ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 14

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
21ta' Jannar 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/60 tad-19 ta' Jannar 2016 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-klorpirifos f'ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 )

1

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/61 tal-20 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

18

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/62 tal-20 ta' Jannar 2016 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għal dazji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Jannar 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

20

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/63 tal-15 ta' Jannar 2016 rigward l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

23

 

 

LINJI GWIDA

 

*

Linja Gwida (UE) 2016/64 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2015/34)

25

 

*

Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35)

30

 

*

Linja Gwida (UE) 2016/66 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Novembru 2015 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2013/24 dwar l-obbligi ta' rappurtar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2015/40)

36

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/60

tad-19 ta' Jannar 2016

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-klorpirifos f'ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-klorpirifos, il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtá fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, biex twettaq eżami tossikoloġiku tal-klorpirifos. Il-konklużjoni tal-Awtorità ġiet ippubblikata fit-22 ta' April 2014 (3).

(3)

F'konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tipprovdi opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għall-klorpirifos ibbażata fuq il-valuri referenzjarji tossikoloġiċi ġodda. L-Awtorità ssottomettiet l-opinjoni motivata tagħha fit-12 ta' Ġunju 2015 (4).

(4)

L-Awtorità kkonkludiet li l-MRLs preżenti għall-mandolin, it-tuffieħ, il-lanġas, il-ħawħ, l-għeneb tal-mejda, it-tut, il-lampun, il-passolina, ir-ribes, il-kiwi, l-ananas, il-patata, it-tadam, il-bżar, il-brunġiel, il-bettieħ, id-dulliegħ, il-kaboċċi bir-ras, il-kaboċċi ċiniżi, il-qaqoċċ, il-kurrat u l-pitravi taz-zokkor jistgħu jqanqlu tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Għalhekk l-Awtorità rrakkomandat li tbaxxi l-MRLs eżistenti għal dawn il-komoditajiet. Indikat li l-użi fuq it-tut, il-passolina, ir-ribes, il-kiwi, l-ananas, il-patata, il-bettieħ, id-dulliegħ, il-kaboċċi ċiniżi u l-kurrat ma għadhomx appoġġati u li, fir-rigward tal-MRLs għal dawn il-komoditajiet, kienet meħtieġa iktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. L-MRLs għal dawn il-komoditajiet għandhom jiġu ffissati fil-limitu speċifiku ta' determinazzjoni.

(5)

Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu adattati ċerti limiti ta' determinazzjoni. Dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti komoditajiet, l-iżvilupp tekniku jirrikjedi li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi ta' determinazzjoni.

(6)

Abbażi tal-opinjoni motivata tal-Awtorità u fid-dawl tal-fatturi rilevanti għall-kwistjoni li qed tiġi kkunsidrata, il-modifiki li jixirqu għall-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(7)

Permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-imsieħba kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda u l-kummenti tagħhom ġew meqjusa.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(9)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma l-MRLs modifikati jsiru applikabbli, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikollhom biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mill-10 ta' Awwissu 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1)

(3)  EFSA, 2014. Conclusion on the peer review of the pesticide human health risk assessment of the active substance chlorpyrifos. EFSA Journal 2014;12(4):3640, 34 pp. doi: 10.2903/j.efsa.2014.3640.

(4)  EFSA, 2015. Reasoned opinion on the refined risk assessment regarding certain maximum residue levels (MRLs) of concern for the active substance chlorpyrifos. EFSA Journal 2015;13(6):4142, 41 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4142.


ANNESS

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, il-kolonna għall-klorpirifos tinbidel b'dan li ġej:

“Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (1)

Klorpirifos (F)

(1)

(2)

(3)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

Frott taċ-ċitru

 

0110010

Grejpfrut

0,3

0110020

Larinġ

0,3

0110030

Lumi

0,2

0110040

Xkomp

0,3

0110050

Mandolin

1,5

0110990

Oħrajn

0,3

0120000

Ġewż tas-siġar

0,05 (*)

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż / ġellewż Ewropew

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn

 

0130000

Pomu

 

0130010

Tuffieħ

0,01  (*)

0130020

Lanġas

0,01  (*)

0130030

Sfarġel

0,5

0130040

Naspli

 (**)

0130050

Naspli tal-Ġappun

 (**)

0130990

Oħrajn

0,5

0140000

Frott tal-għadma

 

0140010

Berquq

0,05

0140020

Ċiras (ħelu)

0,3

0140030

Ħawħ

0,01  (*)

0140040

Għanbaqar

0,2

0140990

Oħrajn

0,05 (*)

0150000

Frott irqiq u frott żgħir

 

0151000

(a)

għeneb

 

0151010

Għeneb tal-mejda

0,01  (*)

0151020

Għeneb għall-inbid

0,5

0152000

(b)

frawli

0,2

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

0,01  (*)

0153020

Ċawsli iswed (Dewberries)

0,05 (*)

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

0,01  (*)

0153990

Oħrajn

0,05 (*)

0154000

(d)

frott żgħir u berries oħrajn

 

0154010

Mirtill

0,05 (*)

0154020

Cranberries

0,05 (*)

0154030

Passolina (sewda, ħamra u bajda)

0,01  (*)

0154040

Ribes (ħodor, ħomor u sofor)

0,01  (*)

0154050

Warda Skoċċiża

 (**)

0154060

Ċawsli (suwed u bojod)

 (**)

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 (**)

0154080

Frott tas-sebuqa

 (**)

0154990

Oħrajn

0,05 (*)

0160000

Frott mixxelanju li għandu

 

0161000

(a)

qoxra li tittiekel

0,05 (*)

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 (**)

0161060

Kaki

 (**)

0161070

Jambolan

 (**)

0161990

Oħrajn

 

0162000

(b)

qoxra li ma tittikilx, żgħir

 

0162010

Frott tal-kiwi (aħdar, aħmar u isfar)

0,01  (*)

0162020

Liċċi

0,05 (*)

0162030

Frotta tal-passjoni

0,05 (*)

0162040

Bajtar tax-xewk / frott tal-kaktus

 (**)

0162050

Tuffieħ stilla

 (**)

0162060

Kaki Amerikan / Kaki tal-Virġinja

 (**)

0162990

Oħrajn

0,05 (*)

0163000

(c)

qoxra li ma tittikilx, kbir

 

0163010

Avokado

0,05 (*)

0163020

Banana

3

0163030

Mango

0,05 (*)

0163040

Papaja

0,05 (*)

0163050

Rummien

0,05 (*)

0163060

Ċerimoja

 (**)

0163070

Gwava

 (**)

0163080

Ananas

0,01  (*)

0163090

Frott tas-siġra tal-ħobż

 (**)

0163100

Durian

 (**)

0163110

Frotta tal-annona

 (**)

0163990

Oħrajn

0,05 (*)

0200000

ĦXEJJEX, FRISKI jew IFFRIŻATI

 

0210000

Ħxejjex mill-għeruq u t-tuberi

 

0211000

(a)

patata

0,01  (*)

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

0,05 (*)

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 (**)

0212990

Oħrajn

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi taz-zokkor

 

0213010

Pitravi

0,05 (*)

0213020

Zunnarija

0,1

0213030

Krafes bl-għeruq / krafes Ġermaniżi

0,05 (*)

0213040

Għerq tal-mustarda

0,05 (*)

0213050

Artiċokks

0,05 (*)

0213060

Zunnarija bajda

0,05 (*)

0213070

Tursin tuberuż

0,05 (*)

0213080

Ravanell

0,2

0213090

Sassefrika

0,05 (*)

0213100

Swedes

0,05 (*)

0213110

Ġdur

0,05 (*)

0213990

Oħrajn

0,05 (*)

0220000

Ħxejjex tal-basla

 

0220010

Tewm

0,05 (*)

0220020

Basal

0,2

0220030

Xalotti

0,05 (*)

0220040

Basal tar-rebbiegħa / basal aħdar u basal ta' Wales

0,05 (*)

0220990

Oħrajn

0,05 (*)

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

solanacea

 

0231010

Tadam

0,01  (*)

0231020

Bżar ħelu / kapsikum

0,01  (*)

0231030

Brunġiel

0,4

0231040

Okra

0,5

0231990

Oħrajn

0,5

0232000

(b)

kukurbiti tal-qoxra li tittiekel

0,05 (*)

0232010

Ħjar

 

0232020

Ħjar tal-pikles

 

0232030

Qargħabagħli

 

0232990

Oħrajn

 

0233000

(b)

kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

0,01  (*)

0233020

Qargħa ħamra

0,05 (*)

0233030

Dulliegħ

0,01  (*)

0233990

Oħrajn

0,05 (*)

0234000

(d)

qamħirrum

0,05 (*)

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,05 (*)

0240000

Ħxejjex tal-brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-għelejjel tal-brassika tal-weraq żgħar)

 

0241000

(a)

Brassika li twarrad

0,05 (*)

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn

 

0242000

(b)

Brassika bir-ras

 

0242010

Brussels sprouts

0,05 (*)

0242020

Kaboċċa bir-ras

0,01  (*)

0242990

Oħrajn

0,05 (*)

0243000

(c)

Brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

0,01  (*)

0243020

Kale

0,05 (*)

0243990

Oħrajn

0,05 (*)

0244000

(d)

ġdur

0,05 (*)

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,05 (*)

0251000

(a)

ħass u ħxejjex tal-insalata

 

0251010

Ħass tal-ħaruf / insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Escaroles / Indivja tal-weraq wiesa'

 

0251040

Krexxun u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxun tal-art

 (**)

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 (**)

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħar (fosthom speċijiet ta' brassika)

 

0251990

Oħrajn

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

 

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 (**)

0252030

Weraq tal-pitravi

 

0252990

Oħrajn

 

0253000

(b)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

 (**)

0254000

(d)

krexxuni

 

0255000

(e)

ċikwejra

 

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 (**)

0256060

Klin

 (**)

0256070

Sagħtar

 (**)

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 (**)

0256090

Weraq tar-rand

 (**)

0256100

Stragun

 (**)

0256990

Oħrajn

 

0260000

Legumi

0,05 (*)

0260010

Fażola (bil-miżwed)

 

0260020

Fażola (bla miżwed)

 

0260030

Piżelli (bil-miżwed)

 

0260040

Piżelli (bla miżwed)

 

0260050

Għads

 

0260990

Oħrajn

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

 

0270010

Asparagu

0,05 (*)

0270020

Kardun

0,05 (*)

0270030

Krafes

0,05 (*)

0270040

Bużbież ta' Firenze

0,05 (*)

0270050

Qaqoċċ

0,01  (*)

0270060

Kurrat

0,01  (*)

0270070

Rabarbu

0,05 (*)

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 (**)

0270090

Qlub tal-palm

 (**)

0270990

Oħrajn

0,05 (*)

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,05 (*)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ selvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

 (**)

0300000

ŻRIERAGĦ IMNIXXFIN TAL-LEGUMI

0,05 (*)

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini

 

0300990

Oħrajn

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

0,05 (*)

0401000

Żrieragħ żejtnija

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

 

0401020

Karawett/karawett mitħun

 

0401030

Żerriegħa tal-peprin

 

0401040

Żerriegħa tal-ġulġlien

 

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

 

0401060

Żerriegħa tal-lift

 

0401070

Fażola tas-sojja

 

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

 

0401090

Żerriegħa tal-qoton

 

0401100

Żerriegħa tal-qargħa ħamra

 

0401110

Żerriegħa tal-għosfor

 (**)

0401120

Żerriegħa tal-fidloqqom

 (**)

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

 (**)

0401140

Żerriegħa tal-qannebusa

 

0401150

Żerriegħa tar-riġnuwa

 (**)

0401990

Oħrajn

 

0402000

Frott taż-żejt

 

0402010

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Qlub taż-żerriegħa tal-palm taż-żejt

 (**)

0402030

Frott tal-palm taż-żejt

 (**)

0402040

Kapok

 (**)

0402990

Oħrajn

 

0500000

ĊEREALI

 

0500010

Xgħir

0,2

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

0,05 (*)

0500030

Qamħirrum

0,05

0500040

Millieġ komuni

0,05 (*)

0500050

Ħafur

0,05 (*)

0500060

Ross

0,05 (*)

0500070

Segala

0,05 (*)

0500080

Sorgu

0,05 (*)

0500090

Qamħ

0,05 (*)

0500990

Oħrajn

0,05 (*)

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

 

0610000

Tejiet

0,1 (*)

0620000

Żrieragħ tal-kafè

 (**)

0630000

Infużjonijiet erbali minn

 (**)

0631000

(a)

fjuri

 (**)

0631010

Kamomilla

 (**)

0631020

Ibisku

 (**)

0631030

Ward

 (**)

0631040

Ġiżimin

 (**)

0631050

Tilju

 (**)

0631990

Oħrajn

 (**)

0632000

(b)

weraq u ħxejjex aromatiċi

 (**)

0632010

Frawli

 (**)

0632020

Rooibos

 (**)

0632030

Te tal-Paragwaj

 (**)

0632990

Oħrajn

 (**)

0633000

(c)

għeruq

 (**)

0633010

Valerjana

 (**)

0633020

Ġinseng

 (**)

0633990

Oħrajn

 (**)

0639000

(d)

kwalunkwe parti oħra tal-pjanta

 (**)

0640000

Żerriegħa tal-kawkaw

 (**)

0650000

Ħarrub

 (**)

0700000

ĦOPS

0,1 (*)

0800000

ĦWAWAR

 (**)

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

 (**)

0810010

Ħlewwa

 (**)

0810020

Ħlewwa sewda / Kemmun iswed

 (**)

0810030

Karfus

 (**)

0810040

Kosbor

 (**)

0810050

Kemmun

 (**)

0810060

Xibt

 (**)

0810070

Bużbież

 (**)

0810080

Fienu

 (**)

0810090

Noċemuskata

 (**)

0810990

Oħrajn

 (**)

0820000

Ħwawar tal-frott

 (**)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 (**)

0820020

Bżar tas-Sichuan

 (**)

0820030

Ħlewwa Ġermaniża

 (**)

0820040

Kardamomu

 (**)

0820050

Frott tal-ġnibru

 (**)

0820060

Bżar (iswed, aħdar u abjad)

 (**)

0820070

Vanilla

 (**)

0820080

Tamarind

 (**)

0820990

Oħrajn

 (**)

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

 (**)

0830010

Kannella

 (**)

0830990

Oħrajn

 (**)

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 (**)

0840010

Għud is-sus

 (**)

0840020

Ġinġer

 (**)

0840030

Żagħfran tal-Indja

 (**)

0840040

Għerq tal-mustarda

 (**)

0840990

Oħrajn

 (**)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

 (**)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 (**)

0850020

Kappar

 (**)

0850990

Oħrajn

 (**)

0860000

Ħwawar ta' qalb il-fjura

 (**)

0860010

Żagħfran

 (**)

0860990

Oħrajn

 (**)

0870000

Ħwawar tal-Aril

 (**)

0870010

Qoxra barranija tan-noċemuskata

 (**)

0870990

Oħrajn

 (**)

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

 (**)

0900010

Għeruq tal-pitravi taz-zokkor

 (**)

0900020

Kannamieli

 (**)

0900030

Għeruq taċ-ċikwejra

 (**)

0900990

Oħrajn

 (**)

1000000

PRODOTTI TA' ORIĠINI TAL-ANNIMALI — ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Tessut minn

 

1011000

(a)

ħnieżer

 

1011010

Muskolu

 

1011020

Tessut xaħmi

 

1011030

Fwied

 

1011040

Kliewi

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1011990

Oħrajn

 

1012000

(b)

bovini

 

1012010

Muskolu

 

1012020

Tessut xaħmi

 

1012030

Fwied

 

1012040

Kliewi

 

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1012990

Oħrajn

 

1013000

(c)

nagħaġ

 

1013010

Muskolu

 

1013020

Tessut xaħmi

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1013990

Oħrajn

 

1014000

(d)

mogħoż

 

1014010

Muskolu

 

1014020

Tessut xaħmi

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1014990

Oħrajn

 

1015000

(e)

ekwini

 (**)

1015010

Muskolu

 (**)

1015020

Tessut xaħmi

 (**)

1015030

Fwied

 (**)

1015040

Kliewi

 (**)

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 (**)

1015990

Oħrajn

 (**)

1016000

(f)

tjur

0,05 (*)

1016010

Muskolu

 

1016020

Tessut xaħmi

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1016990

Oħrajn

 

1017000

(g)

annimali terrestri oħrajn tar-razzett

 (**)

1017010

Muskolu

 (**)

1017020

Tessut xaħmi

 (**)

1017030

Fwied

 (**)

1017040

Kliewi

 (**)

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 (**)

1017990

Oħrajn

 (**)

1020000

Ħalib

0,01 (*)

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn

 

1030000

Bajd tat-tjur

0,01 (*)

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 (**)

1030030

Wiżż

 (**)

1030040

Summien

 (**)

1030990

Oħrajn

 (**)

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura

 (**)

1050000

Amfibji u Rettili

 (**)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

 (**)

1070000

Annimali terrestri vertibrati selvaġġi

 (**)

(2)

Fil-Parti A tal-Anness III, il-kolonna għall-klorpirifos tinbidel b'dan li ġej:

“Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (f'mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (2)

Klorpirifos (F)

(1)

(2)

(3)

0130040

Naspli

0,5

0130050

Naspli tal-Ġappun

0,5

0154050

Warda skoċċiża

0,05 (***)

0154060

Ċawsli (suwed u bojod)

0,05 (***)

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

0,05 (***)

0154080

Frott tas-sebuqa

0,05 (***)

0161050

Karambola

0,05 (***)

0161060

Kaki

0,05 (***)

0161070

Jambolan

0,05 (***)

0162040

Bajtar tax-xewk/frott tal-kaktus

0,05 (***)

0162050

Tuffieħ stilla

0,05 (***)

0162060

Kaki Amerikan/Kaki tal-Virġinja

0,05 (***)

0163060

Ċerimoja

0,05 (***)

0163070

Gwava

0,05 (***)

0163090

Frott tas-siġra tal-ħobż

0,05 (***)

0163100

Durjan

0,05 (***)

0163110

Frott tal-annona

0,05 (***)

0212040

Ararut

0,05 (***)

0251050

Krexxuni tal-art

0,05 (***)

0251070

Mustarda ħamra

0,05 (***)

0252020

Burdlieq

0,05 (***)

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,05 (***)

0256050

Salvja

0,05 (***)

0256060

Klin

0,05 (***)

0256070

Sagħtar

0,05 (***)

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

0,05 (***)

0256090

Weraq tar-rand

0,05 (***)

0256100

Stragun

0,05 (***)

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

0,05 (***)

0270090

Qlub tal-palm

0,05 (***)

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

 

0401110

Żerriegħa tal-għosfor

0,05 (***)

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

0,05 (***)

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,05 (***)

0401150

Żerriegħa tar-riġnuwa

0,05 (***)

0402020

Qlub taż-żerriegħa tal-palm taż-żejt

0,05 (***)

0402030

Frott tal-palm taż-żejt

0,05 (***)

0402040

Kapok

0,05 (***)

0620000

Żrieragħ tal-kafè

0,2

0630000

Infużjonijiet erbali minn

 

0631000

(a)

fjuri

0,5

0631010

Kamomilla

0,5

0631020

Ibisku

0,5

0631030

Ward

0,5

0631040

Ġiżimin

0,5

0631050

Tilju

0,5

0631990

Oħrajn

0,5

0632000

(b)

weraq u ħxejjex aromatiċi

0,5

0632010

Frawla

0,5

0632020

Rooibos

0,5

0632030

Te tal-Paragwaj

0,5

0632990

Oħrajn

0,5

0633000

(c)

għeruq

0,5

0633010

Valerjana

0,5

0633020

Ġinseng

0,5

0633990

Oħrajn

0,5

0639000

(d)

kwalunkwe parti oħra tal-pjanta

0,1 (***)

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

0,1 (***)

0650000

Ħarrub

0,1 (***)

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

5

0810010

Ħlewwa

5

0810020

Ħlewwa sewda/kemmun iswed

5

0810030

Karfus

5

0810040

Kosbor

5

0810050

Kemmun

5

0810060

Xibt

5

0810070

Bużbież

5

0810080

Fienu

5

0810090

Noċemuskata

5

0810990

Oħrajn

5

0820000

Ħwawar tal-frott

1

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

1

0820020

Bżar tas-Sichuan

1

0820030

Ħlewwa Ġermaniża

1

0820040

Kardamomu

1

0820050

Frott tal-ġnibru

1

0820060

Bżar (iswed, aħdar u abjad)

1

0820070

Vanilla

1

0820080

Tamarind

1

0820990

Oħrajn

1

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,1 (***)

0830010

Kannella

0,1 (***)

0830990

Oħrajn

0,1 (***)

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

1

0840020

Ġinġer

1

0840030

Żagħfran tal-Indja

1

0840040

Għerq tal-mustarda

(+)

0840990

Oħrajn

1

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,1 (***)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

0,1 (***)

0850020

Kappar

0,1 (***)

0850990

Oħrajn

0,1 (***)

0860000

Ħwawar ta' qalb il-fjura

0,1 (***)

0860010

Żagħfran

0,1 (***)

0860990

Oħrajn

0,1 (***)

0870000

Ħwawar tal-aril

0,1 (***)

0870010

Qoxra barranija tan-noċemuskata

0,1 (***)

0870990

Oħrajn

0,1 (***)

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

 

0900010

Għeruq tal-Pitravi taz-zokkor

0,05

0900020

Kannamieli

0,05 (***)

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

0,05 (***)

0900990

Oħrajn

0,05 (***)

1015000

(e)

ekwini

 

1015010

Muskolu

 

1015020

Tessut xaħmi

 

1015030

Fwied

 

1015040

Kliewi

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1015990

Oħrajn

 

1017000

(g)

annimali terrestri oħrajn tar-razzett

 

1017010

Muskolu

 

1017020

Tessut xaħmi

 

1017030

Fwied

 

1017040

Kliewi

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1017990

Oħrajn

 

1030020

Papri

0,01 (***)

1030030

Wiżż

0,01 (***)

1030040

Summien

0,01 (***)

1030990

Oħrajn

0,01 (***)

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura

0,05  (***)

1050000

Amfibji u Rettili

 

1060000

Annimali terrestri invertebrati

 

1070000

Annimali vertebrati terrestri selvaġġi

 


(*)  Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika

(**)  Kombinazzjoni tal-kodiċi tal-pestiċida li għaliha japplika l-MRL stabbilit fl-Anness III Parti B.

(1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.

(F)

=

Jinħall fix-xaħam”

(***)  Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika

(2)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.

(F)

=

Jinħall fix-xaħam

Klorpirifos (F)

(+)

Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħxejjex, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

0840040

Għerq tal-mustarda”


21.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/61

tal-20 ta' Jannar 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

236,2

MA

80,9

TN

113,9

TR

91,2

ZZ

130,6

0707 00 05

MA

85,8

TR

150,9

ZZ

118,4

0709 93 10

MA

52,6

TR

150,6

ZZ

101,6

0805 10 20

EG

50,0

MA

64,1

TN

57,9

TR

65,8

ZZ

59,5

0805 20 10

IL

163,3

MA

82,3

ZZ

122,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

103,6

JM

147,2

MA

82,8

TR

99,2

ZZ

108,2

0805 50 10

TR

102,3

ZZ

102,3

0808 10 80

CL

84,9

US

121,1

ZZ

103,0

0808 30 90

CN

76,1

ZZ

76,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


21.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/62

tal-20 ta' Jannar 2016

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għal dazji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Jannar 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Jannar 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat 30 ta' Ġunju 2016 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Jannar 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu d-dazji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koefiċċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkolat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 flimkien mal-Artikolu 7(2) tal-istess Regolament.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni stipulat fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal dazji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni stipulat fil-parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta' Ġunju 2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

PARTI A

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016

(%)

1

09.4211

0,325241

2

09.4212

0,775495

4A

09.4214

09.4251

1,646051

09.4252

6A

09.4216

0,323564

09.4260

0,37908

7

09.4217

8

09.4218

PARTI B

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016

(%)

5A

09.4215

0,65244

09.4254

09.4255

09.4256


DEĊIŻJONIJIET

21.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/63

tal-15 ta' Jannar 2016

rigward l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“il-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali”) ġiet iffirmata fis-26 ta' Mejju 1997 u daħlet fis-seħħ fit-28 ta' Settembru 2005.

(2)

L-Artikolu 3(4) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja (“l-Att ta' Adeżjoni”) jipprovdi li l-Kroazja taderixxi għall-konvenzjonijiet u l-protokolli konklużi bejn l-Istati Membri, elenkati fl-Anness I għall-Att ta' Adeżjoni, li jinkludi, fost oħrajn, il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Kroazja fid-data deċiża mill-Kunsill.

(3)

Skont l-Artikolu 3(5) tal-Att ta' Adeżjoni, il-Kunsill għandu jiddeċiedi li jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba l-adeżjoni għal dawk il-konvenzjonijiet u l-protokolli,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali għandha tidħol fis-seħħ għall-Kroazja fl-ewwel jum tal-ewwel xahar minn wara d-data ta' pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-test tal-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali mfassla fil-lingwa Kroata (3) għandu jkun awtentiku skont l-istess kondizzjonijiet bħat-testi l-oħra tal-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Opinjoni tal-10 ta' Ġunju 2015 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  ĠU C 195, 25.6.1997, p. 2.

(3)  Il-verżjoni bil-lingwa Kroata tal-Konvenzjoni ġiet ippubblikata f'edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali (Kapitolu 19, Volum 14, p. 120).


LINJI GWIDA

21.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/25


LINJA GWIDA (UE) 2016/64 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta' Novembru 2015

li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2015/34)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kisba ta' politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”), sabiex dik il-politika tiġi implimentata b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Fid-dawl tal-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar “il quddiem l-Istatut tas-SEBĊ”), il-BĊE għandu l-awtorità li jifformula l-politika monetarja waħdanija tal-Unjoni u li joħroġ il-linji gwida meħtieġa sabiex jiżgura l-implimentazzjoni korretta tagħha. Skont l-Artikolu 14.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊNi għandhom obbligu li jaġixxu skont dawk il-linji gwida. Din il-Linja Gwida b'hekk hija indirizzata lill-Eurosistema. Ir-regoli stipulati f'din il-Linja Gwida għandhom jiġu implimentati mill-BĊNi f'arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji. Il-kontropartijiet huma meħtieġa jikkonformaw ma' dawk ir-regoli kif implimentati mill-BĊNi f'dawk l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji.

(3)

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jippermetti lill-Eurosistema li topera fis-swieq finanzjarji billi tixtri jew tbigħ b'mod deċiżiv (spot u forward) jew taħt ftehim ta' xiri mill-ġdid u billi ssellef jew tissellef pretensjonijiet u strumenti kummerċjabbli, kemm jekk f'euro jew f'muniti oħrajn, kif ukoll metalli prezzjużi. It-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 jippermetti lill-Eurosistema biex twettaq operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq.

(4)

Sabiex l-Eurosistema tiġi mħarsa mir-riskju tal-kontroparti, it-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jipprovdi li meta l-Eurosistema twettaq operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq, it-tislif għandu jkun ibbażat fuq kollateral adegwat.

(5)

Sabiex l-Eurosistema tiġi mħarsa kontra r-riskju ta' telf finanzjarju f'każ ta' inadempjenza ta' kontroparti, assi eliġibbli mmobilizzati bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tar-riskju stipulati fit-Titolu VI tal-Parti Erbgħa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1).

(6)

Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jbiddel ir-regoli dwar l-użu proprju ta' bonds koperti fir-rigward ta' haircuts ta' valutazzjoni addizzjonali.

(7)

Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li strumenti ta' dejn mhux negozjabbli ggarantiti bi pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli jistgħu jintużaw fuq bażi transkonfinali skont il-proċeduri applikabbli tal-mudell ta' bank ċentrali korrispondenti (CCBM).

(8)

Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li d-dispożizzjonijiet dwar il-haircuts ta' valutazzjoni għandhom jiġu stipulati f'att legali separat mil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) peress li dan ikun jippermetti li ssir aktar effiċjenti l-implimentazzjoni ta' emendi għall-qafas relevanti fil-pront malli d-deċiżjonijiet korrispondenti jiġu adottati [mill-Kunsill Governattiv].

(9)

Għalhekk, il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) hija emendata skont kif ġej:

1.

L-Artikolu 2(16) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(16)

‘użu transkonfinali’ tfisser is-sottomissjoni, minn kontroparti lill-BĊN domestiku tagħha, ta' dawn li ġejjin bħala kollateral:

(a)

assi negozjabbli miżmuma fi Stat Membru ieħor li l-munita tiegħu hija l-euro;

(b)

assi negozjabbli maħruġa fi Stat Membru ieħor u miżmuma fl-Istat Membru tal-BĊN domestiku;

(c)

klejms ta' kreditu meta l-ftehim tal-klejm ta' kreditu jkun irregolat bil-liġijiet ta' Stat Membru ieħor li l-munita tiegħu tkun l-euro apparti dak tal-BĊN domestiku;

(d)

strumenti ta' dejn ta' bejgħ bl-imnut appoġġati b'ipoteka (RMBDs) skont il-proċeduri applikabbli tas-CCBM;

(e)

strumenti ta' dejn mhux negozjabbli ggarantiti bi pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli (DECCs) maħruġa u miżmuma fi Stat Membru ieħor li l-munita tiegħu tkun l-euro minbarra dak tal-BĊN domestiku.”.

2.

L-Artikolu 2(49) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(49)

‘riċevibbli ta' kiri’ tfisser il-pagamenti skedati u b'mandat kuntrattwali li jsiru mil-lokatarju lil-lokatur taħt it-termini ta' ftehim ta' kiri. Il-valuri residwi mhumiex riċevibbli ta' kiri. Ftehimiet ta' Xiri ta' Kuntratt Personali (PCP), jiġifieri ftehimiet li jistipulaw li l-obbligant jista' jeżerċita l-opzjoni tiegħu: (a) li jagħmel ħlas finali biex jakkwista t-titolu legali sħiħ tal-prodotti; jew (b) li jirritorna l-prodotti b'saldu tal-ftehim; huma assimilati ma' ftehimiet ta' kiri.”;

3.

L-Artikolu 128 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 128

Miżuri għall-kontroll tar-riskju

1.   L-Eurosistema għandha tapplika l-miżuri ta' kontroll tar-riskju li ġejjin għall-assi eleġibbli:

(a)

haircuts ta' valutazzjoni kif stipulat fil-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/35) (*);

(b)

marġni ta' varjazzjoni (immarkar għas-suq):

l-Eurosistema teħtieġ li jinżamm matul perijodu ta' żmien il-valur tas-suq aġġustat b'haircut tal-assi eleġibbli sottostanti użati fit-tranżazzjonijiet bil-maqlub tagħha li jipprovdu likwidità. Jekk il-valur tal-assi eleġibbli, li huwa mkejjel fuq bażi ta' kuljum, jaqa' taħt ċertu livell, il-BĊN domestiku għandu jirrikjedi lill-kontroparti li jforni assi jew flus kontanti addizzjonali permezz ta' sejħa ta' marġni. Bl-istess mod, jekk il-valur tal-assi eleġibbli jaqbeż ċertu livell wara r-rivalutazzjoni tagħhom, il-BĊN jista' jirritorna l-assi jew il-flus kontanti żejda.

(c)

limiti fir-rigward tal-użu ta' strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjoni ta' kreditu jew minn kull entità oħra li magħha istituzzjoni ta' kreditu għandha rabtiet mill-qrib kif deskritt fl-Artikolu 138;

(d)

haircuts ta' valutazzjoni kif stipulat fil-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35).

2.   L-Eurosistema tista' tapplika l-miżuri ta' kontroll tar-riskju addizzjonali li ġejjin:

(a)

Marġni inizjali, li jfisser li l-kontropartijiet jipprovdu assi eleġibbli b'valur tal-anqas daqs il-likwidità provduta mill-Eurosistema miżjuda bil-valur tal-marġni inizjali relevanti;

(b)

limiti li għandhom x'jaqsmu mal-emittenti, id-debituri jew il-garanti: l-Eurosistema tista' tapplika limiti addizzjonali, ħlief għal dawk applikati għall-użu ta' strumenti ta' dejn mhux garantiti msemmija fil-paragrafu (1)(c), għar-riskju fil-konfront tal-emittenti, id-debituri jew il-garanti.

(c)

haircuts supplimentari;

(d)

garanziji addizzjonali mill-garanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema sabiex jaċċettaw diversi assi;

(e)

l-esklużjoni ta' ċerti assi mill-użu bħala kollateral f'operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema.

(*)  Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30)”;"

4.

L-Artikolu 148 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 148

Prinċipji ġenerali

1.   Il-kontropartijiet jistgħu jużaw assi eliġibbli fuq bażi transkonfinali fiż-żona tal-euro kollha għal kull tip ta' operazzjoni ta' kreditu tal-Eurosistema.

2.   Il-kontropartijiet jistgħu jimmobilizzaw assi eleġibbli barra minn depożiti ta' terminu fiss, għal użu transkonfinali skont dawn li ġejjin:

(a)

assi negozjabbli għandhom jiġu mmobilizzati permezz ta': (i) konnessjonijiet eliġibbli bejn SSSs taż-ŻEE li jkunu ġew ivvalutati b'mod pożittiv skont il-Qafas ta' Valutazzjoni tal-Utenti tal-Eurosistema; (ii) proċeduri CCBM applikabbli; (iii) konnessjonijiet eliġibbli b'rabta mas-CCBM; u

(b)

pretensjonijiet ta' kreditu, DECCs u RMBDs għandhom jiġu mmobilizzati skont il-proċeduri applikabbli tas-CCBM.

3.   Assi negozjabbli jistgħu jintużaw permezz ta' kont ta' BĊN f'SSS li jkun jinsab f'pajjiż li ma jkunx dak tal-BĊN inkwistjoni jekk l-Eurosistema tkun approvat l-użu ta' dak il-kont.

4.   De Nederlandsche Bank għandu jkun awtorizzat li juża l-kont tiegħu ma' Euroclear Bank biex jirregola tranżazzjonijiet ta' kollateral f'Eurobonds maħruġin f'dik l-ICSD. Il-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għandu jiġi awtorizzat biex jiftaħ kont simili mal-Euroclear Bank. Dan il-kont jista' jintuża għall-assi eliġibbli kollha miżmuma fil-Euroclear Bank, jiġifieri inklużi l-assi eliġibbli ttrasferiti lill-Euroclear Bank permezz ta' rabtiet eliġibbli.

5.   Il-kontropartijiet għandhom jeżegwixxu t-trasferiment tal-assi eliġibbli permezz tal-kontijiet ta' saldu ta' titoli ma' SSSs li ġew evalwati b'mod pożittiv skont il-Qafas tal-Valutazzjoni tal-Utenti tal-Eurosistema.

6.   Kontroparti li ma jkollhiex kont ta' kustodja sigur ma' BĊN jew kont ta' saldu tat-titoli ma' SSS li jkun ġie evalwat b'mod pożittiv skont il-Qafas tal-Valutazzjoni tal-Utenti tal-Eurosistema tista' tħallas għal tranżazzjonijiet permezz tal-kont ta' saldu ta' titoli jew il-kont ta' kustodja sigura ta' istituzzjoni ta' kreditu korrispondenti.”;

5.

L-Anness XI huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS XI

FORMOLI TA' SIGURTÀ

Fit-13 ta' Ġunju 2006, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħabbar il-kriterji tan-noti globali ġodda (NGN) għal titoli internazzjonali f'forma bearer globali li jkunu eliġibbli bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema mill-1 ta' Jannar 2007. Fit-22 ta' Ottubru 2008, il-BĊE ħabbar li titoli ta' dejn internazzjonali f'forma rreġistrata globali maħruġa wara t-30 ta' Settembru 2010 ser ikunu eliġibbli bħala kollateral biss għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema meta tintuża l-istruttura ta' ħarsien ġdida (NSS) għal titoli ta' dejn internazzjonali.

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor ir-regoli tal-eliġibbiltà għal forom differenti ta' titoli bl-introduzzjoni tal-kriterji NGN u NSS.

Tabella 1

Regoli ta' Eliġibbiltà Għal Forom ta' Sigurtà Differenti

GlobalI/individwali

Bearer/reġistrati

NGN/nota globali klassika (CGN)/NSS

Is-salvagardja komuni (CSK) hija ICSD (**)?

Eliġibbli?

Globali

Bearer

NGN

Iva

Iva

Le

Le

Globali

Bearer

CGN

mhux disp.

Le, iżda dawk it-titoli maħruġin qabel l-1 ta' Jannar 2007 ser jingħataw anterjorità sal-maturità, flimkien ma' kwalunkwe ħarġiet tap mill-1 ta' Jannar 2007 meta l-ISINs ikunu funġibbli.

Globali

Reġistrati

CGN

mhux disp.

Bonds maħruġa taħt din l-istruttura wara t-30 ta' Settembru 2010 m'għadhomx eliġibbli.

Globali

Reġistrati

NSS

Iva

Iva

Individwali

Bearer

mhux disp.

mhux disp.

Bonds maħruġa taħt din l-istruttura wara t-30 ta' Settembru 2010 m'għadhomx eliġibbli. Noti bearer individwali maħruġa fit-30 ta' Settembru 2010 jew qabel jingħataw anterjorità sal-maturità.

Artikolu 2

Revoka

L-Artikoli 129 sa 133a fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u l-Anness X tagħha huma mħassra.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lill-BĊNi.

2.   Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u għandhom japplikawhom mill-25 ta' Jannar 2016. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-5 ta' Jannar 2016.

Artikolu 4

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(**)  Jew, jekk issir applikabbli, f'depożitorju ċentrali ta' titoli evalwat b'mod pożittiv.”


21.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/30


LINJA GWIDA (UE) 2016/65 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta' Novembru 2015

dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral adegwat. Il-kundizzjonijiet ġenerali li taħthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f'operazzjonijiet ta' kreditu, inklużi l-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta' kollateral għall-finijiet ta' operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60). (1)

(2)

Sabiex l-Eurosistema tiġi mħarsa kontra r-riskju ta' telf finanzjarju f'każ ta' inadempjenza ta' kontroparti, assi eliġibbli mmobilizzati bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tar-riskju stipulati fit-Titolu VI tal-Parti Erbgħa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

(3)

L-implimentazzjoni ta' reviżjonijiet ta' haircuts fil-valutazzjoni għandha tibbenefika jekk id-dispożizzjonijiet relevanti jkunu jinsabu f'att legali separat. Dan għandu jippermetti li l-parametri tal-kontroll tar-riskji jiġi pprovdut b'mod kumpatt u kontenut fih innifsu u jippermetti li tkun aktar effiċjenti l-implimentazzjoni ta' emendi għall-qafas relevanti fil-pront ladarba d-deċiżjonijiet korrispondenti jiġu adottati mill-Kunsill Governattiv.

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli

1.   Skont it-Titolu VI tal-Parti Erbgħa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), assi negozjabbli għandhom ikunu soġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni, kif iddefiniti fl-Artikolu 2(97) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), fil-livelli stipulati fit-Tabella 2 fl-Anness għal din il-Linja Gwida.

2.   Il-haircut fil-valutazzjoni għal assi speċifiku tiddependi fuq il-fatturi li ġejjin:

(a)

il-kategorija tal-haircut li għaliha jiġi allokat l-assi, kif iddefinit fl-Artikolu 2;

(b)

il-maturità residwa tal-assi;

(c)

l-istruttura tal-kupun tal-assi;

(d)

il-pass tal-kwalità tal-kreditu li għalih huwa allokat l-assi.

Artikolu 2

Determinazzjoni tal-kategoriji ta' haircut għal assi negozjabbli

Assi negozjabbli eliġibbli għandhom jiġu allokati għal waħda mill-ħames kategoriji ta' haircut, ibbażati fuq it-tip ta' emittent u/jew it-tip ta' assi, kif rifless fit-Tabella 1 fl-Anness għal din il-Linja Gwida:

(a)

Strumenti ta' dejn maħruġin minn gvernijiet ċentrali, ċertifikati ta' dejn tal-BĊE u ċertifikati ta' dejn maħruġin mill-BĊNi qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv tagħhom li l-munita tiegħu hija l-euro huma inklużi fil-kategorija ta' haircut.

(b)

Strumenti ta' dejn maħruġin mill-gvern lokali u reġjonali, entitajiet ikklassifikati bħala aġenziji mill-Eurosistema, banek ta' żvilupp multilaterali u organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll bonds koperti jumbo, huma inklużi fil-kategorija ta' haircut II;

(c)

bonds koperti tradizzjonali, bonds koperti oħra u strumenti ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji huma inklużi fil-kategorija ta' haircut III;

(d)

strumenti ta' dejn mhux assigurati maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu u minn korporazzjonijiet finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu huma inklużi fil-kategorija ta' haircut IV;

(e)

titoli ggarantiti minn assi huma inklużi fil-kategorija V, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-emittent.

Artikolu 3

Haircuts fil-valutazzjoni għall-assi negozjabbli

1.   Il-haircuts fil-valutazzjoni għal assi negozjabbli allokati għall-kategoriji ta' haircut I sa IV għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta':

(a)

l-allokazzjoni tal-assi speċifiku għall-pass ta' kwalità tal-kreditu 1, 2 jew 3 kif iddettaljat fit-Tabella 2 fl-Anness għan din il-Linja Gwida;

(b)

il-maturità residwa tal-assi kif iddettaljata fil-paragrafi 3 u 4;

(c)

l-istruttura tal-kupun tal-assi kif iddettaljata fil-paragrafi 3 u 4.

2.   Assi negozjabbli allokati għall-kategorija ta' haircut V għandhom ikunu suġġetti għal haircut ta' valutazzjoni ta' 10 %, irrispettivament mill-maturità residwa jew l-istruttura tal-kupun.

3.   Għal assi b'kupuni żero jew fissi, il-maturità relevanti sabiex tiġi applikata l-haircut fil-valutazzjoni għandha tkun il-maturità residwa tal-assi.

4.   Għal assi b'kupuni varjabbli, il-haircut fil-valutazzjoni għandha tkun ugwali għall-haircut fil-valutazzjoni applikata għal assi negozjabbli b'kupun fiss b'maturità residwa minn żero sa sena, ħlief fil-każijiet li ġejjin u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2.

(a)

Kupuni varjabbli b'perijodi ta' risettjar ta' aktar minn sena għandhom jiġu ttrattati bħala kupuni b'rata fissa u l-maturità relevanti sabiex jiġi applikat il-haircut fil-valutazzjoni għandha tkun il-maturità residwa tal-assi.

(b)

Il-maturità residwa sabiex tiġi applikata l-haircut fil-valutazzjoni għal kupuni varjabbli li jkollhom indiċi ta' inflazzjoni taż-żona tal-euro bħala rata ta' referenza għandha tkun il-maturità residwa tal-assi.

(c)

Il-haircut fil-valutazzjoni applikata għal assi li jkollhom aktar minn tip wieħed ta' struttura ta' kupun għandhom jiddependu biss fuq l-istruttura tal-kupun fis-seħħ matul il-ħajja li jkun fadal tal-assi u għandha tkun ugwali għall-ogħla haircut applikabbli għal assi negozjabbli bl-istess maturità residwa u l-istess pass ta' kwalità tal-kreditu. Kull tip ta' struttura ta' kupun fis-seħħ matul il-ħajja li jkun fadal tal-assi jista' jiġi kkunsidrat għal dan l-iskop.

Artikolu 4

Haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali applikati għal tipi speċifiċi ta' assi negozjabbli

Minbarra l-haircuts fil-valutazzjoni stipulati fl-Artikolu 3 ta' din il-Linja Gwida, il-haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għal tipi speċifiċi ta' assi negozjabbli:

(a)

titoli ggarantiti minn assi, bonds koperti u strumenti tad-dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu li huma vvalutati teoretikament skont ir-regoli li jinsabu fl-Artikolu 134 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandhom ikunu suġġetti għal haircut fil-valutazzjoni addizzjonali fil-forma ta' tnaqqis fil-valutazzjoni ta' 5 %.

(b)

bonds koperti għall-użu proprju għandhom ikunu soġġetti għal haircut fil-valutazzjoni addizzjonali ta' (i) 8 % applikata għall-valur tal-istrumenti tad-dejn allokati għall-passi tal-kwalità tal-kreditu 1 u 2, u (ii) 12 % applikata għall-valur tal-istrumenti tad-dejn allokati għall-pass tal-kwalità tal-kreditu 3;

(c)

għall-finijiet tal-paragrafu (b), “użu proprju” għandha tfisser is-sottomissjoni jew l-użu minn kontroparti ta' bonds koperti li jkunu maħruġa jew iggarantiti mill-kontroparti nfisha jew minn xi entità oħra li magħha dik il-kontroparti jkollha rabtiet mill-qrib kif iddeterminat skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);

(d)

jekk il-haircut fil-valutazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu (b) ma tkunx tista' tiġi applikata fir-rigward ta' sistema ta' ġestjoni ta' kollateral ta' BĊN, aġent tripartit, jew Titoli TARGET2 għal awtokollateralizzazzjoni, il-haircut fil-valutazzjoni addizzjonali għandha tiġi applikata f'dawk is-sistemi jew pjattaforma għall-valur tal-ħruġ sħiħ tal-bonds koperti li jistgħu jintużaw għal użu proprju.

Artikolu 5

Haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi mhux negozjabbli eliġibbli

1.   Pretensjonijiet ta' kreditu individwali b'rata fissa ta' ħlas ta' imgħax u pretensjonijiet ta' kreditu b'rata ta' ħlasijiet tal-imgħax marbuta mar-rata tal-inflazzjoni għandhom ikunu suġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni speċifiċi ddeterminati skont il-maturità residwa, il-pass tal-kwalità tal-kreditu u l-metodoloġija tal-valutazzjoni applikata mill-BĊN, kif stabbilita fit-Tabella 3 fl-Anness għal din il-Linja Gwida.

2.   Pretensjonijiet ta' kreditu individwali b'rata ta' imgħax varjabbli għandhom ikunu suġġetti għall-haircut fil-valutazzjoni applikata għall-pretensjonijiet ta' kreditu b'rata ta' imgħax fissa kklassifikata bħala li għandha maturità residwa minn żero sa sena li jikkorrispondu mal-istess pass ta' kwalità tal-kreditu u l-istess metodoloġija ta' valutazzjoni kif applikata mill-BĊN. Ħlas ta' imgħax għandu jiġi ttrattat bħala ħlas b'rata varjabbli jekk ikun marbut ma' rata ta' imgħax ta' referenza u l-perijodu ta' risettjar li jikkorrespondi ma' dan il-ħlas ma jkunx itwal minn sena. Ħlasijiet ta' imgħax li għalihom il-perijodu ta' risettjar ikun itwal minn sena għandhom jiġu ttrattati bħala ħlasijiet b'rata fissa, bil-maturità rilevanti għall-haircut tkun il-maturità residwa tal-pretensjoni ta' kreditu.

3.   Il-haircut fil-valutazzjoni applikat għal talba ta' kreditu b'iktar minn tip wieħed ta' ħlas ta' imgħax għandu jiddependi biss minn ħlasijiet tal-imgħax matul il-ħajja li jkun fadal tat-talba ta' kreditu. Jekk ikun hemm aktar minn tip wieħed ta' ħlas ta' imgħax matul il-ħajja li jkun fadal tat-talba ta' kreditu, il-ħlasijiet tal-imgħax li jibqa' għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħlasijiet b'rata fissa, bil-maturità rilevanti għall-haircut tkun il-maturità residwa tat-talba ta' kreditu.

4.   Għal pretensjonijiet ta' kreditu b'kupun żero, għandha tapplika l-haircut fil-valutazzjoni korrispondenti tal-pretensjoni ta' kreditu b'imgħax fiss.

5.   Strumenti ta' dejn iggarantiti b'ipoteki bl-imnut mhux negozjabbli għandhom ikunu suġġetti għal haircut fil-valutazzjoni ta' 39,5 %.

6.   Depożiti għal terminu fiss m'għandhomx ikunu soġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni.

7.   Kull pretensjoni ta' kreditu sottostanti inkluża fl-aggregazzjoni ta' kopertura ta' strument ta' dejn mhux negozjabbli ggarantiti bi pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli (iktar 'il quddiem “DECC”) għandha tkun soġġetta għal haircut ta' valutazzjoni applikata f'livell individwali skont ir-regoli stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 iktar 'il fuq. Il-valur aggregat tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti inklużi fl-aggregazzjoni ta' kopertura wara l-applikazzjoni ta' haircuts fil-valutazzjoni għandu, f'kull mument, jibqa' ekwivalenti għal jew 'il fuq mill-valur tal-ammont prinċipali tad-DECC li jkun pendenti. Jekk il-valur aggregat jaqa' taħt il-livell minimu msemmi fis-sentenza preċedenti, id-DECC għandu jiġi vvalutat bħala żero.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-25 ta' Jannar 2016. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-5 ta' Jannar 2016.

Artikolu 7

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).


ANNESS

Tabella 1

Kategoriji ta' haircuts għal assi negozjabbli eliġibbli bbażati fuq it-tip ta' emittent u/jew it-tip ta' assi

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

Kategorija V

strumenti ta' dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali

ċertifikati ta' dejn tal-BĊE

ċertifikati ta' dejn maħruġa minn BĊNi qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv

strumenti ta' dejn maħruġa minn gvernijiet lokali u reġjonali

strumenti ta' dejn maħruġa mill-entitajiet ikklassifikati bħala aġenziji mill-Eurosistema

strumenti ta' dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp u organizzazzjonijiet internazzjonali

bonds koperti jumbo

bonds koperti tradizzjonali u bonds koperti oħra

strumenti ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji

strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu

strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġin minn korporazzjonijiet finanzjarji li ma jkunux istituzzjonijiet ta' kreditu

titoli ggarantiti minn assi


Tabella 2

Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli

 

Kategoriji ta' haircuts

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (*)

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

Kategorija V

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

 

Passi 1 u 2

[0-1)

0,5

0,5

1,0

1,0

1,0

1,0

6,5

6,5

10,0

[1-3)

1,0

2,0

1,5

2,5

2,0

3,0

8,5

9,0

[3-5)

1,5

2,5

2,5

3,5

3,0

4,5

11,0

11,5

[5-7)

2,0

3,0

3,5

4,5

4,5

6,0

12,5

13,5

[7-10)

3,0

4,0

4,5

6,5

6,0

8,0

14,0

15,5

[10, ∞)

5,0

7,0

8,0

10,5

9,0

13,0

17,0

22,5

 

Kategoriji ta' haircuts

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (*)

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

Kategorija V

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

 

Pass 3

[0-1)

6,0

6,0

7,0

7,0

8,0

8,0

13,0

13,0

Mhux eliġibbli

[1-3)

7,0

8,0

10,0

14,5

15,0

16,5

24,5

26,5

[3-5)

9,0

10,0

15,5

20,5

22,5

25,0

32,5

36,5

[5-7)

10,0

11,5

16,0

22,0

26,0

30,0

36,0

40,0

[7-10)

11,5

13,0

18,5

27,5

27,0

32,5

37,0

42,5

[10,∞)

13,0

16,0

22,5

33,0

27,5

35,0

37,5

44,0


Tabella 3

Livelli tal-haircuts fil-valutazzjoni applikati għall-pretensjonijiet ta' kreditu b'pagamenti ta' imgħax fiss

 

Metodoloġija ta' valutazzjoni

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (**)

Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN

Pagament fiss ta' imgħax u valutazzjoni bbażata skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN

passi 1 u 2

[0-1)

10,0

12,0

[1-3)

12,0

16,0

[3-5)

14,0

21,0

[5-7)

17,0

27,0

[7-10)

22,0

35,0

[10, ∞)

30,0

45,0

 

Metodoloġija ta' valutazzjoni

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (**)

Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN

Pagament fiss ta' imgħax u valutazzjoni bbażata skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN

stadju 3

[0-1)

17,0

19,0

[1-3)

29,0

34,0

[3-5)

37,0

46,0

[5-7)

39,0

52,0

[7-10)

40,0

58,0

[10, ∞)

42,0

65,0


(*)  i.e. [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.

(**)  i.e. [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.


21.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/36


LINJA GWIDA (UE) 2016/66 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-26 ta' Novembru 2015

li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2013/24 dwar l-obbligi ta' rappurtar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2015/40)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b' mod partikolari l-Artikolu 5.1 u 5.2, u l-Artikoli 12.1 u 14.3 tiegħu,

Billi:

(1)

It-tnaqqis tal-perijodu ta' rapportar għal dejta supplimentari bi tlett ijiem, li għandu japplika mill-ewwel trasmissjoni fl-2017 taħt il-Linja Gwida BĊE/2013/24 (1), issa mhux ser ikun meħtieġ minħabba bidliet fl-iskeda tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv. Għal aktar effiċjenza, deċiżjonijiet dwar it-tnaqqis tal-perijodi tar-rapportar biex jiġu kkunsirati bidliet fl-iskeda li jistgħu jsiru fil-futur għandhom jiġu ddelegati lill-Bord Eżekuttiv, li għandu jikkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Istatistika (KST).

(2)

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta' dejta supplimentari stipulati fil-Linja Gwida BĊE/2013/24 għandhom jiġu mmodifikati sabiex jinkludu selfiet bejn korporazzjonijiet mhux finanzjarji, fuq bażi volontarja, biex jittejbu l-kopertura u l-kwalità tal-aggregati taż-żona tal-euro.

(3)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2013/24 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2013/24 hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

“2.   Ir-rekwiżiti tad-‘dejta supplimentari’ għandhom ikopru tranżazzjonijiet u stokks għall-perijodu mill-aħħar trimestru tal-2012 sat-trimestru ta' referenza. Dik id-dejta supplimentari għandha tiġi rrapportata fuq il-bażi tal-aħjar stima. Ir-rekwiżiti ta' dejta supplimentari speċifikati fil-kolonni ‘H’, ‘H.1’ u ‘H.2’ tat-Tabelli 1, 2, 4 u 5 tal-Anness I (dejta supplimentari li tirreferi għas-settur tal-gvern u s-subsetturi tiegħu), u fil-kolonna ‘B’, ringieli 3 u 13, tat-Tabelli 4 u 5 tal-Anness I (dejta supplimentari li tirreferi għal selfiet bejn korporazzjonijiet mhux finanzjarji) għandhom jiġu rrapportati fuq bażi volontarja.”;

2.

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   Id-‘dejta supplimentari’ deskritta fl-Artikolu 2(2) għandha tiġi rrapportata lill-BĊE fi żmien perjodu li m'għandux jeċċedi 85 jum tal-kalendarju wara tmiem it-trimestru ta' referenza. Il-Bord Eżekuttiv jista' jnaqqas din l-iskadenza għal 82 jum, jekk xieraq, billi jikkunsidra l-fehmiet tal-KST. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv bid-deċiżjoni tiegħu mingħajr dewmien żejjed. Il-BĊE għandu jħabbar kwalunkwe bidla fil-perijodu ta' rapportar ta' mill-inqas sena qabel id-data ta' implimentazzjoni.”;

3.

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta' din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida mill-1 ta' Jannar 2016.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida 2014/3/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta' Lulju 2013 dwar ir-rekwiżiti ta' rapportaġġ statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (BĊE/2013/24) (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 34).


ANNESS

L-Anness I tal-Linja ta' Gwida BĊE/2013/24 huwa emendat kif gej:

1.

It-Tabella “Sommarju ta' rekwiżiti ta' dejta” hija ssostitwita b'dan li ġej:

“Sommarju ta' rekwiżiti ta' dejta

Art.

Kontenut

Tabelli

Tip ta' dejta

Perjodu ta' referenza

L-ewwel data ta' rapportar

Tempestività

Osservazzjonijiet

Stokks

Transazzjonijiet

Bidliet oħra fil-volum

2.2

4.1

Dejta supplimentari; kaxxi b'kulur iswed biss

T1

attiv

T2

passiv

T4

self għal żmien qasir (w-t-w)

T5

self għal żmien twil (w-t-w)

 

2012T4 'l quddiem

Sett2014

t + 85

L-aħjar stimi

Kaxxi b' kulur iswed fil-kolonni H, H.1 u H.2 fuq bażi volontarja

Kaxxi b' kulur iswed fil-kolonna B, ringieli 3 u 13, ta' T4 u T5 fuq bażi volontarja

2.3(a)

2.5

3.2

3.3(a), (b)

4.2

Dejta nazzjonali; il-kaxxi kollha

T1

attiv

T2

passiv

T3

depożiti (w-t-w)

T4

self għal żmien qasir (w-t-w)

T5

self għal żmien twil (w-t-w)

2012T4 'l quddiem

Sett2014

Sa Dicembru 2016: t + 100

Akkompanjata minn metadejta

dejta fir-ringieli 12-21 ta' T3-T5 għandha tiġi aġġustata biex tirrifletti l-kompożizzjoni taż- żona tal-euro; bażi tal-aħjar stima

id-dejta fir-ringieli 12-21 ta' T3-T5 m'għandhiex tiġi ppubblikata

Minn Marzu 2017 'il quddiem: t + 97

2.3(b)

2.5

3.2

3.3(c)

4.2

Dejta nazzjonali; il-kaxxi kollha

T1

attiv

T2

passiv

T3

depożiti (w-t-w)

T4

self għal żmien qasir (w-t-w)

T5

self għal żmien twil (w-t-w)

 

1999T1-2012T3

Sett2017

Sa Diċembru 2016: t + 100

L-aħjar stimi

kolonni J, K ta' T1 u T2 fuq bażi volontarja

Akkompanjata minn metadejta

dejta fir-ringieli 12-21 ta' T3-T5 għandha tiġi aġġustata biex tirrifletti l-kompożizzjoni taż- żona tal-euro; bażi tal-aħjar stima

id-dejta f'ringieli 12-21 ta' T3-T5 m'għandhiex tiġi ppubblikata

Minn Marzu 2017 'il quddiem: t + 97

2.4

2.5

3.2

3.3(a), (b)

4.2

Dejta nazzjonali; il-kaxxi kollha

T6

titoli ta' dejn għal żmien qasir (w-t-w)

T7

titoli ta' dejn għal żmien twil (w-t-w)

T8

ishma elenkati (w-t-w)

T9

ishma ta' fond ta' investiment (w-t-w)

2013T4 'l quddiem

Sett2015

Sa Diċembru 2016: t + 100

Akkompanjata minn metadejta

id-dejta fir-ringieli 12-21 għandha tiġi aġġustata sabiex tirrifletti l-kompożizzjoni taż-żona tal-euro; bażi tal-aħjar stima

id-dejta fir-ringieli 12-21 ta' T3-T5 m'għandhiex tiġi ppubblikata”;

Minn Marzu 2017 'il quddiem: t + 97

2.

it-Tabelli 4 u 5 huma ssostitwiti b'dan li ġej:

“Tabella 4

Selfiet għal żmien qasir (F.41)  (1)

 

A

B

C

D

E

F

G

H

H.1

I

 

Settur tal-kreditur

Settur tad-debitur

 

Residenti

Total

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

MFIs (2) (S.121 + … + S.123)

Fondi ta' investiment mhux MMF (3) (S.124)

Istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (S.125 + … + S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-pensjonijiet (S.129)

Gvern ġenerali

Unitajiet domestiċi, inklużi NPISHs (4) (S.14 + S.15)

Total (S.13)

Gvern ċentrali (S.1311)

 

 

 

1

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

Residenti

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

S.121 + … + S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

S.125 + … + S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

S.14 + S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

 

Total (S.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12

Mhux residenti

 

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

Żona tal-euro minbarra domestiċi

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

14

S.121 + … + S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16

S.125 + … + S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

19

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20

S.14 + S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21

Residenti barra ż-żona tal-euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


“Tabella 5

Selfiet fit-tul (F.42)  (5)

 

A

B

C

D

E

F

G

H

H.1

I

 

Settur tal-kreditur

Settur tad-debitur

 

Residenti

Total

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

MFIs (6) (S.121 + … + S.123)

Fondi ta'investiment mhux MMF (7) (S.124)

Istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (S.125 + … + S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-penzjoni (S.129)

Gvern ġenerali

Unitajiet domestiċi, inklużi NPISHs (8) (S.14 + S.15)

Total (S.13)

Gvern ċentrali (S.1311)

 

 

 

1

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

Residenti

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

S.121 + … + S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

S.125 + … + S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

S.14 + S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

 

Total (S.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12

Mhux residenti

 

Total (S.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

Żona tal-euro minbarra domestiċi

S.11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

14

S.121 + … + S.123

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15

S.124

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16

S.125 + … + S.127

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17

S.128

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18

S.129

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

19

S.13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20

S.14 + S.15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21

Residenti barra ż-żona tal-euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Ir-rekwiżiti ta' dejta għal stokks, tranżazzjonijiet u bidliet oħrajn fil-volum huma identiċi.

(2)  Istituzzjonijiet monetarji finanzjarji (MFIs; S.121 + S.122 + S.123). Skont l-ESA 2010 (paragrafu 5.118) selfiet għal żmien qasir mogħtija lil korporazzjonijiet li jieħdu d-depożiti (S.121 + S.122) għandhom jioġu kklassifikati bħala depożiti (F.22 jew F.29).

(3)  Fondi tas-suq monetarju (MMFs; S.123).

(4)  Istituzzjonijiet mhux għal profitt li jservu lil unitajiet domestiċi (NPISHs; S.15).”.

(5)  Ir-rekwiżiti tad-dejta għal stokks, tranżazzjonijiet u bidliet oħrajn fil-volum huma identiċi.

(6)  Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs; S.121 + S.122 + S.123).

(7)  Fond tas-suq monetarju (MMF; S.123).

(8)  Istituzzjonijiet li ma jagħmlux profitti li jservu lil unitajiet domestiċi (NPISHs; S.15).”.