ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 27

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
3 ta' Frar 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/137 tas-26 ta' Jannar 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/138 tat-2 ta' Frar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva 3-deken-2-on, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 )

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/139 tat-2 ta' Frar 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva metsulfuron-metil, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

7

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/140 tat-2 ta' Frar 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 771/2014 tal-14 ta' Lulju 2014 li jistipula regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-mudell għall-programmi operattivi, fir-rigward tal-istruttura tal-pjanijiet ta' kumpens tal-kostijiet addizzjonali mġarrba mill-operaturi fis-sajd, fit-trobbija, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni l-aktar imbiegħda, fir-rigward tal-mudell għat-trażmissjoni ta' dejta finanzjarja, fir-rigward tal-kontenut tar-rapporti ta' evalwazzjoni ex-ante u r-rekwiżiti minimi għall-pjan ta' evalwazzjoni li għandu jitressaq fil-qafas tal-FEMS ( ĠU L 209, 16.7.2014 )

14

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/137

tas-26 ta' Jannar 2016

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b'mod parzjali jew bis-sħiħ, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), għar-raġunijiet stipulati fil-kolonna (3) tal-istess tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett li jikkonsisti minn biċċa materjal tessili rettangolari trasparenti magħmula minn drapp ta' fibri sintetiċi u minsuġa bil-labar b'mod magħluq, minn virga tal-plastik u minn mekkaniżmu ta' romblu magħmul mill-plastik u mill-metall.

Fuq naħa waħda, id-drapp huwa mwaħħal mal-mekkaniżmu ta' romblu ddisinjat biex jeħel b'mod permanenti mal-panil tal-bieba ta' mudell speċifiku ta' vettura bil-mutur. Fuq in-naħa l-oħra, id-drapp huwa mwaħħal mal-virga tal-plastik, li għandha mekkaniżmu għat-twaħħil li tippermetti li din titwaħħal mal-qafas tat-tieqa tal-vettura bil-mutur meta d-drapp irrumblat jinfetaħ biex jipprovdi protezzjoni kontra x-xemx. Dan l-oġġett ma jgħattix il-ħġieġa kollha tat-tieqa.

(Ara l-istampi) (*)

6303 12 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (GIR), in-Nota 7(f) tas-Sezzjoni XI u mit-test tal-kodiċijiet NM 6303 , 6303 12 u 6303 12 00 .

Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8708 29 90 bħala parti jew aċċessorju ta' karrozzeriji ta' vetturi bil-mutur tal-intestatura 8703 hija eskluża, minħabba li l-oġġett mhuwiex indispensabbli għall-funzjonament tal-vettura bil-mutur u lanqas ma jadatta l-vettura għal operazzjoni partikolari, jew iżid il-firxa tagħha ta' operazzjonijiet, u lanqas ma jippermetti li din twettaq servizz partikolari b'rabta mal-funzjoni prinċipali tagħha (ara l-Kawża C-152/10, Unomedical, ECLI:EU:C:2011:402, il-paragrafi 29 u 36).

Minħabba l-fatt li l-oġġett huwa ddisinjat biex jitwaħħal b'mod permanenti mal-panil tal-bieba ta' vettura speċifika bil-mutur (hemm inċiżjoni fil-panil tal-bieba), u minħabba li ma jistax jitneħħa u jitwaħħal mal-ħġieġ ta' twieqi oħra, dan huwa blind ta' ġewwa tal-intestatura 6303 . Barra minn hekk, oġġetti komparabbli bħal blinds tat-twieqi tal-vaguni tal-ferroviji huma wkoll koperti mill-intestatura 6303 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 6303 , l-ewwel paragrafu, punt (2)).

Dan l-oġġett huwa blind magħmul minn materjal tessili tas-Sezzjoni XI u mhux blind tal-plastik tas-subintestatura 3925 30 00 għax il-materjali tal-plastik iservu biss għal finijiet ta' twaħħil.

Dan l-oġġett huwa magħmul minn partijiet ta' materjal tessili, tal-plastik u tal-metall. Għalhekk huwa oġġett maħdum.

Għaldaqstant l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 6303 12 00 bħala blind ta' ġewwa minsuġ magħmul minn fibri sintetiċi.


Image

Image

Image

Image


(*)  L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.


3.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/138

tat-2 ta' Frar 2016

dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva 3-deken-2-on, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fl-14 ta' Settembru 2011, in-Netherlands irċevew applikazzjoni mingħand AMVAC C.V (issa AMVAC Netherlands B.V) għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva 3-deken-2-on.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, l-Istat Membru relatur, innotifikat lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni fit-13 ta' April 2012.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent ġew eżaminati, bi qbil mal-Artikolu 11(2) u (3) ta' dak ir-Regolament, għall-użi proposti mill-applikanti. L-Istat Membru relatur ressaq abbozz ta' rapport evalwattiv lill-Kummissjoni u lill-Awtorità fis-26 ta' Novembru 2013.

(4)

L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. B'konformità mal-Artikolu 12(3) ta' dak ir-Regolament, hi talbet li l-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. L-evalwazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru relatur tressqet quddiem l-Awtorità fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni.

(5)

L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u l-Awtorità. L-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva 3-deken-2-on (2) fit-3 ta' Diċembru 2014. L-Awtorità kkonkludiet li l-preżenza ta' riżultati pożittivi ta' ġenotossiċità u l-pakkett tad-dejta tossikoloġiku limitat ipprevenew milli jiġu stabbiliti valuri tossikoloġiċi ta' referenza finali u għalhekk il-valutazzjoni tar-riskju għall-operaturi, il-ħaddiema, ir-residenti, il-persuni fil-qrib u l-konsumaturi ma setgħetx titlesta. Ikkonkludiet ukoll li l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-MRL mat-talba għall-eżentazzjoni ta' 3-deken-2-on minn MRL ma setgħetx tiġi ffinalizzata, peress li l-informazzjoni disponibbli mhijiex biżżejjed biex tintlaħaq konklużjoni dwar jekk l-użu ta' 3-deken-2-on bħala sustanza attiva fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mhu se jkollu l-ebda effett ta' ħsara immedjata jew ittardjata fuq is-saħħa tal-bniedem, inklużi dik ta' gruppi vulnerabbli, permezz tad-dieta tagħhom.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, skont l-Artikolu 13(1) tar- Regolament (KE) Nru 1107/2009, dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa.

(7)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib imsemmi fil-premessa 5 ma setax jiġi eliminat.

(8)

Għaldaqstant, ma ġiex ippruvat li wieħed jista' jistenna li, fir-rigward ta' wieħed jew iktar mill-użi rappreżentattivi ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih 3-deken-2-on, il-kriterji ta' approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Is-sustanza attiva 3-deken-2-on ma għandhiex għalhekk tiġi approvata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(9)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta' applikazzjoni oħra għal 3-deken-2-on skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta' approvazzjoni ta' sustanza attiva

Is-sustanza attiva 3-deken-2-on mhijiex approvata.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  The EFSA Journal 2015;13(1):3932 Jinsab online: www.efsa.europa.eu/efsajournal.


3.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/139

tat-2 ta' Frar 2016

li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva metsulfuron-metil, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 flimkien mal-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva metsulfuron-metil, kif stipulata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2), tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2016.

(2)

Bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (3), fil-perjodu stipulat fl-istess Artikolu, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-inklużjoni tal-metsulfuron-metil, fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4).

(3)

L-applikant ressaq il-fajls supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1141/2010. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(4)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem: “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-8 ta' Awwissu 2013.

(5)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll is-sommarju tad-dossier supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(6)

Fil-5 ta' Diċembru 2014, l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (5) dwar jekk il-metsulfuron-metil tistax tkun mistennija tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fid-29 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport tal-evalwazzjoni għall-metsulfuron-metil, lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(7)

Dwar l-użu rappreżentattiv, wieħed jew aktar, ta' mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għaldaqstant, dawk il-kriterji għall-approvazzjoni jitqiesu li ntlaħqu.

(8)

Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-metsulfuron-metil hija msejsa fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li fil-każ tagħhom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metsulfuron-metil. Għaldaqstant, jixraq li r-restrizzjoni għall-użu bħala erbiċida ma tibqax fis-seħħ.

(9)

Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-metsulfuron-metil huwa kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Il-metsulfuron-metil hija sustanza persistenti u tossika skont il-punti 3.7.2.1 u 3.7.2.3 rispettivament tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, peress li n-nofs ħajja fl-ilma ħelu hija iktar minn 40 jum u l-konċentrazzjoni bla effett osservat fit-tul għall-organiżmi tal-ilma ħelu hija inqas minn 0,01 mg/L. Għalhekk, il-metsulfuron-metil, jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(10)

Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jinħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma.

(11)

Għaldaqstant, jixraq li l-approvazzjoni tal-metsulfuron-metil bħala kandidat għas-sostituzzjoni tiġġedded.

(12)

Skont l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 13(4) tiegħu, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(13)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 (6) estenda d-data ta' skadenza tal-metsulfuron-metil sat-30 ta' Ġunju 2016 sabiex il-proċess tat-tiġdid ikun jista' jitlesta qabel l-approvazzjoni ta' din is-sustanza. Minħabba li deċiżjoni dwar it-tiġdid ittieħdet qabel din id-data ta' skadenza estiża, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' April 2016.

(14)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva bħala kandidat għas-sostituzzjoni

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva metsulfuron-metil, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, tiġġedded kif stipulat fl-Anness I.

Artikolu 2

Emendi lir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' April 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).

(5)  EFSA Journal (2015); 13(1):3936. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-D, aċibenżolar-s-metil, amitrol, bentażon, ċjalofop-butil, dikwat, esfenvalerat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), glifosat, iprovalikarb, isoproturon, lambda-ċjalotrina, metalaksil-M, metsulfuron-metil, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, piraflufen-etil, tijabendażol, tifensulfuron-metil u triasulfuron (ĠU L 276, 21.10.2015, p. 48).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Metsulfuron-metil

Nru tal-CAS 74223-64-6

Nru CIPAC 441.201

2-(4-metossi-6-metil-1,3,5,-triazin-2-ilkarbamojlsulfamojl) benżoat tal-metil

967 g/kg

fl-1 ta' April 2016.

fil-31 ta' Marzu 2023.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar il-metsulfuron-metil, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni kumplessiva, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-protezzjoni tal-konsumaturi,

lill-protezzjoni tal-ilma tal-pjan,

lill-protezzjoni ta' pjanti terrestri mhux fil-mira.

Meta jixraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

Sat-30 ta' Settembru 2016, l-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, informazzjoni ta' konferma dwar il-potenzjal ġenotossiku tal-metabolit triażinammina (IN-A 4098) biex jikkonferma li dan il-metabolit mhuwiex ġenotossiku u mhux rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' rieżami.


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-parti A, titħassar l-entrata 7 dwar il-metsulfuron-metil;

(2)

fil-Parti E, tiżdied l-entrata li ġejja:

 

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“3

Metsulfuron-metil

Nru tal-CAS 74223-64-6

Nru CIPAC 441.201

2-(4-metossi-6-metil-1,3,5,-triazin-2-ilkarbamojlsulfamojl) benżoat tal-metil

967 g/kg

fl-1 ta' April 2016.

fil-31 ta' Marzu 2023.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar il-metsulfuron-metil, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni kumplessiva, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-protezzjoni tal-konsumaturi,

lill-protezzjoni tal-ilma tal-pjan,

lill-protezzjoni ta' pjanti terrestri mhux fil-mira.

Meta jixraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

Sat-30 ta' Settembru 2016, l-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, informazzjoni ta' konferma dwar il-potenzjal ġenotossiku tal-metabolit triażinammina (IN-A 4098) biex jikkonferma li dan il-metabolit mhuwiex ġenotossiku u mhux rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta' rieżami.


3.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/140

tat-2 ta' Frar 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

162,9

IL

236,2

MA

90,6

TN

85,0

TR

86,6

ZZ

132,3

0707 00 05

MA

85,6

TR

165,2

ZZ

125,4

0709 93 10

MA

45,8

TR

143,5

ZZ

94,7

0805 10 20

EG

47,5

MA

55,2

TN

53,7

TR

60,1

ZZ

54,1

0805 20 10

IL

131,8

MA

72,5

TR

102,3

ZZ

102,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

132,6

MA

116,6

TR

74,9

ZZ

108,0

0805 50 10

TR

99,3

ZZ

99,3

0808 10 80

CL

88,0

US

161,8

ZZ

124,9

0808 30 90

CL

224,0

CN

90,1

TR

200,0

ZA

130,6

ZZ

161,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


Rettifika

3.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/14


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 771/2014 tal-14 ta' Lulju 2014 li jistipula regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-mudell għall-programmi operattivi, fir-rigward tal-istruttura tal-pjanijiet ta' kumpens tal-kostijiet addizzjonali mġarrba mill-operaturi fis-sajd, fit-trobbija, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni l-aktar imbiegħda, fir-rigward tal-mudell għat-trażmissjoni ta' dejta finanzjarja, fir-rigward tal-kontenut tar-rapporti ta' evalwazzjoni ex-ante u r-rekwiżiti minimi għall-pjan ta' evalwazzjoni li għandu jitressaq fil-qafas tal-FEMS

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 209 tas-16 ta' Lulju 2014 )

Fil-paġna 42, fl-Anness II, taħt il-punt 3, fin-nota f'qiegħ il-paġna (**):

għal:

“Kalkolu abbażi tal-kriterji stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) …/2014”;

aqra:

“Kalkolu abbażi tal-kriterji stabbiliti fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1046/2014 (ĠU L 291, 7.10.2014, p. 1)”.