat-TFUE ser tintuża tul din id-Deċiżjoni kollha.
(2) ĠU C 216, 21.7.2012, p. 56.
(3) Mistoqsija bil-miktub E-6470/08 tat-2 ta' Diċembru 2008 minn Hiltrud Breyer (Verts/ALE) lill-Kummissjoni rigward is-sussidjar tal-ajruport ta' Zweibrücken mil-Land Rhineland-Palatinate.
(4) ĠU C 216, 21.7.2012, p. 56.
(5) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).
(6) Application of Article 92 and 93 of the EC Treaty and Article 61 of the EEA Agreement to State AIDS in the Aviation Sector (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5).
(7) Community guidelines on financing of airports and start-up aid to airlines departing from regional airports (OJ C 312, 9.12.2005, p. 1).
(8) ĠU C 113, 15.4.2014, p. 30.
(9) Regulation No 1 of 15 April 1958 determining the languages to be used by the European Economic Community (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 Diċembru 1993 — K (93) 3964/6 — Konver I — u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 1995 — K (95) 3208 — Konver II. Għal Rhineland-Palatine, il-proġetti ta' konverżjoni kienu jinkludu l-proġett tal-“mitjar militari ta' Zweibrücken”. Il-finanzjament tal-Unjoni laħaq is-somma ta' EUR 9 miljun.
(11) http://www.flughafen-zweibruecken.de/de/wir-ueber-uns-de/daten-und-fakten-de
(12) Id-distanzi kollha espressi f'kilometri ta' toroq, abbażi tal-aktar rotta veloċi. Sors: maps.google.com, aċċessat fil-25 ta' Ġunju 2014.
(13) Desel Consulting und Airport Research Center GmbH, “Fluggast- und Flugbewegungsprognose für den Flughafen Zweibrücken bis zum Jahr 2025”, Gutachten im Auftrag der Flughafen Zweibrücken GmbH, Settembru 2009, p. 56.
(*1) koperti mill-obbligu tas-segretezza professjonali
(14) Il-Kawżi Konġunti T-443/08 u T-455/08 Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig Halle GmbH vs il-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem: “ Is-sentenza ta' Leipzig/Halle ”) [2011] Ġabra II-1311, b'mod partikolari l-paragrafi 93-94; ikkonfermata mill-Kawża C-288/11 P Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle vs il-Kummissjoni [2012] ECLI:EU:C:2012:821.
(15) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).
(16) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).
(17) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku (2011) (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).
(18) Communication from the Commission: Community guidelines on State aid for rescuing and restructuring firms in difficulty (2004) (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).
(19) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont tat-12 ta' Diċembru 2007 (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).
(20) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).
(21) Ippreżentata bħala l-Anness 8 għas-sottomissjoni tal-Ġermanja tas-27 ta' Jannar 2011.
(22) Prof. Dr. Heuer und Prof. Dr. Klophaus, unter Mitarbeit von Dr. Berster and Wilken, Deutsches Zentrum für Luft — und Raumfahrt, Januar 2006, “Regionalökonomische Bedeutung und Perspektiven des Flugplatzes Zweibrücken”, S. 146; Desel Consulting und Airport Research Center GmbH, “Fluggast- und Flugbewegungsprognose für den Flughafen Zweibrücken bis zum Jahr 2025”, Gutachten im Auftrag der Flughafen Zweibrücken GmbH, Settembru 2009, p. 85.
(23) Il-Ftehim dwar is-Servizzi Offruti fl-Ajruport bejn Ryanair u FZG tat-22 ta' Settembru 2008, it-Taqsima 3 [traduzzjoni mhux uffiċjali].
(24) Oxera, “ How should AMS agreements be treated within the profitability analysis as part of the market economy operator test? ” (Kif għandhom ikunu ttrattati l-ftehimiet ta' AMS fl-analiżi tal-profittabbiltà bħala parti mit-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq?) imħejji għal Ryanair, fis-17 ta' Jannar 2014.
(25) Oxera, “ How should AMS agreements be treated within the profitability analysis as part of the market economy operator test? — Practical application ” (Kif għandhom ikunu ttrattati l-ftehimiet ta' AMS fl-analiżi tal-profittabbiltà bħala parti mit-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq? — Applikazzjoni prattika) imħejji għal Ryanair, fil-31 ta' Jannar 2014.
(26) Il-Kawża C-35/96 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1998] Ġabra I-3851; il-Kawża C-41/90 Höfner u Elser [1991] Ġabra I-1979; il-Kawża C-244/94 Fédération Française des Sociétés d'Assurances v Ministère de l'Agriculture et de la Pêche [1995] Ġabra I-4013; il-Kawża C-55/96 Job Centre [1997] Ġabra I-7119.
(27) Il-Kawża 118/85 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1987] Ġabra 2599; il-Kawża 35/96 Il-Kummissjoni vs l-Italja [1998] Ġabra I-3851.
(28) Is-sentenza Leipzig/Halle, b'mod partikolari l-paragrafi 93-94; ikkonfermata mill-Kawża C-288/11 P Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle vs il-Kummissjoni [2012] ECLI:EU:C:2012:821; ara wkoll il-Kawża T-128/89 Aéroports de Paris vs il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-3929, ikkonfermata mill-Kawża C-82/01P Aéroports de Paris vs il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-9297 u l-Kawża T-196/04 Ryanair vs il-Kummissjoni (“is-sentenza ta' Charleroi”) [2008] Ġabra II-3643.
(29) Il-Kawżi C-159/91 u C-160/91, Poucet vs AGV u Pistre vs Cancave [1993] Ġabra I-637.
(30) Is-sentenza ta' Leipzig-Halle, il-paragrafi 42-43.
(31) Il-Kawża C-170/83 Hydrotherm [1984] Ġabra I-2999, il-paragrafu 11. Ara wkoll il-Kawża T-137/02 Pollmeier Malchow vs il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-3541, il-paragrafu 50.
(32) L-eżerċizzju konġunt ta' attività ekonomika normalment jiġi vvalutat permezz tal-analiżi tal-eżistenza ta' rabtiet funzjonali, ekonomiċi u organiċi bejn l-entitajiet. Ara, pereżempju, il-Kawża C-480/09 P AceaElectrabel Produzione SpA vs il-Kummissjoni, [2010] Ġabra I-13355, il-paragrafi 47-55; il-Kawża C-222/04 Ministero dell'Economia e delle Finanze vs Cassa di Risparmio di Firenze SpA u Oħrajn [2006] Ġabra I-289, il-paragrafu 112.
(33) Il-Kawża C-480/09 P Acea Electrabel Produzione SpA vs il-Kummissjoni [2010] Ġabra I-13355 il-paragrafi 47–55; il-Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze SpA u Oħrajn [2006] Ġabra I-289, il-paragrafu 112.
(34) Is-sentenza Leipzig/Halle, il-paragrafu 95. Ara wkoll, permezz ta' analoġija, il-Kawża C-205/03 P FENIN vs il-Kummissjoni [2006] Ġabra I-6295, il-paragrafu 26.
(35) Ara l-minuti tal-bord superviżorju ta' FGAZ tat-2 ta' Ottubru 2006, li jindikaw li l-ajruport jitħallas talli joffri servizzi lill-utenti militari.
(36) Il-Kawża C-364/92 SAT Fluggesellschaft vs Eurocontrol [1994] Ġabra I-43.
(37) Il-Kawża C-118/85 Il-Kummissjoni vs l-Italja, [1987] Ġabra 2599, il-paragrafi 7 u 8, u l-Kawża C-30/87 Bodson/Pompes funèbres des régions libérées [1988] Ġabra 2479, il-paragrafu 18.
(38) Il-Kawża C-343/95 Cali & Figli vs Servizi ecologici porto di Genova [1997] Ġabra I-1547; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N309/02 tad-19 ta' Marzu 2003; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N438/02 tas-16 ta' Ottubru 2002, Għajnuna b'sostenn għall-funzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi fis-settur tal-portijiet Belġjani (ĠU C 284, 21.11.2002).
(39) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N309/02 tad-19 ta' Marzu 2003.
(40) Ara, b'mod partikolari, il-Kawża C-364/92 SAT Fluggesellschaft vs Eurocontrol [1994] Ġabra I-43, il-paragrafu 30 u l-Kawża C-113/07 P Selex Sistemi Integrati vs il-Kummissjoni [2009] Ġabra I-2207, il-paragrafu 71.
(41) Ara, fost l-oħrajn, il-Kawża C-172/03 Wolfgang Heiser vs Finanzamt Innsbruck [2005] Ġabra I-1627, il-paragrafu 36, kif ukoll il-każistika ċċitata.
(42) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2014 fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35847 (2012/N) — ir-Repubblika Ċeka — l-Ajruport ta' Ostrava, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, il-premessa 16.
(43) Zweibrücken mhuwiex elenkat fil-Pubblikazzjoni ta' Informazzjoni Ajrunawtika Militari (MIL AIP Germany), li tinkludi lista tal-ajruporti militari kollha fil-Ġermanja.
(44) Il-Kawża C-482/99 Franza v Il-Kummissjoni (“Stardust Marine”) [2002] Ġabra I-4397.
(45) Il-Kawżi Konġunti T-267/08 u T-279/08 Nord-Pas-de-Calais [2011], ECLI:EU:T:2011:209, il-paragrafu 108.
(46) Il-Kawża C-39/94 Syndicat français de l'Express international (SFEI) u oħrajn vs La Poste u oħrajn [1996] Ġabra I-3547, il-paragrafu 60 u l-Kawża C-342/96 Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1999] Ġabra I-2459, il-paragrafu 41.
(47) Il-Kawża 173/73 Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1974] Ġabra 709, il-paragrafu 13.
(48) Il-Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni (Stardust Marine) [2002] Ġabra I-4397, il-paragrafu 69.
(49) Il-Kawża C-305/89 L-Italja vs Il-Kummissjoni (“ Alfa Romeo ”) [1991] Ġabra I-1603, il-paragrafu 23; il-Kawża T-296/97 Alitalia vs Il-Kummissjoni [2000] Ġabra II-03871, il-paragrafu 84.
(50) Il-Kawża 40/85 Il-Belġju v Il-Kummissjoni [1986] Ġabra I-2321.
(51) Stardust Marine, il-paragrafu 71.
(52) Il-Kawża C-124/10P Il-Kummissjoni Ewropea vs Électricité de France (“EDF”) [2012], ECLI:EU:C:2012:318, il-paragrafu 85.
(53) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 22.
(54) Il-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest vs Il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-717.
(55) Vorlage für den Ministerrat, Gemeinsame Kabinettssitzung der Regierung des Saarlandes und der Landesregierung von Rheinland-Pfalz am 27. Mai 2003 , Ministerium für Wirtschaft, Verkehr, Landwirtschaft und Weinbau, il-15 ta' Mejju 2003.
(56) Einschätzung der rheinland-pfälzischen Innenministeriums, il-15 ta' Mejju 2003.
(57) Il-Kawża T-109/01 Fleuren Compost vs Il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-127.
(58) ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.
(59) Il-Punt 173 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(60) Il-punt 172 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(61) Il-Punt 25(v) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(62) Espress fi Qligħ qabel l-Imgħax, it-Taxxa, id-Deprezzament u l-Ammortizzament (Earnings Before Interests, Taxes, Depreciation And Amortisation, “EBITDA”).
(63) Desel Consulting und Airport Research Center GmbH, “Fluggast- und Flugbewegungsprognose für den Flughafen Zweibrücken bis zum Jahr 2025,” Gutachten im Auftrag der Flughafen Zweibrücken GmbH, September 2009; Intraplan Consult GmbH, “Luftverkehrsprognose Flughafen Saarbrücken — Vorgehensweise und Ergebnisse”, Ottubru 2010.
(64) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2014 fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat SA.26190 — il-Ġermanja — l-Ajruport ta' Saarbrücken, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(65) Il-Kummissjoni tinnota li TUIFly sostniet li d-deċiżjoni tagħha li titlaq minn Saarbrücken u tmur fi Zweibrücken kienet motivata minn kunsiderazzjonijiet ta' sigurtà relatati mar-runway ta' Saarbrücken. Min-naħa l-oħra, fil-kuntest tal-proċedura ta' investigazzjoni formali fil-kawża SA.26190, il-Ġermanja affermat li d-deċiżjonijiet tal-linji tal-ajru li jitilqu minn Saarbrücken qatt ma kienu ġustifikati b'referenza għall-infrastruttura ta' Saarbrücken. Il-Kummissjoni mhijiex f'pożizzjoni li tispekula dwar il-motivi preċiżi ta' TUIFly li tiċċaqlaq minn Saarbrücken għal Zweibrücken.
(66) Pereżempju, l-ajruport ta' Leipzig/Halle kien f'kompetizzjoni mal-ajruport ta' Vatry (Franza) għall-istabbiliment taċ-ċentru Ewropew tad-DHL. Ara s-sentenza fil-kawża Leipzig/Halle, il-paragrafu 93.
(67) Rispons tal-ajruport ta' Liege għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(68) Desel Consulting und Airport Research Center GmbH, “Fluggast- und Flugbewegungsprognose für den Flughafen Zweibrücken bis zum Jahr 2025”, Gutachten im Auftrag der Flughafen Zweibrücken GmbH, September 2009.
(69) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2014 fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat SA.26190 — il-Ġermanja — l-ajruport ta' Saarbrücken, li għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(71) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-paragrafu 66. Ara wkoll l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni dwar is-SIEĠ tal-2005.
(72) Ara d-Deċiżjoni N 381/04 — Franza — Proġett għal netwerk tat-telekomunikazzjoni ta' kapaċità għolja fil-Pyrénées-Atlantiques (DORSAL) (ĠU C 162, 2.7.2005, p. 5).
(73) Ara l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 72.
(74) Il-punt 72 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014. Ara wkoll il-punt 34 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005.
(75) Ara wkoll il-Kawża T-79/10 Colt Télécommunications France vs il-Kummissjoni [2013] ECLI:EU:T:2013:463, il-paragrafi 150-151, 154, 158 u 166.
(76) Ibid, il-paragrafi 92, 119.
(77) Sottomissjoni mill-Ġermanja tas-27 ta' Jannar 2011, p. 17: “Aus der Aufstufung des Flughafens [vom Verkehrslandeplatz zum Verkehrsflughafen] folgt des Weiteren eine Betriebspflicht des Flughafens”.
(78) Skont il-punt 137 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, mhux il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fit-Taqsima 5.1 tal-Linji Gwida japplikaw għall-għajnuna operatorja li ngħatat fl-imgħoddi.
(79) Il-punti 137, 113 u 114 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(80) Il-punti 137 u 116 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(81) Il-punti 137 u 124 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(82) Il-punti 137 u 125 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(83) Il-punti 137 u 131 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(84) Il-Kawża C-482/99 Franza v Il-Kummissjoni (“Stardust Marine”) [2002] Ġabra I-4397.
(85) Il-Kawżi Konġunti T-267/08 u T-279/08 Nord-Pas-de-Calais [2011], ECLI:EU:T:2011:209, il-paragrafu 108.
(86) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).
(87) L-effett tal-fond komuni ta' flus huwa pjuttost simili għal garanzija ta' 100 % mogħtija lil FGAZ/FZG mingħajr ma kien impost primjum jew intalab kollateral. Il-Land iġorr ir-riskju ta' inadempjenza minn FGAZ/FZG, mingħajr ma jikseb ħlas ta' kumpens lura.
(88) Stardust Marine, il-paragrafu 51 et seq.
(89) Ara, pereżempju, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C 41/2005, Hungarian Stranded Costs, (ĠU C 324, 21.12.2005, p. 12), b'referenzi ulterjuri.
(90) Stardust Marine, il-paragrafu 51 et seq.
(91) Idem.
(92) Matul dik il-laqgħa, Ryanair offriet li żżomm ir-rotta bejn Londra u Zweibrücken miftuħa matul ix-xitwa “għal EUR[…]” u li hija lesta li tibda żewġ rotot ġodda (Barċellona u Alicante) minn Zweibrücken “għal EUR […]”.
(93) Il-Kawża T-196/04 Ryanair vs Il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-3643, il-paragrafu 59.
(94) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/60/UE tas-27 ta' Jannar 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 12/08 (ex NN 74/07) — Is-Slovakkja — Ftehim bejn l-Ajruport ta' Bratislava u Ryanair (ĠU L 27, 1.2.2011, p. 24).
(95) Ara http://corporate.ryanair.com/investors/biographies/, aċċessibbli fit-23 ta' Ġunju 2014.
(96) Il-proporzjon tat-tagħbija jew il-fattur tat-tagħbija huwa definit bħala l-proporzjon tal-postijiet mimlija fl-inġenju tal-ajru li jkun qed jopera fuq ir-rotta tal-ajru inkwistjoni.
(97) Ara l-punt 53 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(98) Ara l-punti 59 u 61 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.
(99) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 94.
(100) […]
(101) […]
(102) […]
(103) L-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali, il-Kawża C-284/12 Lufthansa vs Flughafen Frankfurt-Hahn [2013], li għadha ma ġietx irrapportata, il-paragrafu 50.
(104) Ibid. (in-noti f'qiegħ il-paġni interni tħallew barra). Ara wkoll ibid., il-paragrafi 51-52.
(105) Il-Kawża 730/79 Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1980] Ġabra 267, il-paragrafu 11 u l-Kawżi konġunti T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa 607/97, T-1/98, T-3/98 to T-6/98 u T-23/98 Alzetta Mauro u oħrajn vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2000] Ġabra II-2325, il-paragrafu 80.
(106) Il-Kawża 730/79 Philip Morris Holland BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1980], Ġabra 2671, il-paragrafi 11 u 12 u l-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest (ir-Reġjun tal-Fjandra) vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1998] Ġabra II-717, il-paragrafi 48-50.
(107) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar liċenzjar ta' air carriers (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intraKomunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar nolijiet u rati għal servizzi tal-ajru (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 15).
(108) Il-Kawża C-305/89 L-Italja vs Il-Kummissjoni [1991] Ġabra I-1603, il-paragrafu 26.
(109) Ara, b'mod partikolari, il-Kawża C-364/90 L-Italja vs Il-Kummissjoni [1993] Ġabra I-2097, il-paragrafu 20.
(110) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 174.
(111) Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-punt 79(e).
(112) Il-Kawża C-70/72 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [1973] Ġabra 813, il-paragrafu 13.
(113) Il-kawżi konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs il-Kummissjoni [1994] Ġabra I-4103, il-paragrafu 75.
(114) Il-Kawża C-75/97 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-3671, il-paragrafi 64-65.
(115) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(116) L-ammonti li jridu jiġu rkuprati mingħand FGAZ/FZG għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-formula stabbilita fl-Artikolu 3 u f'dan l-istadju ma jistgħux jiġu identifikati b'mod approssimattiv.
(117) Meta wieħed iqis li l-għajnuna titpoġġa kontinwament għad-dispożizzjoni tal-linji tal-ajru matul iż-żmien ikkonċernat, il-Kummissjoni tqis li huwa aċċettabbli li tiffissa bħala d-data minn meta għandu jiġi kkalkolat l-imgħax fuq l-irkupru l-aħħar jum tal-perjodu li għalih ġie kkalkolat l-ammont ta' għajnuna (pereżempju, il-31 ta' Diċembru jekk dak il-perjodu huwa sena kalendarja, jew il-31 ta' Ottubru jekk dak il-perjodu jibda fl-1 ta' Jannar u jiġi fi tmiemu fil-31 ta' Ottubru). F'dak ir-rigward, billi tagħżel l-aħħar jum tal-perjodu inkwistjoni, il-Kummissjoni tadotta l-approċċ li huwa l-aktar favorevoli għall-benefiċjarji.
(118) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
|
10.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/132 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/153
tat-2 ta' Lulju 2015
dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31883 — 2015/N, 2011/C li l-Awstrija implimentat u qed tkompli tippjana biex timplimenta għall-ÖVAG u l-Volksbanken Verbund u biex temenda d-Deċiżjoni 2013/298/UE
(notifikata bid-dokument C(2015) 4635)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l- Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) ċitat/i hawn fuq (1),
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fid-9 ta' Diċembru 2008 (2) (“id-Deċiżjoni tal-2008”), il-Kummissjoni approvat l-iskema ta' appoġġ lill-banek tal-Awstrija, li mbagħad ġiet imtawla erba' darbiet (3) u li skadiet fit-30 ta' Ġunju 2011. |
|
(2) |
F'April 2009 l-Österreichische Volksbanken AG (“ÖVAG”) rċeviet EUR 1 biljun f'kapital ġdid skont l-iskema ta' appoġġ lill-banek tal-Awstrija. Barra minn hekk, l-ÖVAG ippreżentat tliet ħarġiet ta' strumenti tad-dejn li ġew garantiti mill-Istat skont din l-iskema fis-suq, kull wieħed ta' EUR 1 biljun, fid-9 ta' Frar, it-18 ta' Marzu u l-14 ta' Settembru 2009 rispettivament. L-Awstrija provdiet dawk il-miżuri ta' għajnuna bil-preżunzjoni li l-ÖVAG kienet istituzzjoni finanzjarja soda, u ppreżentat pjan ta' vijabbiltà fid-29 ta' Settembru 2009. |
|
(3) |
Aktar analiżi wasslet lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li l-applikazzjoni tal-kriterji stipulati fl-Anness mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja attwali: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta' kompetizzjoni (4) mhux dovuti (“il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni”) indikat li l-bank ma setgħax jiġi kkunsidrat bħala b'saħħtu fit-tifsira ta' din il-Komunikazzjoni fil-waqt tar-rikapitalizzazzjoni. L-Awstrija żammet il-pożizzjoni tagħha li l-bank kien b'saħħtu, iżda ippreżentat pjan ta' ristrutturar għall-ÖVAG fit-2 ta' Novembru 2010. |
|
(4) |
Permezz ta' ittra datata d-9 ta' Diċembru 2011 (5), il-Kummissjoni għarrfet lill-Awstrija li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) fir-rigward tar-rikapitalizzazzjoni ta' EUR 1 biljun u l-garanzija ta' EUR 3 biljun mogħtija mill-Awstrija lill-ÖVAG u talbet lill-Awstrija tippreżenta pjan emendat tar-ristrutturar, li l-verżjoni finali tiegħu tressaq fl-4 ta' Settembru 2012 (“il-pjan ta' ristrutturar tal-2012”). |
|
(5) |
Fid-19 ta' Settembru 2012, il-Kummissjoni kkonkludiet il-proċedura ta' investigazzjoni formali permezz tal-adozzjoni ta' deċiżjoni dwar għajnuna għar-ristrutturar kompatibbli rigward l-ÖVAG (“id-Deċiżjoni tal-2012”) (6), inklużi l-miżuri msemmija fil-premessa 2 hawn fuq kif ukoll injezzjoni ta' kapital ta' EUR 250 miljun mill-Istat fil-forma ta' ishma ordinarji u garanzija tal-assi bil-għan li l-kapital jiżdied b'EUR 100 miljun. Din id-Deċiżjoni kienet ibbażata fuq il-pjan ta' ristrutturar tal-2012 u l-impenji fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-2012 (“l-impenji tal-2012”). |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-2012 kienet ibbażata fuq pjan għar-riorganizzazzjoni ta' Volksbanken-Verbund fl-Awstrija (“il-Verbund”) bħala assoċjazzjoni b'responsabbiltà konġunta (Haftungsgemeinschaft). Il-grupp kien magħmul minn 51 Volksbanken indipendenti (“banek primarji”) u l-ÖVAG. Il-banek primarji kellhom biss obligazzjoni limitata fir-rigward tal-ÖVAG, filwaqt li l-ÖVAG kellha responsabbiltà sħiħa fir-rigward il-Verbund (7). |
|
(7) |
Fis-26 ta' Ottubru 2014 ir-riżultati tal-Valutazzjoni Komprensiva, imwettqa mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Awtorità Bankarja Ewropea (“Valutazzjoni Komprensiva mill-BĊE/EBA”) żvelaw defiċit ta' kapital f'ekwità komuni tal-Grad 1 (“CET 1”) f'termini ta' referenza u xenarji negattivi fil-livell tal-Verbund, li inkluda l-ÖVAG. |
|
(8) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi pubblikament ħabbru li mhux se jipprovdu kwalunkwe għajnuna oħra lill-Verbund. Il-miżuri identifikati f'dak iż-żmien mill-Verbund biex jingħalaq id-defiċit ta' kapital (b'mod partikolari l-bejgħ ta' sussidjarji mhux ewlenin u tnaqqis ulterjuri ta' assi mwieżna għar-riskju (“RWAs”) waħedhom kinux ikunu biżżejjed biex jitnaqqas id-defiċit ta' kapital fiż-żmien stipulat mill-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (“MSU”). |
|
(9) |
Fit-23 ta' Diċembru 2014 l-ÖVAG kellha laqgħa ġenerali straordinarja fejn ġie deċiż li jittieħdu l-passi meħtieġa biex l-ÖVAG titqiegħed fi stralċ (Abbaugesellschaft), soġġetta għall-approvazzjoni mir-regolaturi nazzjonali, il-MSU u l-Kummissjoni. Il-funzjonijiet ewlenin tal-ÖVAG minħabba li l-organizzazzjoni ċentrali għall-Verbund tiġi trasferita lejn wieħed mill-banek primarji bħala parti minn pjan ta' ristrutturar ġdid (il-“pjan il-ġdid ta' ristrutturar”) għall-Verbund li kienet tinkludi sistema ta' obbligazzjoni in solidum bis-sħiħ. |
|
(10) |
Il-pjan ta' ristrutturar il-ġdid jirrappreżenta bidla fundamentali fil-pjan ta' ristrutturar tal-2012, li jagħmel emenda tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni meħtieġa. |
|
(11) |
Matul il-perjodu minn Ottubru 2014 sa Ġunju 2015, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet Awstrijaċi, il-MSU, l-ÖVAG u l-Verbund iddiskutew il-pjan il-ġdid ta' ristrutturar f'diversi konverżazzjonijiet telefoniċi kif ukoll korrispondenza bil-miktub. Il-Kummissjoni ltaqgħet mar-rappreżentanti tal-ÖVAG u l-Awstrija fit-18 ta' Diċembru 2014 u mar-rappreżentanti tal-Verbund fis-7 ta' Mejju 2015. |
|
(12) |
Fit-28 ta' Mejju 2015, l-azzjonisti tal-ÖVAG approvaw f'laqgħa t-trasferiment tal-funzjonijiet prinċipali tagħha lil Volksbank Wien-Baden (“VBWB”) u l-istabbiliment ta' unità ta' likwidazzjoni għal funzjonijiet residwi skont it-Taqsima 162 tal-Att Awstrijak dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (Bundesgesetz über die Sanierung und Abwicklung von Banken, “BaSAG”). |
|
(13) |
Fid-29 ta' Mejju 2015, l-azzjonisti VBWB approvaw f'laqgħa t-trasferiment tal-funzjonijiet prinċipali tal-ÖVAG u żieda fil-kapital ta' EUR 113 miljun. |
|
(14) |
Fid-29 ta' Mejju 2015 ukoll, il-banek primarji li jirrappreżentaw 97,83 % mir-RWAs ta' Verbund iffirmaw ftehim ta' assoċjazzjoni bankarja (Verbundvertrag) u ftehim ta' kooperazzjoni (Zusammenarbeitsvertrag). |
|
(15) |
Fit-23 ta' Ġunju 2015 il-Verbund issottomettiet l-verżjoni finali tal-pjan ta' ristrutturar il-ġdid. |
|
(16) |
Fil-25 ta' Ġunju 2015, l-Awstrija ressqet impenji, li huma stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
|
(17) |
Peress li din id-Deċiżjoni tittieħed abbażi tas-setgħat tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, hija mingħajr preġudizzju għal kull obbligu ta' kontroll tal-amalgamazzjonijiet li għalihom il-partijiet differenti involuti f'dawn it-tranżazzjonijiet jistgħu jkunu soġġetti. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TA' MIŻURI TAL-PASSAT U TAL-FUTUR
2.1. IL-BENEFIĊJARJU U D-DIFFIKULTAJIET TIEGĦU
|
(18) |
Il-Verbund bħalissa tinkludi (i) 51 bank primarju legalment indipendenti — 41 bank kooperattiv reġjonali, ħames banek speċjali, erbgħa unjonijiet ta' kreditu u Building Society waħda (Bausparkasse); (ii) l-organizzazzjoni ċentrali, ÖVAG; u (iii) l-iskema ta' assigurazzjoni ta' depożitu legali, il-Volksbank Haftungsgenossenschaft eG. ÖVAG hija l-organizzazzjoni ċentrali tal-Verbund u bħala tali tipprovdi servizzi għall-banek primarji fil-forma ta' amministrazzjoni ċentralizzata u attivitajiet ta' ġestjoni ta' likwidità. Il-banek primarji huma operazzjonijiet bankarji żgħar (daqs tal-karta bilanċjali bejn EUR 65 miljun u EUR 3 600 miljun) li primarjament jipprovdu servizzi bankarji lil klijenti privati u korporattivi kemm lokali kif ukoll reġjonali. |
|
(19) |
Il-Verbund għandha sehem mis-suq ta' madwar 6 % fl-Awstrija, b'madwar 900 000 klijent privat u 80 000 klijent kummerċjali. Il-banek primarji għandhom aktar minn 500 fergħa, b' 4 900 membru tal-persunal. Il-volum totali ta' avvanzi lill-klijenti jammonta għal madwar EUR 30 biljun u l-volum totali ta' obbligazzjonijiet lill-klijenti jammonta għal madwar EUR 27 biljun. |
|
(20) |
Il-membri tal-Verbund huma marbutin flimkien bi ftehim ta' assoċjazzjoni li jipprovdi għal obbligazzjoni in solidum u trasferiment ta' likwidità. Skont is-sistema attwali, l-organizzazzjoni ċentrali, l-ÖVAG, għandha responsabbiltà illimitata għall-banek primarji, filwaqt li r-responsabbiltà tal-banek primarji għall-organizzazzjoni ċentrali hija limitata sal-punt li l-proporzjon tal-ekwità ta' bank primarju ma jistax ikun inqas mir-rekwiżiti regolatorji minimi. |
|
(21) |
51,6 % tal-ÖVAG huwa attwalment f'idejn il-banek primarji permezz tal-kumpanija holding tagħha Volksbanken Holding. L-Awstrija għandha 43,3 % mill-ÖVAG. Azzjonisti sinifikanti oħra jinkludu d-DZ Bank AG (3,8 %) u r-Raiffeisen Zentralbank (0,9 %), filwaqt li 0,4 % huwa miżmum minn partijiet oħra. |
|
(22) |
L-iktar suq ġeografiku sinifikanti tal-Verbund huwa l-Awstrija. Madankollu, l-ÖVAG kienet diġà attiva f'bosta pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, għalkemm is-sehem tagħha mis-suq kien żgħir hemmhekk, ħlief fir-Rumanija. |
|
(23) |
Il-sorsi tad-diffikultajiet tal-ÖVAG kienu diversi: l-iskopertura tagħha għall-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, permezz tas-sussidjarji tagħha tal-banek fil-livell tal-konsumatur, aggruppati f'VB International AG (“VBI”); l-involviment tagħha fil-finanzi pubbliċi u l-finanzjament tal-infrastruttura; l-attivitajiet tal-proprjetà immobbli; portafoll tal-investiment li jinkludi fost l-oħrajn strumenti maħruġin minn Lehmann Brothers u mill-banek Iżlandiżi; u dipendenza fuq il-finanzjament tal-operaturi (8). Dawn il-fatturi wasslu għal telf sinifikanti għall-ÖVAG fl-2008 u rriżultaw f'miżuri ta' għajnuna mogħtija lill-bank mill-Awstrija fl-2009 (9). Il-kobor tat-telf għall-2011 wassal għal aktar miżuri ta' għajnuna mill-Istat (10). Minkejja l-isforzi ta' ristrutturar, fl-2014 il-Valutazzjoni Komprensiva tal-BĊE/EBA tal-2014 uriet defiċit ta' kapital addizzjonali fil-livell tal-Verbund (inkluż l-ÖVAG), prinċipalment minħabba r-riskji u d-dgħufijiet fl-ÖVAG (11). |
2.2. IL-MIŻURI TA' GĦAJNUNA TAL-2009 U R-RISTRUTTURAR SUSSEGWENTI
Miżuri ta' għajnuna
|
(24) |
F'April 2009, l-Awstrija ssottoskriviet ċertifikati ta' parteċipazzjoni (Partizipationsscheine, “PS”) għall-ÖVAG li jammontaw għal EUR 1 biljun (“ir-rikapitalizzazzjoni tal-2009”). L-istrument PS ma tax drittijiet ta' votazzjoni lill-Istat iżda taha kupun preferenzjali u opzjoni ta' konverżjoni. L-istrument huwa wieħed perpetwu u għadu jiġi trattat bħala kapital tal-Grad 1. Il-PS jassorbi t-telf fi proporzjon mal-kapital totali għall-assorbiment tat-telf. L-ÖVAG kellu d-dritt li jifdi l-PS kollha jew segmenti minnhom f'kull ħin. L-Istat għandu d-dritt li jibdel il-PS f'ishma ordinarji fil-ÖVAG, iżda ma għamilx dan. |
|
(25) |
L-ÖVAG irċeviet ukoll garanziji tal-gvern skont l-iskema ta' appoġġ lill-banek tal-Awstrija u ħarġet EUR 3 biljun ta' bonds b'garanzija mill-Istat fl-2009 li mmaturaw fl-2012 u l-2013. |
Ristrutturar
|
(26) |
L-ÖVAG kienet diġà nediet proċess ta' ristrutturar fl-2009, li fost l-oħrajn kien immirat lejn is-separazzjoni tal-bank mill-attivitajiet li kienu l-kawża prinċipali tal-problemi tagħha. Madankollu, ċerti riskji li kienu jirriżultaw mill-portafoll b'legat affettwaw il-bank għal darba oħra fl-2011. Dawn kienu jinkludu:
|
2.3. IL-MIŻURI TA' GĦAJNUNA TAL-2012 U R-RISTRUTTURAR SUSSEGWENTI
Miżuri ta' għajnuna
|
(27) |
Id-daqs tat-telf irrappurtat mill-ÖVAG għall-2011 wasslu għal aktar miżuri tal-għajnuna mill-Istat, li jikkonsistu minn injezzjoni ta' kapital ta' EUR 250 miljun mill-Istat fil-forma ta' ishma ordinarji (ir- “rikapitalizzazzjoni tal-2012”) u garanzija tal-assi. |
|
(28) |
Ir-rikapitalizzazzjoni tal-2012 kien isir f'żewġ fażijiet. L-ewwel nett, il-kapital tal-bank tnaqqas b'70 % biex jiġi bbilanċjat it-telf akkumulat. Dan it-tnaqqis fil-kapital naqqas ukoll pro rata l-PS li l-Awstrija kienet injettat fl-2009, li fisser li EUR 300 miljun ta' kapital ta' parteċipazzjoni tal-Istat fl-ÖVAG. Fit-tieni stadju, l-ÖVAG tirċievi kapital ġdid li jlaħħaq EUR 484 miljun, li EUR 250 miljun minnu kien sottoskritt mill-Awstrija u l-bqija mill-Volksbanken Holding. Il-prezz tal-ishma kien ta' EUR 2,181. |
|
(29) |
Għaldaqstant, l-Istat kiseb sehem ta' 43,4 % fl-ÖVAG u sar it-tieni l-akbar azzjonist wara Volksbanken Holding (f'dak iż-żmien 50,2 %), u b'hekk tnaqqsu l-ishma tal-azzjonisti l-oħrajn, li ma jipparteċipawx fl-injezzjoni tal-kapital: DZ-Bank 3,8 %, ERGO: 1,5 %, RZB 0,9 %, u libera (free float) 0,1 %. |
|
(30) |
Il-garanzija tal-assi żiedet il-kapital tal-ÖVAG b'EUR 100 miljun billi ġie kopert it-telf permezz tal-portafoll assigurat ta' self improduttiv. L-ÖVAG jista' jirrikorri għall-garanzija tal-assi biss taħt ċerti kundizzjonijiet li se jiġu vverifikati fl-31 ta' Diċembru 2015 (12). Il-garanzija tal-assi tkun rimunerata bir-rata ta' 10 % kull sena (jiġifieri bħal injezzjoni tal-kapital) u se tiskadi fl-1 ta' Jannar 2016. |
Ristrutturar
|
(31) |
Rigward il-miżuri ta' għajnuna tal-2012, l-ÖVAG għamlet reviżjoni tal-pjan ta' ristrutturar oriġinali tagħha u għażlet ristrutturar fil-fond. Il-miżuri ġew approvati fid-Deċiżjoni tal-2012. Il-pjan ta' ristrutturar tal-2012, li fuqu kienet imsejsa d-Deċiżjoni tal-2012, inklużi l-punti li ġejjin:
|
|
(32) |
Bejn l-2012 u l-2014, l-ÖVAG irnexxielha tnaqqas il-karta bilanċjali tagħha u r-RWAs tagħha fiż-żewġ segmenti ewlenin u mhux ewlenin aktar malajr milli kien mitlub skont id-Deċiżjoni tal-2012. Fil-31 ta' Diċembru 2014, hija kellha karta bilanċjali b'total ta' EUR 15,1 biljun, RWAs ta' EUR 8,7 biljun u proporzjon tal-kapital ta' ekwità komuni ta' 6,21 %. |
2.4. VALUTAZZJONI KOMPRENSIVA MILL-BĊE/EBA
|
(33) |
Fl-2014, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Awtorità Bankarja Ewropea wettqu Valutazzjoni Komprensiva, li teżamina 130 mill-akbar banek fiż-żona tal-euro għall-kwalità tal-karti bilanċjali tagħhom u r-reżiljenza finanzjarja tagħhom. Ir-riżultati tal-Valutazzjoni Komprensiva ġew ippubblikati fis-26 ta' Ottubru 2014. Il-Verbund ġiet ivvalutata fuq bażi konsolidata inkluż l-ÖVAG, f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (13) u l-Artikolu 30 tal-Att tal-Banek tal-Awstrija (14). Il-Verbund kienet waħda mill-25 bank li naqqsu milli jilħqu r-rekwiżiti minimi ta' fondi proprji fix-xenarji mbassra. Il-proporzjon CET 1 tagħha għall-2016 kien ta' 7,2 % (livell limitu: 8 %) fix-xenarju bażi u 2,1 % (livell limitu: 5,5 %) fix-xenarju ta' kriżi. Id-differenza massima bejn ir-riżultat tat-test u l-livell limitu jikkorrispondi għal rekwiżit kapitali tal-Grad 1 addizzjonali ta' EUR 865 miljun. |
|
(34) |
Il-BĊE ta lil Verbund sas-26 ta' Lulju 2015 biex tkopri dak ir-rekwiżit kapitali u tilħaq proporzjon ta' Grad 1 ta' 14,63 %. |
2.5. IL-PJAN TA' RISTRUTTURAR IL-ĠDID TAL-2015 NOTIFIKAT
|
(35) |
Minħabba d-diffikultajiet imsemmija hawn fuq, il-Verbund tat bidu għal trasformazzjoni fundamentali, bi qbil mal-Istat Awstrijak. Il-pjan ta' trasformazzjoni huwa msejjes fuq il-prinċipji li ġejjin:
|
|
(36) |
Il-miżuri stipulati f'dan il-pjan ta' trasformazzjoni, b'mod partikolari, il-likwidazzjoni tal-ÖVAG, ir-rinunzja għal-liċenzja bankarja tiegħu u d-dekonsolidazzjoni mill-Verbund, se jippermetti lill-Verbund biex tikseb proporzjon tal-Grad 1 ta' [9-11] (*1) % immedjatament. Barra minn hekk, il-Verbund ta bidu għal numru ta' miżuri addizzjonali sabiex tillibera l-kapital. Dawn jinkludu t-tnaqqis tal-iskopertura tagħha fis-settur korporattiv u fis-settur tal-proprjetà immobbli (b'effett kumulattiv fuq il-Grad 1 ta' EUR [100-200] miljun minn Jannar 2014 sa Diċembru 2017), il-bejgħ tal-kumpaniji ta' prodotti (EUR [100-200] miljun), u l-bejgħ tat-titoli (EUR [50-100] miljun). Madankollu, għall-perjodu sa tmiem l-2017, dawn il-miżuri se jirrilaxxaw kapital ta' EUR [450-550] miljun, li mhuwiex biżżejjed biex jiġi kkompensat għad-defiċit ta' kapital ta' EUR 865 miljun. |
It-trasferiment tal-funzjoni organizzattiva ċentrali
|
(37) |
Il-VBWB se jieħu l-funzjoni organizzattiva ċentrali tal-Verbund, li sa issa kienet titwettaq mill-ÖVAG. L-assi meħtieġa għal dik il-funzjoni se jiġu ttrasferiti lil VBWB, flimkien mal-obbligazzjonijiet korrispondenti tal-ÖVAG, fit-30 ta' Ġunju 2015, b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2015. L-assi totali u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti kull wieħed jammonta għal ftit inqas minn EUR 8,6 biljun. Din is-somma tinkludi l-attivitajiet kollha assenjati lis-segment prinċipali fid-Deċiżjoni tal-2012, ħlief għal tliet sussidjarji iżgħar — VB Factoring, VB Mobilienleasing u VB Investments — li se jibqgħu fl-ÖVAG u huma magħmula minn inqas minn 10 % tas-somma totali. |
Id-dekonsolidazzjoni u l-likwidazzjoni tal-ÖVAG
|
(38) |
Wara li l-organizzazzjoni ċentrali u l-assi u l-obbligazzjonijiet rilevanti jkunu ġew ittrasferiti, fl-4 ta' Lulju 2015 l-ÖVAG se jitqiegħed f'likwidazzjoni u kkonvertit f'entità fi stralċ (“Abbaugesellschaft”) fit-Taqsima 162 ta' BaSAG. L-isem tal-istituzzjoni se jinbidel għal immigon portfolioabbau ag (“Immigon”). L-assi li jkun fadal ta' EUR 7,4 biljun se jiġu llikwidati sal-31 ta' Diċembru 2017. Dawn jinkludu l-attivitajiet kollha assenjati lis-segment mhux prinċipali fid-Deċiżjoni tal-2012 u l-holdings f'VB Factoring, VB Mobilienleasing u VB Investments imsemmija fil-premessa 37. |
|
(39) |
Skont il-pjan attwali, id-dħul mil-likwidazzjoni tal-assi jkun biżżejjed biex ikopri totalment l-obbligazzjonijiet li kien fadal. Fil-proċess, il-kapital ta' ekwità tal-ÖVAG u l-kapital ta' parteċipazzjoni se jitnaqqsu b' 96,65 %. Dan it-tnaqqis japplika wkoll għall-bqija tal-kapital ta' parteċipazzjoni tal-Istat ta' EUR 300 miljun. |
|
(40) |
Il-garanzija tal-assi eżistenti se tibqa' fl-ÖVAG/Immigon iżda se tiġi mmodifikata. Attwalment, l-assi kollha li jagħtu lok għal pretensjoni taħt il-garanzija iridu jkunu rreġistrati sal-31 ta' Diċembru 2015 u s-somma ta' dawn il-pretensjonijiet se jitħallsu sal-31 ta' Lulju 2016. Skont il-ftehim ta' garanzija mmodifikat, id-data ta' reġistrazzjoni għal pretensjonijiet skont il-garanzija tibqa' fil-31 ta' Diċembru 2015. Madankollu, is-saldu tas-somma ta' dawn il-pretensjonijiet ikunu jistgħu jiġu mitluba fi kwalunkwe żmien bejn il-31 ta' Diċembru 2015 u tmiem il-perjodu ta' stralċ fl-2017. Fl-istess ħin, il-livell minimu tal-kapital li taħtu s-saldu jista' jiġi mitlub se jitnaqqas minn inqas minn proporzjon tal-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' 10 % għal kapital ta' inqas minn żero, jiġifieri l-pretensjonijiet tal-garanzija jistgħu jiġu solvuti biss kieku l-ÖVAG/Immigon isiru insolventi matul il-proċess ta' stralċ. It-tariffa għall-perjodu ta' saldu estiż tal-garanzija tibqa' 10 % kull sena. |
|
(41) |
Sabiex jinħoloq benefiċċju ta' kapital minn din it-trasformazzjoni, il-Verbund teħtieġ timplimenta żewġ passi importanti:
|
|
(42) |
Fl-10 ta' Diċembru 2014, l-ÖVAG iffirmat kuntratt mal-Bank Rumen Banca Transilvania għall-bejgħ tal-51 % tal-ishma tagħha f'Volksbank Romania SA, li neħħa l-ostakolu prinċipali għal ritorn tal-liċenzja bankarja. It-tranżazzjoni saret fis-7 ta' April 2015. Din it-tranżazzjoni ppermettiet ukoll li l-ÖVAG tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet tal-pjan ta' ristrutturar tal-2012. Barra minn hekk, l-ÖVAG għalqet il-bejgħ ta' VB Malta f'Settembru 2014, u ddeċidiet li tagħlaq IK Malta, u b'hekk issodisfat ir-rekwiżiti korrispondenti tad-Deċiżjoni tal-2012. |
|
(43) |
Sabiex issir id-dekonsolidazzjoni ta' Immigon, il-Verbund trid tnaqqas is-sehem tagħha f'Immigon għal holding minoritarju. Din se tagħmel dan billi tittrasferixxi 8,5 % tal-kapital azzjonarju ta' 51,6 % miżmum mill-Volksbanken Holding lil parti terza indipendenti, GPVAUBEOE Beteiligungen GmbH, veikolu bi skop speċjali. |
|
(44) |
Mat-trasferiment tal-organizzazzjoni ċentrali, parti sostanzjali tal-obbligazzjonijiet tal-ÖVAG lill-Verbund se jiġu trasferiti lil VBWB. Madankollu, wara x-xoljiment, il-Verbund se żżomm skopertura għal Immigon li tammonta għal EUR [700-800] miljun fil-forma ta' strumenti finanzjarji varji użati biex jipprovdu finanzjament lill-ÖVAG. |
|
(45) |
Sabiex tinnewtralizza r-riskju għall-Verbund li jirriżulta minn din l-iskopertura li jifdal għal Immigon, il-Verbund ħadet il-passi li ġejjin:
|
It-trasformazzjoni tal-Verbund
|
(46) |
Il-Verbund bħalissa tikkonsisti minn 51 bank primarju. Skont il-pjan tat-trasformazzjoni dawn il-51 istituzzjoni se jingħaqdu biex jifformaw 10 banek akbar: Tmien banek reġjonali b'karta bilanċjali totali ta' EUR 1,9 biljun sa EUR 5,3 biljun, li joperaw f'partijiet differenti tal-Awstrija, u żewġ banek speċjali — Sparda Bank Austria (EUR 0,8 biljun) u Ärzte-/Apothekerbank (EUR 1,1 biljun). Il-fużjonijiet rilevanti se jseħħu sal-aħħar tal-2017. Il-Building Societies (Bausparkassen) tal-Verbund li fihom huma magħqudin Start:bausparkasse x'aktarx jinbiegħu. |
|
(47) |
Ir-relazzjonijiet bejn il-banek primarji fil-Verbund huma rregolati minn żewġ ftehimiet: il-Ftehim ta' assoċjazzjoni fit-Taqsima 30a BWG (Verbundvertrag) u l-ftehim ta' kooperazzjoni. |
|
(48) |
Il-ftehim ta' assoċjazzjoni ġie konkluż bejn l-organizzazzjoni ċentrali fil-forma ta' VBWB, il-banek primarji tal-Verbund, u Volksbank Haftungsgenossenschaft eG. Id-dispożizzjonijiet ewlenin tiegħu huma dawn li ġejjin:
|
|
(49) |
Il-ftehim ta' kooperazzjoni (Zusammenarbeitsvertrag) jirregola dawk l-oqsma li mhumiex koperti mill-ftehim ta' assoċjazzjoni. Il-partijiet kontraenti huma l-banek primarji tal-Verbund u Volksbank Haftungsgenossenschaft eG. L-għan tal-ftehim ta' kooperazzjoni huwa li jintlaħqu s-sinerġiji fil-Verbund bl-implimentazzjoni tal-fużjonijiet ippjanati u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-membri. Is-setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet fl-oqsma koperti mill-ftehim ta' kooperazzjoni huma ttrasferiti lil Volksbank Haftungsgenossenschaft. Id-deċiżjonijiet mill-bord maniġerjali ta' Volksbank Haftungsgenossenschaft huma vinkolanti fuq il-partijiet kontraenti. Il-ftehim ta' kooperazzjoni jirregola b'mod partikolari l-oqsma ta' kummerċjalizzazzjoni, ta' strateġija ta' bejgħ uniku, il-politika tal-prodott, inklużi kuntratti ta' qafas ma' fornituri ta' partijiet terzi, il-kontroll tal-bejgħ, l-aħjar użu u l-istandardizzazzjoni tal-proċessi ta' negozju, l-akkwist tal-IT u rappreżentanza legali. |
|
(50) |
F'każ ta' tilwima, l-organizzazzjoni ċentrali tiddeċiedi jekk miżura skont il-ftehim ta' kooperazzjoni tikkostitwixxix indħil inammissibbli fuq ir-responsabbiltajiet tagħha skont il-ftehim ta' assoċjazzjoni. F'każ li r-regolatur ikun jeħtieġ emendi għall-ftehim ta' assoċjazzjoni, il-ftehim ta' kooperazzjoni jinkludi klawżola li tippermetti li jiġi aġġustat ukoll skont il-ħtieġa. |
|
(51) |
L-għan tal-pjan ta' trasformazzjoni huwa li tiġi stabbilita struttura li tikkonsisti minn tmien banek reġjonali b'saħħithom, flimkien ma' organizzazzjoni ċentrali, u żewġ banek speċjali. L-uffiċċji lokali se jiffokaw fuq il-bejgħ u s-servizz għall-konsumatur, filwaqt li l-amministrazzjoni hija bbażata fuq il-banek reġjonali u l-organizzazzjoni ċentrali. |
|
(52) |
Il-Verbund se jiffoka fuq il-klijenti fl-Awstrija, b'enfasi partikolari fuq in-negozji żgħar u ta' daqs medju, il-ħaddiema għal rashom, il-klijenti privati, il-finanzjament tad-djar u l-konsumaturi sinjuri. |
Ippjanar finanzjarju
|
(53) |
Abbażi tal-pjan il-ġdid ta' ristrutturar, il-Verbund bagħtet lill-Kummissjoni tbassir dwar ix-xejra mistennija fl-indikaturi finanzjarji ewlenin għall-ħames snin li ġejjin. Dawn il-previżjonijiet saru għal żewġ xenarji — xenarju bażi u xenarju ta' kriżi. |
|
(54) |
L-ippjanar finanzjarju kif imwassal jikkunsidra l-impatt tan-newtralizzazzjoni tal-iskopertura ta' Immigon (15) kif ukoll il-flussi ta' pagamenti previsti mill-Verbund fuq id-dritt għall-parteċipazzjoni fi profitt (Genussrecht) ipprovduti lill-Awstrija skont il-katalgu tal-impenn. |
|
(55) |
Ix-xenarju ta' bażi jassumi tkabbir ekonomiku moderat fil-qalba tas-suq, l-Awstrija, li jammonta għal valur nominali ta' 0,8 % fl-2015, 1,5 % fl-2016 u 1,7 % fis-snin sussegwenti sal-2019, rata ta' inflazzjoni annwali ta' bejn 1,1 % u 2,2 %, u fuq Euribor għal tliet xhur b'żieda minn 0,1 % fl-2015 għal 1,9 % fl-2019. Dwar dawk is-suppożizzjonijiet il-Verbund tipprevedi telf għall-2015 iżda redditu pożittiv fuq l-ekwità (RoE) ta' [8-9] % fl-2019. Il-proporzjon tal-Grad 1 huwa mistenni li jiżdied minn [9-11] % fl-2015 għal [11-13] % fl-2019. Xejriet f'aktar ċifri ewlenin jidhru mill-kalkolu tal-qligħ u t-telf u t-tabelli tal-bilanċ li ġejjin. Tabella 1 Dejta finanzjarja ewlenija f'xenarju bażi (…) |
|
(56) |
Ix-xenarju ta' kriżi huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni ta' kriżi tal-kreditu kkawżata minn dgħufijiet fis-settur bankarju Ewropew li l-finanzjaturi (id-donaturi) barranin u l-BĊE ma jistgħux isolvu. It-tkabbir ekonomiku reali huwa kemxejn negattiv, b'irkupru bil-mod mill-2017. Fl-2015 u l-2016, ir-rata ta' inflazzjoni hija negattiva, u fis-snin sussegwenti marġinalment pożittiva. Ir-rati tal-imgħax għadhom baxxi b'mod sinifikanti u l-valur tal-Fank Żvizzeru jiżdied kontra l-euro. Abbażi ta' dawn is-suppożizzjonijiet, il-Verbund tbassar li r-RoE se jibqa' negattiv fl-2015 u l-2016 u sussegwentement jiżdied għal [5-8] % fl-2019, u l-proporzjon tal-Grad 1 se jiżdied minn [8-10] % fl-2015 għal [10-12] % fl-2019. Xejriet f'aktar ċifri ewlenin jidhru mill-kalkolu tal-profitt u t-telf u t-tabelli tal-bilanċ li ġejjin. Tabella 2 Dejta finanzjarja ewlenija f'xenarju ta' kriżi (…) |
Impenji ġodda u miżuri ta' kumpens min-naħa tal-Awstrija
|
(57) |
L-awtoritajiet Awstrijaċi ħadu għadd ta' impenji relatati mal-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar il-ġdid. Dawk l-impenji mill-Awtoritajiet Awstrijaċi huma stabbiliti f'dokument separat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. |
|
(58) |
Skont it-Taqsima 5 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, ir-rapporti jridu jiġu sottomessi regolarment sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivverifika jekk il-pjan ta' ristrutturar il-ġdid huwiex jiġi implimentat kif suppost. L-Awstrija se tuża fiduċjarju ta' monitoraġġ li jgħin lill-Kummissjoni fit-twettiq tad-doveri tagħha biex tiżgura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata b'mod korrett. Il-fiduċjarju tal-monitoraġġ se jressaq rapport ta' monitoraġġ kull sitt xhur. L-ewwel rapport għandu jiġi sottomess mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-Pjan ta' Ristrutturar ikun ġie approvat. Fil-fehma tal-Kummissjoni, dak l-impenn jiżgura l-monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Ristrutturar. |
Approvazzjoni superviżorja tal-pjan
|
(59) |
Il-pjan il-ġdid ta' ristrutturar innotifikat lill-Kummissjoni jikkorrispondi għall-pjan ta' żieda tal-kapital ippreżentat lill-BĊE/MSU u għandu l-objettiv ewlieni li jittrasforma l-Verbund b'tali mod li d-defiċit ta' kapital identifikat fil-Valutazzjoni Komprensiva mill-BĊE/ABE jiġi indirizzat. |
|
(60) |
Il-MSU stabbilixxa rekwiżit kapitali prudenzjali ta' 14,63 % li għandu jintlaħaq mis-26 ta' Lulju 2015. F'dak il-jum, il-MSU se jagħmel rieżami tar-rekwiżit kapitali prudenzjali filwaqt li jqis ukoll l-implimentazzjoni tal-pjan ta' żieda tal-kapital. L-implimentazzjoni tal-pjan kienet bdiet bid-dħul tal-miżuri (a) sa (c) fi premessa 35 fir-reġistru tal-kumpaniji Awstrijak. Sabiex il-Qrati nazzjonali Awstrijaċi japprovaw id-dħul fir-reġistru tal-kumpaniji, il-MSU approva dawn il-miżuri. |
3. IL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(61) |
Il-Kummissjoni tfakkar li hija fetħet proċedura ta' investigazzjoni formali minħabba li ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-2012. Sar meħtieġ li tiġi emendata dik id-deċiżjoni skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (16). |
4. IL-POŻIZZJONI TAL-AWSTRIJA
|
(62) |
F'dikjarazzjonijiet pubbliċi l-Awstrija eskludiet kull għajnuna ġdida għall-Verbund. L-Awstrija hija tal-fehma li l-pjan għar-ristrutturar ssottomess ma jikkostitwixxix għajnuna ġdida. |
|
(63) |
Madankollu, l-Awstrija tirrikonoxxi li l-pjan ta' ristrutturar il-ġdid jibdel b'mod sinifikanti l-pjan ta' ristrutturar tal-2012 li tkun meħtieġa deċiżjoni ta' emenda mill-Kummissjoni qabel ma jkun jista' tiġi implimentat. Hija għalhekk nnotifikat il-pjan il-ġdid lill-Kummissjoni. |
|
(64) |
Bl-istess mod l-Awstrija tirrikonoxxi li l-Verbund trid titqies, fit-termini tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, bħala s-suċċessur tal-ÖVAG u għalhekk hija wkoll soġġetta għal din id-Deċiżjoni ta' emenda. |
|
(65) |
Fl-istess waqt, l-Awstrija ssostni li l-pjan ta' ristrutturar il-ġdid, bil-lista ta' impenji tagħha, jżomm il-bilanċ tad-deċiżjoni tal-2012 u għalhekk il-kumpatibbiltà oriġinali tal-għajnuna. |
5. IL-VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI
5.1. L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT
Il-preżenza tal-għajnuna mill-Istat eżistenti u s-suċċessjoni ekonomika
|
(66) |
Fir-rigward tal-miżuri approvati mill-Kummissjoni bħala għajnuna għar-ristrutturar favur l-ÖVAG fl-2009 u l-2012, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li dawk il-miżuri kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, mhuwiex meħtieġ li terġa tiġi vvalutata n-natura tal-għajnuna mill-Istat ta' dawn il-miżuri f'din id-Deċiżjoni. |
|
(67) |
Element ċentrali tal-Pjan ta' Ristrutturar tal-2012, li fuqu kienet ibbażata d-Deċiżjoni tal-2012 tal-ÖVAG kien l-iffukar mill-ġdid fuq il-funzjoni tiegħu bħala organizzazzjoni ċentrali integrata fi skema għar-responsabbiltà konġunta mal-banek primarji. F'dan l-arranġament, l-ÖVAG bħala organizzazzjoni ċentrali tassumi r-responsabbiltà għall-obbligi kollha tal-Verbund, filwaqt li l-banek primarji individwali kienu responsabbli biss sakemm dan ma kienx jikser il-proporzjon kapitali individwali tagħhom stess. |
|
(68) |
Ċerti impenji tal-2012 ipprovduti mill-Awstrija jikkonċernaw ukoll il-banek primarji, jipproteġu is-sorsi ta' dħul partikolari tal-ÖVAG bħala l-istituzzjoni ċentrali (impenn 9) u jobbligaw lill-banek primarji għal parteċipazzjoni fir-ripagament tal-kapital ta' parteċipazzjoni fl-ÖVAG “sa fejn jippermettu r-rekwiżiti regolatorji minimi” (impenn 11.2). Dawn l-impenji kienu meħtieġa minħabba l-arranġament tal-obbligazzjoni partikolari fil-Verbund biex tinstab għajnuna kompatibbli. Barra minn hekk, dawk l-impenji flimkien mal-arranġament ta' responsabbiltà partikolari ppermettew lill-Kummissjoni biex tittratta l-ÖVAG b'mod separat mill-Verbund. |
|
(69) |
Skont il-pjan ta' ristrutturar il-ġdid, l-attività ekonomika prinċipali tal-ÖVAG se titwettaq minn wieħed mill-banek primarji, VBWB. B'mod aktar speċifiku, il-VBWB se jieħu f'idejh ir-rwol partikolari tal-ÖVAG bħala l-organizzazzjoni ċentrali tal-Verbund, il-funzjonijiet meħtieġa rilevanti kollha u l-assi jkunu ttrasferiti mill-ÖVAG għal VBWB. B'kollox, se jiġu ttrasferiti EUR 8,6 biljun f'assi u obbligazzjonijiet, inklużi l-funzjonijiet ewlenin kollha tal-ÖVAG, kif definit fid-Deċiżjoni tal-2012, bl-eċċezzjoni ta' tliet sussidjarji minuri, VB Factoring (b'bilanċ ta' EUR 86 miljun), VB Mobilienleasing (EUR 700 miljun) u VB Investments (EUR 30 miljun), li se jifdal fl-entità fi stralċ Immigon. |
|
(70) |
B'kuntrast mal-istruttura ta' responsabbiltà assimetrika bejn il-banek primarji u l-organizzazzjoni ċentrali, il-Verbund se tiġi integrata b'mod sħiħ f'arranġament ta' responsabbiltà in solidum taħt il-pjan ta' ristrutturar il-ġdid. Flimkien mal-kumplament tal-bidliet strutturali fil-Verbund (premessa 49), l-organizzazzjoni ċentrali, il-VBWB, ma tistax tiġi kkunsidrata b'mod separat mill-banek primarji. Din il-fehma hija appoġġjata mill-approċċ konsolidat li l-MSU uża fil-Valutazzjoni Komprensiva, u l-fatt li r-rekwiżit kapitali ġie fformulat fil-livell aggregat (Verbund). |
|
(71) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis il-Verbund bħala s-suċċessur ekonomiku tal-entità megħjuna skont id-Deċiżjoni tal-2012, ÖVAG. Għalhekk, il-Verbund hija l-benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat eżistenti. |
L-ebda għajnuna mill-Istat lill-ÖVAG, l-Immigon, il-VBWB jew il-Verbund
|
(72) |
Minbarra l-kwistjoni tat-trasferiment tal-għajnuna mill-Istat eżistenti lis-suċċessur ekonomiku, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk xi għajnuna ġdida hija involuta fil-pjan ta' ristrutturar il-ġdid. |
|
(73) |
Il-Kummissjoni tosserva li, skont l-Awstrija, l-ebda għajnuna mill-Istat addizzjonali ma għandha tingħata bħala parti mill-pjan ġdid ta' ristrutturar. |
|
(74) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, għajnuna mill-Istat tfisser “kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri”. Miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta' dik id-dispożizzjoni jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati: (a) il-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u ffinazjata permezz tar-riżorsi tal-Istat; (b) din trid tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha; (c) dak il-vantaġġ irid ikun selettiv; u (d) il-miżura trid tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u jkollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(75) |
Il-pjan il-ġdid ta' ristrutturar ma jagħti l-ebda vantaġġ ġdid lill-ÖVAG jew lill-Immigon. L-ÖVAG ma tibqax teżisti, bl-assi u l-obbligazzjonijiet ewlenin kollha tagħha jiġu ttrasferiti lill-VBWB, u l-bqija jiġu stralċjati f'Immigon. Skont il-pjan attwali, huwa mistenni li l-istralċ ta' Immigon se jikkonsma l-kapital tagħha kważi kompletament madankollu mingħajr rikors għall-garanzija tal-assi. Dan jimplika li r-riskji imminenti fl-istrumenti tal-Grad1 tal-ÖVAG huma mistennija li jimmaterjalizzaw, inkluż it-telf tas-sehem tal-ekwità tal-Awstrija fl-ÖVAG ta' EUR 250 miljun kif ukoll il-kapital ta' parteċipazzjoni pendenti fl-ammont nominali ta' EUR 300 miljun. |
|
(76) |
Il-garanzija tal-assi tibqa' tkopri l-ÖVAG/Immigon. Skont l-arranġament kuntrattwali attwali, il-garanzija tista' tiġi eżerċitata biss fil-31 ta' Diċembru 2015 fuq il-pretensjonijiet irreġistrati sa dik id-data u l-ammont meħtieġ għall-appoġġ tal-proporzjon tal-Grad 1 ta' 10 %. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Awstrija, it-titoli eliġibbli għall-kumpens taħt il-garanzija diġà ġew irreġistrati u jaqbżu s-somma tal-garanzija massima ta' EUR 100 miljun. Filwaqt li l-eliġibbiltà tal-pretensjonijiet irreġistrati se tkun deċiża biss fil-31 ta' Diċembru 2015, il-ġestjoni ta' Immigon ma għandhiex għażla taħt l-obbligu legali tagħha li tħares l-interessi tas-sidien iżda li tirreġistra l-pretensjonijiet kollha possibbli għal saldu fi tmiem l-2015. |
|
(77) |
Fil-31 ta' Diċembru 2015, Immigon bħala entità fi stralċ mhux se jkollha tissodisfa r-rekwiżiti kapitali. Għaldaqstant, huwa diffiċli li tiġi vvalutata l-kundizzjoni ta' saldu ta' garanzija marbuta ma' proporzjon tal-Grad 1. Madankollu, peress li din il-valutazzjoni hija totalment kwistjoni ta' liġi nazzjonali, il-Kummissjoni taċċetta l-pożizzjoni tal-Awstrija li l-kontinwazzjoni tal-ÖVAG fil-forma ta' entità fi stralċ skont l-Artikolu 162 BaSAG ma għandha l-ebda influwenza fuq il-kontinwazzjoni tal-validità tal-garanzija. Abbażi ta' din il-pożizzjoni u minħabba li l-Immigon f'dik id-data tkun sofriet tnaqqis kapitali ta' 96,65 %, se tiġi ssodisfata l-kundizzjoni ta' saldu ta' inqas minn proporzjon ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' 10 % u fil-31 ta' Diċembru 2015 se jkollhom jitħallsu l-pretensjonijiet eliġibbli kollha. |
|
(78) |
Taħt dawn il-kundizzjonijiet, il-bidliet fil-ftehim ta' garanzija — (a) li jitwal il-perjodu tas-saldu tal-pagament iggarantit mingħajr ma jiġu permessi pretensjonijiet ulterjuri li għandhom jiġu rreġistrati wara l-31 ta' Diċembru 2015 u (b) il-pagament ta' saldu jsir eżerċitabbli biss fil-każ li l-kapital kieku jkun jaqa' taħt iż-żero — fil-fatt inaqqsu r-riskju għall-fornitur tal-garanzija tal-garanzija li tkunu qed tiġi eżerċitata. Barra minn hekk, il-pagamenti tat-tariffa applikabbli ta' 10 % kull sena se jkomplu japplikaw għal perjodu ieħor ta' sentejn. Għalhekk, il-kundizzjonijiet il-ġodda tal-garanzija tal-assi jsaħħu biss il-pożizzjoni tal-fornitur tal-garanzija u ma jipprovdux vantaġġ ulterjuri għall-ÖVAG/Immigon. |
|
(79) |
Il-pjan ta' ristrutturar il-ġdid wkoll ma tagħti ebda vantaġġ ġdid dwar Verbund, inkluża l-Organizzazzjoni Ċentrali, vbwb ġodda tagħha. Kif spjegat hawn fuq (17), il-Verbund hija l-benefiċjarju tal-għajnuna eżistenti. B'mod aktar speċifiku, skont id-Deċiżjoni tal-2012, il-banek primarji kellhom jipparteċipaw fir-rigward li jħallsu lura l-parteċipazzjoni ta' kapital ta' EUR 300 miljun sat-tmiem l-2017 sa fejn ippermettew ir-rekwiżiti regolatorji minimi tagħhom. Għandu jitfakkar li fil-Valutazzjoni Komprensiva d-defiċit kapitali ma tqiesx fil-livell tal-ÖVAG waħdu iżda fil-livell tal-Verbund kollha kemm hi. |
|
(80) |
Filwaqt li l-kapital ta' parteċipazzjoni ta' rfigħ tar-riskji qed jiġi kkonsmat għall-istralċ tal-ÖVAG/Immigon, l-impenji l-ġodda ppreżentati mill-Awstrija jinkludu ħlas mill-Verbund lill-Awstrija għal ammont ta' EUR 300 miljun, permezz tal-għoti ta' dritt għall-parteċipazzjoni fi profitt lejn l-Awstrija. Il-Verbund timpenja ruħha għal skeda ta' ħlasijiet li jammontaw għal total ta' EUR 300 miljun sa tmiem l-[2020-2025], soġġetta għal limiti massimi ta' ħlasijiet […], […] u […]. |
|
(81) |
Billi tipprovdi impenn ġdid biex tħallas EUR 300 miljun lill-Istat, il-Verbund terġa' ddaħħal pretensjoni ekwivalenti f'ammont meħtieġ tar-ripagament oriġinali. Il-pretensjoni oriġinali kieku tintilef fil-likwidazzjoni tal-ÖVAG minħabba li r-riskji imminenti jimmaterjalizzaw. Filwaqt li l-iskeda l-ġdida tar-ripagament se twassal għal dewmien sinifikanti tal-pagament meta mqabbel mal-impenn oriġinali, irid jiġi kkunsidrat li fil-kuntest ta' likwidazzjoni sempliċi għall-ÖVAG (kif ukoll ix-xenarju kontrofattwali tar-riżoluzzjoni tal-Verbund kollha), il-pretensjonijiet kollha tal-Istat, l-ekwità u l-kapital ta' parteċipazzjoni ma jibqgħux jeżistu. |
|
(82) |
Barra minn hekk, dan l-impenn il-ġdid huwa vinkolanti fuq il-Verbund, għalkemm il-pagamenti relatati mad-dritt għall-parteċipazzjoni fi profitt jibqgħu dipendenti fuq il-profitt. Fl-istess ħin, l-impenn jiżgura li l-pretensjoni tal-Awstrija lil dawk il-pagamenti hija superjuri għal kwalunkwe pagamenti ta' dividendi. Barra minn hekk, għal kull distribuzzjoni ta' dividendi lill-partijiet barra l-Verbund ikkonsolidata, l-Awstrija se tirċievi pagament ta' kumpens ta' ammont ugwali u b'żieda mal-pagament mid-dritt għall-parteċipazzjoni fi profitt. |
|
(83) |
Barra minn hekk, l-Awstrija se tirċievi sehem ta' 25 % kif ukoll sehem wieħed f'VBWB bħala kollateral għall-pagamenti fuq id-dritt għall-parteċipazzjoni fi profitt. Jekk il-Verbund tonqos milli tagħmel il-pagamenti skont il-limiti stabbiliti fl-iskeda tal-pagamenti, l-azzjonisti tal-VBWB se jittrasferixxu aktar ishma lill-Awstrija bla ħlas, li jżid is-sehem tal-Awstrija f'VBWB għal [26-40] %. Barra minn hekk, l-Awstrija se tkun tista' tieħu l-kollateral f'dak il-mument. |
|
(84) |
L-impenn il-ġdid, għalkemm huwa differenti f'ċerti aspetti mill-impenn oriġinali, huwa ekwivalenti għal dan tal-aħħar u għaldaqstant ma jistax jiġi kkunsidrat li jagħti vantaġġ lill-ÖVAG, l-Immigon, il-VBWB jew il-Verbund. |
|
(85) |
Minbarra l-impenn il-ġdid li jitħallas l-ammont ekwivalenti għall-valur oriġinali tal-kapital ta' parteċipazzjoni fl-ÖVAG fuq dritt għall-parteċipazzjoni fi profitt fis-seħħ mill-ġdid f'VBWB, il-pjan il-ġdid ta' ristrutturar ma jagħmel l-ebda modifiki sostanzjali oħra f'dak li għandu x'jaqsam mal-Istat Awstrijak li jista' jiġi interpretat li jagħti vantaġġ fuq il-VBWB jew il-Verbund. |
|
(86) |
Billi l-pjan ta' ristrutturar il-ġdid ma jagħtix vantaġġ lill-ÖVAG, l-Immigon, il-VBWB jew il-Verbund, ma hemm l-ebda ħtieġa li titkompla l-valutazzjoni tal-kriterji kumulattivi tal-għajnuna mill-Istat. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tikkusidra li l-miżuri stipulati fil-pjan ta' ristrutturar il-ġdid ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFEU u, għaldaqstant, ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat ġdida lill-ÖVAG, l-Immigon, il-VBWB jew lill-Verbund fit-tifsira ta dik id-dispożizzjoni. |
5.2. IL-VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ LEGALI TAL-MIŻURI
|
(87) |
Kif spjegat fit-Taqsima 5.1, il-pjan il-ġdid ta' ristrutturar ma fih l-ebda għajnuna ġdida, filwaqt li l-għajnuna għall-ÖVAG approvata fid-Deċiżjoni tal-2012 tiġi ttrasferita lill-Verbund bħala s-suċċessur ekonomiku tal-ÖVAG. |
|
(88) |
Abbażi tad-Deċiżjoni tal-2012, għalhekk, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi jekk il-miżuri ta' għajnuna tal-2012 jibqgħux kompatibbli mas-suq intern skont il-pjan il-ġdid ta' ristrutturar u l-katalogu ta' impenji. Din il-valutazzjoni trid issir fuq l-istess bażi legali applikata fid-Deċiżjoni tal-2012, jiġifieri abbażi tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011 (18) u l-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (19). |
|
(89) |
Il-premessi 83 sa 92 tad-Deċiżjoni tal-2012 dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna tal-2012 ivvalutata abbażi tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni ta' Estensjoni tal-2011 ikomplu japplikaw mingħajr ebda bidla. Ir-rikapitalizzazzjoni mogħtija lill-ÖVAG fl-ammont ta' EUR 250 miljun u l-bqija tal-kapital ta' parteċipazzjoni fl-ammont ta' EUR 300 miljun se jibqgħu f'Immigon u skont il-pjan, se jiġu kompletament ikkonsmati fil-likwidazzjoni sal-2017. |
|
(90) |
Kif spjegat fil-premessa 93 tad-Deċiżjoni tal-2012, il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistipula li r-ristrutturar ta' istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi kurrenti hija kompatibbli biss mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) TFEU jekk din tirkupra lura l-profittabilità tal-bank, inkluż il-kontribuzzjoni proprja suffiċjenti u l-kondiviżjoni tal-piżijiet xieraq, kif ukoll tinkludi miżuri suffiċjenti sabiex tiġi llimitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Fir-rigward ta' dawn it-tliet elementi, il-Kummissjoni trid tivverifika sa liema punt il-bidliet ippreżentati fil-pjan ta' ristrutturar u fil-katalogu ta' impenji tinżamm il-kompatibbiltà tal-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-2012. |
Il-vijabbiltà skont ix-xenarju bażi
|
(91) |
Kif spjegat fil-premessa 71, l-għajnuna tal-2012 tiġi ttrasferita għall-Verbund, li hija wkoll kompletament koperta mill-pjan il-ġdid ta' ristrutturar. Hawnhekk jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-profittabilità fit-tul tal-Verbund fil-forma l-ġdida tagħha skont il-pjan ta' ristrutturar hijiex se tiġi stabbilita mill-ġdid sal-2019. |
|
(92) |
Għal dak l-għan, l-Awstrija ppreżentat pjan finanzjarju fis-seħħ sal-2019, li jinkludi xenarju ta' referenza u xenarju f'każ ta' kriżi matul il-perjodu kollu tal-Verbund, li abbażi tagħhom il-Kummissjoni wettqet l-analiżi tagħha. |
|
(93) |
It-trasformazzjoni tal-istruttura tal-Verbund innifisha permezz tal-fużjoni tal-banek primarji lokali f'istituzzjonijiet organizzati reġjonali tista' tiġi vvalutata bħala benefiċċju sa fejn id-differenzi eżistenti fil-Verbund fir-rigward tal-kontribuzzjoni ta' kapital u l-profittabilità jkunu kemxejn ugwali u l-ekonomiji ta' skala u s-sinerġiji potenzjali jistgħu jiġu sfruttati. Il-grafika ta' hawn taħt turi b'mod ċar li meta titqabbel il-Verbund l-antika u dik ġdida l-firxa tal-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta' ekwità komuni u l-RoE tonqos.
|
|
(94) |
Il-Kummissjoni tilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li s-sinerġiji potenzjali influwenzaw l-ippjanar finanzjarju biss fil-qasam tal-kostijiet li huma iktar faċli biex jiġu kkwantifikati milli d-dħul u ġew inklużi biss b'[70-80] % tal-potenzjal li diġà ġie identifikat. B'inqas minn [10-20] % fis-sena f'kostijiet tal-persunal u inqas minn [5-10] % fis-sena f'kostijiet mhux tal-persunal, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li ġiet adottata strateġija pjuttost kawta u li aktar sinerġiji jistgħu jkunu disponibbli minn dawk diġà inklużi fil-pjan. |
|
(95) |
L-istrateġija kummerċjali tal-Verbund fil-forma l-ġdida tagħha tibqa' essenzjalment l-istess. L-enfasi titqiegħed b'mod ċar fuq klijenti lokali u reġjonali kemm fis-segmenti tal-klijenti privati u dawk kummerċjali u fuq negozju ma' kumpaniji żgħar u ta' daqs medju. Dawk l-attivitajiet kummerċjali li diġà jagħmlu parti mill-biċċa l-kbira tal-portafoll, huma profittabbli, u ma kinux ikkunsidrati bħala problematiċi fid-Deċiżjoni tal-2012. Fix-xenarju ta' referenza, l-assi li jġorru l-imgħax f'dawk l-oqsma jiżdiedu b'madwar [5-7] % sal-2019 u b'hekk b'inqas minn nofs it-tkabbir ekonomiku reali mbassar ta' madwar 15 % matul l-istess perjodu (20). Huwa biss f'żoni kummerċjali speċjali, bħal, pereżempju, is-servizzi ta' investiment, li huma previsti rati ta' tkabbir ogħla. Minħabba d-daqs limitat ħafna inizjali ta' dawk in-negozji, suppożizzjonijiet ta' tkabbir ogħla huma ġġustifikati. |
|
(96) |
Fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet, ir-rilevanza partikolari tan-negozju ma' depożiti tal-klijenti privati trid tkun enfasizzat (madwar 80 % tal-obbligazzjonijiet kollha). Dan it-tip ta' finanzjament huwa kklassifikat skont Basel III bħala partikolarment affidabbli u jgħodd ferm bl-istess mod fl-indikaturi ta' finanzjament bħall-Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità u l-Proporzjon ta' Finanzjar Stabbli Nett. Il-Verbund ipprovdiet ukoll evidenza tal-istabbiltà partikolari tan-negozju tad-depożiti anki matul il-kriżi, b'tali mod li l-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni tal-finanzjament tal-Verbund hija ta' qawwa partikolari. Fin-negozju tad-depożiti wkoll, it-tkabbir sal-2019 huwa ta' madwar [5-7] % u aktar minn 50 % aktar baxx mit-tkabbir ekonomiku reali imbassar. |
|
(97) |
Is-suppożizzjonijiet tar-riskju fir-rigward tad-diversi portafolli tal-kreditu jidhru plawżibbli. Fix-xenarju ta' referenza, il-valuri ippjanati għall-provvediment u l-indebolimenti tar-riskju jikkorrispondu għal rati standard tal-kost tar-riskju ta' madwar [7-15] punti bażi għal klijenti privati u kummerċjali u [30-45] punti bażi għan-negozju tal-klijenti kummerċjali. Dawk is-suppożizzjonijiet jidhru xierqa għas-sitwazzjoni ekonomika fin-negozju ta' kreditu Awstrijak, għalkemm mhux konservattivi. |
|
(98) |
Il-pjan skont ix-xenarju bażi se jressaq lill-Verbund minn RoE wara t-taxxa negattiv b'kapital tal-Grad 1 ta' ekwità komuni ta' [9-11] % fl-2015 għal RoE wara t-taxxa ta' [8-9] % b'proporzjoni ta' kapital tal-Grad 1 ta' ekwità komuni ta' [11-13] % fl-2019. Minħabba l-profil tar-riskju moderat tal-mudell tan-negozju tal-Verbund, ir-RoE wara t-taxxa ppjanat, jista' jiġi vvalutat bħala remunerazzjoni xierqa ta' kapital. |
|
(99) |
Il-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 94 sa 98 dwar l-ippjanar finanzjarju fir-rigward tat-tkabbir, il-likwidità, il-kostijiet, il-ġestjoni tar-riskju u l-profittabilità jippermettu lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li l-ippjanar huwa solidu, li ġie kkalkulat abbażi ta' suppożizzjonijiet kawti, u li huwa probabbli li jiżgura l-profittabilità fit-tul tal-Verbund u b'hekk il-kapaċità tagħha li taċċessa s-suq tal-kapital. |
Il-vijabbiltà skont ix-xenarju ta' kriżi
|
(100) |
Dik il-valutazzjoni ta' profittabilità fit-tul u ta' vijabbiltà hija kkonfermata wkoll mix-xenarju ta' kriżi ipprovdut fl-istess ħin. Hawnhekk, wieħed jassumi li se jkun hemm kriżi simultanja permezz ta' (a) ambjent ta' mgħax baxx aktar fit-tul milli attwalment previst u (b) kriżi tal-kreditu. Filwaqt li r-rati tal-imgħax baxxi fit-tul jagħmlu pressjoni fuq il-marġni tal-imgħax, il-kriżi tal-kreditu trid tkun ukoll ffinanzjata simultanjament permezz ta' provvedimenti u indebolimenti għar-riskju ogħla kif ukoll ġeneralment ponderazzjoni tar-riskju ogħla ta' stokks ta' self li jirriżultaw f'rekwiżiti ta' kapital ogħla. |
|
(101) |
Minħabba r-rendimenti mnaqqsa u l-provvedimenti u indebolimenti tar-riskju ogħla, il-Verbund tkun tagħmel telf sinifikanti fl-2015 u aktar telf baxx fl-2016. Madankollu, huwa ċar li, anki mingħajr it-teħid ta' kontromiżuri bħall-programm tal-iffrankar tal-kostijiet jew aġġustament tal-marġni tal-prezzijiet kif meħtieġ, it-telf li jirriżulta jista' jiġi ssodisfat minn proporzjon ta' kapital ewlieni f'dak iż-żmien, u se jaffettwa l-pożizzjoni tar-rendiment fit-tul tal-Verbund sa ċertu punt biss. F'dan ix-xenarju, il-proporzjon tal-kapital ewlieni ma għandux jinżel taħt [8-10] %, u l-Verbund xorta tikseb profitt wara t-taxxa ta' [5-8] % fl-2019. |
Ir-rekwiżiti superviżorji
|
(102) |
Wara d-defiċit kapitali identifikat fil-Valutazzjoni Komprensiva tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-2014, il-Verbund preżentement ingħatat l-oġġettiv li tikseb il-proporzjon tal-kapital ewlieni tal-Grad 1 ta' ekwità komuni ta' 14,63 % sas-26 ta' Lulju 2015. L-ippjanar finanzjarju attwali mhux se jagħti tali proporzjon tal-kapital. |
|
(103) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri meħuda biex tinnewtralizza r-riskju tal-Verbund li jirriżulta mill-iskopertura għal Immigon (21) ikollhom impatt detrimentali fuq il-proporzjon tal-Grad 1 ta' ekwità komuni bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għal [0-2] %. Barra minn hekk, l-ippjanar ippreżentat huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-iskopertura ta' Immigon tista' titnaqqas b'[…] u […] permezz ta' aktar bejgħ. Dan il-bejgħ iwassal għal telf mistenni globali mill-iskopertura ta' EUR [0-200] miljun b'riskju addizzjonali ta' EUR [0-100] miljun jekk il-bejgħ ma jistax jinkiseb u l-ewwel parti tat-telf ta' EUR [0-200] miljun jiġi totalment ikkonsmat. Telf addizzjonali ta' EUR [0-100] miljun ikompli jnaqqas il-proporzjon tal-Grad 1 tal-ekwità komuni b'[0-2] punti perċentwali. |
|
(104) |
Min-naħa l-oħra, il-Verbund identifikat ukoll miżuri biex tkompli tnaqqas ir-RWA tagħha lil hinn mill-miżuri diġà inklużi fl-ippjanar finanzjarju. Aktar miżuri possibbli jinkludu l-istruttura tat-titolizzazzjoni għal portafoll ta' kreditu tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-bejgħ ta' start:bausparkasse u IMMO -Bank, li jżid il-proporzjon tal-kapital ewlieni sa [10-15] % meta jitqies il-limitu tal-pagament meħtieġ fuq id-dritt Awstrijak għall-parteċipazzjoni fi profitt. Hawnhekk, il-Kummissjoni tinnota li l-implimentazzjoni simultanja ta' dawn il-miżuri kollha — jekk meħtieġ — jista' jkollha impatt negattiv fuq il-profittabilità futura tal-bank. |
|
(105) |
Madankollu, minħabba d-daqs limitat tar-riskji negattivi u l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri tar-RWA diġà identifikati, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed riżerva fil-pjan biex jiġi llimitat l-impatt fuq il-vijabbiltà. Din il-kunsiderazzjoni tkompli tissaħħaħ permezz ta' deċiżjoni pożittiva li s-superviżur ikun ħa rigward l-approvazzjoni ta' miżuri (a) sa (c) fil-premessa 35 bil-ħsieb li jiġi permess l-inklużjoni tagħhom fir-reġistru Awstrijak tal-kumpaniji. Din id-deċiżjoni pożittiva mill-MSU kienet ibbażata fuq l-istess pjan ta' ristrutturar li huwa l-bażi ta' din id-Deċiżjoni, li tissuġġerixxi lill-Kummissjoni li l-MSU se jikkunsidra wkoll li l-Verbund — anki meta jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji inerenti fil-pjan — se jkun kapaċi jissodisfa r-rekwiżiti kapitali prudenzjali applikabbli meħtieġa wara l-analiżi superviżorja fis-26 ta' Lulju 2015. |
Il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet
|
(106) |
Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk is-sett il-ġdid ta' impenji jistax jissostitwixxi b'mod adegwat l-impenji tal-2012 sabiex tiġi ggarantita l-kompatibbiltà tal-għajnuna eżistenti għall-Verbund, is-suċċessur ekonomiku tal-ÖVAG. F'dawn iċ-ċirkustanzi, irid jiġi eżaminat jekk il-kontribuzzjoni proprja tal-Verbund u l-kondiviżjoni tal-piżijiet humiex adegwati. |
|
(107) |
Rigward il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet, il-lista tal-impenji annessa mad-Deċiżjoni tal-2012 inkludiet dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni u r-ripagament ta' (a) il-garanzija tal-assi u (b) il-kapital ta' parteċipazzjoni, kif ukoll projbizzjoni ta' dividendi. |
|
(108) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-bidliet għall-garanzija tal-assi, il-pjan ta' stralċ attwali ma jinvoka l-ebda ħlas fi flus kontanti mill-garanzija għal stralċ b'solventi. Jekk is-suppożizzjonijiet kollha jimmaterjalizzaw kif previst u l-istralċ jibqa' solventi mingħajr il-garanzija, pagament mhux mistenni mill-garanzija li jikkorrispondi għas-saldu tal-pretensjonijiet eliġibbli kollha f'Lulju 2016 fil-fatt se jservi biss biex tiżdied il-massa ta' likwidazzjoni finali tal-Immigon disponibbli għall-kapital ta' parteċipazzjoni u titolari ta' ekwità. Il-pjan attwali biex jiġi llimitat il-pagament ta' garanzija għall-każ li jipprevjeni l-insolvenza ta' Immigon jservi biex ir-riskju tal-għajnuna mill-Istat li jintuża biex jiġu kumpensati d-detenturi ta' strumenti ta' fondi proprji jitnaqqas għal minimu. |
|
(109) |
Fir-rigward tal-kapital ta' parteċipazzjoni, skont il-lista tal-impenji annessa mad-Deċiżjoni tal-2012 (22), l-ÖVAG kellu jħallas mill-ġdid EUR 300 miljun sa tmiem l-2017, u l-Verbund ikollha tikkontribwixxi sa fejn jippermettu r-rekwiżiti regolatorji minimi. Il-formulazzjoni tagħha għamlitha ċara li, fil-każ tal-Verbund, dak l-impenn kien dikjarazzjoni ta' intenzjoni aktar milli rekwiżit legalment vinkolanti. |
|
(110) |
Is-sett il-ġdid ta' impenji li jintroduċi rekwiżit legalment vinkolanti għall-Verbund. B'mod aktar speċifiku, il-Verbund tintrabat li tqiegħed strument finanzjarju ġdid għad-dispożizzjoni għall-Awstrija, id-dritt għall-parteċipazzjoni fi profitt (Genussrecht). Abbażi ta' dan l-istrument, li għandu valur nominali baxx, l-Awstrija se tirċievi distribuzzjonijiet dipendenti fuq il-profitt li se jkunu ta' prijorità fuq id-distribuzzjonijiet ta' dividendi jew ibridi l-oħrajn kollha. Mill-[2020-2025], id-distribuzzjonijiet fuq id-dritt għall-parteċipazzjoni fi profitt se jammontaw għal EUR 300 miljun, bi tnaqqis ta' kull pagament riċevut mill-istralċ tal-ÖVAG. |
|
(111) |
Il-fluss tal-flus li jikkorrispondi għad-dritt għall-parteċipazzjoni fi profitt se tkompli tiġi żgurata mill-fatt li l-Awstrija se tirċievi (a) ishma f'VBWB ta' 25 % u sehem wieħed (minoranza li timblokka) bħala kollateral u (b) id-dritt li taħtar nofs il-membri tal-bord superviżorju ta' VBWB. |
|
(112) |
Id-dritt għall-parteċipazzjoni fi profitt għandu l-livelli limiti għall-pagamenti kumulattivi li ġejjin: EUR [0-50] miljun f'[…]; EUR [0-100] miljun f'[…]; EUR [0-200] miljun f'[…]; U EUR 300 miljun fl-[2020-2025]. Fil-każ li ma jinżammx il-livell limitu, l-Awstrija tirċievi d-dritt għall-ishma miżmuma bħala kollateral, li kieku, wara li jiġi riċevut l-ammont sħiħ ta' EUR 300 miljun, jiġi rritornat għas-sjieda tal-Verbund. Barra minn hekk, fil-każ ta' nuqqas ta' livell limitu tal-pagamenti, l-Awstrija tirċievi [1-15] % aktar tal-ishma kollha kif ukoll id-dritt biex jittieħed dan il-kollateral. Barra minn hekk, hemm obbligu għall-Verbund f'dan il-każ li tippreżenta pjan ta' ristrutturar ġdid li l-Awstrija mbagħad tkun trid tinnotifika lill-Kummissjoni. |
|
(113) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-effett tal-arranġament il-ġdid tar-ripagament fuq il-pjan ta' ristrutturar u kkonkludiet li dan tal-aħħar huwa b'saħħtu biżżejjed biex ir-ripagament isir kif ippjanat, mingħajr ma jitqiegħed piż żejjed fuq il-proporzjon tal-kapital ewlieni. Il-livell limitu ta' EUR [0-50] miljun f' […] jibqa' possibbli anki f'xenarju ta' kriżi. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li l-implimentazzjoni simultanja tal-miżuri ta' tnaqqis ta' RWA identifikati kollha (23) jkollhom effett negattiv fuq il-profittabilità tal-bank li jista' jipperikola wkoll il-pjan tar-ripagament. |
|
(114) |
Il-Kummissjoni tqis li l-impenn il-ġdid dwar ir-ripagament tal-għajnuna jiżgura l-kompatibbiltà kontinwa tal-għajnuna eżistenti minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(115) |
F'dak li jirrigwarda l-projbizzjoni tad-dividendi, l-impenn rilevanti (25) anness mad-Deċiżjoni tal-2012 ikompli japplika b'mod modifikat. Skont l-impenn il-ġdid, id-dividendi jistgħu jitqassmu lill-investituri esterni bil-kundizzjoni tal-
|
|
(116) |
Il-Kummissjoni tqis li l-kombinazzjoni tan-natura tal-prijorità tal-obbligu tar-ripagament, il-pagament ta' kumpens u l-ġenerazzjoni tal-kapital prinċipali estern ġdid huma biżżejjed biex jiġi żgurat li l-għajnuna ma sservix bħala dħul minn kapital, u li kwalunkwe dividendi jitħallsu biss minn dħul żejjed. |
|
(117) |
B'mod ġenerali, il-Kummissjoni tqis li s-sett il-ġdid ta' impenji jiżgura l-kompatibbiltà tal-għajnuna eżistenti fir-rigward tal-kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet. |
Il-miżuri biex jiġu llimitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(118) |
Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk is-sett il-ġdid tal-impenji jistgħux jissostitwixxu b'mod adegwat l-impenji tal-2012 sabiex jiggarantixxu l-kompatibbiltà kontinwa tal-għajnuna eżistenti għall-Verbund. F'dawn iċ-ċirkustanzi, irid jiġi eżaminat jekk id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni minħabba l-għajnuna lill-Verbund humiex limitati kemm jista' jkun. |
|
(119) |
L-impenji tal-2012 inkludew il-miżuri li ġejjin fir-rigward tal-ÖVAG, sabiex jiġu llimitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni: (i) tnaqqis tal-karta bilanċjali u l-RWAs; (ii) restrizzjoni tal-attivitajiet għan-“negozju relatat mal-assoċjazzjoni” tal-ÖVAG, bħala l-organizzazzjoni ċentrali tal-Verbund; (iii) projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet; (iv) projbizzjoni fuq it-tmexxija tal-prezzijiet, applikabbli għas-sussidjarja bankarja online tal-ÖVAG, Live Bank; (v) projbizzjoni fuq ir-riferiment għall-għajnuna mill-Istat għal skopijiet ta' reklamar; u (vi) il-miżuri ta' mġiba relatati mar-rimunerazzjoni u s-sistemi ta' ġestjoni tar-riskju. |
|
(120) |
Is-sett il-ġdid ta' impenji, anness ma' din id-Deċiżjoni, iżomm il-bilanċ oriġinali rigward il-limitazzjoni ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. B'mod partikolari, il-kwistjonijiet tal-karta bilanċjali u t-tnaqqis tar-RWA huma indirizzati permezz tal-istralċ tal-ÖVAG, filwaqt li l-kwistjoni ta' ffokar fuq il-funzjonijiet tal-organizzazzjoni ċentrali tal-Verbund hija indirizzata permezz tat-trasferiment ta' dawk il-funzjonijiet għall-VBWB. Is-sett il-ġdid tal-impenji jsostni wkoll li l-projbizzjonijiet fuq il-ġestjoni tal-prezzijiet, l-akkwiżizzjonijiet u r-reklamar tal-għajnuna mill-Istat kif ukoll il-miżuri ta' mġiba eżistenti. |
|
(121) |
Fir-rigward tal-ġestjoni tal-prezzijiet, il-Live Bank mhux se jitħalla joffri lill-klijenti rati tal-imgħax, relatati ma' kull maturità, ogħla minn dawk offruti mit-tielet l-aħjar kompetitur fis-suq bankarju online dirett. |
|
(122) |
Fir-rigward tal-akkwiżizzjonijiet, il-Verbund mhux se tkun tista' takkwista ishma kontrollanti jew minoritarji u kwalunkwe bundles tal-assi. L-uniċi eċċezzjonijiet għal din il-projbizzjoni huma (a) l-akkwiżizzjonijiet meħtieġa sabiex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja jew il-livell tal-Verbund, jew dawk li jsiru fl-interess tal-kompetizzjoni effettiva, sakemm dawn ikunu ġew approvati minn qabel mill-Kummissjoni, u (b) l-akkwiżizzjonijiet li huma parti min-negozju kontinwu normali tal-Verbund, f'dik li hija l-ġestjoni tal-obbligi eżistenti tal-klijenti f'diffikultà finanzjarja. |
|
(123) |
Fir-rigward tar-reklamar, il-Verbund mhux se tkun tista' tirreklama l-għoti tal-miżuri tal-għajnuna mill-Istat jew kwalunkwe vantaġġi li jirriżultaw minnhom. |
|
(124) |
F'dak li għandu x'jaqsam ma' miżuri ta' mġiba, il-Verbund se żżomm livell adegwat ta' rimunerazzjoni u sistemi ta' ġestjoni tar-riskju. B'mod aktar speċifiku, is-sistemi ta' remunerazzjoni tal-Verbund se jkunu trasparenti, ibbażati fuq inċentivi għall-prevenzjoni tar-riskji mhux xierqa, u jiġu allinjati ma' objettivi ta' negozju sostenibbli fit-tul. Is-sistema ta' ġestjoni tar-riskji tal-Verbund, se tiġi żviluppata aktar, bl-għan li tintlaħaq politika kummerċjali prudenti, b'saħħitha u sostenibbli. |
|
(125) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-sett il-ġdid ta' impenji jillimita b'mod adegwat id-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-għajnuna mill-Istat eżistenti għall-Verbund, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-miżuri li jinsabu fil-pjan ta' ristrutturar tat-23 ta' Ġunju 2015 u s-sett korrispondenti ta' impenji ma jikkostitwixxux għajnuna ġdida mill-Istat.
2. Il-miżuri li jinsabu fil-pjan ta' ristrutturar tat-23 ta' Ġunju 2015 u s-sett korrispondenti tal-impenji huma tali li l-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2013/298/UE se jibqgħu kompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 2
1. L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2013/298/UE jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 2
L-Awstrija tiżgura li l-pjan ta' ristrutturar ippreżentat fit-23 ta' Ġunju 2015 jiġi implimentat kollu, inklużi l-impenji stipulati fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.”
2. L-Anness mad-Deċiżjoni 2013/298/UE jiġi sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2008 f'Għajnuna mill-Istat każ N 557/2008 — Maßnahmen nach dem Finanzmarktstabilitäts- und dem Interbankmarktstärkungsgesetz für Kreditinstitute und Versicherungsunternehmen in Österreich, ĠU C 3, 8.1.2009, p. 2.
(3) L-ewwel estensjoni tal-iskema, inklużi ċerti emendi, ġiet approvata fit-30 ta' Ġunju 2009 (ĠU C 172, 24.7.2009, p. 4), it-tieni estensjoni saret fis-17 ta' Diċembru 2009 (ĠU C 28, 4.2.2010, p. 6), it-tielet estensjoni saret fil-25 ta' Ġunju 2010 (ĠU C 250, 17.9.2010, p. 4) u r-raba' estensjoni saret fis-16 ta' Diċembru 2010 (ĠU C 20, 21.1.2011, p. 3).
(4) Ara l-punt 13 u l-Anness mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 fil-kawża SA. 31883 (2011/C) (ex N516/10), Ristrutturar ta' Österreichische Volksbanken AG (ĠU C 46, 17.2.2012, p. 3).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/298/UE tad-19 ta' Settembru 2012 dwar l-għajnuna mill-istat SA. 31883 (2011/C) (ex N516/10) li l-Awstrija implimentat u li qed tippjana li timplimenta għall-Österreichische Volksbanken AG (ĠU L 168, 20.6.2013, p. 30).
(7) Il-Verbund hija deskritta aktar fil-premessi 18 et seq.
(8) Ara l-premessi 13 u 14 tad-Deċiżjoni tal-2012.
(9) Ara l-premessi 24 u 25.
(10) Ara l-premessi 27 sa 30 u d-Deċiżjoni tal-2012 għal aktar dettalji.
(11) Id-defiċit ta' kapital huwa deskritt f'aktar dettall fi premessa 33.
(12) Għal dettalji, ara l-premessi 24 sa 29 tad-Deċiżjoni tal-2012.
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r- Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(14) Bankwesengesetz (“BWG”).
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali
(15) Ara l-premessa 45.
(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(17) Ara l-premessi 66 sa 71.
(18) Ara l-Premessa 82 tad-Deċiżjoni tal-2012.
(19) Ara l-Premessa 93 tad-Deċiżjoni tal-2012.
(20) Is-suppożizzjonijiet kollha rigward it-tkabbir ekonomiku u l-inflazzjoni huma meħuda mir-Rapport tal-Kummissjoni tar-Rebbiegħa tal-2015.
(21) Ara l-premessa 45.
(22) Il-Punt 11.2 tal-lista ta' impenji anness mad-Deċiżjoni tal-2012.
(23) Dawn il-miżuri huma deskritti aktar fi premessa 100.
(24) Ara l-premessa 115.
(25) Punt 9.3 tal-lista ta' impenji anness mad-Deċiżjoni tal-2012.
ANNESS
“ANNESS
LISTA TA' IMPENJI FIL-PROĊEDURA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT SA. 31883 ÖSTERREICHISCHE VOLKSBANKEN AG
PREAMBOLU
Permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2012, instab li l-Għajnuna mill-Istat SA. 31883 (2011/C) li l-Awstrija tat lil Österreichische Volksbanken AG (ÖVAG) kienet kompatibbli mas-suq intern.
Minħabba l-ħtieġa mill-ġdid ta' ristrutturar tas-settur tal-Volksbanken, din il-lista ta' impenji tfasslet b'kunsiderazzjoni tal-ewwel sett ta' impenji u l-pjan sottostanti ta' ristrutturar u ta' likwidazzjoni tal-ÖVAG (‘il-pjan ta' ristrutturar’). Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel sett ta' impenji annessi mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2012 għalhekk jieqfu milli jkollhom effett.
Il-pjan modifikat ta' ristrutturar ma jagħmel l-ebda dispożizzjoni għall-miżuri addizzjonali ta' appoġġ mill-Istat għall-ÖVAG. It-tnaqqis tal-kapital azzjonarju tal-ÖVAG inkluż is-sehem tar-Repubblika tal-Awstrija fl-ammont ta' 43,3 % (li jikkorrispondi għal bejn wieħed u ieħor EUR 250 miljun) u t-tnaqqis simultanju fil-kapital ta' parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Awstrija fl-ammont ta' EUR 300 miljun b' 96,65 % ma jikkostitwixxix għajnuna ġdida skont it-tifsira tal-Artikolu 1(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (1).
Ir-Repubblika tal-Awstrija qiegħda b'dan tipprovdi l-impenji li ġejjin li jikkonċernaw l-Österreichische Volksbanken-Aktiengesellschaft (‘ÖVAG’) u l-Volksbanken-Verbund, irrappreżentata minn Volksbank Wien-Baden AG (‘VBWB’) fil-kapaċità tagħha bħala organizzazzjoni ċentrali tal-Verbund, bil-għan li l-Kummissjoni Ewropea, b'deċiżjoni skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (‘TFUE’), tista' ssib li l-għajnuna mogħtija lill-ÖVAG hija kompatibbli mas-suq intern.
Dan it-test għandu jiġi interpretat fil-qafas ġenerali tal-liġi tal-UE u b'referenza għar-Regolament (KE) Nru 659/1999, kif ukoll b'kunsiderazzjoni għad-deċiżjoni li magħha l-impenji huma marbuta bħala impenji u/jew kundizzjonijiet u obbligi.
1. Ġenerali
1.1. Ir-Repubblika tal-Awstrija timpenja ruħha li tiżgura li r-ristrutturar għall-ÖVAG ippreżentat sal-aħħar ta' Ġunju 2015 huwa implimentat b'mod korrett u sħiħ.
1.2. Ir-Repubblika tal-Awstrija timpenja ruħha li tiżgura li l-impenji elenkati hawn taħt (‘l-impenji’) huma osservati bis-sħiħ waqt l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar.
1.3. Il-fażi tar-ristrutturar se tintemm fid-data tal-laqgħa ġenerali ta' VBWB li jiddeċiedi dwar il-kontijiet annwali għas-sena fiskali 2019, iżda sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2020. L-impenji li ġejjin japplikaw tul il-fażi ta' ristrutturar, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor.
2. Il-pjan ta' ristrutturar u ta' likwidazzjoni
2.1. Il-kapital azzjonarju tal-ÖVAG ta' EUR 577 328 623,46 (inkluż is-sehem tar-Repubblika tal-Awstrija fl-ammont ta' 43,3 %) se jitnaqqas għal EUR 19 335 951,23. Il-kapital ta' parteċipazzjoni tal-Istat fl-ammont ta' EUR 300 miljun se jitnaqqas bl-istess proporzjon, b' 96,65 %.
2.2. L-organizzazzjoni ċentrali u l-funzjoni tal-istituzzjoni ċentrali tal-ÖVAG se jiġu ttrasferiti b'mod retroattiv b'effett mill-31 ta' Diċembru 2014 bħala kumpanija ċedenti għal VBWB bħala kumpanija ċessjonarja soġġetta għall-eżistenza kontinwa ta' kumpanija ċedenti, bi skambju għall-ħruġ ta' ishma.
2.3. B'effett mill-4 ta' Lulju 2015, l-ÖVAG bil-qbil tal-awtorità ta' superviżjoni kompetenti (BĊE) se tirtira mill-Verbund, wara l-approvazzjoni superviżorja topera minn issa 'l quddiem bħala l-entità ta' stralċ skont it-taqsima 162 tal-Att Federali dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (Bundesgesetz über die Sanierung und Abwicklung von Banken — BaSAG) u bħala tali mhux se jibqa' jkollha liċenzja bankarja skont ir-Taqsima 1 tal-Att Bankarju (Bankwesengesetz, BWG) L-isem tal-entità fi stralċ se jinbidel għal ‘Immigon portfolioabbau ag’.
2.4. Abbażi li r-Repubblika Federali tkun fornitur ta' garanzija tal-assi għall-ammont ta' EUR 100 miljun, f'konformità mal-ftehim dwar il-garanzija tal-assi mill-15 ta' Marzu 2013 kif emendat mill-abbozz ta' ftehim mill-25 ta' Ġunju 2015 (‘il-ftehim tal-emenda tal-garanzija’) huwa permess fi kwalunkwe żmien bejn il-31 ta' Diċembru 2015 sa u inkluż il-jum tal-approvazzjoni tal-kontijiet annwali tal-ÖVAG għas-sena finanzjarja 2017.
2.5. Kundizzjonijiet għal teħid ta' eventwali tal-garanzija tal-assi huma jew in-nuqqas tal-ġbir tal-assi parzjali inkella kollha kemm huma jew l-insolvenza formali tad-debitur barra mill-ħtieġa tal-pagament mill-garanzija biex jiġi evitat dejn żejjed tal-ÖVAG skont il-liġi tal-insolvenza u soġġetta għall-kundizzjonijiet l-oħra applikabbli kollha fil-ftehim tal-emenda tal-garanzija. Id-data ta' referenza għall-evalwazzjoni tal-pretensjonijiet iggarantiti fil-grupp skont l-Anness 1 għall-ftehim tal-garanzija mill-15 ta' Marzu 2013 kif emendat mill-ftehim tal-emenda tal-garanzija hija l-31 ta' Diċembru 2015. L-ebda pretensjoni oħra mill-garanzija ma hija se tiġi aċċettata wara din id-data.
2.6. L-għan tal-pjan ta' likwidazzjoni tal-ÖVAG huwa li jiġu llikwidati l-assi kollha bis-sħiħ sal-31 ta' Diċembru 2017. Mill-pjan ta' likwidazzjoni tal-ÖVAG jirriżulta wkoll li se jibqa' valur residwu pożittiv. Bħala kumpens parzjali għat-tnaqqis fil-kapital azzjonarju miżmum mir-Repubblika tal-Awstrija, f'ÖVAG, il-Verbund u l-Volksbanken Holding eGen se jassenjaw il-pretensjonijiet tagħhom għar-rikavati mil-likwidazzjoni tal-ÖVAG lir-Repubblika. Barra minn hekk, il-Verbund ta l-aħjar impenn biex l-azzjonisti l-oħra tal-ÖVAG jassenjaw ukoll il-pretensjonijiet tagħhom lir-Repubblika tal-Awstrija.
3. Il-bejgħ tal-holdings tal-ÖVAG
Fl-implimentazzjoni tal-abbozz ipprovdut tal-ftehim tar-ristrutturar mar-Repubblika tal-Awstrija tat-23 ta' Ġunju 2015 (‘il-ftehim dwar ir-ristrutturar’), l-ÖVAG se tbigħ l-ishma kollha f'RZB kompletament (‘iffirmar’) sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017.
4. Il-miżuri mir-RZB
L-Awstrija timpenja ruħha li l-miżuri ppjanati minn Raiffeisen Zentralbank Österreich AG (RZB) għat-tnaqqis tal-kapital tal-ekwità tal-ÖVAG kif stabbilit fil-ftehim ta' ristrutturar tas-26 ta' April 2012 b'ammont residwu kurrenti ta' EUR [0-20] miljun se jiġu implimentati permezz ta' […].
5. Distribuzzjoni tal-profitti futuri mill-Verbund
5.1. Id-distribuzzjonijiet tal-profitti minn entitajiet ikkonsolidati fl-assoċjazzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu (Kreditinstituteverbund) tal-Volksbanken skont it-Taqsim 30a(1) BWG, kif emendat, għal persuni (fiżiċi jew legali) terzi, fil-prinċipju, se jkun ammissibbli biss jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 5.2 sa 5.6 ta' dan il-ftehim jiġu ssodisfati.
5.2. L-eżerċizzju tad-dritt għall-parteċipazzjoni fi profitt tar-Repubblika tal-Awstrija se jsir bi qbil mal-ftehim għar-ristrutturar; b'mod partikolari, in-nuqqas ta' osservanza tal-livelli limiti stabbiliti fih se jagħti d-dritt lir-Repubblika tal-Awstrija li tneħħi l-ishma f'VBWB trasferiti lilha skont il-ftehim għar-ristrutturar.
5.3. L-eżerċizzju tad-dritt għall-parteċipazzjoni fi profitt tar-Repubblika tal-Awstrija skont il-ftehim għar-ristrutturar se jsir preferibbilment f'mill-inqas l-ammont tad-distribuzzjoni.
5.4. L-ammont totali tad-distribuzzjonijiet kollha se jkun limitat għal EUR [5-8] miljun kull sena.
5.5. Ir-Repubblika tal-Awstrija ser tirċievi pagament ta' kumpens indipendentement mill-punt 5.3 fl-ammont tad-distribuzzjoni. It-tqassim ta' profitti fuq fondi proprji magħżula wara d-29 ta' Ġunju 2015 biex jissaħħaħ u jiġi megħjun l-irkupru tal-Verbund mhux se jagħti lok għal pagament ta' kumpens lir-Repubblika tal-Awstrija.
5.6. Il-Verbund se żżid il-kapital tal-Grad 1 ta' ekwità komuni estern ġdid (nett, wara t-tnaqqis tar-ripagamenti) b'mill-inqas ammont li jikkorrispondi għal somma annwali tad-distribuzzjonijiet u l-pagamenti ta' kumpens (kumpens għal qligħ imfaddal).
6. Il-projbizzjoni tad-dividendi tal-ÖVAG
L-ÖVAG mhux se tħallas dividendi fil-perjodu sa tmiem il-likwidazzjoni. Sa fejn dawn ikunu legalment separati, il-pagamenti għar-remunerazzjoni tal-miżuri tal-għajnuna se jibqgħu mhux affettwati.
7. Il-Projbizzjoni fuq il-ġestjoni tal-prezzijiet
Fil-qasam tas-servizzi ta' depożitu, il-Live Bank għandu projbizzjoni fil-perjodu sa tmiem il-perjodu tal-likwidazzjoni milli joffri kundizzjonijiet tar-rati ta' imgħax (għall-maturitajiet kollha) aħjar mill-kompetitur tiegħu bit-tielet l-aħjar kundizzjonijiet fis-suq Awstrijak għas-servizz bankarju online dirett mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.
8. Rappreżentanza tar-Repubblika tal-Awstrija fil-Volksbank Wien-Baden AG fil-kapaċità tagħha bħala organizzazzjoni ċentrali tal-Verbund
8.1. B'effett mill-qsim tal-ÖVAG u t-trasferiment tal-funzjoni bħala organizzazzjoni ċentrali tal-Verbund għal VBWB ir-Repubblika tal-Awstrija se tkun ittrasferit lil din sehem ta' 25 % u sehem wieħed (‘25 % + 1’) mingħajr ħlas mill-Verbund.
8.2. Jekk il-Verbund tonqos milli twettaq l-impenji tagħha ta' ripagament skont il-punt 9.3, ir-Repubblika tal-Awstrija tkun ittrasferit lilha ishma addizzjonali f'VBWB mingħajr ħlas mill-Verbund sa sehem totali tal-Awstrija ta' [26-40] %. Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Awstrija se tirċievi d-dritt ta' disponiment fuq l-ishma tagħha kollha f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tar-ristrutturar.
8.3. Ir-Repubblika tal-Awstrija se tingħata dritt ta' rappreżentanza mill-Verbund li nofs il-membri tal-bord superviżorju tal-VBWB jinħatru mis-sidien.
9. Ir-rimunerazzjoni tal-miżuri tal-għajnuna
9.1. Il-garanzija tal-assi ta' EUR 100 miljun mogħtija mir-Repubblika tal-Awstrija lill-ÖVAG se tiġi rimunerata b'bonus mhux relatat mal-profitt ta' 10 % kull sena.
9.2. Il-VBWB tagħti lir-Repubblika tal-Awstrija dritt għall-parteċipazzjoni fi profitt bħala kumpens għat-tnaqqis fil-kuntest tal-ftehim għar-ristrutturazzjoni fil-kapital ta' parteċipazzjoni tal-Istat ta' EUR 300 miljun fl-ÖVAG matul il-proċess tal-qsim. Mill-pagament kollu li jsir fuq id-dritt għall-parteċipazzjoni fi profitt se titnaqqas kull parteċipazzjoni kapitali miżmuma mill-Istat li tinżamm matul il-proċess tal-qsim u titħallas debitament lura.
9.3. Il-pagament fuq id-dritt għall-parteċipazzjoni fi profitt għandu jilħaq mill-inqas EUR [0-50] miljun minn meta jiġu approvati l-[…] kontijiet annwali ta' VBWB u mill-inqas EUR [0-100] miljun sal-approvazzjoni tal-[…] kontijiet annwali ta' VBWB. F'każ li wieħed minn dawn iż-żewġ livelli limiti ma jintlaħqux, għandu jiġu notifikat pjan ta' ristrutturar ġdid. Għandu jiġi nnutat li l-ftehim ta' ristrutturar jipprovdi għal livell limitu ta' pagament ta' mill-inqas EUR [0-200] miljun fil-mument tal-approvazzjoni tal-[…] kontijiet annwali ta' VBWB u għal pagament komplet sad-data tal-approvazzjoni tal-kontijiet annwali [2020-2025] ta' VBWB.
10. L-obbligi oħra ta' imġiba
10.1. L-ÖVAG u il-Verbund jimpenjaw ruħhom biex joqogħdu lura minn akkwiżizzjonijiet. Dan japplika kemm għax-xiri ta' kumpaniji bl-istruttura legali tagħhom stess, u għall-ishma fil-kumpaniji, kif ukoll għal bundles tal-assi li jirrappreżentaw tranżazzjoni kummerċjali jew fergħa ta' attività. Dan ma japplikax għall-akkwiżizzjonijiet li jridu jsiru sabiex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja u/jew relatat mal-assoċjazzjoni, jew fl-interessi ta' kompetizzjoni effettiva, sakemm dawn ikunu ġew approvati minn qabel mill-Kummissjoni. Dan lanqas ma japplika għall-akkwiżizzjonijiet li huma parti min-negozju kontinwu normali ta' kuljum tal-bank, f'dik li hija l-ġestjoni tal-obbligi eżistenti tal-klijenti f'diffikultà finanzjarja.
10.2. L-ÖVAG u l-Verbund ma tridx tuża l-għoti tal-miżuri ta' għajnuna jew kull vantaġġ li jirriżulta minnhom għal finijiet ta' reklamar.
10.3. L-ÖVAG u l-Verbund iridu jivverifikaw li l-effett ta' inċentiv u l-adegwatezza tas-sistemi tar-rimunerazzjoni tagħhom huma orjentati lejn objettivi tal-kumpanija sostenibbli fit-tul u huma trasparenti, billi jiżguraw il-possibbiltajiet skont il-liġi ċivili, li dawn ma jirriżultawx fi skopertura għar-riskji bla bżonn.
10.4. Il-Verbund se tkompli l-espansjoni tal-operazzjonijiet tagħha ta' monitoraġġ tar-riskju u twettiq ta' politika kummerċjali li hija prudenti, b'saħħitha u orjentata lejn is-sostenibbiltà.
11. Il-fiduċjarju tal-monitoraġġ
11.1. Ir-Repubblika tal-Awstrija se tiżgura li l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-pjan ta' ristrutturar tal-ÖVAG u l-Verbund u l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-impenji kollha f'dan id-dokument ta' impenji se jiġu mmonitorjati kontinwament minn fiduċjarju tal-monitoraġġ indipendenti u kkwalifikat biżżejjed, li huwa obbligat iżomm il-kunfidenzjalità.
11.2. Il-ħatra, il-kompiti, l-obbligi u l-kwittanza tal-fiduċjarji tal-monitoraġġ iridu jsegwu l-proċeduri stabbiliti fl-Anness ‘Fiduċjarju’.
11.3. Ir-Repubblika tal-Awstrija se tiżgura li fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jew il-fiduċjarju jkollhom aċċess mhux ristrett għall-informazzjoni kollha li hija meħtieġa għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni jew il-fiduċjarju jistgħu jitolbu lill-ÖVAG u l-Verbund għal spjegazzjonijiet u kjarifiki. Ir-Repubblika tal-Awstrija, l-ÖVAG u l-Verbund se jikkooperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni u mal-fiduċjarju tal-monitoraġġ fir-rigward tal-mistoqsijiet kollha assoċjati mal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.”
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
|
10.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/152 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/154
tat-22 ta' Lulju 2015
dwar l-għajnuna mill-Istat SA.13869 (C 68/2002) (ex NN 80/2002) Riklassifikazzjoni f'kapital tar-riżervi kontabbli b'eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tan-Netwerk ta' Provvista Ġenerali implimentata minn Franza favur EDF
(notifikata bid-dokument C(2015) 4959)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2), tiegħu (1),
wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont l-imsemmi Artikolu (2),
u wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet tagħhom,
Billi:
|
(1) |
B'deċiżjoni tas-16 ta' Ottubru 2002, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) dwar il-vantaġġ li rriżulta min-nuqqas ta' ħlas tat-taxxa fuq il-kumpaniji dovuta mill-Istabbiliment Pubbliku Industrijali u Kummerċjali “Electricité de France (E.D.F.), Service National” (“EDF”, li saret il-kumpanija b'responsabbiltà limitata Electricité de France SA lejn l-aħħar tal-2004), matul ir-ristrutturar tal-karta bilanċjali tagħha fl-1997, fuq parti mir-riżervi kontabbli b'eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tan-Netwerk ta' Provvista Ġenerali (“RAG”) u kklassifikati mill-ġdid bħala kapital. |
|
(2) |
Fil-kummenti tagħhom mibgħuta lill-Kummissjoni permezz tal-ittra tal-11 ta' Diċembru 2002, l-awtoritajiet Franċiżi ċaħdu li EDF kienet irċeviet benefiċċju ta' taxxa u ssostni b'mod partikolari li l-għoti ta' kapital addizzjonali kien qiegħed jaġġusta kapital baxx u għalhekk kien iġġustifikat. |
|
(3) |
Permezz tal-ittra tal-21 ta' Jannar 2003, il-Kummissjoni bagħtet lil Franza l-uniċi osservazzjonijiet li rċeviet mingħand parti interessata, u stednitha tissottometti l-kummenti tagħha. Franza ma ssottomettiet l-ebda kumment dwar dawn l-osservazzjonijiet. |
|
(4) |
Fit-12 ta' Frar 2003, saret laqgħa teknika bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Franċiżi, segwita minn talba ta' informazzjoni mingħand il-Kummissjoni fl-4 ta' Lulju 2003. |
|
(5) |
Fil-11 ta' Novembru 2003, Franza bagħtet informazzjoni ġdida. Fis-17 ta' Novembru 2003, ġiet organizzata laqgħa teknika oħra bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi u xi rappreżentanti ta' EDF. L-awtoritajiet Franċiżi pprovdew informazzjoni supplimentari fl-20 ta' Novembru 2003. |
|
(6) |
Permezz tad-deċiżjoni tas-16 ta' Diċembru 2003 (3), il-Kummissjoni ddikjarat il-miżura ta' għajnuna li minnha kienet ibbenefikat EDF inkompatibbli mas-suq intern u talbet l-irkupru ta' din l-għajnuna flimkien mal-imgħax. L-għajnuna tħallset lura fi Frar 2004. |
|
(7) |
B'sentenza tal-15 ta' Diċembru 2009, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni (4). Franza ħallset lura lil EDF l-ammont tal-għajnuna li kien tħallas lura fl-2004. |
|
(8) |
Bis-sentenza tagħha tal-5 ta' Ġunju 2012, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell ippreżentat mill-Kummissjoni kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (5). |
|
(9) |
Permezz tad-deċiżjoni tat-2 ta' Mejju 2013, il-Kummissjoni estendiet il-proċedura ta' investigazzjoni formali (“id-deċiżjoni ta' estensjoni”) (6). |
|
(10) |
L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-kummenti tagħhom lill-Kummissjoni fl-1 ta' Lulju 2013. |
|
(11) |
Permezz tal-ittra tat-13 ta' Awwissu 2013, il-Kummissjoni bagħtet lil Franza l-osservazzjonijiet tad-29 ta' Lulju 2013 mingħand parti interessata waħda biss, jiġifieri EDF, u talbitha tagħti l-kummenti tagħha. Fil-11 ta' Ottubru 2013, Franza ssottomettiet il-kummenti tagħha dwar l-osservazzjonijiet ta' EDF. |
|
(12) |
Fit-18 ta' Ottubru 2013, EDF bagħtet lill-Kummissjoni studju mħejji minn konsulent (Oxera) u li jġib id-data tal-15 ta' Ottubru 2013. Fit-22 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni bagħtet dan l-istudju lil Franza u stednitha tressaq il-kummenti tagħha. Din l-istedina kienet madankollu soġġetta għall-kundizzjoni li l-istudju kien intbagħat iktar minn xahrejn u nofs wara l-iskadenza stabbilita mid-deċiżjoni ta' estensjoni u, min-naħa l-oħra, li l-istudju kien sar wara d-deċiżjoni ta' investiment f'EDF li għamlet Franza. Fis-6 ta' Novembru 2013, Franza ppreżentat il-kummenti tagħha dwar l-istudju. |
|
(13) |
Fl-14 ta' Novembru 2013 saret laqgħa ben il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Franċiżi. Fil-15 ta' Novembru 2013, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni u kjarifiki dwar il-kummenti ta' Franza, li ntbagħtu fit-23 ta' Diċembru 2013. |
|
(14) |
Fit-22 ta' Novembru 2013, EDF bagħtet lill-Kummissjoni opinjoni legali mitluba minn EDF li tissupplimenta u tappoġġja l-osservazzjonijiet tagħha tad-29 ta' Lulju 2013. |
|
(15) |
Fuq talba ta' EDF, fit-12 ta' Marzu 2014 saret laqgħa mal-Kummissjoni fil-preżenza tal-awtoritajiet Franċiżi. |
|
(16) |
Fit-13 ta' Mejju 2014, il-Kummissjoni talbet lil Franza tipprovdi kummenti relatati mal-opinjoni legali mibgħuta minn EDF kif ukoll xi kjarifiki u informazzjoni ulterjuri, li hija pprovdiet permezz tal-ittra tad-19 ta' Ġunju 2014. |
1. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
1.1. IL-BENEFIĊJARJU: EDF, L-IŻVILUPP TAL-ISTATUS U TAL-KAPITAL TAGĦHA
|
(17) |
EDF inħolqot permezz tal-Liġi Nru 46-628 tat-8 ta' April 1946 minħabba n-nazzjonalizzazzjoni tal-elettriku u tal-gass (“il-Liġi Nru 46-628”) li, skont l-ewwel Artikolu tagħha, innazzjonalizzat il-produzzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-elettriku fi Franza. Din il-liġi fdat il-ġestjoni tal-kumpaniji nazzjonalizzati tal-elettriku f'idejn stabbiliment pubbliku nazzjonali ta' natura industrijali u kummerċjali msejjaħ “Electricité de France (E.D.F.), Service National”. |
|
(18) |
L-Artikolu 16 tal-Liġi Nru 46-628 kien jipprovdi li l-bilanċ nett tal-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligi trasferiti lil EDF kien jikkostitwixxi l-kapital tagħha, kien proprjetà tal-pajjiż, ma kienx trasferibbli u, f'każ ta' telf operatorju, kellu jkun rikostitwit fuq ir-riżultati tas-snin finanzjarji sussegwenti. Skont l-Artikolu 1 tad-Digriet Nru 56-493 tal-14 ta' Mejju 1956 dwar l-injezzjonijiet ta' kapital lil EDF, dawn tal-aħħar kienu soġġetti għar-regoli stabbiliti mill-Artikolu 16 tal-Liġi msemmija. Skont l-Artikolu 2 tal-istess digriet, dawn l-injezzjonijiet iwasslu għall-għoti ta' imgħax u dividend lill-Istat. |
|
(19) |
Skont il-Liġi Nru 46-628, sa mill-ħolqien tagħha u anki fl-1997, EDF kienet stabbiliment pubbliku nazzjonali ta' natura industrijali u kummerċjali, mhux irregolat mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kumpaniji b'responsabbiltà limitata. Stabbiliment pubbliku ta' natura industrijali u kummerċjali ma għandux kapital azzjonarju, għall-kuntrarju ta' kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata, li tkun proprjetà tal-azzjonisti tagħha (7). Minkejja t-termini “kapital” u “injezzjoni ta' kapital” użati fit-testi rilevanti, EDF ma kellhiex kapital azzjonarju minħabba l-istatus tagħha ta' persuna ġuridika rregolata bil-liġi pubblika. Il-Liġi Nru 2004-803 tad-9 ta' Awwissu 2004 dwar is-servizz pubbliku tal-elettriku u tal-gass u l-kumpaniji tal-elettriku u tal-gass (“il-Liġi Nru 2004-803”) kienet tipprovdi bidla futura f'dan l-istatus. Fl-Artikolu 24 tagħha, il-Liġi Nru 2004-803 stipulat li EDF, li tagħha l-Istat kellu jżomm iktar minn 70 % tal-kapital, kellha tkun irregolata mil-liġijiet applikabbli għall-kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata diment li ma jkunx hemm dispożizzjonijiet legali kuntrarji. L-Artikolu 47 ta' din il-liġi kien jipprovdi wkoll it-trasformazzjoni sussegwenti tal-istabbiliment pubbliku EDF f'kumpanija b'responsabbiltà limitata, soġġetta għall-pubblikazzjoni ta' digriet dwar l-istatus il-ġdid tagħha. L-Artikolu 46 kien jiddikjara li l-bilanċ tal-kumpanija EDF fil-31 ta' Diċembru 2004 għandu jkun stabbilit skont il-karta tal-bilanċ tal-31 ta' Diċembru 2003 u r-rapport tal-introjtu għall-2004 tal-istabbiliment pubbliku EDF. |
|
(20) |
It-trasformazzjoni ta' EDF f'kumpanija b'responsabbiltà limitata saret effettiva bl-applikazzjoni tad-Digriet Nru 2004-1224 tas-17 ta' Novembru 2004 dwar l-istatuti tal-kumpanija b'responsabbiltà limitata Electricité de France. L-istatuti annessi għad-digriet jipprovdu li minn dakinhar 'il quddiem EDF kellha tkun kumpanija b'responsabbiltà limitata rregolata mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli għall-kumpaniji kummerċjali, fosthom il-Kodiċi tal-Kummerċ, diment li ma jkunx derogat minn dispożizzjonijiet iktar speċifiċi inklużi l-istess statuti. |
|
(21) |
L-Artikolu 6 tal-istatuti ta' EDF jipprovdi li l-kapital azzjonarju tal-kumpanija, oriġinarjament miżmum kollu mill-Istat, kien stabbilit għas-somma ta' EUR 8,129 biljun, maqsum f'1 625 800 000 sehem ta' EUR 5 kull wieħed. Il-kapital azzjonarju tal-kumpanija l-ġdida b'responsabbiltà limitata EDF ġie stabbilit f'Novembru 2004 fl-istess ammont tal-kapital u l-injezzjonijiet ta' kapital tal-istabbiliment pubbliku ekonomiku u kummerċjali EDF akkumulati sa dakinhar, jiġifieri EUR 8,1 biljun. Dan l-ammont ta' kapital u ta' injezzjonijiet ta' kapital kien intlaħaq b'applikazzjoni tal-Liġi Nru 97-1026 tal-10 ta' Novembru 1997 dwar diversi miżuri ekonomiċi u kummerċjali (“il-Liġi Nru 97-1026”) u ma nbidilx mill-1997. |
|
(22) |
Kif stipulat fil-Liġi 2004-803 u l-istatuti ta' EDF, fi kwalunkwe ħin, l-Istat kellu — u għandu — jżomm iktar minn 70 % tal-kapital tal-kumpanija. F'Novembru 2005, ġew offruti ishma ġodda ta' EDF ammessi għall-elenkar fuq Euronext bi prezz miftuħ (“OPO”), biex b'hekk il-kapital ta' EDF infetaħ għal azzjonisti oħrajn minbarra l-Istat. |
1.2. IL-ĦOLQIEN TA' RIŻERVI KONTABBLI GĦAT-TIĠDID TAN-NETWERK TA' PROVVISTA ĠENERALI
|
(23) |
Skont l-Artikolu 36 tagħha, il-Liġi Nru 46-628 ittrasferiet lil EDF il-konċessjonijiet kollha nazzjonalizzati tal-elettriku. Għal dawn il-konċessjonijiet, skont l-Artikolu 37 tal-Liġi, il-konċessjonarju huwa obbligat jirrispetta speċifikazzjonijiet standard. Id-diversi konċessjonijiet ta' trasport tal-elettriku trasferiti b'dan il-mod mill-Istat lil EDF ġew unifikati fl-1958 f'konċessjoni waħdanija msejħa netwerk ta' provvista ġenerali (réseau d'alimentation générale — RAG). |
|
(24) |
Fin-nuqqas ta' regoli speċifiċi tal-kontabilità għall-konċessjonijiet, mill-1946, EDF ikkunsidrat li hija kienet il-proprjetarja tal-beni li jiffurmaw parti mill-RAG u rreġistrat dawn il-beni fl-assi tal-karta tal-bilanċ tagħha. Skont l-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjonijiet approvati mid-Digriet Nru 56-1225 tat-28 ta' Novembru 1956, EDF hija meħtiega twettaq bi spejjeż propji x-xogħlijiet kollha ta' manutenzjoni u ta' tiġdid meħtieġa biex iżżomm l-istrutturi tal-konċessjoni f'kundizzjoni tajba. |
|
(25) |
Fl-1987, wara emenda fl-1982 tal-pjan ta' kontabilità ġenerali li jipprovdi regoli speċifiċi għall-beni li jridu jintraddu lura lill-Istat fi tmiem il-konċessjoni, EDF biddlet il-prattika tal-kontabilità tagħha għall-assi tal-RAG li sa dakinhar kienu meqjusa bħala beni proprji u kklassifikat dawn l-assi fl-entrata tal-karta bilanċjali “Beni taħt konċessjoni”. Għal dawn l-assi EDF applikat ir-regoli ta' kontabilità speċjali stabbiliti fi Franza għall-beni taħt konċessjoni li jridu jintraddu lura lill-Istat fi tmiem il-konċessjoni, u ħolqot riżervi b'eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tal-RAG. |
|
(26) |
F'rapport tal-1994 (8), il-Qorti tal-Awdituri kkunsidrat li, fil-preżenza ta' konċessjonarju uniku u permanenti tal-Istat, stabbilit bil-liġi, bħal EDF, kien diffiċli li wieħed jikkunsidra li l-beni li jikkostitwixxu l-RAG kellhom jintraddu lura lill-Istat fi tmiem il-konċessjoni, għall-kuntrarju tal-beni proprji tal-RAG li jappartjenu lil EDF. Fi kliem ieħor, minħabba li l-bidla fil-kontijiet li EDF introduċiet fl-1987 kienet tfisser il-ħolqien ta' riżervi b'eżenzjoni mit-taxxa, din mhijiex iġġustifikata għall-Qorti tal-Awdituri. Fi ftit żmien bdiet ħidma ta' regolarizzazzjoni tas-sitwazzjoni ta' EDF bejn il-kumpanija u l-awtoritajiet superviżorji. |
|
(27) |
Fl-1997, EDF kellha fil-kontijiet tagħha żewġ tipi ta' riżervi b'eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tal-RAG: ir-riżervi li kienu għadhom ma ntużawx u li kienu jammontaw għal FRF 38,5 biljun u d-drittijiet tal-konċessjonant, li jikkorrispondu għall-operazzjonijiet ta' tiġdid diġà effettwati, u li jammontaw għal FRF 18,345 biljun. |
1.3. IR-RIKLASSIFIKAZZJONI TAR-RIŻERVI KONTABBLI
|
(28) |
Il-Liġi Nru 97-1026 iċċarat l-istatus tal-beni li jikkostitiwixxu l-RAG. Fl-Artikolu 4 tagħha, din il-Liġi tipprovdi:
|
|
(29) |
Ir-rikors għal-liġi kien meħtieġ għal kull eżerċizzju li jikkonċerna l-kapital ta' EDF. Fil-fatt, fil-verżjoni fis-seħħ tagħha fl-1997, l-Artikolu 16 tal-Liġi Nru 46-628 kien jipprovdi li l-kapital ta' EDF ma kienx trasferibbli u kien proprjetà tal-poplu. Għalhekk, l-injezzjonijiet ta' kapital ta' EDF li jirriżultaw mir-riklassifikazzjoni tar-riżervi għat-tiġdid tal-RAG kienu jaqgħu taħt il-liġi tad-dritt Franċiż. |
|
(30) |
Il-Liġi Nru 97-1026 tistabbilixxi l-proprjetà tal-assi tal-RAG. Għaldaqstant il-karta tal-bilanċ ta' EDF ġiet riorganizzata bil-Liġi Nru 97-1026. Ir-riżervi magħmula minn EDF bejn l-1987 u l-1996 għat-tiġdid tal-RAG bl-għan li dawn l-assi jintraddu lura lill-Istat, kemm jekk użati kif ukoll jekk le, kienu irrilevanti jekk il-beni tal-RAG kienu meqjusa proprjetà ta' EDF. |
|
(31) |
Ittra tal-Ministru tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tal-Industrija, tas-Segretarju tal-Istat għall-Baġit u tas-Segretarju tal-Istat għall-Industrija, indirizzata lil EDF fit-22 ta' Diċembru 1997 (minn hawn 'il quddiem “l-ittra tal-Ministru tal-Ekonomija”), tispjega fl-Anness 1 tagħha r-ristrutturar tal-karta bilanċjali ta' EDF, skont l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 97-1026:
|
|
(32) |
Bħala parti mir-riorganizzazzjoni tal-karta bilanċjali ta' EDF, l-awtoritajiet Franċiżi segwew il-parir Nru 97-06 tat-18 ta' Ġunju 1997 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kontabilità, dwar il-bidliet fil-metodi tal-kontabilità, bidliet fl-estimi, bidliet fl-għażliet ta' taxxa u korrezzjonijiet ta' żbalji (“il-parir tal-Kunsill nazzjonali tal-kontabilità”), li jistabbilixxi li l-korrezzjonijiet ta' żbalji tal-kontabilità li, min-natura tagħhom stess, jirrigwardaw il-kontabilità ta' tranżazzjonijiet passati, “huma rikonoxxuti fid-dikjarazzjoni tad-dħul tas-sena finanzjarja li matulha jkunu nstabu”. |
|
(33) |
Skont il-Liġi Nru 97-1026 u l-ittra tal-Ministru tal-Ekonomija, id-differenzjali tar-rivalutazzjoni ġew trasferiti fl-intestatura “Kapital proprju” ħielsa mit-taxxa, peress li kienu jikkorrispondu għal gwadanji ta' rivalutazzjoni magħmulin b'eżenzjoni mit-taxxa jew taħt skema ta' newtralità fiskali wara l-liġijiet ta' rivalutazzjoni tal-1959 u tal-1976. |
1.4. L-IMPATT FISKALI TAR-RIKLASSIFIKAZZJONI TAR-RIŻERVI KONTABBLI
|
(34) |
L-Anness 3 tal-ittra tal-Ministru tal-Ekonomija jistabbilixxi wkoll il-konsegwenzi fiskali tar-riorganizzazzjoni tal-karta bilanċjali ta' EDF. Ġiet osservata varjazzjoni tal-assi netti bir-riklassifikazzjoni tar-riżervi mhux użati għat-tiġdid, li jammontaw għal FRF 38,5 biljun, fir-riport mill-ġdid, u soġġetta għat-taxxa fuq il-kumpaniji bir-rata ta' 41,66 % applikabbli fl-1997. Għalhekk, ir-riżervi li mhux użati u li kienu jammontaw għal FRF 38,5 biljun ġew intaxxati normalment mill-awtoritajiet Franċiżi. Madankollu, il-parti tar-riżervi magħmula wkoll b'eżenzjoni mit-taxxa u kkonsolidata bħala injezzjoni ta' kapital li tikkorrispondi għad-drittijiet tal-konċedent, ma ġietx intaxxata. |
|
(35) |
Nota mid-Direttorat Ġenerali tat-Taxxi tad-9 ta' April 2002, mibgħuta lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Franċiżi, tindika li “id-drittijiet tal-konċedent relatati mal-RAG jirrappreżentaw dejn mhux dovut li l-inkorporazzjoni fil-kapital ħelset mit-taxxa b'mod mhux iġġustifikat” u li “din ir-riżerva, qabel ġiet inkorporata fil-kapital, kellha tiġi trasferita mill-passiv tal-istituzzjoni fejn ma kellhiex tidher f'kont ta' pożizzjoni netta li jwassal għal varjazzjoni pożittiva tal-assi netti taxxabbli skont l-Artikolu 38-2” tal-Kodiċi ġenerali tat-Taxxa. Huma jinnotaw li “il-vantaġġ f'taxxi li rriżulta b'dan il-mod [fl-1997 minn EDF] jista' jkun stmat għal F 5,88 biljun (14,119 × 41,66 %)”. |
2. ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ
|
(36) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ħolqien irregolari ta' riżervi addizzjonali għat-tiġdid tal-RAG matul il-perjodu 1987-1996 kien iffavorixxa lil EDF skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Dan l-eżerċizzju kien taha vantaġġ ekonomiku selettiv minħabba d-differenza bejn il-valur kapitalizzat tat-taxxa fuq il-kumpaniji mhux imħallsa fuq ir-riżervi matul l-istess perjodu u l-ammont tat-taxxa fuq il-kumpaniji mħallas minn EDF fl-1997, wara d-dħul fis-seħħ tal-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 97-1026. |
|
(37) |
Minkejja l-fatt li fi Franza EDF kienet twettaq attivitajiet fuq għadd ta' swieq soġġetti għal drittijiet ta' monopolju qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) li lliberalizzat is-settur tal-elettriku, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżuri ta' għajnuna inkwistjoni favur EDF kienu fixklu jew heddu li jfixklu l-kompetizzjoni u affettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Dan kien jirriżulta b'mod partikolari mill-fatt li, minkejja d-drittijiet esklussivi li kienet tgawdi minnhom EDF fit-twettiq ta' ċerti attivitajiet fi Franza, kien hemm xorta ċertu grad ta' kummerċ bejn l-Istati Membri f'dawn is-swieq. Barra minn hekk, kienet teżisti kompetizzjoni ħielsa fis-swieq relatati fejn EDF kienet diġà iddiversifikat l-attivitajiet tagħha lil hinn mill-ambitu tad-drittijiet esklussivi tagħha, kemm mil-lat ġeografiku kif ukoll mil-lat settorjali. Dawn l-effetti kienu diġà preżenti ferm qabel il-liberalizzazzjoni tas-settur tal-elettriku. |
|
(38) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li din kienet għajnuna ġdida li, f'dan l-istadju, ma kinitx tippermetti li jiġi kkunsidrat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(2) u (3) tat-TFUE, kienu ssodisfati. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux invokaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE. |
3. IL-KUMMENTI TA' PARTI TERZA INTERESSATA
|
(39) |
Permezz tal-ittra tas-6 ta' Jannar 2003, l-Unjoni Nazzjonali tal-Produtturi Indipendenti tal-Elettriku Termali (Syndicat National des Producteurs Indépendants d'Electricité Thermique — SNPIET) issottomettiet kummenti lill-Kummissjoni bħala parti mill-proċedura ta' investigazzjoni formali. Skont dawn il-kummenti, f'dak li jirrigwarda n-nuqqas ta' ħlas tat-taxxa fuq il-kumpaniji fl-1997, fuq parti mir-riżervi b'eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tal-RAG, EDF ma rrispettatx, fl-attivitajiet tagħha, ir-regoli applikabbli għall-kumpaniji industrijali u kummerċjali, għall-kuntrarju tar-rekwiżiti tal-Liġi Nru 46-628 tat-8 ta' April 1946. |
4. IL-KUMMENTI TA' FRANZA FUQ ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(40) |
L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-kummenti tagħhom lill-Kummissjoni permezz tal-ittra tal-11 ta' Diċembru 2002. Huma jikkontestaw il-karattru ta' għajnuna mill-Istat tan-nuqqas ta' ħlas, fl-1997, tat-taxxa fuq il-kumpanija fuq parti mir-riżervi kontabbli b'eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tal-RAG. |
|
(41) |
L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jikkontestaw l-ammont tar-riżervi għat-tiġdid tal-RAG invokat mill-Kummissjoni. Imbagħad l-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw li, anki fin-nuqqas ta' riżervi għat-tiġdid tal-RAG, EDF ma kinitx tkun kapaċi tħallas it-taxxa fuq il-kumpaniji mill-1987 sal-1996 minħabba d-differimenti tat-taxxa b'telf qawwi. Barra minn hekk, billi l-Istat huwa kemm proprjetarju ta' EDF u l-awtorità li kkonċediet l-RAG, l-awtoritajiet Franċiżi kkunsidraw li d-drittijiet tal-konċedent ma kinux jikkostitwixxu dejn realment pendenti għall-Istat. Għaldaqstant, meta sar ir-ristrutturar tal-karta bilanċjali fl-1997, huma assenjaw dawn id-drittijiet tal-konċedent lill-ekwità ta' EDF sabiex jikkoreġu s-sottokapitalizzazzjoni tagħha, iżda mingħajr ma ssottomettewhom għat-taxxa fuq il-kumpaniji. |
|
(42) |
L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li r-ristrutturar tal-kontabilità li sar fl-1997 jista' jitqies bħala injezzjoni addizzjonali ta' kapital f'ammont ekwivalenti għall-eżenzjoni parzjali mit-taxxa, li l-għan tagħha wkoll kien li tikkoreġi s-sottokapitalizzazzjoni. EDF u l-Istat xtaqu jassenjaw il-kważi ekwità f'kapital, eskluża t-taxxa fuq il-kumpaniji. Kien ikun ikkunsidrat iktar effiċjenti u newtrali li jallokaw direttament l-ammont kollu tad-drittijiet tal-konċedent f'ekwità minflok iwettqu l-eżerċizzju ekwivalenti li kien jikkonsisti f'li jallokaw f'kapital ammont nett wara t-taxxa fuq il-kumpaniji, jitolbu l-ħlas minn EDF tat-taxxa fuq il-kumpaniji korrispondenti għall-varjazzjoni tal-assi netti, u finalment, jagħtu injezzjoni ta' kapital addizzjonali f'ammont ekwivalenti għat-taxxa mħallsa. |
|
(43) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li tali injezzjoni addizzjonali kienet iġġustifikata mill-prospetti ta' redditu offruti minn EDF fl-1997, li fil-fatt saru konkreti fis-snin sussegwenti. F'ċirkustanzi simili, skont l-awtoritajiet Franċiżi, investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq kien jagħmel din il-kontribuzzjoni ta' kapital. |
|
(44) |
L-awtoritajiet Franċiżi jiċħdu wkoll li l-kumpens lill-Istat naqas indebitament mill-1987 sal-1996 wara l-ħolqien tar-riżervi inkwistjoni. Huma jindikaw li, anki kieku r-riżultat nett kien ogħla, il-kumpens lill-Istat ma kienx ikun ogħla peress li, f'dan il-perjodu, il-livell tal-kumpens ma kienx jikkorrispondi għal perċentwal predefinit tal-introjtu nett tal-kumpanija. Dan il-livell kien stabbilit b'mod liberu mill-Istat f'valur assolut u seta' ma jiġix iffissat skont is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija. Barra minn hekk, dan il-kumpens ma kienx neċessarjament impost fuq il-qligħ nett ta' kull sena finanzjarja. F'din il-perspettiva u minħabba t-telf riportat ta' EDF, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li mill-1987 sal-1996 l-Istat finalment ġabar dividend li l-livell tiegħu qabeż b'mod konsiderevoli l-limiti stabbiliti fil-liġi dwar il-kumpaniji. |
|
(45) |
L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw, barra minn hekk, li anki jekk il-ħolqien tar-riżervi għat-tiġdid tal-RAG kien irriżulta f'benefiċċju, dan għandu jitqies ikkanċellat miż-żieda fit-taxxa fuq il-kumpaniji mħallsa fl-1997. Huma jqisu wkoll li matul il-perjodu 1987-1996, EDF ħallset b'kollox lill-Istat ammont ikbar mit-taxxa fuq il-kumpaniji li kien ikollha tħallas kumpanija kummerċjali, li ma kienx jikkostitwixxi riżervi għat-tiġdid tal-RAG u li kien jagħti lill-azzjonist tagħha dividend ugwali għal 37,5 % tad-dħul nett wara t-taxxa. |
|
(46) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li kieku kellha tiġi stabbilita l-eżistenza ta' benefiċċju inġust, dan ikun għajnuna eżistenti, u mhux għajnuna ġdida, minħabba l-preskrizzjoni ta' għaxar snin stabbilita mill-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill (10), u li tiddekorri mill-għoti tal-ewwel elementi ta' għajnuna. Peress li l-ewwel talba għal informazzjoni mingħand il-Kummissjoni ġġib id-data tal-10 ta' Lulju 2001, kwalunkwe element ta' għajnuna mogħti qabel l-1991 huwa preskritt. L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-intervent tal-leġiżlatur fl-1997 ma kellux l-effett li jinterrompi din il-preskrizzjoni, peress li miżuri tal-Kummissjoni biss jistgħu jkollhom dan l-effett. L-awtoritajiet Franċiżi jqisu fl-aħħar nett li fi kwalunkwe każ din hija għajnuna eżistenti, peress li din ingħatat qabel il-liberalizzazzjoni tas-suq tal-elettriku. |
|
(47) |
Fl-ittra tagħhom tal-20 ta' Novembru 2003, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru l-argumenti tagħhom rigward id-differenzjali tar-rivalutazzjoni inklużi fl-ammont tad-drittijiet tal-konċedent li jidher fil-kontijiet tal-kumpanija u rigward l-applikazzjoni tar-regola ta' preskrizzjoni. Barra minn hekk, huma jsostnu li r-rata tat-taxxa fuq il-kumpaniji li kellha tkun applikata għar-ristrutturar tal-karta bilanċjali ta' EDF hija dik tal-1996 (rata ta' 36,67 %), u mhux tal-1997 (rata ta' 41,66 %). Fil-fatt, huma jikkunsidraw li dan ir-ristrutturar sar fuq il-bażi ta' dikjarazzjoni tat-taxxa ppreżentata fit-23 ta' Diċembru 1997, jiġifieri wara l-għeluq tas-sena finanzjarja 1996 iżda qabel dak tas-sena finanzjarja 1997. |
|
(48) |
Għalhekk l-awtoritajiet Franċiżi ma jaqblux mal-Kummissjoni li tgħid li EDF ibbenefikat minn vantaġġ fl-1997 minħabba li ma ħallsitx taxxa fuq il-kumpaniji fuq parti mir-riżervi b'eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tal-RAG. |
5. IS-SENTENZI TAL-QRATI TAL-UNJONI EWROPEA
|
(49) |
Fis-sentenza tagħha tal-15 ta' Diċembru 2009, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2003, minħabba li kellha tkun il-Kummissjoni li tivverifika jekk investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq kienx jagħmel investiment ta' ammont simili f'ċirkustanzi simili. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni kellha tivverifika jekk l-eżerċizzju kienx jissodisfa l-kriterju tal-investitur privat. Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni kienet wettqet żball ta' liġi u kisret l-Artikolu 107 tat-TFUE. |
|
(50) |
Fis-sentenza tagħha tal-5 ta' Ġunju 2012, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell ippreżentat mill-Kummissjoni kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat b'mod partikolari li l-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali li l-obbligu tal-Kummissjoni li tivverifika jekk l-Istat allokax kapital f'ċirkustanzi korrispondenti għall-kundizzjonijiet normali tas-suq kien jeżisti irrispettivament mill-mod kif il-kapital kien ġie injettat ma kienet ivvizzjata mill-ebda żball ta' liġi. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-kriterju tal-investitur privat jista' jkun applikabbli anki f'każ fejn intużaw mezzi ta' natura fiskali, ukoll mhijiex ivvizzjata minn ebda żball ta' liġi. |
6. ID-DEĊIŻJONI TAL-ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(51) |
B'konsegwenza tal-annullament tad-deċiżjoni tas-16 ta' Diċembru 2003, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ġdida skont l-Artikolu 266 tat-TFUE u tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 biex tagħlaq il-proċedura u tikkonforma mal-punti ta' dritt stabbiliti b'mod definittiv mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Billi d-deċiżjoni tas-16 ta' Diċembru 2003 ġiet annullata, il-Kummissjoni kellha teżamina mill-ġdid il-kwistjonijiet relatati mal-Artikoli 3 u 4 ta' din id-deċiżjoni. |
|
(52) |
Minn naħa, la l-Qorti tal-Ġustizzja, u lanqas il-Qorti Ġenerali ma kienu ddeċidew li d-deċiżjoni tal-ftuħ kienet ivvizzjata minn xi irregolarità. Din tista' għaldaqstant tintuża bħala l-bażi għal deċiżjoni finali ġdida. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet b'mod ċar kriterji ta' applikabbiltà u ta' applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq. Dawn il-kriterji huma bbażati, b'mod partikolari, fuq l-eżistenza ta' elementi oġġettivi u verifikabbli li juru li d-deċiżjoni tal-Istat Membru kienet li jinvesti fil-kumpanija pubblika kkontrollata, abbażi ta' evalwazzjonijiet ekonomiċi paragunabbli għal dawk li investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq kien iwettaq, qabel l-investiment, sabiex jiddetermina r-redditu futur tiegħu (11). |
|
(53) |
Fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Kummissjoni nnutat li, f'dan l-istadju tal-proċedura amministrattiva, l-ebda evidenza, prova jew dokument ma appoġġja l-affermazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi li r-riforma tal-kontabilità tal-1997 hija ekwivalenti għal injezzjoni ta' kapital addizzjonali f'ammont ugwali għall-eżenzjoni parzjali mit-taxxa. Kuntrarjament għall-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi, lanqas ma kien jidher li tali injezzjoni ta' kapital addizzjonali mhijiex għajnuna iżda investiment li investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq kien jagħmel f'ċirkustanzi simili, iġġustifikat mill-prospetti ta' redditu offruti minn EDF fl-1997, li mbagħad saru konkreti fis-snin sussegwenti. |
|
(54) |
Għaldaqstant, fid-deċiżjoni ta' estensjoni, il-Kummissjoni spjegat, fid-dawl tal-informazzjoni u d-dokumenti disponibbli, l-analiżi preliminari tagħha tal-vantaġġ ekonomiku eventwali li rriżulta min-nuqqas ta' ħlas minn EDF, fl-1997, tat-taxxa fuq il-kumpaniji fuq il-parti tar-riżervi li tikkorrispondi għal FRF 14,119-il biljun fi drittijiet tal-konċedent riklassifikati bħala injezzjonijiet ta' kapital. |
|
(55) |
F'dan ir-rigward, l-evalwazzjoni globali tal-fatti tal-każ dehret tindika li din il-miżura kienet taqa' taħt l-awtorità pubblika, u b'hekk tneħħi l-applikabbiltà tal-prinċipju tal-investitur privat. Fil-fatt, insostenn tad-dikjarazzjoni tagħhom, l-awtoritajiet Franċiżi ma kienu pprovdew ebda informazzjoni jew pjan ta' negozju qabel jew fl-istess waqt tad-deċiżjoni li ma jiġbrux taxxi mingħand EDF, li juri r-redditu ta' tali eżerċizzju. Minn perspettiva materjali, rigward il-kriterji msemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni nnutat li kien xieraq li Franza tistabbilixxi d-data tad-dokumenti pprovduti kif ukoll il-prova li kienu ġew eżaminati mill-Ministri u l-uffiċjali kompetenti u l-assembleji tal-Parlament qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni. |
|
(56) |
Fin-nuqqas ta' dawn l-elementi, għall-kuntrarju, huwa fl-eżerċizzju tas-setgħa fiskali li Franza dehret li rriservat trattament fiskali derogatorju għar-ristrutturar tal-finanzjament tal-ekwità ta' EDF, f'dak li jirrigwarda r-riklassifikazzjoni tar-riżervi tad-drittijiet tal-konċedent prevista fl-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 97-1026. Ebda dispożizzjoni baġitarja speċifika ma kienet tassenja minn qabel din ir-riżorsa fiskali lil EDF, u lanqas ma kienu ġew implimentati xi regoli jew kontrolli fuq l-investimenti sabiex jipprovdu bażi legali għall-investiment allegat. |
|
(57) |
Bl-istess mod, fid-deċiżjoni ta' estensjoni tagħha, il-Kummissjoni nnutat, sussidjarjament li, anki kieku l-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq kien ikun applikabbli, l-applikazzjoni tal-prinċipju kienet twassal għall-konklużjoni f'dan l-istadju li investitur privat ma kienx jinvesti FRF 5,88 biljun fl-injezzjoni ta' kapital ta' EDF fl-1997. Fin-nuqqas ta' elementi mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi, kien jidher impossibbli li azzjonist privat f'ċirkustanzi normali tas-suq kien jagħmel l-allegat investiment mingħajr ma jkun eżamina qabel studji oġġettivi u affidabbli magħmulin preferibbilment minn konsulent fl-investimenti terz imparzjali, minflok, pereżempju, mill-impriża benefiċjarja, li juru, fost l-oħrajn, ir-rendiment fuq il-kapital investit, l-orizzont tar-rendiment fuq l-investiment u r-riskji intrinsiċi f'termini assoluti u relattivi għall-iskemi ta' kumpens marbuta ma' investiment bħal dan. |
|
(58) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni żiedet mal-fatturi li investitur privat prudenti kien jeżamina qabel ma jikkommetti l-fondi tiegħu, l-inċertezza dwar l-ammont u l-evoluzzjoni tal-ispejjeż ta' finanzjament tal-pensjonijiet li EDF kellha tħabbat wiċċha magħhom fl-1997, skont l-iskema speċifika tagħha, u l-valutazzjoni tagħha li investitur seta' jagħmel dak iż-żmien. |
|
(59) |
F'dawn il-kundizzjonijiet, l-eżenzjoni parzjali mit-taxxa fuq il-kumpaniji fl-1997 ma kinitx tidher bħala investiment produttiv min-naħa tal-Istat azzjonist iżda pjuttost bħala miżura derogatorja fiskali li setgħet tat vantaġġ ekonomiku lil EDF. |
|
(60) |
Deher ukoll li n-nuqqas ta' ġbir tat-taxxa fuq il-kumpaniji dovuta minn EDF kien jinvolvi riżorsi tal-Istat u seta' jaffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u b'hekk kien jissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet l-oħrajn għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(61) |
Fin-nuqqas ta' bażi legali li tippermettilha tiġġustifika l-kompatibbiltà ta' għajnuna operattiva li ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' EDF vis-à-vis il-kompetituri tagħha mas-suq intern, il-Kummissjoni esprimiet dubji fid-deċiżjoni tagħha tat-2 ta' Mejju 2013, rigward il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern. Dubji simili kienu diġà tqajmu fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
7. KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI
|
(62) |
Permezz tal-ittra tad-29 ta' Lulju 2013, EDF ippreżentat kummenti dwar id-deċiżjoni ta' estensjoni. EDF tinvoka tliet kritiki ewlenin għar-raġunament żviluppat f'din id-deċiżjoni: i) id-deċiżjoni tinjora l-lezzjonijiet tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali u tinjora n-natura vera tar-rikapitalizzazzjoni ta' EDF implimentata mill-Istat, ii) id-deċiżjoni hija eċċessivament formalistika meta tissupponi b'mod żbaljat li jeħtieġ pjan ta' negozju għall-investiment meta r-rikapitalizzazzjoni hija r-riżultat ta' riflessjoni ippjanata sew kif juru diversi dokumenti ta' dak iż-żmien u iii) id-deċiżjoni tissupponi, mingħajr prova, li l-ebda investitur li jsib ruħu fl-eqreb sitwazzjoni tal-Istat ma kien jagħmel investiment simili, kuntrarjament għall-fatti li EDF tipprovdi b'appoġġ għall-kummenti tagħha. |
|
(63) |
Għal EDF, il-Kummissjoni kompliet tanalizza l-miżura adottata mill-Istat Franċiż fl-1997 mil-lenti tal-allegati effetti tat-taxxa tagħha biss, meta l-Qorti Ġenerali ċaħdet biċ-ċar dan l-approċċ. Kif qalet il-Qorti Ġenerali, il-miżura implimentata mill-Istat, meta kklassifika mill-ġdid id-drittijiet tal-konċedent f'injezzjonijiet ta' kapital, tikkostitwixxi eżerċizzju ta' rikapitalizzazzjoni ta' EDF maħsub biex jikkoreġi l-iżbilanċ tal-karta bilanċjali ta' EDF minħabba l-ftuħ tas-swieq tal-enerġija għall-kompetizzjoni. L-ittra tal-Ministru tal-Ekonomija tat-22 ta' Diċembru 1997 ma tinkludix deċiżjoni fiskali differenti mil-liġi tal-1997, iżda sservi biex tistabbilixxi l-implikazzjonijiet fiskali tagħha. Hija din il-miżura ta' rikapitalizzazzjoni, waħda u indiviżibbli, li teħtieġ li tiġi eżaminata u mhux allegati implikazzjonijiet fiskali li huma artifiċjalment separati minnha fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-proċedura ta' investigazzjoni formali. |
|
(64) |
Skont EDF, pjan tan-negozju speċifiku għall-investiment mhuwiex meħtieġ mil-liġi, li ma tistabbilixxi l-ebda formaliżmu fir-rigward iżda teħtieġ elementi oġġettivi u verifikabbli preċedenti jew kontemporanji għall-miżura eżaminata. Barra minn hekk, tali pjan ta' negozju ma kienx essenzjali għall-Istat fl-1997. Dan kellu ħames rappreżentanti fil-Bord tad-Diretturi ta' EDF, kellu l-kapital kollu ta' EDF mill-1946 sal-epoka tal-fatti, kien jaf perfettament l-impriża u kien imsieħeb fil-ġestjoni tagħha u fid-determinazzjoni tad-direzzjoni strateġika tagħha, f'perspettiva fit-tul. Skont EDF tali perspettiva fit-tul hija partikolarment rilevanti fil-każ ta' EDF minħabba l-intensità tal-kapital tal-attività tagħha u l-ħajja operattiva twila tal-impjanti fuq diversi għexieren ta' snin, minn 30 sa 75 sena f'ċerti każijiet. |
|
(65) |
Għal EDF, huwa bħala azzjonist u mhux bħala awtorità pubblika li l-Istat, kif evidenzjat minn diversi dokumenti ta' dik l-epoka, wettaq l-investiment fuq il-bażi ta' analiżi u ta' valutazzjonijiet prospettivi preċiżi. Għalhekk, mill-1995 apparentement bdiet il-ħidma li għaqqdet lil EDF u l-ministeri superviżorji tagħha biex jeżaminaw il-konsegwenzi tal-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri, imsemmija fil-premessa 26. Din il-ħidma ffukat l-iktar fuq ir-riorganizzazzjoni tal-karta bilanċjali tal-kumpanija u fuq ir-redditu tal-kapital. Hija wasslet għall-iffirmar tal-kuntratt ta' negozju bejn l-Istat u EDF għall-perjodu ta' bejn l-1997 u s-sena 2000 fit-8 ta' April 1997 u għall-preżentazzjoni fl-istess ħin, fit-2 ta' April 1997, ta' abbozz ta' liġi li tinkludi diversi dispożizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji u li l-Artikolu 45 tagħha kien jirrepeti eżatt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 97-1026. Il-ħidma preparatorja tal-Assemblea u tas-Senat, u saħansitra, il-liġi nfisha, juru, skont EDF, li n-natura tal-intervent tal-Istat hija dik ta' azzjonist: injezzjoni ta' kapital li tirrikapitalizza lil EDF. |
|
(66) |
Kif allegatament jindikaw madwar erbgħin dokument tal-epoka li EDF inkludiet mal-kitbiet tagħha, fl-analiżijiet u r-riflessjonijiet tiegħu, l-Istat kien iggwidat minn erba' kwistjonijiet ewlenin:
|
|
(67) |
Fl-aħħar nett, għal EDF, il-kriterju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq mhux biss huwa applikabbli minħabba l-kunsiderazzjonijiet imsemmija iżda huwa wkoll issodisfat f'dan il-każ peress li l-Istat aġixxa bl-istess mod kif kien jaġixxi investitur privat. Għal EDF, skont il-Qorti tal-Ġustizzja (il-punti 78 u 89 tas-sentenza), jeħtieġ li jkun iddeterminat jekk EDF setgħetx tikseb l-istess vantaġġ bħal dak li tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha permezz tar-riżorsi tal-Istat f'ċirkustanzi normali tas-suq u jekk dan ifixkilx, jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni minħabba l-effetti tiegħu. |
|
(68) |
Diversi dokumenti ta' dak iż-żmien juru għal darb'oħra li l-Istat eżamina sewwa u kkwantifika r-redditu tal-investiment tiegħu, kif kien jagħmel investitur azzjonist uniku tal-impriża u bl-iżvilupp ta' perspettiva fit-tul. Huwa fuq din il-bażi li ġie stabbilit il-kumpens tal-Istat fil-kuntratt ta' negozju ta' EDF 1997-2000, liema kumpens dak iż-żmien kien konformi mal-kumpensi tal-azzjonisti ta' kumpaniji komparabbli. Għalhekk l-istimi tal-ammonti li EDF kellha tħallas lill-Istat mill-1997 sas-sena 2000 ġew eżaminati minn dan tal-aħħar qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. |
|
(69) |
Barra minn hekk, fil-kummenti tagħha ta' Lulju 2013, EDF aċċennat għal studju kkummissjonat lil Oxera, li ma kienx għadu lest meta EDF issottomettiet il-kummenti tagħha. EDF allegat li l-istudju ta' Oxera kellu jqabbel ir-rata ta' redditu intern mistenni mill-investiment tal-Istat fl-1997 u dik meħtieġa mis-swieq kapitali għal investiment simili u juri li investitur privat kien iwettaq l-investiment fil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-kuntratt ta' negozju 1997-2000. |
|
(70) |
Fit-18 ta' Ottubru 2013, EDF bagħtet dan l-istudju ta' Oxera lill-Kummissjoni, li jġib id-data tal-15 ta' Ottubru 2013 (12), mingħajr kummenti oħrajn. Kif kienet antiċipat EDF fil-kummenti tagħha ta' Lulju 2013, l-istudju Oxera jikkonkludi li investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq kien jinvesti fiż-żieda tal-ammont ta' injezzjonijiet ta' kapital lil EDF. Din il-konklużjoni tirriżulta mill-fatt li r-redditu (ir-rata ta' rendiment intern) li tali investitur seta' jittama li jkollu fl-1997 kien fil-medda ta' bejn 35 % u 15 % u ta' 27 % bħala medja fil-ħames snin sussegwenti, fi kwalunkwe każ ogħla mir-redditu ta' 12,7 % li tali investitur kien jitlob. Ir-rendiment huwa kkalkulat b'kont meħud tal-valur, fil-bidu u fi tmiem il-perjodu, tal-bejgħ tad-drittijiet li l-Istat kellu f'EDF. |
|
(71) |
EDF tqis li, apparti d-dgħufija tal-ekwità, il-pedamenti ekonomiċi ta' EDF kienu sodi fl-1997, kif osservaw l-analisti ta' dik l-epoka, li ma esprimewx dubji dwar il-vijabbiltà finanzjarja jew il-prospetti kummerċjali tagħha meta l-Istat għamel l-investiment tiegħu. Il-klassifikazzjoni finanzjarja ta' EDF kienet eċċellenti (Aaa għal Moody's bejn l-1992 u l-1997, AAA għal Standard & Poor's fl-1996-1997) u kienet tibqa' hekk anki kieku kien ikun jeħtieġ li titbaxxa xi grad jew tnejn biex tiġi kkunsidrata l-garanzija tal-Istat li kienet tgawdi minnha EDF bħala stabbiliment pubbliku industrijali jew kummerċjali. Skont diversi dokumenti ta' dak iż-żmien il-livell ta' kumpens lill-Istat Franċiż minn EDF kien komparabbli mar-rata ta' rendiment f'dividendi tal-kumpaniji tas-CAC40 (4,5 % sa 5 % tal-kapital) kif ukoll tal-impriżi attivi fis-settur tal-enerġija fl-Ewropa (4,7 % u 5,27 % stmati rispettivament għall-1996 u l-1997). Dan juri wkoll li EDF setgħet kisbet l-istess ammont ta' kapital fuq is-suq kapitali, b'tali mod li l-miżura ma kinitx tali li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni, minħabba l-effetti tagħha. |
|
(72) |
B'mod partikolari, EDF tqis li investitur privat, detentur tal-kapital kollu ta' sussidjarja, kien ikun kapaċi jagħmel investiment simili, f'kundizzjonijiet simili, fl-imsemmija sussidjarja, billi jikkonverti f'kapital pretensjoni ta' kwalunkwe tip li kellu fuqha. Din l-analiżi kienet appoġġjata minn opinjoni legali maħruġa fuq talba ta' EDF. Meta fittex li jirrimedja struttura finanzjarja sproporzjonata bid-dgħufija tal-ekwità b'paragun mad-dejn finanzjarju, l-Istat għen ukoll lill-impriża tikkompeti ma' operaturi kbar oħrajn tas-settur fl-Unjoni. Dan l-istess azzjonist ma kienx iħalli xjentement żbilanċ konsiderevoli jippersisti fil-karta bilanċjali ta' sussidjarja tiegħu b'pedamenti ekonomiċi sodi, meta kellu mezz faċli biex jirrimedja dan l-iżbilanċ, jiġifieri l-konverżjoni ta' pretensjoni f'kapital. |
|
(73) |
Għal EDF, huwa għalhekk raġonevoli li wieħed jaħseb li investitur privat li jsib ruħu fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-Istat, jiġifieri azzjonist 100 % tal-kumpanija, bl-iżvilupp ta' perspettiva fit-tul, f'suq ferm kapitalista li kien wasal biex jinfetaħ għall-kompetizzjoni, kien iwettaq dan l-investiment. |
8. IL-KUMMENTI TA' FRANZA DWAR ID-DEĊIŻJONI TA' ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA
|
(74) |
L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw, primarjament, li l-Istat aġixxa bħala investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq meta kklassifika mill-ġdid b'eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpaniji d-drittijiet tal-konċedent f'injezzjonijiet ta' kapital lil EDF. Huma jqisu li, kuntrarjament għall-preżentazzjoni magħmula fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura tas-16 ta' Ottubru 2002 u fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-proċedura tat-2 ta' Mejju 2013, il-miżura li l-Kummissjoni għandha tanalizza hija miżura unika ta' rikapitalizzazzjoni ta' EDF permezz tal-adozzjoni tal-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 9-1026 u mhux dik tal-għoti ta' eżenzjoni mit-taxxa relatata mar-riklassifikazzjoni tad-drittijiet tal-konċedent f'injezzjoni ta' kapital, li hija separabbli mit-termini tal-imsemmija liġi. Huma jibbażaw fuq l-informazzjoni ppreżentata f'numru ta' dokumenti tal-1996 u tal-1997 annessi mal-kummenti tagħhom, li jappoġġjaw u jikkorroboraw, fil-fehma tagħhom, din l-affermazzjoni. Dawn id-dokumenti huma msemmija fil-premessi 87 sa 108. Għall-awtoritajiet Franċiżi, dokumenti oħrajn sottomessi minn EDF ukoll jappoġġjaw il-kummenti ta' Franza. |
|
(75) |
Sussidjarjament, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li huma jikkontestaw l-ammont tal-għajnuna u jtennu l-kummenti tagħhom tal-20 ta' Novembru 2003 li r-rata tat-taxxa li għandha tiġi applikata għall-imsemmija taxxa għandha tkun dik tal-1996 u mhux dik tal-1997, kif espost fil-premessa 47. |
Dwar l-applikabbiltà tal-prinċipju ta' investitur privat f'ekonomija tas-suq
|
(76) |
L-awtoritajiet Franċiżi jikkontestaw li l-eżenzjoni mit-taxxa inkwistjoni tirriżulta mill-kwalità ta' awtorità pubblika ta' Franza, li jrendi inapplikabbli l-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq. Huma jqisu li l-Qorti tal-Ġustizzja ma teħtieġx li l-Istat Membru jippreżenta pjan ta' negozju reali rigward il-miżura inkwistjoni. |
|
(77) |
F'dan ir-rigward, huma jfakkru, l-ewwel nett, li fl-1997 EDF kienet stabbiliment pubbliku industrijali u kummerċjali mqiegħed taħt it-tutela tal-Istat li, minħabba f'hekk, kellu għarfien sħiħ tal-kumpanija kif ukoll tal-istrateġija industrijali tagħha u tal-prospetti finanzjarji tagħha. Huma jqisu għalhekk li l-preżentazzjoni ta' informazzjoni u valutazzjonijiet li kellu l-Istat qabel ma ħa l-miżura inkwistjoni li juru r-redditu tal-investiment hija ammissibbli. Il-Kummissjoni għandha tagħmel analiżi globali li fiha tinkludi fost l-oħrajn dawn l-elementi kif ukoll kwalunkwe element rilevanti ieħor. |
|
(78) |
It-tieni nett, minħabba n-natura u l-iskop tal-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 97-1026, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-Istat aġixxa fil-kapaċità tiegħu ta' azzjonist meta ta eżenzjoni mit-taxxa għar-riklassifikazzjoni tar-riżervi tad-drittijiet tal-konċedent. B'hekk, din il-liġi kienet preċeduta mill-iffirmar fit-8 ta' April 1997 tal-kuntratt ta' negozju bejn l-Istat u EDF għall-perjodu ta' bejn l-1997 u s-sena 2000, li l-implimentazzjoni tiegħu kienet tippresupponi l-adozzjoni ta' miżuri leġiżlattivi ta' ristrutturar tal-karta bilanċjali tagħha. Preċedentement, f'ittra tat-12 ta' Lulju 1996, l-awtoritajiet superviżorji kienu nnotifikaw lil EDF li dan il-kuntratt kellu jistabbilixxi mira ambizzjuża għal EDF ta' kumpens lill-Istat. Iżda t-Titolu III tal-kuntratt kien jipprovdi kumpens lill-Istat minn żewġ elementi: i) kumpens tal-injezzjonijiet f'kapital b'rata fissa ta' 3 % u ii) kumpens addizzjonali ugwali għal 40 % tad-dħul nett tal-karta bilanċjali ta' EDF, iżda l-ammont ikkombinat taż-żewġ elementi ma setax ikun ogħla minn 6 % tal-ammont ta' injezzjonijiet ta' kapital. |
|
(79) |
Aktarx li l-Istat eżamina dan il-kumpens fil-forma ta' prospetti ta' dividendi, li aktarx ikkwantifika, f'dak li jirrigwarda l-kumpens supplimentari, għal FRF 3,5 biljun li setgħu jaslu sa FRF 6 biljun tul il-perjodu, kif tikkonferma ittra tat-22 ta' April 1997 mill-awtoritajiet superviżorji lil EDF. Din l-istima kienet ibbażata fuq il-prospetti ekonomiċi u finanzjarji li EDF kienet bagħtet lis-servizzi tal-Ministeru tal-Finanzi fid-19 ta' Frar 1997 u fuq is-suppożizzjonijiet tal-kuntratt ta' negozju. Ir-rapport ta' Settembru 1997 tar-relatur lis-Senat dwar il-Liġi Nru 97-1026 kien jinkludi wkoll analiżijiet mis-servizzi tal-Ministeru dwar l-impatt mistenni fuq il-kumpens lill-Istat azzjonist għall-1998, jiġifieri, FRF 2,6 biljun li minnhom FRF 1,5 biljun imgħax fiss u FRF 1,1 biljun f'kumpens addizzjonali. L-Istat għalhekk aktarx li stma l-projezzjonijiet futuri tal-kumpens qabel adotta l-miżura inkwistjoni, bħal kull azzjonist li jixtieq jieħu sehem fiż-żieda tal-kapital tal-kumpanija tiegħu. |
|
(80) |
It-tielet, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li r-riklassifikazzjoni tar-riżervi tad-drittijiet tal-konċedent u, b'mod iktar wiesa', ir-ristrutturar tal-karta tal-bilanċ ta' EDF u t-tisħiħ tal-ekwità kienu jtaffu d-dgħufija tal-istruttura finanzjarja tal-kumpanija. Kieku din id-dgħufija ppersistiet, EDF aktarx kien ikollha tiffaċċja żieda fir-rata tal-imgħax għad-dejn tagħha u diffikultà mal-imsieħba kummerċjali tagħha minħabba perċezzjoni negattiva tar-riskju tal-kontroparti. Dan it-tħassib ta' Stat azzjonist jirriżulta mill-memorandum ta' spjegazzjoni tal-Artikolu 4 tal-abbozz tal-Liġi li wara sar il-Liġi Nru 97-1026, kif ukoll mid-diskors tal-Ministru kompetenti li ppreżenta l-abbozz tal-liġi quddiem is-Senat fit-2 ta' Ottubru 1997. |
|
(81) |
Ir-rapporti tad-deputat u tas-senatur relaturi dwar l-abbozz tal-liġi quddiem l-Assemblea Nazzjonali u s-Senat rispettivament jinsistu wkoll fuq l-effett pożittiv tar-ristrutturar tal-karta bilanċjali ta' EDF fuq il-proporzjonijiet tad-dejn meta mqabbla mal-ekwità: l-ewwel rapport kien jikkunsidraha (FRF 24,2 biljun) insuffiċjenti meta mqabbla mad-dejn tas-self (FRF 131,9 biljun) u mal-assi netti (FRF 696,4 biljun); it-tisħiħ tal-ekwità jagħti lil EDF struttura tal-karta bilanċjali iktar konformi mar-realtà finanzjarja tagħha, filwaqt li jippermetti paraguni iktar rilevanti mal-kompetituri Ewropej; it-tieni rapport kien jinsisti wkoll fuq l-effett pożittiv għal EDF ta' kredibbiltà ikbar mal-komunità finanzjarja u mal-imsieħba potenzjali. Madankollu, għall-awtoritajiet Franċiżi, it-tisħiħ tal-istruttura finanzjarja ta' kumpanija jikkorrispondi għat-tħassib ta' investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq li jsib ruħu f'sitwazzjoni simili. |
|
(82) |
Minn dan jirriżulta, skont l-awtoritajiet Franċiżi, li t-test tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq kien tabilħaqq applikabbli peress li l-Istat aġixxa fil-kapaċità tiegħu ta' azzjonist meta kklassifika mill-ġdid b'eżenzjoni mit-taxxa r-riżervi tad-drittijiet tal-konċedent f'injezzjonijiet ta' kapital lil EDF. |
Dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq
|
(83) |
L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li l-kuntratt ta' negozju bejn l-Istat u EDF kien jipprovdi kumpens lill-Istat minn żewġ elementi: i) kumpens tal-injezzjonijiet f'kapital b'rata fissa ta' 3 % u ii) kumpens addizzjonali ugwali għal 40 % tad-dħul nett tal-karta bilanċjali ta' EDF, li juri li l-Istat kellu informazzjoni fuq ir-redditu mistenni mil-kapital investit. Kif jixhed ukoll ir-rapport imsemmi qabel tad-deputat tal-Assemblea Nazzjonali, minħabba l-eżistenza ta' rata fissa fuq l-injezzjonijiet ta' kapital, ir-riklassifikazzjoni f'kapital tar-riżervi tad-drittijiet tal-konċedent kellha l-effett li żżid f'valur assolut il-kumpens lill-Istat, minħabba t-twessigħ tal-bażi tat-taxxa. |
|
(84) |
Imbagħad, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li r-redditu tal-investiment f'EDF fl-1997 kellu jkun ikkunsidrat f'perspettiva fit-tul fir-rigward tal-pagamenti futuri lill-Istat u fid-dawl taż-żieda tal-valur tal-kumpanija. Madankollu mad-dħul nett wara t-taxxa u l-kumpens lill-Istat pożittivi (FRF 1,4 biljun minbarra FRF 2,5 biljun fl-1998 f'kumpens tal-Istat), tiżdied ġenerazzjoni ta' riżorsi kbar ta' kważi FRF 70 biljun matul il-perjodu 1997-2000, kif kien jipprovdi l-kuntratt ta' negozju. Kif enfasizzat fl-ittra ta' EDF tad-19 ta' Frar 1997, l-Istat kien tabilħaqq stabbilixxa mira ta' żieda fil-valur finanzjarju tal-kumpanija kkalkulata f'dan l-ammont u li tirriżulta mit-tnaqqis tad-dejn, il-bini ta' assi u ta' investimenti ta' żvilupp, li pprovdew prospetti ta' żieda fil-valur tal-kapital ta' EDF. |
|
(85) |
Fl-aħħar nett, fil-valutazzjoni tar-riskji tal-investiment, l-Istat azzjonist ħa inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi tal-attività ewlenija ta' EDF li kienet tiżvolġi l-iktar fi Franza, billi bbaża fuq prinċipju ta' prezzijiet irregolati li kellhom ikopru l-ispejjeż tal-kumpanija. Dawn il-karatteristiċi jnaqqsu r-riskju assoċjat mal-investiment u, għaldaqstant, il-ħtieġa ta' redditu. Nota ta' EDF tas-27 ta' Lulju 1996, mibgħuta lis-Senat fil-15 ta' Settembru 1997, turi barra minn hekk li l-kumpensi tal-azzjonisti f'impriżi barranin kienu jvarjaw b'mod sinifikanti skont l-ambjent istituzzjonali u regolatorju tas-settur f'kull pajjiż. |
|
(86) |
Minn dan jirriżulta, skont l-awtoritajiet Franċiżi, li l-Istat ġab ruħu bħal investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq meta kklassifika mill-ġdid il-provvedimenti tad-drittijiet tal-konċedent f'injezzjonijiet ta' kapital mingħajr ġbir ta' taxxa fuq il-kumpaniji. Din il-konklużjoni hija kkonfermata wkoll mill-kummenti ta' EDF, inklużi l-istudji u l-analiżijiet li fuqhom huma bbażati, u esposti fil-premessi 62 sa 73. B'mod partikolari, f'dak li jirrigwarda l-istudju ekonomiku ta' Oxera mibgħut minn EDF, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-Kummissjoni għandha tagħmel l-istess analiżi sabiex tiddetermina jekk ir-rikapitalizzazzjoni ta' EDF mill-Istat fl-1997 għandhiex jew le il-karattru ta' investiment prudenti. |
Id-dokumenti mibgħuta minn Franza insostenn tal-kummenti tagħha
|
(87) |
Insostenn tat-tweġiba tagħhom għad-deċiżjoni ta' estensjoni, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu disa' dokumenti lill-Kummissjoni, annessi għall-kummenti tagħhom tal-1 ta' Lulju 2013. Dawn id-disa' dokumenti huma ppreżentati insostenn tal-affermazzjoni tagħhom, li diġà kienet ġiet ippreżentata fil-kummenti tagħhom tal-11 ta' Diċembru 2002, li injezzjoni ulterjuri ta' kapital ekwivalenti għad-dħul mit-taxxa mhux miġbura kienet iġġustifikata mill-prospetti ta' redditu offruti minn EDF fl-1997, li fil-fatt saru konkreti fis-snin sussegwenti. Mingħajr preġudizzju għall-elementi mressqa minn Franza fil-kummenti tagħha, jeħtieġ li ssir analiżi sistematika tal-elementi prinċipali li jinsabu f'dawn id-dokumenti. |
|
(88) |
Id-dokumenti jirrigwardaw kemm it-tħejjija jew it-twettiq tal-kuntratt ta' negozju bejn l-Istat u EDF għall-perjodu ta' bejn l-1997 u s-sena 2000, kif ukoll id-diskussjoni tal-abbozz ta' liġi li wara sar il-Liġi Nru 97-1026. Dawn huma dokumenti li jġibu dati ta' bejn l-1996 u l-1997 u għalhekk kontemporanji għall-allegata deċiżjoni ta' investiment. B'mod iktar konkret, dawn id-dokumenti huma l-kuntratt ta' negozju 1997-2000 (13), ittri mingħand il-Ministri superviżorji lill-kumpanija (14), ittri mill-kumpanija lill-amministrazzjonijiet tal-ministeru jew tas-Senat (15) u dokumenti u żewġ rapport tal-Assemblea Nazzjonali u tas-Senat bi tħejjija għad-diskussjoni dwar l-abbozz ta' liġi (16). Il-kontenut tad-dokumenti jkompli jiġi ċċarat hawn taħt. |
|
(89) |
Permezz ta' ittra tat-12 ta' Lulju 1996 lill-President ta' EDF, il-Ministri superviżorji urew is-sodisfazzjon tagħhom dwar ir-riżultati tal-kuntratt ta' pjan 1993-1996 bejn EDF u l-Istat u, minħabba l-iskadenza fil-31 ta' Diċembru 1996, bdew it-tħejjija tal-kuntratt ta' pjan 1997-2000. Barra minn hekk, l-ittra tispeċifika li d-definizzjoni tal-bilanċi finanzjarji tal-kuntratt ta' pjan 1997-2000 kellha tkun parti minn qafas ġdid li jinnormalizza s-sitwazzjoni tal-kontijiet u tat-taxxa ta' EDF, wara x-xogħlijiet imwettqa mill-1995. Din l-ittra kienet titlob li jibdew ix-xogħlijiet u d-diskussjonijiet bejn is-servizzi responsabbli u EDF, filwaqt li informat lill-kumpanija dwar it-tliet għanijiet ewlenin li kellhom jiġu inklużi fil-kuntratt futur.
|
|
(90) |
Waqt ix-xogħlijiet ta' tħejjija tal-kuntratt, fid-19 ta' Frar 1997, id-Direttur Finanzjarju ta' EDF bagħat lid-Dipartiment tat-Teżor nota ta' EDF tat-18 ta' Frar 1997. In-nota kienet tinkludi s-suppożizzjonijiet prinċipali tax-xenarju finanzjarju assoċjat mal-kuntratt ta' negozju bejn EDF u l-Istat għall-perjodu ta' bejn l-1997 u s-sena 2000, li jinkludi fost l-oħrajn ir-rapporti tal-introjtu annwali u t-tabelli ta' finanzjament proġettati għall-perjodu. |
|
(91) |
In-nota kienet tipprovdi ċaqliq 'l isfel fit-tariffi kull sena (– […] (*1) %, – […] %, – […] %, – […] %), investimenti industrijali ta' żvilupp ta' FRF […], li minnhom FRF […] fuq livell internazzjonali, u investimenti ta' FRF […] fl-attività prinċipali matul il-perjodu 1997-2000. Jissemma wkoll kumpens fiskalment deduċibbli mill-injezzjonijiet ta' kapital ta' 3 % fuq bażi tat-taxxa stmata għal FRF 50 biljun wara r-ristrutturar tal-karta bilanċjali u ta' 40 % mid-dħul wara l-parti fissa ta' kumpens u taxxa fuq il-kumpaniji. Id-dejn fi tmiem is-sena kellu jgħaddi minn FRF […] fl-aħħar tal-1996 għal FRF […] fl-aħħar tas-sena 2000. Bl-istess mod, il-bilanċ tad-dejn nieqes l-assi kellu jgħaddi minn FRF […] fl-aħħar tal-1996 għal FRF […] fl-aħħar tas-sena 2000. |
|
(92) |
Fost id-dokumenti mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi annessi mal-kummenti tagħhom, in-nota ta' EDF tat-18 ta' Frar 1997 mibgħuta l-għada lill-awtoritajiet superviżorji hija l-unika waħda li fiha previżjonijiet u projezzjonijiet sistematiċi u kwantitattivi tar-riżultati ekonomiċi u finanzjarji tal-operat ta' EDF. Fuq il-bażi ta' dawn il-previżjonijiet ta' Frar 1997, l-Istat azzjonist seta' jistenna kumpens mill-kapital investit ta' FRF 2,1 biljun fl-1997, 2,5 biljuni fl-1998, 2,4 biljuni fl-1999 u 2,4 biljuni fl-2000, jiġifieri medja ta' FRF 2,35 biljun fis-sena. Ir-rapport tal-introjtu proġettat ta' EDF 1997-2000 li deher fin-nota, kien kif ġej: Tabella 1 Rapport tal-Introjtu proġettat ta' EDF 1997-2000 (biljun FRF kurrenti)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(93) |
Kif intqal fin-nota ta' EDF, il-kumpens imħallas lill-Istat kien fiskalment deduċibbli. Din hija deroga mill-prinċipju li t-taxxa fuq il-kumpaniji tinġabar minn fuq l-introjtu tal-kumpanija wara d-deprezzament u l-imgħaxijiet, li jnaqqas l-introjtu nett u, allura, l-ammont eventwalment destinat għall-ħlas tad-dividendi. Din id-deroga ad hoc setgħet iżżid il-kumpens imħallas lill-Istat azzjonist iżda kienet tnaqqas daqstant it-taxxa li kellha titħallas lill-Istat kollettur. Fit-tweġiba tagħhom tat-23 ta' Diċembru 2013, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li l-kumpens tal-injezzjonijiet ta' kapital ġie assimilat għal dividend ta' dritt komuni mill-2001 u, għaldaqstant, il-kumpens ma baqax fiskalment deduċibbli. Din ir-regola ta' assimilazzjoni ġiet applikata għall-kuntratt tal-grupp bejn EDF u l-Istat għall-perjodu 2001-2003, li segwa l-kuntratt 1997-2000. |
|
(94) |
Fit-8 ta' April 1997, ġie konkluż u ffirmat kuntratt ta' negozju bejn l-Istat u EDF għall-perjodu 1997-2000 mill-Ministri superviżorji u l-President u Direttur Ġenerali ta' EDF. Il-kuntratt kien jispeċifika d-direzzjoni ewlenija li EDF kellha tagħti lill-attività tagħha fuq żmien medju, kien jinkludi l-impenji reċiproċi tal-firmatarji u kien ifakkar li dawn l-impenji kienu meħuda skont assunzjonijiet bażiċi ta' referenza wisgħin u setgħu jkunu kkontestati biss permezz ta' bidla sinifikanti fl-ambjent tal-kumpanija. Il-kuntratt kien jinkludi impenji differenti taħt tliet titoli: it-tiġdid tal-kompiti fundamentali tal-kumpanija pubblika (Titolu I), it-tħejjija llum tal-futur tal-kumpanija (Titolu II) u l-inklużjoni tal-kumpanija f'qafas finanzjarju u istituzzjonali rinnovat (Titolu III). Żewġ annessi għall-kuntratt kienu jagħtu dettalji tal-indikaturi ta' prestazzjoni osservati għall-implimentazzjoni (Anness I) u ċ-ċaqliq tat-tariffi previst fis-sena bejn l-1997 u s-sena 2000 (Anness II). |
|
(95) |
L-impenji u d-direzzjoni prinċipali stipulati fil-kuntratt fir-rigward tas-suġġett ta' din id-deċiżjoni huma elenkati hawn taħt, jiġifieri:
|
|
(96) |
Ittra tat-22 ta' April 1997 mingħand il-Ministri kofirmatarji tal-kuntratt ta' negozju lill-President ta' EDF tikkonferma l-karattru konsenswali u finali tas-suppożizzjonijiet ta' referenza u tal-projezzjonijiet finanzjarji li jinsabu fin-nota ta' EDF tat-18 ta' Frar 1997 li fuqhom kien ibbażat il-kuntratt ta' negozju 1997-2000. Fil-fatt, l-ittra tirreferi espressament għall-konsultazzjoni minn qabel bejn EDF u l-awtoritajiet pubbliċi fit-tfassil tax-xenarju finanzjarju. Hija ttenni l-għan ta' tnaqqis medju ta' […] % tat-tariffi ta' EDF f'erba' snin. |
|
(97) |
L-ittra tat-22 ta' April 1997 issemmi d-dispożizzjonijiet tad-digriet emendat tal-14 ta' Mejju 1956 u l-arranġamenti ta' kumpens imħallas lill-Istat imfakkra fit-Titolu III tal-kuntratt ta' negozju. B'mod koerenti ma' dawn id-dispożizzjonijiet, l-ittra tispeċifika li “jirriżulta mix-xenarju ta' referenza ammont ta' kumpens addizzjonali ta' FRF 3,5 biljun matul il-perjodu” 1997-2000 u li dawn il-kundizzjonijiet kienu jagħmluha possibbli li jintlaħaq ammont totali ta' pagamenti lill-Istat ta' FRF 5,1 biljun fl-1997, inkluż l-imgħax fiss u d-depożitu fuq it-taxxa fuq il-kumpaniji. Dawn l-ammonti jikkorrispondu għal dawk li jinsabu fin-nota ta' EDF tat-18 ta' Frar 1997. Il-korrispondenza tal-ammonti ta' kumpens addizzjonali ikkalkulat fuq l-introjtu tal-kumpanija tikkorrobora li l-ammonti ta' kwalunkwe tip (dħul, spejjeż, introjtu nett, eċċ.) previsti fil-kont tal-estimi tal-ġenerazzjoni tal-introjtu ta' EDF għall-perjodu 1997-2000 ġew eżaminati, ikkonvalidati u aċċettati mill-awtoritajiet superviżorji. |
|
(98) |
L-ittra tal-Ministri superviżorji tat-22 ta' April 1997 tenfasizza wkoll li l-bilanċi l-kbar tal-kuntratt kienu jaqgħu taħt il-qafas kontabilistiku u fiskali tar-ristrutturar tal-karta bilanċjali ta' EDF, li kellu jidħol fis-seħħ, soġġett għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi meħtieġa, fl-1 ta' Jannar 1997. F'dan ir-rigward, l-ittra tispeċifika li “r-regoli dettaljati tal-implimentazzjoni ta' dan ir-ristrutturar, kemm fil-livell ta' kontabilità kif ukoll fil-livell fiskali, sejrin ikunu soġġetti għal skambji addizzjonali bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-kumpanija, fuq il-bażi tal-iskema deċiża”. |
|
(99) |
Fil-fatt, ftit qabel din l-ittra, il-gvern kien ippreżenta lill-Assemblea Nazzjonali abbozz ta' liġi adottat mill-Kunsill tal-Ministri fil-5 ta' April 1997 dwar diversi dispożizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji li għalihom l-Artikolu 45 kien jipprovdi r-riklassifikazzjoni tar-riżervi kontabbli ta' EDF. In-nota spjegattiva ta' dan l-abbozz kienet tispjega li l-aġġustamenti kontabilistiċi previsti kienu jippermettu lil EDF li jkollha karta bilanċjali iktar konformi mas-sitwazzjoni ekonomika reali tagħha, b'livell ta' ekwità proporzjonat mal-volum ta' attività tagħha. L-abbozz ta' liġi ma ġiex eżaminat minħabba x-xoljiment tal-Assemblea Nazzjonali, li seħħ fil-21 ta' April 1997. |
|
(100) |
Wara li ntbagħat l-abbozz ta' liġi dwar miżuri urġenti fiskali u finanzjarji sussegwentement adotatti bħala l-Liġi Nru 97-1026 lill-Parlament, l-Assemblea Nazzjonali u s-Senat ħatru r-relaturi tagħhom. Ir-rapport Nru 204 tal-Assemblea Nazzjonali jiddeskrivi l-isfond wara l-ħtieġa li jiġi ċċarat l-istatus ekonomiku tax-xogħlijiet ta' trasport tal-elettriku ta' EDF, li jannulla l-prattiki kontabilistiċi kkontestati mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-Rapport partikolari tagħha dwar il-konċessjonijiet ta' EDF Nru 1993 tal-10 ta' Ottubru 1994. Huwa jispjega l-emendi ta' kontabilità li sejrin ikunu meħtieġa u jipprovdi stimi kwantitattivi tal-konsegwenzi tagħhom fuq id-diversi entrati tal-karta bilanċjali kif ġej: Tabella 2 Effetti tar-riorganizzazzjoni tal-ekwità ta' EDF li tirriżulta mill-Artikolu 4 tal-Liġi MUFF fuq il-kontijiet tal-1996 (FRF biljuni)
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(101) |
Ir-rapport tal-Assemblea Nazzjonali jenfasizza l-effetti tal-abbozz tal-liġi biex jagħmel iktar rilevanti t-tqabbil mal-proporzjonijiet ta' dejn ta' kompetituri Ewropej oħrajn (l-Awstrija, il-Gran Brittanja, l-Isvezja, Spanja, il-Ġermanja): wara r-ristrutturar tal-karta bilanċjali, il-proporzjon tad-dejn nett/tal-ekwità ta' EDF minn 480 % isir 148 %. |
|
(102) |
Barra minn hekk, ir-rapport tal-Assemblea Nazzjonali jenfasizza t-tibdiliet fir-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istat u EDF. Huwa jispjega l-iskema legali u l-kumpens tal-injezzjonijiet ta' kapital lil EDF, irregolati mid-Digriet Nru 56-493 tal-14 ta' Mejju 1956, emendat bid-Digriet Nru 86-1360 tat-30 ta' Diċembru 1986. Din l-iskema kienet tipprovdi kumpens f'rata fissa limitata għal 8 % u kumpens addizzjonali fuq l-introjtu ta' EDF wara t-taxxa u imgħax fiss. Il-pagamenti li għamlet EDF għall-perjodu bejn l-1991 u l-1996 ippreżentati fir-rapport laħqu medja ta' FRF 3,41 biljun fis-sena matul dan il-perjodu; rapportati fl-ekwità fl-aħħar tal-1996, dawn il-pagamenti pproduċew redditu kurrenti medju ta' 14,1 % għall-Istat azzjonist (19); dawn il-pagamenti huma miġbura fil-qosor fit-tabella ta' hawn taħt: Tabella 3 Relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istat u EDF (f'miljuni ta' FRF kurrenti)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(103) |
Ir-rapport tal-Assemblea Nazzjonali jispeċifika, rigward l-emendi previsti fil-karta bilanċjali ta' EDF, li “billi l-injezzjonijiet ta' kapital jikkostitwixxu l-bażi tat-taxxa tal-imgħax fiss, iż-żieda tagħhom indotta minn dan l-Artikolu setgħet tkabbar it-taxxa fuq EDF. Hija għalhekk prevista emenda tal-kundizzjonijiet ta' kumpens tagħhom fil-kuntratt bejn l-Istat u l-kumpanija tal-1997-2000 iffirmat fit-8 ta' April 1997. Ir-rata ta' imgħax fissa hija mnaqqsa għal 3 % biex tikkumpensal-effett tal-bażi tat-taxxa”. Ir-rapport jgħid ukoll li minkejja l-benefiċċji mill-1990, EDF ma kinitx ħallset taxxa fuq il-kumpaniji u li ż-żieda fir-riżervi marbuta mal-konċessjoni tal-RAG tippermetti l-approvazzjoni tar-riporti mill-ġdid kontabilistiċi u fiskali b'telf akkumulat. Għalhekk, ir-rapport jgħid li, skont il-ministeru superviżorju, l-istabbiliment pubbliku (EDF) kellu jħallas FRF 3 biljun fl-1997 u FRF 2,5 biljun fl-1998 f'taxxa fuq il-kumpaniji. |
|
(104) |
Ir-rapport tal-Assemblea Nazzjonali jipproponi l-eżami ta' emenda Parlamentari fit-test tal-liġi ppreżentat u miċħud mill-Kummissjoni. L-emenda kellha tiċċara li r-riżervi kontabbli deklassifikati kellhom jiġu konvertiti f'ekwità b'entrata li ma tgħaddix mir-rapport tal-introjtu ta' EDF, b'mod li jiġi evitat li juri benefiċċju tant kbir li l-Istat jista' jitħajjar jiġbor parti minnu. Biex dan isir, l-emenda kienet tipprovdi li fil-liġi jiġi inkluż il-proċess tal-kontabilità u li jiġi speċifikat li ma tista' ssir l-ebda imposta addizzjonali mill-Istat fuq EDF meta tiġi trasferita s-sjieda tal-proprjetà tal-RAG. Ir-rapport jinnota li “L-inklużjoni tal-proċess kontabilistiku ta' tibdil tar-riżervi f'ekwità fil-liġi kienet ġiet miċħuda fuq talba tal-Kunsill tal-Istat, għaliex ma kinitx ta' natura leġiżlattiva”; fid-diskussjoni, ir-rapport jinnota diversi opinjonijiet parlamentari li jgħidu li l-Istat għandu jkun jista' jagħmel imposti oħrajn fuq EDF, il-kumpanija għandha tħallas it-taxxa fuq il-benefiċċji tagħha u li l-kwistjoni vera kienet “kemm kien sejjer jimponi l-Gvern fuq EDF u b'liema mod”. |
|
(105) |
Min-naħa tiegħu, ir-rapport tas-Senat ippreparat għad-diskussjoni tal-abbozz ta' liġi jispeċifika l-karattru mhux ġustifikat tal-ħolqien ta' riżervi kontabbli għat-tiġdid tal-proprjetà tal-RAG mill-1987. Id-diskors tal-Ministru responsabbli quddiem is-Senat fit-2 ta' Ottubru 1997, waqt il-preżentazzjoni tal-abbozz ta' liġi, jenfasizza n-natura “fittizja” mill-aspett fiskali tat-telf ta' EDF u tan-nuqqas ta' ħlas tat-taxxa fuq il-kumpaniji li kienu joħolqu dawn ir-riżervi. Il-Ministru assigura lis-Senat fid-diskors tiegħu dwar il-fatt li d-dispożittiv ma kienx jikkontesta l-monopolju li kellha EDF. Ir-rapport tas-Senat jippreżenta l-konsegwenzi tal-Artikolu eżaminat fuq l-intestaturi tal-karta bilanċjali ta' EDF, qabel u wara r-riklassifikazzjoni tar-riżervi, skont ċifri analogi għal dawk eżaminati fir-rapport tal-Assemblea Nazzjonali u murija fit-tabella 2 iktar 'il fuq. Ir-rapport jgħid li t-tindif tal-karta bilanċjali jiffaċilita t-tqabbil mal-karti bilanċjali tal-kompetituri ta' EDF; iżid il-kredibbiltà ta' EDF fost il-komunità finanzjarja, l-iktar peress li l-ispejjeż ta' negozjar mill-ġdid tad-dejn tagħha jiddependi b'mod partikolari fuq il-proporzjon tad-dejn nett u l-ekwità. |
|
(106) |
F'dak li jirrigwarda l-“kjarifika” tar-relazzjonijiet finanzjarji ta' EDF mal-Istat, ir-rapport tas-Senat jispeċifika li “bħala kumpens għad-dħul mit-taxxa li l-istabbiliment pubbliku issa sejjer jipprovdi lill-Istat, il-kuntratt ta' negozju ffirmat fit-8 ta' April 1997 għas-snin 1997 sa 2000 jipprovdi tnaqqis żgħir tal-pagamenti ta' EDF lill-Istat”. Bħala riżultat tal-imputazzjoni pożittiva tar-riżerva ta' FRF 38,5 biljun għat-tiġdid li kien jagħmel lil EDF responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-kumpaniji r-rapport tas-Senat jgħid li “ir-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istat u EDF ġew riveduti 'l isfel”. |
|
(107) |
Fl-aħħar nett, id-dokumenti l-oħrajn ippreżentati minn Franza jinkludu ittra ta' trażmissjoni tal-15 ta' Settembru 1997 mid-Dipartiment tal-Finanzi ta' EDF lill-amministrazzjoni tas-Senat. L-ittra ta' EDF kellha annessa tabella biċ-ċifri tal-effetti tal-Artikolu 4 tal-abbozz tal-liġi u l-effetti fuq il-karta bilanċjali, kopja tal-istruzzjoni tas-27 ta' Lulju 1993 dwar il-konċessjonijiet ta' distribuzzjoni tal-elettriku u nota interna ta' riflessjoni ta' EDF fuq l-esperjenzi barranin rigward il-kumpens tal-azzjonisti fis-settur tal-elettriku, li ġġib id-data tas-27 ta' Lulju 1996. Dan id-dokument jispjega l-prinċipji essenzjali applikabbli għall-kumpens tal-azzjonist, id-disparità u ċ-ċifri tar-redditu fil-każ ta' ċerti kumpaniji tas-settur: 60-80 % tal-benefiċċji lill-Istati Uniti, 40 % għal National Power u Power Gen, 78 % għal Union Fenosa u 30 % għal Endesa, li kienet akkwistat redditu għall-Istat Spanjol ta' 28 % fil-perjodu 1991-1996 minħabba d-dividendi u l-valutazzjoni tal-prezz tal-ishma. |
|
(108) |
Minkejja ż-żewġ dokumenti l-oħrajn li EDF bagħtet lis-Senat fl-ittra tagħha tal-15 ta' Settembru 1997, il-prinċipji, iċ-ċifri u l-applikazzjoni tagħhom għall-kumpens tal-azzjonist minn EDF ippreżentati fin-nota tas-27 ta' Lulju 1996 ma ġewx analizzati u lanqas inklużi fir-rapport tas-Senat. Minflok, ir-rapport tas-Senat jgħid, l-istess bħal dak tal-Assemblea Nazzjonali, li t-tnaqqis previst fil-kumpens li EDF għandha tħallas lill-Istat għall-injezzjonijiet ta' kapital magħmulin mill-Istat azzjonist sar: “biex jittieħed kont taż-żieda ta' injezzjonijiet ta' kapital li dan l-Artiklu kien maħsub li jinduċi”. |
9. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI: L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT
|
(109) |
L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jipprovdi li: “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. L-applikazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet kumulattivi għall-eżenzjoni mit-taxxa mogħtija minn Franza lil EDF hija eżaminata hawn taħt. |
9.1. VANTAĠĠ SELETTIV LIL KUMPANIJA
|
(110) |
Peress li l-Liġi Nru 97-1026 stabbilixxiet li EDF għandha titqies proprjetarja tal-RAG li tiegħu kienet ingħatat il-konċessjoni, jeħtieġ li jkun ivverifikat jekk din il-liġi tinvolvix trasferiment ta' proprjetà tal-RAG. |
|
(111) |
Skont l-informazzjoni li bagħtu l-awtoritajiet Franċiżi, EDF tista' raġonevolment titqies proprjetarja tal-RAG qabel id-dħul fis-seħħ tal-liġi msemmija. Din il-konklużjoni hija bbażata fuq il-fatturi li ġejjin: il-karatteristiċi tad-diversi tipi ta' kuntratti ta' konċessjoni fid-dritt Franċiż, il-karatteristiċi speċjali tal-konċessjoni oriġinali lil EDF, li ma kinitx tinkludi klawżola preċiża ta' retroċessjoni, il-proċedura ta' akkwist tal-assi kkonċernati, li għalihom EDF kellha tħallas taxxa simili għal indennizz ta' esproprjazzjoni, u l-kundizzjonijiet ta' finanzjament tal-manutenzjoni u tal-iżvilupp tal-RAG bi spejjeż proprji ta' EDF. Għalhekk, il-“kjarifika” rigward il-proprjetà tal-RAG, ipprovduta mil-Liġi Nru 97-1026, ma tidhirx li fiha nfisha hija vantaġġ ekonomiku favur EDF. |
|
(112) |
Għandu għalhekk jiġi kkunsidrat jekk il-Liġi Nru 97-1026 ikkunsidratx il-konsegwenzi fiskali kollha tal-kjarifika li hija toħloq rigward il-proprjetà tal-RAG u jekk, fl-ipoteżi li dan mhuwiex il-każ, kienx hemm vantaġġ ekonomiku ta' natura fiskali favur EDF. |
9.1.1. Ir-rinunzja tal-ġbir tat-taxxa dovuta minn EDF hija prima facie vantaġġ selettiv
|
(113) |
Matul il-perjodu 1987-1996, EDF ħolqot riżervi b'eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tal-RAG, li l-Qorti tal-Awdituri Franċiża enfasizzat l-irregolarità tagħhom. Peress li l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 97-1026 iqis EDF proprjetarja tal-RAG irendi dawn ir-riżervi irrilevanti u dawn kellhom għalhekk jiġu riklassifikati f'entrati oħrajn tal-karta bilanċjali. |
|
(114) |
L-ittra tal-Ministru tal-Ekonomija, li tistabbilixxi l-konsegwenzi fiskali tar-ristrutturar tal-karta bilanċjali ta' EDF, turi li r-riżervi għat-tiġdid tal-RAG mhux użati ġew soġġetti mill-awtoritajiet Franċiżi għat-taxxa fuq il-kumpaniji bir-rata ta' 41,66 %, applikabbli fl-1997. |
|
(115) |
Għall-kuntrarju, il-porzjon ta' dawn ir-riżervi li jikkorrispondi għall-operazzjonijiet ta' tiġdid diġà mwettqa, imsejħa wkoll drittijiet tal-konċedent, ġiet riklassifikata bħala injezzjonijiet ta' kapital li jammontaw għal FRF 14,119-il biljun. Din ir-riklassifikazzjoni tar-riżervi ma kinitx soġġetta għat-taxxa fuq il-kumpaniji. L-amministrazzjoni tat-taxxa tirrikonoxxi n-natura illegali ta' dan l-eżerċizzju, kif jirriżulta min-nota tad-Direttorat Ġenerali tat-Taxxi tad-9 ta' April 2002, indirizzata lill-Kummissjoni u riprodotta fil-premessa 35. |
|
(116) |
Skont l-opinjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kontabilità, il-korrezzjonijiet tal-iżball għandhom ikunu rikonoxxuti fid-dikjarazzjoni tad-dħul tas-sena finanzjarja li matulha jkunu nstabu. Min-naħa l-oħra, jekk ir-riżervi mhux użati li nħolqu b'eżenzjoni mit-taxxa u li jammontaw għal FRF 38,5 biljun kienu soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji bir-rata ta' 41,66 % fl-1997, ma hemm l-ebda raġuni oġġettiva għalfejn il-porzjon tar-riżervi maħluqa b'eżenzjoni mit-taxxa ma ġiex intaxxat bl-istess rata. |
|
(117) |
Id-drittijiet tal-konċedent kellhom ikunu intaxxati fl-istess ħin u bl-istess rata tar-riżervi kontabbli b'eżenzjoni mit-taxxa. Dan ifisser li l-FRF 14,119-il biljun ta' drittijiet tal-konċedent kellhom jiżdiedu mat-FRF 38,5 biljun f'riżervi mhux użati biex ikunu intaxxati bir-rata ta' 41,66 % applikata għar-ristrutturar tal-karta bilanċjali ta' EDF. Billi ma ħallsitx it-taxxa sħiħa fuq il-kumpaniji dovuta meta rristrutturat il-karta bilanċjali tagħha, EDF iffrankat FRF 5 882 849 762 f'taxxi dovuti. |
|
(118) |
Il-miżura tat-taxxa kellha effetti li jiffavorixxu lil EDF fl-1997, peress li l-ammont ta' FRF 5,88 biljun f'eżenzjoni mit-taxxa inklużi fl-ammont ta' FRF 14,119-il biljun kien irreġistrat fil-karta bilanċjali ta' EDF bħala drittijiet tal-konċedent, rikwalifikati mill-Istat fl-implimentazzjoni tal-Liġi Nru 97-1026 b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 1997. Il-konsegwenzi fiskali tal-Liġi huma esposti fl-ittra tal-Ministru tal-Ekonomija, b'effett mill-istess data tal-1 ta' Jannar 1997. |
|
(119) |
L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li, anki fin-nuqqas ta' injezzjonijiet ta' riżervi għat-tiġdid tal-RAG, EDF ma kinitx tkun kapaċi tħallas it-taxxa fuq il-kumpaniji mill-1987 sal-1996 minħabba d-differimenti tat-taxxa b'telf. Dak l-argument ma għandux x'jaqsam mal-punt inkwistjoni. Il-vantaġġ fiskali jmur lura għall-1997, u mhux għas-snin preċedenti. Barra minn hekk, l-injezzjonijiet f'riżervi irregolari kkawżaw parzjalment id-differimenti tat-taxxa b'telf. Id-differimenti tat-taxxa kellhom gradwalment jgħibu mill-1987 sal-1996, b'mod li, fl-1997, l-ammont tat-taxxa dovut minn EDF kien ikun ferm ogħla milli kien, anki jekk ma jiġix ikkunsidrat in-nuqqas ta' ħlas tat-taxxa għar-riklassifikazzjoni tad-drittijiet tal-konċedent. |
|
(120) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu wkoll li jekk il-ħolqien tar-riżervi għat-tiġdid tal-RAG irriżulta f'vantaġġ, dan għandu jitqies newtralizzat biż-żieda tat-taxxa fuq il-kumpaniji mħallsa fl-1997. Madankollu, kif jindikaw l-awtoritajiet Franċiżi stess fin-nota tagħhom tad-9 ta' April 2002 riprodotta fil-premessa 35, għalkemm ir-riżervi għat-tiġdid mhux użati ġew intaxxati b'mod normali, id-drittijiet tal-konċedent ġew riklassifikati f'injezzjonijiet ta' kapital mingħajr ma ġew soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji. B'hekk, it-taxxa mħallsa minn EDF fl-1997 hija inferjuri għat-taxxa normalment dovuta. |
|
(121) |
L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu wkoll li fil-perjodu 1987-1996, EDF ħallset globalment lill-Istat ammont ogħla mit-taxxa fuq il-kumpaniji li kien ikollha tħallas kumpanija kummerċjali, li ma kienx joħloq riżorsi għat-tiġdid tal-RAG u li kienet tipprovdi lill-azzjonist tagħha dividend ugwali għal 37,5 % tal-introjtu nett wara t-taxxa. Barra minn hekk, ir-rata tat-taxxa fuq il-kumpaniji li kellha tiġi applikata għar-ristrutturar tal-karta tal-bilanċ ta' EDF hija dik tal-1996, u mhux dik tal-1997. |
|
(122) |
Minn naħa, kif indikat fil-premessi 32 u 116, il-Kunsill Nazzjonali tal-Kontabilità jikkunsidra li l-iżbalji tal-kontabilità għandhom ikunu korretti waqt is-sena fiskali li matulha jiġu individwati. Minħabba li r-riżervi għat-tiġdid tal-RAG ma kienx għad baqgħalhom skop wara l-Liġi Nru 97-1026 tal-10 ta' Novembru 1997, huwa proprju fis-sena fiskali 1997 li kellhom jiġu riklassifikati, u allura intaxxati bir-rata tat-taxxa fuq il-kumpaniji applikabbli matul din is-sena fiskali. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Franċiżi nfushom applikaw ir-rata tat-taxxa fuq il-kumpaniji tal-1997 għall-proporzjon tar-riżervi li ġie intaxxat, kif tfakkar fil-premessa 34. |
|
(123) |
In-nuqqas ta' ħlas ta' FRF 5 882 849 762 f'taxxa fuq il-kumpaniji minn EDF fl-1997, huwa benefiċċju ekonomiku għal din il-kumpanija. EDF setgħet tuża din is-somma biex issaħħaħ l-ekwità tagħha mingħajr ma tuża riżorsi finanzjarji esterni. Kieku t-taxxa dovuta kienet ġiet effettivament imħallsa u ż-żieda tal-ekwità kienet ġiet iffinanzjata mid-dħul operattiv tal-kumpanija, din kien ikollha tnaqqas l-ispejjeż tagħha, iżżid id-dħul tagħha jew tirrinunzja għal nefqiet ta' investiment. Bid-disponibbiltà tal-flus li kellhom jitħallsu lill-Istat Franċiż bħala taxxa fuq il-kumpaniji, EDF ibbenefikat minn miżura applikabbli għaliha biss u li ffavorixxietha meta mqabbla mal-kumpaniji Franċiżi l-oħrajn f'sitwazzjoni simili li kellhom iħallsu t-taxxa fuq il-kumpaniji għar-riklassifikazzjonijiet ta' riżervi indebiti, skont l-Artikolu 38-2 tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa fis-seħħ fl-1997, kif inhu spjegat fil-premessa 35. |
|
(124) |
Madankollu, fl-osservazzjonijiet tagħha tal-11 ta' Diċembru 2002, Franza invokat l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq. Kif indikat mill-qrati tal-Unjoni, b'mod partikolari fis-sentenzi tagħhom imsemmija fil-premessi 7 u 8, f'dan il-każ, injezzjoni f'kapital addizzjonali favur EDF li tikkorrispondi għat-taxxa dovuta ma tiffavorixxix lill-kumpanija li tgawdi minnha billi tagħtiha vantaġġ ekonomiku skont l-Artikolu 107(1) TFUE jekk jiġi stabbilit li azzjonist privat ipotetiku kien jinvesti f'EDF ammont ugwali, f'kundizzjonijiet u f'sitwazzjoni simili, skont il-kriterju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq. |
|
(125) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punt 99 tas-sentenza tagħha tal-5 ta' Ġunju 2012 imsemmija qabel, iddikjarat li, permezz tas-sentenza kkontestata, il-Qorti Ġenerali ma kinitx ippreġudikat l-applikabblità, f'dan il-każ, tal-kriterju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq, u lanqas ir-riżultat tal-applikazzjoni eventwali ta' dan il-kriterju. Jeħtieġ għalhekk li jiġu eżaminati, suċċessivament, l-applikabbiltà u l-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju għall-fatti tal-każ, speċjalment fid-dawl tal-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
9.1.2. Dwar l-applikabbiltà tal-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq
|
(126) |
Biex wieħed jistabbilixxi l-applikabbiltà eventwali tal-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq, jeħtieġ li jkun stabbilit, bħala parti minn valutazzjoni ġenerali, jekk l-eżenzjoni mit-taxxa ngħatatx mir-Repubblika Franċiża bħala azzjonist jew bħala awtorità pubblika. Fis-sentenza tagħha tal-5 ta' Ġunju 2012 il-Qorti tal-Ġustizzja ssemmi diversi fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati f'din il-valutazzjoni globali. Dawn il-fatturi, diskussi f'iktar dettall hawn taħt għaċ-ċirkustanzi ta' dan il-każ, huma dawn li ġejjin:
|
|
(127) |
Fil-kummenti tagħhom tal-11 ta' Diċembru 2002 imsemmija fil-premessa 42, l-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li kien ikun iktar effettiv u newtrali għal EDF li talloka direttament l-ammont kollu tad-drittijiet tal-konċedent fl-ekwità, mingħajr ma tħallas taxxa fuq il-kumpaniji. Madankollu, l-ebda dokument preċedenti jew kontemporanju għall-allegata deċiżjoni li ma tinġabarx taxxa, mibgħut minn Franza jew minn EDF insostenn tal-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni ta' estensjoni tal-proċedura, ma jsemmi direttament jew indirettament l-allegata deċiżjoni ta' investiment, il-konsegwenzi, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha jew id-deċiżjoni simili li jiżdied l-ammont ta' injezzjonijiet f'kapital billi ma tinġabarx it-taxxa. Id-dokumenti mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi u msemmija fil-premessi 87 sa 108 ma jsemmux u, a fortiori, ma janalizzawx, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi għall-Istat tad-deċiżjoni li ma tinġabarx taxxa fuq il-kumpaniji fuq il-proporzjon tar-riżervi tad-drittijiet tal-konċedent riklassifikat bħala injezzjonijiet ta' kapital lil EDF skont il-Liġi Nru 97-1026 tal-10 ta' Diċembru 1997. |
|
(128) |
Hija Franza, f'każ ta' dubji dwar l-applikabbiltà tal-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq, bħal dawk li fformulat il-Kummissjoni, li trid tistabbilixxi mingħajr ekwivoku u abbażi ta' elementi oġġettivi u verifikabbli li l-miżura implimentata tirriżulta mill-kwalifika tagħha ta' azzjonist. Madankollu, fid-dawl tal-elementi pprovduti, jidher li d-deċiżjoni li jsir investiment billi ma tinġabarx it-taxxa dovuta fil-prinċipju minn EDF għandha titqies li ttieħdet b'mod taċitu, mingħajr att legali motivat li jgħin biex jintwera u jiġi vverifikat il-kontenut eżatt ta' din id-deċiżjoni, ir-raġunijiet warajha u l-bażi legali tagħha u minn liema awtorità kompetenti u f'liema data ttieħdet. Fid-dawl tal-elementi ssuġġeriti mill-Qorti tal-Ġustizzja biex tivverifika l-applikabbiltà tal-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq, jiġifieri, fost l-oħrajn, il-ħtieġa ta' elementi oġġettivi u verifikabbli, miżura effettivament implimentata jew valutazzjonijiet ekonomiċi preliminari, in-nuqqas ta' referenzi jew provi materjali għandu jitqies bħala l-ewwel indikazzjoni tan-nuqqas ta' applikabbiltà ta' dan il-prinċipju. |
|
(129) |
Fin-nuqqas ta' dokumenti li juru traċċi tad-deċiżjoni allegata, jeħtieġ li tiġi deskritta l-miżura eventwali ta' investiment li implimenta l-Istat Franċiż. F'dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kriterju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq għandu jgħin biex jiġi ddeterminat jekk azzjonist privat kienx jikkontribwixxi, f'kundizzjonijiet simili, FRF 5,88 biljun, lil kumpanija li ssib ruħha f'sitwazzjoni simili għal dik ta' EDF. Investiment minn Franza jimplika r-rinunzja tal-inkass ta' dan l-ammont biex jinkiseb qligħ li jaqbeż ir-riżorsi użati inizjalment. Għaldaqstant huwa b'referenza għall-ammont tat-taxxa fuq il-kumpaniji dovuta li jeħtieġ li ssir l-analiżi. |
|
(130) |
F'dan ir-rigward, in-nuqqas ta' studji, referenzi jew analiżijiet speċifiċi tal-profittabbiltà tal-investiment għall-ammont ta' eżenzjoni mit-taxxa jagħmilha diffiċli li wieħed jiżola l-effetti tal-investiment allegat fl-informazzjoni li bagħtu Franza u EDF. Din id-diffikultà mhijiex insormontabbli meta wieħed iqis, għall-finijiet tal-analiżi fil-maġġoranza tal-fatturi rilevanti għall-verifika tal-applikabbiltà u tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq, li l-kontribuzzjoni eċċessiva ta' kapital lil EDF għall-ammont tat-taxxa mhux miġbura kienet tgawdi minn drittijiet marbuta mal-injezzjonijiet kollha. B'hekk, jekk l-injezzjonijiet kienu kkumpensati b'rata speċifika, din ir-rata kellha tkun, u fil-fatt ġiet, applikata għall-ammont ta' taxxa mhux miġbur. Madankollu f'każijiet fejn huwa l-effett marġinali jew inkrementali li jintgħażel, l-informazzjoni li bagħtet Franza jew EDF ma tispjegax mal-ewwel daqqa t'għajn l-effett taż-żieda tal-ammont tal-injezzjonijiet proporzjonalment għall-ammont tat-taxxa mhux miġbura. |
|
(131) |
In-nuqqas ta' ġbir tat-taxxa kellu l-effett li jżid l-injezzjoni ta' kapital lil EDF u, allura, l-ekwità ta' EDF għall-ammont ta' FRF 5,88 biljun addizzjonali, fl-ammont totali ta' FRF 14,119-il biljun ta' riżervi riklassifikati. Dawn ir-riżervi, li ma kinux jikkorrispondu għal kontribuzzjoni preċedenti ta' flejjes ġodda mill-Istat azzjonist, ġew riklassifikati bħala injezzjonijiet ta' kapital, li għaddew fl-entrata korrispondenti għall-finanzjament tal-ekwità ta' EDF, fost l-istrumenti azzjonarji l-oħrajn (kapital, injezzjonijiet, eċċ. — Tabella 2). Mingħajr l-eżenzjoni mit-taxxa, l-ekwità ta' EDF li kellha tilħaq FRF 79,8 biljun fl-1997, kienet tilħaq FRF 72,1 biljun, skont id-dokumenti eżaminati dak iż-żmien (il-premessa 100, Tabella 2). Minflok FRF 50,7 biljun, l-injezzjonijiet tal-Istat fil-kapital ta' EDF kienu jkunu ta' FRF 44,8 biljun. |
|
(132) |
L-ewwel nett, kif jindikaw l-awtoritajiet Franċiżi, peress li l-integrazzjoni tal-ammont tat-taxxa mhux imħallsa żiedet il-bażi tal-injezzjonijiet u li din kienet ikkumpensata b'rata fissa (3 %), il-valur assolut tal-kumpens tal-Istat żdied permezz tal-eżenzjoni jew in-nuqqas ta' ġbir ta' taxxa (il-premessa 83). Madankollu, iż-żieda tal-injezzjoni ta' kapital korrispondenti għall-eżenzjoni fiskali ma kinitx riflessa b'żieda relattiva tal-kumpens tal-Istat. Huwa ċar f'dan ir-rigward li l-kumpens tal-injezzjonijiet tal-Istat fil-kapital ta' EDF huwa previst mid-Digriet Nru 56-1360 tat-30 ta' Diċembru 1956 (il-premessi 18 u 103). Kumpensi, barra minn hekk differenti, kienu b'hekk ġew previsti fil-kuntratti ta' negozju li ppreċedew u segwew dak fis-seħħ għall-perjodu 1997-2000, kif jintwera fil-premessi 93 u 102. Il-prinċipju ta' kumpens kien diġà jeżisti qabel l-allegata deċiżjoni u baqa' jinżamm warajha. |
|
(133) |
Barra minn hekk, l-eżami tal-fatti juri li l-eżenzjoni mit-taxxa inkwistjoni setgħet kellha l-effett li tnaqqas il-kumpens tal-investiment tal-Istat. Ir-rapport imħejji mill-Assemblea Nazzjonali f'Settembru 1997 juri biċ-ċar li ż-żieda fl-ammont totali tal-injezzjoni kkawżat tnaqqis tal-kumpens ta' din tal-aħħar biex ma “jiżdiedx il-piż tal-imposti fuq EDF” (il-premessa 103). Ir-rapport tas-Senat jikkorrobora dan it-tnaqqis mixtieq mill-awtoritajiet pubbliċi (il-premessa 108). |
|
(134) |
Bejn l-1991 u l-1996, EDF ikkumpensat aħjar lill-Istat għal bażi iktar baxxa ta' injezzjonijiet ta' kapital meta mqabbla ma' dak li kien ippjanat bejn l-1997 u s-sena 2000 għal bażi ogħla. Il-kumpens medju annwali f'valur assolut ta' FRF 3,41 biljun għall-perjodu 1991-1996 fejn l-ammont tal-injezzjonijiet kien ta' FRF 36,6 biljun kien ferm ogħla minn dak ta' FRF 2,35 biljun previsti għal bażi estiża għal FRF 50,7 biljun matul il-perjodu 1997-2000 (il-premessi 92 u 102-103, tabella 3). Minn dan jirriżulta li r-redditu marġinali kurrenti taż-żieda tal-injezzjoni ta' kapital li tammonta għal FRF 5,88 biljun mistenni għall-perjodu 1997-2000 mill-Istat azzjonist seta' għalhekk ikun analizzat bħal negattiv għall-perjodu 1991-1996. |
|
(135) |
Fil-fatt, l-awtoritajiet Franċiżi assiguraw li l-kumpens assolut u relattiv imħallas lill-Istat Franċiż għall-injezzjoni ta' kapital ikun baxx fil-valur assolut u fil-valur relattiv skont kemm tkun estiża l-bażi tal-injezzjoni, kif juru biċ-ċar ir-rapporti mħejjija mill-Assemblea Nazzjonali u mis-Senat. Minn dan isegwi li jekk jiżdied l-ammont tal-injezzjoni totali kkumpensata ferm inqas mill-injezzjoni eżistenti qabel il-Liġi Nru 97-1026, id-deċiżjoni li tingħata eżenzjoni mit-taxxa ma tidhirx li tikkostitwixxi investiment. |
|
(136) |
It-tieni, il-mod kif ġie ppjanat u stabbilit il-kumpens taż-żieda tal-injezzjonijiet ta' kapital mhuwiex dak li kien jagħżel investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq. |
|
(137) |
Fil-fatt, kif juru r-referenzi kemm fl-ittri tal-Ministri superviżorji kif ukoll fir-rapporti parlamentari msemmija fil-premessi 97, 103 u 106, fl-eżami tal-1997 tal-kumpens tal-Istat Franċiż wara r-ristrutturar tal-karta bilanċjali ta' EDF, l-awtoritajiet Franċiżi ħadu inkunsiderazzjoni kemm il-kumpens tal-injezzjonijiet ta' kapital dovut lill-Istat azzjonist stricto sensu kif ukoll l-ammont ta' taxxa mistenni li kien sejjer jirċievi l-Istat mill-1997 wara diversi snin ta' riporti fiskali negattivi dovuti lill-Istat fil-kapaċità tiegħu ta' awtorità pubblika fil-ġbir tat-taxxa. Kif muri fil-premessa 93, il-kumpens tal-injezzjonijiet kien, min-naħa tiegħu, deduċibbli mit-taxxa fuq il-kumpaniji, b'deroga mid-dritt komuni. |
|
(138) |
Il-kunċett eżaminat u vvalidat mill-awtoritajiet Franċiżi fl-1997 kien għalhekk dak tal-ġbir globali fuq EDF, taxxa u kumpens tal-azzjonist akkumulati. L-ammont tat-taxxa globali imposta fuq EDF, anki lil hinn mill-eżenzjoni inkwistjoni, li jaqa' taħt il-prerogattivi tat-taxxa, u l-kumpens imħallas lill-Istat bħala azzjonist huma mħawdin fid-dokumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Franċiżi. Madankollu, fil-fehma tagħhom, dawn id-dokumenti juru l-eżistenza ta' deċiżjoni ta' investiment. Għall-kuntrarju, din il-kunsiderazzjoni kostanti tal-ħlas tat-taxxi dovuti minn EDF lill-Istat kollettur, inkluż permezz tar-regolarizzazzjoni u l-ikklerjar tat-taxxa mhux miġbura qabel il-Liġi Nru 97-1026 biex jiġi eżaminat u stabbilit il-kumpens tal-Istat azzjonist tindika li huwa permezz tal-Istat fil-kapaċità tiegħu ta' awtorità pubbliku u mhux ta' investitur, li ngħatat l-eżenzjoni mit-taxxa kkontestata. |
|
(139) |
Din l-indikazzjoni hija wkoll imsaħħa min-natura tal-miri stabbiliti għal EDF mill-Istat fl-1997 minħabba t-tħassib u l-għanijiet ta' awtorità pubblika, u mhux ta' azzjonist. Dan it-tħassib huwa evidenti fl-iffissar tat-tariffi ta' EDF, kif miftiehem fil-kuntratt ta' negozju għall-perjodu 1997-2000, li minnhom kien jiddependi l-kumpens tal-Istat azzjonist. Fil-fatt, l-Istat talab lil EDF tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija Franċiża u għat-tisħiħ tas-setgħa ta' akkwist tal-familji Franċiżi. Dawn mhux biss huma kollha kunsiderazzjonijiet li ma kienx jagħmel investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq, iżda saħansitra jmorru kontra l-interessi finanzjarji ta' dan l-investitur ipotetiku. L-istess japplika għall-għan stabbilit għal EDF fil-kuntratt ta' negozju 1997-2000 li timplimenta politika ambizzjuża biex tappoġġja l-attività ekonomika u l-impjiegi billi toffri s-servizz tagħha lill-awtoritajiet lokali (il-premessi 89 u 95). |
|
(140) |
Il-kuntratt ta' negozju bejn l-Istat u EDF iffirmat fit-8 ta' April 1997 kien jinkludi valutazzjonijiet preliminari tax-xenarju finanzjarju, li fihom kienu inklużi previżjonijiet ta' ritorn fuq l-investiment f'injezzjonijiet ta' kapital lil EDF għall-Istat azzjonist (il-premessa 92). Dawn id-dokumenti u l-analiżijiet ippreżentati mill-awtoritajiet Franċiżi jirrigwardaw l-effetti mistennija tar-riklassifikazzjoni tar-riżervi kollha magħmula minn EDF, kemm jekk kienu intaxxati kif ukoll jekk le, u kemm jekk irriżultawx mill-implimentazzjoni tal-Liġi Nru 97-1026 jew le. L-unika valutazzjoni sistematika ppreżentata mill-awtoritajiet Franċiżi li tinsab fin-nota ta' EDF tat-18 ta' Frar 1997 (il-premessa 92) hija ġenerali u limitata għall-kumpens regolatorju applikat għall-injezzjonijiet ta' kapital, inklużi dawk preċedenti għar-ristrutturar tal-karta bilanċjali ta' EDF, mingħajr ma tinkludi, pereżempju, il-kumpens tal-kapital minbarra l-allokazzjonijiet jew il-kumpens tal-ekwità. |
|
(141) |
L-ebda dokument mibgħut minn Franza jew minn EDF ma juri li d-deċiżjoni ta' investiment li allegatament ittieħdet, jiġifieri, li tingħata kontribuzzjoni ikbar ta' kapital lil EDF filwaqt li ma tinġabar ebda taxxa fuq ir-riklassifikazzjoni, kienet soġġetta għal xi eżami, studju jew analiżi speċifiċi. Madankollu, minħabba l-ammonti involuti, investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq kien probabbilment jikkummissjoni analiżi finanzjarja u ekonomika tal-investiment qabel jiddeċiedi, minħabba r-redditu regolatarju tal-injezzjonijiet ta' kapital, jekk l-ammont ta' FRF 5,88 biljun tal-eżenzjoni mit-taxxa kienx meħtieġ biex il-kumpanija tiżgura r-redditu fit-tul tal-investiment totali tagħha u biex l-azzjonist ikun ikkumpensat biżżejjed għal dan l-għan. Dan it-tip ta' studju ekonomiku preliminari, li l-Qorti tal-Ġustizzja ssemmi fil-punt 84 tas-sentenza tagħha fost l-elementi li jippermettu konklużjoni favur l-applikabbiltà tal-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq, huwa nieqes. |
|
(142) |
Ta' min partikolarment jinnota li minbarra l-kumpens li għandu jingħata lill-Istat matul il-perjodu 1997-2000, la sar xi studju ta' kumpens u lanqas ta' redditu fit-tul, anki jekk Franza ssostni preċiżament li għamlet investiment fit-tul. Madankollu, investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq ma kienx jonqos milli jwettaq analiżi tar-redditu ta' investiment għall-perjodu ta' wara s-sena 2000. |
|
(143) |
Jekk wieħed jista' raġonevolment jaħseb li investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq kien jikkunsidra l-effetti tat-tnaqqis tar-rata tad-dejn ta' EDF, għandu jiġi nnotat li l-vantaġġ għal EDF li tissellef bi spiża orħos minħabba proporzjon tad-dejn fuq l-ekwità mtejjeb huwa msemmi b'mod ġenerali f'ċerti dokumenti ppreżentati minn Franza (il-premessi 101 u 105) u minn EDF. Madankollu, l-ebda element ma jissuġġerixxi l-vantaġġi u r-redditu għall-Istat azzjonarju ta' tnaqqis tal-ispiża tas-self ta' EDF jew ta' proporzjon tad-dejn iktar baxx. Skont il-kwantifikazzjonijiet ta' dak iż-żmien ippreżentati fil-premessa 101, il-proporzjon tad-dejn nett fuq l-ekwità ta' EDF kellu jilħaq 148 % bl-injezzjoni ġdida sħiħa fil-kapital, li kien stabbilit għal FRF 50,7 biljun, li kien jinkludi FRF 5,88 biljun tal-eżenzjoni inkwistjoni. Mingħajr l-eżenzjoni tat-taxxa, dan il-proporzjon kien ikun ta' madwar 163 %, jiġifieri madwar tliet darbiet inqas mill-proporzjon ta' 480 % qabel il-Liġi Nru 97-1026. Meta jitqies b'mod iżolat mill-effetti l-oħrajn tar-riklassifikazzjoni tad-diversi riżervi, il-kontribut tal-eżenzjoni tat-taxxa għat-titjib ta' dan il-proporzjon ma tantx huwa sinifikanti u l-espressjoni konkreta tiegħu f'termini ta' tnaqqis tal-ispiża tas-self għal EDF, hija dubjuża ħafna (il-premessi 170 sa 172). Fi kwalunkwe każ, id-dokumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Franċiżi ma jsemmux u lanqas janalizzaw bħala investiment la l-kumpens għall-azzjonist li jirriżulta minn proporzjon ta' 148 % u lanqas, a fortiori, dak li jirriżulta minn proporzjon ta' 163 %. Fuq dan il-punt ma hemm l-ebda valutazzjoni ekonomika preliminari komparabbli għal dik li kien jagħmel investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq, kif imsemmi mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 84 tas-sentenza tagħha. |
|
(144) |
F'dan ir-rigward, l-istudju ekonomiku ppreżentat minn EDF insostenn tal-kummenti tagħha (il-premessi 69-70) ma jistabbilixxix li Franza aġixxiet bħala investitur u mhux bħala awtorità pubblika. L-istudju ġie stabbilit wara l-allegata deċiżjoni ta' investiment meħuda fl-1997 u ma ġietx eżaminata mill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu tali deċiżjoni. Għal din ir-raġuni biss, l-istudju mhuwiex ammissibbli bħala prova, skont l-indikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-premessa 126, il-punt 104 tas-sentenza tal-5 ta' Ġunju). Li l-istudju sar minn bażi ta' data awtentika disponibbli dak iż-żmien ma jħassarx din il-konklużjoni. L-istudju ġie kkummissjonat għall-ħtiġijiet tal-kawża wara l-estensjoni tal-proċedura f'Mejju 2013 u l-konklużjonijiet li jwassal għalihom kienu apparentement magħrufa minn EDF f'Lulju 2013, meta l-istudju jġib id-data ta' Ottubru 2013. Hemm raġunijiet oħrajn li jrendu wkoll invalidi r-riżultati numeriċi li jasal għalihom l-istudju u, għaldaqstant, jagħmlu infondati l-konklużjonijiet li EDF tasal għalihom insostenn tal-kummenti tagħha, jiġifieri:
|
|
(145) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tenfasizza li n-natura tal-miżura meħuda tagħmel parti mill-elementi rilevanti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex wieħed jikkonkludi favur l-applikabbiltà tal-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq (il-punt 86 tas-sentenza). Id-deċiżjoni li jingħata kontribut ta' kapital addizzjonali lil EDF mingħajr ma tinġabar taxxa fuq ir-riklassifikazzjoni tar-riżervi irregolari relatati mal-RAG hija kemm deċiżjoni ta' kontabilità u ta' riallokazzjoni bejn l-entrati tal-karta bilanċjali ta' EDF (il-premessi 100 u 105) kif ukoll deċiżjoni ta' natura fiskali, peress li l-awtoritajiet kompetenti jqisu li t-taxxa fuq il-kumpaniji kellha tinġabar qabel ir-riklassifikazzjoni (il-premessa 35), anki jekk it-taxxa tħallset fuq riżervi kontabbli oħrajn riklassifikati. Għalhekk mhuwiex stabbilit, kuntrarjament għall-pretensjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi, li dawn iż-żewġ aspetti tal-kontabilità u tat-taxxa huma inevitabbilment marbuta f'miżura waħdiena implimentata mil-Liġi Nru 97-1026 tal-10 ta' Novembru 1997. |
|
(146) |
L-Artikolu 4(2) tal-liġi kien jipprovdi li l-valur korrispondenti tal-oġġetti in natura mogħtija b'konċessjoni tal-RAG li jidher fil-passiv tal-karta bilanċjali ta' EDF kellu jitqiegħed, nett mid-differenzjali tar-rivalutazzjoni korrispondenti, fl-partita “Injezzjonijiet ta' Kapital” (il-premessa 28). Minn dan jista' jiġi dedott li l-liġi kienet tipprovdi li, apparti minn aġġustamenti tal-valur potenzjali, l-ebda riproċessar tal-kontabilità jew tat-taxxa ma kellu jnaqqas l-ammont tal-valur korrispondenti li kellu jkun irreġistrat bħala injezzjoni ta' kapital lil EDF. Madankollu, id-deċiżjoni li tinġabar jew le t-taxxa mingħand EDF ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi skont l-Artikolu 34 tal-Kostituzzjoni ta' Franza u l-Liġi Nru 97-1026 ma setgħetx tiddeċiedi b'mod validu fuq din il-kwistjoni. Dan l-Artikolu jillimita s-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament fil-qasam fiskali għall-iffissar tal-bażi tat-taxxa, tar-rata u tal-metodi ta' rkupru tat-taxxi ta' kull tip. B'hekk, EDF ħallset it-taxxa fuq il-kumpaniji għal ċerti riżervi kontabbli iżda mhux għal oħrajn wara l-istess eżerċizzju ta' riklassifikazzjoni mwettaq mil-liġi. |
|
(147) |
Id-dokumenti preparatorji mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi msemmija fil-premessa 104 juru wkoll li fl-1997 il-Kunsill tal-Istat kien tal-fehma li d-dispożizzjonijiet li ma kinux leġiżlattivi kellhom jitneħħew mit-test tal-abbozz ta' liġi; barra minn hekk, abbozz ta' emenda għall-abbozz ta' liġi tal-gvern li tillimita l-ħlasijiet li l-Istat seta' jiġbor mingħand EDF skont il-liġi wkoll tneħħa. Fl-aħħar nett, f'April tal-1997 il-Ministri responsabbli kienu qegħdin jikkunsidraw li l-arranġamenti dettaljati ta' implimentazzjoni tar-ristrutturar ta' EDF għall-finijiet ta' kontabilità u ta' taxxa kellhom ikunu diskussi iktar bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-kumpanija (il-premessa 98). |
|
(148) |
Dawn l-elementi, speċifikati u kwantifikati fl-ittra ta' implimentazzjoni mibgħuta mill-Ministri superviżorji lil EDF fit-22 ta' Diċembru 1997, wara l-adozzjoni tal-liġi (il-premessa 31), jindikaw li l-aspetti fiskali tal-implimentazzjoni huma dissoċjabbli mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 97-1026 tal-10 ta' Novembru 1997. Dawn il-Ministri, fl-ittra tagħhom indirizzata lil EDF, jispjegaw ir-ristrutturar tal-ekwità ta' EDF, skont l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 97-1026 tal-10 ta' Novembru 1997 u jidhru li jiddeċiedu b'mod taċitu dwar il-konsegwenzi fiskali ta' dan ir-ristrutturar, mingħajr ma jissemma ebda investiment produttiv u lanqas dispożizzjonijiet imperattivi fil-liġi. |
|
(149) |
F'dak li jirrigwarda l-kuntest tal-miżura, li l-Qorti tal-Ġustizzja tindika bħala element rilevanti fost oħrajn biex tivvaluta l-applikabbiltà eventwali tal-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq, il-laqgħat ta' tħejjija u d-dokumenti ta' appoġġ għall-perjodu li wasslu għall-kuntratt ta' negozju bejn l-Istat u EDF iffirmat fit-8 ta' April 1997 juru li r-riklassifikazzjoni tar-riżervi kienet taqa' fil-kuntest tal-prespettiva tal-liberalizzazzjoni parzjali tas-swieq tal-elettriku fl-Unjoni, stabbilita sa mill-1996. Barra minn hekk, ix-xewqa li l-attivitajiet ta' EDF ikomplu jinfirxu fuq livell internazzjonali hija preżenti fil-kuntratt ta' negozju 1997-2000 u fid-dokumenti ta' tħejjija, kif ukoll fid-dokumenti parlamentari. Il-kuntratt ta' negozju nnifsu jissupponi li, biex jitwettaq, teħtieġ miżura leġiżlattiva ta' regolarizzazzjoni bħal dik prevista mil-Liġi Nru 97-1026, li tistabbilixxi kontinwità de facto bejn l-għanijiet tal-kuntratt u dawk tal-leġiżlatur. Madankollu, la l-kuntratt konkluż f'April 1997, u lanqas id-dokumenti ta' tħejjija u d-diskussjonijiet mal-awtoritajiet superviżorji ta' EDF ma jieħdu pożizzjoni fuq l-ammont speċifiku tat-taxxa. |
|
(150) |
Dan il-kuntest, deskritt mill-elementi esposti minn Franza fil-kummenti tagħha, madankollu ma jippermettix li wieħed jistabbilixxi b'ċertezza li l-miżura hija r-riżultat ta' mġiba ta' azzjonist li qiegħed jagħmel investiment. Fil-fatt, il-ħtieġa ta' rimedju tal-irregolaritajiet innotati mill-Qorti tal-Awdituri f'Ottubru 1994 tagħmel parti minn dan il-kuntest ukoll. Meta, minn naħa, kellha tiġi rimedjata irregolarità ta' kontabilità li ppermettiet lil EDF ma tħallasx taxxa fuq il-kumpaniji għal diversi snin, l-awtoritajiet Franċiżi enfasizzaw li d-dispożizzjoni ma taffettwax il-monopolju ta' EDF (il-premessa 105) u li l-qafas stabbli permess mil-liberalizzazzjoni tas-suq kellu jibqa' jinżamm (il-premessa 95). Huwa veru li l-liberalizzazzjoni kienet tiftaħ prospetti ta' espansjoni fuq swieq nazzjonali ta' Stati Membri oħrajn u li ċerti azzjonijiet kienu previsti fil-kuntratt ta' negozju 1997-2000 biex EDF tkompli tifrex f'livell internazzjonali. Jibqa' l-fatt li l-ħsieb tal-awtoritajiet pubbliċi li jiffavorixxu lill-kumpaniji nazzjonali permezz ta' miżuri ta' għajnuna finanzjarja fil-bidu ta' liberalizzazzjoni mhuwiex limitat għall-kumpaniji pubbliċi u lanqas ma jikkaratterizza l-imġiba tal-azzjonist prudenti ta' kumpanija pubblika. |
|
(151) |
Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja tindika li l-eżami tar-regoli li għalihom hija soġġetta l-miżura kkontestata huwa rilevanti biex wieħed jiddetermina l-karattru tagħha, jew ta' investiment mill-Istat azzjonist jew ta' prerogattiva ta' awtorità pubblika. Il-klassifikazzjoni tal-miżura fl-ewwel kategorija jew fl-oħra tista' għalhekk tqis il-konformità mar-regoli applikabbli li jiregolawha. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu eżaminati r-regoli li jirregolaw l-investiment ta' riżorsi tat-taxxa f'kumpaniji bħal EDF. Mingħajr il-miżura inkwistjoni, id-dħul mit-taxxa fuq il-kumpaniji li ma nġabarx kien imur fid-dħul ġenerali tal-baġit tal-Istat Franċiż fl-1997. Kif kien previst fl-Artikolu 18 tad-Digriet Nru 59-2 tat-2 ta' Jannar 1959 dwar il-liġi organika relatata mal-liġijiet tal-finanzi, applikabbli fiż-żmien tal-fatti, peress li d-dħul kollu jiżgura l-eżekuzzjoni tan-nefqiet kollha, id-dħul kollu u n-nefqiet kollha tal-Istat huma attribwiti f'kont wieħed, imsejjaħ baġit ġenerali. B'hekk, id-dħul mit-taxxa jintefa' fil-baġit u għall-benefiċċju tal-Istat, u mhux għall-benefiċċji tal-kumpaniji pubbliċi. |
|
(152) |
Dan il-baġit huwa soġġett għall-prinċipju kostituzzjonali tal-universalità li taħtu d-dħul kollu u s-self kollu jiġu rreġistrati f'żewġ kolonni distinti, mingħajr ma tiġi stabbilita ebda rabta partikolari, pereżempju, bejn dħul mit-taxxa fuq il-kumpaniji u użu bħal injezzjoni ta' kapital favur kumpanija pubblika bħal EDF. Ċertament, l-allokazzjoni minn qabel ta' riżorsa tat-taxxa lil persuna ġuridika għajr l-Istat, bħala sussidju jew bħala investiment, hija possibbli taħt id-dritt Franċiż, diment li din l-allokazzjoni tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet apposta. L-Artikolu 18 tad-Digriet Nru 59-2 kien jipprovdi għalhekk li, ħlief għas-self u l-ħlas bil-quddiem fost l-oħrajn, l-allokazzjoni tad-dħul tal-Istat hija eċċezzjoni u tista' ssir biss permezz ta' dispożizzjoni tal-liġi tal-finanzi, fuq inizjattiva tal-gvern. |
|
(153) |
Madankollu, il-Liġi Nru 97-1026 tal-10 ta' Novembru 1997 ma kinitx liġi tal-finanzi u ma setgħetx, minħabba f'hekk, talloka riżorsa ta' taxxa għall-benefiċċju tal-kapital ta' EDF. Barra minn hekk, ma jidhirx li ġew adottati xi dispożizzjonijiet speċifiċi fuq inizjattiva tal-gvern fil-liġi tal-finanzi applikabbli għall-baġit tal-1997 biex jiġi allokat minn qabel il-prodott tat-taxxa dovuta minn EDF a spejjeż tal-Istat Franċiż bħala xi tip ta' investiment fil-kapital ta' EDF fil-kuntest tal-istess baġit. Jidher għalhekk li din ir-regola li tagħmel possibbli l-investiment ta' riżorsa tat-taxxa stabbilita favur l-Istat, lil persuna ġuridika tal-Istat bħal EDF, ma ġietx applikata. |
|
(154) |
Il-parti l-kbira tal-elementi li ssemmew hawn fuq jindikaw b'mod ċar li Franza ma ħaditx deċiżjoni, qabel jew fiż-żmien li ngħata l-benefiċċju ekonomiku fil-forma ta' nuqqas ta' ħlas ta' taxxa fuq il-kumpaniji, li tinvesti f'EDF permezz tal-eżenzjoni mit-taxxa. Minħabba dan, il-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq ma jidhirx li japplika għal din il-miżura. Il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq għandhom għalhekk karattru sussidjarju. |
9.1.3. Dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq
|
(155) |
Fis-sentenza tagħha tal-5 ta' Ġunju 2012 f'din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq għandha tgħin biex jiġi ddeterminat jekk azzjonist privat kienx jalloka ammont ugwali għat-taxxa dovuta, f'kundizzjonijiet simili, lil kumpanija li ssib ruħha f'sitwazzjoni simili għal dik ta' EDF (il-punt 95 tas-sentenza). Id-differenza eventwali bejn l-ispiża tal-investiment li jkun għamel l-investitur privat u dik li għandu l-Istat azzjonist tista' wkoll tiġi kkunsidrata biex wieħed jara jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-prinċipju humiex issodisfati (il-punt 96 tas-sentenza). |
|
(156) |
L-evalwazzjoni ssir fuq l-elementi oġġettivi u verifikabbli u l-valutazzjonijiet prevedibbli fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni tal-investiment (il-punti 102 u 105 tas-sentenza). F'din l-evalwazzjoni, iridu jiġu kkunsidrati biss il-benefiċċji u l-obbligi marbuta mas-sitwazzjoni tal-Istat bħala azzjonist, esklużi dawk marbuta mal-kapaċità tiegħu bħala awtorità pubblika (il-punt 79 tas-sentenza). |
|
(157) |
Minħabba s-sitwazzjoni u l-karatteristiċi ta' EDF, li kienet stabbiliment pubbliku kkontrollat għal kollox mill-Istat Franċiż għal iktar minn 50 sena, jeħtieġ li tinżamm ir-referenza ta' investitur li jkollu mira ta' redditu fit-tul u li tiġi eżaminata speċifikament l-informazzjoni mibgħuta minn Franza kif imsemmija fil-premessi 87 sa 108. Fil-fatt huma dawn l-elementi li l-awtoritajiet Franċiżi jinvokaw bħala bażi għad-deċiżjoni tagħhom fl-1997. |
|
(158) |
L-ewwel nett, jeħtieġ li jiġi eżaminat ir-redditu li kienet toffri EDF lill-azzjonist tagħha fl-1997. Dan ir-redditu għandu jitqabbel ma' valuri ta' referenza. Fl-1997, ir-rata medja ta' kumpens tal-bonds fit-tul (30 sena) ta' Franza kienet ta' 6,35 %. Anki fil-każ ta' maturitajiet iqsar (10 snin), inqas minn dawk taċ-ċiklu tal-ħajja tal-installazzjonijiet ta' EDF, ir-rata medja tal-imgħax imħallas fuq il-bonds tal-Istat Franċiż kienet ta' 5,58 % (31). Dawn il-valuri jirrappreżentaw kemm ir-redditu ta' assi finanzjarji meqjusa ta' ftit riskju kif ukoll l-ispiża tal-finanzjament fit-tul tal-Istat Franċiż f'dak iż-żmien. Investiment f'kumpanija bħal EDF fl-1997 kien investiment iktar riskjuż mis-sjieda ta' bonds tal-Istat fl-istess perjodu. Għalhekk, investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq kien jitlob redditu ferm ikbar minn dak tal-bonds tal-Istat. |
|
(159) |
Madankollu, l-eżami tar-redditu kurrenti li seta' jistenna l-Istat Franċiż fl-1996-1997 kif jirriżulta mid-dokumenti mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi ma jwassalx għall-konklużjoni li l-investiment jissodisfa t-test tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq. |
|
(160) |
L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu r-rapport tal-introjtu pproġettat ta' EDF għall-perjodu ta' wara r-ristrutturar tal-karta bilanċjali, kif eżaminat fl-1997 mill-awtoritajiet ikkonċernati (il-premessa 92, it-tabella 1). L-istimi tat-tabella huma kkorroborati minn dokumenti oħrajn ta' dak iż-żmien (il-premessi 96-97, 103). Dawn l-istimi tax-xenarju ta' referenza ta' EDF għall-perjodu li ġej kienu ġew ivvalidati mill-awtoritajiet tal-Istat (il-premessa 97). Minn dan ir-rapport tal-introjtu, u mill-ammonti mistennija ta' riżorsi investiti mill-Istat f'EDF (il-premessa 100, it-tabella 2), wieħed jista' jikkalkula r-redditu li l-Istat seta' jistenna b'konnessjoni, rispettivament, mal-injezzjonijiet ta' kapital, it-total tal-kapital (kapital inizjali u injezzjonijiet) u l-ekwità ta' EDF (it-total tal-kapital, differenzjali ta' rivalutazzjoni, riżervi regolatorji u riport) (32), skont it-tabella 4. Tabella 4 Stima tal-kumpens tal-kapital fil-karta bilanċjali ta' EDF 1997-2000 (FRF biljun)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(161) |
Jirriżulta mid-dokumenti ċċitati u mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi li fl-1997 il-kumpens mistenni mill-Istat azzjonist mingħand EDF għall-perjodu sħiħ tal-1997-2000 kien ta' FRF 9,4 biljun li minnhom FRF 6 biljun bħala sehem mir-rata fissa ta' 3 % u 3,4 biljuni għall-perjodu kollu bħala sehem addizzjonali, wara r-riklassifikazzjoni magħmula permezz tal-Liġi Nru 97-1026. Mill-istimi vvalidati f'dak iż-żmien, ir-redditu kurrenti futur li seta' jistenna l-Istat azzjonist kien fuq medja ta' 2,94 % fuq it-total tal-ekwità ta' EDF, 4,41 % fuq it-total tal-kapital investit mill-Istat f'EDF u 4,64 % fuq l-ammont tal-injezzjonijiet ta' kapital. Dan il-kumpens, applikabbli għall-ammont ta' eżenzjoni mit-taxxa riklassifikata bħala injezzjoni ta' kapital, kien sew taħt is-6,35 % ipprovduti fuq il-bonds li l-Istat Franċiż ħareġ fl-1997 għall-finanzjament fit-tul tiegħu stess. Investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq kien jikkonstata li r-redditu kurrenti mistenni fuq ammont ta' FRF 5,88 biljun li jikkorrispondi għall-eżenzjoni mit-taxxa ma kienx ikun biżżejjed biex jiġġustifika l-investiment. |
|
(162) |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja, qieset fil-punt 96 tas-sentenza tagħha tal-5 ta' Ġunju 2012 li huwa possibbli fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq li tiġi kkunsidrata d-differenza bejn l-ispiża tal-investiment li jagħmel investituri privat u dik li jagħmel l-Istat. Dan ifisser it-tqabbil tar-redditu li, skont l-awtoritajiet Franċiżi, iġġustifika l-eżerċizzju ta' riklassifikazzjoni tar-riżervi tad-drittijiet tal-konċedent fl-ammont tal-eżenzjoni mit-taxxa, ma' dak li kien jikseb azzjonist privat li jagħmel l-istess eżerċizzju ta' rikapitalizzazzjoni f'kumpanija simili minn kull aspett għal EDF, ħlief fil-każ tal-prerogattiva, inaċċessibbli għall-investitur privat, li jeżenta l-injezzjoni ta' kapital mit-taxxa fuq il-kumpaniji. |
|
(163) |
Tali kumpanija li l-azzjonist tagħha kien ikollu FRF 5,88 biljun għar-rikapitalizzazzjoni tagħha f'kundizzjonijiet simili għal dawk ta' EDF kien ikollha prospett ta' redditu ta' 4,64 % annwali fuq il-kapital addizzjonali investit mill-azzjonist, jiġifieri FRF 272 miljun fis-sena, irrispettivament mit-taxxa fuq il-kumpaniji. Jekk wieħed japplika r-rata tat-taxxa fuq il-kumpaniji ta' 41,66 % applikabbli fl-1997, il-prospett ta' redditu kien ikun ta' FRF 159 miljun fis-sena għall-istess kontribuzzjoni ta' kapital, jiġifieri rata ta' redditu annwali nominali ta' 2,7 %. Tali rata għal parteċipazzjoni fil-kapital ta' kumpanija bir-riskji marbutin ma' tali investiment għandha titqabbel ma' 6,35 % ipprovduti fuq il-bonds ta' Franza fl-istess perjodu. Ir-redditu baxx kien għalhekk jiddiswadi lil investitur privat li ma jkollux prerogattivi fiskali mill-Istat. Bi prospetti tant baxxi ta' redditu fuq il-kapital investit, jidher li huwa eskluż li investitur privat prudenti li l-kumpanija tiegħu tkun soġġetta għat-taxxa fuq il-kumpaniji fuq l-injezzjonijiet ta' kapital kien ikollu sehem, minflok Franza, miż-żieda fil-kapital ta' EDF fl-1997. |
|
(164) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk l-elementi u l-informazzjoni kontemporanji għad-deċiżjoni ta' riklassifikazzjoni tar-riżervi mingħajr ma tinġabar taxxa mibgħuta minn Franza jinkludux indikazzjonijiet oħrajn li kienu jikkonvinċu lil investitur privat prudenti li jwettaq l-investiment allegat minkejja r-redditu ferm baxx mistenni. Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jkunu relatati b'mod partikolari mal-kapaċità ta' EDF i) li żżid l-introjtu mill-attivitajiet tagħha fit-tul, ii) li ttejjeb ir-riżultati operattivi permezz ta' kisbiet fl-effiċjenza, iii) li żżid il-valur nett tal-assi produttivi tal-kumpanija jew iv) li tipprovdi kumpens kostanti u adegwat lill-azzjonisti tagħha. Dawn huma fatturi li jistgħu joħolqu valur fit-tul għall-azzjonist, bi prospetti pożittivi, iżda li jeqirdu l-valur, bi prospetti negattivi. |
|
(165) |
F'dan ir-rigward, l-ebda dokument mibgħut mill-awtoritajiet Franċiżi ma jinkludi kwantifikazzjoni, jew saħansitra valutazzjoni kwalitattiva, tal-ħolqien eventwali ta' valur għall-azzjonist li l-awtoritajiet Franċiżi setgħu eżaminaw u kkunsidraw għall-perjodu ta' bejn l-1997 u s-sena 2000 jew għal wara. Hemm biss referenzi ġeneriċi għal kunsiderazzjoni ikbar tal-interessi tal-Istat azzjonist. Dan jindika li ż-żieda tal-valur tal-kumpanija għall-Istat azzjonist ma ġietx ikkunsidrata biex ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-allegat investiment. Fi kwalunkwe każ, l-eżami ta' erba' fatturi li jistgħu joħolqu valur għall-azzjonist ma jwassalx għall-konklużjoni ta' tkabbir prevedibbli mid-data disponibbli fl-1997, b'mod partikolari r-rapport tal-istima tal-ġenerazzjoni tal-introjtu 1997-2000 ta' EDF u l-previżjonijiet tax-xenarju finanzjarju adottati mill-awtoritajiet superviżorji (il-premessa 92, it-tabella 1, il-premessa 96). |
|
(166) |
F'dak li jirrigwarda d-dħul totali ta' EDF, l-Istat azzjonist seta' jistenna tkabbir żgħir ħafna, jiġifieri 0,64 %. Dan il-kważi staġnar jista' jiġi spjegat mill-għan stabbilit mill-Istat li jikkontribwixxi “għall-kompetittività tal-industrija Franċiża u għat-tkabbir tal-kapaċità ta' akkwist tal-konsumatur domestiku”, li kien ifisser tnaqqis medju ta' […] % tat-tariffi ta' EDF fuq erba' snin (il-premessi 89, 95-96), jew tnaqqis annwali ta' […] %. EDF kienet teżerċita l-attività ewlenija tagħha fi Franza peress li, għall-perjodu ta' bejn l-1997 sas-sena 2000, kien previst li iktar minn 89 % tad-dħul ta' EDF jiġi mis-suq Franċiż. Għalhekk, il-biċċa l-kbira tad-dħul tagħha kien jiddependi mill-għażla tal-Istat li jiffissa t-tariffi tal-elettriku. Investitur privat prudenti ma kienx jonqos li jinnota l-ħsara għall-interessi ekonomiċi tiegħu tal-iffissar ta' għanijiet ta' politika pubblika li tmur kontra l-interessi tiegħu ta' azzjonist. L-ebda investitur privat prudenti ma kien jaċċetta tnaqqis fil-kumpens tal-investiment tiegħu sabiex itejjeb il-kompetittività tal-kumpaniji Franċiżi. |
|
(167) |
Il-partita fir-rapport tal-istima tal-ġenerazzjoni tal-introjtu 1997-2000 li tiddeskrivi r-riżultati tal-attività ewlenija ta' EDF ukoll kellha tonqos b'29 % matul il-perjodu, biex b'hekk tgħaddi minn FRF 9,3 biljun fl-1997 għal FRF 6,6 biljun fis-sena 2000. L-ispejjeż operattivi kellhom, min-naħa tagħhom, jiżdiedu bi 2,2 %, l-iktar minħabba ż-żieda tan-nefqiet operattivi kurrenti, peress li l-ispejjeż finanzjarji, id-deprezzament u l-imgħaxijiet, minbarra l-kumpens tal-kapital kellhom jonqsu. Biż-żieda tal-injezzjonijiet mad-deprezzament u l-ispejjeż finanzjarji mar-riżultati tal-attività prinċipali, l-iżvilupp previst għall-perjodu 1997-2000 kien negattiv ukoll, peress li dan l-aggregat kellu jinżel minn FRF 62,6 biljun għal FRF 53,9 biljun, jew tnaqqis ta' 13,9 %. Madankollu, huwa l-iżvilupp tar-riżultat tal-attività kurrenti qabel id-deprezzament u l-imgħaxijiet li finalment jiddetermina l-kapaċità tal-attività tal-kumpanija li tiġġenera valur u flussi tal-flus pożittivi. Minbarra d-deterjorament mistenni, fl-insegwiment tal-għanijiet ta' politika ekonomika jew ta' kontroll, l-Istat kien stabbilixxa għal EDF l-għan li tassenja l-kisbiet eventwali ta' effiċjenza u produttività tal-kumpanija għat-tnaqqis ulterjuri tat-tariffi, bi prijorità fuq kumpens ikbar lill-azzjonisti (il-premessa 95). Jirriżulta li l-attività kurrenti ta' EDF, imxekkla mill-għanijiet ta' politika ekonomika tal-Istat, ma offrietx prospettiva sodisfaċenti ta' kumpens futur. |
|
(168) |
Kif innotat il-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta' estensjoni, investitur privat prudenti kien jikkunsidra l-inċertezza fuq l-ammont u l-iżvilupp tal-ispejjeż ta' finanzjament tal-pensjonijiet li fl-1997 kellha tħabbat wiċċha magħhom EDF, skont l-iskema speċifika applikabbli għall-industriji tal-elettriku u tal-gass. Fil-każ ta' EDF fl-1997, l-ispejjeż tal-pensjonijiet u, a fortiori, l-impenji barra l-karta bilanċjali relatati, kienu jirrappreżentaw ipoteka li tantiċipa tnaqqis addizzjonali li jkompli jbaxxi l-introjtu nett diġà baxx tal-kumpanija. |
|
(169) |
Filwaqt li l-massa ta' pensjonijiet tal-irtirar ta' EDF kienet tirrappreżenta FRF 12,2 biljun fl-1997, bl-istess leġiżlazzjoni, il-massa tal-pensjonijiet kellha tikber b'mod sinifikanti matul is-snin sussegwenti, u b'hekk tiżdied, tul l-iskema kollha (inkluża GDF u l-kumpaniji mhux nazzjonalizzati) għal FRF 20 biljun fl-2010 u għal FRF 25 biljun fl-2020 (33). Bl-applikazzjoni ta' skema ta' kontribuzzjonijiet għal EDF ta' 78,4 % li tirrifletti l-piż tal-massa ta' pagi fil-fergħa tal-industriji tal-iskema, is-sehem li kien imiss lil EDF kien ta' FRF 15,7 biljun fl-2010 u FRF 19,6 biljun fl-2020 u dan, mingħajr ma ġie kkunsidrat proviżjonament eventwali tal-impenji futuri, bl-istess leġiżlazzjoni (34). Għaldaqstant iż-żieda prevedibbli tal-ispejjeż tal-pensjonijiet kienet ikbar mill-introjtu nett, wara l-kumpens tal-Istat u t-taxxa, mistenni għall-perjodu 1997-2000 kif muri fit-tabella 1. Għaldaqstant, il-valutazzjoni li seta' jagħmel investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq fl-1997 li, bħall-Istat Franċiż, kien ikun konxju sew tas-sitwazzjoni tal-kumpanija, kienet twasslu biex iżid l-ispejjeż futuri tal-kumpanija u jnaqqas b'daqstant il-prospetti ta' redditu mill-investiment. |
|
(170) |
Barra minn hekk, l-investitur privat prudenti seta' jistenna tnaqqis konsiderevoli tad-dejn ta' EDF, li kellu jgħaddi minn FRF […] għal FRF […] f'erba' snin (il-premessi 91 u 95). Madankollu, huwa stabbilit li EDF żammet klassifikazzjoni finanzjarja Aaa mill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu Moody's bejn l-1992 u l-1996 bi proporzjon ta' dejn ta' 480 %. L-awtoritajiet Franċiżi jsemmu wkoll b'mod pjuttost vag ġenerazzjoni ta' riżorsi ta' FRF 70 biljun minn EDF għall-perjodu 1997-2000 (il-premessa 84). Madankollu, it-tnaqqis tad-dejn ta' EDF u l-effett mekkaniku tiegħu fuq il-valur tal-assi netti tal-kumpanija ma kellux jirriżulta fit-titjib tal-kumpens tal-Istat Franċiż matul l-istess perjodu iżda, għall-kuntrarju, f'deterjorament ċar meta mqabbel mal-perjodu bejn l-1991 u l-1996 (il-premessa 134). |
|
(171) |
Kif tindika EDF, tnaqqis eventwali tal-klassifikazzjoni ta' EDF minn aġenziji bħal Moody's jew Standard & Poor's xorta kien jippermetti lil EDF iżżomm klassifikazzjoni eċċellenti (il-premessa 71). Barra minn hekk, fost l-għanijiet stabbiliti bejn l-1997 u s-sena 2000, kien hemm it-tnaqqis tad-dejn ta' EDF għall-ammont ta' FRF […]. Għalhekk dan kien iwassal għal tnaqqis sinifikanti tal-ispejjeż totali ta' imgħaxijiet imġarrba minn EDF. La t-tnaqqis tad-dejn totali ta' EDF, la l-ispiża tiegħu, lanqas benefiċċji potenzjali li setgħu jirriżultaw għall-Istat azzjonist, ma kienu jiġu kompromessi b'injezzjoni inqas ta' kapital ta' FRF 44,8 biljun minflok ta' FRF 50,7 biljun. Proporzjon tad-dejn fuq l-ekwità ta' 163 % minflok il-148 % previsti minħabba l-eżenzjoni mit-taxxa ma kienx ikun ta' ħsara għall-interessi tal-azzjonist. F'dan ir-rigward, m'hemmx struttura finanzjarja tajba u r-rapport tal-Assemblea Nazzjonali (il-premessa 100), juri proporzjonijiet fis-settur li jvarjaw minn 250 % (Verbund, l-Awstrija) għal 10-15 % (Veba, il-Ġermanja u PowerGen, ir-Renju Unit) |
|
(172) |
Id-dejn ippermetta lil EDF tiffinanzja t-tkabbir tagħha u r-riżultati tagħha mingħajr fondi addizzjonali mill-azzjonist, u b'hekk kabbret ir-redditu tal-fondi diġà investiti mill-Istat b'“effett ta' lieva” tad-dejn. Madankollu kienet ingħatat prijorità lit-tnaqqis tad-dejn, anki meta EDF kellha klassifikazzjoni eċċellenti qabel it-tnaqqis tad-dejn previst (il-premessa 71). Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni eċċellenti li tirrifletti l-kapaċità ta' rimborż ta' EDF vis-à-vis il-kredituri tagħha qabel l-1996 mhijiex inkompatibbli ma' kumpens żgħir tal-azzjonist. Għall-kuntrarju, il-klassifikazzjoni tat-titoli tad-dejn li EDF kienet toħroġ kienet tkun aħjar iktar ma l-azzjonist tagħha kien jieħu inqas. Fil-perjodu taż-żmien propost mill-projezzjonijiet mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi, it-tnaqqis prevedibbli tal-effett ta' lieva u, fi kwalunkwe każ, l-impatt baxx tal-ammont ta' taxxa fuq il-proporzjon tad-dejn kien iwassal lil investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq jew biex inaqqas il-prospetti ta' redditu tal-investiment tiegħu, jew biex ma jikkunsidrax li l-investiment fl-ekwità fl-ammont ta' taxxa kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jtejjeb is-sitwazzjoni tad-dejn ta' EDF fl-1997. |
|
(173) |
Fl-aħħar nett, investitur privat prudenti aktarx li kien jibbaża d-deċiżjoni tal-investiment fuq valutazzjoni tal-kapaċità tal-kumpanija li tiggarantilu kumpens stabbli u adegwat. F'dan ir-rigward, il-kumpens previst għall-Istat azzjonist għall-perjodu 1997-2000 deskritt mill-awtoritajiet Franċiżi kien jidher ferm iktar baxx mis-6,35 % ipprovduti fuq il-bonds ta' Franza fl-istess perjodu. Barra minn hekk, dan il-kumpens seta' de facto jitnaqqas biex tittieħed inkunsiderazzjoni t-taxxa mħallsa lill-Istat kollettur (il-premessi 103 u 106). Il-kumpens tal-azzjonist kien ukoll ferm imnaqqas fl-istess waqt meta l-Istat wettaq l-allegat investiment. Kwalunkwe azzjonist ma kienx ikun sodisfatt bit-tnaqqis f'daqqa u ferm sinifikanti fil-kumpens tal-injezzjonijiet ta' kapital. Dan il-kumpens kellu jinżel minn medja ta' 9,32 % attwali fuq il-perjodu 1991-1996 għal 4,64 % previsti għall-perjodu 1997-2000, jiġifieri tnaqqis ta' iktar min-nofs. Meta miżjud mal-ekwità, ir-redditu kellu jinżel minn medja ta' 14,1 % fl-aħħar tal-1996 għal 2,94 % previsti għall-istess perjodu (il-premessi 92 u 102, it-tabelli 1 u 3). |
|
(174) |
Ċertament li investitur privat prudenti jista' jaċċetta tnaqqis tal-kumpens kurrenti tiegħu fil-perspettiva ta' tkabbir tal-kumpanija li jkun ifisser jew kumpens aħjar fil-futur, jew evalwazzjoni tal-valur tal-kumpanija li tista' tiġġenera qligħ kapitali meta jinbiegħu l-assi tagħha li jirrifletti dritt tal-proprjetà fuq il-kumpanija. F'dan ir-rigward, min-naħa, ir-redditu kurrenti li seta' jkun mistenni fl-1997 ma kienx ipatti għat-tnaqqis f'daqqa tar-redditu passat. Min-naħa l-oħra, l-eżami tal-erba' fatturi li setgħu joħolqu valur għall-azzjonist u identifikati fil-premessi 164 sa 173 ma jwasslux għall-konklużjoni ta' tkabbir tal-valur tal-kumpanija prevedibbli mill-azzjonist, mid-data disponibbli fid-dokumenti mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi. |
|
(175) |
Barra minn hekk, l-elementi disponibbli ma jwasslux għall-konklużjoni li investitur privat prudenti li jkun qiegħed jaġixxi minflok l-Istat Franċiż fl-1997 kien ikun ċert minn qligħ kapitali li jikkumpensa d-dgħufija tal-kumpens kurrenti pprovdut lill-Istat, fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli. L-awtoritajiet Franċiżi ma wettqu l-ebda studju tal-valur ta' EDF qabel u wara r-riklassifikazzjoni tar-riżervi fl-1997. |
|
(176) |
Barra minn hekk, fl-1997, EDF kienet ilha iktar minn ħamsin sena, stabbiliment industrijali u kummerċjali pubbliku u mhux kumpanija b'responsabbiltà limitata. Skont l-Artikolu 16 tal-Liġi Nru 46-628, il-kapital tagħha kien jappartjeni għall-poplu Franċiż u ma setax ikun trasferit (il-premessa 18). Barra minn hekk, huwa ċar li, anki wara r-ristrutturar tal-karta bilanċjali ta' EDF introdott mil-Liġi Nru 97-1026, fl-1997 id-dejn nett totali ta' EDF li kien jammonta għal madwar FRF 118-il biljun, kien jiżboq ferm il-valur tal-ekwità tagħha li kien jammonta għal FRF 79,8 biljun (il-premessa 101, it-tabella 2). |
|
(177) |
L-ebda dokument li spjega l-allegata deċiżjoni ta' investiment mill-awtoritajiet Franċiżi ma jsemmi xi abbozz ta' privatizzazzjoni eventwali ta' EDF permezz tal-bejgħ tal-kapital kollu miżmum mill-Istat jew ta' parti minnu. Dan kien ikun jeħtieġ l-adozzjoni minn qabel ta' status ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata u l-abbandun tal-istatus ta' stabbiliment industrijali u kummerċjali pubbliku. Minflok, l-unika referenza għall-istatus ta' EDF li tinsab fid-dokumenti kienet l-affermazzjoni mill-ġdid tal-Istat tal-impenn tiegħu li jżomm l-istatus speċifiku ta' EDF li “kellha tibqa' referenza stabbli fl-iżviluppi futuri” fi ħdan is-suq intern tal-elettriku (il-premessa 95). Huwa abbażi ta' din l-informazzjoni li Franza tiddikjara li ttieħdet id-deċiżjoni tal-investiment. Dawn il-fatti għandhom għalhekk jibqgħu l-kwadru ta' referenza tal-analiżi tal-allegata deċiżjoni. |
|
(178) |
F'dawn il-kundizzjonijiet, ma kienx ikun raġonevoli u prudenti għal investitur li jittama fi qligħ kapitali li kien jiddependi fuq l-intervent tas-setgħa leġiżlattiva fil-konfront kemm, min-naħa, tad-dispożizzjonijiet tal-liġi deċiżi mill-awtoritajiet Franċiżi fl-1946 u applikati mingħajr eċċezzjoni, kif ukoll, min-naħa l-oħra, tar-rieda espressa tal-Istat, affermata mill-Ministru inkarigat mill-parteċipazzjonijiet tal-Istat fiż-żmien tal-fatti fl-1997, li jżomm l-istatus legali speċifiku ta' EDF fis-suq intern tal-enerġija liberalizzat fil-livell tal-Unjoni. Is-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-konklużjonijiet ta' EDF rigward ir-redditu tal-investiment li kien jippretendi investitur privat prudenti, ibbażat fuq il-valur inizjali u futur tal-ishma ta' EDF fl-1997 (il-premessi 69 u 70), ma jikkunsidrawx l-istatus ta' EDF fl-1997, u huma f'kontradizzjoni mid-dokumenti mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi li jirreferu għalihom. |
|
(179) |
Kif jenfasizzaw l-awtoritajiet Franċiżi, bħala stabbiliment industrijali u kummerċjali pubbliku fl-1997, EDF ma kellhiex ekwità, għall-kuntrarju, pereżempju, ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata li l-kapital tagħha jkun miżmum mill-azzjonisti (il-premessa 19), li jistgħu jbiegħu l-ishma tagħhom mill-ġdid fi kwalunkwe ħin. Barra minn hekk l-investitur ta' referenza kien ikollu jiddetermina fost oħrajn ċertu numru ta' fatturi jew jifformula suppożizzjonijiet neċessarjament dubjużi fl-1997; jiġifieri, i) meta l-Istat kien sejjer jiffissal-ekwità ta' kumpanija b'responsabbiltà limitat futura, b'mod partikolari billi jinkludi jew le kważi-ekwità, li jiddetermina l-kapaċità tal-kumpanija li tassigura dividend stabbli; ii) x'inhu l-għadd ta' ishma li fihom sejjer jinqasam dan il-kapital, bl-għarfien li l-kwantità tal-ammont jiddetermina parzjalment l-attraenza tagħhom fuq is-suq; iii) x'forma eventwali sejjer jieħu l-ftuħ tal-kapital permezz ta' ħruġ ta' ishma ġodda u f'liema ammont, li jiddetermina l-grad ta' dilwizzjoni possibbli tal-parteċipazzjoni tiegħu; u fl-aħħar, iv) meta sejjer ikun implimentat dan l-eżerċizzju, li, minħabba l-prospetti baxxi ta' valorizzazzjoni li kienu qegħdin juru r-riżultati mbassra ta' EDF sas-sena 2000 (il-premessa 167) seta' biss jiġi kkunsidrat fil-futur imbiegħed. M'hemm xejn fl-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi għall-perjodu ta' qabel l-allegat investiment li jissuġġerixxi li dawn il-mistoqsijiet setgħu jitwieġbu fl-1997. |
|
(180) |
F'dawn il-kundizzjonijiet, it-tkabbir eventwali tal-valur tad-dritt miżmum mill-Istat fil-kapital ta' EDF li jirriżulta mill-injezzjoni ta' kapital inkwistjoni, jekk wieħed jissupponi li huwa ċert, li żgur mhuwiex il-każ, kien jimplika min-naħa ta' investitur prudenti li jispekula mill-inqas erba' fatturi essenzjali li fuqhom, għall-kuntrarju tal-leġiżlatur u tar-regolatur, ma kienx ikollu kontroll u lanqas, fi kwalunkwe każ, informazzjoni valida disponibbli fl-1997. Investitur privat prudenti ma kienx jinjora il-kważi nuqqas ta' likwidità tal-investiment tiegħu. Minn dan isegwi li investitur privat prudenti kien jikkunsidra din iċ-ċirkustanza meta kien sejjer jiddeċiedi jekk jinvestix jew le. Dan in-nuqqas ta' likwidità jnaqqas l-interess ta' żieda eventwali tal-valur tal-kumpanija |
|
(181) |
Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa 144, it-test tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq għandu jkun ibbażat prinċipalment fuq l-informazzjoni u l-elementi mibgħuta mill-Istat Membru f'sitwazzjoni fejn id-deċiżjoni diġà ttieħdet, la huwa l-Istat Membru li qiegħed jallega li huma dawn l-elementi, u mhux oħrajn iktar ipotetiċi, jew saħansitra f'kontradizzjoni mal-elementi mibgħuta, li l-Istat Membru ħa inkunsiderazzjoni. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja teħtieġ li l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq tkun ibbażata fuq il-valutazzjonijiet prevedibbli fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni (il-punt 105 tas-sentenza tal-5 ta' Ġunju 2012). B'hekk, fl-1997 l-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li l-istatus ta' EDF li ma kienx jippermetti l-ħolqien u l-bejgħ mill-ġdid tal-ishma ta' EDF, kien sejjer jinżamm bħala referenza stabbli, anki f'suq Ewropew liberalizzat (il-premessa 95). L-użu ta' suppożizzjonijiet li jikkontradixxu l-affermazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi jqiegħed it-test f'sitwazzjoni li mhijiex l-eqreb possibbli għal dik tal-Istat Membru, għall-kuntrarju ta' dak li normalment titlob il-ġurisprudenza (il-premessa 126). |
|
(182) |
Madankollu, anki jekk wieħed jassumi, għall-ħtiġijiet tal-analiżi, li investitur privat prudenti seta' kkunsidra evalwazzjoni futura tal-valur tal-investiment tiegħu f'data inċerta minbarra r-redditu regolari offrut, biex jiddeċiedi dwar l-allegat investiment, l-investitur kien jagħżel il-kapaċità tal-kumpanija li tiġġenera dividendi fit-tul, u b'hekk ikun qiegħed isegwi l-orizzont tal-Istat Franċiż li kien ilu jikkontrolla lil EDF sa mill-1946. Biex jistma l-valur tad-dritt tal-proprjetà tiegħu f'EDF, l-investitur privat prudenti kien jeskludi l-valur kontabbli tal-assi netti tal-kumpanija, anki billi jistrieħ fuq it-tnaqqis tad-dejn u l-ġenerazzjoni ta' riżorsi li jissuġġerixxu l-awtoritajiet Franċiżi (il-premessa 84). Il-valur tal-assi, l-ammonti ta' investiment jew it-tnaqqis tad-dejn mhux bilfors jikkoinċidu mal-valur ekonomiku reali għall-iffissar ta' prezz tat-tranżazzjoni. Għalhekk, ma jkunx xieraq li wieħed jintrabat mal-fatt li r-rimborż totali tad-dejn ta' EDF fl-1997 kien ikun jeħtieġ ammonti ferm ikbar mill-ekwità ta' EDF (il-premessa 177). Fit-tul, il-valur tal-kumpanija jiddependi mill-kapaċità tagħha li tiġġenera valur għall-azzjonist fil-forma ta' dividendi jew evalwazzjoni tal-kapital, pjuttost milli mill-valur kontabbli tal-assi jew tal-patrimonju tagħha. |
|
(183) |
Fost id-diversi metodi użati fil-finanzi biex wieħed jistma l-kost tal-għażla jew ir-redditu meħtieġ minn dritt ta' proprjetà trasferibbli bi ħlas fil-kapital ta' kumpanija, l-iktar wieħed użat huwa dak tal-mudell ta' evalwazzjoni tal-assi finanzjarji (bl-Ingliż, Capital Asset Pricing Model“CAPM”) (35). Kif muri fit-tabella 5, l-applikazzjoni tal-mudell CAPM għal investiment fil-kapital ta' EDF fl-1997 tiddetermina valur fil-mira ta' redditu meħtieġ ta' madwar 12 %, li jista' jitla' sa 13,4 %, għal assi likwidu bħalma huwa sehem ta' EDF. Madankollu, dan il-valur fil-mira għandu jitqies bħala minimu. Huwa jassumi li mhux biss dritt ta' proprjetà fuq EDF bħal assi kien possibbli u trasferibbli, iżda wkoll li hemm suq likwidu, meta l-Istat kellu 100 % tal-kapital u meta EDF ma setgħetx toħroġ ishma. Mar-redditu meħtieġ għal assi likwidu wieħed għandu jżid primjum ta' bejn 0,5 % u 1,5 % (36) li jirrifletti l-inċertezza kbira li tirriżulta mill-fatturi eżaminati fil-premessi 179 u 180 dwar il-likwidità tat-titoli ta' EDF li seta' jkollu investitur privat prudenti fl-1997. |
|
(184) |
Fi kwalunkwe każ, il-validità tad-daqs ta' 12 % eskluż il-primjum ta' likwidità hija qrib, għalkemm inqas, mir-redditu kurrenti fuq l-ekwità ta' 14 % li bih EDF kienet ikkumpensat lill-Istat Franċiż bejn l-1991 u l-1996 (il-premessa 102, it-tabella 3). Normalment huwa mir-redditu reali miksub li toħroġ l-aspettattiva tar-redditu għall-futur. Il-validità ta' dan id-daqs ta' 12 % hija kkorroborata wkoll mill-użu ta' parametri oħrajn ibbażati fuq ċifri disponibbli dak iż-żmien, inklużi dawk użati fl-istudju li sar f'isem EDF u msemmi fil-premessa 70, li jiddetermina valur fil-mira f'firxa ta' bejn 11,9 % u 13,5 %, b'medja ta' 12,7 %. Peress li r-riżultati tal-analiżi ma jinbidlux bi primjum ta' likwidità flimkien mar-redditu fil-mira ta' madwar 12 %, jew jekk wieħed japplika mill-1997 l-14 % ta' redditu reali fuq il-passat reċenti, m'hemmx bżonn li dan il-primjum u r-redditu reali jittieħdu inkunsiderazzjoni. Tabella 5 Redditu fil-mira meħtieġ għal investiment f'ishma ta' EDF fl-1997: valuri ta' kalkolu
|
|
(185) |
Biex jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar l-investiment fl-1997, investitur privat prudenti fl-eqreb sitwazzjoni possibbli tal-awtoritajiet Franċiżi kien jagħżel l-istimi sistematiċi tar-riżultati futuri ta' EDF validati mill-awtoritajiet kompetenti u kkunsidrati bħala xenarju finanzjarju kif indikati fil-kont stmat tal-ġenerazzjoni ta' introjtu ta' EDF għall-perjodu 1997-2000 (il-premessi 90-92 it-tabella 1, il-premessa 97). L-eżenzjoni mit-taxxa kienet tirrappreżenta 11 % tal-FRF 53,3 biljun f'kapital u injezzjonijiet ta' kapital ta' EDF fl-1997, wara r-ristrutturar tal-karta bilanċjali. Għalhekk wieħed jista' jassumi li l-investiment kien jagħti d-dritt li wieħed jirċievi 11 % tad-dividendi (kumpens tal-injezzjonijiet ta' kapital kif stmati fit-tabelli 1 u 4) u tal-valur ta' EDF. Biex jiġi ddeterminat dan il-valur, jeħtieġ li jiġi applikat mudell ta' kalkolu tal-valur fit-tul tal-kumpanija, jiġifieri l-mudell ta' skont fuq id-dividendi (bl-Ingliż, “dividend discount model”“DDM”) (37). |
|
(186) |
Ir-riżultati tal-analiżi bil-mudell DDM ta' investiment ta' FRF 5,88 biljun mid-dividendi previsti fil-kont stmat tal-ġenerazzjoni ta' introjtu ta' EDF 1997-2000 (kumpens tal-injezzjonijiet ta' kapital u kumpens addizzjonali fit-tabella 1) huma ppreżentati fit-tabella 6, filwaqt li titqies ir-rata ta' redditu interna (RRI) tal-flussi finanzjarji u l-valur preżenti nett (“VPN”) għal rati ta' redditu fil-mira ta' 12 %, 6,35 % u 5,58 %, (38). Dawn ir-riżultati huma kkalkulati għal xenarju ta' referenza bbażat fuq il-prattika komuni ta' analiżi (it-tabella 6.1), bi tliet analiżijiet ta' sensittività inqas plawżibbli li jwessgħu s-suppożizzjonijiet tax-xenarju ta' referenza u, għalhekk, jissimulaw redditu ikbar għall-azzjonist mix-xenarju ta' referenza (it-tabelli 6.2, 6.3 u 6.4). Tabella 6 Stima tar-redditu (VPN) ta' investiment ta' FRF 5,88 biljun skont il-mudell DDM mill-kont stmat tal-ġenerazzjoni ta' introjtu ta' EDF 1997-2000 (it-tabella 1) (FRF biljun) 6.1 Xenarju ċentrali (Tkabbir tad-dividendi mistenni fl-aħħar tal-perjodu 1999-2000)
6.2 Sensittività 1 (ɗ dividendi = 4,51 % rata annwali 1997/2000)
6.3 Sensittività 2 (Xenarju ċentrali + żieda ta' 11 % kważi-ekwità)
6.4 Sensittività 3 (Sensittività 1 + żieda ta' 11 % kważi-ekwità)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(187) |
Jirriżulta mill-istimi tat-tabella 6 li għalkemm l-ammont ta' FRF 5,88 biljun allegatament investit kien offra dritt għal perċentwali proporzjonali mid-dividendi u mill-valur ta' EDF, l-operazzjoni ppreżentat valur preżenti nett ferm negattiv (FRF – 3,43 biljun). Biex l-investiment ikollu interess finanzjarju għal investitur privat f'ekonomija tas-suq, fl-ipoteżi l-iktar komunement magħżula (it-tabella 6.1), kien ikun jeħtieġ li l-investitur privat prudenti jaċċetta kumpens ferm iktar baxx minn kost ta' għażla tal-kapital ta' 12 % għal investiment f'ishma likwidi ta' EDF, u saħansitra, iktar baxx ukoll minn dak ipprovdut fuq il-bonds tal-Istat Franċiż għal 30 sena (6,35 %) u għal 10 snin (5,58 %) fl-1997. Madankollu, huwa ċar li investitur privat prudenti ma kienx jinvesti f'dawn il-kundizzjonijiet. |
|
(188) |
Dawn il-konklużjonijiet ma jinbidlux fil-kwalità meta wieħed japplika, bħala test tas-sensittività, suppożizzjonijiet oħrajn li, għalkemm inqas plawżibbli, jivvalorizzaw iktar l-allegat investiment (it-tabelli 6.2 sa 6.4) (39). Fi kwalunkwe każ, ir-redditu offrut huwa inqas minn 12 %, u saħansitra inqas minn dak ipprovdut fuq il-bonds tal-Istat Franċiż għal 30 sena u 10 snin fl-1997. Fl-aħħar nett, l-eżami ta' varjabbli oħrajn disponibbli fuq l-istima tal-ġenerazzjoni ta' introjtu ta' EDF, bħall-previżjonijiet ta' dħul, tal-introjtu tal-attività prinċipali jew tal-introjtu nett (il-premessi 166 sa 168) ma kienx jippermetti lill-investitur privat prudenti jantiċipa qlib totali tat-tendenzi li jippermettu sussegwentement kumpens aqwa jew il-ħolqien tal-valur għall-Istat azzjonist. Dawn l-iżviluppi prevedibbli u previsti fl-1997, jerġgħu jikkorroboraw il-konklużjonijiet u l-estensjoni tagħhom għall-perjodu ta' wara s-sena 2000, kif investitur privat prudenti seta' jbassar fl-1997 mill-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi. |
|
(189) |
Anki jekk wieħed jikkunsidra li l-investitur privat prudenti kien jistenna qligħ kapitali minbarra r-redditu regolari ta' EDF, li ma huwa indikat imkien fl-informazzjoni u fid-data mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi, u li barra minn hekk kien ikun qiegħed jirriskja li jittama minħabba l-istatus ta' EDF fl-1997, huwa eskluż li kien iwettaq dan l-allegat investiment. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-applikazzjoni tat-test tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq turi li, anki li kieku l-eżenzjoni mit-taxxa ta' FRF 5,88 biljun kienet fil-fatt deċiżjoni ta' investiment min-naħa tal-Istat azzjonarju, din l-operazzjoni ma kienx iwettaqha investitur privat prudenti bl-informazzjoni li ppreżentaw l-awtoritajiet Franċiżi. |
|
(190) |
F'dan ir-rigward, il-kummenti ta' EDF li jidhru fil-premessa 71 u li jgħidu li l-eżenzjoni mit-taxxa ma għandha l-ebda effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u li ma tatha l-ebda benefiċċju peress li EDF setgħet, fi kwalunkwe każ, issib finanzjament simili fis-swieq finanzjarji, huma kontradetti mill-fatti. Huwa ċar li EDF ma setgħetx toħroġ ishma fis-swieq biex tikseb dan l-ammont. Anki kieku EDF sabet sellief, is-self jew il-ħruġ ta' bonds korrispondenti kien ikollu jiġi kkumpensat, fil-probabbiltà kollha, b'rata ogħla minn dik li l-Istat Franċiż kien jistenna għall-injezzjonijiet ta' kapital lil EDF għall-perjodu 1997-2000 u għal dik tal-ispejjeż ta' rifinanzjament ekwivalenti għall-bonds tal-Istat fl-1997. Kieku EDF setgħet tiddisponi minn ammont ekwivalenti prinċipali, l-ispejjeż ta' finanzjament imġarrba kienu jkunu ferm ikbar minn dak tal-allegat investiment. Anki bħala tali, mingħajr ma jitqies kumpens prinċipali li għalih EDF ma kinitx obbligata għall-ammont ta' eżenzjoni mit-taxxa jew l-ammont ekwivalenti f'injezzjonijiet ta' kapital fl-1997, il-miżura kienet tagħti vantaġġ ekonomiku lil EDF billi naqqset l-ispejjeż finanzjarji tagħha. |
|
(191) |
Anki jekk il-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq ikun applikabbli, fir-rigward tad-dokumenti mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi li ċċaraw, fil-fehma tagħhom, il-prospetti ta' redditu u r-riskju marbuta mal-allegat investiment fil-forma ta' eżenzjoni mit-taxxa, l-applikazzjoni tat-test tal-prinċipju ta' investitur privat f'ekonomija tas-suq turi li investitur privat prudenti ma kienx jinvesti ammont ugwali għat-taxxa dovuta fiż-żieda tal-kapital ta' EDF fl-1997. |
|
(192) |
In-nuqqas ta' ħlas minn EDF ta' FRF 5,88 biljun f'taxxa fuq il-kumpaniji ma jidhirx li huwa investiment produttiv min-naħa tal-Istat azzjonist skont il-prinċipju tal-investitur privat prudenti f'ekonomija tas-suq. Jidher pjuttost bħala miżura derogatorja ta' eżenzjoni mit-taxxa ad hoc li pprovdiet benefiċċju ekonomiku lil EDF, ekwivalenti għall-ammont ta' taxxa mhux imħallsa. Dan il-benefiċċju bilfors isaħħaħ il-pożizzjoni ta' EDF fil-konfront tal-kompetituri tagħha, billi l-ammont ta' ekwità jiddetermina, fost fatturi oħrajn, il-kapaċità u l-kundizzjonijiet ta' finanzjament estern ta' kumpanija, meta barra minn hekk, ir-riżorsi li ffrankat setgħu jintużaw għal finijiet oħrajn, bħal pereżempju, l-investiment fi Franza jew fi Stati Membri oħrajn fejn kompetituri oħrajn kienu jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fl-1997. |
|
(193) |
Għaldaqstant il-vantaġġ ekonomiku joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-vantaġġ huwa selettiv, peress li n-nuqqas ta' ħlas tat-taxxa fuq il-kumpaniji fuq parti minn dawn ir-riżervi kontabbli huwa eċċezzjoni għat-trattament fiskali li normalment japplika għal tali operazzjoni u, f'dan il-każ, din l-eċċezzjoni ġiet applikata għal kumpanija waħda biss, EDF. |
9.2. RIŻORSI TAL-ISTAT
|
(194) |
Il-kunċett ta' għajnuna jkopri mhux biss benefiċċji pożittivi bħal sussidji, iżda wkoll kwalunkwe intervent mill-awtoritajiet pubbliċi li jnaqqas l-ispejjeż li normalment jitħallsu mill-baġit ta' kumpanija u li għandhom l-istess effetti tas-sussidji (40). Skont ġurisprudenza stabbilita (41), in-nuqqas ta' ġbir ta' taxxa mill-Istat li kellha tinġabar huwa ekwivalenti għall-użu ta' riżorsa tal-Istat. |
|
(195) |
Dan in-nuqqas ta' ġbir tat-taxxa sħiħa fuq il-kumpaniji dovuta għas-sena finanzjarja 1997 ġej direttament mid-dispożizzjonijiet fiskali meħuda mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jimplimentaw att statali, jiġifieri l-Liġi Nru 97-1026 tal-10 ta' Novembru 1997. |
9.3. DISTORSJONI TAL-KOMPETIZZJONI U EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ BEJN L-ISTATI MEMBRI
|
(196) |
Mill-ħolqien tagħha fl-1946 u sad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 96/92/KE, EDF ibbenefikat fis-suq Franċiż minn sitwazzjoni ta' monopolju bi drittijiet esklussivi għat-trasport, id-distribuzzjoni u l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-elettriku. Madankollu, EDF kienet diġà f'kompetizzjoni mal-produtturi ta' Stati Membri oħrajn anki qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 96/92/KE. Barra minn hekk, kienet teżisti kompetizzjoni libera fuq is-swieq relatati mhux soġġetti għal drittijiet esklussivi li fuqhom EDF kienet diġà ddiversifikat l-attivitajiet tagħha, lil hinn mid-drittijiet esklussivi tagħha, kemm mill-aspett ġeografiku kif ukoll minn dak settorjali. Għaldaqstant effetti fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ kienu jeżistu ferm qabel il-liberalizzazzjoni prevista mid-Direttiva 96/92/KE. |
|
(197) |
L-elettriku kien is-soġġett ta' kummerċ importanti u dejjem ikbar bejn l-Istati Membri li fih EDF kienet tipparteċipa b'mod attiv. Dan il-kummerċ, imsaħħaħ bl-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/547/KEE (42), kien isir abbażi ta' ftehimiet kummerċjali bejn id-diversi operaturi tas-sistemi tal-elettriku ta' vultaġġ għoli fl-Istati Membri. Fil-pajjiżi Ewropej tal-OECD, l-importazzjonijiet tal-elettriku żdiedu b'rata annwali medja ta' iktar minn 7 % bejn l-1980 u l-1990. Mill-1981 sal-1989, EDF immultiplikat l-eċċess tal-karta bilanċjali tagħha tal-elettriku b'9, u laħqet esportazzjonijiet netti ta' 42 TWh li jirrappreżentaw 10 % tal-produzzjoni totali tagħha. Fl-1985, EDF kienet tesporta diġà 19 TWh lejn l-Istati Membri l-oħrajn. |
|
(198) |
Anki qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 96/92/KE fi Frar 1999, ċerti Stati Membri kienu diġà adottaw unilateralment miżuri li jiftħu s-suq tagħhom tal-elettriku. B'mod partikolari, ir-Renju Unit fetaħ is-suq tiegħu 100 % għall-klijenti industrijali l-kbar fl-1990. L-Isvezja fetħet tagħha 100 % fl-1996, il-Finlandja bdiet tiftħu fl-1995 biex laħqet il-100 % fl-1997, il-Ġermanja fetħitu 100 % fl-1998 u l-Pajjiżi l-Baxxi fetħuh għal kollox għall-klijenti industrijali fl-1998. F'dawn iċ-ċirkustanzi, anki qabel id-data stabbilita mid-Direttiva għall-ftuħ għall-kompetizzjoni, l-għajnuna tal-Istat mogħtija lill-kumpaniji li kellhom monopolju fi Stat Membru li jipparteċipa b'mod attiv fil-kummerċ fi ħdan l-Unjoni, kif inhu l-każ ta' EDF, setgħet taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(199) |
Fir-rapport annwali tagħha tal-1997, EDF indikat li tinsab “fost l-ewwel operaturi intenazzjonali fis-settur tal-elettriku, b'iktar minn FRF 13-il biljun kommessi, barra Franza, park ta' produzzjoni b'kapaċità installata li tirrappreżenta kważi 11 % ta' dik tal-park Franċiż u b'iktar minn 8 miljun klijent.” Ir-rapport kien jenfasizza wkoll li fl-1997, EDF “immultiplikat u saħħet l-investimenti tagħha fl-Ewropa billi estendiet il-preżenza tagħha fl-Awstrija u l-Polonja” u li hija “esportat iktar minn 70 TWh fl-Ewropa”. Dawn l-esportazzjonijiet saru f'kompetizzjoni ma' fornituri oħrajn fuq is-swieq ikkonċernati. |
|
(200) |
Il-kuntratt ta' negozju 1997–2000, iffirmat fit-8 ta' April 1997 bejn l-Istat u EDF, kien jipprovdi li EDF kellha tiddedika madwar FRF 12-13-il biljun għall-investimenti internazzjonali tagħha, bir-reġjuni tal-Ewropa jkunu fost il-prijoritajiet tagħha. Bejn is-sena 2000 u l-2002, EDF kienet kisbet terz tal-kapital tal-kumpanija Ġermaniża EnBW, żiedet il-kapaċitajiet ta' produzzjoni u ta' distribuzzjoni tas-sussidjarja Ingliża tagħha London Electricity, ħadet il-kontroll dirett tal-kumpanija Taljana Fenice u implimentat sħubija ma' Fiat għax-xiri ta' Montedison (li saret Edison). |
|
(201) |
Fl-1997, SDS, sussidjarja 100 % ta' EDF, għaqqdet l-attivitajiet tagħha relatati mal-provvista tas-servizzi lill-klijenti individwali, il-kumpaniji u l-awtoritajiet lokali. SDS kienet twettaq l-attività tagħha fl-ipproċessar tal-iskart, it-tidwil tat-toroq u servizzi oħrajn marbuta mal-enerġija b'kontribut għall-bejgħ ekwivalenti għal EUR 685 miljun fl-1998 meta mqabbel ma' EUR 650 miljun fl-1997. Fis-sena 2000, EDF ħolqot sħubija ma' Veolia Environnement permezz tal-kumpanija Dalkia, li tinsab quddiem nett fl-Ewropa fis-servizzi tal-enerġija lill-kumpaniji u lill-komunitajiet. Dalkia toffri servizzi ta' inġinerija u ta' manutenzjoni tal-enerġija, tamministra impjanti tat-tisħin u servizzi tekniċi marbuta mal-funzjonament tal-bini u tiżgura tħaddim ta' sistemi ta' tisħin, ta' koġenerazzjoni, ta' impjanti ta' produzzjoni tal-enerġija u tal-fluwidi industrijali. |
|
(202) |
EDF żviluppat ukoll l-attivitajiet tagħha fis-suq tal-enerġija rinnovabbli. Fl-1997, il-kumpanija holding CHART, sussidjarja 100 % ta' EDF, għaqqdet l-attivitajiet tagħha fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, bħall-enerġija ġeotermika u dik tar-riħ. Il-kontribut tagħha għall-bejgħ konsolidat kien ta' EUR 70 miljun dak iż-żmien. |
|
(203) |
Fl-aħħar nett, bħala produttur u distributur tal-elettriku, EDF, kienet u għadha f'kompetizzjoni ma' fornituri ta' sorsi oħrajn ta' enerġija ta' sostituzzjoni bħall-faħam, iż-żejt u l-gass, kemm fis-suq nazzjonali tagħha kif ukoll fis-swieq internazzjonali. Fi Franza, pereżempju, EDF nediet b'suċċess kampanja li tħeġġeġ l-użu tal-elettriku għat-tisħin. B'hekk hija kabbret is-sehem tagħha fis-suq meta mqabbla mal-kompetituri tagħha li jipprovdu sorsi ta' enerġija ta' sostituzzjoni bħaż-żejt jew il-gass. Fl-industrija tal-azzar, il-fran elettriċi jikkompetu mal-fran tal-gass u taż-żejt. Minn dan isegwi li miżura bħal dik inkwistjoni hija tali li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni li kienet teżisti mal-fornituri alternattivi, bħal Gaz de France. |
|
(204) |
Għalhekk EDF kienet tokkupa pożizzjoni importanti fil-kummerċ tal-elettriku bejn l-Istati Membri fl-1997 meta, fil-preżent, is-suq tal-elettriku fi Franza huwa għal kollox miftuħ u diversi fornituri huma preżenti fih. Jidher għalhekk li fl-1997, EDF kienet diġà stabbilita sew f'ċerti swieq ta' Stati Membri oħrajn, u li l-għajnuna li rriżultat min-nuqqas ta' ħlas minn EDF tat-taxxa fuq il-kumpaniji fuq parti mir-riżervi kontabbli b'eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tal-RAG ma setgħetx ma taffettwax il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(205) |
Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti ġew stabbiliti fid-deċiżjoni ta' estensjoni. La Franza u lanqas EDF ma kkontestaw fil-kummenti tagħhom li l-għajnuna tista' taffettwa lill-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(206) |
B'hekk, diment li huma ssodisfati l-erba' kriterji msemmija fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE, in-nuqqas ta' ħlas minn EDF tat-taxxa fuq il-kumpaniji fuq parti mir-riżervi kontabbli b'eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tal-RAG, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Issa jeħtieġ li tiġi eżaminata l-kompatibbiltà ta' din l-għajnuna mas-suq intern. |
10. VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA MAS-SUQ INTERN
|
(207) |
L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jipprovdi li l-għajnuna li tissodisfa l-kriterji li jistipula huma fil-prinċipju inkompatibbli mas-suq intern. Skont ġurisprudenza stabbilita, hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru li jinvoka r-raġunijiet u l-elementi ta' kull xorta li minħabba fihom għajnuna mill-Istat hija kompatibbli mas-suq intern (43). F'dan il-każ, ir-Repubblika Franċiża ma invokat l-ebda raġuni u lanqas ma pprovdiet xi element f'dan ir-rigward. |
|
(208) |
L-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 107(2) tat-TFUE mhumiex applikabbli f'dan il-każ minħabba n-natura tal-għajnuna, li ma ssegwix l-għanijiet elenkati f'dak il-paragrafu. |
|
(209) |
L-għajnuna kkonċernata ma tissodisfax lanqas il-kundizzjonijiet previsti għall-eċċezzjonijiet fil-punti a) u c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE dwar l-għajnuna maħsuba biex tgħin l-iżvilupp ekonomiku ta' ċerti reġjuni, speċjalment jekk tkun għajnuna operattiva. Fil-fatt, mhijiex soġġetta għal investimenti jew għall-ħolqien ta' impjiegi kif stabbilit fil-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (44). |
|
(210) |
Il-punt c) tal-Artikolu 107(3), tat-TFUE jipprovdi wkoll eċċezzjoni għall-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet meta ma jibdlux il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. F'dan il-każ, il-miżura ta' għajnuna eżaminata ma taqax taħt din id-deroga. Din l-eċċezzjoni għal-liġi fiskali applikabbli, li tiffavorixxi biss kumpanija waħda, ma tistax titqies li tiffaċilita l-iżvilupp ta' attività. L-uniku għan tagħha fil-fatt huwa li tgħin lil kumpanija billi tnaqqas l-ispejjeż operattivi tagħha. |
|
(211) |
F'dak li jirrigwarda l-eċċezzjonijiet previsti fil-punti b) u d) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE, il-miżura ta' għajnuna kkonċernata mhijiex maħsuba sabiex tippromwovi proġett ta' interess komuni, la biex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija Franċiża, u lanqas biex tippromwovi l-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju. |
|
(212) |
B'hekk, il-kriterji ta' kompatibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 107(2) u (3) tat-TFUE mhumiex issodisfati. Barra minn hekk, f'dak li jirrigwarda l-kumpens tal-ispejjeż ta' servizz pubbliku, l-awtoritajiet Franċiżi ma invokawx fir-rigward tal-vantaġġ fiskali l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE, iżda enfasizzaw il-fatt li EDF twettaq kompiti ta' servizz pubbliku. L-awtoritajiet Franċiżi madankollu ma pprovdew l-ebda valutazzjoni tal-ispiża kkawżata lil EDF permezz ta' dawn il-kompiti. Għaldaqstant il-Kummissjoni ma tistax tistabbilixxi jekk il-vantaġġ fiskali inkwistjoni jikkumpensax jew le l-ispejjeż addizzjonali eventwali marbutin mal-kompiti ta' servizz pubbliku li jkunu imposti għalihom. Fi kwalunkwe każ, jekk in-nuqqas ta' ħlas tat-taxxa kellu jkun deskritt bħala kumpens għall-provvista ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, mhuwiex stabbilit li tali kumpens kien definit minn qabel skont kriterji trasparenti u oġġettivi u kkalkulat skont l-ispejjeż ta' kumpanija effiċjenti. |
|
(213) |
L-eżami tal-ħarsien tal-kundizzjonijiet ifformulati fis-sentenza Altmark (45), li jippermettu li wieħed jaħrab mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE kif ukoll l-eżami tal-kriterji ta' applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE, li l-awtoritajiet Franċiżi lanqas ma jinvokaw, mhumiex possibbli f'dan il-każ. |
|
(214) |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jidher li l-għajnuna eżaminata tikkostitwixxi għajnuna operattiva, li kellha l-effett li ssaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva ta' EDF vis-à-vis il-kompetituri tagħha. F'dawn iċ-ċirkustanzi, hija inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(215) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li, kuntrarjament għal dak li sostnew l-awtoritajiet Franċiżi, ir-regola ta' preskrizzjoni ma tapplikax f'dan il-każ. Ċertament, EDF ħolqot ir-riżervi kontabbli b'eżenzjoni mit-taxxa mill-1987 sal-1996. Madankollu, wieħed għandu jinnota, min-naħa, li skont il-Kunsill Nazzjonali tal-Kontabilità, il-korrezzjonijiet tal-iżbalji, li min-natura tagħhom, jirrigwardaw il-kontabilità tal-operazzjonijiet fil-passat, għandhom ikunu rreġistrati fil-kontijiet fl-introjtu tas-sena finanzjarja li matulha jiġu skoperti u, min-naħa l-oħra, li l-liġi li tipprovdi li d-drittijiet tal-konċedent ikunu riklassifikati f'injezzjonijiet ta' kapital mingħajr ma jkunu soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji ġġib id-data tal-10 ta' Novembru 1997. Il-vantaġġ fiskali għaldaqstant imur lura għall-1997, u l-preskrizzjoni ma tapplikax għal għajnuna ġdida mogħtija f'din id-data, peress li l-ewwel att tal-Kummissjoni rigward din il-miżura jġib id-data tal-10 ta' Lulju 2001. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-proċedura kontenzjuża tissospendi t-terminu ta' preskrizzjoni. |
11. KONKLUŻJONIJIET
|
(216) |
Il-Kummissjoni tikkonstata li Franza implimentat b'mod illegali l-għajnuna inkwistjoni bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpaniji li tammonta għal FRF 5 882 849 762 relatata mar-riklassifikazzjoni f'injezzjoni ta' kapital, prevista mil-Liġi Nru 97-1026, tar-riżervi kontabbli li jikkorrispondu għall-operazzjonijiet ta' tiġdid tan-Netwerk ta' Provvista Ġenerali, diġà mwettqa u li jammontaw għal FRF 14 119 065 335, hija għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(217) |
Skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE, ladarba l-Kummissjoni tistabbilixxi li għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni għandha l-awtorità li tobbliga lill-Istat Membru kkonċernat iwaqqaf jew jibdel dik l-għajnuna. Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 “Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju (minn hawn 'l quddiem imsejħa ‘deċiżjoni ta' rkupru’). Il-Kummissjoni m'għandhiex teħtieġ ir-rkupru tal-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Komunità.” |
|
(218) |
L-għan segwit mill-Kummissjoni meta teħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jirkupra għajnuna inkompatibbli mas-suq intern huwa li tistabbilixxi s-sitwazzjoni preċedenti (46). F'dan il-kuntest, il-Qorti stabbilixxiet li dak l-objettiv jinkiseb ladarba r-riċevitur ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta' għajnuna illeċita, biex b'hekk jintilef il-vantaġġ li kien qiegħed igawdi minnu għad-detriment tal-kompetituri tiegħu. B'dan il-mod, tkun stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni ta' qabel ma tkun ingħatat l-għajnuna (47). |
|
(219) |
F'dan il-każ, jidher li l-ebda prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ma jmur kontra l-irkupru tal-għajnuna illegali kkonstatata. B'mod partikolari, la Franza u lanqas il-partijiet interessati ma ppreżentaw xi argumenti f'dan ir-rigward. |
|
(220) |
Minn dan isegwi li Franza għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra mingħand EDF l-għajnuna illegali mogħtija fil-forma ta' eżenjoni mit-taxxa fuq il-kumpaniji li tammonta għal FRF 5 882 849 762 għar-riklassifikazzjoni f'kapital ta' parti mir-riżervi li jammontaw għal FRF 14 119 065 335. |
|
(221) |
Għall-finijiet ta' dan l-irkupru, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom iżidu wkoll mal-ammont tal-għajnuna l-imgħaxijiet tal-irkupru li jibdew jiddekorru mid-data li fiha l-għajnuna inkompatibbli tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-kumpanija, jiġifieri d-data li fiha kien dovut il-ħlas tat-taxxa fuq il-kumpaniji għas-sena finanzjarja 1997 sal-irkupru effettiv tagħha (48), skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (49). |
|
(222) |
Bħala parti mill-obbligu ta' kooperazzjoni leali ta' Franza fil-kuntest tal-proċedura ta' rkupru, dan l-ammont għandu jkun stabbilit b'mod iktar preċiż matul il-proċedura, abbażi ta' elementi li għandhom ikunu pprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi, u li jieħdu inkunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, ir-rati tal-kambju bejn l-ECU/EUR u l-Frank Franċiż (FRF) eventwalment applikabbli għall-pagamenti minn EDF tat-taxxa fuq il-kumpaniji matul is-sena 1997 u r-rimborż lil EDF tal-għajnuna wara l-kanċellazzjoni tal-ewwel deċiżjoni negattiva fl-2009. Fil-fatt, f'dan il-każ, l-imgħaxijiet mhumiex dovuti għall-perjodu li matulu l-għajnuna ma kinitx disponibbli għall-kumpanija, jiġifieri, il-perjodu bejn l-irkupru effettiv tal-għajnuna minn Franza u l-ħlas lura lil EDF. L-imgħaxijiet eventwalment mogħtija minn Franza lil EDF xorta waħda għandhom jiġu kkunsidrati. |
|
(223) |
L-awtoritajiet Franċiżi jridu jirkupraw l-ammont ta' hawn fuq fi żmien erba' xhur mid-data ta' meta tiġi nnotifikata din id-Deċiżjoni. |
|
(224) |
Skont ġurisprudenza stabbilita, f'każ li Stat Membru jiltaqa' ma' diffikultajiet mhux previsti jew ma' ċirkustanzi li ma kinux ġew previsti mill-Kummissjoni, dawn il-problemi għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, flimkien ma' proposti dwar l-emendi xierqa, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvalutahom. F'dan il-każ, il-Kummissjoni u l-Istat Membru għandhom jikkooperaw in bona fede sabiex isibu soluzzjoni għal dawn id-diffikultajiet, filwaqt li jħarsu bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet (50) tat-TFUE. |
|
(225) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni qiegħda titlob lil Franza sabiex tissottometti minnufih kwalunkwe problema li tista' tiltaqa' magħha waqt l-implimentazzjoni ta' din id-deċiżjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpaniji favur Electricité de France li tammonta għal 5 882 849 762 frank Franċiż, relatata mar-riklassifikazzjoni f'kapital tar-riżervi li jikkorrispondu għall-valur korrispondenti tal-assi in natura taħt konċessjoni tan-netwerk ta' provvista ġenerali, hija għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.
2. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1, implimentata b'mod illegali mir-Repubblika Franċiża hija inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 2
1. Ir-Repubblika Franċiża għandha tirkupra l-valur korrispondenti f'Euro tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarju.
2. L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jagħtu lok għal imgħaxijiet mid-data li fiha l-għajnuniet tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sakemm jiġu effettivament irkuprati.
3. L-imgħax għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta' imgħax kompost skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.
Artikolu 3
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 huwa immedjat u effettiv.
2. Ir-Repubblika Franċiża għandha tiżgura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 4
1. Fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Franċiża għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
(a) |
l-ammont totali (kapital u imgħax) li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju; |
|
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li ttieħdu diġà u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma' din id-deċiżjoni; u |
|
(c) |
id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna. |
2. Ir-Repubblika Franċiża għandha żżomm lill-Kummissjoni informata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħudin biex tiġi implimentata din id-deċiżjoni sal-irkupru sħiħ tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1. Hija tissottometti immedjatament, fuq talba tal-Kummissjoni, kull informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati sabiex tkun konformi ma' din id-deċiżjoni. Hija tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-imgħaxijiet diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarju.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza tagħhom, l-istess. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu, jekk ikun il-każ, bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 rispettivament tat-Trattat dwar il-KE. It-TFUE introduċa wkoll ċertu tibdil fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta' “Komunità” b'“Unjoni”, ta' “suq komuni” b'“suq intern” u ta' “Qorti tal-Prim'Istanza” b'“Qorti Ġenerali”. It-terminoloġija tat-TFUE hija użata f'din id-deċiżjoni.
(2) ĠU C 280, 16.11.2002, p. 8.
(4) Is-Sentenza tal-Qorti Ġeneral tal-15 ta' Diċembru 2009 fil-Kawża T-156/04-EDF/Kummissjoni, Ġabra 2009 II-04503.
(5) Is-Sentenza Il-Kummissjoni vs EDF C-124/10P, UE:C:2012:318.
(6) ĠU C 186, 28.6.2013, p. 73.
(7) Tweġiba tal-awtoritajiet Franċiżi tat-23.12.2013, il-punti 71 u 72.
(8) Rapport speċjali dwar il-konċessjonijiet ta' EDF Nru 1993 tal-10 ta' Ottubru 1994.
(9) Id-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1996 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (ĠU L 27, 30.1.1997, p. 20).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(11) Is-Sentenza il-Kummissjoni-EDF C-124/10P, UE:C:2012:318, il-punt 84.
(12) “ Does the 1997 recapitalisation of EDF by the French State meet the private investor test? ”. (“Ir-rikapitalizzazzjoni tal-1997 mill-Istat Franċiż tissodisfa t-test tal-investitur privat?”) Rapport Finali tal-15 ta' Ottubru 2013.
(13) Kuntratt ta' negozju l-Istat/EDF 1997-2000, iffirmat fit-8 ta' April 1997
(14) Ittra tat-12 ta' Lulju 1996 mingħand il-Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi u l-Ministru tal-Industrija, tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni lill-President ta' EDF, Ittra tat-22 ta' April 1997 mingħand il-Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi u l-Ministru tal-Industrija, tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni lill-President ta' EDF.
(15) Ittra mingħand id-direttur finanzjarju ta' EDF lill-Kap tal-Finanzi u tal-Investimenti tat-Teżor tad-19 ta' Frar 1997; Nota ta' analiżi ta' EDF bid-data tas-27 ta' Lulju 1996 dwar il-kumpens lill-azzjonist, mibgħuta lis-Senat fil-15 ta' Settembru 1997.
(16) Memorandum ta' spjegazzjoni tal-Artikolu 45 tal-abbozz tal-liġi rigward diversi dispożizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, adottat fil-Kunsill tal-Ministri fil-5 ta' April 1997; Rapport tal-Kummissjoni tal-finanzi, tal-ekonomija ġenerali u tal-pjan tal-Assemblea Nazzjonali ppreżentat mid-Deputat Didier MIGAUD tal-10 ta' Settembru 1997 dwar l-abbozz ta' liġi Nru 201 dwar miżuri urġenti fiskali u finanzjarji; Rapport tas-Senatur Alain Lambert dwar l-abbozz ta' liġi rigward miżuri urġenti fiskali u finanzjarji ppreżentat fl-24 ta' Settembru 1997; Diskors ta' preżentazzjoni tal-abbozz ta' liġi MUFF mill-Ministru tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tal-Industrija quddiem is-Senat fit-2 ta' Ottubru 1997.
(*1) Informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali.
(17) Il-kuntratt jirreferi għad-Direttiva 96/92/KE. Din id-Direttiva, l-istess bħal dawk li segwewha, ma tipprovdix regoli rigward l-istatus tal-produtturi, trasportaturi jew distributuri tal-elettriku assoċjati fis-suq intern.
(18) l-emendi rigward ir-riport mill-ġdid mhumiex parti mill-effetti tal-Artikolu fis-sens strett iżda huma konsegwenza loġika tagħhom
(19) Ir-redditu għall-Istat azzjonist huwa spjegat mid-dgħufija tal-bażi tat-taxxa tal-injezzjonijiet ta' kapital ta' FRF 36 biljun (denominatur tal-proporzjon) u mill-kobor tar-riżervi kontabbli. Wara l-kontabilità ta' dawn, sal-1996, l-introjtu nett annwali ta' EDF sar negattiv. Ir-riport mill-ġdid negattiv tal-introjtu kien rifless fil-forma ta' konsum tal-ekwità fil-karta tal-bilanċ, stabbilita għal FRF 24,2 biljun (ara t-Tabella 2, il-kolonna “L-aħħar tal-1996” li turi kif l-ekwità ta' EDF kienet imnaqqsa b'riport mill-ġdid negattiv ta' FRF 20,2 biljun, qabel l-emenda introdotta mill-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 97-1026). Peress li t-taxxa ma nġabritx fuq introjtu negattiv, ir-redditu pożittiv ħafna għall-Istat azzjonist kien qiegħed isir b'detriment tal-Istat kollettur.
(20) Is-Sentenza il-Kummissjoni-EDF C-124/10P, UE:C:2012:318, il-punt 82.
(21) Is-Sentenza il-Kummissjoni-EDF C-124/10P, UE:C:2012:318, il-punt 83.
(22) Is-Sentenza il-Kummissjoni-EDF C-124/10P, UE:C:2012:318, il-punt 84.
(23) Is-Sentenza Il-Kummissjoni-EDF C-124/10P, UE:C:2012:318, il-punt 104.
(24) Is-Sentenza il-Kummissjoni-EDF C-124/10P, UE:C:2012:318, il-punt 86.
(25) Is-Sentenza il-Kummissjoni-EDF C-124/10P, UE:C:2012:318, il-punt 95.
(26) L-istudju Oxera, il-punti 3.3, 3.24-3.25.
(27) L-istudju Oxera, it-tabella A2.2.
(28) L-istudju Oxera, il-punt 3.3.
(29) L-istudju Oxera, il-punti 3.3, 3.15, it-tabella 3.2, it-tabella 3.8 għall-koeffiċjent beta u l-Anness 5.
(30) L-istudju Oxera, il-punt 3.5, 3.13, 3.20 sa 3.23.
(31) Medja annwali tar-rata ta' kuljum tas-self ewlieni Franċiż għal 30 sena u 10 snin, sors Banque de France: Rata ta' referenza tal-kambjali tat-Teżor u OAT, http://www.banque-france.fr/economie-et-statistiques/changes-et-taux
(32) Ir-rilevanza ta' kalkolu ta' redditu fuq it-total tal-ekwità fissa fil-kumpanija meta mqabbel mal-kapital investit biss fil-forma ta' injezzjonijiet ta' kapital hija kkonfermata mill-fatt li, fil-kuntratt bejn l-Istat u EDF għall-perjodu 2001-2003, il-kumpens tal-Istat kwantifikat f'perċentwal (37,5 %) tal-introjtu nett ġie ristrett f'firxa ta' minimu (1,5 %) u ta' massimu (4,5 %) tal-bażi tat-taxxa tal-ekwità. Tweġiba tal-awtoritajiet Franċiżi tat-23.12.2013, il-punt 53.
(33) Rapport annwali EDF 1997, p. 103.
(34) Permezz tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tas-16 ta' Diċembru 2003 (C(2003)4637 finali), ĠU L 49, 22.2.2005 p. 9., il-Kummissjoni ddeċidiet li ma toġġezzjonax għar-riforma tal-iskema ta' pensjonijiet applikabbli għall-industriji tal-elettriku u tal-gass li għaliha EDF kienet soġġetta. Din ir-riforma kellha l-effett li titfa' fuq l-iskema ġenerali tas-sigurtà soċjali l-ispejjeż u l-impenn tal-ispejjeż tal-pensjonijiet tal-iskema speċifika tal-persunal ta' EDF u tal-kumpaniji l-oħrajn li kienu qegħdin jipparteċipaw fiha.
(35) Dan il-mudell jevalwa r-redditu fil-mira li jitlob investitur fil-kapital ta' kumpanija (k) bħala r-riżultat ta' żieda mar-redditu ta' assi finanzjarju meqjus mingħajr riskju jew b'riskju baxx, jiġifieri, bond tal-Istat fis-suq finanzjarju ta' referenza (rf), primjum ta' riskju tas-suq li jirrifletti n-natura iktar riskjuża ta' investiment f'ishma (Km – rf) immultiplikat b'koeffiċjent ta' riskju speċifiku tas-sehem tal-kumpanija kkonċernata (β) li jista' jkun, preferibbilment, dak tal-kumpanija nnifisha jew, inkella, dak tal-kumpaniji komparabbli użati bħala referenza. Il-parametru β, għandu jkun stmat għal kumpanija mingħajr dejn (gearing), biex jitkejjel ir-riskju intrinsiku (l-assi) tal-kumpanija meta mqabbel mas-suq. Il-mudell huwa k = rf + β × (Km – rf). Il-Kummissjoni applikat il-mudell CAPM biex tistma r-redditu meħtieġ ta' investimenti f'kapital f'kumpanija, approvat mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: T-319/12 — Spanja/Il-Kummissjoni, “Ciudad de la Luz”, EU:T:2014:604, l-punti 48 sa 66. Għal deskrizzjoni usa', ara Vernimmen et alii “Corporate Finance” John Wiley & Sons ed. it-tieni edizzjoni, 2009, kap. 22; għar-riżultati ta' stħarriġ fuq il-frekwenza tal-użu tal-metodi ta' evalwazzjoni, ara p. 460. Il-bażi teoretika u applikazzjoni numerika tas-CAPM f'dan il-każ jinsabu wkoll fl-istudju li sar minn Oxera f'isem EDF (il-premessa 70), b'mod partikolari l-Anness I tiegħu.
(36) Vernimmen et alii “Corporate Finance” John Wiley & Sons ed. it-tieni edizzjoni, 2009, pp. 433-4.
(37) Il-mudell DDM jirrappreżenta l-valur tal-kumpanija mill-(aħħar) dividend imħallas (Dt), mir-rata ta' tkabbir tad-dividendi (ɗD) u mill-kumpens immirat, jew il-kost tal-għażla tal-kapital (K) skont il-formula Vr = Dt (1 + ɗD)/(K – ɗD). Il-mudell DDM jintuża wkoll fl-istudju ta' Oxera f'isem EDF (il-punti 3.27-3.31, it-tabella 3.4), iżda b'valuri differenti u, fil-każ ta' wħud minnhom, ferm irrealistiċi. L-istudju ta' Oxera jieħu rata ta' tkabbir tad-dividendi ta' 9,3 % fis-sena. Ir-rati ta' tkabbir tad-dividend huma assoċjati, f'kalkolu perpetwu bħal dak tal-mudell DDM, mat-tkabbir tal-kumpanija. Rati ta' tkabbir ta' 9,3 % ferm ogħla mill-inflazzjoni u mir-rata tat-tkabbir tal-prodott domestiku gross (“PDG”) fit-tul, ifissru li, eventwalment, EDF sejra timmonopolizza il-PDG kollu ta' Franza.
(38) Valur preżenti nett negattiv għal rata ta' imgħax (skont-finanzjament) partikolari jindika li l-investiment mhuwiex profittabbli f'din ir-rata ta' imgħax. Ir-rata ta' redditu interna (pożittiv –“RRI”), tindika r-rata ta' imgħax effettiv li biha l-flussi finanzjarji mistennija jikkumpensaw investiment.
(39) L-ipoteżi li d-dividend ta' EDF jikber b'4,51 % (sensittività 1, it-tabella 6.2) tidher ottimista; hija tinkiseb jekk titwitta r-rata ta' tkabbir prevista għall-erba' snin ta' tbassir 1997-2000. Minbarra fil-prattika tas-soltu, it-tkabbir tad-dividendi magħżul huwa dak ta' tmiem il-perjodu (xenarju ċentrali), fil-fatt, id-dividendi li għandhom jitħallsu minn EDF kellhom jonqsu bejn l-1997 u s-sena 2000 meta mqabbla mal-1991-1996 u fl-1999 u fis-sena 2000 meta mqabbla mal-1998. Fi kwalunkwe każ, rata perpetwa ta' 4,51 % hija għolja f'valur assolut. L-ipoteżi (sensittività 2, it-tabella 6.3) li jżid l-azzjonist -jew iħallas ix-xerrej- (prorata) kważi ekwità ta' EDF kif stmata fl-1997 fil-valur oġġettiv ta' EDF kif ikkalkulat ma tiħux inkunsiderazzjoni n-natura regolatorja ta' ċerta ekwità (riżervi). Din l-ipoteżi kkombinata mal-mudell DDM hija wkoll ottimista minħabba li tfisser allokament lill-azzjonist (prorata ta' 11 %) tal-kważi ekwità (eskluż il-kapital sottoskrit) li tippermetti lill-kumpanija tassorbi telf eventwali u, fuq żmien twil, li tkun tista' tipprovdi dividend u kumpens regolari għall-azzjonist. Din tippresupponi li l-kważi ekwità ta' EDF stabbilita fl-1997-2000 tibqa' disponibbli perpetwalment, meta l-mudell DDM jinjora s-sorsi ta' kumpens minbarra d-dividend. Għaldaqstant mhijiex suppożizzjoni ġustifikabbli. It-total taż-żewġ ipoteżijiet (sensittività 3, it-tabella 6.4) jimmultiplika l-iżvantaġġi jew in-nuqqasijiet rispettivi tagħhom u jkompli jagħmel ir-riżultati tal-kalkolu iktar impossibbli u riskjużi.
(40) Is-sentenzi Gezamenlijke Steenkolenmijnen vs L-Awtorità Għolja, 30/59, EU:C:1961:2; is-sentenza Banco de Crédito Industrial C-387/92, EU:C:1994:100; is-sentenza SFEI, C-39/94, EU:C:1996:285; is-sentenza Franza vs Il-Kummissjoni, C-241/94, EU:C:1996:353; is-sentenza FFSA vs Il-Kummissjoni, T-106/95, EU:T:1997:23.
(41) Ara b'mod partikolari s-sentenza Ladbroke vs Il-Kummissjoni, T-67/94, EU:T:1998:7, il-punt 109.
(42) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/547/KEE tad-29 ta' Ottubru 1990 dwar it-transitu tal-elettriku minn grids ta' trasmissjoni (ĠU L 313 13.11.1990, p. 30).
(43) C-364/90 — L-Italja vs Il-Kummissjoni, EU:C:1993:157, il-punt 20.
(44) Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).
(45) C-280/00 — Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg; EU:C:2003:415.
(46) Is-Sentenza, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-278/92, C-279/92 u C- 280/92, EU:C:1994:325, il-punt 75.
(47) Is-Sentenza, il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-75/97, EU:C:1999:311, il-punti 64-65.
(48) Ara l-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 659/99 (imsemmi qabel).
(49) Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 tal-Kummissjoni tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
(50) Is-Sentenza il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, C-94/87, EU:C:1989:46, il-punt 9, u s-Sentenza il-Kummissjoni vs l-Italja, C-348/93, EU:C:1995:95, il-punt 17.