ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 4

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
7ta' Jannar 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/12 tas-6 ta' Jannar 2016 li jtemm reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping u kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-silikon kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew huma kkonsenjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/13 tas-6 ta' Jannar 2016 li jemenda għall-240 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

10

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/14 tas-6 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

14

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/12

tas-6 ta' Jannar 2016

li jtemm reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping u kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-silikon kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew huma kkonsenjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' moduli fotovoltajċi (“moduli”) bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”).

(2)

Grupp ta' produtturi esportaturi ta mandat lill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta' Makkinarju u ta' Prodotti Elettroniċi (“CCCME” — China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products) sabiex tippreżenta impenn fuq il-prezz f'isimhom lill-Kummissjoni, kif fil-fatt għamlet. Huwa ċar mit-termini ta' dan l-impenn fuq il-prezz li huwa jikkostitwixxi ġabra ta' impenji individwali fuq il-prezz għal kull produttur esportatur, li hija, għal raġunijiet ta' prattiċità tal-amministrazzjoni, ikkoordinata mis-CCCME.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (4), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013 (5), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 sabiex tintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju.

(4)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 (6), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli u ta' ċelloli fl-Unjoni li joriġinaw jew li jiġu kkunsinjati miċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 (7), il-Kunsill impona wkoll dazju antidumping kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni.

(5)

Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi (“il-produtturi esportaturi”) flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (8), l-aċċettazzjoni tal-impenn fuq il-prezz kif emendat (“l-impenn”) għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi.

(6)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE (9), il-Kummissjoni aċċettat proposta mill-grupp tal-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn għall-prodotti ikkonċernati koperti mill-impenn, jiġifieri l-moduli u ċ-ċelloli li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8541 40 90 (il-kodiċijiet TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) magħmula mill-produtturi esportaturi (“il-prodott kopert”).

(7)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/866 (10), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi. Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1403 (11), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor.

(8)

Il-miżuri antidumping u dawk kompensatorji msemmija fil-premessa 4 hawn fuq, flimkien mal-impenn u d-Deċiżjonijiet relatati msemmija fil-premessi 3, 5 u 6 hawn fuq, huma minn hawn' il quddiem imsejħa flimkien bħala “il-miżuri fis-seħħ”.

2.   Dispożizzjonijiet rilevanti tal-impriża

(9)

Skont l-impenn fuq il-prezz aċċettat mill-Kummissjoni, il-prezz minimu tal-importazzjoni (MIP — minimum import price) tal-prodott kopert jiġi aġġustat kull trimestru b'referenza għall-prezzijiet spot internazzjonali tal-moduli inklużi l-prezzijiet Ċiniżi kif irrapportati mill-bażi ta' dejta Bloomberg (“il-punt ta' riferiment eżistenti”).

(10)

L-impenn jiddikjara wkoll li “jistgħu jintużaw prezzijiet spot li jeskludu l-prezzijiet Ċiniżi bħala punt ta' riferiment, jekk ikunu disponibbli mill-bażi ta' dejta Bloomberg”.

3.   Talba għal reviżjoni interim parzjali

(11)

Fid-29 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni interim parzjali minn EU ProSun (“l-applikant”), assoċjazzjoni ta' produtturi ta' moduli u ċelloli fl-Unjoni. It-talba kienet limitata fil-kamp ta' applikazzjoni għall-punt ta' riferiment użat bħala referenza għall-mekkaniżmu ta' adattament tal-MIP stabbilit fl-impenn.

(12)

It-talba kienet ibbażata fuq il-fatt li punt referenzjarju eżistenti ma għadux rappreżentattiv tal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-modulu. L-applikant ipprovda l-evidenza suffiċjenti li ġejja li ċ-ċirkostanzi li fuqhom kien aċċettat il-punt referenzjarju inbidlu u li dawn il-bidliet kienu ta' natura dewwiema.

(a)

L-għadd ta' rispondenti Ċiniżi li rrapportaw dejta tal-prezzijiet li kienu inklużi f'punt referenzjarju eżistenti kien żdied b'mod sinifikanti mindu ġiet aċċettata l-garanzija, u b'mod partikolari sa mill-bidu tal-2014;

(b)

Minħabba f'hekk, il-ponderazzjoni tar-rispondenti Ċiniżi fil-punt ta' riferiment eżistenti żdied u kellu effett sinifikattiv fuq l-evoluzzjoni tal-punt ta' riferiment.

(c)

Barra minn hekk, il-prezzijiet irrapportati mir-rispondenti Ċiniżi kienu storikament aktar baxxi mill-prezzijiet irrapportati minn kontributuri oħrajn.

(13)

Skont l-applikant, din l-evidenza wriet li l-punt referenzjarju eżistenti ma għadux rappreżentattiv tal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-modulu. Għalhekk, l-applikant talab li jissostitwixxi punt referenzjarju eżistenti għall-mekkaniżmu tal-adattament tal-MIP mis-sottoserje tal-prezz “Medja Internazzjonali” ppubblikata minn Bloomberg, li teskludi l-prezzijiet irrapportati minn dawk Ċiniżi.

4.   Il-bidu ta' reviżjoni interim parzjali

(14)

Il-Kummissjoni ddeterminat, wara li infurmat l-Istati Membri, li hemm biżżejjed provi sabiex jingħata bidu għal reviżjoni interim parzjali limitata biex il-parametru referenzjarju jintuża bħala referenza għall-mekkaniżmu tal-adattament tal-MIP.

(15)

L-għan ta' din ir-reviżjoni huwa li tinvestiga jekk il-punt ta' referenza preżenti, huwiex xorta waħda rappreżentattiv tal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-moduli, u għalhekk jekk jissodisfax l-għan tagħha kif stipulat fil-miżuri fis-seħħ.

(16)

Il-Gvern taċ-Ċina ġie mistieden għal konsultazzjonijiet ta' qabel skont ir-Regolament bażiku kontra s-sussidji u dawn il-konsultazzjonijiet saru.

(17)

Fil-5 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni tat bidu għal din ir-reviżjoni interim parzjali tal-miżuri fis-seħħ skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku kontra d-dumping u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (12).

5.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(18)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lil Bloomberg New Energy Finance (“Bloomberg”) biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa għall-investigazzjoni.

(19)

Il-Kummissjoni stiednet ukoll lil kull min irrapporta prezzijiet ta' moduli, lil Bloomberg, biex jippreżentaw ruħhom; biex jipprovdu lill-Kummissjoni s-sottomissjonijiet tagħhom lil Bloomberg; u biex isemmgħu leħinhom fir-rigward tar-reviżjoni.

(20)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

6.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta' verifika

(21)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġiba għall-kwestjonarju tagħha minn Bloomberg. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll sottomissjonijiet minn numru ta' rispondenti li kienu rrappurtaw il-prezzijiet tal-moduli ta' Bloomberg u espressjonijiet ta' interess fir-reviżjoni minn diversi partijiet fl-Unjoni u f'pajjiżi oħra.

(22)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għar-reviżjoni tagħha. Iż-żjarat ta' verifika twettqu fl-istabbilimenti ta' Bloomberg f'Zurich, l-Isvizzera u Ħong Kong, ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Ħong Kong, iċ-Ċina.

7.   L-investigazzjoni

(23)

Il-Kummissjoni investigat jekk il-punt ta' referenza preżenti, huwiex xorta waħda rappreżentattiv tal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-moduli, u għalhekk jekk jissodisfax l-għanijiet tagħha kif stipulat fil-miżuri fis-seħħ.

7.1.   Il-punt ta' referenza preżenti u s-sottoserji tiegħu

(24)

Il-punt ta' referenza preżenti huwa “Medja Sħiħa”, li tikkonsisti f'serje tal-prezzijiet tal-modulu rrapurtati madwar id-dinja. Bloomberg jippubblika wkoll żewġ sottoserji “Medja Sħiħa” għal prezzijiet spot ta' moduli li huma ta' relevanza għal din l-investigazzjoni:

(a)

Is-sottoserje “Medja Ċiniża” li fiha l-prezzijiet irrapportati minn rispondenti Ċiniżi; kif ukoll

(b)

Is-sottoserje “Medja Internazzjonali” li fiha l-prezzijiet irrapportati l-oħra kollha.

(25)

Id-dejta għal dawn is-serje u sottoserje ta' prezzijiet huma tipikament miġbura u ppubblikati fuq bażi ta' kull ġimgħa. Is-sensiliet kollha huma ppubblikati f'USD. Il-kwotazzjonijiet kollha huma kkontrollati regolarment minn speċjalisti tas-settur solari ta' Bloomberg li jista' jikkuntattja lil kull rispondent għal kjarifika tal-kwotazzjoni jekk huma ta' spiss jippreżentaw dejta barra l-limiti definiti jew jidhru li jkunu qed jippruvaw jimmodifikaw ir-riżultati finali.

(26)

Bloomberg tikkalkula l-prezz medju fil-ġimgħa sakemm tkun ingħatat mill-inqas tliet kwotazzjonijiet. Jekk rispondent iressaq diversi kwotazzjonijiet, Bloomberg tieħu l-medja tagħhom u tgħoddhom bħala waħda.

(27)

Biex jiġu evitati kwotazzjonijiet għolja jew baxxi ferm, Bloomberg awtomatikament timmarka l-kwotazzjonijiet kollha li huma aktar minn 20 % 'l fuq jew taħt il-medja tal-perjodu magħżul lill-analisti, li mbagħad jitolbu kjarifika mingħand il-parteċipant. L-analisti mbagħad jiddeċiedu jekk jinkludux il-kwotazzjoni jew le. Il-medja hija mbagħad ikkalkolata mill-kwotazzjonijiet li jifdal.

(28)

Dawk kollha li wieġbu għandhom ikunu attivi fil-manifattura jew l-akkwist ta' moduli u Bloomberg għandha manwalment tapprova l-parteċipazzjoni tagħhom qabel ma jkunu jistgħu jibdew jikkontribwixxu l-kwotazzjonijiet tagħhom.

7.2.   Żieda fin-numru u l-proporzjon ta' rispondenti Ċiniżi

(29)

L-applikant issottometta li l-għadd ta' rispondenti Ċiniżi fil-punt referenzjarju eżistenti kien żdied b'mod sinifikanti mindu ġiet aċċettata l-garanzija, u b'mod partikolari sa mill-bidu tal-2014.

(30)

L-applikant iddikjara wkoll li “L-parteċipazzjoni Ċiniża f'dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni ġenerali tar-rapportar tal-prezzijiet lil Bloomberg bejn wieħed u ieħor triplikat mill-2013, u li parteċipazzjoni akbar influwenzat b'mod qawwi l-evoluzzjoni [punt referenzjarju eżistenti] tal-2014”.

(31)

Filwaqt li l-applikant ipprovda informazzjoni sħiħa għas-snin 2013 u 2014 fit-talba, l-argumenti tiegħu huma bbażati biss fuq tqabbil ta' żewġ perjodi iżolati ta' tliet xhur, jiġifieri bejn Mejju u Lulju 2013 u minn Ottubru sa Diċembru 2014.

(32)

Il-Kummissjoni ħadet id-dejta kollha tal-parteċipazzjoni ta' kull ġimgħa għall-2013 u l-2014 sottomessa mill-applikant u analizzat id-dejta permezz tal-aggregazzjoni tan-numru ta' parteċipanti matul tliet xhur kalendarji. B'hekk il-Kummissjoni sabet li:

(a)

Fil-fatt l-għadd medju ta' dawk ir-rispondeti Ċiniżi għal kull tliet xhur fil-punt referenzjarju eżistenti kien żdied b'madwar 20 rispondent (56 %) bejn l-2013 u l-2014;

(b)

Dan kien akkumpanjat minn tnaqqis parallel fl-għadd medju ta' rispondenti mhux Ċiniżi għal kull tliet xhur b'aktar minn 100 rispondent (– 46 %) bejn l-2013 u l-2014.

(33)

Għalhekk iż-żieda fil-proporzjon ta' rispondenti Ċiniżi fil-parametru referenzjarju eżistenti kien dovut kemm għal tnaqqis fl-għadd ta' dawk li wieġbu li mhumiex Ċiniżi kif ukoll żieda fin-numru ta' rispondenti Ċiniżi.

(34)

Barra minn hekk, il-proporzjon ta' rispondenti Ċiniżi żdied minn livell pjuttost baxx sa livell li jirrifletti aħjar is-sehem taċ-Ċina fis-suq solari dinji. Kif irrappurtat minn Bloomberg fl-2014 il-produzzjoni Ċiniża taċ-ċelloli u l-moduli fotovoltajċi hija stmata għal 78 % tal-produzzjoni dinjija.

(35)

Il-grafika 1 ta' hawn taħt turi l-parteċipazzjoni aggregata tar-rispondenti f'punt referenzjarju eżistenti u ż-żewġ sottoserji fuq bażi ta' kull tliet xhur.

Image

Sors: Talba għal reviżjoni

7.3.   L-iżvilupp ta' prezzijiet Ċiniżi u mhux Ċiniżi

(36)

L-applikant iddikjara li l-prezzijiet għas-sottoserje “Medja Ċiniża” storikament kienu taħt il-prezz għas-sottoserje “Medja Internazzjonali”. Il-Kummissjoni tinnota li l-prezzijiet għas-sotto serje “Medja Ċiniża” huma tabilħaqq storikament taħt il-prezz għas-sotto serje “Medja Internazzjonali”.

(37)

L-applikant argumenta wkoll li s-sottoserje tal-prezz “Medja Internazzjonali”“[…] essenzjalment [kienet] baqgħet stabbli mill-aċċettazzjoni tal-[impriża]”.

(38)

L-investigazzjoni wriet li, bil-kontra ta' dak li allega l-applikant, is-sottoserje tal-prezz “Medja Internazzjonali” ma baqax stabbli minn meta ġie aċċettat l-impenn. Fil-fatt, fl-2013 u l-2014 kemm is-sottoserje tal-prezz “Medja Internazzjonali” kif ukoll is-sottoserje tal-prezz “Medja Ċiniża” segwew xejra simili (tipikament fi ħdan ± 0,01 USD). Il-grafika 2 ta' hawn taħt turi żewġ sottoserji meta mqabbla mal-“Medja Sħiħa” tas-serje tal-prezzijiet mill-bidu tal-2013 sa tmiem l-2014.

Image

Sors: Bloomberg, l-investigazzjoni

7.4.   L-ebda effett negattiv sostanzjali fuq parametru referenzjarju

(39)

L-argumenti tal-applikant stabbiliti fit-taqsimiet 7.2 u 7.3 above wassluh biex jikkonkludi li kemm iż-żieda fin-numru ta' rispondenti Ċiniżi kif ukoll iż-żieda tal-proporzjon tagħhom fis-serje tal-prezzijiet “Medja sħiħa” kellhom “impatt ta' tnaqqis sostanzjali” fuq il-punt referenzjarju eżistenti. Għalhekk, billi bbażaw ruħhom fuq il-punt ta' referenza preżenti, l-aġġustamenti tal-MIP s'issa essenzjalment irriflettew iż-żieda fl-għadd ta' rispondenti Ċiniżi li rrappurtaw prezzijiet aktar baxxi lil Bloomberg.

(40)

Il-Kummissjoni vverifikat l-evidenza kollha relevanti u ddokumentata kif suppost miġbura matul l-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-investigazzjoni huma stipulati fit-taqsimiet 7.2 u 7.3 hawn fuq, jiġifieri:

(a)

l-ewwel nett li kien hemm żieda fin-numru ta' rispondenti Ċiniżi li jibagħtu d-dejta biex tiġi ppubblikata fis-sottoserje tal-prezzijiet “Medja Ċiniża”;

(b)

it-tieni nett, kif muri fil-Grafika 1 hawn fuq, din iż-żieda fir-rispondenti Ċiniżi kienet marbuta ma' tnaqqis aktar sinifikanti fin-numru ta' rispondenti mhux Ċiniżi;

(c)

it-tielet, iż-żieda fil-proporzjon ta' rispondenti Ċiniżi hija dovuta kemm minħabba ż-żieda fin-numru ta' rispondenti Ċiniżi kif ukoll fit-tnaqqis fin-numru ta' rispondenti mhux Ċiniżi;

(d)

ir-raba', il-proporzjon ta' rispondenti Ċiniżi żdied minn livell pjuttost baxx sa livell li jirrifletti aħjar is-sehem taċ-Ċina fis-suq solari dinji, u

(e)

fl-aħħar nett, kif turi l-Grafika 2 kemm is-sottoserje tal-prezzijiet “Medja Ċiniża” kif ukoll is-sottoserje tal-prezzijiet “Medja Internazzjonali” tal-punt ta' riferiment eżistenti jsegwu xejra simili għall-2013 u l-2014.

7.5.   Konklużjonijiet

(41)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li:

(a)

l-parametru referenzjarju eżistenti għadu rappreżentattiv tal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-modulu mad-dinja kollha minħabba li jinkludi l-prezzijiet sottomessi mir-rispondenti Ċiniżi;

(b)

u minħabba li ż-żewġ sottoserji żviluppaw wara tendenza simili, li jfisser li s-sottoserje tal-“Medja Ċiniża” hija fil-fatt aktar baxxa minn dik tal-“Medja Internazzjonali”, iżda l-“Medja Ċiniża” ma naqsitx b'rata iktar mgħaġġla minn dik tal-“Medja Internazzjonali”; u għalhekk

(c)

il-proporzjon tar-rispondenti Ċiniżi fil-punt referenzjarju eżistenti żdied għal livell li jirrifletti aħjar is-sehem tal-produtturi Ċiniżi fis-suq solari dinji;

(d)

il-punt ta' referenza preżenti għalhekk għadu jissodisfa l-għan tiegħu kif stabbilit fil-miżuri fis-seħħ.

(42)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li ttemm din ir-reviżjoni.

7.6.   Is-sottomissjonijiet bil-miktub

(43)

Is-sejbiet tal-investigazzjoni ġew divulgati lill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu u li jressqu l-kummenti skont l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 30 tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. Ir-rikorrenti u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ssottomettew il-kummenti tagħhom.

Il-kummenti tal-applikant

(44)

L-ewwel nett, ir-rikorrent issottometta li “filwaqt li l-livell ta' parteċipazzjoni Ċiniża fl-indiċi Bloomberg żdied b'mod sostanzjali […] is-sehem tas-suq globali Ċiniż inbidel ftit jew kważi xejn, li jfisser li l-evoluzzjoni għal dak il-perjodu kollu fl-indiċi tal-prezzijiet Bloomberg ‘Medja ġeneali’ ma tirriflettix ir-realtajiet tal-evoluzzjoni tas-sehem tas-suq globali”.

(45)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li fil-fatt is-sehem tas-suq globali Ċiniż ma nbidilx b'mod sostanzjali matul il-perjodu mill-2013 sal-2014. Madankollu, dan jappoġġja biss il-konklużjoni li r-rappreżentattività ta' parametru referenzjarju eżistenti tjiebet għar-raġunijiet mogħtija diġà fil-premessa 34. Barra minn hekk, l-għan innifsu ta' din is-serje ta' prezzijiet huwa li jirrifletti l-evoluzzjoni tal-prezzijiet mhux l-evoluzzjoni tal-ishma tas-suq.

(46)

It-tieni nett, l-applikant issottometta li “kien hemm tnaqqis sostanzjali għal kull sottoserje tal-prezzijiet ‘Medja Ċiniża’, li kienet diġà taħt il-livell tas-sottoserje tal-prezzijiet ‘Medja Internazzjonali’, u li t-tnaqqis tal-prezzijiet kien 5 % aktar mit-tnaqqis tal-prezz matul l-istess perjodu tas-sottoserje tal-prezzijiet ‘Medja internazzjonali’”.

(47)

Il-Kummissjoni tosserva li met' wieħed iħares lejn il-perjodu kollu mill-2013 sal-2014 (li kien il-perjodu ta' dejta mressaq mill-applikant) din id-dikjarazzjoni hija fattwalment inkorretta. Fil-fatt, l-ebda waħda mit-tliet serje ta' prezzijiet ikkonċernati ma turi xejra ċara 'l isfel fl-2013 u l-2014 kif muri fil-Grafika 2 fil-premessa 38 u t-Tabella 1 hawn taħt.

(48)

Kuntrarjament għal dak li sostna l-applikant, il-punt tat-tluq u l-punt ta' tmiem għal kull waħda mit-tliet serje ta' prezzijiet huma qrib ħafna ta' xulxin (diverġenza ta' massimu ta' USD 0,01 'il fuq u USD 0,02 'l isfel), u kollha wrew bidla 'l fuq u 'l isfel f'xi waqt. Dak it-tibdil isegwi xejra simili, fejn l-ogħla punt intlaħaq f'Q3 u Q4 tal-2013. Ukoll id-differenzi bejn l-ogħla u l-inqas punt tad-dejta huwa komparabbli (USD 0,09 USD għal “Medja ġenerali”, USD 0,06 għal “Medja internazzjonali” u USD 0,08 għal “Medja Ċiniża”).

Tabella 1

Prezz medju ta' serje ta' dejta għal kull Watt 2013-2014

Kwart

Medja ġenerali

Medja Internazzjonali

Medja Ċiniża

2013 Q1

0,81

0,83

0,71

2013 Q2

0,85

0,86

0,74

2013 Q3

0,86

0,87

0,77

2013 Q4

0,88

0,89

0,77

2014 Q1

0,84

0,88

0,73

2014 Q2

0,83

0,87

0,76

2014 Q3

0,83

0,87

0,72

2014 Q4

0,79

0,84

0,69

Sors: Bloomberg, l-investigazzjoni

(49)

Fuq il-bażi ta' dawk iċ-ċifri, m'hemm l-ebda indikazzjoni li kwalunkwe tip ta' manipulazzjoni tal-indiċi kienet tkun ta' suċċess. Huwa minnu li bħala riżultat ta' aktar parteċipazzjoni ta' kumpaniji Ċiniżi, is-serje ta' prezzijiet “Medja Ċiniża” turi tnaqqis aktar qawwi mis-sottoserje tal-prezzijiet “Medja internazzjonali”. Madankollu, din il-konstatazzjoni ma tistax tqiegħed f'dubju l-adegwatezza tal-użu tas-sottoserje tal-prezzijiet “Medja ġenerali”. Hija biss il-konsegwenza loġika tal-fatt li d-dħul f'dik is-sottoserje tal-prezzijiet issa hija aktar rappreżentattiva tas-sehem mis-suq taċ-Ċina fis-suq dinji milli kienet inizjalment. Fi kliem ieħor: is-sottoserje tal-prezzijiet “Medja ġenerali” issa sservi l-iskop tagħha saħansitra aħjar milli kienet meta ġiet introdotta.

(50)

Huwa wkoll żbaljat li t-tnaqqis fil-prezz tal-“Medja Ċiniża” kien aktar minn 5 % mill-“Medja Internazzjonali”. Fil-fatt, il-“Medja Ċiniża” naqset b'2,8 % filwaqt li l-“Medja Internazzjonali” żdiedet b'1,2 %. Dan jagħti differenza globali ta' 4 %.

(51)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-argument tar-rikorrenti huwa bbażat biss fuq paragun ta' żewġ kwartieri iżolati, jiġifieri Q3 2013 u Q4 2014. L-analiżi tal-Kummissjoni tqis l-evoluzzjoni tas-serje ta' prezzijiet matul l-2013 u l-2014, jiġifieri l-perjodu sħiħ li għalih l-applikant issottometta informazzjoni fit-talba tiegħu.

(52)

L-applikant allega li “[…] l-għadd dejjem jikber ta' rispondenti Ċiniżi kellu r-riżultat li waqqa' l-livell referenzjarju eżistenti aktar milli kieku n-numru ta' rispondenti Ċiniżi ma żdidux”.

(53)

Il-Kummissjoni tiċħad dan l-argument peress li r-rikorrent għal darba oħra naqas milli jipprovdi xi evidenza biex jissostanzja l-allegazzjoni tiegħu.

(54)

L-applikant allega li l-Kummissjoni ma analizzat la “[…] l-effett taż-żieda fil-parteċipazzjoni tar-rispondenti Ċiniżi fuq il-livell reserenzjarju [eżistenti] […]”, “[…] la l-effett tal-prezz fuq il-bidla globali fil-proporzjon u lanqas l-effett tal-prezz minn żewġ komponenti individwali oħra […].”, u “[…] jekk kienx hemm xi fatturi oħra minbarra aktar rappurtar tal-prezzijiet Ċiniżi li wasslu għal dak ir-riżultat”.

(55)

Il-Kummissjoni tiċħad din l-allegazzjoni billi hija wettqet din l-analiżi u l-konklużjoni tagħha hija stabbilita fit-Taqsimiet 7.2 u 7.3 above.

(56)

L-applikant issottometta wkoll li l-Kummissjoni ma analizzatx “[…] jekk l-użu tas-sottoserje tal-prezzijiet ‘Medja Internazzjonali’ bħala l-parametru referenzjarju kinitx tagħti riżultat differenti b'mod sostanzjali mill-parametru referenzjarju eżistenti matul il-perjodu inkwistjoni”. L-applikant talab ukoll analiżi bħal din.

(57)

Il-Kummissjoni tiċħad kemm dan l-argument kif ukoll it-talba ta' segwitu billi din taqa' barra l-ambitu ta' din ir-reviżjoni interim stabbilita fl-Avviż ta' Bidu u ripetuta fil-premessa 15. L-għan ta' din ir-reviżjoni mhuwiex li jiġi eżaminat jekk l-użu ta' parametri referenzjarji oħra setax wassal għal riżultat differenti b'mod sostanzjali mill-parametru referenzjarju eżistenti matul il-perjodu in kwistjoni.

(58)

Il-Kummissjoni tenfasizza li punt referenzjarju xieraq għandu jkun oġġettiv, trasparenti u bbażat fuq l-aktar kopertura wiesgħa possibbli. L-esklużjoni tal-produtturi Ċiniżi li jirrappreżentaw 78 % tas-suq solari dinji ma tistax tkun ġustifikata f'dan il-każ.

(59)

L-applikant issottometta li r-raba' konstatazzjoni fil-premessa 40 hawn fuq “impliċitament tammetti n-nuqqas ta' rappreżentattività [eżistenti] tal-indiċi referenzjarju fil-bidu tal-UT [Impriża], li fih innifsu jkun raġuni biżżejjed biex jiġi adottat parametru referenzjarju differenti minħabba li t-trimestru ta' qabel mal-UT tidħol fis-seħħ tibqa' l-bażi ta' referenza tal-perjodu”. L-applikant issottometta wkoll li “is-sempliċi inklużjoni tal-prezzijiet mir-rispondenti Ċiniżi fiha nnifisha ma tiżgurax ir-rappreżentattività ta' parametru referenzjarju eżistenti f'termini tal-prezzijiet tal-modulu globali”.

(60)

Il-Kummissjoni tirrifjuta dan l-argument minħabba li ż-żieda fil-proporzjon tar-rispondenti Ċiniżi fil-punt referenzjarju kulma għamel kien li tejjeb ir-rappreżentattività tiegħu, billi ġie jirrifletti aħjar is-sehem tal-produtturi Ċiniżi fis-suq solari dinji.

(61)

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent talab lill-Kummissjoni biex tkompli l-investigazzjoni għal aktar stabbiliment tal-fatti. Madankollu, l-applikant ma pprovda l-ebda fatti ġodda lil hinn minn dawk fit-talba għal reviżjoni kif stipulat fil-premessa 12 hawn fuq. Għalhekk, il-Kummissjoni m'għandha l-ebda bażi biex tkompli l-investigazzjoni.

Il-Kummenti tal-gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(62)

Il-gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ssottometta kummenti li taw aktar appoġġ lill-konklużjoni tal-Kummissjoni biex ittemm din ir-reviżjoni.

7.7.   Konklużjoni dwar sottomissjonijiet bil-miktub u dwar ir-reviżjoni

(63)

Minkejja l-argumenti ta' hawn fuq tal-partijiet interessati, il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni f'din l-investigazzjoni huma affermati. Il-Kummissjoni għalhekk ittemm din ir-reviżjoni.

(64)

Dan ir-Regolament hu skont l-Opinjoni tal-Kumitat stabbilita mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping u kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-silikon kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew huma kkonsenjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina hija b'dan mitmuma.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(3)  ĠU L 152, 5.6.2013, p. 5.

(4)  ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.

(5)  ĠU L 209, 3.8.2013, p. 1.

(6)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.

(7)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.

(8)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.

(9)  ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.

(10)  ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30.

(11)  ĠU L 218, 19.8.2015, p. 1.

(12)  ĠU C 147, 5.5.2015, p. 4.


7.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/13

tas-6 ta' Jannar 2016

li jemenda għall-240 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fl-10 ta' Diċembru 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) iddeċieda li jemenda 12-il annotazzjoni u jħassar annotazzjoni waħda mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi għandu japplika. Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(3)

Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” huma emendati kif ġej:

(a)

L-annotazzjoni “Nashwan Abd Al-Razzaq Abd Al-Baqi (magħruf ukoll bħala (a) Abdal Al-Hadi Al-Iraqi, (b) Abd al-Hadi al-Iraqi, (c) Abu Abdallah). Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Mosul, Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Informazzjoni oħra: (a) Uffiċjal għoli tal-Al-Qaida, (b) Miżmum taħt arrest fl-Istati Uniti tal-Amerka, sa minn Lulju tal-2007.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Nashwan Abd Al-Razzaq Abd Al-Baqi (alias (a) Abdal Al-Hadi Al-Iraqi, (b) Abd Al-Hadi Al-Iraqi, (c) Omar Uthman Mohammed, (d) Abdul Hadi Arif Ali, (e) Abu Abdallah, (f) Abdul Hadi al-Taweel, (g) Abd al-Hadi al-Ansari, (h) Abd al-Muhayman, (i) Abu Ayub). Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: Nru tal-Karta tar-Ration 0094195. Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Mosul, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Informazzjoni oħra: (a) Isem il-missier: Abd al-Razzaq Abd al-Baqi, (b) Isem l-omm: Nadira Ayoub Asaad. Ir-ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.”

(b)

L-annotazzjoni “Mohammad Tahir Hammid (magħruf ukoll bħala Abdelhamid Al Kurdi). Titolu: Imam. Data tat-twelid: 1.11.1975. Post tat-twelid: Poshok, Iraq. Tagħrif ieħor: (a) L-awtoritajiet Taljani ħarġu ordni ta' deportazzjoni fit-18.10.2004; (b) Meqjus maħrub mill-ġustizzja mill-awtoritajiet Taljani sa minn Settembru 2007. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.11.2003.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Mohammad Tahir Hammid Hussein (alias Abdelhamid Al Kurdi). Titlu: Imam. Data tat-twelid: 1.11.1975. Post tat-twelid: Poshok, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Indirizz: Sulaymaniya, l-Iraq. Informazzjoni oħra: Isem l-omm: Attia Mohiuddin Taha. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 12.11.2003.”

(c)

L-annotazzjoni “Ata Abdoulaziz Rashid (alias (a) Ata Abdoul Aziz Barzingy, (b) Abdoulaziz Ata Rashid). Data tat-twelid: 1.12.1973. Post tat-twelid: Sulaymaniya, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Indirizz: Il-Ġermanja. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Ata Abdoulaziz Rashid (alias (a) Ata Abdoul Aziz Barzingy, (b) Abdoulaziz Ata Rashid). Data tat-twelid: 1.12.1973. Post tat-twelid: Sulaymaniya, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Indirizz: il-Ġermanja. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: karta tar-Ration 6110922. Informazzjoni oħra: Isem l-omm: Khadija Majid Mohammed. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 6.12.2005.”

(d)

L-annotazzjoni “Farhad Kanabi Ahmad (alias (a) Kaua Omar Achmed, (b) Kawa Hamawandi (qabel kien elenkat hekk). Data tat-twelid: 1.7.1971. Post tat-twelid: Arbil, Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż (‘Reiseausweis’) A 0139243 (irrevokat f'Settembru 2012). Indirizz: Iraq. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Farhad Kanabi Ahmad (alias (a) Kaua Omar Achmed, (b) Kawa Hamawandi (qabel kien elenkat hekk) (c) Kawa Omar Ahmed. Data tat-twelid: 1.7.1971. Post tat-twelid: Arbil, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Numru tal-Passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż (‘Reiseausweis’) A 0139243 (irrevokat f'Settembru 2012). Indirizz: Arbil — Qushtuba — house no. SH 11, alley 5380, Iraq. Informazzjoni oħra: Isem l-omm: Farida Hussein Khadir. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 6.12.2005”

(e)

L-annotazzjoni “Ibrahim Mohamed Khalil (alias (a) Khalil Ibrahim Jassem, (b) Khalil Ibrahim Mohammad, (c) Khalil Ibrahim Al Zafiri, (d) Khalil). Data tat-twelid: (a) 2.7.1975, (b) 2.5.1972, (c) 3.7.1975, (d) 1972, (e) 2.5.1975. Post tat-twelid: (a) Dayr Az-Zawr, is-Sirja, (b) Bagdad, l-Iraq, (c) Mosul, l-Iraq. Nazzjonalità: Sirjana. Numru tal-passaport: T04338017 (Awtorizzazzjoni provviżorja għal applikanti għal ażil maħruġa mill-Uffiċċju tal-Barranin tal-belt ta' Mainz, skadiet fit-8.5.2013). Indirizz: Il-post ta' kenn għar-Refuġjati Alte Ziegelei, 55128 Mainz, il-Ġermanja. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Ibrahim Mohamed Khalil (alias (a) Khalil Ibrahim Jassem, (b) Khalil Ibrahim Mohammad, (c) Khalil Ibrahim Al Zafiri, (d) Khalil, (e) Khalil Ibrahim al-Zahiri). Data tat-twelid: (a) 2.7.1975, (b) 2.5.1972, (c) 3.7.1975, (d) 1972, (e) 2.5.1975. Post tat-twelid: (a) Day Az-Zawr, is-Sirja, (b) Bagdad, l-Iraq, (c) Mosul, l-Iraq. Nazzjonalità: Sirjan. Numru tal-Passaport: T04338017. Indirizz: Il-post ta' kenn għar-Refuġjati Alte Ziegelei, 55128 Mainz, il-Ġermanja. Ir-ritratt u l-marki tas-swaba' huma disponibbli biex jiddaħħlu fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 6.12.2005.”

(f)

L-annotazzjoni “Najmuddin Faraj Ahmad (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Krekar, (b) Fateh Najm Eddine Farraj, (c) Faraj Ahmad Najmuddin).Indirizz: Heimdalsgate 36-V, 0578 Oslo, in-Norveġja. Data tat-twelid: (a) 7.7.1956, (b) 17.6.1963. Post tat-twelid: Olaqloo Sharbajer, Al-Sulaymaniyah Governorate, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Najmuddin Faraj Ahmad (alias (a) Mullah Krekar, (b) Fateh Najm Eddine Farraj, (c) Faraj Ahmad Najmuddin). Indirizz: Heimdalsgate 36-V, 0578 Oslo, in-Norveġja. Data tat-twelid: (a) 7.7.1956, (b) 17.6.1963. Post tat-twelid: Olaqloo Sharbajer, Al-Sulaymaniyah Governorate, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin.”

(g)

L-annotazzjoni “Akram Turki Hishan Al-Mazidih (alias (a) Akram Turki Al-Hishan, (b) Abu Jarrah, (c) Abu Akram). Data tat-twelid: (a) 1974, (b) 1975 (c) 1979. Indirizz: Zabadani, Repubblika Għarbija Sirjana. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 11.3.2010.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Akram Turki Hishan Al-Mazidih (alias (a) Akram Turki Al-Hishan, (b) Abu Jarrah, (c) Abu Akram). Data tat-twelid: (a) 1974, (b) 1975, (c) 1979. Indirizz: (a) Deir ez-Zor Governorate, ir-Repubblika Għarbija Sirjana; (b) l-Iraq, (c) il-Ġordan. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: nru tal-karta tar-Ration 0075258. Informazzjoni oħra: Isem l-omm: Masouma Abd al-Rahman. Ir-ritratt huwa disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 11.3.2010.”

(h)

L-annotazzjoni “Ghazy Fezza Hishan Al-Mazidih (alias (a) Ghazy Fezzaa Hishan, (b) Mushari Abd Aziz Saleh Shlash, (c) Abu Faysal, (d) Abu Ghazzy). Data tat-twelid: (a) 1974, (b) 1975. Indirizz: Zabadani, Repubblika Għarbija Sirjana. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 11.3.2010.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Ghazy Fezza Hishan Al-Mazidih (alias (a) Ghazy Fezzaa Hishan, (b) Mushari Abd Aziz Saleh Shlash, (c) Abu Faysal, (d) Abu Ghazzy). Data tat-twelid: (a) 1974, (b) 1975. Indirizz: (a) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana, (b) l-Iraq. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 11.3.2010.”

(i)

L-annotazzjoni “Muthanna Harith Al-Dari (alias (a) Dr. Muthanna Al Dari, (b) Muthana Harith Al Dari, (c) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari, (d) Muthanna Harith Sulayman Al-Dhari, (e) Muthanna Hareth Al-Dhari, (f) Muthana Haris Al-Dhari, (g) Doctor Muthanna Harith Sulayman Al Dari Al-Zawba', (h) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari Al-Zobai, (i) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari al-Zawbai, (j) Muthanna Hareth al-Dari, (k) Muthana Haris al-Dari, (l) Doctor Muthanna al-Dari, (m) Dr. Muthanna Harith al-Dari al-Zowbai). Titlu: Doctor. Indirizz: (a) Amman, Ġordan, (b) Khan Dari, Iraq (indirizz preċedenti), (c) Asas Village, Abu Ghurayb, l-Iraq (indirizz preċedenti), (d) l-Eġittu (indirizz preċedenti). Data tat-twelid: 16.6.1969. Post tat-twelid: Iraq. Ċittadinanza: Iraqi. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.3.2010.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Muthanna Harith Al-Dari (alias (a) Dr. Muthanna Al Dari, (b) Muthana Harith Al Dari, (c) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari, (d) Muthanna Harith Sulayman Al-Dhari, (e) Muthanna Hareth Al-Dhari, (f) Muthana Haris Al-Dhari, (g) Doctor Muthanna Harith Sulayman Al Dari Al-Zawba', (h) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari Al-Zobai, (i) Muthanna Harith Sulayman Al-Dari al-Zawba'i, (j) Muthanna Hareth al-Dari, (k) Muthana Haris al-Dari, (l) Doctor Muthanna al-Dari, (m) Dr. Muthanna Harith al-Dari al-Zowbai). Titlu: Dott. Indirizz: (a) Amman, il-Ġordan, (b) Khan Dari, l-Iraq (indirizz preċedenti), (c) Asas Village, Abu Ghurayb, l-Iraq (indirizz preċedenti), (d) l-Eġittu (indirizz preċedenti). Data tat-twelid: 16.6.1969. Post tat-twelid: Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: numru tal-karta tar-Ration 1729765. Informazzjoni oħra: Isem l-omm: Heba Khamis Dari. Ir-ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 25.3.2010.”

(j)

L-annotazzjoni “Ibrahim Awwad Ibrahim Ali Al-Badri Al-Samarrai (magħruf ukoll bħala (a) Dr. Ibrahim ‘Awwad Ibrahim'Ali al-Badri al-Samarrai’, (b) Ibrahim 'Awad Ibrahim al-Badri al-Samarrai, (c) Ibrahim 'Awad Ibrahim al-Samarra'i, (d) Dr. Ibrahim Awwad Ibrahim al-Samarra'i, (e) Abu Du'a, (f) Abu Duaa', (g) Dr. Ibrahim, (h) Abu Bakr al-Baghdadi al-Husayni al-Quraishi, (i) Abu Bakr al-Baghdadi. Titlu: Dr. Indirizz: Iraq. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: (a) Samarra, l-Iraq, (b) l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Tagħrif ieħor: (a) Mexxej tal-Al-Qaida fl-Iraq; (b) Bħalissa bbażat fl-Iraq; (d) Huwa magħruf sew bin-nom de guerre (Abu Du'a, Abu Duaa). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 5.10.2011.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Ibrahim Awwad Ibrahim Ali Al-Badri Al-Samarrai (alias (a) Dr. Ibrahim ‘Awwad Ibrahim’ Ali al-Badri al-Samarrai', (b) Ibrahim 'Awad Ibrahim al-Badri al-Samarrai, (c) Ibrahim 'Awad Ibrahim al-Samarra'i, (d) Dr. Ibrahim Awwad Ibrahim al-Samarra'i, (e) Abu Du'a, (f) Abu Duaa', (g) Dr. Ibrahim, (h) Abu Bakr al-Baghdadi al-Husayni al-Quraishi, (i) Abu Bakr al-Baghdadi. Titlu: Dott. Indirizz: (a) l-Iraq; (b) is-Sirja. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: (a) Samarra, l-Iraq, (b) l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Nru tal-identifikazzjoni: numru tal-karta tar-Ration 0134852. Informazzjoni oħra: (a) Bħalissa bbażat fl-Iraq u fis-Sirja; (b) Huwa magħruf l-aktar bin-nom de guerre (Abu Du'a, Abu Duaa'); (c) Isem martu: Saja Hamid al-Dulaimi; (d) Isem martu: Asma Fawzi Mohammed al-Kubaissi. Ir-ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 5.10.2011.”

(k)

L-annotazzjoni “Abu Mohammed Al-Jawlani (psewdonimu (a) Abu Mohamed al-Jawlani, (b) Abu Muhammad al-Jawlani, (c) Abu Mohammed al-Julani, (d) Abu Mohammed al-Golani, (e) Abu Muhammad al-Golani, (f) Abu Muhammad Aljawlani, (g) Muhammad al-Jawlani, (h) Shaykh al-Fatih; (i) Al Fatih). Data tat-twelid: Bejn l-1975 u l-1979. Post tat-twelid: Is-Sirja. Nazzjonalità: Sirjana. Indirizz: Fis-Sirja minn Ġunju 2013. Informazzjoni oħra: Minn Jannar 2012, il-kap ta' Al-Nusrah Front for the People of the Levant. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.7.2013.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Abu Mohammed Al-Jawlani (alias (a) Abu Mohamed al-Jawlani, (b) Abu Muhammad al-Jawlani, (c) Abu Mohammed al-Julani, (d) Abu Mohammed al-Golani, (e) Abu Muhammad al-Golani, (f) Abu Muhammad Aljawlani, (g) Muhammad al-Jawlani, (h) Shaykh al-Fatih, (i) Al Fatih, (j) Amjad Muzaffar Hussein Ali al-Naimi, (k) Abu Ashraf). Data tat-twelid: (a) Bejn l-1975 u l-1979; (b) 1980. Post tat-twelid: Is-Sirja. Nazzjonalità: Sirjan. Indirizz: (a) Mosul, Souq al-Nabi Yunis; (b) Fis-Sirja minn Ġunju 2013. Informazzjoni oħra: Isem l-omm: Fatma Ali Majour. Deskrizzjoni: Karnaġġjon skur. Tul: 1.70m. Ir-ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 24.7.2013.”

(l)

L-annotazzjoni “Tarkhan Ismailovich Gaziev (alias (a) Ramzan Oduev, (b) Tarkhan Isaevich Gaziev, (c) Husan Isaevich Gaziev, (d) Umar Sulimov, (e) Wainakh, (f) Sever, (g) Abu Bilalal, (h) Abu Yasir, (i) Abu Asim, (j) Husan); Data tat-twelid: 11.11.1965. Post tat-twelid: Il-Villaġġ Bugaroy, id-Distrett Itum-Kalinskiy, ir-Repubblika ta' Ċeċnija, il-Federazzjoni Russa; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lok f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (post alternattiv potenzjali f'Awwissu 2015); Nazzjonalità: (Mhux reġistrat bħala ċittadin tal-Federazzjoni Russa); Numru tal-passaport: 620169661 (numru tal-passaport Russu għall-ivvjaġġar barrani); Tagħrif ieħor: Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Tarkhan Ismailovich Gaziev (alias (a) Ramzan Oduev, (b) Tarkhan Isaevich Gaziev, (c) Husan Isaevich Gaziev, (d) Umar Sulimov, (e) Wainakh, (f) Sever, (g) Abu Bilalal, (h) Abu Yasir, (i) Abu Asim, (j) Husan), Data tat-twelid: 11.11.1965, Post tat-twelid: Il-Villaġġ Bugaroy, id-Distrett Itum-Kalinskiy, ir-Repubblika taċ-Ċeċnija, il-Federazzjoni Russa, Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (illokalizzat f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (post alternattiv potenzjali f'Awwissu 2015), Nazzjonalità: (Mhux reġistrat bħala ċittadin tal-Federazzjoni Russa), Informazzjoni oħra: Ir-ritratt huwa disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”

(2)

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija mħassra:

“Rafik Mohamad Yousef (alias Mohamad Raific Kairadin). Data tat-twelid: 27.8.1974. Post tat-twelid: Bagdad, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqina. Numru tal-passaport: Dokument tal-ivvjaġġar Ġermaniż (‘Reiseausweis’) A 0092301. Indirizz: il-Ġermanja. Tagħrif ieħor: (a) Membru tal-Ansar Al-Islam; (b) Fil-ħabs fil-Ġermanja. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.”


7.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/14

tas-6 ta' Jannar 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

236,2

MA

89,3

TR

120,0

ZZ

148,5

0707 00 05

MA

87,6

TR

151,3

ZZ

119,5

0709 93 10

MA

55,7

TR

142,9

ZZ

99,3

0805 10 20

EG

53,0

MA

65,7

TR

73,6

ZZ

64,1

0805 20 10

IL

171,2

MA

79,2

ZZ

125,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

123,7

JM

113,7

MA

86,7

TR

80,3

ZZ

101,1

0805 50 10

TR

87,4

ZZ

87,4

0808 10 80

CL

83,4

US

160,9

ZZ

122,2

0808 30 90

TR

138,5

ZZ

138,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.