ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 333

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
19 ta' Diċembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2399 tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

1

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2400 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet

10

 

 

Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet

12

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2401 tat-2 ta' Ottubru 2015 dwar il-kontenut u t-tħaddim tar-Reġistru tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

50

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2402 tat-12 ta' Ottubru 2015 li jirrevedi l-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2012/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE

54

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment ( 1 )

62

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2404 tas-16 ta' Diċembru 2015 għat-twettiq ta' tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2015 minħabba sajd eċċessiv ta' stokkijiet oħrajn fis-snin ta' qabel u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1801

73

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2405 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-UE għall-prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Ukrajna

89

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2406 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 1 ( 1 )

97

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2407 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jġedded id-deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għas-sajd mill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun għall-makku (Aphia minuta) f'ċerti ilmijiet territorjali tal-Italja

104

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2408 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

108

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2409 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jiffissal-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur li ġej mill-Istati Uniti tal-Amerika

110

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2410 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2077 għall-bajd, il-prodotti tal-bajd u l-albumina li joriġinaw mill-Ukrajna

112

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2411 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael

114

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2412 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwoti tarrifarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 442/2009 fis-settur tal-laħam tal-majjal

116

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/2413 tad-9 ta' Diċembru 2015 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (EUPOL Afghanistan/2/2015)

118

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2414 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar il-pubblikazzjoni b'restrizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard EN 521:2006 Speċifikazzjonijiet għal tagħmir għal applikazzjonijiet ta' gass minn żejt apposta mhux raffinat likwefatt — Applikazzjonijiet li jistgħu jinġarru li jaħdmu bi pressjoni ta' fwar ta' gass minn żejt mhux raffinat likwefatt skont id-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2015) 9145)  ( 1 )

120

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2415 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-approvazzjoni skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku fl-ajruporti ta' Milan Malpensa, ta' Milan Linate u ta' Orio al Serio (Bergamo) (notifikata bid-dokument C(2015) 9177)

124

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2416 tas-17 ta' Diċembru 2015 li tirrikonoxxi ċerti żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire (notifikata bid-dokument C(2015) 9185)

128

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2417 tas-17 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2015) 9191)

143

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2418 tat-18 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

148

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni (UE) 2015/2419 tas-16 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina

150

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2399

tas-26 ta' Ottubru 2015

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ittrasferixxa r-referenza għar-Repubblika tal-Kolombja mill-Anness I għall-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2).

(2)

Dik ir-referenza għar-Repubblika tal-Kolombja hija akkumpanjata b'nota f'qiegħ il-paġna li tispeċifika li l-eżenzjoni mir-rekwiżit ta' viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.

(3)

F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 509/2014, il-Kummissjoni vvalutat is-sitwazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja fir-rigward tal-kriterji stabbiliti f'dak ir-Regolament. Fid-29 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni adottat rapport li jikkonkludi li t-titjib sinifikanti tas-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u tas-sigurtà Kolombjana f'dawn l-aħħar snin ipprovda ġustifikazzjoni għall-eżenzjoni taċ-ċittadini Kolombjani mir-rekwiżit tal-viża meta jivvjaġġaw lejn l-Unjoni Ewropea.

(4)

Fid-19 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjatii mar-Repubblika tal-Kolombja għall-konklużjoni ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (il-“Ftehim”).

(5)

In-negozjati dwar il-Ftehim saru fl-20 ta' Mejju 2015 u ġew iffinalizzati b'suċċess billi l-ftehim ġie inizjalat, permezz ta' skambju ta' ittri, fid-9 ta' Ġunju 2015.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, u d-dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim għandhom jiġu approvati,f'isem l-Unjoni. Il-Ftehim għandu japplika fuq bażi provviżorja, mill-jum wara dak tal-iffirmar tiegħu, sakemm jintemmu l-proċeduri għall-konklużjoni formali tiegħu.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li r-Renju Unit ma jieħux sehem fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem f'adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tieħux sehem fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem f'adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (il-“Ftehim”) huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-dikjarazzjonijiet mehmuża ma' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Il-Ftehim għandu japplika b'mod provviżorju mill-jum wara dak tal-iffirmar tiegħu (5), sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għal konklużjoni tiegħu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. DIESCHBOURG


(1)  Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 149, 20. 5.2014, p. 67).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  Id-data tal-iffirmar tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/3


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni” jew “l-UE”, u

IR-REPUBBLIKA TAL-KOLOMBJA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “Kolombja”,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin il-“Partijiet Kontraenti”,

BIL-ĦSIEB li jiġu żviluppati ulterjorment relazzjonijiet ta' ħbiberija bejn il-Partijiet Kontraenti u bix-xewqa li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar billi jiġi żgurat dħul u soġġorn għal perijodu qasir mingħajr viża għaċ-ċittadini tagħhom,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dak ir-rekwiżit (1), billi, inter alia, jittrasferixxi 19-il pajjiż terz, inkluża l-Kolombja, mal-lista ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mir-rekwiżit tal-viża għal soġġorni qosra fl-Istati Membri,

FILWAQT LI HUMA KONXJI li l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 509/2014 jistipula li għal dawk id-19-il pajjiż, l-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni,

FILWAQT LI JIXTIEQU li jitħares il-prinċipju ta' trattament ugwali taċ-ċittadini kollha tal-UE,

FILWAQT LI JQISU li l-persuni li jivvjaġġaw bil-għan li jwettqu attività bi ħlas matul is-soġġorn qasir tagħhom mhumiex koperti b'dan il-Ftehim u għalhekk għal dik il-kategorija r-regoli rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u tal-liġi nazzjonali tal-Kolombja dwar l-obbligu jew l-eżenzjoni mill-viża u dwar l-aċċess għal impjieg jibqgħu japplikaw,

FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

Dan il-Ftehim jipprovdi għal vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini tal-Kolombja meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għall-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a)

“Stat Membru” għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda;

(b)

“ċittadin tal-Unjoni” għandha tfisser ċittadin ta' Stat Membru kif definit fil-punt (a);

(c)

“ċittadin tal-Kolombja” tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza tal-Kolombja;

(d)

“żona Schengen” għandha tfisser iż-żona mingħajr fruntieri interni li tinkludi t-territorji tal-Istati Membri kif definit fil-punt (a) li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

(e)

Acquis ta' Schengen” għandha tfisser il-miżuri kollha, kif imsemmi fil-Protokoll Nru 19 tal-acquis ta' Schengen integrati fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewroepa, maħsuba biex jiżguraw in-nuqqas ta' kontrolli fuq persuni fil-fruntieri interni, flimkien ma' politika komuni dwar il-kontrolli fil-fruntieri esterni u dwar il-viża, kif ukoll miżuri ta' sostenn direttament relatati biex jipprevjenu u jiġġieldu l-kriminalità.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku, tas-servizz, uffiċjali jew speċjali, li hu validu u maħruġ minn Stat Membru, jistgħu jidħlu u jibqgħu mingħajr viża fit-territorju tal-Kolombja għall-perijodu ta' soġġorn kif definit fl-Artikolu 4(1).

Iċ-ċittadini tal-Kolombja li għandhom passaport ordinarju, diplomatiku, tas-servizz, uffiċjali jew speċjali, li hu validu u maħruġ mill-Kolombja, jistgħu jidħlu u jibqgħu mingħajr viża fit-territorju tal-Istati Membri għall-perijodu tas-soġġorn kif definit fl-Artikolu 4(2).

2.   Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma japplikax għall-persuni li jivvjaġġaw bil-għan li jwettqu attività bi ħlas.

Għal dik il-kategorija ta' persuni, kull Stat Membru jista' jiddeċiedi b'mod individwali li jimponi r-rekwiżit ta' viża fuq iċ-ċittadini tal-Kolombja jew li jirtiraha f'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (2).

Għal dik il-kategorija ta' persuni, il-Kolombja tista' tiddeċiedi dwar ir-rekwiżit tal-viża jew l-eżenzjoni mill-viża għaċ-ċittadini ta' kull Stat Membru b'mod individwali f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.

3.   L-eżenzjoni mill-viża pprovduta b'dan il-Ftehim tapplika mingħajr preġudizzju għal-liġijiet tal-Partijiet Kontraenti dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tas-soġġorn qasir. L-Istati Membri u l-Kolombja jirriżervaw id-dritt li jirrifjutaw id-dħul u s-soġġorn qasir fit-territorji tagħhom jekk waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet ma tintlaħaqx.

4.   L-eżenzjoni mill-viża tapplika irrispettivament mill-metodu ta' trasport użat biex jinqasmu l-fruntieri tal-Partijiet Kontraenti.

5.   Kwistjonijiet mhux koperti minn dan il-Ftehim għandhom ikunu koperti mil-liġi tal-Unjoni, mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u mil-liġi nazzjonali tal-Kolombja.

Artikolu 4

Tul ta' żmien tas-soġġorn

1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Kolombja għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

2.   Iċ-ċittadini tal-Kolombja jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum. Dak il-perijodu għandu jiġi kkalkulat indipendentement minn kwalunkwe soġġorn fi Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

Iċ-ċittadini tal-Kolombja jistgħu jibqgħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum fit-territorju ta' kull Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, indipendentement mill-perijodu tas-soġġorn ikkalkulat għat-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

3.   Dan il-Ftehim ma jaffettwax il-possibbiltà għall-Kolombja u għall-Istati Membri biex jestendu l-perijodu tas-soġġorn għal aktar minn 90 jum f'konformità mal-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom u l-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 5

Applikazzjoni territorjali

1.   Fir-rigward tar-Repubblika Franċiża, dan il-Ftehim għandu japplika biss għat-territorju Ewropew tar-Repubblika Franċiża.

2.   Fir-rigward tar-Renju tan-Netherlands, dan il-Ftehim għandu japplika biss għat-territorju Ewropew tar-Renju tan-Netherlands.

Artikolu 6

Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt ta' esperti (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”), magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u minn rappreżentanti tal-Kolombja. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea.

2.   Il-Kumitat għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)

li jimmonitorja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(b)

li jissuġġerixxi emendi jew żidiet għal dan il-Ftehim;

(c)

li jsolvi tilwimiet li jqumu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

(d)

kwalunkwe kompitu ieħor maqbul bejn il-partijiet Kontraenti.

3.   Il-Kumitat għandu jitlaqqa' kull meta jkun meħtieġ, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti.

4.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess.

Artikolu 7

relazzjoni bejn dan il-Ftehim ma' ftehimiet bilaterali eżistenti dwar l-eżenzjoni mill-viża bejn l-Istati Membri u l-Kolombja

Dan il-Ftehim għandu jkollu preċedenza fuq kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali konkluż bejn l-Istati Membri individwali u l-Kolombja, sa fejn dawn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti f'konformità mal-proċeduri interni rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-aħħar waħda miż-żewġ notifiki li bihom il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin li dawk il-proċeduri jkunu tlestew.

Sakemm jidħol fis-seħħ, dan il-Ftehim jiġi applikat mill-jum wara d-data tal-iffirmar tiegħu.

2.   Dan il-Ftehim qed jiġi konkluż għal perijodu indefinit, kemm-il darba ma jiġix terminat f'konformità mal-paragrafu 5.

3.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat bi ftehim bil-miktub mill-Partijiet Kontraenti. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom li huma meħtieġa għal dan il-għan.

4.   Kull Parti Kontraenti tistà tissospendi l-Ftehim kollu jew parti minnu, b'mod partikolari, għal raġunijiet ta' politika pubblika, il-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali jew il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-immigrazzjoni illegali jew l-introduzzjoni mill-ġdid tar-rekwiżit tal-viża minn kwalunkwe Parti Kontraenti. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni għandha tiġi notifikata lill-Parti Kontraenti l-oħra mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-dħul fis-seħħ ippjanat tagħha. Il-Parti Kontraenti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tgħarraf minnufih lill-Parti Kontraenti l-oħra f'każ li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jibqgħux jeżistu aktar u għandha tneħħi dik is-sospensjoni.

5.   Kull Parti Kontraenti tista' tittermina dan il-Ftehim billi tavża bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim ma jibqax fis-seħħ 90 jum wara dik id-data.

6.   Il-Kolombja tista' tissospendi jew tittermina dan il-Ftehim biss fil-konfront tal-Istati Membri kollha.

7.   L-Unjoni tista' tissospendi jew tittermina dan il-Ftehim biss fil-konfront tal-Istati Membri kollha tagħha.

Magħmul f'żewġ kopji, fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Netherlandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż, fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на втори декември две хиляди и петнадесета година.

Hecho en Bruselas, el dos de diciembre de dos mil quince.

V Bruselu dne druhého prosince dva tisíce patnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den anden december to tusind og femten.

Geschehen zu Brüssel am zweiten Dezember zweitausendfünfzehn.

Kahe tuhande viieteistkümnenda aasta detsembrikuu teisel päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δύο Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δεκαπέντε.

Done at Brussels on the second day of December in the year two thousand and fifteen.

Fait à Bruxelles, le deux décembre deux mille quinze.

Sastavljeno u Bruxellesu drugog prosinca dvije tisuće petnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì due dicembre duemilaquindici.

Briselē, divi tūkstoši piecpadsmitā gada otrajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai penkioliktų metų gruodžio antrą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kéteze-tizenötödik év december havának második napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tieni jum ta’ Diċembru fis-sena elfejn u ħmistax.

Gedaan te Brussel, de tweede december tweeduizend vijftien.

Sporządzono w Brukseli dnia drugiego grudnia roku dwa tysiące piętnastego.

Feito em Bruxelas, em dois de dezembro de dois mil e quinze.

Întocmit la Bruxelles la doi decembrie două mii cincisprezece.

V Bruseli druhého decembra dvetisíctridsať.

V Bruslju, dne drugega decembra leta dva tisoč petnajst.

Tehty Brysselissä toisena päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattaviisitoista.

Som skedde i Bryssel den andra december år tjugohundrafemton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 1

За Република Колумбия

Por la República de Colombia

Za Kolumbijskou republiku

For Republikken Colombia

Für die Republik Kolumbien

Colombia Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Κολομβίας

For the Republic of Colombia

Pour la République de la Colombie

Za Republiku Kolumbiju

Per la Repubblica di Colombia

Kolumbijas Republikas vārdā –

Kolumbijos Respublikos vardu

A Kolumbiai Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tal-Kolombja

Voor de Republiek Colombia

W imieniu Republiki Kolumbii

Pela República da Colômbia

Pentru Republica Columbia

Za Kolumbijskú republiku

Za Republiko Kolumbijo

Kolumbian tasavallan puolesta

För Republiken Colombia

Image 2


(1)   ĠU L 149, 20.5.2014, p. 67.

(2)  Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA FIR-RIGWARD TAL-IŻLANDA, IN-NORVEĠJA, L-IŻVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN

Il-Partijiet Kontraenti jirrimarkaw ir-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, b'mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehimiet tat-18 ta' Mejju 1999 u tas-26 ta' Ottubru 2004 dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen.

F'ċirkostanzi bħal dawn hu mixtieq li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, min-naħa, u l-Kolombja, min-naħa l-oħra, jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir f'termini simili għal dawk ta' dan il-Ftehim.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAL-KATEGORIJA TA' PERSUNI LI JIVVJAĠĠAW BIL-GĦAN LI JWETTQU ATTIVITÀ BI ĦLAS KIF PREVIST FL-ARTIKOLU 3(2) TA' DAN IL-FTEHIM

Xewqana li tkun żgurata interpretazzjoni komuni, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li, għall-għan ta' dan il-Ftehim, il-kategorija ta' persuni li jwettqu attività bi ħlas tkopri l-persuni li jidħlu b'għan li jkollhom mestier bi qligħ jew attività b'remunerazzjoni fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra bħala impjegat jew fornitur ta' servizz.

Din il-kategorija ma għandhiex tkopri:

persuni tan-negozju, jiġifieri persuni li jivvjaġġaw b'għan ta' deliberazzjoni tan-negozju (mingħajr ma jkunu impjegati fil-pajjiż tal-Parti Kontraenti l-oħra),

persuni tal-isports jew artisti li jeżebixxu attività fuq bażi ad hoc,

ġurnalisti mibgħuta mill-midja tal-pajjiż ta' residenza tagħhom, u,

apprendisti intra-korporattivi.

L-implimentazzjoni ta' din id-Dikjarazzjoni għandha tkun immonitorjata mill-Kumitat Konġunt fi ħdan ir-responsabbiltà tiegħu skont l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim, li jista' jipproponi modifiki meta, fuq il-bażi tal-esperjenzi tal-Partijiet Kontraenti, jikkunsidrah neċessarju.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAL-PERIJODU TA' 90 JUM FI KWALUNKWE PERIJODU TA' 180 JUM KIF STABBILIT FL-ARTIKOLU 4 TA' DAN IL-FTEHIM

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum kif previst mill-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim ifisser soġġorn kontinwu jew bosta soġġorni konsekuttivi, li t-tul ta' żmien totali tagħhom ma jaqbiżx id-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perijodu ta' referenza mobbli ta' 180 jum, billi wieħed iħares lura lejn kull ġurnata tas-soġġorn fl-aħħar perijodu ta'180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżit tad-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum għadux jiġi ssodisfat. Inter alia, dan ifisser li assenza għal perijodu mhux interrott ta' 90 jum tippermetti li jkun hemm soġġorn ġdid ta' mhux aktar minn 90 jum.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA LIĊ-ĊITTADINI DWAR IL-FTEHIM DWAR L-EŻENZJONI MILL-VIŻA

Filwaqt li tkun rikonoxxuta l-importanza tat-trasparenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u għaċ-ċittadini tal-Kolombja, il-Partijiet Kontraenti jiftiehmu li jiżguraw it-tixrid totali ta' informazzjoni dwar il-kontenut u tal-konsegwenzi tal-ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża u kwistjonijiet relatati, bħall-kundizzjonijiet għad-dħul fit-territorju.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTRODUZZJONI TA' PASSAPORTI BIJOMETRIĊI MIR-REPUBBLIKA TAL-KOLOMBJA

Ir-Repubblika tal-Kolombja bħala Parti Kontraenti tiddikjara li hija tat kuntratt dwar il-produzzjoni ta' passaporti bijometriċi u timpenja ruħha li tibda toħroġ passaporti bijometriċi liċ-ċittadini tagħha sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2015. Dawn il-passaporti ser jikkonformaw b'mod sħiħ mar-rekwiżiti tal-ICAO stipulati fid-Dokument 9303 tal-ICAO.

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li n-nuqqas li jinbdew jiġu introdotti passaporti bijometriċi sal-31 ta' Diċembru 2015 jikkostitwixxi bażi suffiċjenti għal sospensjoni ta' dan il-Ftehim skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 8(4) tiegħu.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-KOOPERAZZJONI RIGWARD IL-MIGRAZZJONI IRREGOLARI

Il-Partijiet Kontraenti jfakkru l-impenn tagħhom rigward ir-riammissjoni tal-migranti irregolari tagħhom, kif previst fl-Artikolu 49(3) tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Komunità Andina u l-pajjiżi membri tagħha, min-naħa l-oħra li kien iffirmat fil-15 ta' Diċembru 2003.

Il-Partijiet Kontraenti se jissorveljaw dan l-impenn mill-qrib. Huma jaqblu li jikkonkludu, fuq talba ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti, u b'mod partikolari fil-każ ta' żieda tal-migrazzjoni irregolari u fil-każ ta' problemi dwar ir-riammissjoni ta' migranti irregolari wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ftehim li jirregola l-obbligi speċifiċi għaż-żewġ partijiet dwar ir-riammissjoni ta' immigranti irregolari.

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li tali ftehim ta' riammissjoni jkun element importanti li jsaħħaħ l-impenji reċiproċi meħuda f'dan il-Ftehim u li nuqqas li jikkonkludu ftehim ta' riammissjoni fuq tali talba jikkostitwixxi bażi suffiċjenti ta' kwalunwe waħda mill-Partijiet Kontraenti għal sospensjoni ta' dan il-Ftehim skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 8(4) tiegħu.


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2400

tat-8 ta' Diċembru 2015

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 115, flimkien mal-Artikolu 218(6)(b) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/860 (1), il-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet ġie ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

It-test tal-Protokoll Emendatorju, li huwa r-riżultat tan-negozjati, jirrifletti b'mod korrett id-direttiva ta' negozjati maħruġa mill-Kunsill, billi jallinja l-Ftehim mal-aktar żviluppi reċenti fil-livell internazzjonali rigward l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni, jiġifieri l-Istandard Globali għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji fi kwistjonijiet tat-taxxa żviluppat mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD). L-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-Konfederazzjoni Żvizzera pparteċipaw b'mod attiv fil-ħidma tal-OECD. It-test tal-Ftehim, kif emendat bil-Protokoll Emendatorju, huwa l-bażi legali għall-implimentazzjoni tal-Istandard Globali fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Konfederazzjoni Żvizzera.

(3)

Il-Protokoll Emendatorju għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Protokoll Emendatorju huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll Emendatorju (2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Konfederazzjoni Żvizzera u lill-Istati Membri dwar in-notifikazzjonijiet mogħtija skont il-punt (d) tal-Artikolu 1(1) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali kif jirriżulta mill-Protokoll Emendatorju.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/860 tas-26 ta' Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet (ĠU L 136, 3.6.2015, p. 5).

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/12


PROTOKOLL EMENDATORJU

għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet

L-UNJONI EWROPEA,

u

IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Iżvizzera”,

minn hawn 'il quddiem it-tnejn imsejħa “Parti Kontraenti” jew, flimkien, bħala “Partijiet Kontraenti”,

BL-GĦAN li jiġi implimentat l-Istandard tal-OECD għall-Iskambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Standard Globali”, f'qafas ta' kooperazzjoni li jikkunsidra l-interessi leġittimi taż-żewġ Partijiet Kontraenti,

BILLI l-Partijiet Kontraenti għandhom relazzjoni fit-tul u mill-qrib f'dak li jirrigwarda l-assistenza reċiproka fil-kwistjonijiet fiskali, b'mod partikolari b'rabta mal-applikazzjoni ta' miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx (1), u jixtiequ jtejbu l-konformità fiskali internazzjonali billi jkomplu jibnu fuq dik ir-relazzjoni,

BILLI l-Partijiet Kontraenti jixtiequ jikkonkludu ftehim sabiex itejbu l-konformità fiskali internazzjonali bbażata fuq l-iskambju awtomatiku reċiproku ta' informazzjoni, soġġett għal ċerta kunfidenzjalità u protezzjonijiet oħrajn, inklużi dispożizzjonijiet li jillimitaw l-użu tal-informazzjoni skambjata,

BILLI l-Artikolu 10 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”), fil-forma preċedenti tiegħu qabel ġie emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju, li attwalment jipprevedi l-iskambju ta' informazzjoni fuq talba biss għal imġiba li tikkostitwixxi evażjoni tat-taxxa u elementi simili, għandu jiġi allinjat mal-istandard tal-OECD dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet fiskali,

BILLI l-Partijiet Kontraenti se japplikaw il-liġijiet u l-prattiki rispettivi tagħhom dwar il-protezzjoni tad-data għall-ipproċessar ta' data personali skambjata skont il-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju u jintrabtu li jinnotifikaw lil xulxin mingħajr dewmien żejjed f'każ ta' kwalunkwe bidla fis-sustanza ta' dawk il-liġijiet u prattiki,

BILLI l-Istati Membri u l-Iżvizzera għandhom fis-seħħ (i) salvagwardji xierqa sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni riċevuta skont il-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju tibqa' kunfidenzjali u tintuża biss għall-finijiet ta', u mill-persuni jew l-awtoritajiet involuti, fil-valutazzjoni jew il-ġbir jew l-irkupru ta', l-infurzar jew il-prosekuzzjoni fir-rigward ta', jew id-determinazzjoni ta' appelli relatati mat-taxxa, jew is-sorveljanza tagħhom, kif ukoll għal finijiet awtorizzati oħrajn, u (ii) l-infrastruttura għal relazzjoni effettiva ta' skambju (li tinkludi proċessi stabbiliti għall-iżgurar ta' skambji ta' informazzjoni f'waqthom, eżatti, siguri u kunfidenzjali, komunikazzjonijiet effettivi u affidabbli, u kapaċitajiet biex jissolvew kwistjonijiet u tħassib dwar skambji jew talbiet għal skambji u sabiex jamministraw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tal-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju),

BILLI l-kategoriji ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti u Kontijiet Rapportabbli koperti mill-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju huma mfassla biex jillimitaw l-opportunatijiet għal min iħallas it-taxxa biex jevitaw li jiġu rrappurtati billi jċaqilqu l-assi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji jew jinvestu fi prodotti finanzjarji li huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju. Madankollu, ċertu Istituzzjonijiet Finanzjarji u kontijiet li jippreżentaw riskju baxx li jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni. Ġeneralment, ma għandhomx jiġu inklużi limiti, għaliex dawn jistgħu faċilment jinħarbu billi l-kontijiet jinqasmu f'Istituzzjonijiet Finanzjarji differenti. L-informazzjoni finanzjarja li jeħtieġ li tiġi rrappurtata u skambjata ma għandhiex tikkonċerna biss id-dħul rilevanti kollu (interessi, dividendi u tipi simili ta' dħul) iżda wkoll bilanċi tal-kontijiet u dħul mill-bejgħ minn Assi Finanzjarji, sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn min iħallas it-taxxa jfittex jaħbi kapital li fih innifsu jirrappreżenta dħul jew assi li fir-rigward tagħhom tkun ġiet evitata t-taxxa. Għalhekk, l-ipproċessar ta' informazzjoni skont il-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju huwa meħtieġ u proporzjonat għall-għan tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri u tal-Iżvizzera li jkunu jistgħu jidentifikaw b'mod korrett u inekwivoku lill-persuni li jħallsu t-taxxa kkonċernati, jamministraw u jinfurzaw il-liġijiet tat-taxxa tagħhom f'sitwazzjonijiet transkonfinali, jevalwaw kemm hu possibbli li ssir evażjoni tat-taxxa u jevitaw li jsiru investigazzjonijiet ulterjuri li mhumiex meħtieġa,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”) għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

it-titolu għandu jiġi sostitwit bi:

“Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali”;

(2)

L-Artikoli 1 sa 22 għandhom jiġu sostitwiti bi:

“Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a)

‘Unjoni Ewropea’ tfisser l-Unjoni kif stabbilita bit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tinkludi t-territorji li fihom jiġi applikat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat tal-aħħar.

(b)

‘Stat Membru’ tfisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

(c)

‘Żvizzera’ tfisser it-territorju tal-Konfederazzjoni Żvizzera kif definit bil-liġijiet tagħha skont id-dritt internazzjonali.

(d)

‘Awtoritajiet Kompetenti tal-Iżvizzera’ u ‘Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri’ għandhom ifissru l-awtoritajiet elenkati fl-Anness III, taħt (a) u taħt (b) sa (ac) rispettivament. L-Anness III għandu jifforma parti integrali minn dan il-Ftehim. Il-lista ta' Awtoritajiet Kompetenti fl-Anness III tista' tiġi emendata permezz ta' notifika sempliċi lill-Parti Kontraenti l-oħra mingħand l-Iżvizzera għall-awtorità msemmija (a) hemmhekk u mill-Unjoni Ewropea għall-awtoritajiet imsemmija f'(b) sa (ac) hemmhekk.

(e)

‘Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru’ tfisser (i) kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja residenti fi Stat Membru, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe fergħa ta' dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li tinsab barra dak l-Istat Membru, u (ii) kwalunkwe fergħa ta' Istituzzjoni Finanzjarja li mhijiex residenti f'dak l-Istat Membru, jekk dik il-fergħa tinsab f'dak l-Istat Membru.

(f)

‘Istituzzjoni Finanzjarja Żvizzera’ tfisser (i) kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja residenti fl-Iżvizzera, iżda jeskludi kwalunkwe fergħa ta' dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li tinsab barra l-Iżvizzera, u (ii) kwalunkwe fergħa ta' Istituzzjoni Finanzjarja li mhijiex residenti fl-Iżvizzera, jekk dik il-fergħa tinsab l-Iżvizzera.

(g)

‘Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti’ tfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru jew tal-Iżvizzera, skont kif jeħtieġ il-kuntest, li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti.

(h)

‘Kont Rapportabbli’ tfisser Kont Rapportabbli ta' Stat Membru jew Kont Rapportabbli Żvizzeru, skont kif jeħtieġ il-kuntest, diment li jkun ġie identifikat bħala tali skont proċeduri ta' diliġenza dovuta, konsistenti mal-Annessi I u II, stabbiliti f'dak l-Istat Membru jew fl-Iżvizzera.

(i)

‘Kont Rapportabbli ta' Stat Membru’ tfisser Kont Finanzjarju li jkun miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti Żvizzera u miżmum minn Persuna jew aktar tal-Istat Membru li huma Persuni Rapportabbli jew minn NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli ta' Stat Membru.

(j)

‘Kont Rapportabbli Żvizzeru’ tfisser Kont Finanzjarju li jkun miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ta' Stat Membru u miżmum minn persuna jew aktar Żvizzeri li huma Persuni Rapportabbli jew minn NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli Żvizzeri.

(k)

‘Persuna ta' Stat Membru’ tfisser individwu jew Entità identifikati minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti Żvizzera bħala residenti fi Stat membru skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II, jew proprjetà ta' persuna deċeduta li kienet residenti ta' Stat Membru.

(l)

‘Persuna Żvizzera’ tfisser individwu jew Entità identifikati minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ta' Stat Membru bħala residenti fl-Iżvizzera skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II, jew proprjetà ta' persuna deċeduta li kienet residenti tal-Iżvizzera.

2.   Kwalunkwe terminu b'ittra inizjali kapitali li mhuwiex definit mod ieħor f'dan il-Ftehim għandu jkollu t-tifsira li kellu meta nkiteb, (i) fil-każ tal-Istati Membri, fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (2) jew, fejn applikabbli, fil-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru li japplika l-Ftehim, u (ii) fil-każ tal-Iżvizzera, fil-liġijiet nazzjonali tagħha, u t-tifsira għandha tkun konsistenti mat-tifsira stipulata fl-Annessi I u II.

Kwalunkwe terminu li mhuwiex definit mod ieħor f'dan il-Ftehim jew fl-Annessi I jew II għandu jkollu, sakemm il-kuntest ma jkunx jeħtieġ mod ieħor jew sakemm l-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru u l-Awtorità Kompetenti tal-Iżvizzera ma jaqblux dwar tifsira komuni kif stipulat fl-Artikolu 7 (b'konformità mal-liġijiet nazzjonali), it-tifsira li jkollu f'dak il-waqt skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni kkonċernata li tapplika dan il-Ftehim, (i) fil-każ tal-Istati Membri, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni jew, fejn applikabbli, il-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, u (ii) fil-każ tal-Iżvizzera, skont il-liġi nazzjonali tagħha, bi kwalunkwe tifsira skont il-liġijiet fiskali applikabbli tal-ġurisdizzjoni kkonċernata (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) tipprevali fuq tifsira mogħtija lit-terminu skont liġijiet oħrajn ta' dik il-ġurisdizzjoni.

Artikolu 2

Skambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Rapportabbli

1.   Skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u soġġett għar-regoli applikabbli dwar ir-rapportar u d-diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II, li għandhom jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim, kull sena l-Awtorità Kompetenti tal-Iżvizzera għandha tiskambja mal-Awtoritajiet Kompetenti ta' kull Stat Membru, u l-Awtoritajiet Kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jiskambjaw kull sena mal-Awtorità Kompetenti tal-Iżvizzera, fuq bażi awtomatika, l-informazzjoni miksuba skont dawn ir-regoli u li huma speċifikati fil-paragrafu 2.

2.   L-informazzjoni li għandha tiġi skambjata fir-rigward ta' kull Kont Rapportabbli Żvizzeru, fil-każ ta' Stat Membru, u kull Kont Rapportabbli ta' kull Stat Membru fil-każ tal-Iżvizzera, hija:

(a)

l-isem, l-indirizz, in-NIT u d-data u l-post tat-twelid (fil-każ ta' individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li hija Detentur ta' Kont tal-kont u, fil-każ ta' Entità li hija Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni ta' proċeduri ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II, hija identifikata bħala li għandha Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li hija Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz u in-NIT tal-Entità u l-isem, l-indirizz, in-NIT u d-data u l-post tat-twelid ta' kull Persuna Rapportabbli;

(b)

in-numru tal-kont (jew ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' numru tal-kont);

(c)

l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni (jekk ikun hemm) tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

(d)

il-bilanċ jew il-valur tal-kont (inkluż, fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, il-Valur fi Flus jew il-valur ta' ċessjoni) fl-aħħar tas-sena kalendarja rilevanti jew ta' perjodu ta' rapportar xieraq ieħor jew, jekk il-kont ikun ingħalaq matul sena jew perjodu partikolari, l-għeluq tal-kont;

(e)

fil-każ ta' kwalunkwe Kont ta' Kustodja:

(i)

l-ammont gross totali ta' interessi, l-ammont gross totali ta' dividendi, u l-ammont gross totali ta' dħul ieħor iġġenerat fir-rigward tal-assi miżmuma fil-kont, f'kull każ imħallas jew ikkreditat lill-kont (jew fir-rigward tal-kont) matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rapportar xieraq ieħor; u

(ii)

ir-rikavat gross totali mill-bejgħ jew l-amortizzazzjoni ta' Assi Finanzjarji mħallsas jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rapportar xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti aġixxiet bħala kustodju, intermedjarju, persuna nominata, jew inkella bħala aġent tad-Detentur ta' Kont;

(f)

fil-każ ta' kwalunkwe Kont Depożitarju, l-ammont gross totali ta' interessi mħallsa jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rapportar xieraq ieħor; u

(g)

fil-każ ta' kwalunkwe kont mhux deskritt fis-subparagrafu 2(e) jew (f), l-ammont gross totali mħallas jew ikkreditat lid-Detentur ta' Kont fir-rigward tal-kont matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rapportar xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun l-obbligant jew id-debitur, inkluż l-ammont aggregat ta' kwalunkwe pagament ta' amortizzazzjoni magħmul lid-Detentur ta' Kont matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rapportar xieraq ieħor.

Artikolu 3

Iż-żmien u l-mod ta' Skambju Awtomatiku ta' Informazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni fl-Artikolu 2, l-ammont u l-karatterizzazzjoni ta' pagamenti magħmula fir-rigward ta' Kont Rapportabbli għandhom ikunu ddeterminati f'konformità mal-prinċipji tal-liġijiet fiskali tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) li tiskambja l-informazzjoni.

2.   Għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni fl-Artikolu 2, l-informazzjoni skambjata għandha jkollha tidentifika l-munita li fiha huwa ddenominat kull ammont rilevanti.

3.   Fir-rigward tal-Artikolu 2(2), l-informazzjoni għandha tiġi skambjata fir-rigward tal-ewwel sena mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015 u s-snin kollha sussegwenti, u għandha tiġi skambjata fi żmien disa' xhur wara t-tmiem tas-sena kalendarja li magħha hija marbuta l-informazzjoni.

4.   L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 2 b'mod awtomatiku, permezz ta' skema ta' standard komuni ta' rapportar f'Extensible Markup Language.

5.   L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqblu dwar metodu jew diversi metodi għat-trażmissjoni tad-data, inkluż dwar standards ta' kriptaġġ.

Artikolu 4

Kooperazzjoni dwar il-Konformità u l-Infurzar

L-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru għandha tinnotifika lill-Awtorità Kompetenti tal-Iżvizzera u l-Awtorità Kompetenti tal-Iżvizzera għandha tinnotifika lill-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru meta l-ewwel Awtorità Kompetenti msemmija (dik li tinnotifika) jkollha raġunijiet biex tissuspetta li seta' kien hemm żball li wassal għal rapportar ħażin jew mhux komplut ta' informazzjoni skont l-Artikolu 2, jew li seta' kien hemm nuqqas ta' konformità minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mar-rekwiżiti ta' rapportar applikabbli u mal-proċeduri ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II. L-Awtorità Kompetenti notifikata għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali tagħha sabiex tindirizza dawk l-iżbalji jew in-nuqqas ta' konformità deskritt fl-avviż.

Artikolu 5

Skambju ta' Informazzjoni fuq Talba

1.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 u ta' kwalunkwe ftehim ieħor li jipprevedi l-iskambju ta' informazzjoni fuq talba bejn l-Iżvizzera u kwalunkwe Stat Membru, l-Awtorità Kompetenti tal-Iżvizzera u l-Awtorità Kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru għandhom jiskambjaw fuq talba dik l-informazzjoni li tkun tidher li hi rilevanti għat-twettiq ta' dan il-Ftehim jew għall-amministrazzjoni jew l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali li jirrigwardaw it-taxxi ta' kull tip u deskrizzjoni imposti f'isem l-Iżvizzera u l-Istati Membri, jew f'isem is-sottodiviżjonijiet politiċi jew l-awtoritajiet lokali tagħhom, sakemm it-tassazzjoni skont dawn il-liġijiet nazzjonali ma tmurx kontra ftehim applikabbli dwar it-taxxa doppja bejn l-Iżvizzera u l-Istat Membru kkonċernat.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 6 bl-ebda mod ma għandhom jinftiehmu bħala li jimponu fuq l-Iżvizzera jew fuq Stat Membru l-obbligu:

(a)

li jwettqu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet u mal-prattika amministrattiva tal-Iżvizzera jew ta' dak l-Istat Membru, rispettivament;

(b)

li jipprovdu informazzjoni li ma tistax tinkiseb jekk mhux b'konformità mal-liġijiet jew fl-andament normali tal-amministrazzjoni tal-Iżvizzera jew ta' dak l-Istat Membru, rispettivament;

(c)

li jipprovdu informazzjoni li tiżvela kwalunkwe sigriet kummerċjali, tan-negozju, industrijali, jew professjonali jew proċess jew informazzjoni kummerċjali, li l-iżvelar tagħha tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).

3.   Jekk tintalab informazzjoni minn Stat Membru li jkun, jew mill-Iżvizzera li tkun, qed taġixxi bħala l-ġurisdizzjoni li qed tagħmel it-talba skont dan l-Artikolu, l-Iżvizzera jew l-Istat Membru li jkun qed jaġixxi bħala l-ġurisdizzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata t-talba għandu juża il-miżuri ta' ġbir ta' informazzjoni tiegħu sabiex tinkiseb l-informazzjoni mitluba, anki jekk il-ġurisdizzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata t-talba ma tkunx teħtieġ tali informazzjoni għall-iskopijiet fiskali tagħha stess. L-obbligu li jinsab fis-sentenza preċedenti huwa soġġett għal-limitazzjonijiet tal-paragrafu 2, iżda dawn il-limitazzjonijiet fl-ebda każ ma għandhom jinftiehmu bħala li jippermettu lill-ġurisdizzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata t-talba li tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni għas-sempliċi raġuni li ma għandha l-ebda interess nazzjonali f'din l-informazzjoni.

4.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 fl-ebda każ ma għandhom jinftiehmu bħala li jippermettu lill-Iżvizzera jew lil Stat Membru jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni biss minħabba li l-informazzjoni tkun qed tinżamm minn bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, persuna nominata jew persuna li taġixxi f'aġenzija jew f'kapaċità fiduċjarja, jew minħabba li hija relatata ma' interessi proprjetarji f'persuna.

5.   L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqblu dwar il-forom standard li jridu jintużaw kif ukoll dwar metodu jew diversi metodi ta' trażmissjoni tad-data, inklużi standards ta' kriptaġġ.

Artikolu 6

Kunfidenzjalità u protezzjoni ta' data personali

1.   Kwalunkwe informazzjoni miksuba minn ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) skont dan il-Ftehim għandha tkun ittrattata bħala kunfidenzjali u għandha tiġi protetta bl-istess mod li bih tiġi ttrattata u protetta l-informazzjoni miksuba skont il-liġijiet nazzjonali ta' dik il-ġurisdizzjoni u, safejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni tad-data personali, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, u salvagwardji li jistgħu jkunu speċifikati mill-ġurisdizzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kif meħtieġ skont il-liġi nazzjonali tagħha.

2.   Tali informazzjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tiġi żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi amministrattivi jew superviżorji) ikkonċernati bil-valutazzjoni, il-ġbir jew l-irkupru ta', l-infurzar jew il-prosekuzzjoni fir-rigward ta', jew id-determinazzjoni ta' appelli b'rabta ma' taxxi ta' dik il-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera), jew is-sorveljanza ta' dawn. Il-persuni jew l-awtoritajiet imsemmija hawn fuq biss jistgħu jużaw l-informazzjoni u dan biss għall-finijiet spjegati fis-sentenza preċedenti. Dawn, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, jistgħu jiżvelawha fi proċeduri ta' qrati pubbliċi jew f'deċiżjonijiet ġudizzjarji relatati ma' tali taxxi.

3.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti, informazzjoni riċevuta minn ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) tista' tintuża għal skopijiet oħrajn meta tali informazzjoni tista' tintuża hekk skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni li tipprovdi l-informazzjoni (li tkun, rispettivament, l-Iżvizzera jew Stat Membru) u l-Awtorità Kompetenti ta' dik il-ġurisdizzjoni tawtorizza dak użu. Informazzjoni pprovduta minn ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) lil ġurisdizzjoni oħra (li tkun, rispettivament, l-Iżvizzera jew Stat Membru) tista' tintbagħat minn din tal-aħħar lil ġurisdizzjoni terza (li tkun Stat Membru ieħor), diment li tingħata awtorizzazzjoni minn qabel mill-Awtorità Kompetenti tal-ewwel ġurisdizzjoni msemmija, li minnha tkun oriġinat l-informazzjoni. Informazzjoni pprovduta minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor skont il-liġijiet applikabbli tiegħu li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni tista' tintbagħat lill-Iżvizzera diment li tingħata awtorizzazzjoni minn qabel mill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru li minnu tkun oriġinat l-informazzjoni.

4.   Kull Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru jew tal-Iżvizzera għandha tinnotifika minnufih lill-Awtorità Kompetenti l-oħra, jiġifieri dik tal-Iżvizzera jew dik tal-Istat Membru, rispettivament, rigward kwalunkwe ksur ta' kunfidenzjalità, nuqqas ta' salvagwardji u kwalunkwe sanzjonijiet jew azzjonijiet ta' rimedju li eventwalment jistgħu jiġu imposti.

Artikolu 7

Konsultazzjonijiet u sospensjoni tal-Ftehim

1.   Jekk jitfaċċaw xi diffikultajiet fl-implimentazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim, kwalunkwe waħda mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Iżvizzera jew ta' Stat Membru tista' titlob konsultazzjonijiet bejn l-Awtorità Kompetenti tal-Iżvizzera u Awtorità Kompetenti jew diversi Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri sabiex jiġu żviluppati miżuri xierqa li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi ssodisfat. Dawk l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet tagħhom. B'rabta ma' kwistjonijiet ta' interpretazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea tista' tieħu sehem fil-konsultazzjonijiet fuq talba ta' kwalunkwe waħda mill-Awtoritajiet Kompetenti.

2.   Jekk il-konsultazzjoni tkun relatata ma' nuqqas ta' konformità sinifikanti mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, u l-proċedura deskritta fil-paragrafu 1 ma tipprovdix soluzzjoni adegwata, l-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru jew tal-Iżvizzera tista' tissospendi l-iskambju ta' informazzjoni skont dan il-Ftehim lejn, rispettivament, l-Iżvizzera jew Stat Membru speċifiku, billi tavża bil-miktub lill-Awtorità Kompetenti kkonċernata l-oħra. Din is-sospensjoni għandu jkollha effett immedjat. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, nuqqas ta' konformità sinifikanti jinkludi, iżda mhuwiex limitat biss għal, nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim dwar is-salvagwardja tal-kunfidenzjalità u tad-data, in-nuqqas tal-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru jew tal-Iżvizzera li tipprovdi informazzjoni fil-ħin jew xierqa kif meħtieġ skont dan il-Ftehim jew id-definizzjoni tal-istatus ta' Entitajiet jew kontijiet bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji Mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi b'mod li jxekkel il-finijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Emendi

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin f'kull okkażjoni meta tiġi adottata bidla importanti fil-livell tal-OECD fi kwalunkwe element tal-Istandard Globali jew — jekk ikun meqjus bħala meħtieġ mill-Partijiet Kontraenti — sabiex jittejjeb il-funzjonament tekniku ta' dan il-Ftehim jew biex jiġu vvalutati u riflessi żviluppi internazzjonali oħrajn. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien xahar minn meta ssir talba minn kwalunkwe waħda mill-Parti Kontraenti, jew mill-aktar fis possibbli f'każijiet urġenti.

2.   Abbażi ta' tali kuntratt, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jikkonsultaw lil xulxin sabiex jeżaminaw jekk humiex meħtieġa bidliet f'dan il-Ftehim.

3.   Għall-finijiet tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, kull Parti Kontraenti għandha tinforma lill-Parti Kontraenti l-oħra rigward żviluppi possibbli li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament korrett ta' dan il-Ftehim. Dan għandu jinkludi wkoll kwalunkwe ftehim rilevanti bejn waħda mill-Partijiet Kontraenti u Stat terz.

4.   Wara l-konsultazzjonijiet, dan il-Ftehim jista' jiġi emendat permezz ta' protokoll jew ftehim ġdid bejn il-Partijiet Kontraenti.

5.   Meta Parti Kontraenti tkun implimentat xi bidla, li tkun ġiet adottata mill-OECD, fl-Istandard Globali, u tkun tixtieq tagħmel bidla korrispondenti fl-Annessi I u/jew II ta' dan il-Ftehim, hija għandha tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra dwar dan. Proċedura ta' konsultazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għandha sseħħ fi żmien xahar min-notifika. Minkejja l-paragrafu 4, fejn il-Partijiet Kontraenti jilħqu kunsens f'din il-proċedura ta' konsultazzjoni dwar il-bidla li għandha ssir fl-Anness I u/jew II ta' dan il-Ftehim, u għall-perjodu ta' żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-bidla permezz ta' emenda formali tal-Ftehim, il-Parti Kontraenti li talbet il-bidla tista' tapplika b'mod provviżorju l-verżjoni riveduta tal-Annessi I u/jew II ta' dan il-Ftehim, kif approvata permezz tal-proċedura ta' konsultazzjoni, mill-ewwel jum ta' Jannar tas-sena ta' wara l-konklużjoni tal-proċedura li ġiet imsemmija.

Parti Kontraenti titqies bħala li implimentat bidla, li tkun ġiet adottata mill-OECD, fl-Istandard Globali:

(a)

fil-każ tal-Istati Membri: meta l-bidla tkun ġiet inkorporata fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni

(b)

fil-każ tal-Iżvizzera: meta l-bidla tkun ġiet inkorporata fi ftehim ma' Stat terz jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 9

Ħlas ta' dividendi, u pagamenti ta' mgħax u ta' drittijiet dovuti għall-użu ta' propjetà bejn il-kumpaniji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali jew ibbażati fuq ftehim għall-prevenzjoni ta' frodi jew abbuż fl-Iżvizzera u fl-Istati Membri, id-dividendi mħallsa minn kumpaniji sussidjarji lill-kumpaniji prinċipali m'għandhomx ikunu soġġetti għat-tassazzjoni fl-Istat sors meta:

il-kumpanija prinċipali jkollha parteċipazzjoni minima diretta ta' 25 % tal-kapital ta' sussidjarja ta' dan it-tip għal mill-inqas sentejn, u,

kumpanija minnhom tkun residenti, għal finijiet ta' taxxa, fi Stat Membru u l-kumpanija l-oħra tkun residenti fl-Iżvizzera għal finijiet ta' taxxa, u,

skont kwalunkwe ftehim dwar it-taxxa doppja ma' kwalunkwe Stat terz, l-ebda waħda mill-kumpaniji ma tkun residenti f'dak l-Istat terz għal finijiet ta' taxxa, u,

iż-żewġ kumpaniji jkunu soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji mingħajr ma jkunu eżentati, filwaqt li t-tnejn ikunu adottaw il-forma ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata (3).

2.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali jew ta' dispożizzjonijiet ibbażati fuq ftehim għall-prevenzjoni ta' frodi jew abbuż fl-Iżvizzera u fl-Istati Membri, il-pagamenti ta' mgħax u drittijiet dovuti għall-użu ta' propjetà magħmula bejn kumpaniji assoċjati jew l-istabbilimenti permanenti tagħhom m'għandhomx ikunu soġġetti għat-tassazzjoni fl-Istat sors meta:

dawn il-kumpaniji jkunu affiljati permezz ta' parteċipazzjoni minima diretta ta' 25 % għal mill-inqas sentejn, jew meta t-tnejn li huma jkunu miżmuma minn kumpanija terza li għandha parteċipazzjoni minima diretta ta' 25 % kemm fil-kapital tal-ewwel kumpanija kif ukoll fil-kapital tat-tieni kumpanija għal mill-inqas sentejn, u;

kumpanija tkun residenti għal finijiet ta' taxxa jew stabbiliment permanenti jkun jinsab fi Stat Membru u l-kumpanija l-oħra tkun residenti għal finijiet ta' taxxa jew stabbiliment permanenti jkun jinsab fl-Iżvizzera, u;

skont kwalunkwe ftehim dwar it-taxxa doppja ma' kwalunkwe Stat terz l-ebda kumpanija ma tkun residenti għall-finijiet tat-taxxa f'dak l-Istat terz u l-ebda wieħed mill-istabbilimenti permanenti ma jinsab f'dak l-Istat terz, u;

il-kumpaniji kollha huma soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji mingħajr ma jkunu eżentati b'mod partikolari fuq il-ħlasijiet tal-imgħax jew tad-drittijiet dovuti għall-użu ta' propjetà u kull waħda tadotta l-forma ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata (3).

3.   Ftehimiet eżistenti dwar it-taxxa doppja bejn l-Iżvizzera u l-Istati Membri li jipprevedu trattament ta' tassazzjoni aktar favorevoli ta' ħlasijiet ta' dividendi, imgħax u drittijiet dovuti għall-użu ta' propjetà m'għandhomx ikunu affettwati.

Artikolu 10

Terminazzjoni

Kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti tista' tittermina dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta' terminazzjoni bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra. Din it-terminazzjoni ssir effettiva fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara l-iskadenza ta' perjodu ta' 12-il xahar wara d-data tal-avviż ta' terminazzjoni. Fil-każ ta' terminazzjoni, l-informazzjoni kollha riċevuta qabel skont dan il-Ftehim għandha tibqa' kunfidenzjali u soġġetta għall-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 11

Kamp ta' Applikazzjoni Territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa, għat-territorji tal-Istati Membri li fih it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiġu applikati u skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dawk it-Trattati u, min-naħa l-oħra, għall-Iżvizzera.”;

(3)

l-Annessi għandhom jiġu sostitwiti bi:

“ANNESS I

Standard Komuni dwar ir-Rappurtar Komplementari u d-Diliġenza Dovuta għal informazzjoni ta' kont finanzjarju (‘Standard Komuni ta' Rappurtar’)

TAQSIMA I

OBBLIGI ĠENERALI TA' RAPPURTAR

A.

Soġġett għall-paragrafi C sa E, kull Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta lill-Awtorità Kompetenti tal-ġurisdizzjoni tagħha (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) din l-informazzjoni li ġejja f'dak li jirrigwarda kull Kont Rapportabbli ta' tali Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti:

1.

l-isem, l-indirizz, il-ġurisdizzjoni(jiet) ta' residenza, in-NIT u d-data u l-post tat-twelid (f'każ ta' individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li tkun Detentur ta' Kont ta' kont u, fil-każ ta' kwalunkwe Entità li tkun Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni tal-proċedura ta' diliġenza dovuta konsistenti mat-Taqsimiet V, VI u VII, tkun identifikata bħala li għandha Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, il-ġurisdizzjoni(jiet) (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) ta' residenza u n-NIT tal-Entità u l-isem, l-indirizz, il-ġurisdizzjoni(jiet) (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) ta' residenza, in-NIT u d-data u l-post tat-twelid ta' kull Persuna Rapportabbli;

2.

in-numru tal-kont (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' numru ta' kont);

3.

l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni (jekk ikun hemm) tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

4.

il-bilanċ jew il-valur tal-kont (inkluż, fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, il-Valur fi Flus jew il-valur ta' ċessjoni) fl-aħħar tas-sena kalendarja rilevanti jew ta' perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor jew, jekk il-kont ikun ingħalaq matul tali sena jew perjodu, meta jkun ingħalaq il-kont;

5.

fil-każ ta' kwalunkwe Kont ta' Kustodja:

(a)

l-ammont gross totali ta' interessi, l-ammont gross totali ta' dividendi, u l-ammont gross totali ta' dħul ieħor iġġenerat fir-rigward tal-assi miżmuma fil-kont, f'kull każ imħallas jew ikkreditat lill-kont (jew fir-rigward tal-kont) matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor; u

(b)

ir-rikavat gross totali mill-bejgħ jew mill-amortizzazzjoni ta' Assi Finanzjarji mħallas jew ikkreditat lill-kont matul is-sena kalendarja jew il-perjodu ta' rapportar xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti aġixxiet bħala kustodju, intermedjarju, persuna nominata, jew inkella bħala aġent tad-Detentur ta' Kont;

6.

fil-każ ta' kwalunkwe Kont Depożitarju, l-ammont gross totali ta' interessi mħallsa jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew matul perjodu ta' rapportar xieraq ieħor; u

7.

fil-każ ta' kwalunkwe kont mhux deskritt fis-subparagrafu A(5) jew (6), l-ammont gross totali mħallas jew ikkreditat lid-Detentur ta' Kont fir-rigward tal-kont matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rapportar xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun l-obbligant jew id-debitur, inkluż l-ammont aggregat ta' kwalunkwe pagamenti ta' tifdija magħmula lid-Detentur ta' Kont matul is-sena kalendarja jew matul perjodu ta' rapportar xieraq ieħor.

B.

L-informazzjoni rrapportata għandha tidentifika l-munita li fiha jkun iddenominat kull ammont.

C.

Minkejja s-subparagrafu A(1), fir-rigward ta' kull Kont Rapportabbli li jkun Kont Preeżistenti, ma hemmx għalfejn jiġu rrapportati n-NIT jew id-data ta' twelid jekk tali NIT jew data ta' twelid ma tkunx fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u ma jkunx meħtieġ li din l-informazzjoni tinġabar b'mod ieħor minn tali Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont il-liġi nazzjonali jew kwalunkwe strument legali tal-Unjoni Ewropea (jekk applikabbli). Madankollu, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tagħmel sforzi raġonevoli biex tikseb in-NIT u d-data ta' twelid fir-rigward ta' Kontijiet Preeżistenti sal-aħħar tat-tieni sena kalendarja wara s-sena li fiha Kontijiet Preeżistenti jkunu ġew identifikati bħala Kontijiet Rapportabbli.

D.

Minkejja s-subparagrafu A(1), ma hemmx għalfejn jiġi rrapportat in-NIT jekk ma jinħariġx NIT mill-Istat Membru rilevanti, mill-Iżvizzera jew minn ġurisdizzjoni oħra ta' residenza.

E.

Minkejja s-subparagrafu A(1), ma hemmx għalfejn jiġi rrapportat il-post ta' twelid sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx obbligata tiksbu u tirrapportah b'mod ieħor skont il-liġijiet nazzjonali u sakemm dan ma jkunx disponibbli fid-data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti.

TAQSIMA II

REKWIŻITI ĠENERALI TA' DILIĠENZA DOVUTA

A.

Kont għandu jibda jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli mid-data li fiha jiġi identifikat bħala tali skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta fit-Taqsimiet II sa VII u, sakemm mhux previst mod ieħor, informazzjoni fir-rigward ta' Kont Rapportabbli għandha tiġi rapportata annwalment fis-sena kalendarja wara s-sena li għaliha tirreferi l-informazzjoni.

B.

Il-bilanċ jew il-valur ta' kont jiġi ddeterminat fl-aħħar jum tas-sena kalendarja jew perjodu ta' rapportar xieraq ieħor.

C.

Fejn livell ta' bilanċ jew valur għandu jiġi ddeterminat fl-aħħar jum ta' sena kalendarja, il-bilanċ jew valur rilevanti għandu jiġi ddeterminat fl-aħħar jum tal-perjodu ta' rapportar li jintemm fl-aħħar ta', jew waqt, dik is-sena kalendarja.

D.

Kull Stat Membru jew l-Iżvizzera jista' jippermetti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jużaw fornituri ta' servizz biex jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar u ta' diliġenza dovuta imposti fuq tali Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti, kif stipulati fil-liġijiet nazzjonali, iżda dawk l-obbligi għandhom jibqgħu r-responsabbiltà tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti.

E.

Kull Stat Membru jew l-Iżvizzera jista' jippermetti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti japplikaw il-proċeduri ta' diliġenza dovuta għall-Kontijiet Ġodda lil Kontijiet Preeżistenti, u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta għal Kontijiet ta' Valur Għoli lil Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx. Fejn Stat Membru jew l-Iżvizzera jippermetti li proċeduri ta' diliġenza dovuta ta' Kont Ġdid jintużaw għal Kontijiet Preeżistenti, għandhom ikomplu japplikaw ir-regoli applikabbli mod ieħor għal Kontijiet Preeżistenti.

TAQSIMA III

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET INDIVIDWALI PREEŻISTENTI

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost Kontijiet Individwali Preeżistenti.

A.

Kontijiet li ma Jeħtieġux Reviżjoni, Identifikazzjoni jew Rapportar. Kont Individwali Preeżistenti li huwa Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju m'għandux għalfejn jiġi rivedut, identifikat jew rapportat, sakemm il-liġi tipprevjeni b'mod effettiv lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti milli tbiegħ tali Kuntratt lil residenti ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli.

B.

Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx. Il-proċeduri li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx.

1.

Indirizz tar-Residenza. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollha fir-rekords tagħha indirizz tar-residenza attwali għad-Detentur ta' Kont individwali bbażat fuq Evidenza Dokumentata, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tittratta lid-Detentur ta' Kont individwali bħala resident għal finijiet ta' taxxa tal-Istat Membru jew l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra li fiha jkun jinsab l-indirizz biex jiġi ddetermint jekk it-tali Detentur ta' Kont individwali jkunx Persuna Rapportabbli.

2.

Tiftix ta' Rekords b'Mod Elettroniku. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tiddependix fuq indirizz ta' residenza attwali għad-Detentur ta' Kont individwali bbażat fuq Evidenza Dokumentarja kif stipulat fis-subparagrafu B(1), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha teżamina data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għal kwalunkwe indicium li ġejja u tapplika s-subparagrafi B(3) sa (6):

(a)

identifikazzjoni tad-Detentur ta' Kont bħala resident ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli;

(b)

indirizz postali jew ta' residenza attwali (inkluż kaxxa postali) f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli;

(c)

numru tat-telefon wieħed jew aktar f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli u l-ebda numru tat-telefon fl-Iżvizzera jew fl-Istat Membru tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, skont kif jeħtieġ il-kuntest;

(d)

struzzjonijiet permanenti (ħlief fir-rigward ta' Kont Depożitarju) biex jiġu trasferiti fondi għal kont miżmum f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli;

(e)

prokura jew awtorità firmatarja attwalment effettiva mogħtija lil persuna b'indirizz f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli; jew

(f)

istruzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care-of’ f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma jkollha l-ebda indirizz ieħor fir-rekord tagħha għad-Detentur ta' Kont.

3.

Jekk fit-tiftixa b'mod elettroniku ma jiġi skopert l-ebda indicium elenkat fis-subparagrafu B(2), ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni ulterjuri sakemm isseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi li twassal biex jiġi assoċjat indicium wieħed jew aktar mal-kont, jew sakemm il-kont isir Kont ta' Valur Għoli.

4.

Jekk kwalunkwe wieħed mill-indicia elenkati fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) jiġi skopert fit-tiftixa b'mod elettroniku, jew jekk isseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta fl-assoċjazzjoni ta' indicium wieħed jew aktar mal-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta d-Detentur ta' Kont bħala resident għal finijiet ta' taxxa ta' kull Ġurisdizzjoni Rapportabbli li għaliha jkun ġie identifikat indicium, sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.

5.

Jekk struzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care-of’ tiġi skoperta fit-tiftixa b'mod elettroniku u l-ebda indirizz ieħor u l-ebda indicium ieħor elenkat fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) ma jiġu identifikati għad-Detentur ta' Kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika, fl-ordni l-aktar xierqa għaċ-ċirkostanzi, it-tiftixa fl-arkivji fiżiċi tal-karta deskritta fis-subparagrafu C(2), jew tfittex li tikseb mingħand id-Detentur ta' Kont awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja biex tistabbilixxi r-residenza/i għal finijiet ta' taxxa ta' tali Detentur ta' Kont. Jekk it-tiftixa analoga ma tistabbilixxix indicium u t-tentattiv ta' ksib tal-awtoċertifikazzjoni jew tal-Evidenza Dokumentata ma jirnexxix, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta l-kont lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tagħha jew tal-Iżvizzera, kif jitlob il-kuntest, bħala kont mhux dokumentat.

6.

Minkejja s-sejba ta' indicia mniżżla fis-subparagrafu B(2), Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mhijiex obbligata li tittratta Detentur ta' Kont bħala resident ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli jekk:

(a)

l-informazzjoni dwar id-Detentur ta' Kont jkun fiha indirizz postali jew ta' residenza attwali fil-Ġurisdizzjoni Rapportabbli, numru tat-telefon wieħed jew aktar f'dik il-Ġurisdizzjoni Rapportabbli (u l-ebda numru tat-telefon fl-Iżvizzera jew fl-Istat Membru tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, skont kif jeħtieġ il-kuntest) jew struzzjonijiet permanenti (fir-rigward ta' Kontijiet Finanzjarji ħlief Kontijiet Depositorji) biex jiġu ttrasferiti fondi għal kont miżmum f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, u l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tikseb, jew kienet eżaminat qabel u żżomm rekord ta':

(i)

awtoċertifikazzjoni mid-Detentur ta' Kont tal-ġurisdizzjoni(jiet) ta' residenza (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjonijiet oħrajn) ta' tali Detentur ta' Kont li ma tinkludix tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli; u

(ii)

Evidenza Dokumentarja li tistabbilixxi l-istatus mhux rapportabbli tad-Detentur ta' Kont.

(b)

l-informazzjoni dwar id-Detentur ta' Kont fiha prokura effettiva attwali jew awtorità firmatarja mogħtija lil persuna b'indirizz fil-Ġurisdizzjoni Rapportabbli, u l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tikseb, jew tkun eżaminata minn qabel u żżomm rekord ta':

(i)

awtoċertifikazzjoni mid-Detentur ta' Kont tal-ġurisdizzjoni(jiet) ta' residenza (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjonijiet oħrajn) ta' tali Detentur ta' Kont li ma tinkludix tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli; jew

(ii)

Evidenza Dokumentarja li tistabbilixxi l-istatus mhux rapportabbli tad-Detentur ta' Kont.

C.

Proċeduri ta' Eżami Mtejba għal Kontijiet ta' Valur Għoli. Il-proċeduri ta' eżami mtejba li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Għoli.

1.

Tiftix ta' Rekords b'Mod Elettroniku. Fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha teżamina data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għal kwalunkwe indicium deskritt fis-subparagrafu B(2).

2.

Tiftix fl-Arkivji Fiżiċi tal-Karta. Jekk id-databases tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li jistgħu jsiru tfittxijiet fihom b'mod elettroniku jinkludu oqsma għal, u jinkludu l-informazzjoni kollha deskritta fis-subparagrafu C(3), ma jkunx meħtieġ li ssir tiftixa ulterjuri fl-arkivji fiżiċi tal-karta. Jekk id-databases elettroniċi ma jinkludux dik l-informazzjoni kollha, fir-rigward ta' Kont ta' Valur Għoli l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha teżamina wkoll il-fajl prinċipali attwali tal-klijenti u, sa fejn ma jinsabux fil-fajl prinċipali attwali tal-klijenti, id-dokumenti li ġejjin li huma assoċjati mal-kont u li jkunu ġew miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tul l-aħħar ħames snin, għal kwalunkwe indicium deskritt fis-subparagrafu B(2):

(a)

l-Evidenza Dokumentata l-aktar reċenti miġbura fir-rigward tal-kont;

(b)

il-kuntratt jew id-dokumentazzjoni ta' ftuħ ta' kont l-aktar reċenti;

(c)

id-dokumentazzjoni l-aktar reċenti miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont il-Proċeduri tal-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus (AML/KYC) jew għal finijiet regolatorji oħra;

(d)

kwalunkwe dokumenti ta' prokura jew ta' awtorità firmatarja attwalment fis-seħħ; u

(e)

kwalunkwe struzzjoni permanenti (ħlief fir-rigward ta' Kont Depożitarju) biex jiġu ttrasferiti fondi attwalment fis-seħħ.

3.

Eċċezzjoni Għall-Punt Li Databases Ikun Fihom Informazzjoni Suffiċjenti. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mhijiex mitluba twettaq it-tiftixa fl-arkivji fiżiċi tal-karta deskritta fis-subparagrafu C(2) sa fejn l-informazzjoni li tista' tiġi mfittxija b'mod elettroniku tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

l-istatus ta' residenza tad-Detentur ta' Kont;

(b)

l-indirizz postali u l-indirizz ta' residenza ta' Detentur ta' Kont attwalment fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

(c)

in-numru(i) tat-telefon ta' Detentur ta' Kont attwalment fir-rekords, jekk ikun hemm, tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

(d)

fil-każ ta' Kontijiet Finanzjarji għajr Kontijiet Depożitarji, jekk ikun hemm struzzjonijiet permanenti biex jiġu ttrasferiti fondi fil-kont għal kont ieħor (inkluż kont f'fergħa oħra tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jew Istituzzjoni Finanzjarja oħra);

(e)

jekk ikun hemm struzzjoni attwali ta' ‘in-care-of’ jew ‘hold mail’ jew għad-Detentur ta' Kont; u

(f)

jekk ikun hemm kwalunkwe prokura jew awtorità firmatarja għall-kont.

4.

Rikjesta tal-Maniġer tal-Kuntatti għal Għarfien Attwali. Minbarra t-tiftix b'mod elettroniku u t-tiftix fl-arkivji fiżiċi tal-karta deskritti fis-subparagrafi C(1) u (2), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta bħala Kont Rapportabbli kwalunkwe Kont ta' Valur Għoli assenjat lil maniġer tal-kuntatti (inkluż kwalunkwe Kont Finanzjarju aggregat ma' dak il-Kont ta' Valur Għoli) jekk il-maniġer tal-kuntatti jkollu għarfien attwali li d-Detentur ta' Kont ikun Persuna Rapportabbli.

5.

Effett ta' Sejbien ta' Indicia.

(a)

Jekk l-ebda indicium elenkat fis-subparagrafu B(2) ma jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, u jekk il-kont ma jiġix identifikat bħala li hu miżmum minn Persuna Rapportabbli skont is-subparagrafu C(4), ma tkunx meħtieġa azzjoni ulterjuri sakemm ma jkunx hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta fl-assoċjazzjoni ta' indicium wieħed jew aktar mal-kont.

(b)

Jekk kwalunkwe indicium elenkat fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, jew jekk ikun hemm bidla sussegwenti fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta fl-assoċjazzjoni ta' indicium wieħed jew aktar mal-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli fir-rigward ta' kull Ġurisdizzjoni Rapportabbli li għalih indicium ikun ġie identifikat sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.

(c)

Jekk struzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care of’ jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, u l-ebda indirizz ieħor u l-ebda indicium ieħor elenkati fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) ma jiġu identifikati għad-Detentur ta' Kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb minn tali Detentur ta' Kont awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja biex tistabbilixxi r-residenza/i għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur ta' Kont. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx tista' tikseb tali awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja, din għandha tirrapporta l-kont lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tagħha jew tal-Iżvizzera, skont kif jeħtieġ il-kuntest, bħala kont mhux dokumentat.

6.

Jekk Kont Individwali Preeżistenti ma jkunx Kont ta' Valur Għoli fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, iżda jsir Kont ta' Valur Għoli fl-aħħar jum ta' sena kalendarja sussegwenti, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikkompleta l-proċeduri mtejba ta' rieżami deskritti fil-paragrafu C fir-rigward ta' tali kont fis-sena kalendarja wara s-sena li fiha l-kont isir Kont ta' Valur Għoli. Jekk, abbażi ta' dak ir-rieżami, tali kont ikun identifikat bħala Kont Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta l-informazzjoni meħtieġa dwar tali kont fir-rigward tas-sena li fiha jkun identifikat bħala Kont Rapportabbli u fis-snin sussegwenti fuq bażi annwali, sakemm id-Detentur tal-Kont ma jibqax Persuna Rapportabbli.

7.

Ladarba Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tapplika l-proċeduri mtejba ta' rieżami deskritti fil-paragrafu C għall-Kont ta' Valur Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx meħtieġa tapplika tali proċeduri mill-ġdid, minbarra r-rikjesta tal-maniġer għall-kuntatti deskritta fis-subparagrafu C(4), għall-istess Kont ta' Valur Għoli fi kwalunkwe sena sussegwenti sakemm il-kont ikun mhux dokumentat, f'liema każ l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha terġa' tapplikahom mill-ġdid kull sena sakemm tali kont ma jibqax mhux dokumentat.

8.

Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' Kont ta' Valur Għoli li twassal biex wieħed jew aktar indicia deskritti fis-subparagrafu B(2) jiġu assoċjati mal-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli fir-rigward ta' kull Ġurisdizzjoni Rapportabbli li għaliha jkun ġie indikat indicium, sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.

9.

Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha timplimenta proċeduri biex tiżgura li maniġer tal-kuntatti jidentifika kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi ta' kont. Pereżempju, jekk maniġer tal-kuntatti jiġi nnotifikat li d-Detentur tal-Kont ikollu indirizz postali ġdid f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun meħtieġa tittratta l-indirizz il-ġdid bħala bidla fiċ-ċirkostanzi u, jekk tagħżel li tapplika s-subparagrafu B(6), tkun meħtieġa tikseb id-dokumentazzjoni xierqa mingħand id-Detentur tal-Kont.

D.

Ir-rieżami ta' Kontijiet Individwali Preeżistenti ta' Valur Għoli għandu jitlesta fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015. Ir-rieżami ta' Kontijiet Individwali Preeżistenti ta' Valur Inqas għandu jitlesta fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015.

E.

Kwalunkwe Kont Individwali Preeżistenti li jkun ġie identifikat bħala Kont Rapportabbli skont din it-Taqsima għandu jiġi trattat bħala Kont Rapportabbli fis-snin sussegwenti kollha, sakemm id-Detentur tal-Kont ma jibqax Persuna Rapportabbli.

TAQSIMA IV

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET INDIVIDWALI ĠODDA

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost Kontijiet Individwali Ġodda.

A.

Fir-rigward ta' Kontijiet Individwali Ġodda, malli jinfetaħ il-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb awtoċertifikazzjoni, li tista' tkun parti mid-dokumentazzjoni tal-ftuħ tal-kont, li tippermetti lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tiddetermina r-residenza/i tad-Detentur tal-Kont għal finijiet ta' taxxa u tikkonferma r-raġonevolezza ta' tali awtoċertifikazzjoni bbażata fuq l-informazzjoni miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti b'konnessjoni mal-ftuħ tal-kont, inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni miġbura skont il-Proċeduri tal-AML/KYC.

B.

Jekk l-awtoċertifikazzjoni tistabbilixxi li d-Detentur tal-Kont huwa residenti għal finijiet ta' taxxa f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli u l-awtoċertifikazzjoni trid tinkludi wkoll in-NIT tad-Detentur tal-Kont fir-rigward ta' tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli (soġġett għall-paragrafu D tat-Taqsima I) u d-data tat-twelid.

C.

Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' Kont Individwali Ġdid li tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf, jew li jkollha raġuni biex tkun taf, li l-awtoċertifikazzjoni oriġinali hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax tiddependi fuq l-awtoċertifikazzjoni oriġinali u għandha tikseb awtoċertifikazzjoni valida li tistabbilixxi r-residenza(i) għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur tal-Kont.

TAQSIMA V

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET TA' ENTITÀ PREEŻISTENTI

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost il-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti.

A.

Kontijiet ta' Entità Mhux Meħtieġa li Jiġu Eżaminati, Identifikati jew Rapportati. Sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tiddeċidix mod ieħor, jew fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti kollha jew, separatament, fir-rigward ta' kwalunkwe grupp identifikat b'mod ċar ta' tali kontijiet, Kont ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont aggregat jew b'valur li ma jaqbiżx USD 250 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, mhuwiex meħtieġ li jiġi rieżaminat, identifikat, jew rappurtat bħala Kont Rapportabbli sakemm il-bilanċ tal-kont aggregat jew il-valur ma jaqbiżx dak l-ammont fl-aħħar jum ta' kwalunkwe sena kalendarja sussegwenti.

B.

Kontijiet ta' Entità soġġetti għal Eżami. Kontijiet ta' Entità Preeżistenti li għandhom bilanċ tal-kont jew valur aggregat akbar minn USD 250 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, u Kontijiet ta' Entità Preeżistenti li ma jaqbżux, fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, dak l-ammont iżda l-bilanċ tal-kont jew il-valur aggregat tagħhom jaqbeż tali ammont mill-aħħar jum ta' kwalunkwe sena kalendarja sussegwenti, għandhom jiġu eżaminati skont il-proċeduri stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu D.

C.

Kontijiet ta' Entità li fir-Rigward Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti deskritti fil-paragrafu B, huma biss dawk il-kontijiet li huma miżmuma minn Entità waħda jew aktar li huma Persuni Rapportabbli, jew minn NFEs Passivi b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli, li għandhom jiġu ttrattati bħala Kontijiet Rapportabbli.

D.

Proċeduri ta' Rieżami biex jiġu Identifikati Kontijiet tal-Entità li fir-Rigward Tagħhom Jeħtieġ Rappurtar. Għall-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti deskritti fil-paragrafu B, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċeduri ta' eżami li ġejjin biex jiġi ddeterminat jekk il-kont huwiex miżmum minn Persuna Rapportabbli waħda jew aktar, jew minn NFEs Passivi b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli:

1.

Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità Tkunx Persuna Rapportabbli.

(a)

L-informazzjoni tal-eżami li tinżamm għal finijiet regolatorji jew ta' kuntatt mal-klijent (inkluża informazzjoni miġbura skont il-proċeduri tal-AML/KYC) biex jiġi ddeterminat jekk l-informazzjoni tindikax li d-Detentur tal-Kont huwiex residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli. Għal dan il-għan, l-informazzjoni li tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli tinkludi post ta' inkorporazzjoni jew organizzazzjoni, jew indirizz f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli.

(b)

Jekk l-informazzjoni tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli sakemm ma tiksibx awtoċertifikazzjoni mid-Detentur tal-Kont, jew b'mod raġonevoli tiddetermina, abbażi tal-informazzjoni li jkollha jew li tkun pubblikament disponibbli, li d-Detentur tal-Kont mhuwiex Persuna Rapportabbli.

2.

Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità tkunx NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti Waħda jew Aktar li Jkunu Persuni Rapportabbli. Fir-rigward ta' Detentur ta' Kont ta' Entità Preeżistenti (inkluż Entità li tkun Persuna Rapportabbli), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tiddetermina jekk id-Detentur tal-Kont huwiex NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli. Jekk kwalunkwe waħda mill-Persuni Kontrollanti ta' NFE Passiva tkun Persuna Rapportabbli, il-kont għandu jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli. Meta tagħmel dawn id-determinazzjonijiet, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-gwida fis-subparagrafi D(2)(a) sa (c) fl-ordni l-aktar xierqa għaċ-ċirkostanzi.

(a)

Determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont biex jiġi stabbilit l-istatus tiegħu, sakemm ma tiddeterminax b'mod raġonevoli abbażi ta' informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun pubblikament disponibbli, li d-Detentur tal-Kont ikun NFE Attiva jew Istituzzjoni Finanzjarja li ma tkunx Entità tal-Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) tat-Taqsima VIII li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni.

(b)

Id-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri tal-AML/KYC.

(c)

Id-determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq:

(i)

informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri tal-AML/KYC fil-każ ta' Kont ta' Entità Preeżistenti miżmum minn NFE waħda jew aktar b'bilanċ jew valur aggregat tal-kont li ma jaqbiżx USD 1 000 000, jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera; jew

(ii)

awtoċertifikazzjoni mid-Detentur tal-Kont jew tali Persuna Kontrollanti tal-ġurisdizzjoni(jiet) (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjonijiet oħrajn) fejn il-Persuna Kontrollanti tkun residenti għal finijiet ta' taxxa.

E.

It-twaqqit taż-żmien tar-Rieżami u ta' Proċeduri Addizzjonali Applikabbli għall-Kontijiet tal-Entità Preeżistenti.

1.

L-eżami ta' Kontijiet ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont jew valur aggregat li jaqbeż USD 250 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera, fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, irid jitlesta fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ.

2.

L-eżami ta' Kontijiet ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont jew valur aggregat li ma jaqbiżx USD 250 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera, fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, iżda li jaqbeż dak l-ammont mill-31 ta' Diċembru ta' sena sussegwenti, irid jitlesta fis-sena kalendarja ta' wara s-sena li fiha l-bilanċ jew valur aggregat tal-kont jaqbeż tali ammont.

3.

Jekk isseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' Kont ta' Entità Preeżistenti li bħala riżultat tagħha l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ssir taf, jew ikollha raġuni li tkun taf, li l-awtoċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni oħra assoċjata ma' kont hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha terġa' tiddetermina l-istatus tal-kont skont il-proċeduri stipulati fil-paragrafu D.

TAQSIMA VI

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET TA' ENTITÀ ĠODDA

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finiijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost il-Kontijiet ta' Entità Ġodda.

A.

Proċeduri ta' Rieżami biex jiġu Identifikati Kontijiet ta' Entità li fir-Rigward Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Għal Kontijiet ta' Entità Ġodda, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċeduri ta' eżami li ġejjin biex jiġi determinat jekk il-kont ikunx miżmum minn Persuna Rapportabbli waħda jew aktar, jew minn NFEs Passivi b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli:

1.

Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità Tkunx Persuna Rapportabbli.

(a)

Għandha tinkiseb awtoċertifikazzjoni, li tista' tkun parti mid-dokumentazzjoni għall-ftuħ tal-kont, li biha l-Istituzzjoni finanzjarja Rapportanti tkun tista' tiddetermina r-residenza(i) tad-Detentur tal-Kont għal finijiet ta' taxxa u tikkonferma r-raġonevolezza ta' tali awtoċertifikazzjoni abbażi tal-informazzjoni miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti b'rabta mal-ftuħ tal-kont, inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni miġbura skont il-Proċeduri tal-AML/KYC. Jekk l-entità tiċċertifika li ma għandha l-ebda residenza għal finijiet ta' taxxa, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità biex tiġi determinata r-residenza tad-Detentur tal-Kont.

(b)

Jekk l-awtoċertifikazzjoni tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli, sakemm hija ma tiddeterminax b'mod raġonevoli abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun disponibbli pubblikament, li d-Detentur tal-Kont huwa Persuna Rapportabbli fir-rigward ta' tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli.

2.

Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità tkunx NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti Waħda jew Aktar li Jkunu Persuni Rapportabbli. Fir-rigward ta' Detentur ta' Kont ta' Entità Ġdid (inkluż Entità li tkun Persuna Rapportabbli), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tiddetermina jekk id-Detentur tal-Kont huwiex NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli. Jekk kwalunkwe waħda mill-Persuni Kontrollanti ta' NFE Passiva tkun Persuna Rapportabbli, il-kont għandu jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli. Meta tagħmel dawn id-determinazzjonijiet l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-gwida fis-subparagrafi A(2)(a) sa (c) fl-ordni l-aktar xierqa għaċ-ċirkostanzi.

(a)

Id-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha toqgħod fuq awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont biex jiġi stabbilit l-istatus tiegħu, sakemm ma jkollhiex informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun pubblikament disponibbli, li abbażi tagħha tista' tiddetermina b'mod raġonevoli li d-Detentur tal-Kont ikun NFE Attiva jew Istituzzjoni Finanzjarja li ma tkunx Entità tal-Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) tat-Taqsima VIII li ma tkunx Istituzzjoni Finanzjarja ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti.

(b)

Id-Determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri tal-AML/KYC.

(c)

Id-Determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli. Għal finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont jew tali Persuna Kontrollanti.

TAQSIMA VII

REGOLI SPEĊJALI DWAR ID-DILIĠENZA DOVUTA

Ir-regoli addizzjonali li ġejjin japplikaw fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' diliġenza dovuta deskritti hawn fuq:

A.

Dipendenza fuq Awtoċertifikazzjonijiet u Evidenza Dokumentata. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax toqgħod fuq l-awtoċertifikazzjoni jew fuq l-Evidenza Dokumentata jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun taf jew għandha raġuni biex tkun taf li l-awtoċertifikazzjoni jew l-Evidenza Dokumentata hija żbaljata jew mhux affidabbli.

B.

Proċeduri alternattivi għal Kontijiet Finanzjarji Miżmuma minn Benefiċjarji Individwali ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju u għal Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tippreżumi li benefiċjarju individwali (għajr is-sid) ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju li jirċievi benefiċċju tal-mewt ma jkunx Persuna Rapportabbli u tista' tittratta tali Kont Finanzjarju bħala differenti minn Kont Rapportabbli sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ikollha għarfien dwar il-fatt, jew ikollha raġuni biex tkun taf, li l-benefiċjarju jkun Persuna Rapportabbli. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollha raġuni biex tkun taf li benefiċjarju ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju jkun Persuna Rapportabbli jekk l-informazzjoni miġbura mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u assoċjata mal-benefiċjarju jkun fiha indicia kif deskritt fil-paragrafu B tat-Taqsima III. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun taf biċ-ċert, jew ikollha raġuni biex tkun taf, li l-benefiċjarju jkun Persuna Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-proċeduri stipulati fil-paragrafu B tat-Taqsima III.

Stat Membru jew l-Iżvizzera għandu jkollhom l-għażla li jippermettu lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti jittrattaw Kont Finanzjarju li jkun l-interess ta' membru f'Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp bħala Kont Finanzjarju li ma jkunx Kont Rapportabbli qabel id-data li fiha jkun pagabbli ammont lill-impjegat/lid-detentur taċ-ċertifikat jew lill-benefiċjarju, jekk il-Kont Finanzjarju li jkun l-interess ta' membru f'Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju jinħareġ lil impjegatur u jkopri 25 impjegat/detentur ta' ċertifikat jew aktar;

(b)

l-impjegat/id-detenturi ta' ċertifikat huma intitolati li jirċievu kwalunkwe valur tal-kuntratt relatat mal-interessi tagħhom u li jinnominaw benefiċjarji għall-benefiċċju pagabbli mal-mewt tal-impjegat; u

(c)

l-ammont aggregat pagabbli lil kwalunkwe impjegat/detentur taċ-ċertifikat jew benefiċjarju ma jaqbiżx USD 1 000 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew l-Iżvizzera.

‘Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp’ tfisser Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus li (i) jipprovdi kopertura għal individwi li jkunu affiljati permezz ta' impjegatur, assoċjazzjoni kummerċjali, union tal-ħaddiema, jew assoċjazzjoni jew grupp ieħor; u li (ii) jimponi primjum fuq kull membru tal-grupp (jew membru ta' klassi fi ħdan grupp) li jkun determinat bla ma jiġu kkunsidrati l-karatteristiki individwali tas-saħħa għajr l-età, is-sess, u d-drawwiet tat-tipjip ta' membru (jew klassi ta' membri) tal-grupp.

‘Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp’ tfisser Kuntratt ta' Vitalizju skont liema l-interessati huma individwi li jkunu affiljati permezz ta' impjegatur, assoċjazzjoni kummerċjali, union tal-ħaddiema, jew assoċjazzjoni jew grupp ieħor.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Iżvizzera u l-Iżvizzera għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f'dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lill-Iżvizzera u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand l-Iżvizzera lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta' dik l-għażla minn Stat Membru jew mill-Iżvizzera għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod.

C.

Aggregat tal-Bilanċ tal-Kont u Regoli tal-Munita.

1.

Aggregat ta' Kontijiet Individwali. Bl-għan li jiġi ddeterminat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn individwu, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha l-obbligu li tiġbor flimkien il-Kontijiet Finanzjarji kollha miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, jew minn Entità Relatata, iżda biss sa fejn is-sistemi kompjuterizzati tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollhom konnessjoni mal-Kontijiet Finanzjarji permezz ta' referenza għal element ta' data bħal numru tal-klijent jew NIT, u li jippermettu li l-bilanċi jew il-valuri tal-kont jiġu aggregati. Kull detentur ta' Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għandu jiġi attribwit il-bilanċ jew il-valur totali tal-Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għall-fini li jiġu applikati r-rekwiżiti ta' aggregazzjoni deskritti f'dan is-subparagrafu.

2.

Aggregazzjoni tal-Kontijiet ta' Entità. Bl-għan li jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn Entità, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha l-obbligu li tikkunsidra l-Kontijiet Finanzjarji kollha miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, jew minn Entità Relatata, iżda biss sal-punt li s-sistemi kompjuterizzati tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollhom konnessjoni mal-Kontijiet Finanzjarji permezz ta' referenza għal element ta' data bħal numru tal-klijent jew NIT, u li jippermettu li l-bilanċi jew il-valuri tal-kont jiġu aggregati. Kull detentur ta' Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għandu jiġi attribwit il-bilanċ jew il-valur totali tal-Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għall-fini li jiġu applikati r-rekwiżiti ta' aggregazzjoni deskritti f'dan is-subparagrafu.

3.

Regola ta' Aggregazzjoni Speċjali Applikabbli għal Maniġers tal-Kuntatti. Bl-għan li jiġi ddeterminat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn persuna biex jiġi ddeterminat jekk Kont Finanzjarju huwiex Kont ta' Valur Għoli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha wkoll, fil-każ ta' kwalunkwe Kont Finanzjarju li dwaru maniġer tal-kuntatti jkun jaf jew ikollu raġuni biex ikun jaf, li dan ikun jappartjeni b'mod dirett jew indirett lil, jew li jkun ikkontrollat, jew stabbilit (ħlief f'kapaċità fiduċjarja) mill-istess persuna, tiġbor flimkien dawn il-kontijiet kollha.

4.

Ammonti Moqrija bħala li Jinkludu l-Ekwivalenti f'Muniti Oħra. L-ammonti kollha denominati fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera għandhom jinqraw bħala li jinkludu ammonti ekwivalenti f'muniti oħrajn, kif iddeterminat mil-liġijiet nazzjonali.

TAQSIMA VIII

TERMINI MFISSRA

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom it-tifsiriet stipulati hawn taħt:

A.

Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti

1.

‘Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti’ tfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru jew Istituzzjoni Finanzjarja Żvizzera, skont kif jitlob il-kuntest, li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti.

2.

‘Istituzzjoni Finanzjarja ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti’ tfisser (i) kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li hija residenti f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti, iżda t-terminu jeskludi kwalunkwe fergħa ta' dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li tinsab barra dik il-Ġurisdizzjoni Parteċipanti, u (ii) kwalunkwe fergħa ta' Istituzzjoni Finanzjarja li mhijiex residenti f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti, jekk dik il-fergħa tkun tinsab f'dik il-Ġurisdizzjoni Parteċipanti.

3.

‘Istituzzjoni Finanzjarja’ tfisser Istituzzjoni ta' Kustodja, Istituzzjoni Depożitorja, Entità ta' Investiment, jew Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata.

4.

‘Istituzzjoni ta' Kustodja’ tfisser Entità li żżomm Assi Finanzjarji akkont ta' oħrajn bħala porzjon sostanzjali tan-negozju tagħha. Entità żżomm Assi Finanzjarji akkont ta' oħrajn bħala porzjon sostanzjali tan-negozju tagħha jekk l-introjtu gross tal-Entità attribwibbli għaż-żamma ta' Assi Finanzjarji u servizzi finanzjarji relatati jkun ugwali jew jaqbeż l-20 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i) il-perjodu ta' tliet snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru (jew l-aħħar jum ta' perjodu tal-kontabilità ta' sena mhux kalendarja) qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perjodu li matulu l-Entità tkun ilha teżisti.

5.

‘Istituzzjoni Depożitorja’ tfisser kwalunkwe Entità li taċċetta depożiti bħala parti mit-twettiq ordinarju ta' negozju bankarju jew ta' negozju simili.

6.

‘Entità tal-Investiment’ tfisser kwalunkwe entità:

(a)

li primarjament twettaq bħala negozju wieħed jew aktar mill-attivitajiet jew operazzjonijiet li ġejjin għal jew f'isem klijent:

(i)

kummerċ fi strumenti tas-suq monetarju (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati tad-depożitu, derivati, eċċ.); kambju barrani, kambju, rati tal-imgħax u strumenti tal-indiċi; titoli trasferibbli; jew negozju f'futuri tal-komoditajiet;

(ii)

ġestjoni individwali jew kollettiva ta' portafolji; jew

(iii)

investiment, amministrar, jew maniġġar mod ieħor ta' Assi Finanzjarji jew flus f'isem persuni oħra;

jew

(b)

li l-introjtu gross tagħha jkun attribwibbli primarjament għall-investiment, l-investiment mill-ġdid jew in-negozjar f'Assi Finanzjarji, jekk l-Entità hija ġestita minn Entità oħra li tkun Istituzzjoni Depożitorja, Istituzzjoni ta' Kustodja, Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata, jew Entità tal-Investiment kif deskritt fis-subparagrafu A(6)(a).

Entità tiġi trattata bħala li primarjament tkun qed tmexxi bħala negozju waħda jew aktar mill-attivitajiet tagħha deskritti fis-subparagrafu A(6)(a), jew introjtu gross ta' Entità jiġi primarjament attribwibbli għal investiment, investiment mill-ġdid, jew negozju f'Assi Finanzjarji għall-finijiet tas-subparagrafu A(6)(b), jekk l-introjtu gross tal-Entità attribwibbli għall-attivitajiet rilevanti jkun ugwali jew jaqbeż il-50 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i) il-perjodu ta' tliet snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perjodu li matulu l-Entità tkun ilha teżisti. ‘Entità tal-Investiment’ ma tinkludix Entità li tkun NFE Attiva għaliex dik l-Entità tissodisfa kwalunkwe kriterju fis-subparagrafi D(9)(d) sa (g).

Dan il-paragrafu għandu jiġi interpretat b'mod konsistenti mal-lingwaġġ simili stipulat fid-definizzjoni ta' ‘istituzzjoni finanzjarja’ fir-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.

7.

It-terminu ‘Assi Finanzjarju’ jinkludi titolu (pereżempju, sehem minn stokk f'korporazzjoni; sħubija jew interess fuq sjieda benefiċjarja fi sħubija jew fiduċjarja korporattiva miżmuma b'mod wiesa' jew innegozjata pubblikament; kambjala, bond, obbligazzjoni, jew evidenza oħra ta' pożizzjoni ta' dejn), interess fi sħubija, prodotti, swap (pereżempju, swaps tar-rata ta' interess, swaps ta' munita, basis swaps, limiti fuq ir-rati ta' imgħax, rati ta' imgħax minimi (interest rate floors), swaps ta' komoditajiet, swaps ta' ekwità, swaps tal-indiċi ta' ekwità, u ftehimiet simili), Kuntratt tal-Assigurazzjoni jew Kuntratt ta' Vitalizju, jew kwalunkwe interess (inkluż kuntratt tal-futuri jew forward, jew opzjoni forward) f'titolu, interess fi sħubija, prodott, swap, Kuntratt tal-Assigurazzjoni, jew Kuntratt ta' Vitalizju. It-terminu ‘Assi Finanzjarju’ ma jinkludix interess dirett mingħajr dejn fi proprjetà immobbli.

8.

‘Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata’ tfisser Entità li tkun kumpanija tal-assigurazzjoni (jew il-kumpanija azzjonarja ta' kumpanija tal-assigurazzjoni) li toħroġ, jew li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward ta', Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju.

B.

Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti

1.

‘Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti’ tfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li tkun:

(a)

Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali, ħlief fir-rigward ta' pagament li huwa derivat minn obbligu li jkun hemm f'konnessjoni ma' attività finanzjarja kummerċjali tat-tip li tkun attiva fiha Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata, Istituzzjoni ta' Kustodja, jew Istituzzjoni Depożitorja;

(b)

Fond għall-Irtirar b'Parteċipazzjoni Wiesgħa; Fond għall-Irtirar b'Parteċipazzjoni Limitata; Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali; jew Emittent Kwalifikat tal-Karti ta' Kreditu;

(c)

kwalunkwe Entità oħra li tippreżenta riskju baxx li tintuża għall-evażjoni tat-taxxa, b'karatteristiki sostanzjalment simili għal kwalunkwe waħda mill-Entitajiet deskritti fis-subparagrafi B(1)(a) u (b), u li hija definita fil-liġijiet nazzjonali bħala Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti, u, fil-każ tal-Istati Membri, hija pprovduta fl-Artikolu 8(7)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u kkomunikata lill-Iżvizzera u fil-każ tal-Iżvizzera, hija kkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea, sakemm l-istatus ta' tali Entità bħala Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti ma jfixkilx l-għanijiet ta' dan il-Ftehim;

(d)

Veikolu ta' Investiment Kollettiv Eżentat; jew

(e)

trust sal-punt li l-fiduċjarju tat-trust ikun Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u jirrapporta l-informazzjoni kollha li għandha tiġi rrappurtata skont it-Taqsima I fir-rigward tal-Kontijiet Rapportabbli kollha tat-trust.

2.

‘Entità Governattiva’ tfisser il-gvern ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' ġurisdizzjoni oħra, kwalunkwe suddiviżjoni politika ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' ġurisdizzjoni oħra (li, biex jiġi evitat id-dubju, jinkludi stat, provinċja, kontea, jew muniċipalità), jew kwalunkwe aġenzija jew mezz strumentali akkwiżita totalment ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' ġurisdizzjoni oħra jew ta' kwalunkwe wieħed jew iktar ta' dan ta' qabel (kull waħda minnhom, ‘Entità Governattiva’). Din il-kategorija hi magħmula mill-partijiet integrali, l-entitajiet ikkontrollati, u s-suddiviżjonijiet politiċi ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' ġurisdizzjoni oħra.

(a)

‘Parti integrali’ ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' ġurisdizzjoni oħra tfisser kwalunkwe persuna, organizzazzjoni, aġenzija, bureau, fond, strument, jew korp ieħor, jissemma kif jissemma, li jikkostitwixxi awtorità governattiva ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' ġurisdizzjoni oħra. Il-qligħ nett tal-awtorità governattiva għandu jiġi akkreditat lill-kont proprju jew lil kontijiet oħra tal-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' ġurisdizzjoni oħra, u ebda sehem ma għandu jkun għall-benefiċċju ta' xi persuna privata. Parti integrali ma tinkludi ebda individwu li huwa sovran, uffiċjal, jew amministratur li jaġixxi f'kapaċità privata jew personali.

(b)

‘Entità kkontrollata’ tfisser Entità li fil-forma tagħha hija separata mill-Istat Membru, mill-Iżvizzera jew minn ġurisdizzjoni oħra, jew li inkella tikkostitwixxi entità ġuridika separata, diment li:

(i)

l-Entità hija akkwiżita totalment u hija kkontrollata direttament minn Entità Governattiva waħda jew aktar, jew minn entità kkontrollata waħda jew aktar;

(ii)

il-qligħ nett tal-Entità jkun akkreditat fil-kont proprju jew fil-kontijiet ta' Entità Governattiva waħda jew aktar, filwaqt li ebda sehem tal-introjtu tagħha ma għandu jkun għall-benefiċċju ta' xi persuna privata; u

(iii)

mal-likwidazzjoni, l-assi tal-Entità huma vestiti f'Entità Governattiva waħda jew aktar.

(c)

L-introjtu ma jkunx għall-benefiċċju ta' persuni privati jekk tali persuni jkunu l-benefiċjarji intenzjonati ta' programm governattiv, u l-attivitajiet tal-programm jitwettqu għall-pubbliku inġenerali fir-rigward tal-benesseri komuni jew jirrigwardaw l-amministrazzjoni ta' xi fażi tal-gvern. Minkejja dan ta' hawn fuq, l-introjtu jitqies bħala li jkun għall-benefiċċju ta' persuni privati jekk l-introjtu jkun derivat mill-użu ta' Entità Governattiva għat-tmexxija ta' negozju kummerċjali, bħal negozju bankarju kummerċjali, li jipprovdi servizzi finanzjarji lil persuni privati.

3.

‘Organizzazzjoni Internazzjonali’ tfisser kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali jew aġenzija akkwiżita totalment jew mezz strumentali tagħha. Din il-kategorija tinkludi kull organizzazzjoni intergovernattiva (inkluża organizzazzjoni supranazzjonali) (i) li hi primarjament magħmula minn gvernijiet; (ii) li għandha fil-fatt kwartieri ġenerali jew ftehim sostanzjalment simili mal-Istat Membru, mal-Iżvizzera jew mal-ġurisdizzjoni l-oħra; u (iii) li l-introjtu tagħha ma jkunx għall-benefiċċju ta' persuni privati.

4.

‘Bank Ċentrali’ tfisser istituzzjoni li, bil-liġi jew sanzjoni tal-gvern, hija l-awtorità prinċipali, minbarra l-gvern tal-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew tal-ġurisdizzjoni l-oħra stess, li toħroġ strumenti maħsuba biex jiċċirkolaw bħala munita. Tali istituzzjoni tista' tinkludi strument li jkun separat mill-gvern tal-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew tal-ġurisdizzjoni l-oħra, irrispettivament minn jekk tkunx akkwiżita totalment jew parzjalment mill-Istat Membru, mill-Iżvizzera jew mill-ġurisdizzjoni l-oħra.

5.

‘Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Wiesgħa’ tfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn, għal benefiċjarji li attwalment huma, jew qabel kienu, impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta' wieħed jew aktar impjegaturi f'konsiderazzjoni għal servizzi mogħtija, sakemm il-fond:

(a)

ma jkollux benefiċjarju wieħed bi dritt għal aktar minn 5 % tal-assi tal-fond;

(b)

huwa soġġett għal regolamentazzjoni mill-gvern u jipprovdi r-rappurtar ta' informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa; u

(c)

jissodisfa mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-fond ġeneralment huwa eżentat mit-taxxa fuq l-introjtu mill-investiment, jew it-tassazzjoni ta' tali introjtu tkun differita jew intaxxata b'rata mnaqqsa, minħabba l-istatus tiegħu ta' pjan tal-irtirar jew tal-pensjoni;

(ii)

il-fond jirċievi tal-anqas 50 % tat-total ta' kontribuzzjonijiet tiegħu (minbarra trasferimenti ta' assi minn pjanijiet oħra deskritti fis-subparagrafi B(5) sa (7) jew minn kontijiet ta' rtirar u tal-pensjoni deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)) mill-impjegaturi li jkun qed jisponsorjaw;

(iii)

id-distribuzzjonijiet jew il-ġbid ta' flus mill-fond huma permessi biss meta jseħħu avvenimenti speċifiċi relatati ma' rtirar, diżabbiltà, jew mewt (ħlief għal distribuzzjonijiet imġedda għal fondi oħrajn tal-irtirar deskritti fis-subparagrafi B(5) sa (7) jew kontijiet ta' rtirar u tal-pensjoni deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)), jew japplikaw penali għal distribuzzjonijiet jew għal ġbid ta' flus li jseħħu qabel tali avvenimenti speċifikati; jew

(iv)

il-kontribuzzjonijiet (minbarra ċerti kontribuzzjonijiet make-up li jkunu permessi) mill-impjegati għall-fond huma limitati b'referenza għall-introjtu ggwadanjat tal-impjegat, jew ma jistgħux ikunu ta' aktar minn USD 50 000 fis-sena, jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera, bl-applikazzjoni tar-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kont u tal-qlib tal-munita.

6.

‘Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Limitata’ tfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji li attwalment huma, jew qabel kienu, impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta' sid wieħed jew aktar f'konsiderazzjoni għal servizzi mogħtija, sakemm:

(a)

il-fond ikollu inqas minn 50 parteċipant;

(b)

il-fond huwa sponsorjat minn wieħed jew aktar impjegaturi li mhumiex Entitajiet tal-Investiment jew NFEs passivi;

(c)

il-kontribuzzjonijiet tal-impjegati u ta' impjegatur għall-fond (għajr trasferimenti ta' assi minn kontijiet ta' rtirar u tal-pensjoni deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)) huma limitati b'referenza għall-introjtu ggwadanjat u l-kumpens tal-impjegati, rispettivament;

(d)

il-parteċipanti li mhumiex residenti tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) li fiha huwa stabbilit il-fond mhumiex intitolati għal aktar minn 20 % tal-assi tal-fond; u

(e)

il-fond huwa soġġett għal regolamentazzjoni mill-gvern u jipprovdi r-rappurtar tal-informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa.

7.

‘Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali’ tfisser fond stabbilit minn Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali għall-provvediment ta' benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji jew parteċipanti li attwalment huma, jew qabel kienu impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati), jew li attwalment mhumiex, jew qabel ma kinux impjegati, jekk il-benefiċċji pprovduti lil tali benefiċjarji jew parteċipanti huma b'konsiderazzjoni ta' servizzi personali mwettqa għall-Entità Governattiva, l-Organizzazzjoni Internazzjonali jew il-Bank Ċentrali.

8.

‘Emittent Kwalifikat tal-Karti ta' Kreditu’ tfisser Istituzzjoni Finanzjarja li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-Istituzzjoni Finanzjarja tkun Istituzzjoni Finanzjarja unikament għaliex tkun emittenti ta' karti tal-kreditu li taċċetta depożiti biss meta konsumatur jagħmel pagament f'eċċess ta' bilanċ dovut fir-rigward tal-karta u l-pagament żejjed ma jiġix irritornat lill-klijent immedjatament; u

(b)

mad-dħul fis-seħħ, jew qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, l-Istituzzjoni Finanzjarja timplimenta politiki u proċeduri jew biex timpedixxi lil klijent milli jagħmel pagament żejjed ogħla minn USD 50 000 jew ta' ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera, jew biex tiżgura li kwalunkwe pagament żejjed ta' klijent ogħla minn dak l-ammont jitħallas lura lill-klijent fi żmien 60 jum, filwaqt li f'kull każ tapplika r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għal aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita. Għal din il-fini, pagament żejjed ta' klijent ma jirreferix għal bilanċi tal-kreditu sal-punt ta' imposti kkontestati iżda jinkludi bilanċi tal-kreditu li jirriżultaw mir-redditu minn merkanzija.

9.

‘Veikolu ta' Investiment Kollettiv Eżentat’ tfisser Entità tal-Investiment li tkun regolata bħala veikolu ta' investiment kollettiv, sakemm l-interessi kollha fil-veikolu ta' investiment kollettiv huma miżmuma minn jew permezz ta' individwi jew Entitajiet li ma jkunux Persuni Rapportabbli, ħlief NFE Passiva b'Persuni li Jikkontrollaw li jkunu Persuni Rapportabbli.

Entità tal-Investiment li hija rregolata bħala veikolu ta' investiment kollettiv ma għandhiex ma tikkwalifikax skont is-subparagrafu B(9) bħala Veikolu ta' Investiment Kollettiv Eżentat, unikament minħabba li l-veikolu ta' investiment kollettiv ikun ħareġ ishma fiżiċi f'forma ta' portatur, sakemm:

(a)

il-veikolu ta' investiment kollettiv, ma jkunx ħareġ, u ma joħroġx, xi ishma fiżiċi f'forma ta' portatur wara l-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015;

(b)

il-veikolu ta' investiment kollettiv jirtira l-ishma kollha ta' dan it-tip maċ-ċessjoni;

(c)

il-veikolu ta' investiment kollettiv iwettaq il-proċeduri ta' diliġenza dovuta stipulati iktar 'il quddiem fit-Taqsimiet II sa VII u jirrapporta kwalunkwe informazzjoni li għandha tiġi rrapportata fir-rigward ta' kwalunkwe sehem bħal dan meta tali ishma jkunu ppreżentati għal amortizzazzjoni jew pagament ieħor; u

(d)

il-veikolu ta' investiment kollettiv ikollu fis-seħħ politiki u proċeduri biex jiġi żgurat li tali ishma jinfdew jew jiġu mmobilizzati kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015.

C.

Kont Finanzjarju

1.

‘Kont Finanzjarju’ tfisser kont miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja, u t-terminu jinkludi Kont Depożitarju, Kont ta' Kustodja u:

(a)

fil-każ ta' Entità tal-Investiment, kwalunkwe interess ta' ekwità jew ta' dejn fl-Istituzzjoni Finanzjarja. Minkejja dan ta' hawn fuq, it-terminu ‘Kont Finanzjarju’ ma jinkludi l-ebda interess fuq ekwità jew dejn f'Entità li tkun Entità tal-Investiment unikament minħabba li (i) tagħti pariri dwar l-investiment, u taġixxi f'isem, jew (ii) timmaniġġja portafolji għal klijent u taġixxi f'ismu għall-finijiet ta' investiment, maniġġjar, jew amministrar ta' Assi Finanzjarji depożitati f'isem il-klijent ma' Istituzzjoni Finanzjarja għajr dik l-Entità;

(b)

fil-każ ta' Istituzzjoni Finanzjarja mhux deskritta fis-subparagrafu C(1)(a), kwalunkwe interess ta' ekwità jew ta' dejn fl-Istituzzjoni Finanzjarja, jekk il-klassi ta' interessi kienet stabbilita għall-fini li jiġi evitat ir-rappurtar li għandu jsir skont it-Taqsima I; u

(c)

kwalunkwe Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u kwalunkwe Kuntratt ta' Vitalizju maħruġ jew miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja, għajr annwalità immedjata tal-ħajja mhux marbuta ma' investiment u mhux trasferibbli li tinħareġ lil individwu u tiffissal-valur fi flus ta' pensjoni jew benefiċċju ta' diżabbiltà previst bħala parti minn kont li jkun Kont Eskluż.

It-terminu ‘Kont Finanzjarju’ ma jinkludi l-ebda kont li jkun Kont Eskluż.

2.

It-terminu ‘Kont Depożitarju’ jinkludi kwalunkwe kont kummerċjali, taċ-ċekkijiet, ta' tifdil, fiss, jew thrift, jew kont li huwa evidenzjat minn ċertifikat ta' depożitu, ċertifikat ta' tifdil għall-irtirar, ċertifikat ta' investiment, ċertifikat ta' dejn, jew strument ieħor simili miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja matul negozju ordinarju bankarju jew wieħed simili. Kont Depożitarju jinkludi wkoll ammont miżmum minn kumpanija tal-assigurazzjoni skont kuntratt ta' investiment garantit jew ftehim simili biex jitħallas jew jiġi akkreditat interess fuqu.

3.

‘Kont ta' Kustodja’ tfisser kont (minbarra Kuntratt ta' Assigurazzjoni jew Kuntratt ta' Vitalizju) li jkollu Assi Finanzjarju wieħed jew aktar għall-benefiċċju ta' persuna oħra.

4.

‘Interess fuq Ekwità’, fil-każ ta' sħubija li hija Istituzzjoni Finanzjarja, tfisser jew interess fuq kapital jew interess fuq il-qligħ fi sħubija. Fil-każ ta' trust li tkun Istituzzjoni Finanzjarja, interess fuq Ekwità hu meqjus li jkun miżmum minn kwalunkwe persuna ttrattata bħala settlor jew benefiċjarju tat-trust kollha jew ta' parti minnha, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust. Persuna Rapportabbli tiġi ttrattata bħala benefiċjarju ta' trust jekk tali Persuna Rapportabbli jkollha d-dritt li tirċievi direttament jew indirettament (pereżempju, permezz ta' nominat) distribuzzjoni mandatorja jew tista' tirċievi, direttament jew indirettament, distribuzzjoni diskrezzjonarja mit-trust.

5.

‘Kuntratt ta' Assigurazzjoni’ tfisser kuntratt (minbarra Kuntratt ta' Vitalizju) skont liema l-emittent jaqbel li jħallas ammont mal-okkorrenza ta' kontinġenza speċifikata li tinvolvi mortalità, morbożità, inċident, responsabbiltà, jew riskju tal-proprjetà.

6.

‘Kuntratt ta' Vitalizju’ tfisser kuntratt li bih l-emittent jaqbel li jagħmel pagamenti għal perjodu ta' żmien determinat bis-sħiħ jew b'mod parzjali b'referenza għall-istennija tal-ħajja ta' individwu wieħed jew aktar. It-terminu jinkludi wkoll kuntratt li huwa meqjus bħala kull Kuntratt ta' Vitalizju skont il-liġi, ir-regolament jew il-prattika tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) li fiha nħareġ il-kuntratt, u li skont liema l-emittent jaqbel li jagħmel pagamenti għal terminu ta' snin.

7.

‘Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus’ tfisser Kuntratt tal-Assigurazzjoni (minbarra kuntratt tar-riassigurazzjoni ta' indennizz bejn żewġ kumpanniji tal-assigurazzjoni) li għandu Valur fi Flus.

8.

‘Valur fi Flus’ tfisser l-ikbar minn (i) l-ammont li d-detentur tal-polza huwa intitolat li jirċievi meta sseħħ iċ-ċessjoni jew it-terminazzjoni tal-kuntratt (determinat mingħajr tnaqqis għal kwalunkwe ħlas għaċ-ċediment jew self għall-polza), u (ii) l-ammont li d-detentur tal-polza jista' jissellef skont jew fir-rigward tal-kuntratt. Minkejja dan ta' hawn fuq, it-terminu ‘Valur fi Flus’ ma jinkludix ammont pagabbli skont Kuntratt tal-Assigurazzjoni:

(a)

unikament minħabba l-mewt ta' individwu assigurat skont kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja;

(b)

bħala benefiċċju għal korriment personali jew għall-mard jew bħala benefiċċju ieħor li jipprovdi indennizz ta' telf ekonomiku mġarrab malli jseħħ l-avveniment kopert mill-assigurazzjoni;

(c)

bħala rifużjoni ta' primjum imħallas qabel (nieqes l-ispiża tal-ħlasijiet tal-assigurazzjoni kemm jekk attwalment imposti jew le) skont kuntratt tal-Assigurazzjoni (minbarra kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja marbut ma' investiment jew kuntratt ta' Vitalizju) minħabba kanċellazzjoni jew terminazzjoni tal-kuntratt, tnaqqis fl-espożizzjoni tar-riskju matul il-perjodu effettiv tal-kuntratt, jew b'riżultat tal-korrezzjoni ta' kollokament jew żball simili rigward il-primjum għall-kuntratt;

(d)

bħala dividend ta' dententur tal-polza (minbarra dividend tat-terminazzjoni) sakemm id-dividend jirrigwarda Kuntratt tal-Assigurazzjoni skont liema l-uniċi benefiċċji pagabbli huma deskritti fis-subparagrafu C(8)(b); jew

(e)

bħala redditu ta' primjum bil-quddiem jew depożitu tal-primjum għal Kuntratt tal-Assigurazzjoni li għalih il-primjum għandu jitħallas mill-inqas annwalment jekk l-ammont tal-primjum bil-quddiem jew id-depożitu tal-primjum ma jaqbiżx il-primjum annwali li jmiss li se jkun pagabbli skont il-kuntratt.

9.

‘Kont Preeżistenti’ tfisser:

(a)

Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mill-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju 27 ta' Mejju 2015.

(b)

Stat Membru jew l-Iżvizzera għandu jkollhom l-għażla li jestendu t-terminu ‘Kont Preeżistenti’ sabiex ikun tfisser ukoll kwalunkwe Kont Finanzjarju ta' Detentur ta' Kont, irrispettivament mid-data li fiha nfetaħ dan il-Kont Finanzjarju, jekk:

(i)

id-Detentur tal-Kont iżomm ukoll mal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jew ma' Entità Relatata fl-istess ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, Kont Finanzjarju li huwa Kont Preeżistenti skont is-subparagrafu C(9)(a);

(ii)

l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u, kif applikabbli, l-Entità Relatata fl-istess ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, tittratta ż-żewġ Kontijiet Finanzjarji msemmijin hawn fuq, u kwalunkwe Kont Finanzjarju ieħor tad-Detentur tal-Kont li jiġi ttrattat bħala Kont Preeżistenti skont il-punt (b), bħala Kont Finanzjarju uniku sabiex jiġu ssodisfati l-istandards tar-rekwiżiti ta' għarfien stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu A tat-Taqsima VII, u sabiex jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur ta' kwalunkwe wieħed mill-Kontijiet Finanzjarji meta jiġi applikat kwalunkwe wieħed mil-limiti tal-kont;

(iii)

fir-rigward ta' Kont Finanzjarju li huwa soġġett għall-Proċeduri tal-AML/KYC, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hija permessa tissodisfa dawn il-Proċeduri tal-AML/KYC għall-Kont Finanzjarju billi toqgħod fuq il-Proċeduri tal-AML/KYC mwettqa għall-Kont Preeżistenti deskritt fis-subparagrafu C(9)(a); u

(iv)

il-ftuħ tal-Kont Finanzjarju ma jeħtieġx l-għoti ta' informazzjoni ġdida, addizzjonali jew emendata tal-klijent mid-Detentur tal-Kont ħlief għall-finijiet ta' dan il-Ftehim.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Iżvizzera, u l-Iżvizzera għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea, jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f'dan il-punt. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lill-Iżvizzera u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand l-Iżvizzera lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta' dik l-għażla minn Stat Membru jew mill-Iżvizzera għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod.

10.

‘Kont Ġdid’ tfisser Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti miftuħ mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015 jew wara, sakemm ma jkunx ittrattat bħala Kont Preeżistenti skont id-definizzjoni estiża ta' Kont Preeżistenti fis-subparagrafu C(9).

11.

‘Kont Individwali Preeżistenti’ tfisser Kont Preeżistenti miżmum minn individwu wieħed jew aktar.

12.

‘Kont Individwali Ġdid’ tfisser Kont Ġdid miżmum minn individwu wieħed jew aktar.

13.

‘Kont ta' Entità Preeżistenti’ tfisser Kont Preeżistenti miżmum minn Entità waħda jew aktar.

14.

‘Kont ta' Valur Aktar Baxx’ tfisser Kont Individwali Preeżistenti b'bilanċ jew valur aggregat fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015 li ma jaqbiżx USD 1 000 000, jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera.

15.

‘Kont ta' Valur Għoli’ tfisser Kont Individwali Preeżistenti b'bilanċ jew valur aggregat li jaqbeż USD 1 000 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015 jew mill-31 ta' Diċembru ta' kwalunkwe sena sussegwenti.

16.

‘Kont ta' Entità Ġdid’ tfisser Kont Ġdid miżmum minn Entità waħda jew aktar.

17.

‘Kont Eskluż’ tfisser kwalunkwe wieħed mill-kontijiet li ġejjin:

(a)

kont ta' rtirar jew tal-pensjoni li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala kont ta' rtirar personali jew huwa parti minn pjan ta' rtirar jew tal-pensjoni rreġistrat jew irregolat għall-provvediment ta' benefiċċji ta' rtirar jew tal-pensjoni (inklużi benefiċċji ta' diżabilità jew mewt);

(ii)

il-kont jibbenifika minn benefiċċji tat-taxxa (jiġifieri l-kontribuzzjonijiet għall-kont li jkunu soġġetti għat-taxxa mod ieħor jiġu mnaqqsa jew esklużi mill-introjtu gross tad-Detentur tal-Kont jew intaxxati b'rata mnaqqsa, jew it-tassazzjoni ta' introjtu minn investiment mill-kont tiġi differita jew intaxxata b'rata mnaqqsa);

(iii)

ir-rappurtar tal-informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa huwa meħtieġ fir-rigward tal-kont;

(iv)

il-ġbid tal-flus isir bil-kondizzjoni li tintlaħaq età ta' rtirar speċifika, id-diżabilità, jew il-mewt, jew penali japplikaw għall-ġbid tal-flus li jkun sar qabel dawn l-avvenimenti speċifiċi; u

(v)

jew (i) il-kontribuzzjonijiet annwali huma limitati għal USD 50 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera jew inqas, jew (ii) hemm limitu ta' kontribuzzjoni massima tul il-ħajja għall-kont ta' USD 1 000 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera jew inqas, f'kull każ japplikaw ir-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita.

Kont Finanzjarju li b'mod ieħor jissodisfa r-rekwiżit tas-subparagrafu C(17)(a)(v) mhux se jonqos milli jissodisfa dan ir-rekwiżit unikament minħabba li dan il-Kont Finanzjarju jista' jirċievi assi jew fondi trasferiti minn Kont Finanzjarju wieħed jew aktar li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subparagrafu C(17)(a) jew (b) jew minn fond tal-irtirar jew tal-pensjoni wieħed jew aktar li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe wieħed mis-subparagrafi B(5) sa (7).

(b)

kont li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala strument ta' investiment għal finijiet oħra għajr għall-irtirar u jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit, jew il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala strument ta' tfaddil għal finijiet oħra għajr għall-irtirar;

(ii)

il-kont jibbenifika minn benefiċċji tat-taxxa (jiġifieri, il-kontribuzzjonijiet għall-kont li jkunu soġġetti għat-taxxa mod ieħor jiġu mnaqqsa jew esklużi mill-introjtu gross tad-Detentur tal-Kont jew intaxxati b'rata mnaqqsa, jew it-tassazzjoni ta' introjtu minn investiment mill-kont tkun differita jew intaxxata b'rata mnaqqsa);

(iii)

il-ġbid tal-flus isir bil-kondizzjoni li jissodisfa kriterji speċifiċi dwar il-fini tal-kont ta' investiment jew ta' tfaddil (pereżempju, l-għoti ta' benefiċċji edukattivi jew mediċi), jew il-penali japplikaw għall-ġbid tal-flus li jsir qabel dawn il-kriterji jkunu ssodisfati; u

(iv)

il-kontribuzzjonijiet annwali huma limitati għal USD 50 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera jew inqas, billi jiġu applikati r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita.

Kont Finanzjarju li b'mod ieħor jissodisfa r-rekwiżit tas-subparagrafu C(17)(b)(iv) mhux se jonqos milli jissodisfa dan ir-rekwiżit unikament minħabba li dan il-Kont Finanzjarju jista' jirċievi assi jew fondi trasferiti minn wieħed jew aktar kontijiet finanzjarji li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subparagrafu C(17)(a) jew (b) jew minn wieħed jew aktar fondi tal-irtirar jew tal-pensjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe wieħed mis-subparagrafi B(5) sa (7).

(c)

kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja b'perjodu ta' kopertura li jintemm qabel ma l-individwu assigurat jilħaq l-età ta' 90 sena, sakemm il-kuntratt jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

primjums perjodiċi, li ma jonqsux matul iż-żmien, ikunu pagabbli mill-inqas kull sena matul il-perjodu li l-kuntratt ikun fis-seħħ jew sakemm l-assigurat jilħaq l-età ta' 90 sena, skont liema jkun l-iqsar;

(ii)

il-kuntratt ma għandu l-ebda valur tal-kuntratt li kwalunkwe persuna tista' taċċessa (permezz ta' ġbid ta' flus, self, jew mod ieħor) mingħajr ma jintemm il-kuntratt;

(iii)

l-ammont (minbarra benefiċċju tal-mewt) pagabbli malli jiġi kkanċellat jew malli jintemm il-kuntratt ma jistax jaqbeż l-aggregat ta' primjums imħallsa għall-kuntratt, wara li jitnaqqsu l-ammonti tal-ispejjeż ta' mortalità, morbożità, u l-ħlasijiet għal spejjeż (jekk effettivament imposti jew le) għall-perjodu jew għall-perjodi tal-eżistenza tal-kuntratt u kwalunkwe ammont imħallas qabel il-kanċellazzjoni jew it-terminazzjoni tal-kuntratt; u

(iv)

il-kuntratt ma jinżammx minn ċessjonarju għal valur.

(d)

kont li jinżamm biss minn patrimonju jekk id-dokumentazzjoni għal kont ta' dan it-tip tinkludi kopja tat-testment jew iċ-ċertifikat tal-mewt tal-persuna mejta.

(e)

kont stabbilit b'konnessjoni ma' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

ordni jew sentenza tal-qorti.

(ii)

bejgħ, skambju, jew kiri ta' proprjetà immobbli jew personali, sakemm il-kont jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

il-kont huwa ffinanzjat biss bi ħlas parzjali, kapparra, depożitu f'ammont xieraq biex jiġi żgurat obbligu direttament marbut mat-tranżazzjoni, jew ħlas simili, jew huwa ffinanzjat b'Assi Finanzjarju li hu ddepożitat fil-kont b'konnessjoni mal-bejgħ, l-iskambju, jew il-kiri tal-proprjetà;

il-kont huwa stabbilit u użat biss biex jiġi żgurat l-obbligu tax-xerrej li jħallas il-prezz għax-xiri tal-proprjetà, li l-bejjiegħ iħallas kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti, jew li s-sid jew il-kerrej iħallas għal kwalunkwe dannu li jirrigwarda l-proprjetà mikrija kif miftiehem skont il-kuntratt tal-kera;

l-assi tal-kont, inkluż l-introjtu rikavat fuqhom, jitħallsu jew b'xi mod ieħor jitqassmu għall-benefiċċju tax-xerrej, il-bejjiegħ, is-sid, jew il-kerrej (inkluż biex jiġi ssodisfat l-obbligu ta' din il-persuna) meta tinbiegħ, tiġi skambjata jew ċeduta l-proprjetà, jew meta tintemm il-kirja;

il-kont mhuwiex marġni jew kont simili stabbilit b'rabta ma' bejgħ jew skambju ta' Assi Finanzjarju; u

il-kont mhuwiex assoċjat ma' kont deskritt fis-subparagrafu C(17)(f).

(iii)

obbligu ta' Istituzzjoni Finanzjarja li tagħti servizz ta' self garantit minn proprjetà immobbli biex jitwarrab fil-ġenb porzjon ta' pagament biss sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas ta' taxxi jew assigurazzjoni relatata ma' proprjetà immobbli aktar tard.

(iv)

obbligu ta' Istituzzjoni Finanzjarja biss sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas ta' taxxi aktar tard.

(f)

Kont Depożitarju li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-kont jeżisti biss minħabba li klijent jagħmel pagament żejjed minn bilanċ dovut fir-rigward ta' karta ta' kreditu jew ta' faċilità ta' kreditu rinnovabbli oħra u l-pagament żejjed ma jmurx immedjatament lura għand il-klijent; u

(ii)

mad-dħul fis-seħħ, jew qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju fis-27 ta' Mejju 2015, l-Istituzzjoni Finanzjarja timplimenta linji politiċi u proċeduri jew biex timpedixxi lil klijent milli jagħmel pagament żejjed ogħla minn USD 50 000 jew ta' ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera, jew biex tiżgura li kwalunkwe pagament żejjed ta' klijent ogħla minn dak l-ammont jitħallas lura lill-klijent fi żmien 60 jum, filwaqt li f'kull każ tapplikat r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għal aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita. Għal din il-fini, pagament żejjed ta' klijent ma jirreferix għal bilanċi tal-kreditu sal-punt ta' imposti kkontestati iżda jinkludi bilanċi tal-kreditu li jirriżultaw mir-redditu minn merkanzija.

(g)

kwalunkwe kont ieħor li jippreżenta riskju baxx li jintuża għall-evażjoni tat-taxxa, għandu sostanzjalment karatteristiki simili għal kwalunkwe wieħed mill-kontijiet deskritti fis-subparagrafi C(17)(a) sa (f), u huwa definit fil-liġijiet nazzjonali bħala Kont Eskluż u, fil-każ tal-Istati Membri, huwa previst fl-Artikolu 8(7)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u kkomunikat lill-Iżvizzera u fil-każ tal-Iżvizzera, huwa kkomunikat lill-Kummissjoni Ewropea, diment li l-istatus ta' tali kont bħala Kont Eskluż ma jfixkilx l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

D.

Kont Rapportabbli

1.

‘Kont Rapportabbli’ tfisser kont miżmum minn Persuni Rapportabbli jew minn NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li hija Persuna Rapportabbli, sakemm dan ikun ġie identifikat bħala tali skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta deskritti fit-Taqsimiet II sa VII.

2.

‘Persuna Rapportabbli’ tfisser Persuna ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli minbarra: (i) korporazzjoni li l-istokk tagħha jiġi nnegozjat b'mod regolari f'wieħed jew aktar swieq tat-titoli stabbiliti; (ii) kwalunkwe korporazzjoni li hija Entità Relatata ta' korporazzjoni deskritta fil-klawsola (i); (iii) Entità Governattiva; (iv) Organizzazzjoni Internazzjonali; (v) Bank Ċentrali; jew (vi) Istituzzjoni Finanzjarja.

3.

‘Persuna ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli’ tfisser individwu jew Entità li hija residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli skont il-liġijiet tat-taxxa ta' dik il-ġurisdizzjoni, jew patrimonju ta' persuna deċeduta li kienet residenti ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli. Għal din il-fini, Entità bħal sħubija, sħubija b'responsabbiltà limitata jew arranġament legali simili, li m'għandhiex residenza għall-finijiet tat-taxxa għandha tkun ittrattata bħala residenti fil-ġurisdizzjoni fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha.

4.

‘Ġurisdizzjoni Rapportabbli’ tfisser l-Iżvizzera fir-rigward ta' Stat Membru jew Stat Membru fir-rigward tal-Iżvizzera fil-kuntest tal-obbligu li tingħata l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I.

5.

It-terminu ‘Ġurisdizzjoni Parteċipanti’ fir-rigward ta' Stat Membru jew l-Iżvizzera jfisser:

(a)

kwalunkwe Stat Membru fir-rigward tar-rappurtar lill-Iżvizzera, jew

(b)

l-Iżvizzera fir-rigward tar-rappurtar lil Stat Membru, jew

(c)

kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra (i) li magħha l-Istat Membru rilevanti jew l-Iżvizzera, skont kif jitlob il-kuntest, għandu ftehim fis-seħħ skont liema dik il-ġurisdizzjoni tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I, u (ii) li hija identifikata f'lista ppubblikata minn dak l-Istat Membru jew mill-Iżvizzera u nnotifikata lill-Iżvizzera, rispettivament lill-Kummissjoni Ewropea;

(d)

fir-rigward tal-Istati Membri, kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra (i) li magħha l-Unjoni Ewropea għandha ftehim fis-seħħ skont liema dik il-ġurisdizzjoni tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I, u (ii) li hija identifikata f'lista ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea.

6.

‘Persuni Kontrollanti’ tfisser il-persuni fiżiċi li jeżerċitaw kontroll fuq Entità. Fil-każ ta' trust, dak it-terminu jfisser is-settlor(s), il-fiduċjarju(i), il-protettur(i) (jekk ikun hemm), il-benefiċjarju(i) jew klassi(jiet) ta' benefiċjarji, u kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust, u fil-każ ta' arranġament legali għajr trust, dan it-terminu jfisser persuni f'pożizzjonijiet ekwivalenti jew simili. It-terminu ‘Persuni Kontrollanti’ għandu jiġi interpretat b'mod konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.

7.

‘NFE’ tfisser kwalunkwe Entità li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja.

8.

‘NFE Passiva’ tfisser kwalunkwe: (i) NFE li mhijiex NFE Attiva; jew (ii) Entità ta' Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni.

9.

‘NFE Attiva’ tfisser kwalunkwe NFE li tissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

inqas minn 50 % tal-introjtu gross tal-NFE għas-sena kalendarja preċedenti jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor huwa introjtu passiv u inqas minn 50 % tal-assi miżmuma mill-NFE matul is-sena kalendarja preċedenti jew għall-perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor huma assi li jipproduċu jew jinżammu għall-produzzjoni ta' introjtu passiv;

(b)

l-istokk tal-NFE jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit jew l-NFE hija Entità Relatata ta' Entità li l-istokk tagħha jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit;

(c)

l-NFE hija Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali, Bank Ċentrali, jew Entità akkwiżita totalment ta' wieħed jew aktar minn ta' qabel;

(d)

sostanzjalment l-attivitajiet kollha tal-NFE jikkonsistu miż-żamma (b'mod totali jew parzjali) tal-istokk pendenti ta', jew mill-għoti ta' finanzjament u servizzi lil, waħda jew aktar sussidjarji li jidħlu f'kummerċ jew negozji oħra għajr in-negozju ta' Istituzzjoni Finanzjarja, ħlief li Entità ma tikkwalifikax għal dan l-istatus jekk l-Entità tiffunzjona (jew isservi) bħala fond ta' investiment, bħal fond ta' ekwità privata, fond ta' kapital ta' riskju, leveraged buyout fund, jew kwalunkwe strument ta' investiment li l-għan tiegħu hu li jakkwista jew jiffinanzja kumpaniji u mbagħad ikollu interessi f'dawk il-kumpaniji bħala assi kapitali għal finijiet ta' investiment;

(e)

l-NFE għadha mhux qed topera negozju u ma għandha l-ebda storja preċedenti ta' operat, iżda qiegħda tinvesti kapital f'assi bl-intenzjoni li topera negozju għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja, sakemm l-NFE ma tikkwalifikax għal din l-eċċezzjoni wara d-data li hija 24 xahar wara d-data tal-organizzazzjoni inizjali tal-NFE;

(f)

l-NFE ma kinitx Istituzzjoni Finanzjarja f'dawn l-aħħar ħames snin, u tinsab fil-proċess li tillikwida l-assi tagħha jew qed torganizza lilha nnifisha mill-ġdid bl-intenzjoni li tkompli jew terġa' tibda l-operazzjonijiet f'negozju ieħor għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja;

(g)

l-NFE primarjament tinvolvi ruħha fil-finanzjament u t-tranżazzjonijiet ta' hedging ma', jew għal, Entitajiet Relatati li mhumiex Istituzzjonijiet Finanzjarji, u ma tipprovdix finanzjament jew servizzi ta' hedging lil ebda Entità li mhijiex Entità Relatata, sakemm il-grupp ta' kwalunkwe tali Entità Relatata huwa primarjament involut f'negozju għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja; jew

(h)

l-NFE tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

hija stabbilita u topera fil-ġurisdizzjoni ta' residenza tagħha (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) esklussivament għal finijiet reliġjużi, ta' karità, xjentifiċi, artistiċi, kulturali, atletiċi, jew edukattivi; jew hija stabbilita u topera fil-ġurisdizzjoni ta' residenza tagħha (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) u hija organizzazzjoni professjonali, league tan-negozju, kamra tal-kummerċ, organizzazzjoni tax-xogħol, organizzazzjoni agrikola jew ortikulturali, league ċiviku jew organizzazzjoni mħaddma esklussivament għall-promozzjoni tal-benesseri soċjali;

(ii)

hija eżenti mit-taxxa fuq l-introjtu fil-ġurisdizzjoni ta' residenza tagħha (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra);

(iii)

ma għandha l-ebda azzjonist jew membru li għandu dritt jew interess benefiċjali fl-introjtu jew tal-assi tagħha;

(iv)

il-liġijiet applikabbli tal-ġurisdizzjoni ta' residenza tal-NFE (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) jew dokumenti tal-formazzjoni tal-NFE ma jippermettu li l-ebda introjtu jew assi tal-NFE jitqassmu lil, jew jiġu applikati għall-benefiċċju ta', persuna privata jew Entità mhux ta' karità għajr skont l-aġir tal-attivitajiet ta' karità tal-NFE, jew bħala ħlas ta' kumpens raġonevoli għal servizzi mogħtija, jew bħala ħlas li jirrappreżenta l-valur ġust tas-suq ta' proprjetà li tkun xtrat l-NFE; u

(v)

il-liġijiet applikabbli tal-ġurisdizzjoni ta' residenza tal-NFE (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) jew dokumenti tal-formazzjoni tal-NFE jeħtieġu li, mal-likwidazzjoni jew ix-xoljiment tal-NFE, l-assi kollha tagħha jitqassmu lil Entità Governattiva jew lil organizzazzjoni oħra mingħajr skop ta' qligħ, jew jiġu ttrasferiti lill-Gvern tal-ġurisdizzjoni ta' residenza tal-NFE (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) jew lil kwalunkwe suddiviżjoni politika tagħha.

E.

Mixxellanji

1.

‘Detentur ta' Kont’ tfisser il-persuna elenkata jew identifikata bħala d-detentur ta' Kont Finanzjarju mill-Istituzzjoni Finanzjarja li żżomm il-kont. Persuna, għajr Istituzzjoni Finanzjarja, li għandha Kont Finanzjarju għall-benefiċċju jew kont ta' persuna oħra bħala aġent, kustodju, persuna nominata, firmatarja, konsulent tal-investiment, jew intermedjarja, mhijiex trattata bħala detentur tal-kont għall-finijiet ta' dan l-Anness, filwaqt li din il-persuna oħra hija ttrattata bħala detentur tal-kont. Fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, id-Detentur tal-Kont huwa kwalunkwe persuna intitolata li taċċessal-Valur fi Flus jew li tibdel il-benefiċjarju tal-kuntratt. Jekk l-ebda persuna ma tkun tista' taċċessal-Valur fi Flus jew tibdel il-benefiċjarju, id-Detentur tal-Kont huwa kwalunkwe persuna indikata bħala s-sid fil-kuntratt, u kwalunkwe persuna b'intitolament proprju għal pagament skont it-termini tal-kuntratt. Mal-maturità ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, kull persuna intitolata li tirċievi pagament skont il-kuntratt hija ttrattata bħala Detentur tal-Kont.

2.

‘Proċeduri tal-AML/KYC’ tfisser proċeduri ta' diliġenza dovuta tal-klijent ta' Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont ir-rekwiżiti kontra l-ħasil tal-flus jew rekwiżiti simili li għalihom hija soġġetta din l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti.

3.

‘Entità’ tfisser persuna ġuridika jew arranġament legali, bħal korporazzjoni, sħubija, trust, jew fondazzjoni.

4.

Entità hija ‘Entità Relatata’ ta' Entità oħra jekk kwalunkwe Entità tikkontrolla lill-Entità l-oħra, jew iż-żewġ Entitajiet huma taħt kontroll komuni. Għal dan l-għan il-kontroll jinkludi sjieda diretta jew indiretta ta' aktar minn 50 % tal-votazzjoni u l-valur f'Entità. Stat Membru jew l-Iżvizzera għandu jkollhom l-opzjoni li jiddefinixxu Entità bħala ‘Entità Relatata’ ta' Entità oħra jekk (a) kwalunkwe Entità tikkontrolla lill-Entità l-oħra; (b) iż-żewġ Entitajiet huma taħt kontroll komuni; jew (c) iż-żewġ Entitajiet huma Entitajiet ta' Investiment deskritti fis-subparagrafu A(6)(b), taħt ġestjoni komuni, u din il-ġestjoni tissodisfa l-obbligi ta' diliġenza dovuta ta' dawn l-Entitajiet ta' Investiment. Għal dan l-għan il-kontroll jinkludi sjieda diretta jew indiretta ta' aktar minn 50 % tal-votazzjoni u l-valur f'Entità.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju fis-27 ta' Mejju 2015, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Iżvizzera u l-Iżvizzera għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f'dan is-subparagrafu. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lill-Iżvizzera u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand l-Iżvizzera lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta' dik l-għażla minn Stat Membru jew mill-Iżvizzera għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod.

5.

‘NIT’ tfisser in-Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent).

6.

It-terminu ‘Evidenza Dokumentata’ jinkludi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ċertifikat ta' residenza maħruġ minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità) tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) li l-benefiċjarju jiddikjara li hu residenti fiha.

(b)

fir-rigward ta' individwu, kwalunkwe identifikazzjoni valida maħruġa minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità), li tinkludi l-isem tal-individwu tipikament tintuża għal finijiet ta' identifikazzjoni.

(c)

fir-rigward ta' Entità, kwalunkwe dokumentazzjoni uffiċjali maħruġa minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità) li tinkludi l-isem tal-Entità u jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tagħha fil-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) li fiha hija tiddikjara li hija residenti jew il-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) fejn l-Entità kienet inkorporata jew organizzata.

(d)

kwalunkwe dikjarazzjoni finanzjarja awditjata, rapport tal-kreditu minn partijiet terzi, dikjarazzjoni ta' falliment, jew rapport tar-regolatur tat-titoli.

Fir-rigward ta' Kont ta' Entità Preeżistenti, kull Stat Membru jew l-Iżvizzera għandu jkollhom l-opzjoni li jippermettu lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jużaw bħala Evidenza Dokumentata kwalunkwe klassifikazzjoni fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarj Rapportanti fir-rigward tad-Detentur ta' Kont li kien iddeterminat abbażi ta' sistema ta' kodiċi tal-industrija standardizzata, li kien irreġistrat minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti konsistenti mal-prattiki tan-negozju normali tagħha għal finijiet ta' Proċeduri tal-AML/KYC jew finijiet regolatorji oħra (ħlief għal finijiet tat-taxxa) u li ġiet implimentata minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti qabel id-data użata għall-klassifikazzjoni tal-Kont Finanzjarju bħala Kont Preeżistenti, sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx taf jew ma jkollhiex raġuni biex tkun taf li din il-klassifikazzjoni hija żbaljata jew mhux affidabbli. ‘Sistema standardizzata ta' kkowdjar tal-industrija’ tfisser sistema ta' kodiċi użata għall-klassifikazzjoni ta' stabbilimenti skont it-tip ta' negozju għal finijiet oħra li mhumiex finijiet tat-taxxa.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Iżvizzera u l-Iżvizzera għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f'dan is-subparagrafu. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lill-Iżvizzera u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand l-Iżvizzera lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta' dik l-għażla minn Stat Membru jew mill-Iżvizzera għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod.

TAQSIMA IX

IMPLIMENTAZZJONI EFFETTIVA

Kull Stat Membru u l-Iżvizzera għandu jkollhom regoli u proċeduri amministrattivi fis-seħħ sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta', u l-konformità mal-proċeduri ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta stabbiliti hawn fuq, inkluż:

1.

regoli li jipprevjenu kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja, persuni jew intermedjarji milli jadottaw prattiki maħsuba biex jiġu evitati l-proċeduri ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta;

2.

regoli li jeħtieġu li l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti żżomm rekords tal-passi li ttieħdu u kwalunkwe evidenza użata għat-twettiq tal-proċeduri ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta, u miżuri xierqa biex jinkisbu dawk ir-rekords;

3.

proċeduri amministrattivi biex tiġi vverifikata l-konformità tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti mal-proċeduri ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta; proċeduri amministrattivi biex isir segwitu ma' Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti meta jiġu rappurtati kontijiet mhux dokumentati;

4.

proċeduri amministrattivi biex jiġi żgurat li l-Entitajiet u l-kontijiet definiti fil-liġi domestika bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi jibqa' jkollhom riskju baxx li jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa; u

5.

dispożizzjonijiet ta' infurzar effettivi biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' konformità.

“ANNESS II

Regoli ta' Rappurtar Komplementari u ta' Diliġenza Dovuta għal Informazzjoni ta' Kont Finanzjarju

1.   Bidla fiċ-ċirkostanzi

‘Bidla fiċ-ċirkostanzi’ tinkludi kwalunkwe bidla li tirriżulta fiż-żieda ta' informazzjoni rilevanti għall-istatus ta' persuna jew li b'xi mod ieħor tkun f'kunflitt mal-status ta' dik il-persuna. Barra minn hekk, bidla fiċ-ċirkostanzi tinkludi kwalunkwe bidla jew żieda ta' informazzjoni fil-kont tad-Detentur tal-Kont (inkluż iż-żieda, is-sostituzzjoni, jew bidla oħra ta' Detentur tal-Kont) jew kwalunkwe bidla jew żieda ta' informazzjoni fi kwalunkwe kont assoċjat ma' tali kont (bl-applikazzjoni tar-regoli ta' aggregazzjoni tal-kont deskritti fis-subparagrafi C(1) sa (3) tat-Taqsima VII tal-Anness I) jekk tali bidla jew żieda ta' informazzjoni taffettwa l-istatus tad-Detentur tal-Kont.

Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun ibbażat ruħha fuq it-test tal-indirizz tar-residenza deskritt fis-subparagrafu B(1) tat-Taqsima III tal-Anness I u jkun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf jew ikollha raġuni biex tkun taf li l-Evidenza Dokumentata oriġinali (jew dokumentazzjoni ekwivalenti oħra) hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha, sal-iktar tard mill-aħħar jum tas-sena kalendarja rilevanti jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor, jew 90 jum kalendarju wara l-avviż jew l-iskoperta ta' tali bidla fiċ-ċirkostanzi, tikseb awtoċertifikazzjoni u Evidenza Dokumentata ġdida biex tiġi stabbilita r-residenza(i) għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur tal-Kont. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax tikseb l-awtoċertifikazzjoni u Evidenza Dokumentata ġdida sa tali data, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċedura tat-tiftix ta' rekords b'mod elettroniku deskritta fis-subparagrafi B(2) sa (6) tat-Taqsima III tal-Anness I.

2.   Awtoċertifikazzjoni għal Kontijiet tal-Entità Ġodda

Fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Ġodda, għall-finijiet tad-determinazzjoni jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva hijiex Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tibbaża ruħha biss fuq awtoċertifikazzjoni jew mingħand id-Detentur tal-Kont jew il-Persuna Kontrollanti.

3.   Residenza ta' Istituzzjoni Finanzjarja

Istituzzjoni Finanzjarja hija ‘residenti’ fi Stat Membru, fl-Iżvizzera jewf' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra (jiġifieri l-Ġurisdizzjoni Parteċipanti tista' tinforza r-rappurtar mill-Istituzzjoni Finanzjarja). B'mod ġenerali, meta Istituzzjoni Finanzjarja tkun residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru, fl-Iżvizzera jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra, hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra u hija, għalhekk, Istituzzjoni Finanzjarja tal-Istat Membru, Istituzzjoni Finanzjarja Żvizzera jew Istituzzjoni Finanzjarja ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra. Fil-każ ta' trust li tkun Istituzzjoni Finanzjarja (irrispettivament minn jekk hijiex residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru, fl-Iżvizzera jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), it-trust hija meqjusa li hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk wieħed jew aktar mill-fiduċjarji tagħha huma residenti f'dak l-Istat Membru, fl-Iżvizzera jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra ħlief jekk it-trust tirrapporta l-informazzjoni kollha meħtieġa li għandha tiġi rrapportata skont dan il-Ftehim jew ftehim ieħor li jimplimenta l-Istandard Globali fir-rigward ta' Kontijiet Rapportabbli miżmuma mit-trust lil Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), għax hija residenti għall-finijiet ta' taxxa f'tali Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra. Madankollu, meta Istituzzjoni Finanzjarja (għajr trust) ma għandhiex residenza għal finijiet ta' taxxa (pereżempju, għax tiġi ttrattata bħala fiskalment trasparenti, jew tinsab f'ġurisdizzjoni li ma għandhiex taxxa fuq l-introjtu), din hija meqjusa bħala li hi soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra, u għalhekk hija Istituzzjoni Finanzjarja ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk:

(a)

hija inkorporata skont il-liġijiet tal-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra;

(b)

għandha l-post ta' ġestjoni tagħha (inkluża l-ġestjoni effettiva) fl-Istat Membru, fl-Iżvizzera jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra; jew

(c)

hija soġġetta għal superviżjoni finanzjarja fl-Istat Membru, fl-Iżvizzera jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra.

Meta Istituzzjoni Finanzjarja (għajr trust) hija residenti f'żewġ Ġurisdizzjonijiet Parteċipanti jew aktar (li jkunu Stat Membru, l-Iżvizzera jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), tali Istituzzjoni Finanzjarja tkun soġġetta għall-obbligi ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta tal-Ġurisdizzjoni Parteċipanti li fiha żżomm Kont(ijiet) Finanzjarju/i.

4.   Kont miżmum

B'mod ġenerali, kont jitqies bħala li huwa miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja kif ġej:

(a)

fil-każ ta' Kont ta' Kustodja, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li jkollha kustodja fuq l-assi fil-kont (inkluża Istituzzjoni Finanzjarja li żżomm assi f'isem ta' triq għal Detentur ta' Kont f'tali istituzzjoni).

(b)

fil-każ ta' Kont Depożitarju, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward tal-kont (bl-esklużjoni ta' aġent ta' Istituzzjoni Finanzjarja irrispettivament minn jekk tali aġent huwiex Istituzzjoni Finanzjarja).

(c)

fil-każ ta' kwalunkwe ekwità jew ta' interess ta' dejn f'Istituzzjoni Finanzjarja li tikkostitwixxi Kont Finanzjarju, minn tali Istituzzjoni Finanzjarja.

(d)

fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew kwalunkwe Kuntratt ta' Vitalizju, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward tal-kuntratt.

5.   Trusts li huma NFEs Passivi

Entità bħal sħubija, sħubija b'responsabbiltà limitata jew arranġament legali simili li m'għandha l-ebda residenza għal finijiet ta' taxxa, skont is-subparagrafu VIII(3) tat-Taqsima I tal-Anness I, għandha tiġi ttrattata bħala residenti f'ġurisdizzjoni fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha. Għal dawn il-finijiet, persuna ġuridika jew arranġament legali huma meqjusa bħala li huma ‘simili’ għal sħubija u sħubija b'responsabbiltà limitata fejn din ma tiġix trattata bħala unità taxxabbli f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli skont il-liġijiet dwar it-taxxa ta' dik il-Ġurisdizzjoni Rapportabbli. Madankollu, sabiex jiġi evitat rapportar doppju (minħabba l-ambitu wiesgħa tat-terminu ‘Persuni Kontrollanti’ fil-każ ta' trusts), trust li huwa NFE Passiva ma jistax jitqies bħala li hu arranġament legali simili.

6.   Indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità

Wieħed mir-rekwiżiti deskritti fis-subparagrafu E(6)(c) tat-Taqsima VIII tal-Anness I huwa li, fir-rigward ta' Entità, id-dokumentazzjoni uffiċjali tinkludi jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità fl-Istat Membru, fl-Iżvizzera jew f'ġurisdizzjoni oħra li fiha hija tiddikjara li hija residenti jew l-Istat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra li fiha l-Entità kienet inkorporata jew organizzata. L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità ġeneralment huwa l-post fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha. L-indirizz ta' Istituzzjoni Finanzjarja li magħha l-Entità żżomm kont, kaxxa postali, jew indirizz użati biss għal finijiet postali mhuwiex l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità sakemm dan l-indirizz ma jkunx l-uniku indirizz użat mill-Entità u jidher bħala l-indirizz reġistrat tal-Entità fid-dokumenti organizzattivi tal-Entità. Barra minn hekk, indirizz li jiġi pprovdut soġġett għall-istruzzjonijiet sabiex tinżamm il-posta kollha għal dak l-indirizz mhuwiex l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità.

“ANNESS III

Lista tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-partijiet kontraenti

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-Awtoritajiet Kompetenti huma:

(a)

fl-Iżvizzera, Le chef du Département fédéral des finances ou son représentant autorisé/Der Vorsteher oder die Vorsteherin des Eidgenössischen Finanzdepartements oder die zu seiner oder ihrer Vertretung bevollmächtigte Person/Il capo del Dipartimento federale delle finanze o la persona autorizzata a rappresentarlo,

(b)

fir-Renju tal-Belġju: De Minister van Financiën/Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat,

(c)

fir-Repubblika tal-Bulgarija: Изпълнителният директор на Националната агенция за приходите jew rappreżentant awtorizzat,

(d)

fir-Repubblika Ċeka: Ministr financí jew rappreżentant awtorizzat,

(e)

fir-Renju tad-Danimarka: Skatteministeren jew rappreżentant awtorizzat,

(f)

fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja: Der Bundesminister der Finanzen jew rappreżentant awtorizzat,

(g)

fir-Repubblika tal-Estonja: Rahandusminister jew rappreżentant awtorizzat,

(h)

fir-Repubblika Ellenika: Ο Υπουργός Οικονομίας και Οικονομικών jew rappreżentant awtorizzat,

(i)

fir-Renju ta' Spanja: El Ministro de Economía y Hacienda jew rappreżentant awtorizzat,

(j)

fir-Repubblika Franċiża: Le Ministre chargé du budget jew rappreżentant awtorizzat,

(k)

fir-Repubblika tal-Kroazja: Ministar financija jew rappreżentant awtorizzat

(l)

fl-Irlanda: The Revenue Commissioners jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom,

(m)

fir-Repubblika Taljana: Il Capo del Dipartimento per le Politiche Fiscali jew rappreżentant awtorizzat,

(n)

fir-Repubblika ta' Ċipru: Υπουργός Οικονομικών jew rappreżentant awtorizzat,

(o)

fir-Repubblika tal-Latvja: Finanšu ministrs jew rappreżentant awtorizzat,

(p)

fir-Repubblika tal-Litwanja: Finansu ministras jew rappreżentant awtorizzat,

(q)

fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu: Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat,

(r)

fl-Ungerija: A pénzügyminiszter jew rappreżentant awtorizzat,

(s)

fir-Repubblika ta' Malta: Il-Ministru responsabbli għall-Finanzi jew rappreżentant awtorizzat,

(t)

fir-Renju tan-Netherlands: De Minister van financiën jew rappreżentant awtorizzat,

(u)

fir-Repubblika tal-Awstrija: Der Bundesminister für Finanzen jew rappreżentant awtorizzat,

(v)

fir-Repubblika tal-Polonja: Minister Finansów jew rappreżentant awtorizzat,

(w)

fir-Repubblika Portugiża: O Ministro das Finanças jew rappreżentant awtorizzat,

(x)

fir-Rumanija: Președintele Agenției Naționale de Administrare Fiscală jew rappreżentant awtorizzat,

(y)

fir-Repubblika tas-Slovenja: Minister za finance jew rappreżentant awtorizzat,

(z)

fir-Repubblika Slovakka: Minister financií jew rappreżentant awtorizzat,

(aa)

fir-Repubblika tal-Finlandja: Valtiovarainministeriö/Finansministeriet jew rappreżentant awtorizzat,

(ab)

fir-Renju tal-Iżvezja: Chefen för Finansdepartementet jew rappreżentant awtorizzat,

(ac)

fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fit-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli r-Renju Unit: the Commissioners of Inland Revenue jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom u l-awtorità kompetenti f'Ġibilterra, li r-Renju Unit jaħtar skont l-Arranġamenti Miftiehma relatati mal-awtoritajiet ta' Ġibilterra fil-kuntest ta' strumenti tal-UE u tal-KE u trattati relatati nnotifikati lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta' April 2000, li kopja tagħhom għandha tiġi notifikata lill-Iżvizzera mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u li għandhom japplikaw għal dan il-Ftehim.

”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan il-Protokoll Emendatorju jeħtieġ li jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri proprji. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija ta' dawn il-proċeduri. Il-Protokoll Emendatorju għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' Jannar wara l-aħħar notifika.

2.   Fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni fuq talba, l-iskambju ta' informazzjoni pprovdut f'dan il-Protokoll Emendatorju għandu japplika għat-talbiet li jsiru fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu jew wara fil-każ ta' informazzjoni relatata mas-snin fiskali li jibdew fl-ewwel jum ta' Jannar tas-sena tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll Emendatorju jew wara. L-Artikolu 10 tal-Ftehim fil-forma preċedenti tiegħu qabel ġie emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju għandu jibqa' japplika sakemm ma japplikax l-Artikolu 5 tal-Ftehim kif emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju.

3.   It-talbiet ta' individwi skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim fil-forma preċedenti tiegħu qabel ġie emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju għandhom jibqgħu mhux affettwati wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll Emendatorju.

4.   L-Iżvizzera għandha tistabbilixxi kont finali sal-aħħar tal-perjodu ta' applikabbiltà tal-Ftehim fil-forma preċedenti tiegħu qabel ġie emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju, għandha tagħmel ħlas finali lill-Istati Membri u għandha tirrapporta l-informazzjoni li hija rċeviet mingħand l-aġenti ta' pagament stabbiliti fl-Iżvizzera, skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim fil-forma preċedenti tiegħu qabel ġie emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju fir-rigward tal-aħħar sena ta' applikabbiltà tal-Ftehim fil-forma preċedenti għall-emenda tiegħu permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju, jew fir-rigward ta' kwalunkwe sena preċedenti, jekk applikabbli.

Artikolu 3

Il-Ftehim huwa ssupplimentat minn Protokoll b'dan il-kontenut:

“Protokoll għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali.

Fl-okkażjoni tal-iffirmar ta' dan il-Protokoll Emendatorju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera, is-sottoskritti debitament awtorizzati qablu dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin li għandhom jiffurmaw parti integrali tal-Ftehim kif emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju:

1.

Huwa mifhum li skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim jintalab biss ladarba l-Istat rikjedenti (li jkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) ikun eżawrixxa s-sorsi kollha regolari ta' informazzjoni disponibbli skont il-proċedura ta' tassazzjoni interna.

2.

Huwa mifhum li l-Awtorità Kompetenti tal-Istat rikjedenti (li jkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat li ssirlu t-talba (li jkun, rispettivament, l-Iżvizzera jew Stat Membru) meta jagħmel talba għall-informazzjoni skont l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim:

(i)

l-identità tal-persuna li tkun qed tiġi eżaminata jew investigata;

(ii)

il-perjodu ta' żmien li għalih hija mitluba l-informazzjoni;

(iii)

dikjarazzjoni tal-informazzjoni mfittxija inkluża n-natura tagħha u l-forma li fiha l-Istat rikjedenti jixtieq li jirċievi l-informazzjoni mingħand l-Istat li ssirlu t-talba;

(iv)

il-fini tat-taxxa li għalih tkun qed tintalab l-informazzjoni;

(v)

safejn ikun magħruf, l-isem u l-indirizz ta' kwalunkwe persuna maħsuba li għandha l-informazzjoni mitluba.

3.

Huwa mifhum li r-referenza għall-istandard ta' ‘rilevanza prevedibbli’ hija maħsuba biex tipprovdi għall-iskambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim safejn huwa l-aktar possibbli u, fl-istess waqt, biex tiċċara li l-Istati Membri u l-Iżvizzera mhumiex liberi li jagħmlu talbiet ġeneriċi għal informazzjoni jew li jitolbu informazzjoni li x'aktarx ma tkunx rilevanti għall-kwistjonijiet ta' taxxa ta' kontribwent partikolari. Għalkemm il-paragrafu 2 fih rekwiżiti proċedurali importanti li huma maħsuba biex jiġi żgurat li ma jsirux talbiet ġeneriċi għal informazzjoni, madankollu l-klawsoli (i) sa (v) tal-paragrafu 2 m'għandhomx jiġu interpretati bħala li jfixklu l-iskambju effettiv ta' informazzjoni. L-istandard ta' ‘rilevanza prevedibbli’ jista' jiġi ssodisfat kemm f'każijiet li jirrigwardaw kontribwent wieħed (kemm jekk identifikat b'ismu jew b'xi mod ieħor) jew diversi kontribwenti (kemm jekk identifikati b'isimhom jew b'xi mod ieħor).

4.

Huwa mifhum li dan il-Ftehim ma jinkludix l-iskambju ta' informazzjoni fuq bażi spontanja.

5.

Huwa mifhum li f'każ ta' skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim, ir-regoli dwar il-proċeduri amministrattivi rigward id-drittijiet tal-kontribwenti pprovduti fl-Istat li ssirlu t-talba (li jkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) jibqgħu japplikaw. Huwa mifhum ukoll li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan li jiggarantixxu proċedura ġusta għall-kontribwent u mhux biex jipprevjenu jew itawlu b'mod muux dovut il-proċess tal-iskambju ta' informazzjoni.”.

Artikolu 4

Ilsna

Dan il-Protokoll Emendatorju huwa mfassal f'żewġ kopji bl-ilsien Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż, u kull waħda minn dawn il-verżjonijiet lingwistiċi għandha titqies bħala awtentika b'mod ugwali.

B'XIEHDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti ffirmaw dan il-Protokoll.

Съставено в Брюксел на двадесет и седми май две хиляди и петнадесета година.

Hecho en Bruselas, el veintisiete de mayo de dos mil quince.

V Bruselu dne dvacátého sedmého května dva tisíce patnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den syvogtyvende maj to tusind og femten.

Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten Mai zweitausendfünfzehn.

Kahe tuhande viieteistkümnenda aasta maikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι εφτά Μαΐου δύο χιλιάδες δεκαπέντε.

Done at Brussels on the twenty-seventh day of May in the year two thousand and fifteen.

Fait à Bruxelles, le vingt-sept mai deux mille quinze.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset sedmog svibnja dvije tisuće petnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì ventisette maggio duemilaquindici.

Briselē, divi tūkstoši piecpadsmitā gada divdesmit septītajā maijā.

Priimta du tūkstančiai penkioliktų metų gegužės dvidešimt septintą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenötödik év május havának huszonhetedik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sebgħa u għoxrin jum ta’ Mejju tas-sena elfejn u ħmistax.

Gedaan te Brussel, de zevenentwintigste mei tweeduizend vijftien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego siódmego maja roku dwa tysiące piętnastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e sete de maio de dois mil e quinze.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și șapte mai două mii cincisprezece.

V Bruseli dvadsiateho siedmeho mája dvetisícpätnásť.

V Bruslju, dne sedemindvajsetega maja leta dva tisoč petnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattaviisitoista.

Som skedde i Bryssel den tjugosjunde maj tjugohundrafemton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 3

За Конфедерация Швейцария

Por la Confederación Suiza

Za Švýcarskou konfederaci

For Det Schweiziske Forbund

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Šveitsi Konföderatsiooni nimel

Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération suisse

Za Švicarsku Konfederaciju

Per la Confederazione svizzera

Šveices Konfederācijas vārdā –

Šveicarijos Konfederacijos vardu

A Svájci Államszövetség részéről

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

Pela Confederação Suíça

Pentru Confederația Elvețiană

Za Švajčiarsku konfederáciu

Za Švicarsko konfederacijo

Sveitsin valaliiton puolesta

För Schweiziska edsförbundet

Image 4


(1)   ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38.

(2)   ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1.

(3)  Fir-rigward tal-Iżvizzera, it-terminu ‘kumpanija b'responsabbiltà limitata’ ikopri:

société anonyme/Aktiengesellschaft/società anonima;

société à responsabilité limitée/Gesellschaft mit beschränkter Haftung/società a responsabilità limitata;

société en commandite par actions/Kommanditaktiengesellschaft/società in accomandita per azioni.


DIKJARAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET KONTRAENTI:

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR ID-DĦUL FIS-SEĦĦ TAL-PROTOKOLL EMENDATORJU

Il-Partijiet Kontraenti jiddikjaraw li huma jistennew li r-rekwiżiti kostituzzjonali tal-Iżvizzera u r-rekwiżiti tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea rigward id-dħul fi ftehimiet internazzjonali jiġu ssodisfati fil-ħin sabiex il-Protokoll Emendatorju jkun jista' jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' Jannar 2017. Huma sejrin jieħdu l-miżuri kollha fis-setgħa tagħhom sabiex jilħqu dak l-għan.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR IL-FTEHIM U L-ANNESSI

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu, rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Annessi, li l-Kummentarji tal-Mudell ta' Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tal-OECD u l-Istandard Komuni ta' Rapportar għandhom ikunu sors ta' spjegazzjoni jew ta' interpretazzjoni sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR L-ARTIKOLU 5 TAL-FTEHIM

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu, rigward l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 dwar l-Iskambju ta' Informazzjoni fuq Talba, li l-kummentarju dwar l-Artikolu 26 tal-Mudell ta' Konvenzjoni tat-Taxxa tal-OECD dwar id-Dħul u dwar il-Kapital għandu jkun sors ta' interpretazzjoni.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR IT-TAQSIMA III(A) TAL-ANNESS I TAL-FTEHIM

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li se jeżaminaw ir-rilevanza prattika tat-Taqsima III (A) tal-Anness I li tistipula li Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus Preeżistenti u Kuntratti ta' Vitalizju li ma jeħtieġux reviżjoni, identifikazzjoni jew rapportar, sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti effettivament ma titħalliex, bil-liġi, tbiegħ tali Kuntratti lil residenti ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli.

Il-Partijiet Kontraenti għandhom interpretazzjoni komuni li skont it-Taqsima III (A) tal-Anness I l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti effettivament ma titħalliex, bil-liġi, tbiegħ Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u Kuntratti ta' Vitalizju lil residenti ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli biss meta l-liġi tal-Unjoni Ewropea u dik nazzjonali tal-Istati Membri jew il-liġi Żvizzera applikabbli għal Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti residenti f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) mhux biss effettivament tipprevjeni bil-liġi lil dik l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti milli tbiegħ Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u Kuntratti ta' Vitalizju f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli (li tkun, rispettivament, l-Iżvizzera jew Stat Membru), iżda dawk il-liġijiet jipprevjenu wkoll b'mod effettiv lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti bil-liġi milli tbiegħ Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u Kuntratti ta' Vitalizju lil residenti ta' dik il-Ġurisdizzjoni Rapportabbli fi kwalunkwe ċirkostanza oħra.

F'dan il-kuntest, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika lill-Iżvizzera, f'każ li Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti fl-Iżvizzera ma jitħallewx, bil-liġi, ibiegħu tali Kuntratti, irrispettivament minn fejn jiġu ffinalizzati, lir-residenti tagħha abbażi ta' liġijiet tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali applikabbli f'dak l-Istat Membru. Għaldaqstant, l-Iżvizzera għandha tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika lill-Istati Membri, f'każ li Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti ta' Stat Membru wieħed jew aktar ma jitħallewx, bil-liġi, ibiegħu tali Kuntratti, irrispettivament minn fejn jiġu ffinalizzati, lir-residenti Żvizzeri abbażi tal-liġi Żvizzera. Dawn in-notifiki għandhom isiru qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju rigward is-sitwazzjoni legali prevista mad-dħul fis-seħħ. Fin-nuqqas ta' tali notifika jiġi kkunsidrat li l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti mhumiex effettivament impediti mil-liġijiet tal-Ġurisdizzjoni Rapportabbli f'ċirkostanza waħda jew aktar milli jbiegħu Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u Kuntratti ta' Vitalizju lir-residenti ta' dik il-Ġurisdizzjoni Rapportabbli. Diment li l-liġi tal-ġurisdizzjoni tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tipprevjenix ukoll b'mod effettiv lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti milli jbiegħu Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u Kuntratti ta' Vitalizju lir-residenti tal-Ġurisdizzjoni Rapportabbli, it-Taqsima III (A) tal-Anness I m'għandhiex tapplika għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti u għall-Kuntratti rilevanti.

DIKJARAZZJONI TAL-IŻVIZZERA DWAR L-ARTIKOLU 5 TAL-FTEHIM

Id-delegazzjoni Żvizzera infurmat lill-Kummissjoni Ewropea li l-Iżvizzera mhijiex se tiskambja informazzjoni b'rabta ma' talba bbażata fuq data miksuba b'mod illegali. Il-Kummissjoni Ewropea ħadet nota tal-pożizzjoni tal-Iżvizzera.


REGOLAMENTI

19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/50


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2015/2401

tat-2 ta' Ottubru 2015

dwar il-kontenut u t-tħaddim tar-Reġistru tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(3)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jirrikjedi li l-Awtorità għall-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (“l-Awtorità”) tistabbilixxi u ġġesti reġistru ta' partiti u ta' fondazzjonijiet politiċi Ewropej (“ir-Reġistru”).

(2)

Ir-Reġistru għandu jkun ir-repożitorju tad-dejta, tal-informazzjoni dettaljata u tad-dokumenti ppreżentati ma' applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni bħala partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea, kif ukoll ta' kull dejta, informazzjoni dettaljata u dokument sussegwenti ppreżentati minn partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea skont dan ir-Regolament.

(3)

L-Awtorità għandha tirċievi l-informazzjoni u d-dokumenti ta' sostenn li teħtieġ biex twettaq bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tagħha għar-Reġistru.

(4)

Ir-Reġistru għandu jipprovdi servizz pubbliku għall-benefiċċju ta' trasparenza, responsabbiltà u ċertezza ġuridika. Għal din ir-raġuni, l-Awtorità għandha topera r-Reġistru b'tali mod li jkunu pprovduti aċċess xieraq għalih u ċertifikazzjoni tal-informazzjoni li tinsab fih, filwaqt li jkunu rrispettati l-obbligi tiegħu għall-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, inkluż fir-rwol tiegħu bħala kontrollur tad-dejta definit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(5)

L-Awtorità għandha tipprovdi l-estratt standard mir-Reġistru li jkun jinkludi t-tagħrif stabbilit permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

(6)

Il-modalitajiet operattivi, li għandhom jibqgħu proporzjonati, għandhom jitħallew f'idejn l-Awtorità biex tiddeċidihom.

(7)

Ir-Reġistru għandu jkun distint mis-sit web stabbilit mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, madankollu xi dokumenti maħżuna fir-Reġistru għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku fuq dan is-sit web,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kontenut tar-Reġistru

1.   Fir-rigward tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, ir-Reġistru jkun fih id-dokumenti li ġejjin, inklużi l-aġġornamenti tagħhom, jekk ikun hemm:

(a)

l-istatuti, inklużi l-elementi kollha rikjesti mill-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u kull emenda għalihom;

(b)

id-dikjarazzjoni standard annessa mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 debitament mimlija u ffirmata;

(c)

meta jkun meħtieġ minbarra l-istatuti, deskrizzjoni dettaljata tal-istruttura finanzjarja, ta' governanza u ta' ġestjoni tal-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni affiljata tiegħu, jekk ikun hemm, li turi separazzjoni ċara bejn iż-żewġ entitajiet;

(d)

meta rikjest mill-Istat Membru li fih l-applikant ikollu s-sede tiegħu, dikjarazzjoni minn dak l-Istat Membru, li tiċċertifika li l-applikant ikun issodisfa r-rekwiżiti nazzjonali rilevanti għall-applikazzjoni, u li l-istatuti tiegħu jkunu konformi ma' kull dispożizzjoni applikabbli tal-liġi nazzjonali;

(e)

kull dokument jew korrispondenza mingħand l-awtoritajiet tal-Istati Membri relatati ma' dokumenti jew informazzjoni skont dan l-Artikolu;

2.   Fir-rigward tal-partiti politiċi Ewropej, ir-Reġistru jkun fih id-dokumenti li ġejjin, minbarra d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1:

(a)

l-ittra tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala partit politiku Ewropew, debitament iffirmata mill-President tal-entità li tkun qed tapplika jew minn min jippresiediha;

(b)

kopja tar-riżultati uffiċjali tal-iktar elezzjonijiet reċenti għall-Parlament Ewropew fil-mument tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, u ladarba li l-partit politiku Ewropew ikun irreġistrat, kopja tar-riżultati uffiċjali wara kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew;

(c)

f'każ ta' persuni fiżiċi li jiffurmaw partit politiku Ewropew, dikjarazzjoni ffirmata minn mill-inqas seba' persuni minn Stati Membri differenti li għandhom mandati elettorali fil-Parlament Ewropew jew fil-parlamenti jew assemblej nazzjonali jew reġjonali, li tikkonferma l-intenzjoni tagħhom li jissieħbu fil-partit politiku Ewropew ikkonċernat; modifiki minħabba l-eżitu tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew jew tal-elezzjonijiet nazzjonali jew reġjonali jew minħabba bidliet fis-sħubija, jew it-tnejn, jiġu inklużi wkoll;

(d)

fil-każ ta' partit politiku applikant li għadu ma ħax sehem fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, evidenza bil-miktub tal-intenzjoni ddikjarata pubblikament li jieħu sehem fl-elezzjonijiet li jkun imiss għall-Parlament Ewropew flimkien ma' indikazzjoni ta' partiti politiċi nazzjonali jew reġjonali affiljati, jew it-tnejn, li jippjanaw li jippreżentaw kandidati fl-elezzjonijiet;

(e)

il-lista attwali tal-partiti membri, annessa mal-istatuti, li tindika għal kull partit membru l-isem sħiħ, l-akronimu, it-tip ta' sħubija u l-Istat Membru li fih huwa stabbilit;

3.   Fir-rigward tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, ir-Reġistru jkun fih id-dokumenti li ġejjin, minbarra d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1:

(a)

l-ittra ta' applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala fondazzjoni politika Ewropea, debitament iffirmata mill-President tal-entità li tkun qed tapplika jew minn min jippresiediha u mill-President tal-partit politiku Ewropew, jew minn min jippresiedih, li miegħu tkun affiljata l-fondazzjoni politika li tkun qed tapplika;

(b)

il-lista tal-membri tal-korp ta' tmexxija, li tindika n-nazzjonalità ta' kull membru;

(c)

il-lista attwali tal-organizzazzjonijiet, li għal kull organizzazzjoni membru tindika l-isem sħiħ, l-akronimu, it-tip ta' sħubija u l-Istat Membru li fih huwa stabbilit;

4.   L-informazzjoni li ġejja dwar kull partit politiku Ewropew reġistrat u kull fondazzjoni politika Ewropea reġistrata tinżamm aġġornata fir-Reġistru:

(a)

it-tip ta' entità (partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea);

(b)

in-numru ta' reġistrazzjoni allokat mill-Awtorità f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar dispożizzjonijiet dettaljati għas-sistema tan-numri tar-reġistrazzjoni applikabbli għar-reġistru tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u għall-informazzjoni provduta permezz ta' estratti standard mir-reġistru;

(c)

l-isem sħiħ, l-akronimu u l-logo;

(d)

l-Istat Membru fejn il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea jkollhom is-sede tagħhom;

(e)

f'każijiet li fihom l-Istat Membru tas-sede jipprevedi reġistrazzjoni parallela, l-isem, l-indirizz u s-sit web, jekk ikun hemm, tal-awtorità ta' reġistrazzjoni rilevanti;

(f)

l-indirizz tas-sede, l-indirizz ta' korrispondenza tagħha jekk ikun differenti, l-indirizz tal-posta elettronika u s-sit web, jekk ikun hemm;

(g)

id-data ta' reġistrazzjoni bħala partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea u, jekk ikun applikabbli, id-data tat-tneħħija mir-Reġistru;

(h)

meta partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jinħolqu bħala riżultat ta' konverżjoni minn entità irreġistrata fi Stat Membru, l-isem sħiħ u l-istatus ġuridiku ta' din l-entità, inkluż kull numru nazzjonali ta' reġistrazzjoni;

(i)

id-data tal-adozzjoni tal-istatuti u ta' kull emenda għall-istatuti;

(j)

in-numru ta' membri tal-partit politiku Ewropew jew tal-partiti membri tiegħu, fejn ikun rilevanti, li huma Membri tal-Parlament Ewropew;

(k)

l-isem u n-numru ta'reġistrazzjoni tal-fondazzjoni politika Ewropea affiljata tal-partit politiku Ewropew, jekk rilevanti;

(l)

għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, l-isem u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-partit politiku Ewropew affiljat;

(m)

l-identità, inkluż l-isem, id-data tat-twelid, in-nazzjonalità u r-residenza tal-persuni li huma membri ta' korpi jew li jokkupaw karigi b'setgħat ta' rappreżentanza amministrattiva, finanzjarja u ġuridika, b'indikazzjoni ċara tas-setgħat u tal-kapaċitajiet tagħhom, individwalment jew kollettivament, li jikkommettu l-entità fil-konfront ta' partijiet terzi u li jirrappreżentaw l-entità fi proċedimenti ġuridiċi.

5.   Ir-reġistru jaħżen id-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 4 mingħajr limitu ta' żmien.

Artikolu 2

Informazzjoni supplimentari u dokumenti ta' sostenn

L-applikanti għal reġistrazzjoni, u l-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej reġistrati jipprovdu lill-Awtorità, minbarra r-rekwiżiti tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, id-dokumenti u l-informazzjoni, u kull aġġornament tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 1.

L-Awtorità tista' tirrikjedi lill-partiti politiċi Ewropej u lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej li jirrettifikw kull dokument u informazzjoni pprovduti li jkunu inkompleti jew skaduti.

Artikolu 3

Servizzi pprovduti mir-Reġistru

1.   L-Awtorità tistabbilixxi l-estratti standard mir-Reġistru. L-Awtorità tipprovdi estratt standard għal kull persuna fiżika jew ġuridika fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

2.   Meta l-Awtorità għandha l-kompetenza skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-Awtorità, wara li ssirilha talba, tiċċertifika li l-informazzjoni mogħtija fl-estratt standard hija korretta, aġġornata u konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni.

Meta l-Awtorità ma għandha ebda kompetenza skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, wara li ssirilha talba, tiċċertifika li l-informazzjoni mogħtija fl-estratt standard hija l-aktar waħda kompleta, aġġornata u korretta disponibbli għaliha wara li jkunu saru l-verifiki kollha raġonevoli. Dawn il-verifiki jinkludu t-tiftix tal-konferma tal-informazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istati Membri rilevanti, sa fejn hija prevista bażi permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti biex l-awtoritajiet ikkonċernati jagħmlu dan. L-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1 ma tapplikax għat-talbiet koperti mis-sottoparagrafu preżenti.

Fiċ-ċertifikazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, l-Awtorità tindika b'mod ċar jekk għandhiex kompetenza skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

3.   Wara li ssirilha talba, l-Awtorità tagħti ċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, u lill-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Membri. Tipprovdi wkoll tali ċertifikazzjoni, wara li ssirilha talba, lil partiti politiċi Ewropej jew lil fondazzjonijiet politiċi Ewropej fir-rigward tal-istatus tagħhom stess.

L-Awtorità tista' wkoll tipprovdi tali ċertifikazzjoni lil kull persuna fiżika jew ġuridika oħra, fejn dan ikun meħtieġ għal proċeduri ġuridiċi jew amministrattivi, wara li titressaq talba motivata kif xieraq lill-Awtorità.

4.   L-Awtorità tistabbilixxi fid-dettall il-proċedura għat-talba u għall-forniment tal-estratti standard u ċ-ċertifikazzjonijiet, inkluż l-użu ta' mezzi elettroniċi biex ikunu pprovduti dawk is-servizzi.

Artikolu 4

Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/54


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2402

tat-12 ta' Ottubru 2015

li jirrevedi l-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2012/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(10) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/877/UE (3), stabbilixxiet valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata ta' elettriku u sħana, bħala matriċi ta' valuri ddiferenzjati b'fatturi rilevanti, inkluż is-sena tal-kostruzzjoni u t-tipi ta' fjuwil. Dawn il-valuri huma applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2015.

(2)

Il-Kummissjoni rrevediet il-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u tas-sħana, billi qieset id-dejta mill-użu operattiv taħt kundizzjonijiet realistiċi, mogħtija mill-Istati Membri u l-partijiet interssati. Bħala riżultat tal-iżviluppi fl-aħjar teknoloġija disponibbli u ekonomikament ġustifikabbli, osservati matul il-perjodu 2011 sa 2015, id-distinzjoni miżjuda fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE fir-rigward tas-sena tal-kostruzzjoni ta' unità ta' koġenerazzjoni għandha tinżamm f'rabta mal-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku.

(3)

Ir-reviżjoni tal-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza kkonfermat li abbażi tal-esperjenza u l-analiżi ta' dan l-aħħar, il-fatturi ta' korrezzjoni marbuta mas-sitwazzjoni klimatika, kif stipulat fid-Deċiżjoni 2011/877/UE, għandhom japplikaw biss għal impjanti li jużaw fjuwils gassużi.

(4)

Dik ir-reviżjoni kkonfermat, abbażi tal-esperjenza u l-analiżi ta' dan l-aħħar, li l-applikazzjoni tal-fatturi ta' korrezzjoni għal telf evitat mill-grilja stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/877/UE għandha tkompli. Sabiex jirriflettu aħjar it-telf evitat, il-limiti tal-vultaġġ użati u l-valur tal-fatturi ta' korrezzjoni jeħtieġ li jiġu aġġornati.

(5)

Dik ir-reviżjoni tat evidenza li tindika li l-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tas-sħana għandhom jiġu mmodifikati f'xi każijiet. Sabiex jiġu evitati xi bidliet retroattivi fl-iskemi eżistenti, is-sett ġdid ta' referenzi se japplika biss mill-2016, filwaqt li għall-impjanti mibnija qabel dik id-data se jinżamm s-sett eżistenti ta' valuri. Ebda fattur ta' korrezzjoni marbut mas-sitwazzjoni tal-klima ma kien meħtieġ għax it-termodinamika għall-ġenerazzjoni tas-sħana mill-fjuwil ma tiddipendix fuq it-temperatura ambjentali. Barra minn hekk ma hemmx bżonn ta' fatturi ta' korrezzjoni għal telf tas-sħana tal-grilja, billi s-sħana tintuża dejjem ħdejn is-sit tal-produzzjoni.

(6)

Dik ir-reviżjoni pproduċiet evidenza li tindika li l-valuri ta' referenza tal-effiċjenza tal-enerġija ta' bojlers li jiġġeneraw fwar jew ilma sħun għandhom jiġu differenzjati.

(7)

Id-dejta mill-użu operattiv taħt kundizzjonijiet realistiċi wriet titjib statistikament sinifikanti tal-prestazzjoni reali tal-impjanti l-iktar żviluppati li jużaw ċerti tipi ta' fjuwils matul il-perjodu rivedut.

(8)

Il-kundizzjonijiet stabbli għall-investiment fil-koġenerazzjoni u l-fiduċja kontinwa tal-investitur huma meħtieġa, għaldaqstant huwa xieraq li jiġu ffissati l-valuri armonizzati ta' referenza għall-elettriku u s-sħana.

(9)

Il-valuri ta' referenza għall-produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/877/KE huma applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2015, u mill-1 ta' Jannar 2016 jeħtieġ li jiġu applikati l-valuri ta' referenza ġodda. Sabiex tiġi żgurata l-applikabbiltà tas-sett il-ġdid ta' valuri ta' referenza sa dik id-data, ir-Regolament attwali għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

(10)

L-Artikoli 14, 22 u 23 tad-Direttiva 2012/27/UE jagħtu r-responsabbiltà lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati u taġġorna l-valuri ta' referenza armonizzati għall-produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana. Id-delega tar-responsabbiltà għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin sa mill-4 ta' Diċembru 2012. Sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn ma jkun hemm l-ebda estensjoni tad-delega tar-responsabbiltà lil hinn mill-4 ta' Diċembru 2017, il-valuri ta' referenza stabbiliti f'dan ir-Regolament se jibqgħu applikabbli. Kieku r-responsabbiltajiet delegati ġodda jingħataw lill-Kummissjoni f'dan il-perjodu, l-intenzjoni tal-Kummissjoni tkun li tirrevedi l-valuri ta' referenza stabbiliti f'dan ir-Regolament sa mhux aktar tard minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

(11)

Id-Direttiva 2012/27/UE għandha l-għan li tippromwovi l-koġenerazzjoni sabiex tiġi ffrankata l-enerġija, għalhekk għandu jkun hemm inċentiv biex jiġu mmodernizzati l-unitajiet ta' koġenerazzjoni iktar qodma għat-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija tagħhom. Għal dawk ir-raġunijiet, u b'mod konsistenti mar-rekwiżit għall-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza li għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji msemmija fl-Anness II(f) tad-Direttiva 2012/27/UE, il-valuri ta' referenza tal-effiċjenza għall-elettriku applikabbli għal unità tal-koġenerazzjoni għandhom jiżdiedu mill-ħdax-il sena wara s-sena tal-kostruzzjoni tagħha,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Stabbiliment tal-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza

Il-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness I u l-Anness II rispettivament.

Artikolu 2

Fatturi ta' korrezzjoni għall-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-fatturi ta' korrezzjoni ddefiniti fl-Anness III biex jadattaw il-valuri armonizzati ta' referenza għall-effiċjenza ddefiniti fl-Anness I għas-sitwazzjoni ambjentali medja f'kull Stat Membru.

Jekk fit-territorju ta' Stat Membru d-dejta meteoroloġika uffiċjali turi differenzi fit-temperatura ambjentali annwali ta' 5 °C jew aktar, l-Istat Membru jista', wara li jinnotifika lill-Kummissjoni, juża diversi żoni ta' klima għall-għan tal-ewwel paragrafu billi juża l-metodu ddefinit fl-Anness III.

2.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-fatturi ta' korrezzjoni stabbiliti fl-Anness IV, sabiex jadattaw il-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza stabbiliti fl-Anness I għal telf evitat tal-grilja.

3.   Jekk Stat Membru japplika kemm il-fatturi ta' korrezzjoni ddefiniti fl-Anness III kif ukoll dawk iddefiniti fl-Anness IV, huwa għandu japplika l-Anness III qabel ma japplika l-Anness IV.

Artikolu 3

Applikazzjoni tal-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza stabbiliti fl-Anness I fir-rigward tas-sena ta' kostruzzjoni ta' unità ta' koġenerazzjoni. Dawn il-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza huma applikabbli għal 10 snin mis-sena ta' kostruzzjoni ta' unità ta' koġenerazzjoni.

2.   Mill-11-il sena wara s-sena ta' kostruzzjoni ta' unità ta' koġenerazzjoni, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-valuri armonizzati ta' referenza tal-effiċjenza li bis-saħħa tal-paragrafu 1 japplikaw għal unità ta' koġenerazzjoni li jkollha 10 snin. Dawn il-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza huma applikabbli għal sena.

3.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, is-sena ta' kostruzzjoni ta' unità ta' koġenerazzjoni hija s-sena kalendarja li matulha l-unità tipproduċi l-elettriku għall-ewwel darba.

Artikolu 4

Applikazzjoni tal-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tas-sħana

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-valuri ta' referenza armonizzati stabbiliti fl-Anness II fir-rigward tas-sena ta' kostruzzjoni ta' unità ta' koġenerazzjoni.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, is-sena ta' kostruzzjoni ta' unità ta' koġenerazzjoni hija s-sena ta' kostruzzjoni għall-fini tal-Artikolu 3.

Artikolu 5

L-immodernizzar ta' unità ta' koġenerazzjoni

Jekk il-kost ta' investiment marbut mal-immodernizzar ta' unità ta' koġenerazzjoni jaqbeż 50 % tal-kost ta' investiment ta' unità ġdida ta' koġenerazzjoni komparabbli, is-sena kalendarja li matulha l-unità ta' koġenerazzjoni modernizzata tipproduċi għall-ewwel darba l-elettriku għandha tiġi kkunsidrata bħala s-sena ta' kostruzzjoni tal-unità ta' koġenerazzjoni mmodernizzata għall-finijiet tal-Artikoli 3 u 4.

Artikolu 6

Taħlita ta' fjuwils

Jekk l-unità ta' koġenerazzjoni titħaddem b'aktar minn tip ta' fjuwil wieħed, il-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata għandha tiġi applikata proporzjonalment għal medja ppeżata tal-użu tal-enerġija tal-fjuwils diversi.

Artikolu 7

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2011/877/UE titħassar.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.

(2)  Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta' koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija, li temenda d-Direttiva 92/42/KEE (ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50).

(3)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE tad-19 ta' Diċembru 2011 li tistabbilixxi valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata ta' elettriku u sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE 2007/74/KE (ĠU L 343, 23.12.2011, p. 91).


ANNESS I

Valuri armonizzati ta' referenza tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku

(imsemmija fl-Artikolu 1)

Fit-tabella hawn taħt il-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku huma bbażati fuq il-valur kalorifiku nett u l-kundizzjonijiet standard tal-ISO (15 °C temperatura ambjentali, 1,013 bar, 60 % umdità relattiva).

Kategorija

Tip ta' fjuwil

Sena ta' kostruzzjoni

Qabel l-2012

2012-2015

Mill-2016

Solidi

S1

Faħam iebes inkluż l-antraċite, faħam bituminuż, faħam sub-bituminus, kokk, semi-kokk, kokk pet

44,2

44,2

44,2

S2

Linjite, mattunelli tal-linjite, żejt tax-shale

41,8

41,8

41,8

S3

Pit, mattunelli tal-pit

39,0

39,0

39,0

S4

Injam u bijomassa solida oħra inkluż gerbub tal-injam u mattunelli, laqx tal-injam imnixxef, skart tal-injam nadif u xott, qxur tal-ġewż u għadam taż-żebbuġ u ġebel ieħor.

33,0

33,0

37,0

S5

Bijomassa solida oħra inkluż l-injam kollu mhux inkluż taħt S4 u likur iswed u kannella.

25,0

25,0

30,0

S6

Skart industrijali u muniċipali (mhux rinnovabbli) u skart rinnovabbli/bijodegradabbli

25,0

25,0

25,0

Likwidi

L7

Żejt tal-fjuwil tqil, żejt tal-gass/tad-diżil, prodotti oħrajn taż-żejt

44,2

44,2

44,2

L8

Bijolikwidi inkluż bijometanol, bijoetanol, bijobutanol, bijodiżil u bijolikwidi oħra

44,2

44,2

44,2

L9

Likwidi ta' skart inkluż skart bijodegradabbli u mhux rinnovabbli (inkluż xaħam, xaħam tad-dam u qamħ li jkun diġà ntuża).

25,0

25,0

29,0

Gassużi

G 10

Gass naturali, LPG, LNG u bijometan

52,5

52,5

53,0

G11

Gassijiet tar-raffinerija, idroġenu u gass ta' sinteżi

44,2

44,2

44,2

G12

Bijogass prodott mid-diġestjoni anerobika, mill-miżbla u t-trattament tad-dranaġġ

42,0

42,0

42,0

G13

Gass tal-ifran tal-kokk, gass tal-kalkara tal-funderija, gass tal-minjieri, u gassijiet irkuprati oħrajn (minbarra gass tar-raffinerija)

35,0

35,0

35,0

Oħrajn r

O14

Sħana ta' skart (inklużi gassijiet tal-egżost ta' proċessi b'temperatura għolja, il-prodott ta' reazzjonijiet kimiċi esotermiċi)

 

 

30,0

O15

Nukleari

 

 

33,0

O16

Termali tax-xemx

 

 

30,0

O17

Ġeotermali

 

 

19,5

O18

Fjuwils oħra mhux imsemmija hawn fuq

 

 

30,0


ANNESS II

Valuri armonizzati ta' referenza tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tas-sħana

(imsemmija fl-Artikolu 1)

Fit-tabella hawn taħt il-valuri armonizzati ta' referenza tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tas-sħana huma bbażati fuq il-valur kalorifiku nett u fuq il-kundizzjonijiet standard tal-ISO (temperatura ambjentali ta' 15 °C, 1,013 bar, umdità relattiva ta' 60 %).

Kategorija

Tip ta' fjuwil:

Sena ta' kostruzzjoni

Qabel l-2016

Wara l-2016

Ilma sħun

Fwar (*1)

Użu dirett ta' gassijiet tal-egżost (*2)

Ilma sħun

Fwar (*1)

Użu dirett ta' gassijiet tal-egżost (*2)

Solidi

S1

Faħam iebes inkluż l-antraċite, faħam bituminuż, faħam subbituminus, kokk, semikokk, kokk pet

88

83

80

88

83

80

S2

Linjite, mattunelli tal-linjite, żejt tax-shale

86

81

78

86

81

78

S3

Pit, mattunelli tal-pit

86

81

78

86

81

78

S4

Bijomassa niexfa inkluż l-injam u bijomassa solida oħra inkluż gerbub tal-injam u mattunelli, laqx tal-injam imnixxef, skart tal-injam nadif u xott, qxur tal-ġewż u għadam taż-żebbuġ u ġebel ieħor.

86

81

78

86

81

78

S5

Bijomassa solida oħra inkluż l-injam kollu mhux inkluż taħt S4 u likur iswed u kannella.

80

75

72

80

75

72

S6

Skart industrijali u muniċipali (mhux rinnovabbli) u skart rinnovabbli/bijodegradabbli

80

75

72

80

75

72

Likwidi

L7

Żejt tal-fjuwil tqil, żejt tal-gass/tad-diżil, prodotti oħrajn taż-żejt

89

84

81

85

80

77

L8

Bijolikwidi inkluż bijometanol, bijoetanol, bijobutanol, bijodiżil, u bijolikwidi oħra

89

84

81

85

80

77

L9

Likwidi ta' skart inkluż skart bijodegradabbli u mhux rinnovabbli (inkluż xaħam, xaħam tad-dam u xaħam li jkun diġà ntuża).

80

75

72

75

70

67

Gassużi

G 10

Gass naturali, LPG, LNG u bijometan

90

85

82

92

87

84

G11

Gassijiet tar-raffinerija, idroġenu u gass ta' sinteżi

89

84

81

90

85

82

G12

Bijogass prodott mid-diġestjoni anerobika, mill-miżbla u t-trattament tad-dranaġġ

70

65

62

80

75

72

G13

Gass tal-ifran tal-kokk, gass tal-kalkara tal-funderija, gass tal-minjieri, u gassijiet irkuprati oħrajn (minbarra gass tar-raffinerija)

80

75

72

80

75

72

Oħrajn

O14

Sħana ta' skart (inklużi gassijiet tal-egżost ta' proċessi b'temperatura għolja, il-prodott ta' reazzjonijiet kimiċi esotermiċi)

92

87

O15

Nukleari

92

87

O16

Termali tax-xemx

92

87

O17

Ġeotermali

92

87

O18

Fjuwils oħra mhux imsemmija hawn fuq

92

87


(*1)  L-impjanti ma jikkunsidrawx ir-ritorn tal-kondensat fil-kalkoli tagħhom tal-effiċjenzi tas-sħana tas-CHP,il-valuri ta' referenza tal-effiċjenza li jidhru fit-tabella ta' hawn fuq għandhom jiżdiedu b'(5) ħames punti perċentwali.

(*2)  Għandhom jintużaw il-valuri għall-użu diretta jekk it-temperatura tkun ta' 250 °C jew aktar.


ANNESS III

Fatturi ta' korrezzjoni marbuta mas-sitwazzjoni klimatika medja u metodu biex jiġu stabbiliti żoni ta' klima għall-applikazzjoni tal-valuri armonizzati ta' referenza tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku

(imsemmija fl-Artikolu 2(1))

(a)   Fatturi ta' korrezzjoni marbuta mas-sitwazzjoni klimatika medja

Il-korrezzjoni tat-temperatura ambjentali hija bbażata fuq id-differenza bejn it-temperatura medja annwali fi Stat Membru u l-kundizzjonijiet standard atmosferiċi tal-ISO (15 °C).

Il-korrezzjoni għandha tkun kif ġej:

 

telf ta' effiċjenza ta' 0,1 % ta' punt perċentwali għal kull grad 'il fuq minn 15 °C;

 

żieda ta' effiċjenza ta' 0,1 % ta' punt perċentwali għal kull grad taħt 15 °C.

Eżempju:

Meta t-temperatura medja annwali fi Stat Membru hi ta' 10 °C, il-valur ta' referenza ta' unità ta' koġenerazzjoni f'dak l-Istat Membru trid tiżdied b'0,5 % ta' punt perċentwali.

(b)   Il-korrezzjoni tat-temperatura ambjentali tapplika biss għal fjuwils gassużi (G10, G11, G12, G13).

(c)   Metodu biex jiġu stabbiliti ż-żoni klimatiċi:

Il-limiti ta' kull żona klimatika huma kostitwiti minn isotermi (fi gradi Celsius sħaħ) tat-temperatura ambjentali medja annwali b'differenza ta' mill-inqas 4 °C. Id-differenza fit-temperatura bejn it-temperaturi ambjentali medji annwali f'żoni klimatiċi biswit xulxin trid ta' mill-inqas tkun 4 °C.

Eżempju:

Jekk, pereżempju, għal Stat Membru partikolari it-temperatura ambjentali medja annwali hija 12 °C f'ċertu post u 6 °C f'post ieħor fl-istess Stat Membru, l-Istat Membru għandu l-għażla li jdaħħal żewġ żoni klimatiċi, separati b'isoterma ta' 9 °C:

Żona klimatika bejn l-isotermi ta' 9 °C u 13 °C (differenza ta' 4 °C) b'temperatura ambjentali annwali medja ta' 11 °C, u

Żona klimatika oħra bejn l-isotermi ta' 5 °C u 9 °C b'temperatura ambjentali annwali medja ta' 7 °C.


ANNESS IV

Fatturi ta' korrezzjoni għal telf evitat mill-grilja għall-applikazzjoni tal-valuri armonizzati ta' referenza tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku

(imsemmija fl-Artikolu 2(2))

Livell ta' vultaġġ ta' konnessjoni

Fattur ta' korrezzjoni (mhux fil-post)

Fattur ta' korrezzjoni (fil-post)

> 345 kV

1

0,976

≥ 200 — < 345 kV

0,972

0,963

≥ 100 — < 200 kV

0,963

0,951

≥ 50 — < 100 kV

0,952

0,936

≥ 12 — < 50 kV

0,935

0,914

≥ 0,45 — < 12 kV

0,918

0,891

< 0,45 kV

0,888

0,851

Eżempju:

Unità ta' koġenerazzjoni ta' 100 kWel b'magna li tirreċiproka li titħaddem bil-gass naturali tiġġenera elettriku b'vultaġġ ta' 380. Minn dan l-elettriku 85 % jintużaw għall-konsum tal-unità stess u 15 % jmorru fil-grilja. L-impjant imbena fl-2010. It-temperatura ambjentali annwali hi ta' 15 °C (għalhekk ebda korrezzjoni klimatika mhi meħtieġa).

Wara l-korrezzjoni għat-telf tal-grilja, jirriżulta li l-valur ta' referenza tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku f'din l-unità ta' koġenerazzjoni huwa (abbażi tal-medja ppeżata tal-fatturi f'dan l-Anness):

Ref Εη = 52,5 % × (0,851 × 85 % + 0,888 × 15 %) = 45,0 %


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/62


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2403

tal-15 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta' Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Parti III tal-Anness I tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4 tad- Direttiva 91/477/KEE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe arma tan-nar jew parti minn arma tan-nar li titqiegħed fis-suq tkun immarkata u rreġistrata konformement ma' din id-Direttiva, jew li tkun ġiet diżattivata.

(2)

Skont l-Anness I, il-Parti III, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tad- Direttiva 91/477/KEE, oġġetti li jikkorrispondu mad-definizzjoni ta' “arma tan-nar” m'għandhomx jiġu inklużi f'dik it-tifsira jekk ikunu saru mhux tajba għall-użu permanentement permezz ta' diżattivazzjoni, li tiżgura li l-partijiet kollha essenzjali tal-arma tan-nar ikunu saru għalkollox mhux utilizzabbli u li ma jkunux jistgħu jinqalgħu, jinbidlu jew jiġu mmodifikati sabiex b'xi mod l-arma tan-nar tiġi attivata mill-ġdid.

(3)

L-Anness I, il-Parti III, it-tieni paragrafu, tad-Direttiva 91/477/KEE jirrikjedi li l-Istati Membri jagħmlu arranġamenti biex dawn il-miżuri ta' diżattivazzjoni jiġu verifikati minn awtorità kompetenti sabiex jiġi żgurat li l-modifiki li jkunu saru fuq l-arma tan-nar ikunu għamluha inoperabbli irriversibilment. L-Istati Membri huma wkoll mitluba jipprevedu l-ħruġ ta' ċertifikat jew ta' dokument li jixhed li l-arma tan-nar tkun ġiet diżattivata, jew li titqiegħed marka viżibbli b'mod ċar fuq l-arma tan-nar li tixhed dan.

(4)

L-Unjoni hija Parti għall-Protokoll kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar fl-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon Tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (il-Protokoll), konkluż mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/164/UE. (2)

(5)

L-Artikolu 9 tal-Protokoll jelenka l-prinċipji ġenerali komuni tad-diżattivazzjoni li l-Partijiet iridu jikkonformaw magħhom.

(6)

L-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni irriversibbli tal-armi tan-nar stabbiliti f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti bil-kompetenza teknika tal-“Kummissjoni Permanenti Internazzjonali għall-Ittestjar tal-Armi tan-Nar” (C.I.P.). Is-C.I.P. ġiet stabbilita biex tivverifika l-attivitajiet tas-siti nazzjonali għall-ittestjar tal-armi tan-nar u, b'mod partikolari, sabiex tiżgura l-preżenza f'kull pajjiż ta' liġijiet u regolamenti li jassiguraw l-ittestjar effiċjenti u uniformi tal-armi tan-nar u l-munizzjon.

(7)

Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sigurtà possibbli għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u taġġorna regolarment l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati f'dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tqis l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri meta jiġu applikati miżuri addizzjonali ta' newtralizzazzjoni.

(8)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/477/KEE.

(9)

Minħabba r-riskju fir-rigward tas-sigurtà, armi tan-nar diżattivati qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li jkunu tqiegħdu fis-suq, inkluża t-trażmissjoni bla ħlas, l-iskambju jew it-tpartit, jew li jkunu ġew trasferiti lejn Stat Membru ieħor wara dik id-data, għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(10)

L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jintroduċu miżuri addizzjonali għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I biex jiddiżattivaw armi tan-nar fit-territorju tagħhom sakemm ikunu ħadu l-miżuri kollha meħtieġa biex japplikaw il-politika komuni dwar l-istandards u t-teknika ta' diżattivazzjoni previsti minn dan ir-Regolament.

(11)

Sabiex tiġi pprovduta l-possibbiltà għall-Istati Membri biex jiżguraw l-istess livell ta' sigurtà fi ħdan it-territorju tagħhom, l-Istati Membri li jintroduċu miżuri addizzjonali għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar fit-territorju tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jitħallew jitolbu evidenza li l-armi tan-nar diżattivati li se jiġu trasferiti fit-territorju tagħhom ikunu jikkonformaw ma' dawn il-miżuri addizzjonali.

(12)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tqis l-iżviluppi u l-aħjar prattiki fl-Istati Membri fil-qasam tad- diżattivazzjoni tal-armi tan-nar meta tkun qed teżamina dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-miżuri rilevanti li jadottaw fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament u kwalunkwe miżuri addizzjonali li jintroduċu. Għal dak l-għan, għandhom japplikaw il-proċeduri ta' notifika tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(13)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 91/477/KEE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-armi tan-nar tal-kategoriji A, B, C jew D kif definiti fl-Anness I tad-Direttiva 91/477/KEE.

2.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal armi tan-nar diżattivati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu, sakemm dawk l-armi tan-nar ma jkunux ġew trasferiti lejn Stat Membru ieħor jew imqiegħda fis-suq.

Artikolu 2

Persuni u entitajiet awtorizzati li jiddiżattivaw l-armi tan-nar

Id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar għandha titwettaq minn entitajiet pubbliċi jew privati jew minn persuni awtorizzati li jagħmlu dan skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 3

Verifika u ċertifikazzjoni tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti sabiex tivverifika li d-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tkun saret skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I (“l-entità ta' verifika”).

2.   Fejn entità ta' verifika hija awtorizzata wkoll tiddiżattiva l-armi tan-nar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw is-separazzjoni ċara ta' dawk il-kompiti u tal-persuni li jwettquhom f'dik l-entità.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit tal-Internet tagħha lista ta' entitajiet ta' verifika maħtura mill-Istati Membri, inkluża informazzjoni dettaljata dwar l-entità ta' verifika u s-simbolu tagħha kif ukoll l-informazzjoni ta' kuntatt.

4.   Meta d-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tkun twettqet skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I, l-entità ta' verifika għandha toħroġ ċertifikat ta' diżattivazzjoni lil sid l-arma tan-nar skont il-mudell stipulat fl-Anness III. L-informazzjoni kollha inkluża fiċ-ċertifikat tad-diżattivazzjoni għandha tiġi pprovduta fl-ilsien tal-Istat Membru fejn ikun inħareġ iċ-ċertifkat ta' diżattivazzjoni kif ukoll bl-Ingliż.

5.   Sid arma tan-nar diżattivata għandu jżomm iċ-ċertifikat ta' diżattivazzjoni dejjem għandu. Jekk arma tan-nar diżattivata titqiegħed fis-suq, din għandha jkun akkumpanjata miċ-ċertifikat ta' diżattivazzjoni.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżamm reġistru taċ-ċertifikati maħruġa għal armi tan-nar diżattivati, b'indikazzjoni tad-data ta' diżattivazzjoni u n-numru taċ-ċertifikat, għal perjodu ta' mill-inqas 20 snin.

Artikolu 4

Talbiet għall-assistenza

Kull Stat Membru jista' jitlob l-assistenza tal-entitajiet awtorizzati li jidiżattivaw l-armi tan-nar jew dawk maħtura bħala entitajiet ta' verifika minn Stat Membru ieħor sabiex iwettqu jew jivverifikaw id-diżattivazzjoni ta' arma tan-nar, rispettivament. Meta entità ta' verifika taċċetta talba għall-verifika ta' diżattivazzjoni ta' arma tan-nar, l-entità ta' verifika li tipprovdi l-għajnuna għandha toħroġ ċertifikat ta' diżattivazzjoni skont l-Artikolu 3(4).

Artikolu 5

Immarkar ta' armi tan-nar diżattivati

Armi tan-nar diżattivati għandhom jiġi mmarkati b'marka unika komuni skont il-mudell stabbilit fl-Anness II li jindika li ġew diżattivati skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I. Il-marka titwaħħal mill-entità ta' verifika għall-komponenti kollha mmodifikati u l-arma tan-nar għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

tkun viżibbli b'mod ċar u ma tistax titneħħa;

(b)

ikollha tagħrif dwar l-Istat Membru fejn twettqet id-diżattivazzjoni u l-entità ta' verifika li ċċertifikat id-diżattivazzjoni;

(c)

jinżammu n-numru/i tas-serje oriġinali tal-arma tan-nar.

Artikolu 6

Miżuri ta' diżattivazzjoni addizzjonali

1.   L-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri addizzjonali għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar fit-territorju tagħhom li jkunu jmorru lil hinn mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I.

2.   Il-Kummissjoni, b'mod regolari u flimkien mal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 91/477/KEE, għandha tanalizza kwalunkwe miżura addizzjonali meħuda mill-Istati Membri u għandha tikkunsidra li meta jkun il-waqt tirrevedi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 7

Trasferiment ta' armi tan-nar diżattivati fl-Unjoni

1.   Armi tan-nar diżattivati jistgħu jiġu trasferiti biss lil Stat Membru ieħor sakemm ikollhom il-marka unika komuni u jkunu akkumpanjati minn ċertifikat ta' diżattivazzjoni skont dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati tad-diżattivazzjoni maħruġa minn Stat Membru ieħor jekk ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Madankollu, l-Istati Membri li introduċew miżuri addizzjonali skont l-Artikolu 6 jistgħu jitolbu prova li l-arma tan-nar diżattivata li tkun se tiġi ttrasferita fit-territorju tagħhom tikkonforma ma' dawn il-miżuri addizzjonali.

Artikolu 8

Rekwiżiti ta' notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura li jadottaw fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament kif ukoll bi kwalunkwe miżura addizzjonali introdotta f'konformità mal-Artikolu 6. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri ta' notifika stipulati fid-Direttiva (UE) 2015/1535.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-8 ta' April 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Elżbieta BIEŃKOWSKA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/164/UE tal-11 ta' Frar 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll kontra l-Iffabrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (ĠU L 89, 25.3.2014, p. 7).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2015/1535 KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).


ANNESS I

Speċifikazzjonijiet tekniċi dwar id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar

I.

L-operazzjonijiet ta' diżattivazzjoni li għandhom jitwettqu sabiex iġibu l-armi tan-nar inoperabbli irreversibilment huma definiti fuq il-bażi ta' tliet tabelli:

It-Tabella I telenka t-tipi differenti ta' armi tan-nar;

It-Tabella II tiddeskrivi l-attivitajiet li għandhom jitwettqu biex iġibu kull komponent essenzjali tal-armi tan-nar inoperabbli irreversibilment;

It-Tabella III tistabbilixxi liema operazzjonijiet ta' diżattivazzjoni għandhom jitwettqu għad-diversi tipi ta' arma tan-nar.

II.

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fl-armi tan-nar u l-operazzjonijiet ta' diżattivazzjoni matul iż-żmien, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati fuq bażi regolari, tal-anqas kull sentejn (2).

III.

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u uniformi tal-operazzjonijiet tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, il-Kummissjoni se telabora definizzjonijiet f'kooperazzjoni mal-Istati Membri.

TABELLA I: Lista ta' tipi ta' armi tan-nar

TIPI TA' ARMI TAN-NAR

1

Pistoli (tir wieħed, semi-awtomatiċi)

2

Rivolvers (inklużi rivolvers ikkargati minn ċilindru)

3

Armi tan-nar twal b'tir wieħed (mhux bi break action)

4

Armi tan-nar bi break action (eż. smoothebore, combination, falling/rolling block action, armi tan-nar qosra u twal)

5

Armi tan-nar twal b'ripetizzjoni (smoothbore, rifled)

6

Armi tan-nar twal semi-awtomatiċi (smoothbore, rifled)

7

Armi tan-nar awtomatiċi (sħaħ): eż. azzarini tal-assalt (assault rifle) partikolari, (sub) machine-guns, pistoli awtomatiċi (sħaħ)

8

Armi tan-nar bl-ikkargar mill-kanna (muzzle loading)


TABELLA II: Operazzjonijiet speċifiċi għal kull komponent

KOMPONENT

PROĊESS

1.

IL-KANNA

1.1.

Jekk il-kanna tkun imwaħħla mal-qafas (1), għaddi splengun tal-azzar imwebbes minn ġoċ-ċhamber u l-qafas biex tqabbad il-kanna mal-mekkaniżmu (dijametru > 50 % chamber, minimu ta' 4,5 mm). L-isplengun irid ikun iwweldjat (2).

1.2.

Jekk il-kanna tkun ħielsa (mhux fissa), aqta' xaqq għat-tul tal-ħajt kollu taċ-chamber (wisa' >

Formula

kalibru u massimu ta' 8 mm) u wweldja fis-sod tapp jew virga fil-kanna minn fejn jibda c-chamber (L ≥ 2/3rd tul il-kanna).

1.3.

Fl-ewwel terz tal-kanna miċ-chamber, jew iddrillja toqob (irid ikollhom minimu ta' 2/3 tad-dijametru tal-fetħa tal-kanna għall-armi smoothbore u d-dijametru sħiħ tal-fetħa għall-armi l-oħra kollha; waħda wara l-oħra, 3 għall-armi qosra, 6 għall-armi twal) jew aqta', wara ċ-chamber, xaqq forma ta' V (angolu 60 ± 5°) billi tiftaħ il-kanna lokalment jew aqta', wara ċ-chamber, xaqq għat-tul (wisa' 8-10 mm ± 0,5 mm, tul ≥ 52 mm) fl-istess pożizzjoni tat-toqob, jew aqta' xaqq għat-tul (wisa' 4-6 mm ± 0,5 mm miċ-chamber għall-kanna, ħlief 5 mm mal-kanna).

1.4.

Għal kanen b'rampa ta' alimentazzjoni (feed ramp), neħħi r-rampa.

1.5.

Żomm milli l-kanna titneħħa mill-qafas billi tuża splengun tal-azzar imwebbes jew billi tiwweldja.

2.

IL-BLOKKA TAL-KULATTA (BREECH BLOCK), RAS IL-FIRROLL

2.1.

Neħħi jew qassar il-pinn.

2.2.

Illima wiċċ il-firroll b'angolu ta' mill-inqas 45 grad u fuq superfiċje li tkun akbar minn 50 % ta' wiċċ il-blokka.

2.3.

Iwweldja l-ħofra minn fejn jgħaddi l-pinn.

3.

IĊ-ĊILINDRU

3.1.

Neħħi l-ħitan interni kollha miċ-ċilindru għal minimu ta' 2/3 ta' tul billi tillima ċirku tond > = dijamteru tal-iskartoċċ

3.2.

Fejn possibbli, iwweldja biex tiġi evitata t-tneħħija taċ-ċilindru mill-qafas, jew jekk ma jkunx possibbli, ħu miżuri xierqa li jirrendu t-tneħħija impossibbli.

4.

L-ISLAJD

4.1.

Illima jew neħħi aktar minn 50 % ta' wiċċ il-blokka b'angolu bejn 45 u 90 grad.

4.2.

Neħħi jew qassar il-pinn.

4.3.

Illima u wweldja l-ħofra minn fejn jgħaddi l-pinn.

4.4.

Illima l-imqabad tas-sokor fl-islajd.

4.5.

Fejn applikabbli, illima n-naħa ta' ġewwa tax-xifer fuqani ta' quddiem tal-parti tal-ħruġ fl-islajd għal angolu ta' 45 grad.

5.

IL-QAFAS (PISTOLI)

5.1.

Neħħi r-rampa tal-alimentazzjoni (feed ramp).

5.2.

Illima mill-inqas 2/3 taż-żrieżaq tal-islajd fuq iż-żewġ naħat tal-qafas.

5.3.

Iwweldja s-sokra tal-islajd.

5.4.

Żomm milli jiġu żarmati pistoli tal-polimeru billi tiwweldja. Skont il-liġijiet nazzjonali, dan il-proċess jista' jsir wara kontroll mill-Awtorità Nazzjonali.

6.

SISTEMA AWTOMATIKA

6.1.

Eqred il-pistun u s-sistema tal-gass billi taqta' jew tiwweldja.

6.2.

Neħħi l-blokka u minflokha itfa' biċċa tal-azzar u wweldjaha; inkella naqqas il-blokka b'minimu ta' 50 %, iwweldjaha u aqtal-imqabad tas-sokor minn ras il-firroll.

6.3.

Iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu u, jekk possibbli, iwweldjah mal-qafas. Jekk l-iwweldjar fil-qafas mhuwiex possibbli: neħħi l-mekkaniżmu tal-isparar u imla l-ispazju vojt kif xieraq (eż. billi twaħħal biċċa tad-daqs bil-kolla jew billi timla b'raża epossidika (epoxy resin)).

6.4.

Żomm milli tiżżarma s-sistema tal-għeluq tal-manku mal-qafas billi tiwweldja jew tieħu miżuri xierqa li jirrendu t-tneħħija impossibbli. Iwweldja sew il-mekkaniżmu tal-alimentazzjoni għal armi alimentati b'ċintorin tal-munizzjon.

7.

Il-MEKKANIŻMU

7.1.

Illima kon ta' 60 grad minimu (l-angolu tal-quċċata), sabiex tasal għal dijametru tal-bażi daqs 1 cm mill-inqas jew id-dijametru ta' wiċċ il-blokka.

7.2.

Neħħi l-pinn, kabbar it-toqba tal-pinn għal dijametru minimu ta' 5 mm u wweldja t-toqba tal-pinn.

8.

IL-MAGAZZIN (fejn applikabbli)

8.1.

Iwweldja l-magazzin b'boċoċ fuq il-qafas jew il-manku, skont it-tip tal-arma biex iżżomm milli jitneħħa l-magazzin.

8.2.

Jekk il-magazzin ikun nieqes, itfa' boċoċ tal-welding fil-post fejn ikun il-magazzin jew waħħal sokra li żżomm permanentament milli jiddaħħal magazzin.

8.3.

Għaddi splengun tal-azzar imwebbes mill-magazzin, iċ-chamber u l-qafas. Iwweldja.

9.

IKKARGAR MILL-KANNA (MUZZLE LOADING)

9.1.

Neħħi jew iwweldja n-nippla/i, iwweldja t-toqba (toqob).

10.

SILENZJATUR

10.1.

Żomm milli jitneħħa l-moderatur tal-ħoss mill-kanna billi tuża splengun tal-azzar imwebbes jew iwweldja jekk il-moderatur tal-ħoss huwa parti mill-arma.

10.2.

Neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn jeħlu mal-moderatur ħalli jibqa' biss tubu. Ħaffer toqob kull 5 ċm fuq in-naħa ta' barra tat-tubu li jifdal.

Ebusija tal-inserzjonijiet

Ebusija tal-isplengun/virga/tapp = 58-0; + 6 HRC

Stainless steel għall-iwweldjar TIG, tip ER 316 L


TABELLA III: Operazzjonijiet speċifiċi għal kull komponent essenzjali ta' kull tip ta' arma tan-nar

TIP

1

2

3

4

5

6

7

8

PROĊESS

Pistoli (ħlief awtomatiċi)

Rivolvers

Armi tan-nar twal b'tir wieħed (mhux bi break action)

Armi tan-nar bi break action (smoothbore, rifled, combination)

Armi tan-nar twal b'ripetizzjoni (smoothbore, rifled)

Armi tan-nar twal semi-awtomatiċi (smoothbore, rifled)

Armi tan-nar awtomatiċi: azzarini tal-assalt, (sub) machine-guns

Armi tan-nar bl-ikkargar mill-kanna (muzzle loading)

1.1

 

 

X

 

X

X

X

 

1.2 u 1.3

X

X

X

X

X

X

X

X

1.4

X

 

 

 

 

X

X

 

1.5

 

X

 

 

 

 

 

 

2.1

 

 

X

 

X

X

X

 

2.2

 

 

X

 

X

X

X

 

2.3

 

 

X

 

X

X

X

 

3.1

 

X

 

 

 

 

 

 

3.2

 

X

 

 

 

 

 

 

4.1

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

4.2

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

4.3

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

4.4

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

4.5

X

 

 

 

 

X

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

5.1

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

5.2

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

5.3

X

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

5.4

X (qafas tal-polimeru)

 

 

 

 

 

X (għal pistoli awtomatiċi)

 

6.1

 

 

 

 

 

X

X

 

6.2

 

 

 

 

 

X

X

 

6.3

 

 

 

 

 

 

X

 

6.4

 

 

 

 

 

 

X

 

7.1

 

 

 

X

 

 

 

 

7.2

 

X

 

X

 

 

 

 

8.1 u 8.2

X

 

 

 

X

X

X

 

8.3

 

 

 

 

X (tubu tal-magazzin)

X (tubu tal-magazzin)

 

 

9.1

 

X

 

 

 

 

 

X

10.1

X

 

X

 

X

X

X

 

10.2

X

 

X

X

X

X

X

 


(1)  Il-kanna titwaħħal mal-qafas billi tiġi invitata jew ikklampjata jew bi proċess ieħor.

(2)  L-iwweldjar huwa proċess ta' fabrikazzjoni jewproċess skulturali li jgħaqqad il-materjali, normalmentmetalli jew termoplastiks, billi jikkawżal-fużjoni.


ANNESS II

Mudell għall-immarkar tal-armi tan-nar diżattivati

Image 5

1)

Marka tad-diżattivazzjoni

2)

Pajjiż tad-diżattivazzjoni — kodiċi internazzjonali uffiċjali

3)

Simbolu tal-entità li ċċertifikat id-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar

4)

Sena tad-diżattivazzjoni

Il-marka sħiħa titwaħħal biss fuq il-qafas tal-arma tan-nar, filwaqt li l-marka tad-diżattivazzjoni (1) u l-pajjiż tad-diżattivazzjoni (2) jitwaħħlu fuq il-komponenti essenzjali l-oħra kollha.


ANNESS III

Image 6

Test ta 'immaġni

19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/73


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2404

tas-16 ta' Diċembru 2015

għat-twettiq ta' tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2015 minħabba sajd eċċessiv ta' stokkijiet oħrajn fis-snin ta' qabel u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1801

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2), (3) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2014 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 (2),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 (3),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 24/2014 (4), u

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (5),

(2)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2015 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 (6),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 (7),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (8), u

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/106 (9).

(3)

Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati għalih, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd tal-futur ta' dak l-Istat Membru.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1801 (10) stabbilixxa tnaqqis ta' kwoti tas-sajd għal ċerti stokkijiet fl-2015 minħabba sajd eċċessiv ta' dawk l-istokkijiet fis-snin ta' qabel.

(5)

Madankollu, għal ċerti Stati Membri ma seta' jsir ebda tnaqqis bir-Regolament (UE) 2015/1801 mill-kwoti allokati għall-istokkijiet li kienu suġġetti għal sajd eċċessiv, għaliex dawn il-kwoti ma kinux disponibbli għal dawk l-Istati Membri fis-sena 2015.

(6)

F'ċerti każijiet, l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd konklużi skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 (11) ippermetta tnaqqis parzjali. Il-kwantitajiet li jifdal għandhom jitqassmu fuq stokkijiet oħrajn skont l-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(7)

L-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jistipula li, jekk ma jkunx possibbli li jsir tnaqqis fuq l-istokk li kien suġġett għal sajd eċċessiv fis-sena ta' wara dik is-sena fejn sar is-sajd eċċessiv, għaliex l-Istat Membru kkonċernat ma għandux kwota disponibbli, it-tnaqqis għandu jsir fuq stokkijiet oħrajn fl-istess żona ġeografika jew bl-istess valur kummerċjali. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2012/C-72/07 (12) dan it-tnaqqis għandu preferibbilment isir minn kwoti allokati għal stokkijiet mistada mill-istess flotta li tkun wettqet is-sajd eċċessiv tal-kwota, filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġi evitat l-iskartar tal-ħut fis-sajd imħallat.

(8)

L-Istati Membri kkonċernati ġew ikkonsultati fir-rigward tat-tnaqqis propost minn kwoti allokati għal stokkijiet oħrajn differenti minn dawk li kienu suġġetti għas-sajd eċċessiv.

(9)

Fuq talba tal-Portugall, ir-redfish fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II (RED/1N2AB.) għandu jintuża bħala stokk alternattiv biex jitħallas lura s-sajd eċċessiv ta' 371 766 kgs u 178 850 kgs ta' merluzz tal-linja sewda u pollakkju iswed, rispettivament, fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II (HAD/1N2AB. u POK/1N2AB.) fis-snin ta' qabel. Meta wieħed iqis li l-kwota tar-redfish tal-2015 għall-Portugall fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II tammonta għal 405 000 kgs u li din mhix biżżejjed biex tkopri t-tnaqqis dovut kemm għaż-żewġ stokkijiet mistada b'mod eċċessiv, din il-kwota għandha tintuża sal-massimu tal-kwantità disponibbli tagħha u l-kwantità ta' 145 616 kgs li jifdal għandha titnaqqas fis-sena/snin ta' wara fuq l-ammont ta' pollakkju iswed fl-istess żona (POK/1N2AB.) sakemm l-ammont komplut ta' sajd eċċessiv jitħallas lura.

(10)

Barra minn hekk, ċertu tnaqqis previst mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1801 jidher li mhuwiex biżżejjed. It-tnaqqis mitlub jidher li huwa akbar mill-kwota adattata disponibbli fis-sena 2015 u, b'riżultat ta' dan, ma jistax isir kollu fuq dik il-kwota. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2012/C-72/07, l-ammonti li jifdal għandhom jitnaqqsu mill-kwoti adattati disponibbli fis-snin ta' wara.

(11)

Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1170 (13), il-kwantità ta' 3 369 kgs, li tikkorrispondi għal 10 % tal-kwota adattata Spanjola għall-2014 għall-iskampu fiż-żoni IX u X u l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 (NEP/9/3411) ma għadhiex disponibbli għal Spanja wara t-trasferiment tal-kwota. B'riżultat ta' dan, il-kwantità disponibbli ta' 9 287 kgs mnaqqsa mit-tnaqqis pendenti ta' 19 000 kgs dovut għal dak l-istokk għandha titnaqqas għal 5 918 kgs u t-tnaqqis ieħor ta' 3 369 kgs għandu jkun applikabbli immedjatament.

(12)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1801 għandu jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2015 li hemm referenza għalihom fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom jitnaqqsu permezz tal-applikazzjoni tat-tnaqqis tal-istokkijiet alternattivi stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1801 jinbidel bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal-20 ta' Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 tad-19 ta' Novembru 2013 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku (ĠU L 313, 22.11.2013, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 24/2014 tal-10 ta' Jannar 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 9, 14.1.2014, p. 4).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 tal-10 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) Nru 1180/2013 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/106 tad-19 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 19, 24.1.2015, p. 8).

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1801 tas-7 ta' Ottubru 2015 li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2015 minħabba sajd eċċessiv fis-snin preċedenti (ĠU L 263, 8.10.2015, p. 19).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(12)   ĠU C 72, 10.3.2012, p. 27.

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1170 tas-16 ta' Lulju 2015 li jżid mal-kwoti tas-sajd tal-2015 ċerti kwantitajiet miżmuma fis-sena 2014 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 189, 17.7.2015, p. 2).


ANNESS I

TNAQQIS MILL-KWOTI TA' STOKKIJIET DIFFERENTI MINN DAWK LI SAR SAJD EĊĊESSIV TAGĦHOM

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

L-iżbark permess għall-2014 (Il-kwantità totali addattata f'kilogrammi) (1)

Qabdiet totali fl-2014 (kwantità f'kilogrammi)

Konsum tal-kwota (%)

Sajd eċċessiv relatat mal-iżbark permess (kwantità f'kilogrammi)

Fattur ta' multiplikazzjoni (2)

Fattur ta' Multiplikazzjoni addizzjonali (3)  (4)

Tnaqqis li jifdal mill-2014 (5) (kwantità f'kilogrammi)

Bilanċ li jifdal (6) (kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis 2015 (kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis diġà applikat fl-2015 fuq l-istess stokk (kwantità f'kilogrammi) (7)

Kwantità li jifdal li għandha titnaqqas fuq stokk alternattiv (f'kilogrammi)

 

ES

DWS

56789-

Kelb il-baħar tal-fond

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX

0

3 039

N/A

3 039

/

A

/

/

4 559

0

4 559

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

BSF

56712-

Ċinturin iswed

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

4 559

 

ES

GHL

1N2AB.

Ħalibatt ta' Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

0

22 685

N/A

22 685

/

/

/

/

22 685

0

22 685

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

RED

1N2AB.

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

22 685

 

ES

HAD

5BC6 A.

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb u VIa

2 840

18 933

666,65 %

16 093

/

A

12 540

/

36 680

2 564

34 116

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

LIN

6X14.

Lipp

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

34 116

 

ES

HAD

7X7A34

Merluzz tal-linja sewda

VIIb-k, VIII, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

0

3 075

N/A

3 075

/

A

/

/

4 613

0

4 613

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

WHG

08

Merlangu

VIII

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

4 613

 

ES

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

0

26 744

N/A

26 744

/

/

/

/

26 744

4 281

22 463

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

RED

1N2AB

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

22 463

 

ES

POK

56-14

Pollakkju iswed

VI; L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, XII u XIV

4 810

8 703

180,94 %

3 893

/

/

/

/

3 893

0

3 893

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

ES

BLI

5B67-

Linarda

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

3 893

 

NL

HKE

3 A/BCD

Merluzz

IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-32

0

1 655

N/A

1 655

/

C

/

/

2 482

0

2 482

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

NL

PLE

2A3AX4

Barbun tat-tbajja'

IV; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa; dik il-parti taż-żona IIIa li mhix koperta mill-iSkagerrak u mill-Kattegat

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

2 482

 

NL

RED

1N2AB.

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

0

2 798

N/A

2 798

/

/

/

/

2 798

0

2 798

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

NL

WHB

1X14

Stokkafixx

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

2 798

 

PT

HAD

1N2AB

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

0

26 816

N/A

26 816

/

/

/

344 950

371 766

0

371 766

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

PT

RED

1N2AB

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

371 766

 

PT

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

18 000

11 850

65,83 %

– 6 150

/

/

/

185 000

178 850

0

178 850

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

PT

RED

1N2AB

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

33 234  (8)

 

UK

DGS

15X14

Mazzola griża/gattarell

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV

0

1 027

N/A

1 027

/

A

/

/

1 541

0

1 541

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

UK

POK

7/3411

Pollakkju iswed

VII, VIII, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

1 541

 

UK

NOP

2A3A4.

Merluzz tan-Norveġja

IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

0

14 000

N/A

14 000

/

/

/

/

14 000

0

14 000

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

UK

SPR

2AC4-C

Laċċa kaħla u qabdiet inċidentali assoċjati

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

14 000

 

UK

WHB

24-N

Stokkafixx

L-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni II u IV

0

22 204

N/A

22 204

/

/

/

/

22 204

0

22 204

Għandu jsir tnaqqis minn dan l-istokk

UK

WHB

2A4AXF

Stokkafixx

L-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe

/

/

/

/

/

/

/

/

/

/

22 204


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet għas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) jew ir-reallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. It-tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd eċċessiv li jkun 100 tunnellata jew anqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(4)  L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1.5, minħabba snin konsekuttivi ta' sajd eċċessiv fis-snin 2012, 2013 u 2014. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1.5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.

(5)  Il-kwantitajiet li fadal li ma setgħux jitnaqqsu fl-2014 skont ir-Regolament (UE) Nru 871/2014 billi ma kienx hemm kwota disponibbli, jew ma kienx hemm kwota biżżejjed.

(6)  Il-kwantitajiet li fadal imqabbla mas-sajd eċċessiv fis-snin qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u li ma jistgħux jitnaqqsu minn stokk ieħor.

(7)  Il-kwantitajiet li jistgħu jiġu mnaqqsa fuq l-istess stokk permezz tal-iskambju ta' opportunitajiet tas-sajd konklużi f'konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(8)  Fuq talba tad-Direção de Serviços de Recursos Naturais tal-Portugall u meta titqies il-kwota limitata disponibbli, it-tnaqqis se jiġi operat fuq il-kwota tar-RED/1N2AB. għall-2015, sal-massimu tal-kwantità disponibbli tagħha u l-kwantità ta' 145 616 kgs li jifdal se titnaqqas fis-sena/snin ta' wara sakemm l-ammont komplut ta' sajd eċċessiv jitħallas lura.


ANNESS II

“ANNESS

TNAQQIS MILL-KWOTI TAL-ISTOKKIJIET LI SAR SAJD EĊĊESSIV TAGĦHOM

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwota inizjali tal-2014 (f'kilogrammi)

L-iżbark permess għall-2014 (Il-kwantità totali addattata f'kilogrammi) (1)

Qabdiet totali fl-2014 (kwantità f'kilogrammi)

Il-konsum tal-kwota relatat mal-iżbark permess

Sajd eċċessiv relatat mal-iżbark permess (kwantità f'kilogrammi)

Fattur ta' multiplikazzjoni (2)

Fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali (3)  (4)

Tnaqqis li jifdal mill-2014 (5) (kwantità f'kilogrammi)

Bilanċ li jifdal (6) (kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis li għandu japplika fl-2015 (kwantità f'tunnellati) (7)

Tnaqqis diġà applikat fl-2015

(kwantità f'kilogrammi) (8)

Għandu jitnaqqas fl-2016 u fis-sena/snin ta' wara (kwantità f'kilogrammi)

BE

PLE

7HJK.

Barbun tat-tbajja'

VIIh, VIIj u VIIk

8 000

1 120

3 701

330,45 %

2 581

/

/

/

/

2 581

2 581

/

BE

SOL

8AB.

Lingwata komuni

VIIIa u VIIIb

47 000

327 900

328 823

100,28 %

923

/

C

/

/

1 385

1 385

/

BE

SRX

07D.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

72 000

60 000

69 586

115,98 %

9 586

/

/

/

/

9 586

8 489

1 097

BE

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

725 000

765 000

770 738

100,75 %

5 738

/

/

/

/

5 738

5 738

/

DK

COD

03AN.

Bakkaljaw

Skagerrak

3 177 000

3 299 380

3 408 570

103,31 %

109 190

/

C

/

/

163 785

163 785

/

DK

HER

03 A.

Aringi

IIIa

19 357 000

15 529 000

15 641 340

100,72 %

112 340

/

/

/

/

112 340

112 340

/

DK

HER

2A47DX

Aringi

Iż-żoni IV, VIId u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa

12 526 000

12 959 000

13 430 160

103,64 %

471 160

/

/

/

/

471 160

471 160

/

DK

HER

4AB.

Aringi

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N

80 026 000

99 702 000

99 711 800

100,10 %

9 800

/

/

/

/

9 800

9 800

/

DK

PRA

03 A.

Gamblu tat-Tramuntana

IIIa

2 308 000

2 308 000

2 317 330

100,40 %

9 330

/

/

/

/

9 330

9 330

/

DK

SAN

234_2

Ċiċċirell

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona ta' ġestjoni 2 taċ-ċiċċirell

4 717 000

4 868 000

8 381 430

172,17 %

3 513 430

2

/

/

/

7 026 860

7 026 860

/

DK

SPR

2AC4-C

Laċċa kaħla u l-qbid aċċessorju assoċjat magħha

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

122 383 000

126 007 000

127 165 410

100,92 %

1 158 410

/

/

/

/

1 158 410

1 158 410

/

ES

ALF

3X14-

Fonsa ħamra

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

67 000

67 000

79 683

118,93 %

12 683

/

A

3 000

/

22 025

5 866

16 159

ES

BSF

56712-

Ċinturin Iswed

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII

226 000

312 500

327 697

104,86 %

15 197

/

A

/

/

22 796

22 796

/

ES

BSF

8910-

Ċinturin Iswed

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X

12 000

6 130

15 769

257,24 %

9 639

/

A

27 130

/

41 589

11 950

29 639

ES

BUM

ATLANT

Marlin blu

L-Oċean Atlantiku

27 200

27 200

124 452

457,54 %

97 252

/

A

27 000

/

172 878

0

172 878

ES

DWS

56789-

Kelb il-baħar tal-fond

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX

0

0

3 039

Mhux applikabbli

3 039

/

A

/

/

4 559

4 559

/

ES

GFB

567-

Lipp abjad

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI, u VII

588 000

828 030

842 467

101,74 %

14 437

/

/

/

/

14 437

14 437

/

ES

GFB

89-

Lipp abjad

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni VIII u IX

242 000

216 750

237 282

109,47 %

20 532

/

A

17 750

/

48 548

48 548

/

ES

GHL

1N2AB.

Ħalibatt ta' Greenland

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

0

22 685

Mhux applikabbli

22 685

/

/

/

/

22 685

22 685

/

ES

HAD

5BC6 A.

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb u VIa

/

2 840

18 933

666,65 %

16 093

/

A

12 540

/

36 680

36 680

/

ES

HAD

7X7A34

Merluzz tal-linja sewda

VIIb-k, VIII, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

/

0

3 075

Mhux applikabbli

3 075

/

A

/

/

4 613

4 613

/

ES

NEP

9/3411

Skampu

Iż-żoni IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

55 000

33 690

24 403

72,43 %

– 5 918  (9)

/

/

– 19 000  (10)

/

13 082

13 082  (11)

/

ES

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

0

26 744

Mhux applikabbli

26 744

/

/

/

/

26 744

26 744

/

ES

POK

56-14

Pollakkju iswed

VI; L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, XII u XIV

/

4 810

8 703

180,94 %

3 893

/

/

/

/

3 893

3 893

/

ES

RNG

5B67-

Roundnose grenadier

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VI u VII

70 000

111 160

125 401

112,81 %

14 241

/

/

/

/

14 241

14 241

/

ES

SBR

678-

Paġella ħamra

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII

143 000

133 060

136 418

102,52 %

3 358

/

/

/

/

3 358

3 358

/

ES

SOL

8AB.

Lingwata komuni

VIIIa u VIIIb

9 000

8 100

9 894

122,15 %

1 794

/

A+C

2 100

/

4 791

2 032

2 759

ES

SRX

89-C.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

1 057 000

857 000

1 089 241

127,10 %

232 241

1.4

/

/

/

325 137

206 515

118 622

ES

USK

567EI.

Tusk

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII

26 000

15 770

15 762

99,95 %

– 8

/

/

58 770

/

58 762

0

58 762

ES

WHM

ATLANT

Marlin abjad

L-Oċean Atlantiku

30 500

25 670

98 039

381,92 %

72 369

/

/

170

/

72 539

0

72 539

FR

SRX

07D.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

602 000

627 000

698 414

111,39 %

71 414

/

/

/

/

71 414

71 414

/

FR

SRX

2AC4-C

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

33 000

36 000

48 212

133,92 %

12 212

/

/

/

/

12 212

12 212

/

IE

PLE

7HJK.

Barbun tat-tbajja'

VIIh, VIIj u VIIk

59 000

61 000

78 270

128,31 %

17 270

/

A

/

/

25 905

25 905

/

IE

SOL

07 A.

Lingwata komuni

VIIa

41 000

42 000

43 107

102,64 %

1 107

/

/

/

/

1 107

1 107

/

IE

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

1 048 000

1 030 000

1 079 446

104,80 %

49 446

/

/

/

/

49 446

49 446

/

LT

GHL

N3LMNO

Ħalibatt ta' Greenland

Iż-żona 3LMNO tan-NAFO

22 000

0

0

Mhux applikabbli

0

/

/

46 000

/

46 000

46 000

/

LV

HER

03D.RG

Aringi

Is-subdiviżjoni 28.1

16 534 000

19 334 630

20 084 200

103,88 %

749 570

/

/

/

/

749 570

749 570

/

NL

HKE

3 A/BCD

Merluzz

IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-32

/

0

1 655

Mhux applikabbli

1 655

/

C

/

/

2 482

2 482

/

NL

RED

1N2AB.

Redfish

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

0

2 798

Mhux applikabbli

2 798

/

/

/

/

2 798

2 798

/

PT

ANF

8C3411

Petrika

VIIIc, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

436 000

664 000

676 302

101,85 %

12 302

/

/

/

/

12 302

12 302

/

PT

BFT

AE45WM

Tonna

Fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u fil-Mediterran

235 500

235 500

243 092

103,22 %

7 592

/

C

/

/

11 388

11 388

/

PT

HAD

1N2AB

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

0

26 816

Mhux applikabbli

26 816

/

/

/

344 950

371 766

371 766

/

PT

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

18 000

11 850

65,83 %

– 6 150

/

/

/

185 000

178 850

33 234

145 616

PT

SRX

89-C.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

1 051 000

1 051 000

1 059 237

100,78 %

8 237

/

/

/

/

8 237

8 237

/

SE

COD

03AN.

Bakkaljaw

Skagerrak

371 000

560 000

562 836

100,51 %

2 836

/

C

/

/

4 254

4 254

/

UK

DGS

15X14

Mazzola griża/gattarell

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV

0

0

1 027

Mhux applikabbli

1 027

/

A

/

/

1 541

1 541

/

UK

GHL

514GRN

Ħalibatt ta' Greenland

L-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni V u XIV

189 000

0

0

Mhux applikabbli

0

/

/

1 000

/

1 000

1 000

/

UK

HAD

5BC6 A.

Merluzz tal-linja sewda

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni Vb u VIa

3 106 000

3 236 600

3 277 296

101,26 %

40 696

/

/

/

/

40 696

40 696

/

UK

MAC

2CX14-

Kavalli

VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona Vb; L-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV

179 471 000

275 119 000

279 250 206

101,50 %

4 131 206

/

/

/

/

4 131 206

4 131 206

/

UK

NOP

2A3A4.

Merluzz tan-Norveġja

IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

/

0

14 000

Mhux applikabbli

14 000

/

/

/

/

14 000

14 000

/

UK

PLE

7DE.

Barbun tat-tbajja'

VIId u VIIe

1 548 000

1 500 000

1 606 749

107,12 %

106 749

1,1

/

/

/

117 424

117 424

/

UK

SOL

7FG.

Lingwata komuni

VIIf u VIIg

282 000

255 250

252 487

98,92 %

(– 2 763 ) (12)

/

/

1 950

/

1 950

1 950

/

UK

SRX

07D.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

120 000

95 000

102 679

108,08 %

7 679

/

/

/

/

7 679

7 679

/

UK

WHB

24-N

Stokkafixx

L-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni II u IV

0

0

22 204

Mhux applikabbli

22 204

/

/

/

/

22 204

22 204

/


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet għas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) jew ir-reallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. It-tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd eċċessiv li jkun 100 tunnellata jew anqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(4)  L-ittra ‘A’ turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1.5, minħabba sajd eċċessiv konsekuttiv fis-snin 2012, 2013 u 2014. L-ittra ‘C’ turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1.5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.

(5)  Il-kwantitajiet li fadal li ma setgħux jitnaqqsu fl-2014 skont ir-Regolament (UE) Nru 871/2014 billi ma kienx hemm kwota disponibbli, jew ma kienx hemm kwota biżżejjed.

(6)  Il-kwantitajiet li fadal imqabbla mas-sajd eċċessiv fis-snin qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u li ma jistgħux jitnaqqsu minn stokk ieħor.

(7)  Tnaqqis li għandu jsir fl-2015 kif stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1801.

(8)  Tnaqqis li għandu jsir fl-2015 li jista' jiġi effettivament applikat filwaqt li titqies il-kwota disponibbli fil-jum tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2015/1801.

(9)  Il-kwantità ta' 3 369 kgs m'għadhiex disponibbli wara t-talba tat-trasferiment li għamlet Spanja skont ir-Regolament (KE) Nru 847/96 u applikabbli skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1170 (ĠU L 189, 17.7.2015, p. 2).

(10)  Fuq talba ta' Spanja, l-irkupru li kellu jintradd fl-2013 ġie mqassam fuq tliet snin.

(11)  Il-kwantità ta' 3 369 kgs li jifdal titnaqqas saż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(12)  Din il-kwantità m'għadhiex disponibbli wara t-talba tat-trasferiment li għamel ir-Renju Unit skont ir-Regolament (KE) Nru 847/96 u applikabbli skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1170 (ĠU L 189, 17.7.2015, p. 2).”


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/89


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2405

tat-18 ta' Diċembru 2015

li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-UE għall-prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Ukrajna

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 187(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (2) awtorizzat l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (3) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim. L-Artikolu 29(1) tal-Ftehim jistipula li d-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta' oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna jridu jitnaqqsu jew jiġu eliminati skont l-Anness I-A tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV ta' dak il-Ftehim. L-Appendiċi ta' dak l-Anness jelenka l-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw fl-Ukrajna, inklużi prodotti agrikoli li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Sakemm il-Ftehim jiġi applikat b'mod provviżorju, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), infteħu kwoti tariffarji għall-2014 u l-2015 għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw fl-Ukrajna u dawn kienu amministrati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (5).

(3)

Il-Ftehim se jiġi applikat b'mod provviżorju mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem. Għalhekk jeħtieġ li jinfetħu kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli mniżżlin fl-Anness I-A tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tal-Ftehim mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem.

(4)

Kif previst fil-Ftehim, sabiex jibbenefikaw mill-konċessjonijiet tariffarji previsti f'dan ir-Regolament, il-prodotti mniżżlin fl-Anness għandu jkollhom magħhom prova tal-oriġini.

(5)

In-Nomenklatura Magħquda (NM) mogħtija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (6), kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 (7), fiha kodiċijiet tan-NM ġodda li huma differenti minn dawk imsemmija fil-Ftehim. Għaldaqstant, l-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jirrifletti l-kodiċijiet tan-NM l-ġodda.

(6)

Parti mill-Ftehim għandha tiġi applikata b'mod provviżorju mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem. Sabiex ikun żgurat li l-kwoti tariffarji mogħtija skont il-Ftehim jiġu applikati u amministrati b'mod effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għandhom jinfetħu kwoti tariffarji tal-UE għall-prodotti mniżżlin fl-Anness li joriġinaw fl-Ukrajna.

Artikolu 2

Id-dazji doganali li japplikaw għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti mniżżlin fl-Anness li joriġinaw fl-Ukrajna għandhom jiġu sospiżi fil-kwoti tariffarji rispettivi stipulati fl-Anness.

Artikolu 3

Il-prodotti mniżżlin fl-Anness għandu jkollhom magħhom prova tal-oriġini kif stipulat fl-Anness III tal-Protokoll I tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra.

Artikolu 4

Il-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).

(3)  Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 312, 31.10.2014, p. 1).


ANNESS

Minkejja r-regoli ta' interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta' valur indikattiv, filwaqt li l-iskop tal-iskema preferenzjali jkun deċiż, fil-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum annwali tal-kwota

(il-piż nett f'tunnellati sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

09.6700

0204 22 50

0204 22 90

Saqajn tan-nagħaġ u qatgħat oħrajn bl-għadma (minbarra l-karkassi u n-nofs karkassi, il-kwarti ta' quddiem qosra u l-qatgħat tad-dahar u/jew l-aħjar truf), friski jew imkessħin

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

1 500  (1)

0204 23

Laħam tan-nagħaġ bla għadma, frisk jew imkessaħ

0204 42 30

0204 42 50

0204 42 90

Qatgħat tal-laħam tan-nagħaġ bl-għadma, iffriżati (minbarra l-karkassi u n-nofs karkassi u l-kwarti ta' quddiem qosra)

0204 43 10

0204 43 90

Laħam tal-ħaruf iffriżat, bla għadma

Laħam tan-nagħaġ iffriżat, bla għadma

09.6701

0409

Għasel naturali

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

5 000  (2)

09.6702

0703 20

Tewm, frisk jew imkessaħ

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

500

09.6703

1004

Ħafur

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

4 000

09.6704

1701 12

Zokkor tal-pitravi mhux raffinat li ma fihx miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

20 070

1701 91

 

1701 99

Zokkor ieħor minbarra z-zokkor mhux raffinat

1702 20 10

Zokkor tal-aġġru f'forma solida, li fih miżjudin ħwawar jew materjal li jagħti l-kulur

1702 90 30

Isoglukows f'forma solida, li fih fl-istat xott 50 % tal-piż fruktows

1702 90 50

Maltodextrin f'forma solida u ġulepp tal-maltodextrin, li fihom fl-istat xott 50 % tal-piż fruktows

1702 90 71

1702 90 75

1702 90 79

Karamella

1702 90 80

Ġulepp tal-inulina

1702 90 95

Zokkor ieħor, inklużi zokkor maqlub (invert) u zokkor ieħor u taħlit ta' ġulepp taz-zokkor li fihom fl-istat xott 50 % tal-piż fruktows

09.6705

1702 30

1702 40

Glukows u ġulepp tal-glukows, li ma fihomx fruktows jew fihom fl-istat xott anqas minn 50 % tal-piż fruktows, ħlief zokkor maqlub (invert)

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

10 000  (3)

1702 60

Fruktows ieħor u ġulepp tal-fruktows, li fihom fl-istat xott aktar minn 50 % tal-piż fruktows, ħlief zokkor maqlub (invert)

09.6706

2106 90 30

Ġuleppijiet tal-isoglukows imħawrin jew ikkuluriti

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

2 000

2106 90 55

Ġulepp tal-glukows u ġulepp tal-maltodestrin imħawrin jew ikkuluriti

2106 90 59

Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew ikkuluriti (minbarra l-ġuleppijiet tal-isoglukows, tal-laktows, tal-glukows u tal-maltodestrin)

09.6707

ex 1103 19 20

Xgħir u barli mitħun oħxon (groats) u pasti tal-barli

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

6 300  (4)

1103 19 90

Xgħir u barli mitħun oħxon (groats) u pasti taċ-ċereali (minbarra l-qamħ, is-segala, l-ħafur, il-qamħirrum, ir-ross u l-barli)

1103 20 90

Griebeb taċ-ċereali (minbarra l-qamħ, is-segala, l-ħafur, il-qamħirrum, ir-ross u l-barli)

1104 19 10

1104 19 50

1104 19 61

1104 19 69

Ħbub tal-qamħ imremblin jew imqattgħin irqaq

Ħbub tal-qamħirrum imremblin jew imqattgħin irqaq

Ħbub tal-barli mremblin

Ħbub tal-barli mqattgħin irqaq

ex 1104 29

Ħbub maħdumin (pereżempju mqaxxrin, imfarrkin f'biċċiet tondi, mfettin jew mitħunin oħxon), minbarra dawk tal-ħafur, tas-segala u tal-qamħirrum

1104 30

Nibbieta taċ-ċereali, sħiħa, irrumblata, mqatta' rqiq jew mitħuna

09.6708

1107

Malt, kemm jekk inkaljat jew le

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

7 000

1109

Gluteina tal-qamħ, imnixxfa jew le

09.6709

1108 11

Lamtu tal-qamħ

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

10 000

1108 12

Lamtu tal-qamħirrum

1108 13

Lamtu tal-patata

09.6710

3505 10 10

3505 10 90

Destrini u lamti oħrajn modifikati (minbarra l-lamti, esterifikati jew eterifikati)

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

1 000  (5)

3505 20 30

3505 20 50

3505 20 90

Kolol li fihom, bil-piż, 25 % jew iktar ta' lamti jew destrini jew lamti oħrajn modifikati

09.6711

2302 10

2302 30

2302 40 10

2302 40 90

Granza, dqiq inferjuri (sharps) u fdal oħrajn, fil-forma ta' gerbub jew le, ġejjin mit-tnaqqih, tħin jew xogħol ieħor fuq ċereali (minbarra dawk tar-ross)

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

17 000  (6)

2303 10 11

Fdal mill-manifattura ta' lamtu mill-qamħirrun (ħlief likuri konċentrati mit-tixrib), b'kontenut ta' proteina, kalkulat fuq il-prodott xott, ta' aktar minn 40 % tal-piż

09.6712

0711 51

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus ippreservat provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum immedjat

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

500

2003 10

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

09.6713

0711 51

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus ippreservat provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum immedjat

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

500

09.6714

2002

Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

10 000

09.6715

2009 61 90

Meraq tal-għeneb (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer), b'valur Brix mhux ogħla minn 30, ta' valur ma jaqbiżx it-18-il EUR kull 100 kg piż nett

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

10 000  (7)

2009 69 11

Meraq tal-għeneb (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer), ta' valur Brix aktar minn 67, ta' valur taħt it-22 EUR kull 100 kg piż nett

2009 69 71

2009 69 79

2009 69 90

Meraq tal-għeneb (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer), b'valur Brix ogħla minn 30 iżda taħt is-67, ta' valur taħt it-18-il EUR kull 100 kg piż nett

2009 71

2009 79

Meraq tat-tuffieħ

09.6716

0403 10 51

0403 10 53

0403 10 59

0403 10 91

0403 10 93

0403 10 99

0403 90 71

0403 90 73

0403 90 79

0403 90 91

0403 90 93

0403 90 99

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le, imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

2 000

09.6717

0405 20 10

0405 20 30

Dlik (pejst) tal-butir b'kontenut ta' xaħam, bil-piż, ta' 39 % jew aktar iżda mhux aktar minn 75 %

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

250

09.6718

0710 40

0711 90 30

2001 90 30

2004 90 10

2005 80

Qamħ ħelu

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

1 500

09.6719

1702 50

Fruktows kimikalment pur

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

2 000  (8)

1702 90 10

Maltosju kimikament pur

ex 1704 90 99

Ħelu ieħor taz-zokkor, mingħajr kawkaw, li fih 70 % jew aktar tal-piż sukrows

1806 10 30

1806 10 90

Trab tal-kawkaw, li fih 65 % jew aktar tal-piż sukrows jew isoglukows imfisser bħala sukrows

ex 1806 20 95

Preparazzjonijiet oħrajn fi blokki, ċangaturi jew biċċiet jiżnu iktar minn 2 kg jew f'forma likwida, pejst, trab, granulari jew f'xi forma oħra bl-ingrossa ġo kontenituri jew pakki diretti, b'kontenut itqal minn 2 kg, li fihom inqas minn 18 % tal-piż butir tal-kawkaw u 70 % jew aktar tal-piż sukrows

ex 1901 90 99

Preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel tad-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 % tal-piż kawkaw kalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrows

2101 12 98

2101 20 98

Preparazzjonijiet b'bażi ta' kafè, tè jew matè

3302 10 29

Taħlit ta' sustanzi li jfuħu u taħlit b'bażi ta' waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta' tip użati fl-industriji tax-xorb, li fihom l-aġenti kollha ta' taħwir li jikkaratterizzaw xarba, b'saħħa alkoħolika attwali bil-volum li ma taqbiżx iż-0,5 %

09.6720

1903

Tapjoka u sostituti tagħha ppreparati minn lamtu, f'forma ta' qxur, ħbub, perli, frakijiet jew forom simili

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

2 000

1904 30

Qamħ bulgur

09.6721

1806 20 70

Frak tal-ħalib taċ-ċikkulata

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

300 (9)

2106 10 80

Konċentrati ta' proteini u sustanzi ta' proteini minsuġin oħrajn

2202 90 99

Xorb mhux alkoħoliku, minbarra l-ilma, li fih 2 % jew iktar piż ta' xaħam miksub mill-prodotti ta' titli 0401 sa 0404

09.6722

2106 90 98

Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

2 000

09.6723

2207 10

2208 90 91

2208 90 99

Alkoħol etiliku mhux żnaturat

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

27 000  (10)

2207 20

Alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta' kull saħħa

09.6724

2402 10

Sigarri, cheroots u cigarillos, li fihom tabakk

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

2 500

2402 20 90

Sigaretti li fihom it-tabakk, li ma fihomx imsiemer tal-qronfol

09.6725

2905 43

Mannitol

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

100

2905 44

D-gluċitol (sorbitol)

3824 60

Sorbitol ħlief dak ta' subtitlu 2905 44

09.6726

3809 10 10

3809 10 30

3809 10 50

3809 10 90

Aġenti għall-irfinar, katalisti (carriers) biex iħaffu ż-żbigħ jew l-iffissar ta' sustanzi taż-żbigħ u prodotti oħrajn u preparazzjonijiet (pereżempju, sustanzi għat-twebbis u murdenti), ta' tip użati fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda jew bħalhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra, b'bażi ta' sustanzi amilaċeużi

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

2 000


(1)  B'żieda ta' 150 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(2)  B'żieda ta' 200 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(3)  B'żieda ta' 2 000 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(4)  B'żieda ta' 300 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(5)  B'żieda ta' 200 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(6)  B'żieda ta' 1 000 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(7)  B'żieda ta' 2 000 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(8)  B'żieda ta' 200 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(9)  B'żieda ta' 40 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(10)  B'żieda ta' 14 600 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/97


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2406

tat-18 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 1

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008.

(2)

Fit-18 ta' Diċembru 2014, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standards Board, IASB) ippubblika reviżjoni tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standard, IAS) 1 Presentation of Financial Statements intitolata Disclosure Initiative. L-emendi għandhom l-għan li jtejbu l-effettività tad-divulgazzjoni u jħeġġu lill-kumpaniji biex japplika l-ġudizzju professjonali tiegħu fid-determinazzjoni ta' liema informazzjoni li tiżvela fir-rapporti finanzjarji tagħhom meta jiġi applikat l-IAS 1.

(3)

L-emendi għall-IAS 1 jimplikaw, bħala konsegwenza, emendi għall-IAS 34 u l-Istandard Internazzjonali għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (International Financial Reporting Standard, IFRS) 7 biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità.

(4)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtaġġ Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IAS 1 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(5)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 1 Presentation of Financial Statements huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

(b)

IAS 34 Presentation of Financial Statements u l-Istandard Internazzjonali għar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 7 Financial Instruments: Disclosures huma emendati skont l-emendi għall-IAS 1 kif stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1)


ANNESS

Inizjattiva ta' Divulgazzjoni

(Emendi għall-IAS 1)

Emendi għall-

IAS 1 — Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji

Il-paragrafi 10, 31, 54-55, 82 A, 85, 113-114, 117, 119 u 122 huma emendati, il-paragrafi 30a, 55a, 85 A u 85B-139P huma miżjuda u l-paragrafi 115 u 120 huma mħassra. Il-paragrafi 29-30, 112, 116, 118 u 121 ma ġewx emendati iżda huma inklużi għall-ħeffa ta' referenza.

Sett sħiħ ta' rapporti finanzjarji

10.

Sett sħiħ ta' rapporti finanzjarji jkun fih:

(a)

rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fit-tmiem tal-perjodu;

(b)

rapport tal-profitt jew it-telf u introjtu komprensiv ieħor għall-perjodu;

(c)

rapport tat-tibdil fl-ekwità għall-perjodu;

(d)

rapport tal-flussi ta' flus għall-perjodu;

(e)

noti, li jikludu politiki sinifikanti tal-kontabilità u informazzjoni oħra ta' spjegazzjoni;

(ea)

informazzjoni komparattiva fir-rigward tal-perjodu preċedenti kif speċifikat fil-paragrafi 38 u 38 A; kif ukoll

(f)

rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fil-bidu tal-perjodu preċedenti li fih entità tapplika xi politika tal-kontabilità b'mod retrospettiv, jew tagħmel ridikjarazzjoni retrospettiva ta' entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha, jew meta tirriklassifika entrati fir-rapporti finanzjarji tagħha f'konformità mal-paragrafi 40 A-40D.

Entità tista' tuża titli għar-rapporti differenti minn dawk li jintużaw f'dan l-Istandard. Pereżempju, entità tista' tuża t-titlu “rapport tal-introjtu komprensiv” minflok “rapport tal-profitt jew telf u introjtu komprensiv ieħor”.

Materjalità u aggregazzjoni

29.

Entità tippreżenta separatament kull klassi materjali ta' entrati simili. Entità tippreżenta separatament entrati ta' natura jew funzjoni mhux simili, ħlief jekk huma immaterjali.

30.

Ir-rapporti finanzjarji jirriżultaw mill-ipproċessar ta' numru kbir ta' tranżazzjonijiet jew avvenimenti oħra li jinġabru fi klassijiet skont in-natura jew il-funzjoni tagħhom. Il-fażi finali fil-proċess ta' aggregazzjoni u klassifikazzjoni hi l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fil-qosor u kklassifikata, li tifforma l-partiti fir-rapporti finanzjarji. Jekk partita ma tkunx individwalment materjali, din tkun aggregata ma' entrati oħra jew f'dawk ir-rapporti jew fin-noti. Entrata li mhijiex materjali biżżejjed biex tiġġustifika preżentazzjoni separata f'dawk ir-rapporti tista' tiġġustifika preżentazzjoni separata fin-noti.

30A

Meta tapplika dan u IFRSs oħra, entità tiddeċiedi, wara li tqis il-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, kif tiġbor l-informazzjoni fir-rapporti finanzjarji, li tinkludi n-noti. Entità ma għandhiex tnaqqas il-komprensibilità tar-rapporti finanzjarji tagħha billi tgħatti informazzjoni materjali b' informazzjoni immaterjali jew billi taggrega entrati materjali li għandhom natura jew funzjonijiet differenti.

31.

Ċerti IFRSs jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapporti finanzjarji, li jinkludu n-noti. Entità ma għandhiex għalfejn tiddivulga informazzjoni speċifika meħtieġa minn IFRS jekk l-informazzjoni li tirriżulta minn dik id-divulgazzjoni ma tkunx materjali. Dan huwa l-każ anki jekk l-IFRS ikun fihom lista ta' rekwiżiti speċifiċi jew jiddeskrivihom bħala rekwiżiti minimi. Entità tqis ukoll jekk tiddivulgax informazzjoni addizzjonali fejn il-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tal-IFRSs ma tkunx biżżejjed biex tippermetti li l-utenti ta' rapporti finanzjarji jifhmu l-impatt ta' tranżazzjonijiet partikolari, jew ta' avvenimenti u kundizzjonijiet oħrajn, fuq il-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni finanzjarja tal-entità.

Informazzjoni li trid tkun ippreżentata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja

54.

Ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jkun jinkludi partiti li jippreżentaw l-ammonti li ġejjin:

(a)

55.

Entità tippreżenta partiti addizzjonali, (inkluż bid-diżagregazzjoni tal-partiti elenkati fil-paragrafu 54), intestaturi u subtotali fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja meta preżentazzjoni bħal din tkun rilevanti biex tinftiehem il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità.

55A

Meta entità tippreżenta subtotali skont il-paragrafu 55, dawk is-subtotali:

(a)

ikunu jikkonsistu f'partiti magħmula minn ammonti rikonoxxuti u mkejla skont l-IFRS;

(b)

ikunu ppreżentati u ttikketjati b'mod li l-partiti li jikkostitwixxu s-subtotal ikunu ċari u jinftiehmu;

(c)

ikunu konsistenti minn perijodu għal ieħor, skont il-paragrafu 45; kif ukoll

(d)

ma jintwerewx b'aktar prominenza mis-subtotali u t-totali meħtieġa fl-IFRS għar-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja.

Informazzjoni li trid tkun ippreżentata fit-taqsima tal-introjtu komprensiv ieħor

82A

It-taqsima tal-introjtu komprensiv ieħor tippreżenta l-partiti għall-ammonti għall-perjodu ta':

(a)

partiti tal-introjtu komprensiv ieħor (esklużi l-ammonti fil-paragrafu (b)), ikklassifikati skont it-tip u miġbura f'dawk li, skont l-IFRS l-oħra:

(i)

ma jkunux ser jiġu riklassifikati sussegwentement fi profitt jew telf; kif ukoll

(ii)

ikunu ser jiġu riklassifikati sussegwentement fi profitt jew telf meta l-kundizzjonijiet speċifiċi jiġu ssodisfati.

(b)

is-sehem tal-introjtu komprensiv ieħor tal-assoċjati u tal-impriżi konġunti kkontabilizzat skont il-metodu tal-ekwità, separat fis-sehem ta' entrati li, skont l-IFRS l-oħra:

(i)

ma jkunux ser jiġu riklassifikati sussegwentement fi profitt jew telf; kif ukoll

(ii)

ikunu ser jiġu riklassifikati sussegwentement fi profitt jew telf meta l-kundizzjonijiet speċifiċi jiġu ssodisfati.

85.

Entità tippreżenta partiti addizzjonali (inkluż permezz tad-diżaggregazzjoni tal-partiti elenkati fil-paragrafu 82), intestaturi u subtotali fir-rapport(i) li jippreżentaw il-profitt jew it-telf u l-introjtu komprensiv ieħor meta tali preżentazzjoni tkun relevanti biex tinftiehem il-prestazzjoni finanzjarja tal-entità.

85A

Meta entità tippreżenta subtotali skont il-paragrafu 85, dawk is-subtotali:

(a)

ikunu jikkonsistu f'partiti magħmula minn ammonti rikonoxxuti u mkejla skont l-IFRS;

(b)

ikunu ppreżentati u ttikketjati b'mod li l-partiti li jikkostitwixxu s-subtotal ikunu ċari u jinftiehmu;

(c)

ikunu konsistenti minn perijodu għal ieħor, skont il-paragrafu 45; kif ukoll

(d)

ma jintwerewx b'aktar prominenza mis-subtotali u t-totali meħtieġa fl-IFRS għar-rapport(i) li jippreżenta(w) profitt jew telf u introjtu komprensiv ieħor.

85B

Entità tippreżenta l-partiti fir-rapport(i) li jippreżentaw il-profitt jew it-telf u l-introjtu komprensiv ieħor li jirrikonċiljaw kwalunkwe subtotali ppreżentati skont il-paragrafu 85 b'subtotali jew totali meħtieġa f'IFRS għal tali dikjarazzjoni(jiet).

Struttura

112.

In-noti:

(a)

jippreżentaw informazzjoni dwar il-bażi tal-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u l-politika speċifika tal-kontabilità użata b'konformità mal-paragrafi 117-124;

(b)

jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa mill-IFRSs li ma tkunx ippreżentata x'imkien ieħor fir-rapporti finanzjarji; kif ukoll

(c)

jipprovdu informazzjoni li ma tkunx ippreżentata x'imkien ieħor fir-rapporti finanzjarji, iżda li tkun rilevanti biex wieħed jifhem xi rapport minnhom.

113.

Entità, sa fejn ikun prattikabbli, tippreżenta n-noti b'mod sistematiku. Sabiex jiġi ddeterminat mod sistematiku, l-entità tqis l-effett fuq il-fehim u l-komparabilità tar-rapporti finanzjarji tagħha. Entità timmarka kull entrata fir-rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja u fir-rapport(i) ta' profitt jew telf u introjtu komprensiv ieħor, u fir-rapporti tat-tibdil fl-ekwità u tal-flussi ta' flus għal kwalunkwe informazzjoni relatata fin-noti.

114.

Eżempji ta' ordni sistematiku jew ġbir ta' noti jinkludu:

(a)

l-għoti ta' prominenza lill-oqsma tal-attivitajiet tagħha li l-entità tqis li huma l-aktar rilevanti biex wieħed jifhem il-prestazzjoni finanzjarja u l-pożizzjoni finanzjarja tagħha, bħall-ġbir tal-informazzjoni dwar attivitajiet operattivi partikolari;

(b)

il-ġbir tal-informazzjoni dwar entrati mkejla bl-istess mod bħal assi mkejla bil-valur ġust; jew

(c)

is-segwitu tal-ordni tal-partiti fir-rapport(i) tal-profitt jew telf u tal-introjtu komprensiv ieħor u r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, bħal:

(i)

rapport ta' konformità mal-IFRSs (ara l-paragrafu 16);

(ii)

politiki kontabilistiċi sinifikanti applikati (ara l-paragrafu 117);

(iii)

informazzjoni ta' sostenn għal entrati ppreżentati fir-rapporti tal-pożizzjoni finanzjarja u fir-rapport(i) ta' profitt jew telf u introjtu komprensiv ieħor u fir-rapporti tat-tibdil fl-ekwità u tal-flussi ta' flus, fl-ordni li fih ikunu ppreżentati kull rapport u kull partita; kif ukoll

(iv)

divulgazzjonijiet oħra, li jinkludu

(1)

obbligazzjonijiet kontinġenti (ara l-IAS 37) u impenji kuntrattwali mhux rikonoxxuti; kif ukoll

(2)

divulgazzjonijiet mhux finanzjarji, eż. l-għanijiet u l-politiki tal-ġestjoni tar-riskju finanzjarju tal-entità (ara l-IFRS 7).

115.

[Imħassra]

116.

Entità tista' tippreżenta noti li jipprovdu informazzjoni dwar il-bażi tal-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u dwar il-politika speċifika tal-kontabilità bħala sezzjoni separata tar-rapporti finanzjarji.

Divulgazzjoni tal-politika tal-kontabilità

117.

Entità tiddivulga l-politiki tal-kontabilità sinifikanti tagħha li jinkludu:

(a)

il-bażi (jew bażijiet) tal-kejl użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji; kif ukoll

(b)

il-politiki l-oħra tal-kontabilità użati li huma rilevanti sabiex jinftiehmu r-rapporti finanzjarji.

118.

Hu importanti għal entità li tinforma lill-utenti dwar il-bażi jew bażijiet tal-kejl użati fir-rapporti finanzjarji (pereżempju, il-kost storiku, il-kost kurrenti, il-valur nett realizzabbli, il-valur ġust jew l-ammont li jista' jiġi rkuprat) minħabba li l-bażi li fuqha entità tħejji r-rapporti finanzjarji taffettwa b'mod sinifikanti l-analiżi tal-utenti. Meta entità tuża aktar minn bażi waħda ta' kejl fir-rapporti finanzjarji, pereżempju, meta klassijiet partikolari ta' assi huma vvalutati mill-ġdid, hu biżżejjed li tkun ipprovduta indikazzjoni tal-kategoriji tal-assi u l-obbligazzjonijiet li għalihom kull bażi ta' kejl tkun ġiet applikata.

119.

Fid-deċiżjoni dwar jekk politika partikolari tal-kontabilità għandhiex tkun divulgata jew le, il-maniġment jikkunsidra jekk id-divulgazzjoni ta' dik l-informazzjoni tgħinx lill-utenti biex jifhmu kif it-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kundizzjonijiet oħrajn huma riflessi fil-prestazzjoni finanzjarji u fil-pożizzjoni finanzjarja li ġew irrappurtati. Kull entità għandha tikkunsidra n-natura tal-operazzjonijiet tagħha u l-politiki li l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jistennew li jiġu divulgati għal dik it-tip ta' entità. Id-divulgazzjoni tal-politika partikolari tal-kontabilità hi utli għall-utenti b'mod partikulari meta dik il-politika tintgħażel minn alternattivi permessi fl-IFRSs. Eżempju hu d-divulgazzjoni ta' jekk entità tapplikax il-valur ġust jew mudell tal-kost għall-proprjetà għall-investiment tagħha (ara l-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment). Xi IFRSs jeħtieġu speċifkament divulgazzjoni dwar politiki kontabilistiċi partikolari, inklużi għażliet magħmula mill-maniġment bejn il-politiki differenti li jippermettu. Pereżempju, l-IAS 16 jeħtieġ divulgazzjoni dwar il-bażijiet ta' kejl użati fil-klassijiet tal-proprjetà, impjanti u tagħmir.

120.

[Imħassra]

121.

Politika tal-kontabilità tista' tkun sinifikanti minħabba n-natura tal-operazzjonijiet tal-entità anki jekk l-ammonti għall-perijodi kurrenti u preċedenti ma jkunux materjali. Hu xieraq ukoll li entità tiżvela kull politika sinifikanti tal-kontabilità li mhix meħtieġa speċifikament mill-IFRSs iżda li l-entità tagħżel u tapplika skont l-IAS 8.

122.

Entità tiddivulga, flimkien mal-politika sinifikanti tal-kontabilità u noti oħra, il-ġudizzji, minbarra dawk li jinvolvu stimi (ara l-paragrafu 125), li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika ta' kontabilità tal-entità u li jkollhom l-aktar effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.

TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA

139P

L-Inizjattiva ta' Divulgazzjoni (Emendi għall-IAS 1), maħruġa f'Diċembru 2014, emendat il-paragrafi 10, 31, 54-55, 82, 85, 113-114, 117, 119 u 122, żiedet il-paragrafi 30 A, 55 A u 85 A-85B u ħassret il-paragrafi 115 u 120. Entità tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar kmieni. L-entitajiet ma humiex meħtieġa jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 28-30 tal-IAS 8 fir-rigward ta' dawn l-emendi.

Emendi konsegwenzjali għal Standards oħra

IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet

Il-paragrafu 21 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 44BB.

Politika ta' kontabilità

21.

B'konformità mal-paragrafu 117 tal-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji (kif rivedut fl-2007), entità tiddivulga l-politiki sinifikanti tal-kontabilità tagħha li jinkludu l-bażi (jew bażijiet) tal-kejl li jintużaw fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji u l-politiki l-oħra tal-kontabilità użati u li jkunu rilevanti biex wieħed jifhem ir-rapporti finanzjarji.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

44BB

L-Inizjattiva ta' Divulgazzjoni (Emendi għall-IAS 1), maħruġa f'Diċembru 2014, emendat il-paragrafi 21 u B5. Entità tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija ta' dawk l-emendi.

Fl-Appendiċi B, il-paragrafu B5 huwa emendat.

Divulgazzjoni oħra — politika tal-kontabilità (il-paragrafu 21)

B5

Il-paragrafu 21 jirrikjedi d-divulgazzjoni tal-bażi (jew bażijiet) ta' kejl użati fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji u l-politika l-oħra tal-kontabilità użata li huma relevanti biex wieħed jifhem ir-rapporti finanzjarji. Għal strumenti finanzjarji, din id-divulgazzjoni tista' tinkludi:

(a)

Il-paragrafu 122 tal-IAS 1 (kif rivedut fl-2007) jirrikjedi wkoll li l-entitajiet jiżvelaw, flimkien mal-politiki sinifikanti tal-kontabilità tagħhom jew noti oħrajn, il-ġudizzji, minbarra dawk li jinvolvu stimi, li l-maniġment ikun għamel fil-proċess tal-applikazzjoni tal-politika tal-kontabilità tal-entità u li jkollhom l-aktar effett sinifikanti fuq l-ammonti rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji.

IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim

Il-paragrafu 5 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 57.

KONTENUT TA' RAPPORT FINANZJARJU INTERIM

5.

L-IAS 1 jiddefinixxi sett komplut ta' rapporti finanzjarji li jinkludi l-komponenti li ġejjin:

(e)

noti, li fihom politiki sinifikanti tal-kontabilità u informazzjoni oħra ta' spjegazzjoni;

DATA EFFETTIVA

57.

Inizjattiva ta' Divulgazzjoni (Emendi għall-IAS 1), maħruġa f'Diċembru 2014, emendat il-paragrafu 5. Entità tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija ta' dik l-emenda.

19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/104


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2407

tat-18 ta' Diċembru 2015

li jġedded id-deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għas-sajd mill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun għall-makku (Aphia minuta) f'ċerti ilmijiet territorjali tal-Italja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 jipprojbixxi l-użu ta' rkaptu rmunkat fl-inħawi ta' 3 mili nawtiċi tal-kosta jew fl-isobat ta' 50 metru fejn jintlaħaq dak il-fond f'distanza iqsar mill-kosta.

(2)

Meta xi Stat Membru jitlobha, il-Kummissjoni tista' tippermetti deroga mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, diment li jkunu jintlaħqu għadd ta' kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(5) u (9).

(3)

Fis-16 ta' Marzu 2010, il-Kummissjoni rċeviet talba mill-Italja għal deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, għall-użu tal-bastimenti tas-sajd bit-tartarun għall-makku (Aphia minuta) fl-ilmijiet territorjali tas-Subżona Ġeografika 9, kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(4)

It-talba tkopri l-bastimenti rreġistrati fid-Direttorati Marittimi ta' Ġenova u Livorno li għandhom esperjenza f'dan is-sajd ta' aktar minn ħames snin u joperaw skont pjan ta' ġestjoni li jirregola s-sajd mill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun għall-makku (Aphia minuta) fis-Subżona Ġeografika 9.

(5)

Fl-2010, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) ivvaluta d-deroga li talbet l-Italja u l-abbozz relatat tal-pjan ta' ġestjoni. L-Italja adottat il-pjan ta' ġestjoni b'Digriet (3) skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(6)

Id-deroga mitluba mill-Italja kkonformat mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(5) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u ngħatat sal-31 ta' Marzu 2014 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 988/2011 (4).

(7)

Fis-16 ta' Lulju 2015, l-awtoritajiet Taljani talbu lill-Kummissjoni biex iġġedded id-deroga li skadiet fil-31 ta' Marzu 2014. L-Italja pprovdiet informazzjoni aġġornata li tiġġustifikaw t-tiġdid tad-deroga, inklużi dettalji dwar tnaqqis tal-għadd ta' bastimenti awtorizzati u dwar xi aġġustamenti oħra lill-pjan ta' ġestjoni relatat.

(8)

Fis-16 ta' Lulju 2015, l-Italja infurmat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li dalwaqt tippubblika l-pjan ta' ġestjoni aġġornat.

(9)

Id-deroga li talbet l-Italja tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(5) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(10)

Hemm limitazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi meta wieħed iqis id-daqs limitat tal-blata kontinentali u d-distribuzzjoni spazjali tal-ispeċi fil-mira, li hija limitata esklussivament għal ċerti żoni fiż-żoni kostali f'fond li jkun anqas minn 50 m. Għalhekk, il-postijiet għas-sajd huma limitati.

(11)

Id-deroga mitluba mill-Italja taffettwa 117-il bastiment.

(12)

Il-pjan ta' ġestjoni ppreżentat mill-Italja jiggarantixxi li fil-ġejjieni mhux se jiżdied l-isforz tas-sajd, peress li l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd se jinħarġu lill-117-il bastiment speċifikat li jinvolvu sforz totali ta' 5 754,5 kW li diġà huma awtorizzati għas-sajd mill-Italja.

(13)

It-talba tkopri bastimenti li għandhom esperjenza fis-sajd ta' aktar minn ħames snin u li jaħdmu bi pjan ta' ġestjoni adottat mill-Italja skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(14)

Dawk il-bastimenti jinsabu f'lista li ntbagħtet lill-Kummissjoni skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(15)

Is-sajd mill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun isir qrib il-kosta f'baħar baxx. Minħabba n-natura ta' dan it-tip ta' sajd, ma jistax isir b'xi rkaptu ieħor.

(16)

Is-sajd mill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun ma jħallix impatt sinifikanti fuq il-ħabitats tal-baħar u hu selettiv ħafna, peress li t-tartaruni jinġibdu fil-kolonna tal-ilma u ma jmissux qiegħ il-baħar għax il-ġbir ta' materjal minn qiegħ il-baħar kieku jagħmel ħsara lill-ispeċijiet fil-mira, u l-għażla tal-ispeċijiet mistada ssir prattikament impossibbli minħabba d-daqs żgħir ħafna tagħhom.

(17)

L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 peress li l-pjan ta' ġestjoni Taljan jipprojbixxi b'mod espliċitu li jsir sajd fuq ħabitats protetti.

(18)

Ir-rekwiżit tal-Artikolu 8(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 ma japplikax għax dan għandu x'jaqsam mal-bastimenti tat-tkarkir.

(19)

Fejn jidħol ir-rekwiżit ta' konformità mal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 li jistabbilixxi d-daqs minimu tal-malja, il-Kummissjoni tinnota li billi l-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati huma selettivi ħafna, ikollhom effett negliġibbli fuq l-ambjent tal-baħar u ma jsirux f'ħabitati protetti, l-Italja awtorizzat deroga minn dawn id-dispożizzjonijiet fil-pjan ta' ġestjoni tagħha f'konformità mal-Artikolu 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(20)

L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (5).

(21)

L-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati jsiru qrib ħafna tal-kosta u, għalhekk, ma jfixklux l-attivitajiet tal-bastimenti bi rkapti oħra li mhumiex tat-tkarkir, tartaruni jew xbieki rmunkati simili.

(22)

L-attività tal-bastimenti għas-sajd bit-tartarun jirregolaha l-pjan ta' ġestjoni Taljan biex ikun żgurat li l-qabdiet tal-ispeċijiet imsemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, ikunu minimi. Barra minn hekk, skont il-paragrafu 5.1.2(a) tal-pjan ta' ġestjoni Taljan, is-sajd għall-Aphia minuta huwa limitat għall-istaġun tas-sajd mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Marzu ta' kull sena.

(23)

Il-bastimenti tas-sajd bit-tartarun ma jimmirawx iċ-ċefalopodi.

(24)

Il-pjan ta' ġestjoni Taljan fih miżuri għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd, kif previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

(25)

L-Italja għandha tirrapporta lill-Kummissjoni fi żmien xieraq u skont il-pjan ta' monitoraġġ stipulat fil-pjan ta' ġestjoni Taljan.

(26)

Jekk it-tul tad-deroga jkun limitat, ikunu jistgħu jittieħdu miżuri ta' ġestjoni korrettivi fil-pront, f'każ li r-rapport lill-Kummissjoni juri li l-istatus tal-konservazzjoni tal-istokk sfruttat huwa dgħajjef, filwaqt li jkun hemm l-opportunità biex il-bażi xjentifika tissaħħaħ biex ikun jista' jitfassal pjan ta' ġestjoni aħjar.

(27)

Għalhekk, id-deroga għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2018.

(28)

Għaldaqstant, l-estensjoni tad-deroga mitluba għandha tingħata.

(29)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-deroga

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 ma japplikax fl-ilmijiet territorjali tal-Italja maġenb il-kosta tal-Ligurja u tat-Toskana, għas-sajd għall-makku (Aphia minuta) mill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun:

(a)

irreġistrati fid-Direttorati Marittimi (Direzioni Marittime) ta' Ġenova u Livorno rispettivament;

(b)

għandhom esperjenza f'dan is-sajd ta' aktar minn ħames snin u, fil-ġejjieni, mhux se jżidu l-isforz tas-sajd eżerċitat; u

(c)

li għandhom awtorizzazzjoni għas-sajd u li joperaw bil-pjan ta' ġestjoni li adottat l-Italja skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

Artikolu 2

Pjan u rapport ta' monitoraġġ

Fi żmien sena minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, l-Italja għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni li jkun tfassal skont il-pjan ta' monitoraġġ stabbilit fil-pjan ta' ġestjoni msemmi fl-Artikolu 1(c).

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ u l-perjodu ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika sal-31 ta' Marzu 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 409, 30.12.2006, verżjoni rettifikata fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).

(3)   Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana 192, 19.8.2011, supplemento ordinario n. 192.

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 988/2011 tal-4 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar id-distanza minima mill-kosta u l-fond minimu tal-baħar għas-sajd mill-bastimenti tas-sajd bit-tartarun għall-makku (Aphia minuta) f'ċerti ilmijiet territorjali tal-Italja (ĠU L 260, 5.10.2011, p. 15).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/108


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2408

tat-18 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-18 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

236,2

MA

94,6

TR

118,0

ZZ

149,6

0707 00 05

EG

174,9

MA

82,9

TR

149,4

ZZ

135,7

0709 93 10

MA

46,5

TR

153,0

ZZ

99,8

0805 10 20

EG

57,7

MA

64,7

TR

52,2

ZA

48,6

ZZ

55,8

0805 20 10

MA

75,3

ZZ

75,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

110,0

TR

88,5

ZZ

99,3

0805 50 10

TR

94,4

ZZ

94,4

0808 10 80

CA

151,7

CL

82,8

US

163,9

ZA

141,1

ZZ

134,9

0808 30 90

CN

63,2

TR

127,3

ZZ

95,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/110


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2409

tat-18 ta' Diċembru 2015

li jiffissal-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur li ġej mill-Istati Uniti tal-Amerika

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li ġejjin mill-Istati Uniti tal-Amerika.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 536/2007, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016, huma mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016

(f'kg)

09.4169

16 008 750


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/112


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2410

tat-18 ta' Diċembru 2015

li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2077 għall-bajd, il-prodotti tal-bajd u l-albumina li joriġinaw mill-Ukrajna

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2077 (2) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-bajd u tal-albumina li joriġinaw mill-Ukrajna.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Jixraq, għalhekk, li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2077, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2077 tat-18 ta' Novembru 2015 li jiftaħ u fih previst l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta' bajd, prodotti tal-bajd u albumina li joriġinaw fl-Ukrajna (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 57).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016

(f'piż ekwivalenti għall-bajd bil-qoxra f'kg)

09.4275

375 000

09.4276

750 000


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/114


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2411

tat-18 ta' Diċembru 2015

li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 (2) fetaħ il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1384/2007, li għandhom jiżdiedu għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 tas- 26 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta' ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 40).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016

(f'kg)

09.4091

140 000

09.4092

800 000


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/116


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2412

tat-18 ta' Diċembru 2015

li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016 fil-qafas tal-kwoti tarrifarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 442/2009 fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal. Il-kwoti li jidhru fl-Anness I, il-parti B tar-Regolament imsemmi huma amministrati skont il-metodu tal-eżami simultanju.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 442/2009, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 tas-27 ta' Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tal-majjal (ĠU L 129, 28.5.2009, p. 13).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2016

(f'kg)

09.4038

25 743 750

09.4170

3 691 500

09.4204

3 468 000


DEĊIŻJONIJIET

19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/118


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/2413

tad-9 ta' Diċembru 2015

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (EUPOL Afghanistan/2/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/279/PESK tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL Afghanistan) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/279/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni EUPOL Afghanistan, inkluża, b'mod partikolari, id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-17 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/922/PESK (2) li testendi t-tul taż-żmien ta' EUPOL Afghanistan sal-31 ta' Diċembru 2016.

(3)

Fl-10 ta' Frar 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/247 (3), li taħtar lis-Sinjura Pia STJERNVALL bħala Kap tal-Missjoni EUPOL Afghanistan mis-16 ta' Frar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015.

(4)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sinjura Pia STJERNVALL bħala Kap tal-Missjoni ta' EUPOL Afghanistan mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sinjura Pia STJERNVALL bħala Kap tal-Missjoni EUPOL Afghanistan huwa b'dan estiż sal-31 ta' Diċembru 2016.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 123, 19.5.2010, p. 4.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/922/PESK tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 152).

(3)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/247 tal-10 ta' Frar 2015 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (EUPOL AFGHANISTAN/1/2015) (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 24).


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/120


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2414

tas-17 ta' Diċembru 2015

dwar il-pubblikazzjoni b'restrizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard EN 521:2006 “Speċifikazzjonijiet għal tagħmir għal applikazzjonijiet ta' gass minn żejt apposta mhux raffinat likwefatt — Applikazzjonijiet li jistgħu jinġarru li jaħdmu bi pressjoni ta' fwar ta' gass minn żejt mhux raffinat likwefatt” skont id-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 9145)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 rigward tagħmir li juża l-gass (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/142/KE tippovdi illi t-tagħmir tal-gass jista' jitqiegħed fis-suq u jibda jopera biss jekk, meta jintuża b'mod normali, ma jikkompromettix is-sigurtà ta' persuni, annimali domestiċi u proprjetà.

(2)

It-tagħmir għandu jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 2009/142/KE. Dawn jitqiesu li jikkonformaw ma' dawk ir-rekwiżiti, jekk jikkonformaw mal-istandards nazzjonali applikabbli għalihom li jimplimentaw l-istandards armonizzati, li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Fit-28 ta' Diċembru 2005, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) adotta l-istandard armonizzat EN 521:2006 “Speċifikazzjonijiet għal tagħmir għal applikazzjonijiet ta' gass minn żejt apposta mhux raffinat likwefatt — Applikazzjonijiet li jistgħu jinġarru li jaħdmu bi pressjoni ta' fwar ta' gass minn żejt mhux raffinat likwefatt”. In-numru ta' referenza tal-istandard ġie ppubblikat sussegwentement f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(4)

Fit-30 ta' Ġunju 2014, in-Netherlands nedew oġġezzjoni formali skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2009/142/KE fir-rigward tal-istandard armonizzat EN 521:2006. L-oġġezzjoni formali kienet bbażata fuq il-valutazzjoni li l-istandard ma jissodisfax għal kollox ir-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2009/142/KE.

(5)

Skont in-Netherlands, wara sensiela ta' aċċidenti li jinvolvu l-kukers tal-gass ċatti portabbli (disinn orizzontali) u s-sorveljanza sussegwenti tas-suq tal-prodotti kkonċernati, jidher li dawk il-prodotti, meta jintużaw b'mod normali, jippreżentaw riskju għall-utenti. B'mod aktar partikolari, meta ntużaw il-kukers tal-gass ċatti bi grilja jew dixx b'dijametru ta' aktar minn 180 mm, it-temperatura tal-iskartoċċ tal-gass kienet ħafna ogħla mill-50 °C previsti mill-istandard EN 521:2006, b'riskju ta' nar jew splużjoni tal-iskartoċċ. In-Netherlands nnutaw li t-testijiet stipulati f'EN 521: 2006 ma jkoprux b'mod adegwat ir-riskji ta' kukers portabbli bħal dawn jew ta' tagħmir tal-gass simili billi tagħmir bħal dan mhuwiex sikur meta jintuża ma' dixxijiet kbar u li għalhekk l-istandard EN 521:2006 ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali tal-punti 1.1 u 3.1.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/142/KE.

(6)

Il-kukers tal-gass ċatti portabbli huwa tagħmir li juża l-gass għat-tisjir u huma koperti mid-Direttiva 2009/142/KE. Huma jirrappreżentaw, flimkien mal-kukers vertikali tal-gass, iż-żewġ tipi bażiċi ta' disinn ta' kukers portabbli tal-gass direttament konnessi mal-iskrataċ tal-gass. Għall-kuntrarju tal-kukers tal-gass vertikali, li jikkonsistu f'assemblaġġ ta' berners immuntat fuq in-naħa ta' fuq ta' skartoċċ tal-gass jew ta' kompartiment ta' tali skartoċċ, il-kukers tal-gass ċatti jikkonsistu f'assemblaġġ ta' berners immuntati fuq kaxxa orizzontali li fiha kumpartiment integrat għall-iskartoċċ tal-gass ħdejn il-berner. Il-kukers tal-gass ċatti portabbli jidhru li jirrappreżentaw parti dejjem tikber fis-suq tal-kukers portabbli tal-gass li huma prodotti għall-konsumatur u l-aktar li jintużaw għal attivitajiet ta' divertiment tal-familji.

(7)

Skont id-Direttiva 2009/142/KE, it-tagħmir irid jiġi ddisinjat u mibni b'tali mod li jopera b'mod sikur u ma jippreżenta ebda periklu meta jintuża b'mod normali. Barra minn hekk, ma għandu jkun hemm ebda instabbilità, tgħawwiġ, ksur jew tkagħbir li aktarx li jxekkel is-sikurezza tiegħu. Fl-aħħar nett partijiet ta' tagħmir li huma maħsuba biex jitqiegħdu qrib l-art jew xi wċuh oħra ma jridux jilħqu temperaturi li jkunu ta' periklu fiż-żona tal-madwar.

(8)

L-istandard EN 521:2006 ikopri varjetà kbira ta' tagħmir li jinġarr li jaħraq gassijiet tal-petroleum likwefatti bi pressjoni tal-fwar u mfassal biex jintuża ma' skrataċ li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, bħala tagħmir tat-tisjir, tad-dawl u li jsaħħan. Eżempji ta' tagħmir tat-tisjir koperti mill-istandard huma hotplates, grills u xi tipi ta' barbikjus bl-eċċezzjoni ta' barbikjus li jistgħu jintużaw fuq ġewwa. L-istandard EN 521:2006 fih klawżoli dettaljati u disinji dwar l-ispeċifikazzjonijiet ta' kostruzzjoni u rendiment marbuta mas-sikurezza u l-użu razzjonali tal-enerġija ta' tagħmir portabbli kopert mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, inklużi metodi ta' ttestjar u rekwiżiti ta' informazzjoni.

(9)

L-istandard EN 521:2006 jipprovdi f'diversi klawżoli li t-testijiet biex jiġu vverifikati l-istabbiltà, it-temperatura, eċċ., iridu jsiru b'kontenitur b'dijametru ta' 180 mm, għalkemm fit-Tabella A.1 (Karatteristiċi ta' dixxijiet meħtieġa għall-ittestjar) tal-Anness A tiegħu, huwa jirreferi għal dimensjonijiet ta' dixx minn 120 mm sa 340 mm. Barra minn hekk, l-istruzzjonijiet u l-avviżi ta' twissija li jridu jiġu pprovduti mat-tagħmir ma fihom l-ebda indikazzjoni li tiġbed l-attenzjoni tal-utent lejn il-fatt li jistgħu jintużaw biss dixxijiet b'dijametru massimu ta' 180 mm.

(10)

L-istandard EN 521:2006 normalment jintuża bħala standard ta' referenza biex tiġi verifikata l-konformità tal-kukers tal-gass ċatti portabbli mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2009/142/KE. Madankollu, l-istandard EN 521:2006 ma fih ebda klawżola li tirriferixxi għar-riskji marbuta mal-użu ta' dixxijiet b'dijametru akbar minn 180 mm għal kukers tal-gass ċatti. Ma jipprovdix għal ebda twissija lill-utenti kontra l-użu ta' dixxijiet akbar. Barra minn hekk, ma fih l-ebda rekwiżit ta' disinn (speċifikazzjoni teknika) li jkun fattibbli meta wieħed iqis l-istat l-aktar avvanzat tat-tagħmir, biex b'hekk ma jibqax prattiku l-użu ta' dixxijiet akbar minn dawk li jiggarantixxu s-sikurezza waqt l-użu. Għaldaqstant, il-kukers tal-gass ċatti portabbli fis-suq ma jintegrawx fihom soluzzjoni ta' disinn biex jiġu evitati r-riskji mill-użu ta' dixxijiet akbar minn 180 mm u ma fihom ebda twissija jew informazzjoni ta' ebda tip. Madankollu, għal dik li hija temperatura, l-iskrataċ tal-gass tal-kukers tal-gass ċatti huma aktar sensittivi għall-użu ta' dixxijiet kbar mill-iskrataċ tal-gass tal-kukers tal-gass vertikali li dwarhom ma ġew irrappurtati ebda aċċidenti jew affarijiet oħra.

(11)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe twissija jew speċifikazzjoni ta' disinn li jillimitaw il-possibbiltà li jintużaw dixxijiet akbar minn 180 mm f'kukers tal-gass ċatti portabbli, huwa raġonevoli li wieħed jistenna li meta jippreparaw l-ikel għall-familji tagħhom il-konsumaturi jużuaw dixxijiet akbar. L-aġir tagħhom għandu jitqies bħala raġonevolment prevedibbli u għalhekk bħala “użu normali” fit-tifsira tad-Direttiva 2009/142/KE. Xi manifatturi, fuq inizjattiva tagħhom stess, diġà jieħdu in konsiderazzjoni dan l-aġir u jehmżu mat-tagħmir twissija għall-utent kontra l-użu ta' dixxijiet akbar minn 180 mm.

(12)

Jidher mill-kontenut tal-istandard EN 521: 2006 li huwa ma jiħux in konsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tal-kukers tal-gass ċatti portabbli. Fih biss disinji u testijiet li jikkonċernaw kukers tal-gass vertikali. Dan jirrifletti s-sitwazzjoni fiż-żmien li tfassal, peress li dan it-tip ta' kukers tal-gass portabbli ma kienx għadu ġie introdott fis-suq. Jirriżulta għalhekk, li l-EN 521:2006 għandu l-għan li jkopri l-kukers tal-gass vertikali biss u mhux id-disinji ċatti li huma milquta mill-oġġezzjoni formali mnedija min-Netherlands. Madankollu, dan mhux rifless la fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu u lanqas f'ebda waħda mill-klawżoli tiegħu. Dan joħloq ir-riskju ta' konfużjoni fost il-manifatturi, il-korpi notifikati u partijiet kkonċernati oħra rigward il-kamp ta' applikazzjoni ta' EN 521:2006.

(13)

Fuq il-bażi tal-EN 521: 2006 kif ukoll mit-tagħrif sottomess min-Netherlands u l-Istati Membri l-oħra, mis-CEN u mill-industrija, u wara li kkonsultat il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Tagħmir tal-Gass, hemm qbil wiesa' li, fin-nuqqas ta' kwalunkwe dispożizzjoni f'EN 521: 2006, li tindirizza l-ispeċifiċitajiet tal-kukers tal-gass ċatti portabbli u r-riskji relatati, l-istandard ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2009/142/KE fir-rigward ta' dan it-tip ta' tagħmir. Il-manifatturi tal-kukers tal-gass ċatti portabbli għandhom għalhekk jiżguraw li t-tagħmir tagħhom ikun konformi mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2009/142/KE b'mezzi oħra, suġġett għal verifika matul il-valutazzjoni tal-konformità. Iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip KE għal tali tagħmir li jkunu diġà nħarġu abbażi ta' preżunzjoni ta' konformità mad-Direttiva 2009/142/KE għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid sabiex jiġi vverifikat jekk it-tagħmir inkwistjoni jikkonformax mar-rekwiżiti essenzjali ta' din id-Direttiva.

(14)

In-numru ta' referenza EN 521: 2006 għandu jkompli jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li ma tqajmu l-ebda kwistonijiet li jikkonċernaw il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2009/142/KE fir-rigward tat-tagħmir kopert mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Madankollu, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-firxa tal-kamp ta' applikazzjoni ta' EN 521: 2006 u għalhekk l-firxa tal-preżunzjoni tal-konformità, il-pubblikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn twissija li tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-EN 521: 2006 ma jkoprix kukers tal-gass ċatti portabbli.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 521:2006 “Speċifikazzjonijiet għal tagħmir għal applikazzjonijiet ta' gass minn żejt apposta mhux raffinat likwefatt — Applikazzjonijiet li jistgħu jinġarru li jaħdmu bi pressjoni ta' fwar ta' gass minn żejt mhux raffinat likwefatt” m'għandhiex tiġi rtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-pubblikazzjoni tan-numru ta' referenza ta' EN 521:2006 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tkun akkumpanjata minn twissija kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Elzbieta BIEŃKOWSKA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 330, 16.12.2009, p. 10.

(2)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/142/KE rigward tagħmir li juża l-gass (verżjoni kodifikata) (ĠU C 349, 22.12.2010, p. 6).


ANNESS

Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni

ESO (1)

Referenza u titlu tal-istandard armonizzat

(u d-dokument ta' referenza)

Referenza tal-istandard sostitwit

Id-data tat-tmiem tal-preżunzjoni tal-konformità tal-istandard sostitwit

Nota 1

CEN

EN 521: 2006 Speċifikazzjonijiet għal tagħmir għal applikazzjonijiet ta' gass minn żejt apposta mhux raffinat likwefatt — Applikazzjonijiet li jistgħu jinġarru li jaħdmu bi pressjoni ta' fwar ta' gass minn żejt mhux raffinat likwefatt

EN 521:1998

Nota 2.1

Data ta' skadenza

(30.11.2009)

Twissija  (2): Din il-pubblikazzjoni ma tkoprix kukers tal-gass ċatti portabbli (3).

Nota 1: Ġeneralment, id-data ta' tmiem il-preżunzjoni tal-konformità tkun id-data tal-irtirar (“date of withdrawal: dow”), stipulata mill-Organizzazzjoni Ewropea għall-Istandardizzazzjoni, iżda tinġibed l-attenzjoni tal-utenti ta' dawn l-istandards għall-fatt li dan jista' jkun mod ieħor f'ċerti każi eċċezzjonali.

Nota 2.1: L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess kamp ta' applikazzjoni bħall-istandard mibdul. Fid-data msemmija, l-istandard mibdul ma jikkonċedix aktar il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-direttiva.


(1)  ESO: L-Organizzazzjoni Ewropea għall-istandardizzazzjoni:

CEN: Avenue Marnix 17, B-1000, Brussell, Tel.+32 2 5500811; faks + 32 2 5500819 (http://www.cen.eu)

(2)  F'konformità mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2414 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar il-pubblikazzjoni b'restrizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard armonizzat EN:521 2006 “Speċifikazzjonijiet għal tagħmir għal applikazzjonijiet ta' gass minn żejt apposta mhux raffinat likwefatt — Applikazzjonijiet li jistgħu jinġarru li jaħdmu bi pressjoni ta' fwar ta' gass minn żejt mhux raffinat likwefatt” f'konformità mad-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 120).

(3)  Il-kukers tal-gass ċatti jikkonsistu f'assemblaġġ ta' berners immuntati fuq kaxxa orizzontali li fiha kumpartiment integrat għall-iskartoċċ tal-gass ħdejn il-berner.


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/124


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2415

tas-17 ta' Diċembru 2015

dwar l-approvazzjoni skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku fl-ajruporti ta' Milan Malpensa, ta' Milan Linate u ta' Orio al Serio (Bergamo)

(notifikata bid-dokument C(2015) 9177)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ittra tal-21 ta' April 2015, li waslet għand il-Kummissjoni fil-21 ta' April 2015, l-awtoritajiet Taljani għarrfu lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, bid-Digriet Ministerjali Nru 395 tal-1 ta' Ottubru 2014 li jemenda d-Digriet Nru 15 tat-3 ta' Marzu 2000 dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku bl-ajru fis-sistema tal-ajruporti ta' Milan, kif emendat (2) (minn hawn 'il quddiem “Id-Digriet Lupi”). Permezz ta' ittri tal-5 ta' Novembru 2014 u tat-18 ta' Marzu 2015, l-awtoritajiet Taljani taw aktar tagħrif dwar id-Digriet Lupi. Il-Kummissjoni talbet għal aktar tagħrif permezz tal-ittra tal-5 ta' Settembru 2015 u l-awtoritajiet Taljani wieġbu bl-ittra tal-25 ta' Settembru 2015.

(2)

Is-sistema tal-ajruporti ta' Milan tinkludi l-ajruporti ta' Malpensa, Linate u Orio al Serio (Bergamo).

2.   SFOND U DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

2.1.   Id-Digrieti Bersani u Bersani 2

(3)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2000 (3), il-Kummissjoni ddikkjarat ir-regoli ta' distribuzzjoni tat-traffiku għas-sistema tal-ajruporti ta' Milan stabbilita fid-Digriet tal-Ministru għall-Infrastruttura u t-Trasport tat-3 ta' Marzu 2000 (4) (minn hawn 'il quddiem id-“Digriet Bersani”) bħala li huma kompatibbli mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 (5). Sussegwentement, dak ir-Regolament tħassar u ġie sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet soġġetta għal dawn ir-regoli li qed jiġu emendati kif indikat mill-awtoritajiet Taljani f'ittra tal-4 ta' Diċembru 2000. Din l-emenda seħħet permezz tad-Digriet tal-Ministru tal-Infrastruttura u t-Trasport tal-5 ta' Jannar 2001 (6) (minn hawn 'il quddiem id-“Digriet Bersani 2”).

(4)

L-għan tad-Digriet Bersani u tad-Digriet Bersani 2 kien li tkun żgurata r-realizzazzjoni tal-potenzjal ta' żvilupp sħiħ tal-ajruport ta' Milan Malpensa bħala ċentru internazzjonali, filwaqt li fl-istess ħin jiddeskrivi l-ajruport ta' Milan Linate bħala faċilità għal servizzi minn punt sa punt. Għal dan l-għan, id-digriet Bersani u d-Digriet Bersani 2 kien fihom għadd ta' dispożizzjonijiet; b'mod partikolari huma imponew, fl-ajruport ta' Milan Linate, limitazzjonijiet fuq l-għadd ta' servizzi bir-ritorn kuljum lejn l-ajruporti tal-UE identifikati abbażi tal-volum ta' traffiku tal-passiġġieri, kif ġej:

Servizz bir-ritorn wieħed kuljum għal kull trasportatur għal rotot bi traffiku bejn it-350 000 u s-700 000 passiġġier;

Żewġ servizzi bir-ritorn kuljum għal kull trasportatur għal rotot bi traffiku bejn is-700 000 u l-1 400 000 passiġġier;

Tliet servizzi bir-ritorn kuljum għal kull trasportatur għal rotot bi traffiku bejn il-1 400 000 u ż-2 800 000 passiġġier;

L-ebda limitu għal rotot bi traffiku ta' aktar minn 2 800 000 passiġġier;

(5)

Minn Linate, it-trasportaturi tal-Komunità jistgħu, bl-arranġamenti stipulata hawn fuq, joperaw servizz bir-ritorn kuljum billi jużaw żewġ ħinijiet għas-sistemi tal-ajruporti jew ajruporti individwali li jinsabu f'reġjuni ta' “Objettiv 1” li tul is-sena kalendarja 1999 irreġistraw traffiku tal-passiġġieri ta' anqas minn 350 000 unità fis-sistemà tal-ajruporti ta' Milan.

(6)

Id-Digriet Bersani 2 jispeċifika li l-kapitali kollha Ewropej se jkollhom minn tal-anqas konnessjoni waħda bir-ritorn kuljum ma' Linate u li l-ajruporti tal-Komunità bi traffiku annwali li jaqbeż l-40 miljun passiġġier fl-1999 se jkunu konnessi ma' Linate b'minn tal-anqas żewġ vjaġġi bir-ritorn kuljum.

(7)

Id-Digriet Bersani u d-Digriet Bersani 2 jillimitaw ukoll l-ajruport ta' Milan Linate għal ajruplani b'korsija waħda għal konnessjonijiet bi skeda minn punt sa ieħor fl-UE.

2.2.   Id-Digriet Lupi

(8)

Id-Digriet Lupi jibdel id-Digriet Bersani u d-Digriet Bersani 2 billi jneħħi kwalunkwe limitazzjoni fuq l-għadd ta' servizzi bir-ritorn ta' kuljum lejn ajruporti tal-UE identifikati abbażi tal-volum ta' traffiku tal-passiġġieri imposti fl-ajruport ta' Milan Linate. Il-limitazzjonijiet l-oħra imposti f'Milan Linate (ajruplani b'korsija waħda, konnessjonijeit minn punt għall-ieħor skedati fl-UE) jibqgħu fis-seħħ.

(9)

L-awtoritajiet Taljani spjegaw li r-raġuni għal din il-bidla kienet il-ħtieġa li jiġu eliminati r-restrizzjonijiet ibbażati fuq kriterji li għadda żmienhom u li ma għadhomx f'lokhom u biex operaturi li għandhom ħinijiet fl-ajruport ta' Milan Linate jkunu jistgħu jużawhom b'mod kemm jista' jkun effiċċjenti. Dan għandu jikkontribwixxi sabiex is-sistemi tal-ajruporti tal-Italja u tal-Ewropa jsiru aktar effiċjenti kemm għan-negozji kif ukoll għall-passiġġieri.

(10)

Id-Digriet Lupi (Digriet Ministerjali Nru 395) ġie ffirmat fl-1 ta' Ottubru u kien ippubblikat fil-11 ta' Ottubru 2014, eżatt qabel il-bidu ta' perjodu ta' skedar tax-xitwa 2014-2015 tal-IATA, li beda fis-26 ta' Ottubru 2014. Id-Digriet Lupi japplika mill-bidu tal-istaġun tat-traffiku tax-xitwa 2014/2015.

(11)

L-Italja ma kkonsultatx mal-partijiet interessati qabel l-adozzjoni tad-Digriet Lupi.

3.   L-OSSERVAZZJONIJIET SOTTOMESSI LILL-KUMMISSJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(12)

Il-Kummissjoni ppubblikat sommarju tar-regoli modifikati tad-distribuzzjoni tat-traffiku nnotifikati mill-awtoritajiet Taljani f'“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” (7) u stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom.

(13)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn żewġ partijiet interessati, li xtaqu jibqgħu anonimi. Il-Kummissjoni bagħtet sommarju tal-kummenti lill-awtoritajiet Taljani biex l-awtoritajiet Taljani jkunu jistgħu jikkummentaw.

3.1.   L-ewwel parti interessata

(14)

L-ewwel parti interessata ddikjarat li l-awtoritajiet Taljani ma kinux ikkonsultaw lil-linji tal-ajru kollha kkonċernati dwar ir-regoli tad-distribuzzjoni tat-traffiku modifikati qabel l-adozzjoni tagħhom. B'hekk, skont l-istess parti interessata, kienu biss ċerti linji tal-ajru li saru jafu bil-bidliet imminenti li setgħu jużaw il-flessibbiltà mdaħħla bid-Digriet il-ġdid u li jippjanaw skont dan fiż-żmien għall-bidu tal-istaġun ta' skedar tax-xitwa 2014/2015.

(15)

L-ewwel parti interessata nnutat ukoll li l-awtoritajiet Taljani ma rrispettawx l-obbligu tagħhom u r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 li ma japplikawx bidliet għar-regoli tad-distribuzzjoni tat-traffiku qabel l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(16)

Barra minn hekk, l-ewwel parti interessata qajmet ukoll il-kwistjoni tal-għoti tal-ħinijiet f'Milan Linate.

3.2.   It-tieni parti interessata

(17)

It-tieni parti interessata indikat li ż-żmien tal-adozzjoni tad-Digriet Lupi ppermetta li ċerti linji tal-ajru jintroduċu rotot ġodda minn Linate b'effett immedjat u mingħajr ebda konsultazzjoni xierqa tal-linji tal-ajru l-oħra li joperaw fl-ajruport ta' Linate jew l-għoti ta' informazzjoni qabel dan seħħ.

(18)

It-tieni parti interessata enfasizzat ukoll li l-Kummissjoni ġiet mgħarrfa bid-Digriet Lupi aktar minn 7 xhur wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

(19)

Barra minn hekk, it-tieni parti interessata qieset li d-Digriet Lupi jikkonċerna vantaġġ speċifiku lil Etihad, Alitalia u l-Imsieħba Ewropej ta' Ekwità tagħha hekk kif Alitalia għandha l-biċċa l-kbira tal-ħinijiet u d-Digriet Lupi għandu l-potenzjal li jfixkel il-kompetizzjoni b'mod qawwi favur Alitalia. It-tieni parti interessata talbet lill-Kummissjoni biex minnufih tirrevoka d-Digriet Lupi.

4.   IT-TERMINI TAL-ARTIKOLU 19 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1008/2008

(20)

L-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jipprevedi li Stat Membru, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, jista' jirregola, mingħajr dikriminazzjoni bejn destinazzjonijiet fil-Komunità jew abbażi tan-nazzjonalità jew tal-identità tat-trasportaturi tal-ajru, id-distribuzzjoni tat-traffiku tal-ajru bejn ajruporti li jaqdu lill-istess belt ta' konurbazzjoni. Kundizzjonijiet speċifiċi għad-distribuzzjoni tat-traffiku huma stabbiliti fl-istess paragrafu.

(21)

L-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jipprevedi li Stat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-ħsieb tiegħu li jirregola d-distribuzzjoni tat-traffiku tal-ajru jew li jbiddel regola eżistenti tad-distribuzzjoni tat-traffiku. Dan jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tal-Artikolu 19(2) u, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni mill-Istat Membru, u wara li tkun talbet lill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 għal opinjoni għandha tiddeċiedi jekk l-Istat Membru jistax japplika l-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-miżuri ma għandhomx jiġu applikati qabel il-pubblikazzjoni tal-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

5.   VALUTAZZJONI

(22)

Id-Digriet Lupi jimmodifika r-regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku għas-sistema tal-ajruport ta' Milan billi jneħħi l-limitazzjonijiet fl-ajruport ta' Linate fuq l-għadd ta' servizzi bir-ritorn ta' kuljum lejn l-ajruporti tal-UE identifikati abbażi tal-volum tat-traffiku tal-passiġġieri. Għaldaqstant, dan jikkostitwixxi bidla fir-regola tad-distribuzzjoni tat-traffiku eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.

(23)

L-awtoritajiet Taljani jqisu li d-Digriet Lupi ma jikkostitwixxix bidla fir-regoli ta' distribuzzjoni tat-traffiku eżistenti, peress li d-Digriet Lupi ma kienx meqjus bħala miżura mmirata lejn il-modifika tat-traffiku tal-ajru fis-sistema tal-ajruporti ta' Milan. Kull ma jagħmel id-Digriet Lupi huwa li jneħħi restrizzjoni għall-forniment ta' servizzi.

(24)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dan l-argument. Il-limitazzjonijiet fuq l-għadd ta' servizzi bir-ritorn kuljum lejn l-ajruporti tal-UE identifikati abbażi tal-volum ta' traffiku tal-passiġġieri jifforma parti minn regola tad-distribuzzjoni tat-traffiku, maħsuba biex talloka servizzi tal-ajru barra l-limiti lejn ajruport ieħor tas-sistema tal-ajruporti ta' Milan. Il-Kummissjoni approvat din ir-regola tad-distribuzzjoni tat-traffiku fis-sena 2000. It-tneħħija ta' element wieħed ta' din ir-regola tad-distribuzzjoni tikkostitwixxi bidla għal dik ir-regola.

(25)

L-awtoritajiet Taljani ma kkonsultawx mal-partijiet interessati qabel l-adozzjoni tad-Digriet Lupi. Għaldaqstant naqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jagħmlu dan, kif stabbilit fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.

(26)

L-awtoritajiet Taljani jqisu li ma kienx hemm il-ħtieġa li jikkonsultaw mal-partijiet terzi interessati hekk kif l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 ikun jeħtieġ biss li jikkonsulta lill-partijiet interessati meta l-Istat Membru jkun biħsiebu “jirregola” it-traffiku, jiġifieri qabel joħloq regola tad-distribuzzjoni tat-traffiku, iżda mhux f'każ ta' emenda tagħha. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dan l-argument. L-emenda ta' regola tad-distribuzzjoni tat-traffiku tfisser li r-regola wara l-emenda hija differenti minn dik applikabbli qabel. Wara li jitqies ir-raġunament tal-Artikolu 19, tali bidla (maħsuba) fis-sitwazzjoni legali mhijiex fundamentalment differenti mill-bidla li ġabet magħha l-introduzzjoni ta' regola ġdida. Din il-bidla fis-sitwazzjoni legali tikkostitwixxi l-ġustifikazzjoni nfisha għad-dmir tal-awtoritajiet nazzjonali li jikkonsultaw mal-partijiet interessati, bl-istess mod kif din hija l-pern tad-dmir tal-awtoritajiet li jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-każ. Għaldaqstant, it-terminu “jirregola” fl-Artikolu 19(2) għandu jinftiehem bħala li jinkludi wkoll l-emenda tar-regoli ta' distribuzzjoni tat-traffiku.

(27)

L-awtoritajiet Taljani jargumentaw li ma kinitx meħtieġa konsultazzjoni mil-lat sostanzjali peress li t-trasportaturi kollha tal-ajru li għandhom ħinijiet fl-ajruport ta' Linate gawdew bl-istess mod mid-Digriet Lupi. Il-Kummissjoni tinnota li dan l-argument jantiċipa il-konklużjonijiet possibbli li għandhom jittieħdu fid-dawl tal-osservazzjonijiet li l-partijiet interessati huma intitolati li jagħmlu. Minnha nfisha, din ma tistax tegħleb l-obbligu tal-Italja li tikkonsulta mal-partijiet interessati l-ewwel, qabel tasal għal xi konklużjoni.

(28)

L-awtoritajiet Taljani indikaw li huma lesti li jwettqu konsultazzjonijiet issa. Madankollu, għall-fini taċ-ċarezza, għandu jiġi enfasizzat li konsultazzjoni bħal din tkun teħtieġ li tiġi segwita b'att ġdid, li għandu jittieħed fid-dawl tal-osservazzjonijiet imressqa. Tali att ġdid ikun indispensabbli anke jekk, wara l-konsultazzjoni, l-awtoritajiet Taljani kellhom ikomplu jikkunsidraw li r-regola kif emendat bid-Digriet Lupi hija xieraq.

6.   KONKLUŻJONI

(29)

Kuntrarjament għall-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, l-awtoritajiet Taljani naqsu milli jikkonsultaw lill-partijiet interessati qabel ma emendaw ir-regoli tad-distribuzzjoni tat-traffiku għas-sistema tal-ajruporti ta' Milan.

(30)

Għaldaqstant, il-miżuri previsti fid-Digriet Ministerjali Nru 395, tal-1 ta' Ottubru 2014 li jemenda d-Digriet Nru 15 tat-3 ta' Marzu 2000 dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku tal-ajru fis-sistema tal-ajruporti ta' Milan, kif emendat, li ġie nnotifikat lill-Kummissjoni fil-21 ta' April 2015, ma jistax jiġi approvat.

(31)

Din id-deċiżjoni hija f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għaldaqstant, il-miżuri previsti fid-Digriet Ministerjali Nru 395, tal-1 ta' Ottubru 2014 li jemenda d-Digriet Nru 15 tat-3 ta' Marzu 2000 dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku tal-ajru fis-sistema tal-ajruporti ta' Milan, innotifikat lill-Kummissjoni fil-21 ta' April 2015, huwa miċħud.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Italja.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

(2)  Il-Gazzetta Uffiċjali Taljana Nru 237 tal-11 ta' Ottubru 2014.

(3)   ĠU L 58, 28.2.2001, p. 29.

(4)  Il-Gazzetta Uffiċjali Taljana Nru 60, 13 ta' Marzu 2000.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8). Fir-rigward ta' din ir-revoka, ara l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.

(6)  Il-Gazzetta Uffiċjali Taljana Nru 14, Il-Ħamis, 18 ta' Jannar 2001.

(7)   ĠU C 183, 4.6.2015, p. 4.


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/128


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2416

tas-17 ta' Diċembru 2015

li tirrikonoxxi ċerti żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire

(notifikata bid-dokument C(2015) 9185)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punti 2.3, 2.4 u 2.5 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tagħha,

Billi:

(1)

Il-punti 2.3, 2.4 u 2.5 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE jipprovdu għal rekwiżiti speċjali fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra li joriġinaw minn ċerti pajjiżi. Wieħed minn dawn ir-rekwiżiti speċjali huwa r-rekwiżit ta' dikjarazzjoni uffiċjali illi dawk il-prodotti tal-pjanti u l-oġġetti l-oħra joriġinaw minn żona rikonoxxuta bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire.

(2)

L-Istati Uniti tal-Amerka talbu r-rikonoxximent ta' ċerti żoni tat-territorju tagħhom bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire f'konformità mal-punti 2.3, 2.4 u 2.5 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

(3)

Minn informazzjoni uffiċjali ppreżentata mill-Istati Uniti tal-Amerka, jidher li ċerti żoni tat-territorju tagħha huma ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire. Dawk iż-żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka għandhom għalhekk jiġu rikonoxxuti bħala ħielsa minn dak l-organiżmu ta' ħsara.

(4)

Fid-dawl tat-tixrid kontinwu tal-Agrilus planipennis Fairmaire fl-Istati Uniti tal-Amerka, huwa xieraq li dan ir-rikonoxximent li dawn iż-żoni kkonċernati huma ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire ikun limitat għal ċertu perjodu.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rikonoxximent

Għall-finijiet tal-punti 2.3, 2.4 u 2.5 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, iż-żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni huma rikonoxxuti bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire.

Artikolu 2

Data ta' skadenza

Din id-Deċiżjoni tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.


ANNESS

LISTA TA' ŻONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

(1)

L-Istati li huma ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire

Alaska

Arizona

California

Florida

Hawaii

Idaho

Mississippi

Montana

Nevada

New Mexico

North Dakota

Oklahoma

Oregon

South Dakota

Utah

Washington

Wyoming

(2)

Kontej ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire

(a)

Kontej f'Alabama:

Autauga

Baldwin

Barbour

Bibb

Blount

Bullock

Butler

Calhoun

Chambers

Chilton

Choctaw

Clarke

Clay

Coffee

Colbert

Conecuh

Coosa

Covington

Crenshaw

Cullman

Dale

Dallas

DeKalb

Elmore

Escambia

Etowah

Fayette

Franklin

Geneva

Greene

Hale

Henry

Houston

Jefferson

Lamar

Lawrence

Lee

Lowndes

Macon

Marengo

Marion

Marshall

Mobile

Monroe

Montgomery

Morgan

Perry

Pickens

Pike

Russell

Shelby

St. Clair

Sumter

Talladega

Tallapoosa

Tuscaloosa

Walker

Washington

Wilcox

Winston

(b)

Kontej f'Arkansas:

Baxter

Benton

Boone

Carroll

Clay

Cleburne

Conway

Craighead

Crawford

Crittenden

Cross

Faulkner

Franklin

Fulton

Greene

Independence

Izard

Jackson

Johnson

Lawrence

Lee

Logan

Madison

Marion

Mississippi

Monroe

Newton

Phillips

Poinsett

Polk

Pope

Prairie

Randolph

St. Francis

Scott

Searcy

Sebastian

Sharp

Stone

Van Buren

Washington

White

Woodruff

(c)

Kontej f'Colorado:

Alamosa

Arapahoe

Archuleta

Baca

Bent

Broomfield

Chaffee

Cheyenne

Clear Creek

Conejos

Costilla

Crowley

Custer

Delta

Denver

Dolores

Douglas

Eagle

El Paso

Elbert

Fremont

Garfield

Gunnison

Hinsdale

Huerfano

Jackson

Kiowa

Kit Carson

La Plata

Lake

Las Animas

Lincoln

Logan

Mesa

Mineral

Moffat

Montezuma

Montrose

Morgan

Otero

Ouray

Park

Phillips

Pitkin

Prowers

Pueblo

Rio Blanco

Rio Grande

Routt

Saguache

San Juan

San Miguel

Sedgwick

Summit

Teller

Washington

Yuma

(d)

Kontej f'Georgia:

Appling

Atkinson

Bacon

Baker

Baldwin

Ben Hill

Berrien

Bibb

Bleckley

Brantley

Brooks

Bryan

Bulloch

Burke

Calhoun

Camden

Candler

Charlton

Chatham

Chattahoochee

Clay

Clinch

Coffee

Colquitt

Columbia

Cook

Crawford

Crisp

Decatur

Dodge

Dooly

Dougherty

Early

Echols

Effingham

Emanuel

Evans

Glascock

Glynn

Grady

Hancock

Harris

Houston

Irwin

Jeff Davis

Jefferson

Jenkins

Johnson

Jones

Lanier

Laurens

Lee

Liberty

Lincoln

Long

Lowndes

Macon

Marion

McDuffie

McIntosh

Miller

Mitchell

Montgomery

Morgan

Muscogee

Peach

Pierce

Pulaski

Quitman

Randolph

Richmond

Schley

Seminole

Stewart

Sumter

Talbot

Taliaferro

Tattnall

Taylor

Telfair

Terrell

Thomas

Tift

Toombs

Treutlen

Turner

Twiggs

Upson

Ware

Warren

Washington

Wayne

Webster

Wheeler

Wilcox

Wilkinson

Worth

(e)

Kontej f'Kansas:

Allen

Anderson

Barber

Barton

Bourbon

Butler

Chase

Chautauqua

Cherokee

Cheyenne

Clark

Clay

Cloud

Coffey

Comanche

Cowley

Crawford

Decatur

Dickinson

Edwards

Elk

Ellis

Ellsworth

Finney

Ford

Geary

Gove

Graham

Grant

Gray

Greeley

Greenwood

Hamilton

Harper

Harvey

Haskell

Hodgeman

Jewell

Kearny

Kingman

Kiowa

Labette

Lane

Lincoln

Linn

Logan

Lyon

McPherson

Marion

Marshall

Meade

Mitchell

Montgomery

Morris

Morton

Nemaha

Neosho

Ness

Norton

Osborne

Ottawa

Pawnee

Phillips

Pottawatomie

Pratt

Rawlins

Reno

Republic

Rice

Riley

Rooks

Rush

Russell

Saline

Scott

Sedgwick

Seward

Sheridan

Sherman

Smith

Stafford

Stanton

Stevens

Sumner

Thomas

Trego

Wabaunsee

Wallace

Washington

Wichita

Wilson

Woodson

(f)

Kontej (parroċċi) f'Louisiana:

Acadia

Allen

Ascension

Assumption

Avoyelles

Beauregard

Calcasieu

Caldwell

Cameron

Catahoula

Concordia

De Soto

East Baton Rouge

East Feliciana

Evangeline

Franklin

Grant

Iberia

Iberville

Jefferson Davis

Jefferson

Lafayette

Lafourche

La Salle

Livingston

Natchitoches

Orleans

Plaquemines

Pointe Coupee

Rapides

Red River

Sabine

St. Bernard

St. Charles

St. Helena

St. James

St. John the Baptist

St. Landry

St. Martin

St. Mary

St. Tammany

Tangipahoa

Tensas

Terrebonne

Vermilion

Vernon

Washington

West Baton Rouge

West Feliciana

Winn

(g)

Kontej f'Maine:

Aroostook

Franklin

Hancock

Kennebec

Knox

Lincoln

Penobscot

Piscataquis

Somerset

Waldo

Washington

(h)

Il-Kontej f'Minnesota:

Becker

Beltrami

Big Stone

Blue Earth

Brown

Cass

Chippewa

Clay

Clearwater

Cook

Cottonwood

Crow Wing

Douglas

Faribault

Grant

Hubbard

Jackson

Kandiyohi

Kittson

Koochiching

Lac qui Parle

Lake of the Woods

Lincoln

Lyon

Mahnomen

Martin

Meeker

Morrison

Murray

Nicollet

Nobles

Norman

Otter Tail

Pennington

Pipestone

Polk

Pope

Red Lake

Redwood

Renville

Rock

Roseau

Stearns

Stevens

Swift

Todd

Traverse

Wabasha

Wadena

Watonwan

Wilkin

Yellow Medicine

(i)

Kontej f'Nebraska:

Adams

Antelope

Arthur

Banner

Blaine

Boone

Box Butte

Boyd

Brown

Buffalo

Burt

Butler

Cedar

Chase

Cherry

Cheyenne

Clay

Colfax

Cuming

Custer

Dakota

Dawes

Dawson

Deuel

Dixon

Dodge

Dundy

Fillmore

Franklin

Frontier

Furnas

Gage

Garden

Garfield

Gosper

Grant

Greeley

Hall

Hamilton

Harlan

Hayes

Hitchcock

Holt

Hooker

Howard

Jefferson

Kearney

Keith

Keya Paha

Kimball

Knox

Lancaster

Lincoln

Logan

Loup

Madison

McPherson

Merrick

Morrill

Nance

Nuckolls

Perkins

Phelps

Pierce

Platte

Polk

Red Willow

Rock

Saline

Saunders

Seward

Scotts Bluff

Sheridan

Sherman

Sioux

Stanton

Thayer

Thomas

Thurston

Valley

Wayne

Webster

Wheeler

York

(j)

Kontej fi New Hampshire:

COOS

(k)

Kontej f'South Carolina:

Aiken County

Allendale County

Bamberg County

Barnwell County

Beaufort County

Berkeley County

Calhoun County

Charleston County

Chesterfield County

Clarendon County

Colleton County

Darlington County

Dillon County

Dorchester County

Edgefield County

Fairfield County

Florence County

Georgetown County

Greenwood County

Hampton County

Horry County

Jasper County

Kershaw County

Lancaster County

Laurens County

Lee County

Lexington County

Marion County

Marlboro County

McCormick County

Newberry County

Orangeburg County

Richland County

Saluda County

Sumter County

Williamsburg County

(l)

Kontej f'Tennessee:

Crockett

Decatur

Dyer

Fayette

Gibson

Hardeman

Hardin

Haywood

Henderson

Lake

Lauderdale

Madison

McNairy

Obion

Shelby

Tipton

Weakley

(m)

Kontej f'Texas:

Anderson

Andrews

Angelina

Aransas

Archer

Armstrong

Atascosa

Austin

Bailey

Bandera

Bastrop

Baylor

Bee

Bell

Bexar

Blanco

Borden

Bosque

Brazoria

Brazos

Brewster

Briscoe

Brooks

Brown

Burleson

Burnet

Caldwell

Calhoun

Callahan

Cameron

Camp

Carson

Castro

Chambers

Cherokee

Childress

Clay

Cochran

Coke

Coleman

Collin

Collingsworth

Colorado

Comal

Comanche

Concho

Cooke

Coryell

Cottle

Crane

Crockett

Crosby

Culberson

Dallam

Dallas

Dawson

De Witt

Deaf Smith

Delta

Denton

Dickens

Dimmit

Donley

Duval

Eastland

Ector

Edwards

El Paso

Ellis

Erath

Falls

Fannin

Fayette

Fisher

Floyd

Foard

Fort Bend

Franklin

Freestone

Frio

Gaines

Galveston

Garza

Gillespie

Glasscock

Goliad

Gonzales

Gray

Grayson

Gregg

Grimes

Guadalupe

Hale

Hall

Hamilton

Hansford

Hardeman

Hardin

Harris

Hartley

Haskell

Hays

Hemphill

Henderson

Hidalgo

Hill

Hockley

Hood

Hopkins

Houston

Howard

Hudspeth

Hunt

Hutchinson

Irion

Jack

Jackson

Jasper

Jeff Davis

Jefferson

Jim Hogg

Jim Wells

Johnson

Jones

Karnes

Kaufman

Kendall

Kenedy

Kent

Kerr

Kimble

King

Kinney

Kleberg

Knox

La Salle

Lamar

Lamb

Lampasas

Lavaca

Lee

Leon

Liberty

Limestone

Lipscomb

Live Oak

Llano

Loving

Lubbock

Lynn

Madison

Martin

Mason

Matagorda

Maverick

McCulloch

McLennan

McMullen

Medina

Menard

Midland

Milam

Mills

Mitchell

Montague

Montgomery

Moore

Morris

Motley

Nacogdoches

Navarro

Newton

Nolan

Nueces

Ochiltree

Oldham

Orange

Palo Pinto

Parker

Parmer

Pecos

Polk

Potter

Presidio

Rains

Randall

Reagan

Real

Red River

Reeves

Refugio

Roberts

Robertson

Rockwall

Runnels

Rusk

Sabine

San Augustine

San Jacinto

San Patricio

San Saba

Schleicher

Scurry

Shackelford

Shelby

Sherman

Smith

Somervell

Starr

Stephens

Sterling

Stonewall

Sutton

Swisher

Tarrant

Taylor

Terrell

Terry

Throckmorton

Titus

Tom Green

Travis

Trinity

Tyler

Upshur

Upton

Uvalde

Val Verde

Van Zandt

Victoria

Walker

Waller

Ward

Washington

Webb

Wharton

Wheeler

Wichita

Wilbarger

Willacy

Williamson

Wilson

Winkler

Wise

Wood

Yoakum

Young

Zapata

Zavala

(n)

Kontej f'Wisconsin:

Rusk

(o)

Kontej f'Vermont:

Addison

Caledonia

Chittenden

Essex

Franklin

Grand Isle

Lamoille

Orleans

Washington


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/143


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2417

tas-17 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni

(notifikata bid-dokument C(2015) 9191)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 (2) ilha tapplika minn Mejju 2015. Sadanittant, fid-dawl tan-notifiki ta' tifqigħat ġodda tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (minn hawn 'il quddiem “l-organiżmu speċifikat”) mingħand l-awtoritajiet Franċiżi fit-territorji rispettivi tagħhom, il-miżuri stipulati f'dik id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati għas-sitwazzjoni attwali.

(2)

Analiżijiet xjentifiċi wrew li nstabu diversi subspeċijiet tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tal-Unjoni. Barra minn hekk, diversi pjanti ospitanti nstabu li huma suxxettibbli għal waħda biss minn dawk is-subspeċijiet. Għaldaqstant, id-definizzjoni ta' pjanti ospitanti għandha tiġi emendata biex jiġu kkunsidrati dawn l-iżviluppi. Għall-istess raġuni, ikun ukoll xieraq li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiddemarkaw żoni fir-rigward ta' dawk is-subspeċijiet biss.

(3)

Biex jiġi żgurat approċċ aktar f'waqtu fir-rigward tal-elenkar tal-pjanti ospitanti, li bħalissa huma elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789, għandha tiġi emendata d-definizzjoni ta' pjanti ospitanti, l-Anness II għandu jitħassar, u l-lista ta' pjanti ospitanti għandha tiġi ppubblikata f'bażi ta' dejta tal-Kummissjoni ta' “pjanti ospitanti suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa fit-territorju tal-Unjoni”.

(4)

Minħabba l-emenda tad-definizzjoni ta' pjanti ospitanti, ikun xieraq li tiġi emendata wkoll id-definizzjoni ta' pjanti speċifikati biex ikun żgurat li dawn ikopru l-pjanti ospitanti kollha minnufih wara li jiddaħħlu fil-bażi ta' dejta li hemm referenza għaliha fil-premessa (3).

(5)

Minħabba r-riskju tat-tixrid tal-organiżmu speċifikat f'xi parti mit-territorju tal-Unjoni, kif ukoll l-importanza ta' azzjoni bikrija, huwa partikolarment importanti li jiġu stabbiliti pjanijiet ta' kontinġenza fil-livell tal-Istat Membru sabiex tiġi żgurata tħejjija aħjar f'każ ta' potenzjal ta' tifqigħat.

(6)

Biex tiġi ffaċilitata r-riċerka xjentifika bil-għan li jiġu identifikati l-effetti preċiżi tal-organiżmu speċifikat fuq il-pjanti ospitanti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jingħata l-possibbiltà li jawtorizza t-tħawwil ta' pjanti ospitanti f'parti waħda jew aktar miż-żona tat-trażżin għal skopijiet xjentifiċi, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE (3), u jiżgura l-protezzjoni tat-territorju tal-Unjoni li mhuwiex affettwat mill-organiżmu speċifikat. Madankollu, tali possibbiltà ma għandhiex teżisti għaż-żona li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7(2)(c) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 minħabba li hija qrib il-bqija tat-territorju tal-Unjoni.

(7)

Fit-2 ta' Settembru 2015, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ippubblikat opinjoni xjentifika (4) dwar it-trattament bil-misħun ta' materjal għat-tħawwil tad-dwieli inattivi kontra l-organiżmu speċifikat. Dik l-opinjoni turi li l-kundizzjonijiet preskritti u rrakkomandati biex jiġi ttrattat il-materjal għat-tħawwil tad-dwieli kontra l-fitoplażma Grapevine flavescence dorée, huma wkoll effettivi kontra l-organiżmu speċifikat. Għaldaqstant huwa xieraq li jkun permess, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-moviment ta' pjanti inattivi ta' Vitis fiż-żoni demarkati u 'l barra minnhom wara li dawn il-pjanti jkunu għaddew minn trattament bil-misħun.

(8)

Filwaqt li titqies is-suxxettibbiltà tal-pjanti ospitanti li se jiġu infettati bl-organiżmu speċifikat, kif ukoll il-ħtieġa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-operaturi u t-traċċabbiltà f'każ ta' sejbiet pożittivi, huwa xieraq li jkun hemm provvediment li anke pjanti ospitanti li qatt ma tkabbru f'żoni demarkati, jistgħu jiċċaqalqu biss fit-territorju tal-Unjoni jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti. Madankollu, biex ma jiġux introdotti piżijiet amministrattivi sproporzjonati għall-bejjiegħa ta' dawk il-pjanti, dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għall-moviment ta' dawn il-pjanti għal persuni li jaġixxu għal skopijiet li ma għandhomx x'jaqsmu mal-kummerċ, in-negozju, jew il-professjoni tagħhom.

(9)

Minħabba l-effetti serji kkawżati mill-organiżmu speċifikat u l-importanza tal-prevenzjoni jew l-azzjoni malajr kemm jista' jkun biex jiġu kkontrollati t-tifqigħat potenzjal fit-territorju tal-Unjoni, l-Istati Membri kollha għandhom iqiegħdu informazzjoni dwar it-theddid tal-organiżmu speċifikat għat-territorju tal-Unjoni għad-disponibbiltà tal-pubbliku ġenerali, tal-vjaġġaturi, u tal-operaturi tat-trasport internazzjonali u professjonali.

(10)

Fis-27 ta' Lulju 2015, l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ewwel tifqigħa tal-organiżmu speċifikat fir-reġjun ta' Korsika. Billi l-organiżmu speċifikat instab f'Korsika fuq pjanti ta' speċijiet li għadhom mhux elenkati bħala pjanti speċifikati, huwa xieraq li l-lista ta' pjanti speċifikati tiġi aġġornata biex tinkludi dawk l-ispeċijiet. Għaldaqstant, l-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2015/789/UE għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 għandha tiġi emendata kif xieraq.

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-punti (a), (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

‘organiżmu speċifikat’ tfisser kull subspeċi ta' Xylella fastidiosa (Wells et al);

(b)

‘pjanti ospitanti’ tfisser pjanti għat-tħawwil, ħlief żrieragħ, li jappartjenu għall-ġeneri u l-ispeċijiet elenkati fil-bażi ta' dejta tal-Kummissjoni ta' pjanti ospitanti suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa fit-territorju tal-Unjoni, bħala li jkunu nstabu li huma suxxettibbli fit-territorju tal-Unjoni għall-organiżmu speċifikat, jew, fejn Stat Membru jkun iddemarka żona fir-rigward ta' subspeċi wieħed jew aktar tal-organiżmu speċifikat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), bħala li tkun instabet li hija suxxettibbli għal dik jew dawk is-subspeċi;

(c)

‘pjanti speċifikati’ tfisser pjanti ospitanti u l-pjanti kollha għat-tħawwil, għajr żrieragħ, li jappartjenu għal ġeneri jew speċijiet elenkati fl-Anness I;”

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Pjanijiet ta' kontinġenza

1.   Sal-31 ta' Diċembru 2016, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan li jistipula l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fit-territorju tiegħu skont l-Artikoli minn 4 sa 6a u l-Artikoli minn 9 sa 13a, f'każ ta' preżenza kkonfermata jew suspettata tal-organiżmu speċifikat (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-pjan ta' kontinġenza’).

2.   Il-pjan ta' kontinġenza għandu jistabbilixxi dan li ġej:

(a)

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti f'dawk l-azzjonijiet u l-awtorità unika;

(b)

laboratorju wieħed jew aktar approvati speċifikament għall-ittestjar tal-organiżmu speċifikat;

(c)

ir-regoli dwar il-komunikazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet bejn il-korpi involuti, l-awtorità unika, l-operaturi professjonisti kkonċernati u l-pubbliku;

(d)

il-protokolli li jiddeskrivu l-metodi ta' eżamijiet viżivi, it-teħid ta' kampjuni u t-testijiet tal-laboratorju;

(e)

ir-regoli dwar it-taħriġ tal-persunal tal-korpi involuti f'dawk l-azzjonijiet;

(f)

ir-riżorsi minimi li jridu jkunu disponibbli u l-proċeduri biex isiru disponibbli riżorsi addizzjonali f'każ ta' preżenza kkonfermata jew issuspettata tal-organiżmu speċifikat.

3.   L-Istati Membri għandhom jevalwaw u janalizzaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom kif meħtieġ.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom lill-Kummissjoni meta titlobhom.”

(3)

L-Artikolu 4(1) jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Meta l-preżenza tal-organiżmu speċifikat tkun ġiet ikkonfermata, l-Istat Membru kkonċernat minnufih għandu jiddemarka żona skont il-paragrafu 2, minn hawn 'il quddiem ‘iż-żona demarkata’.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-preżenza ta' subspeċi partikolari wieħed jew aktar tal-organiżmu speċifikat tkun ikkonfermata, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddemarka żona fir-rigward ta' dak jew dawk is-subspeċi biss.”

(4)

L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-projbizzjoni dwar it-tħawwil ta' pjanti ospitanti f'żoni infettati

1.   It-tħawwil ta' pjanti ospitanti f'żoni infettati għandu jkun ipprojbit, ħlief f'siti li huma fiżikament protetti kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat mill-vetturi tiegħu.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat jista' jawtorizza, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE (*1), it-tħawwil ta' pjanti ospitanti għal skopijiet xjentifiċi fiż-żona għat-trażżin tal-mard li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7,0020'il barra miż-żona li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7(2)(c).

(*1)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom ċerti organiżmi ta' ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE jistgħu jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f'ċerti żoni protetti tagħha, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 41).” "

(5)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

“4a.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 4, il-moviment fl-Unjoni, fiż-żoni demarkati jew 'il barra minnhom, ta' pjanti inattivi tal-Vitis maħsuba għat-tħawwil, għajr żrieragħ, jista' jsir jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pjanti jkunu tkabbru f'sit irreġistrat skont id-Direttiva 92/90/KEE;

(b)

il-pjanti jkunu għaddew, fl-eqreb żmien possibbli għaċ-ċaqliq, minn trattament xieraq ta' termoterapija f'faċilità tat-trattament awtorizzata u ssorveljata mill-korp uffiċjali responsabbli għal dak l-għan, fejn il-pjanti inattivi jiġu mgħaddsa għal 45 minuta f'ilma msaħħan sa 50 °C, skont l-istandard tal-EPPO rilevanti (*2).

(*2)  L-EPPO (l-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti), 2012. It-trattament bil-misħun tad-dwieli għall-kontroll tal-fitoplażma Grapevine flavescence dorée. Bulletin OEPP/EPPO Bulletin, 42(3), 490–492.” "

(b)

Jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:

“8.   Il-pjanti ospitanti li qatt ma tkabbru f'żoni demarkati għandhom jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE.

Mingħajr preġudizzju għall-Parti A tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE, il-passaport tal-pjanti mhuwiex meħtieġ għall-moviment ta' pjanti ospitanti lil persuni, li qed jaġixxu għal skopijiet barra mill-kummerċ, min-negozju jew il-professjoni, u li jakkwistaw dawk il-pjanti għall-użu tagħhom stess.”

(6)

Jiddaħħal l-Artikolu 13a li ġej:

“Artikolu 13a

Kampanji ta' sensibilizzazzjoni

L-Istati Membri għandhom iqiegħdu informazzjoni dwar it-theddid tal-organiżmu speċifikat għat-territorju tal-Unjoni għad-disponibbiltà tal-pubbliku ġenerali, tal-vjaġġaturi, tal-operaturi tat-trasport internazzjonali u professjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament, f'forma ta' kampanji informattivi mmirati fuq il-websajts rispettivi tal-korpi uffiċjali responsabbli jew fuq websajts oħra magħżula minn dawn il-korpi.”

(7)

L-Annessi huma emendati kif stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 tat-18 ta' Mejju 2015 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni (ĠU L 125, 21.5.2015, p. 36).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom ċerti organiżmi ta' ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE jistgħu jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f'ċerti żoni protetti tagħha, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 41).

(4)  Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti, 2015. Scientific opinion on hot water treatment of Vitis sp. for Xylella fastidiosa. EFSA Journal 2015;13(9):4225, 10 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4225.


ANNESS

L-Annessi huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-pjanti li ġejjin jiddaħħlu f'ordni alfabetika:

 

Asparagus acutifolius L.

 

Cistus creticus L.

 

Cistus monspeliensis L.

 

Cistus salviifolius L.

 

Cytisus racemosus Broom

 

Dodonaea viscosa Jacq.

 

Euphorbia terracina L.

 

Genista ephedroides DC.

 

Grevillea juniperina L.

 

Hebe

 

Laurus nobilis L.

 

Lavandula angustifolia Mill.

 

Myoporum insulare R. Br.

 

Pelargonium graveolens L'Hér

 

Westringia glabra L.

(2)

L-Anness II jitħassar.


19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/148


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2418

tat-18 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 249 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 65 u 197 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Kummissjoni hija responsabbli li tindika l-persunal li lilu tiddelega d-dmirijiet, il-kamp ta' applikazzjoni tal-poteri ddelegati u l-limiti stabbiliti għal delega lill-uffiċjali awtorizzanti. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra b'mod xieraq ir-responsabbiltà politika globali tagħha għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jibqa' jiġi pprovdut mill-OLAF, f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kumitat ta' Sorveljanza, u d-Direttur Ġenerali tal-OLAF għandu jibqa' l-uffiċjal awtorizzanti b'delega għall-approprjazzjonijiet kollha relatati magħhom. Id-Direttur Ġenerali tal-OLAF jista' jissottodelega dawk is-setgħat lill-membri tal-persunal suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni.

(3)

F'konformità mal-ħtieġa biex tiġi żgurata sistema effettiva ta' kontroll intern, skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u sabiex tiġi evitata l-preżenza ta' interferenza possibbli mill-Uffiċju Ewropew Kontra l-Frodi fid-dmirijiet tal-membri l-Kumitat ta' Sorveljanza tiegħu, għandu jiġi definit qafas xieraq għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet relatati mal-membri tal-Kumitat ta' Sorveljanza. B'mod partikolari, id-delega tas-setgħat tal-uffiċjali awtorizzanti relatati mal-membri għandha tkun organizzata b'tali mod biex tipprevjeni l-interferenza possibbli.

(4)

Din id-Deċiżjoni tibda tapplika fl-1 ta' Jannar 2016, flimkien mal-Anness I il-ġdid għar-Regoli interni. Għalhekk għandha tidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom (3) għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Ħlief għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet relatati mal-mandat tal-membri tal-Kumitat Superviżorju, id-Direttur Ġenerali għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti b'delega għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet inklużi fl-anness li jikkonċerna l-Uffiċċju tat-taqsima tal-Kummisjsoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u l-approprjazzjonijiet imdaħħla fl-intestaturi tal-baġit dwar il-ġlieda kontra l-frodi li dwarhom jiġu delegati setgħat lilu jew lilha fir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali. Huwa jew hija j/tkun awtorizzat/a li j/tissottodelega s-setgħat tiegħu/tagħha lill-membri tal-persunal suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-oħra tal-Unjoni skont dawk ir-regoli interni.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tapplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 ta' April 1999 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/150


RAKKOMANDAZZJONI (UE) 2015/2419

tas-16 ta' Marzu 2015

dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-UKRAINA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, b'mod partikolari l-Artikolu 463 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 463 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”), il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa bl-iskop li jintlaħqu l-objettivi li hemm fih.

(2)

Skont l-Artikolu 476 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fil-qafas tal-Ftehim.

(3)

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim qiegħed jiġi applikat provviżorjament f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/295/UE (2), mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (3) u mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/691/UE (4).

(4)

Il-Partijiet qablu dwar it-test tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni, li għandu l-għan li jħejji u jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Ftehim billi joħloq qafas prattiku għat-twettiq tal-objettivi prevalenti tagħhom ta' assoċjazzjoni politika u ta' integrazzjoni ekonomika.

(5)

L-Aġenda ta' Assoċjazzjoni għandha l-għan doppju li tistipula l-passi konkreti li jwasslu biex il-Partijiet jissodisfaw l-obbligi tagħhom stabbiliti fil-Ftehim, u li tipprovdi qafas usa' biex issaħħaħ aktar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina sabiex dawn jinvolvu grad sinifikanti ta' integrazzjoni ekonomika u kooperazzjoni politika aktar profonda, f'konformità mal-objettivi globali tal-Ftehim,

ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:

Artikolu Uniku

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet jimplimentaw l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina (5), sakemm din l-implimentazzjoni tkun orjentata lejn il-kisba tal-objettivi tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Il-President

A. YATSENYUK


(1)   ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/295/UE tas-17 ta' Marzu 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-Preambolu, Artikolu 1, u Titoli I, II u VII tiegħu (ĠU L 161, 29.5.2014, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/691/UE tad-29 ta' Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/668/UE dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tagħha, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 289, 3.10.2014, p. 1).

(5)  Ara d-dokument st 6978/15 fuq http://register.consilium.europa.eu