ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 30

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
5 ta' Frar 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/145 tal-4 ta' Frar 2016 li jadotta l-format tad-dokument li jservi bħala evidenza għall-permess maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jippermetti li stabbilimenti jwettqu ċerti attivitajiet fir-rigward tal-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/146 tal-4 ta' Frar 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva lambda ċjalotrina, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/147 tal-4 ta' Frar 2016 li japprova s-sustanza attiva iprovalikarb, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/148 tal-4 ta' Frar 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerika fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N8 ( 1 )

17

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/149 tal-4 ta' Frar 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

20

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2179 tal-25 ta' Novembru 2015 li jagħti bidu għal reviżjoni ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le, għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil esportatur Korean wieħed, li jirrevoka d-dazju antidumping dwar l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur u li l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur jagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni ( ĠU L 309, 26.11.2015 )

22

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/145

tal-4 ta' Frar 2016

li jadotta l-format tad-dokument li jservi bħala evidenza għall-permess maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jippermetti li stabbilimenti jwettqu ċerti attivitajiet fir-rigward tal-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 jistipula li l-Kummissjoni għandha tadotta l-format tad-dokumenti li jservu bħala evidenza għal permessi maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex titwettaq attività ta' riċerka jew il-konservazzjoni ex situ fir-rigward ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 8. Il-permessi jistgħu jinħarġu wkoll għall-produzzjoni xjentifika u għall-użu mediċinali sussegwenti ta' dawn l-ispeċijiet.

(2)

Il-permessi jistgħu jinħarġu wkoll minn Stati Membri, f'każijiet eċċezzjonali u għal raġunijiet ta' interess pubbliku prevalenti, biex jitwettqu attivitajiet għajr dawk elenkati fl-Artikolu 8(1), kif stipulat fl-Artikolu 9(1), sakemm tkun inħarġet awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 9(6), dawn il-permessi jridu jinħarġu b'konformità mal-Artikolu 8(4) sa (8). Għalhekk għandu jintuża l-istess format tad-dokument li jservi bħala evidenza għal permessi għall-iskopijiet ta' dawn iż-żewġ Artikoli 8 u 9.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispeċijiet Aljeni Invażivi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-format tad-dokument li jservi bħala evidenza għall-permess maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont l-Artikoli 8(2) u 9(6) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, huwa stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35.


ANNESS

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Struzzjonijiet għall-mili tad-dokument

Dan id-dokument irid jimtela mill-awtorità kompetenti li jkollha s-setgħa li toħroġ l-permessi msemmija fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 9(6) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. Dan għandu jiġi ffirmat, ittimbrat u ddatat.

Imla d-dokument b'ittri kbar. Biex tindika xi azzjoni b'mod pożittiv, ittikkja jew immarka is-simbolu ☐. Ingassa jew aqta' b'mod ċar l-għażliet jew il-kaxxi nnumerati sħaħ li mhumiex relevanti.

Kaxxa 1.

Indika l-isem, l-indirizz, il-pajjiz, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-istabbiliment li għalih ikun ingħata l-permess u/jew il-persuna ta' kuntatt.

Kaxxa 2.

Indika n-numru ta' identifikazzjoni tal-permess. Dan in-numru għandu jibda bil-kodiċi b'żewġ ittri tal-ISO (ISO 3166 alpha-2) għall-Istat Membru li joħroġ il-permess, minbarra għall-Greċja u r-Renju Unit li għalihom għandhom jintużaw l-abbrevjazzjonijiet EL u UK. In-numru ta' identifikazzjoni għandu jkun uniku għall-għanijiet tas-sistema msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

Kaxxa 3.

Indika l-isem, l-indirizz, il-pajjiż, in-numru tat-telefown u l-indirizz elettroniku tal-konsenjatur jew tal-esportatur, meta applikabbli.

Kaxxa 4.

Indika d-data tal-ħruġ tal-permess.

Kaxxa 5.

Indika l-perjodu ta' validità (id-data tal-bidu; id-data tat-tmiem) tal-permess, meta applikabbli.

Kaxxa 6.

Indika l-isem, l-indirizz, il-pajjiż, in-numru tat-telefown u l-indirizz elettroniku tal-konsenjatur jew l-importatur, meta applikabbli.

Kaxxa 7.

Indika l-isem tal-awtorità kompetenti li qed toħroġ il-permess.

Kaxxa 8.

Iddeskrivi l-konsenja jew l-istokk ta' kampjuni billi timla l-informazzjoni fil-kaxxi 8a sa 8f:

Kaxxa 8a.

Dan jirreferi għall-isem xjentifiku tal-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni li għaliha nħareġ il-permess.

Kaxxa 8b.

Dan jirreferi għall-isem komuni tal-ispeċi aljena invażiva li għaliha nħareġ permess.

Kaxxa 8c.

Dan jirreferi għall-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif previst mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1).

Kaxxa 8d.

Deskrizzjoni preċiża tal-konsenja jew l-istokk u l-kampjuni li jkunu fihom.

Kaxxa 8e.

Il-massa totali netta tal-konsenja (jew stokk) f'kg. Tista' titħalla barra jekk l-informazzjoni tkun diġà ġiet ipprovduta fil-kaxxa 8f.

Kaxxa 8f.

Għadd ta' kampjuni fil-konsenja. Tista' tintuża meta l-kwantità hija espressa aħjar f'unitajiet diskreti. Tista' titħalla barra jekk l-informazzjoni tkun diġà ġiet ipprovduta fil-kaxxa 8e.

Kaxxa 9.

Indika għal liema restrizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tkun ingħatat deroga.

Kaxxa 10.

Indika l-għan li għalih ikun ingħata l-permess.

Kaxxa 11.

Indika t-taqsimiet rilevanti ta' dan il-permess li jiddeskrivu l-kundizzjonijiet li taħthom l-attivitajiet ġew permessi, skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

Kaxxa 12.

Indika t-taqsimiet rilevanti tal-permess filwaqt li tiddeskrivi d-dispożizzjonijiet speċifikati fl-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni. Timtela biss jekk il-permess jinħareġ wara awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

Kaxxa 13.

Indika l-isem tal-uffiċjal awtorizzanti tal-awtorità kompetenti li qed jimla dan id-dokument.

Kaxxa 14.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat tal-awtorità kompetenti li qed jimla dan id-dokument.

Kaxxa 15.

Timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti u d-data li fiha imtela dan id-dokument.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


5.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/146

tal-4 ta' Frar 2016

li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva lambda ċjalotrina, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva lambda ċjalotrina, kif stabbilita fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2), tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2016.

(2)

Bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (3), fil-perjodu stipulat fl-istess Artikolu, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-inklużjoni tal-lambda ċjalotrina fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4).

(3)

L-applikanti ressqu l-fajls supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1141/2010. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(4)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-28 ta' Frar 2013.

(5)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll is-sommarju tal-fajl supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(6)

Fil-11 ta' Marzu 2015, l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-verżjoni riveduta tal-konklużjoni tagħha tat-23 ta' April 2014 (5) dwar jekk il-lambda ċjalotrina tistax tkun mistennija li tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fit-28 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport ta' rieżami għal-lambda ċjalotrina lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(7)

Rigward użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva inkwistjoni, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 huma ssodisfati. Għaldaqstant, dawk il-kriterji għall-approvazzjoni jitqiesu li ġew issodisfati.

(8)

Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-lambda ċjalotrina tissejjes fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-lambda ċjalotrina. Għalhekk, huwa xieraq li ma tinżammx ir-restrizzjoni għall-użi bħala insettiċida.

(9)

Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-lambda ċjalotrina hija kandidata għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 24 tar- Regolament (KE) Nru 1107/2009. Il-livell aċċettabbli ta' esponiment tal-operatur (AOEL) huwa ferm aktar baxx minn dak tal-maġġoranza tas-sustanzi attivi approvati fi ħdan il-grupp ta' insettiċidi. Barra minn hekk, il-lambda ċjalotrina hija sustanza tossika u bijoakkumulattiva skont il-punti 3.7.2.2 u 3.7.2.3 rispettivament, tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, billi l-fattur tal-bijokonċentrazzjoni huwa ikbar minn 2000 u l-konċentrazzjoni fit-tul mingħajr effetti osservati għall-organiżmi tal-ilma ħelu hija inqas minn 0,01 mg/L. Għaldaqstant, il-lambda ċjalotrina tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni inċiż tal-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(10)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma.

(11)

Għaldaqstant, jixraq li l-approvazzjoni tal-lambda ċjalotrina bħala kandidat għas-sostituzzjoni tiġġedded.

(12)

Skont l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 13(4) tiegħu, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(13)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 (6) estenda d-data ta' skadenza tal-lambda ċjalotrina sat-30 ta' Ġunju 2016 sabiex il-proċess tat-tiġdid ikun jista' jitlesta qabel ma tiskadi l-approvazzjoni tagħha. Madankollu, minħabba li d-deċiżjoni dwar it-tiġdid ittieħdet qabel id-data ta' skadenza estiża, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' April 2016.

(14)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva bħala kandidat għas-sostituzzjoni

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva lambda ċjalotrina, bħala kandidata għas-sostituzzjoni, tiġġedded kif stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 2

Emendi lir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' April 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(5)  EFSA Journal 2014;12(5):3677. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-D, Aċibenżolar-s-metil, Amitrol, Bentażon, Ċjalofop-butil, Dikwat, Esfenvalerat, Famoksadon, Flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), Glifosat, Iprovalikarb, Isoproturon, Lambda Ċjalotrina, Metalaksil-M, Metsulfuron-metil, Pikolinafen, Prosulfuron, Pimetrożina, Piraflufen-etil, Tijabendażol, Tifensulfuron-metil u Triasulfuron (ĠU L 276, 21.10.2015, p. 48).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Lambda Ċjalotrina

Nru CAS 91465-08-6

Nru CIPAC 463

A 1:1 taħlita ta':

(R)-α-cjano- 3-fenossibenżil (1S, 3S)-3-[(Z)-2-kloro-3,3,3-trifluworopropenil]-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat u (S)-α-ċjano-3-fenossibenżil (1R,3R)-3-[(Z)-2-kloro-3,3,3-trifluworopropenil]-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat jew ta' (R)-α-ċjano-3-fenossibenżil (1S)-cis-3-[(Z)-2-kloro-3,3,3-trifluworopropenil]-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat u (S)-α-ċjano-3-fenossibenżil (1R)-cis-3-[(Z)-2-kloro-3,3,3-trifluworopropenil]-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat

900 g/kg

fl-1 ta' April 2016.

fil-31 ta' Marzu 2023.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar il-lambda ċjalotrina, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:

(a)

il-protezzjoni tal-operaturi, tal-ħaddiema u tal-persuni li jkunu fil-qrib;

(b)

il-metaboliti li potenzjalment ġew ifformati fi prodotti pproċessati;

(c)

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi, mammiferi u artropodi mhux fil-mira.

Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikanti għandhom iressqu informazzjoni ta' konferma rigward:

1.

rieżami sistematiku li jevalwa l-provi disponibbli rigward l-effetti potenzjali fuq l-isperma b'rabta mal-esponiment għal-lambda ċjalotrina, bl-użu tal-gwida disponibbli (eż. l-linji gwida tal-EFSA tal-2010 dwar il-metodoloġija ta' rieżami sistematiku);

2.

informazzjoni tossikoloġika sabiex jiġi evalwat il-profil tossikoloġiku tal-metaboliti V (PBA) u XXIII (PBA(OH)).

L-applikanti għandhom iressqu dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-1 ta' April 2018.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' rieżami.


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-parti A, titħassar l-entrata 12 dwar il-lambda ċjalotrina;

(2)

fil-Parti E, tiżdied l-entrata li ġejja:

 

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“5

Lambda Ċjalotrina

Nru tal-CAS 91465-08-6

Nru CIPAC 463

A 1:1 taħlita ta':

(R)-α-cjano- 3-fenossibenżil (1S, 3S)-3-[(Z)-2-kloro-3,3,3-trifluworopropenil]-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat u (S)-α-ċjano-3-fenossibenżil (1R,3R)-3-[(Z)-2-kloro-3,3,3-trifluworopropenil]-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat jew ta' (R)-α-ċjano-3-fenossibenżil (1S)-cis-3-[(Z)-2-kloro-3,3,3-trifluworopropenil]-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat u (S)-α-ċjano-3-fenossibenżil (1R)-cis-3-[(Z)-2-kloro-3,3,3-trifluworopropenil]-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat

900 g/kg

fl-1 ta' April 2016.

fil-31 ta' Marzu 2023.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar il-lambda ċjalotrina, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:

(a)

il-protezzjoni tal-operaturi, tal-ħaddiema u tal-persuni li jkunu fil-qrib;

(b)

il-metaboliti li potenzjalment ġew ifformati fi prodotti pproċessati;

(c)

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi, mammiferi u artropodi mhux fil-mira.

Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikanti għandhom iressqu informazzjoni li tagħti konferma rigward:

1.

rieżami sistematiku li jevalwa l-provi disponibbli rigward l-effetti potenzjali fuq l-isperma b'rabta mal-esponiment għal-lambda ċjalotrina, bl-użu tal-gwida disponibbli (eż. l-linji gwida tal-EFSA tal-2010 dwar il-metodoloġija ta' rieżami sistematiku);

2.

informazzjoni tossikoloġika sabiex jiġi evalwat il-profil tossikoloġiku tal-metaboliti V (PBA) u XXIII (PBA(OH)).

L-applikanti għandhom iressqu dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sal-1 ta' April 2018.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' rieżami.


5.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/147

tal-4 ta' Frar 2016

li japprova s-sustanza attiva iprovalikarb, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva iprovalikarb, kif stipulata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2), tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2016.

(2)

Bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (3), fil-perjodu stipulat fl-istess Artikolu, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-inklużjoni tal-iprovalicarb fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4).

(3)

L-applikant ressaq id-dossiers supplimentari meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1141/2010. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(4)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur, u ressqu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-2 ta' Settembru 2013.

(5)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll is-sommarju tad-dossier supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(6)

Fl-14 ta' April 2015 (5) l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar jistax jiġi mistenni li l-iprovalikarb jissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fit-8 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport tal-evalwazzjoni għall-iprovalikarb lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(7)

Dwar l-użu rappreżentattiv, wieħed jew aktar, ta' mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għaldaqstant, dawk il-kriterji għall-approvazzjoni jitqiesu li ntlaħqu.

(8)

Għaldaqstant jixraq li l-approvazzjoni tal-iprovalikarb tiġġedded.

(9)

Madankollu, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jinħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma.

(10)

Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-iprovalikarb hija msejsa fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-iprovalikarb. Għaldaqstant, jixraq li r-restrizzjoni għall-użi bħala fungiċid ma tibqax fis-seħħ. B'konformità mal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 13(4) tiegħu, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għaldaqstant għandu jiġi emendat.

(11)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 (6) jestendi d-data tal-iskadenza tal-ipovalikarb sabiex il-proċess ta' tiġdid jitlesta qabel l-iskadenza tal-approvazzjoni tiegħu. Madankollu, minħabba li deċiżjoni dwar it-tiġdid ittieħdet qabel id-data tal-iskadenza estiża, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' April 2016.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva iprovalikarb, kif speċifikat fl-Anness I, hija b'dan imġedda skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-istess Anness.

Artikolu 2

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat b'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' April 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(5)  EFSA Journal 2015; 13(3):4060. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-D, aċibenżolar-s-metil, amitrol, bentażon, ċjalofop-butil, dikwat, esfenvalerat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), glifosat, iprovalikarb, isoproturon, lambda-ċjalotrina, metalaksil-M, metsulfuron-metil, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, piraflufen-etil, tijabendażol, tifensulfuron-metil u triasulfuron (ĠU L 276, 21.10.2015, p. 48).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purezza (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Iprovalikarb

Nru CAS 140923-17-7

Nru CIPAC 620

isopropil [(1S)-2-metil-1-{[(1RS)-1-p-toliletil]karbamojl}propil]karbamat

≥ 950 g/kg

Impuritajiet:

Toluwen: mhux aktar minn 3 g/kg

L-1 ta' April 2016

Il-31 ta' Marzu 2031

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar l-iprovalikarb, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni kumplessiva, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art mill-metabolit tal-ħamrija rilevanti PMPA (*) meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'tipi ta' ħamrija b'livell baxx ta' tafal;

lis-sikurezza tal-operaturi u tal-ħaddiema,

lill-protezzjoni ta' organiżmi akkwatiċi fil-każ ta' prodotti formulati li fihom sustanzi attivi oħra.

Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, informazzjoni ta' konferma dwar il-potenzjal ġenotossiku tal-metabolita PMPA tal-ħamrija. Din l-informazzjoni għandha tiġi sottomessa sat-30 ta' Settembru 2016.


(*)  p-metil-fenetilamina

(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A, titħassar l-entrata 30 dwar l-iprovalikarb;

(2)

fil-Parti B, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purezza (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“96

Iprovalikarb

Nru CAS 140923-17-7

Nru CIPAC 620

isopropil [(1S)-2-metil-1-{[(1RS)-1-p-toliletil]karbamojl}propil]karbamat

≥ 950 g/kg

Impuritajiet:

Toluwen: mhux aktar minn 3 g/kg

L-1 ta' April 2016

Il- 31 ta' Marzu 2031

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar l-iprovalikarb, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni kumplessiva, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art mill-metabolit tal-ħamrija rilevanti PMPA (*) meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'tipi ta' ħamrija b'livell baxx ta' tafal;

lis-sikurezza tal-operaturi u tal-ħaddiema,

lill-protezzjoni ta' organiżmi akkwatiċi fil-każ ta' prodotti formulati li fihom sustanzi attivi oħra.

Meta xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, informazzjoni ta' konferma dwar il-potenzjal ġenotossiku tal-metabolita PMPA tal-ħamrija. Din l-informazzjoni għandha tiġi sottomessa sat-30 ta' Settembru 2016.


(*)  p-metil-fenetilammina”

(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


5.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/148

tal-4 ta' Frar 2016

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerika fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N8

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE (1) tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman, u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1), l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu biss mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

L-Istati Uniti huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għat-territorju kollu tiegħu għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti.

(4)

Ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti (4) jistipula li għandu jintlaħaq malajr ir-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fil-każ ta' tifqigħat ta' marda fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti (“il-Ftehim”).

(5)

Fil-15 ta' Jannar 2016, l-Istati Uniti kkonfermaw il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H7N8 f'azjenda agrikola waħda fl-Istat ta' Indiana u għaldaqstant ma jistgħux jibqgħu jitqiesu bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda. L-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti ssospendew minnufih il-ħruġ taċ-ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-Istat ta' Indiana. Dawn implimentaw ukoll politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha.

(6)

L-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Istati Uniti, huwa xieraq li wieħed jikkonkludi li l-limitazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti miż-żona affettwata mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħa attwali, għandha tkun biżżejjed biex tkopri r-riskji assoċjati mal-introduzzjoni tal-prodotti fl-Unjoni.

(7)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konfomità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar miżuri sanitarji li jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fil-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti tal-annimali kif approvat f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/258/KE (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, wara l-entrata għall-Istati Uniti fir-rigward tal-Istat ta' Indiana jiżdied dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data ta' għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6 B

7

8

9

“US — L-Istati Uniti

US-2.21.1

L-Istat ta' Indiana

WGM

VIII

P2

15.1.2016

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

P2

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

 

A

 

S3, ST1”


(1)  Il-prodotti, inklużi dawk ittrasportati fl-ibħra internazzjonali, manifatturati qabel din id-data, jistgħu jiġu importati fl-Unjoni matul perjodu ta' 90 jum minn din id-data.

(2)  Dak li hu prodott wara din id-data biss jista' jiġi importat fl-Unjoni.


5.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/149

tal-4 ta' Frar 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

162,9

IL

236,2

MA

87,0

TN

85,0

TR

102,6

ZZ

134,7

0707 00 05

MA

85,6

TR

170,9

ZZ

128,3

0709 93 10

MA

42,1

TR

157,3

ZZ

99,7

0805 10 20

EG

46,3

MA

59,5

TN

45,8

TR

51,3

ZZ

50,7

0805 20 10

IL

131,8

MA

79,3

TR

102,3

ZZ

104,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

72,6

IL

136,7

MA

127,1

TR

56,3

ZZ

98,2

0805 50 10

TR

73,8

ZZ

73,8

0808 10 80

CL

88,0

US

161,8

ZZ

124,9

0808 30 90

CL

224,0

CN

69,1

TR

145,6

ZA

116,6

ZZ

138,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


Rettifika

5.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/22


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2179 tal-25 ta' Novembru 2015 li jagħti bidu għal reviżjoni ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le, għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil esportatur Korean wieħed, li jirrevoka d-dazju antidumping dwar l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur u li l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur jagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 309 tas-26 ta' Novembru 2015 )

F'paġna 7, fl-Artikolu 1:

minflok:

“… ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea u prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Unjoni minn aechang Steel Co. Ltd …”,

aqra:

“… ikkunsinjati mir-Repubblika tal-Korea u prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni minn Daechang Steel Co. Ltd (kodiċi addizjonali TARIC C057) …”.