ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 324

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
10 ta' Diċembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2293 tal-4 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bakkaljaw fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2294 tad-9 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-twaqqif ta' grupp funzjonali ġdid tal-additivi tal-għalf ( 1 )

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2295 tad-9 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward ta' listi ta' stabbilimenti tal-ikel approvati ( 1 )

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2296 tad-9 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1366/2014 li jippubblika, għall-2015, in-nomenklatura ta' prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni introdotti bir-Regolament (KEE) Nru 3846/87 ( 1 )

9

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2297 tad-9 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/2298 tas-26 ta' Novembru 2015 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/955 (EUTM Mali/3/2015)

13

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2299 tas-17 ta' Novembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2009/965/KE fir-rigward ta' lista aġġornata ta' parametri li għandhom jintużaw għall-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali (notifikata bid-dokument C(2015) 7869)  ( 1 )

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2300 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-pagament fil-munita euro mir-Renju Unit ta' ċertu nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali (notifikata bid-dokument C(2015) 8576)

35

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2301 tat-8 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja lejn il-Messiku u l-Istati Uniti tal-Amerka, u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata għall-Messiku fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (notifikata bid-dokument C(2015) 8556)  ( 1 )

38

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

10.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2293

tal-4 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bakkaljaw fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Skont informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Nru

66/TQ104

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

COD/N3M.

Speċi

Bakkaljaw (Gadus morhua)

Żona

Iż-żona 3M tan-NAFO

Data tal-għeluq

21.11.2015


10.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2294

tad-9 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-twaqqif ta' grupp funzjonali ġdid tal-additivi tal-għalf

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-allokazzjoni tal-addittivi fl-għalf f'kategoriji u anke fi gruppi funzjonali fi ħdan dawk il-kategoriji skont il-funzjonijiet u l-proprjetajiet tagħhom.

(2)

Bl-iżvilupp teknoloġiku u xjentifiku, ċertu addittivi tal-għalf jaf itejbu l-kundizzjoni iġjenika tal-għalf, l-aktar għax inaqqsu kontaminazzjoni mikrobijoloġika speċifika u allura jtaffu l-effetti ħżiena li jaf iħallu l-mikroorganiżmi fuq is-saħħa tal-annimali.

(3)

Minbarra l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti iġjeniċi u tal-prattiki t-tajba tul il-katina tal-għalf, f'xi każijiet speċifiċi l-operaturi jaf ikollhom bżonn jużaw tejjieba tal-kundizzjoni iġjenika ħalli titjieb il-kwalità tal-għalf għan-nutrizzjoni tal-annimali filwaqt li jingħataw garanziji addizzjonali biex titħares is-saħħa pubblika u tal-annimali. Peress li dawn l-additivi tal-għalf ma jistgħu jiġu allokati lill-ebda wieħed mill-gruppi funzjonali previsti mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeħtieġ jiżdied grupp funzjonali ġdid fil-kategorija tal-“addittivi teknoloġiċi”.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jiżdied dan il-punt (n):

“(n)   Tejjieba tal-kundizzjoni iġjenika: Sustanzi jew, meta jkun japplika, mikroorganiżmi li jaffettwaw tajjeb lill-karatteristiċi iġjeniċi tal-għalf għax inaqqsu kontaminazzjoni mikrobijoloġika speċifika.”

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268 18.10.2003, p. 29.


10.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2295

tad-9 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward ta' listi ta' stabbilimenti tal-ikel approvati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi regoli ġenerali dwar it-twettiq ta' kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-regoli tal-Unjoni li jikkonċernaw l-ikel u l-għalf, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali. Huwa jistipula li l-Istati Membri għandhom iżommu listi aġġornati ta' stabbilimenti approvati, u li dawn għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

(2)

B'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 (2), il-Kummissjoni trid tipprovdi sit web, fejn kull Stat Membru għandu jipprovdi link li jwassal għas-sit web nazzjonali tiegħu li jkun fih il-listi aġġornati ta' stabbilimenti approvati, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku. Irriżulta li l-analiżi ta' dawk il-listi għal skopijiet bħalma huma l-valutazzjoni tal-impatt u l-ħolqien ta' links ma' għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni oħra tal-Kummissjoni jieħdu ħafna ħin, u huma kumplessi.

(3)

Sabiex tkun eħfef l-analiżi tal-elenkar tal-istabbilimenti tal-Istati Membri, u sabiex l-istabbiliment approvati tal-Unjoni jiġu inklużi mingħajr dewmien bla bżonn f'dawk il-listi, jidher li huwa xieraq li jiġi permess l-użu ta' TRACES.

(4)

Ir-rekwiżiti previsti f'dan ir-Regolament jinvolvu adattament ta' prattiki attwali kemm għall-operaturi tan-negozji tal-ikel kif ukoll għall-awtoritajiet kompetenti. Għaldaqstant huwa xieraq li jkun permess dewmien fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27).


ANNESS

“ANNESS V

Listi ta' stabbilimenti approvati

KAPITOLU I

AĊĊESS GĦAL LISTI TA' STABBILIMENTI TAL-IKEL APPROVATI

Biex tgħin lill-Istati Membri jagħmlu l-listi aġġornati ta' stabbilimenti tal-ikel approvati disponibbli għall-Istati Membri oħra u għall-pubbliku, il-Kummissjoni għandha tipprovdi websajt fejn kull Stat Membru għandu jipprovdi link li jwassal għall-websajt nazzjonali tiegħu jew jinforma f'każ li dawn il-listi jiġu ppubblikati permezz tas-sistema TRACES.

KAPITOLU II

FORMAT GĦAL WEBSAJTS NAZZJONALI

A.   Indiċi

1.

Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'indirizz ta' link li jwassal għall-websajt nazzjonali li fiha l-indiċi tal-listi tal-istabbilimenti tal-ikel approvati għall-prodotti ta' oriġini mill-annimali kif definit fil-punt 8.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2.

L-indiċi msemmi fil-punt 1 għandu jikkonsisti minn paġna waħda u għandu jkun f'lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Unjoni.

B.   Disinn operattiv

1.

Il-websajt li fiha l-indiċi għandha tkun żviluppat mill-awtorità kompetenti jew, fejn ikun xieraq, minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

2.

L-indiċi għandu jinkludi links għal:

(a)

paġni web oħra li jinsabu fl-istess websajt;

(b)

fejn ċerti listi ta' stabbilimenti tal-ikel approvati mhumiex miżmuma mill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt 1, websajts amministrati minn awtoritajiet, unitajiet jew, fejn xieraq, entitajiet kompetenti oħra.

C.   Elenkar permezz tas-sistema TRACES

B'deroga mill-Partijiet A u B, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-listi permezz tas-sistema TRACES.

KAPITOLU III

PREŻENTAZZJONI U KODIĊIJIET GĦALL-LISTI TAL-ISTABBILIMENTI APPROVATI

Għandhom jiġu stabbiliti preżentazzjonijiet, li jinkludu tagħrif u kodiċijiet rilevanti, biex tkun żgurata disponibbiltà wiesgħa tat-tagħrif li jikkonċerna l-istabbilimenti tal-ikel approvati, u biex il-listi jkunu jistgħu jinqraw aħjar.

KAPITOLU IV

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

Il-kompiti u l-attivitajiet imsemmija fil-Kapitoli II u III jitwettqu skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ppubblikati mill-Kummissjoni.”


10.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2296

tad-9 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1366/2014 li jippubblika, għall-2015, in-nomenklatura ta' prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni introdotti bir-Regolament (KEE) Nru 3846/87

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 tas-17 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi nomenklatura ta' prodotti agrikoli għal rifużjoni tal-esportazzjoni (2), u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

In-nomenklatura ta' prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni introdotta bir-Regolament (KEE) Nru 3846/87 ġiet ippubblikata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1366/2014 (3). Ġie stabbilit li d-data finali li fiha japplika dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni hija l-31 ta' Diċembru 2015.

(2)

Biex jiġu applikati l-proċeduri doganali elettroniċi fuq l-esportazzjoni, jenħtieġ li jiġu kodifikati l-kodiċijiet tal-prodotti u d-deskrizzjoni tan-nomenklatura għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni (ERN) fit-TARIC fil-pront qabel l-applikazzjoni tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni. Jenħtieġ li tiġi estiża l-validità tal-pubblikazzjoni ta' verżjoni konsolidata tal-ERN f'każ li r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni jiġu introdotti abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 wara dik id-data.

(3)

L-ERN tintuża wkoll għall-applikazzjoni nazzjonali ta' miżuri speċjali ta' appoġġ għar-reġjuni l-aktar imbiegħda (POSEI). Il-pubblikazzjoni tal-ERN għandha tiġi estiża biex titjieb l-applikazzjoni uniformi ta' miżuri bħal dawn.

(4)

L-emendi introdotti fin-Nomenklatura Magħquda (NM) għall-2016 ma jeħtiġux li l-ERN tiġi adattata mil-lat tekniku għall-2016.

(5)

Għalhekk, il-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1366/2014 għandu jiġi estiż għal sena oħra, jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2016,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1366/2014, id-data “31 ta' Diċembru 2015” tinbidel u ssir “31 ta' Diċembru 2016”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1366/2014 tad-19 ta' Diċembru 2014 li jippubblika, għall-2015, in-nomenklatura ta' prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni introdotti bir-Regolament (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 368, 23.12.2014, p. 1).


10.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2297

tad-9 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

84,6

TR

83,5

ZZ

84,1

0707 00 05

MA

94,1

TR

152,3

ZZ

123,2

0709 93 10

MA

65,2

TR

151,9

ZZ

108,6

0805 10 20

MA

68,7

TR

57,2

ZA

58,4

ZW

32,0

ZZ

54,1

0805 20 10

MA

72,2

ZZ

72,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

85,1

ZA

96,8

ZZ

91,0

0805 50 10

TR

88,5

ZZ

88,5

0808 10 80

AU

155,4

CL

81,7

NZ

213,1

US

82,6

ZA

143,1

ZZ

135,2

0808 30 90

CN

58,1

TR

132,0

ZZ

95,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

10.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/2298

tas-26 ta' Novembru 2015

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/955 (EUTM Mali/3/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2013/34/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti rigward il-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-EUTM Mali, inklużi d-deċiżjonijiet li jinħatru l-Kmandanti sussegwenti tal-Missjoni tal-UE.

(2)

Fis-16 ta' Ġunju 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/955 (2) li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Franz Xaver PFRENGLE bħala Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mali.

(3)

Fit-30 ta' Settembru 2015, il-Ġermanja rrakkomandat il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Werner ALBL bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mali biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Franz Xaver PFRENGLE.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/955 għandha għalhekk titħassar.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Werner ALBL huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) mit-18 ta' Diċembru 2015.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/955 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta' Diċembru 2015.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/955 tas-16 ta' Ġunju 2015 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (EUTM MALI/3/2014) (EUTM MALI/2/2015) (ĠU L 156, 20.6.2015, p. 20).


10.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/15


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2299

tas-17 ta' Novembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2009/965/KE fir-rigward ta' lista aġġornata ta' parametri li għandhom jintużaw għall-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali

(notifikata bid-dokument C(2015) 7869)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Novembru 2009 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2009/965/KE (2) b'lista ta' parametri li għandhom jintużaw għall-klassifikazzjoni ta' regoli nazzjonali fid-dokument ta' referenza msemmi fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2008/57/KE

(2)

Abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (l-Aġenzija), ir-reviżjoni tal-lista ta' parametri hija meħtieġa biex tagħmilha koerenti mal-ispeċifikazzjoni teknika riveduta (“TSI”) għall-interoperabilità dwar il-vetturi ferrovjarji, il-vaguni tal-merkanzija, il-lokomottivi u l-vetturi ferrovjarji tal-passiġġiera, l-istorbju, l-infrastruttura, l-enerġija, il-kontroll-kmand u s-sinjalazzjoni, il-ġestjoni tal-operat u t-traffiku, l-applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-merkanzija u tal-passiġġiera, is-sikurezza fil-mini tal-ferroviji u l-aċċessibbiltà għal persuni b'mobilità mnaqqsa.

(3)

Sabiex ikunu jistgħu jsiru t-tqabbil u r-referenza minn dokument għal ieħor, fir-rigward ta' parametru partikolari, bejn ir-rekwiżiti li hemm fit-TSIs riveduti u dawk li hemm fir-regoli nazzjonali, il-lista ta' parametri li għandha tiġi vverifikata b'rabta mal-bidu tal-użu ta' vetturi li ma jikkonformawx mat-TSI, għandha min-naħa l-waħda, tippreserva l-kompatibilità ma', u tibni fuq ftehim eżistenti bbażat fuq ir-regoli nazzjonali, u min-naħa l-oħra, għandha tirrifletti t-TSIs riveduti. Għalhekk jeħtieġ li l-lista ta' parametri tiġi aġġornata. Biex ikunu żgurati l-fehim u l-applikazzjoni armonizzati tal-lista, għandha tiżdied spjega addizzjonali. Huwa xieraq li tiġi adottata l-lista dettaljata ta' parametri, imħejjija abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija (ERA-REC-118-2014/REC) tal-11 ta' Novembru 2014, bħala l-bażi għad-dokument ta' referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/965/KE għanda tiġi emendata.

(5)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, id-dokument ta' referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE u deskritt fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/155/UE (3) għandu jiġi aġġornat kif meħtieġ.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2009/965/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea.

Tapplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/965/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar id-dokument ta' referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 341, 22.12.2009, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/155/UE tad-9 ta' Marzu 2011 dwar il-pubblikazzjoni u l-ġestjoni tad-dokument ta' referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 63, 10.3.2011, p. 22)


ANNESS

“ANNESS

Lista ta' parametri li għandhom jintużaw għall-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali fid-Dokument ta' Referenza msemmi fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2008/57/KE

Referenza

Parametru

Spjegazzjonijiet

1

Dokumentazzjoni

 

1.1

Dokumentazzjoni ġenerali

Dokumentazzjoni ġenerali, deskrizzjoni teknika tal-vettura, id-disinn u l-użu intenzjonat tagħha għat-tip ta' traffiku (ferrovija ta' distanza twila, vetturi suburbani, servizzi tal-vjaġġaturi, eċċ.) inklużi l-veloċità intenzjonata u l-veloċità tad-disinn massima, inklużi pjanijiet ġenerali, dijagrammi u dejta neċessarja għal reġistri, pereżempju it-tul tal-vettura, l-arranġament tal-fus, l-ispazjar tal-fus, il-massa għal kull unità, eċċ.

1.2

Struzzjonijiet u rekwiżiti tal-manutenzjoni

 

1.2.1

Struzzjonijiet tal-manutenzjoni

Manwali u fuljetti ta' manutenzjoni, inklużi rekwiżiti meħtieġa sabiex jinżamm il-livell tas-sikurezza tad-disinn tal-vettura Kwalunkwe kwalifika professjonali, jiġifieri ħiliet li huma meħtieġa għall-manutenzjoni tat-tagħmir

1.2.2

Il-fajl tal-ġustifikazzjoni tad-disinn tal-manutenzjoni

Il-fajl tal-ġustifikazzjoni tad-disinn tal-manutenzjoni jispjega kif l-attivitajiet ta' manutenzjoni huma definiti u mfassla sabiex jiżguraw li l-karatteristiki tal-vetturi ferrovjarji jinżammu fil-limiti permissibbli ta' użu matul iż-żmien li fih jibqgħu jintużaw.

1.3

Struzzjonijiet u dokumentazzjoni għat-tħaddim

 

1.3.1

Struzzjonijiet għat-tħaddim tal-vetturi f'moduli normali u degradati

 

1.4

Rekwiżit nazzjonali għall-ittestjar

Dan il-parametru għandu jindirizza r-regoli (jekk jeżistu) għall-ittestjar.

2

Struttura u partijiet mekkaniċi

 

2.1

Struttura tal-vettura

 

2.1.1

Saħħa u integrità

Rekwiżiti tas-saħħa mekkanika tal-karrozzerija, il-qafas ta' taħt, is-sistemi tas-sospensjoni, it-tagħmir li jiknes il-binarji u l-moħriet tas-silġ. Is-saħħa mekkanika ta' oġġetti separati f'din il-lista bħall-bogie/tagħmir tal-moviment, il-kaxxa tal-fus, is-sospensjoni, ix-xaft tal-fus, ir-rota, il-berings tal-fus u l-pantografu għandhom jiġu ddefiniti b'mod separat.

2.1.2

Kapaċità tat-tagħbija

 

2.1.2.1

Kundizzjonijiet tat-tagħbija u massa miżuna

Il-kundizzjonijiet tat-tagħbija u l-massa miżuna huma prinċipalment kwistjoni operazzjonali (li jirreferu għall-klassi tal-linja). Il-parametru jirreferi għall-fehim tas-sistema tal-massa, biex ikun żgurat li l-massa u l-kalkoli tat-tagħbija jinftiehmu bl-istess mod. Il-kapaċità tat-tagħbija hija kwistjoni operazzjonali, madankollu l-kundizzjoni tat-tagħbija massima għandha tkun konsistenti mad-disinn tal-vettura (is-saħħa tal-istruttura).

2.1.2.2

Tagħbija fuq il-fusijiet u tagħbija fuq ir-roti

It-tagħbija fuq il-fusijiet u t-tagħbija fuq ir-rota huma prinċipalment kwistjoni operazzjonali (li jirreferu għall-klassi tal-linja). Il-parametru jirreferi għall-fehim tas-sistema tal-massa, biex ikun żgurat li l-massa u l-kalkoli tat-tagħbija jinftiehmu bl-istess mod. (pereżempju Tagħbija minima u massima tal-fus).

Jirreferu għall-parametru 3.3 għas-saħħa strutturali tal-fusien u r-roti.

2.1.3

Teknoloġija tal-immuntar

Rekwiżiti għall-ġonot tal-immuntar u t-teknoloġiji tal-immuntar (welding, inkullar, invitar, ibboltjar …).

2.1.4

Irfigħ u ġġekkjar

Rekwiżiti speċjali għad-disinn tal-vettura għall-irfigħ, l-iġġekkjar u l-bdil tal-binarji, il-kapaċità tal-karrozzerija li tirreżisti deformazzjonijiet li jdumu, kif ukoll il-ġeometrija u l-post tal-punti tal-irfigħ.

Mhux inklużi huma l-istruzzjonijiet tal-irfigħ u l-bdil tal-binarji; għaldaqstant ara l-kapitolu 1.

2.1.5

It-twaħħil ta' tagħmir mal-istruttura tal-karrozzerija

Pereżempju għal partijiet li fuqhom isir il-welding, anki għal tagħmir fiss fiż-żoni tal-passiġġieri.

2.1.6

Konnessjonijiet użati bejn partijiet differenti tal-vettura

Pereżempju sistema tal-konnessjoni/sospensjoni/smorzament bejn pereżempju bejn il-karrozzerija u l-bogie jew fil-kaxxa tal-fus u l-qafas tal-bogie.

2.2

Akkoppjaturi/sistemi ta' akkoppjament

 

2.2.1

Akkoppjament awtomatiku

Rekwiżiti u tipi aċċettati ta' sistemi awtomatiċi ta' akkoppjament. Dan il-parametru jqis is-sistemi elettriċi, mekkaniċi u pnewmatiċi.

2.2.2

Karatteristiċi tal-akkoppjament tas-salvataġġ

Rekwiżiti għall-adattaturi tal-akkoppjament li jagħmlu sistemi differenti ta' akkoppjament kompatibbli; f'moduli normali u degradati (pereżempju akkoppjatur tas-salvataġġ).

2.2.3

Akkoppjament konvenzjonali tal-invitar u sistemi oħra tal-akkoppjament mhux awtomatiċi

Rekwiżiti għal sistemi ta' akkoppjament konvenzjonali bil-kamin kif ukoll sistemi oħra ta' akkoppjament mhux awtomatiċi (pereżempju akkoppjamenti interni semipermanenti), il-komponenti tagħhom u l-interazzjoni tagħhom.

Inkluż: apparat tal-ġbid, ganċ tal-ġbid, sospensjoni tal-apparat tal-ġbid.

Esklużi: ilqugħ għall-waqfien u sistemi ta' lqugħ għall-waqfien (għaldaqstant ara l-parametru 2.2.4 ‘Ilqugħ għall-waqfien’), kif ukoll il-konnessjonijiet tal-arja, il-brejk, l-enerġija u l-kontroll.

2.2.4

Ilqugħ għall-waqfien

Rekwiżiti għall-ilqugħ għall-waqfien u sistemi tal-ilqugħ għall-waqfien b'rabta mal-akkoppjament tal-vetturi, inkluż l-immarkar tal-ilqugħ għall-waqfien.

2.2.5

Passarelli

Rekwiżiti li jikkonċernaw passarelli li jippermettu lin-nies (staff jew passiġġieri) li jibdlu bejn vetturi akkoppjati.

2.3

Sikurezza passiva

Rekwiżiti dwar is-sikurezza passiva tal-vetturi f'ħabta ma' ostakli (pereżempju r-reżistenza għall-ħabtiet, eċċ.).

Inklużi, pereżempju id-difletturi tal-ostakli, il-limitazzjoni tat-tnaqqis tal-veloċità, l-ispazju tas-sopravivenza u l-integrità strutturali taż-żoni okkupati, it-tnaqqis tar-riskju tad-deraljament u l-irkib żejjed, il-limitazzjoni tal-konsegwenzi li jintlaqat ostaklu fuq il-binarju, l-aċċessorji tal-intern għas-sikurezza passiva. Referenza għal xenarji ta' ħbit, spazju tas-sopravivenza u integrità strutturali taż-żoni okkupati, it-tnaqqis tar-riskju tal-irkib żejjed u tad-deraljament, il-limitazzjoni tal-konsegwenzi li jintlaqat ostaklu fuq il-binarju.

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-ilqugħ tal-binarji għall-protezzjoni tar-roti minn oġġetti barranin u ostakli fuq il-binarji. Jirreferi għal: l-għoli tat-tarf t'isfel tal-ilqugħ tal-binarji fuq il-binarju tal-pjan, forza minima tal-lonġitudni mingħajr deformazzjoni permanenti. Ma jittrattax il-moħriet tas-silġ.

3

Interazzjoni mal-binarji u daqsijiet (gauging)

 

3.1

Sagoma tal-vettura

Jirreferi għar-rekwiżiti kollha konnessi mas-sagoma tal-vettura/il-profil tal-vettura. Biex tħabbar is-sagomi kinematiċi aċċettati tal-vettura, inkluża s-sagoma tal-pantografu.

3.2

Dinamiċi tal-vettura

 

3.2.1

Sikurezza waqt il-moviment u d-dinamika

Rekwiżiti dwar l-imġiba tat-tħaddim u s-sikurezza tat-tħaddim tal-vettura.

Hemm inklużi: it-tolleranza tal-vettura għal distorzjoni tal-binarji, it-tħaddim fuq binarji milwija jew mgħawġa, it-tħaddim sikur fuq punti ta' binarji u fuq binarji traversati, eċċ.

3.2.2

Koniċità ekwivalenti

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-valuri tal-koniċità ekwivalenti li għandhom jiġu rispettati.

3.2.3

Profil u limiti tar-roti

Rekwiżiti għal profili tar-rota b'rabta mas-sistema(i) tal-binarji; biex tħabbar profili tar-roti aċċettati (pereżempju S1002 hija aċċettata b'mod ġenerali).

3.2.4

Parametri tal-kompatibbiltà tat-tagħbija tal-binarji

Pereżempju forza dinamika tar-rota, forzi tar-rota eżerċitati fuq il-binarji (forza kważi statika tar-rota, forza laterali dinamika totali massima, forza gwida kważi statika) inkluża l-aċċellerazzjoni vertikali.

3.2.5

Raġġ minimu ta' kurva orizzontali, raġġ vertikali ta' kurva konkava, raġġ ta' kurva konvessa

Il-kapaċità mekkanika ta' vettura li tgħaddi minn kurva orizzontali ta' raġġ definit.

Il-valur tar-raġġ kurva minimali vertikali konvessa (tumbata) u kkonkava (bieqja) tal-binarju li għandu jiġi nnegozjat mill-vetura għandu jitħabbar; kundizzjonijiet (pereżempju vettura akkoppjata/mhux akkoppjata).

3.3

Bogies/tagħmir tal-moviment

 

3.3.1

Bogies

Rekwiżiti li jikkonċernaw id-disinn u s-saħħa tal-bogie kif ukoll id-disinn ġenerali tal-bogie.

3.3.2

Sett tar-roti (sħaħ)

Rekwiżiti dwar it-tagħqid tal-komponenti (xaft tal-fus, roti, berings, kaxxi tal-fusien, komponenti tal-ġbid …), it-tolleranzi, l-impedanza bejn ir-roti.

Mhux inklużi: rekwiżiti dwar is-saħħa u l-kalkolu tas-saħħa tax-xaft tal-fus, ir-roti, il-berings, il-komponenti tal-ġbid u dwar l-kapaċità għall-ittestjar mhux distruttiv.

3.3.3

Rota

Rekwiżiti dwar ir-rota (pereżempju s-saħħa, il-kalkolu tas-saħħa, il-materjali, il-metodu tal-manifattura, l-istat tat-tensjoni mekkanika interna, il-ħruxija tas-superfiċe, il-protezzjoni/kisja taż-żebgħa tas-superfiċe, l-immarkar, il-kapaċità għall-ittestjar mhux distruttiv).

Fil-każ ta' roti bit-tajer: rekwiżiti dwar tajers tar-roti, it-tagħqid u t-twaħħil mal-karrozzerija, l-immarkar.

Għall-profil u l-limiti tar-rota ara 3.2.3

3.3.4

Sistemi li jinfluwenzaw l-interazzjoni rota/binarju

Rekwiżiti għas-sistemi kollha mmuntati fuq vettura li għandhom influwenza fuq l-interazzjoni rota/binarji bħal-lubrikant tal-flanġ tar-rota, ir-rekwiżiti tal-interazzjonijiet taċ-ċaqliq ta' fuq/kundizzjoni bl-użu li ġejjin mit-trazzjoni, l-ibbrejkjar, ħlief għas-sistema tat-trammil. Il-kompatibbiltà ma' tagħmir CCS ta' maġenb il-binarji hija koperta għall-EMC mill-parametru 8.4.2 u għal rekwiżiti oħra ta' kompatibbiltà permezz tal-parametri 12.2.4.

3.3.5

Sistema ta' trammil

 

3.3.6

Berings tas-sett tar-roti

Rekwiżiti dwar berings tas-sett tar-roti (pereżempju is-saħħa, il-kalkolu tas-saħħa, il-materjal, il-metodu ta' manifattura).

3.3.7

Xaft tal-fus

Rekwiżiti dwar ix-xaft tal-fus (pereżempju s-saħħa, il-kalkolu tas-saħħa, il-materjal, il-ħruxija tal-wiċċ, il-ħruxija tas-superfiċe, il-protezzjoni/kisja taż-żebgħa, l-immarkar, il-kapaċità għall-ittestjar mhux distruttiv).

3.3.8

Monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-bering tal-fus

Il-parametru jkopri l-kaxxa tal-fus u l-kaxxa tal-fus sħun (‘HABD’) (HABD abbord u interfaċċi b'detratturi ta' mal-ġenb tal-binarji).

3.4

Limitu ta' aċċellerazzjoni massima lonġitudinali pożittiva u negattiva

Limitu ta' aċċellerazzjoni minħabba forzi lonġitudinali tal-binarji massimi ammissibbli.

4

Ibbrejkjar

 

4.1

Rekwiżiti funzjonali għall-ibbrejkjar fil-livell tal-ferrovija

Jirreferi għad-disponibbiltà ta' funzjonalitajiet bażiċi tal-ibbrejkjar (is-sistema tal-ibbrejkjar normali, l-ibrejkjar ta' emerġenza, il-funzjoni ta' bbrejkjar tal-ipparkjar) u l-karatteristiċi tas-sistema prinċipali tal-brejk (l-awtomatiċità normali, il-kontinwità, l-ineżawribbiltà).

4.2

Rekwiżiti tas-sikurezza għall-ibbrejkjar tal-ferrovija

 

4.2.1

L-affidabbiltà tal-funzjonalità tas-sistema ewlenija tal-ibbrejkjar

Rekwiżit li jikkonċerna r-rispons sikur tas-sistema tal-brejk biex tkun provduta il-forza tal-ibbrejkjar mistennija wara l-attivazzjoni ta' kmand ta' brejk ta' emerġenza.

4.2.2

L-affidabbiltà tal-lokkjatura tat-trazzjoni/tal-ibbrejkjar

Rekwiżit li l-isforz trattiv ikun inibit b'mod sikur wara l-attivazzjoni ta' kmand tal-ibbrejkjar ta' emerġenza.

4.2.3

L-affidabbiltà tad-distanza tal-waqfien

Rekwiżit li jikkonċerna l-konformità mad-distanza tal-waqfien ikkalkulata wara l-attivazzjoni ta' kmand ta' brejk ta' emerġenza.

4.2.4

L-affidabbiltà ta' brejk tal-ipparkjar

Rekwiżit li jikkonċerna r-rispons sikur tas-sistema tal-brejk tal-ipparkjar biex il-vettura tibqa' wieqfa f'ċirkustanzi kkalkulati wara l-attivazzjoni ta' kmand ta' brejk tal-ipparkjar.

4.3

Sistema tal-brejk — Arkitettura rikonoxxuta u standards assoċjati

Referenza għal soluzzjonijiet eżistenti, pereżempju s-sistema ta' bbrejkjar tal-UIC (Union International des Chemins de fer).

4.4

Kmand tal-brejk

 

4.4.1

Kmand tal-brejk ta' emerġenza

Rekwiżiti dwar il-kmand ta' bbrejkjar ta' emerġenza, pereżempju id-disponibbiltà ta' tagħmir kmand ta' brejk ta' emerġenza indipendenti, l-ispeċifikazzjoni tad-dehra ta' tagħmir tal-kmand ta' brejk ta' emerġenza, il-kapaċità tat-tagħmir tal-kmand ta' brejk ta' emerġenza li jillokkja fuqu nnifsu, il-kapaċità tal-attivazzjoni ta' brejk ta' emerġenza mis-sistema abbord ta' kmand tal-kontroll u ta' sinjalazzjoni, l-ispeċifikazzjoni tal-brejk tal-emerġenza wara l-attivazzjoni.

4.4.2

Kmand ta' bbrejkjar tas-servizz

Rekwiżiti dwar kmand tal-ibbrejkjar tas-servizz, pereżempju speċifikazzjonijiet għall-adattament tal-forza tal-ibbrejkjar mill-kmand tal-ibbrejkjar tas-servizz, ir-rekwiżit ta' kmand ta' bbrejkjar tas-servizz wieħed biss disponibbli u l-possibbiltà li l-funzjoni ta' bbrejkjar tas-servizz tal-kmand(ijiet) ta' bbrejkjar tas-servizz l-oħrajn jiġu iżolati, it-twaqqif awtomatiku tal-isforz ta' trazzjoni kollu mill-kmand ta' bbrejkjar tas-servizz.

4.4.3

Kmand ta' bbrejkjar dirett

Rekwiżiti dwar il-kmand ta' bbrejkjar dirett.

4.4.4

Kmand ta' bbrejkjar dinamiku

Rekwiżiti dwar il-kmand ta'bbrejkjar dinamiku, pereżempju l-possibbiltà tal-użu indipendenti u/jew kombinat tal-brejk dinamiku minn/ma' sistemi ta' brejk oħra, il-possibbiltà li l-applikazzjoni tal-brejk riġenerattiv tkun inibita.

4.4.5

Kmand ta' bbrejkjar għall-ipparkjar

Rekwiżiti dwar il-kmand ta' bbrejkjar tal-ipparkjar, pereżempju l-kundizzjonijiet li fihom il-kmand tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar għandu jkun kapaċi japplika u/jew jirrilaxxa l-brejk tal-ipparkjar.

4.5

Prestazzjoni tal-brejkijiet

 

4.5.1

Prestazzjoni tal-brejk ta' emerġenza

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar ta' emerġenza, pereżempju il-ħin ta' rispons, id-deċelerazzjoni, id-distanza tal-waqfien, il-moduli li għandhom jiġu kkunsidrati (normali/degradati).

Esklużi: l-isfruttament tal-adeżjoni rota-binarju (ara l-parametru 4.6.1).

4.5.2

Prestazzjoni tal-ibbrejkjar tas-servizz

Rekwiżiti dwar il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tas-servizz, pereżempju il-livell u l-limitu tal-prestazzjoni massima tal-ibbrejkjar tas-servizz.

4.5.3

Kalkoli b'rabta mal-kapaċità termali

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-kalkoli b'rabta mal-kapaċità termali, kemm fuq ir-roti kif ukoll it-tagħmir tal-brejkijiet, pereżempju xenarji u kundizzjonijiet ta' tagħbija li għandhom jiġu applikati, is-sekwenza ta' applikazzjonijiet tal-brejk li għandhom jitqiesu, il-pendil massimu tal-linja, it-tul u l-veloċità tat-tħaddim assoċċjati.

4.5.4

Prestazzjoni tal-brejk tal-ipparkjar

Rekwiżiti dwar il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar, pereżempju il-kundizzjoni tat-tagħbija, il-pendil tal-binarju ewlieni.

4.5.5

Kalkoli tal-prestazzjoni tal-brejk

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-kalkolu tal-prestazzjoni tal-brejk, pereżempju id-dijametri tar-roti applikabbli, il-kundizzjonijiet tat-tagħbija, il-koeffiċjenti ta' frizzjoni, il-moduli ta' kontroll.

4.6

Ġestjoni tal-adeżjoni tal-ibbrejkjar

 

4.6.1

Limitu tal-profil ta' adeżjoni rota-binarju

Rekwiżiti dwar il-limitazzjoni tal-profil ta' adeżjoni rota-binarju, pereżempju l-koeffiċjenti mmirati ta' frizzjoni tad-disinn biex jillimitaw l-isfruttament tal-adeżjoni rota-binarju għall-protezzjoni miż-żerżiq tar-roti, il-konfigurazzjonijiet tar-rota li għandhom jitqiesu, id-dijametru tar-rota u l-kundizzjonijiet tat-tagħbija li għandhom jitqiesu.

4.6.2

Sistema ta' protezzjoni miż-żerżiq tar-roti (WSP — wheel side protection system)

Rekwiżiti dwar il-protezzjoni miż-żerżiq tar-roti (WSP), pereżempju għal liema vetturi/konfigurazzjonijiet ta' vettura hija obbligatorja sistema ta' WSP, rekwiżiti dwar il-prestazzjoni tas-sistema WSP, relevanza għas-sikurezza.

4.7

Ħolqien tal-forza tal-ibbrejkjar

 

4.7.1

Komponenti tal-brejk tal-frizzjoni

 

4.7.1.1

Blokok tal-brejkijiet

 

4.7.1.2

Diski tal-brejkijiet

 

4.7.1.3

Peds tal-brejkijiet

 

4.7.2

Brejk dinamiku konness mat-trazzjoni

Aċċettazzjoni u r-rekwiżiti ta' bbrejkjar ta' emerġenza bl-użu ta' brejk dinamiku li jkun marbut ma' sistema ta' trazzjoni, pereżempju ir-rekwiżiti għad-disponibbiltà, ir-restrizzjonijiet, eċċ.

4.7.3

Brejk manjetiku tal-binarji

Rekwiżiti dwar il-brejkijiet manjetiċi tal-binarji, pereżempju każijiet ta' tħaddim permessi, karatteristiċi ġeometriċi tal-element manjetiku, il-mod tal-immuntar (miżmum mill-għoli/baxx)

4.7.4

Brejk tal-binarju b'belligħat żgħar tal-kurrent

Rekwiżiti dwar il-brejkijiet tal-belligħat żgħar tal-kurrent fuq il-binarji, pereżempju każijiet fejn huwa permess l-użu, il-limitazzjonijiet għall-użu tiegħu.

4.7.5

Brejk tal-ipparkjar

Rekwiżiti dwar il-produzzjoni ta' forza tal-brejk tal-brejkijiet tal-ipparkjar, il-provvista tal-enerġija meħtieġa biex iħaddmuh (issettjar/rilaxx).

4.8

Indikazzjoni tal-istat tal-brejk u tal-ħsara

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-indikazzjoni l-istatus tal-brejk lix-xufier/lill-istaff, pereżempju id-disponibbiltà tal-enerġija tal-brejkijiet, l-istatus tal-brejk tad-diversi sistemi tal-brejkijiet.

4.9

Rekwiżiti tal-brejk għall-għanijiet ta' salvataġġ

Rekwiżiti dwar il-kapaċità ta' sistemi tal-brejk rigward is-salvataġġ ta' ferrovija/vettura, pereżempju l-opportunità għar-rilaxx u l-iżolament tal-brejkijiet kollha, il-kontrollabbiltà tas-sistema tal-brejk tal-ferrovija/vettura salvata minn vetturi oħra, il-kompatibbiltà ma' tipi oħra ta' brejk f'modulu degradat. Għal skopijiet ta' salvataġġ ta' ferrovija/vettura, normalment hija meħtieġa l-opportunità biex jiġu rilaxxati u iżolati l-brejkijiet kollha.

5

Elementi b'rabta mal-passiġġieri

 

5.1

Aċċess

 

5.1.1

Bibien esterni

Jinkludi rekwiżiti għal sistemi ta' llukkjar tal-bibien, tarġiet u spazji għall-aċċess għall-vettura għal bibien esterni tal-passiġġieri.

5.1.2

Tagħmir ta' għajnuna li jgħin lill-passiġġieri jitilgħu fuq il-ferrovija

Jirreferi għal speċifikazzjonijiet tekniċi ta' tagħmir li jista' jkun abbord biex jiffaċilita l-aċċess/l-iżbark għall-passiġġieri għall-/mill-vettura.

5.2

Il-vetturi minn ġewwa

 

5.2.1

Bibien interni

Rekwiżiti dwar id-disinn tal-bibien interni.

5.2.2

Bibien għaċ-ċirkulazzjoni interna

Bibien f'konnessjoni bejn il-vetturi li jistgħu jiġu f'tarf il-ferrovija.

5.2.3

Passaġġ żgumbrat

Aċċess liberu għall-bibien (il-wisa' u l-għoli) ta' wesgħa fil-vettura biex il-passiġġier ikun jista' jkollu aċċess ħieles għall-faċilitajiet kollha (b'rabta wkoll ma' passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa).

5.2.4

Bidliet fl-għoli tal-art

Rekwiżiti dwar bidliet fl-għoli tal-art fil-vetturi tal-passiġġieri.

Esklużi: l-għoli u l-ispazju bejn it-tarġiet għall-aċċess mill-vettura għall-bibien esterni (ara 5.1.1).

5.2.5

Dawl ta' ġewwa

Rekwiżiti li jikkonċernaw id-dawl b'rabta mal-passiġġeri (mhux dawl tat-tagħmir tekniku u dawl tas-sinjali jew dawl ta' emerġenza li huwa kopert mill-parametru 10.2.4).

5.3

Poġġamani

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-poġġamani għall-użu mill-passiġġieri fuq ġewwa/barra tal-vettura (l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn, fejn għandhom jintużaw).

5.4

Twieqi

Rekwiżiti li jikkonċernaw it-twieqi (twieqi li jagħtu għall-barra ta' vettura), pereżempju karatteristiċi mekkaniċi.

Oġġetti esklużi:

windskrin fil-kabina ara l-parametru 9.1.3;

twieqi fuq ġewwa tal-vettura;

sikurezza min-nar, ħruġ ta' evakwazzjoni u ta' emerġenza (ara l-parameteri 10.2.1).

5.5

Tojlits

Rekwiżiti li jikkonċernaw id-disinn u t-tagħmir tat-tojlits (anki b'rabta mal-użu minn persuni b'mobbiltà mnaqqsa). Pereżempju l-ispazji interni, l-aċċess, is-sejħiet ta' emerġenza, ir-rekwiżiti iġeniċi. Inkluża l-ħtieġa u d-disinn ta' tojlits għall-istaff.

Esklużi: emissjonijiet tat-tojlit (ara l-parametru 6.2.1.1).

5.6

Sistemi tat-tisħin, il-ventilazzjoni u l-kundizzjonament tal-arja.

Pereżempju l-kwalità tal-arja interna, ir-rekwiżit f'każ ta' nirien (tifi).

5.7

Informazzjoni dwar il-passiġġieri

 

5.7.1

Sistema għall-avviżi lill-pubbliku

Dan il-parametru huwa meqjus bħala rekwiżit għal komunikazzjoni min naħa waħda. Għal komunikazzjoni mill-passiġġieri lill-istaff ara l-parametru 10.2.3 ‘Alarm tal-passiġġieri’.

5.7.2

Sinjali u informazzjoni

Rekwiżiti li jikkonċernaw sinjali, pittogrammi u test muri. Inklużi struzzjonijiet tas-sikurezza għall-passiġġieri u sinjali tal-emerġenza għall-passiġġieri.

6

Kundizzjonjiet ambjentali u effetti ajrudinamiċi

 

6.1

Impatt tal-ambjent fuq il-vettura

 

6.1.1

Kundizzjonijiet ambjentali li jaffetwaw il-vettura

 

6.1.1.1

Altitudni

Tirreferi għall-medda tal-altitudni li għandha titqies għall-vetturi.

6.1.1.2

Temperatura

Tirreferi għall-firxa ta' temperaturi li għandhom jitqiesu għall-vetturi.

6.1.1.3

Umdità

 

6.1.1.4

Xita

 

6.1.1.5

Silġ, borra u xita balal

Rekwiżiti għall-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-vetturi kawża tas-silġ, borra u xita balal. Liema kundizzjonijiet tal-‘silġ, borra u xita balal’ iridu jitqiesu, xenarji bħall-munzelli tal-borra, il-borra friska ħafifa, l-inżul ta' kwantitajiet kbar ta' borra ħafifa b'ekwivalenti ta' kontenut ta' ilma baxx, għandhom jitqiesu l-varjazzjonijiet fit-temperatura u l-umdità tul vjaġġ wieħed li jikkawżaw il-ġmiegħ tal-borra. Biex jiddefinixxi jekk hijiex meħtieġa l-kapaċità li titneħħa l-borra quddiem il-ferrovija. Biex jikkunsidraw il-konsegwenza possibbli ta' borra/silġ fuq l-istabbiltà waqt il-vjaġġ, il-funzjoni tal-brejk u l-provvista tal-enerġija tal-brejk, il-ħtiġijiet għat-tagħmir tal-windskrin, klima aċċettabbli għall-ħidma għax-xufier.

6.1.1.6

Radjazzjoni mix-xemx

 

6.1.1.7

Reżistenza għat-tniġġis

Effetti tat-tniġġis li għandhom jitqiesu, pereżempju minn sustanzi kimikament attivi, fluwidi kontaminati, sustanzi bijoloġikament attivi, trab, ġebel, saborra u oġġetti oħra, ħaxix u weraq, għabra tad-dakra, insetti li jtiru, fibri, ramel u raxx tal-baħar.

6.1.2

Effetti ajrudinamiċi fuq il-vettura

 

6.1.2.1

Effetti tar-riħ fid-direzzjoni traversa għal dik tal-ivvjaġġar

Jirreferi għall-impatt fuq it-tagħmir u l-funzjonijiet tal-vettura minħabba riħ fid-direzzjoni traversa għal dik tal-ivvjaġġar. Karatteristiċi tar-riħ (pereżempju veloċità tar-riħ) li għandhom jitqiesu fid-disinn tal-vetturi ferrovjarji biex jiżguraw is-sigurtà, il-funzjonalità u l-integrità.

6.1.2.2

Varjazzjoni massima fil-pressjoni fil-mini

Impatt minħabba bidliet rapidi fil-pressjoni bid-dħul f'mini, l-ivvjaġġar f'mini u l-ħruġ minn mini.

6.2

Impatt tal-vettura fuq l-ambjent

 

6.2.1

Emissjonijiet esterni

 

6.2.1.1

Emissjonijiet tat-tojlit

Emissjonijiet tat-tojlit fl-ambjent estern.

6.2.1.2

Emissjonijiet tal-gass tal-egżost

Emissjonijiet tal-gass tal-egżost fl-ambjent estern (ara wkoll il-parametru 8.6).

6.2.1.3

Emissjonijiet ta' kimiki u partikuli

Emissjonijiet oħrajn/tixrid mill-vettura bħal tnixxija ta' żejt u griż, lubrikazzjoni tal-flanġ, fjuwil eċċ.

6.2.2

Limiti għal emissjonijiet tal-istorbju

 

6.2.2.1

Impatt tal-istorbju x'ħin il-ferrovija tkun wieqfa

Impatt tal-istorbju meta l-ferrovija tkun wieqfa kkawżat mill-vettura fuq l-ambjent estern għas-sistema ferrovjarja.

6.2.2.2

Impatt tal-istorbju x'ħin il-ferrovija tistartja

Impatt tal-istorbju x'ħin il-ferrovija tistartja kkawżat mill-vettura fuq l-ambjent estern għas-sistema ferrovjarja.

6.2.2.3

Impatt tal-istorbju mal-moviment

Impatt tal-istorbju mal-moviment tal-ferrovija kkawżat mill-vettura fuq l-ambjent estern għas-sistema ferrovjarja.

6.2.3

Limiti tal-impatt tat-tagħbijiet ajrudinamiċi

Impatt ajrudinamiku tat-tagħbija, pereżempju fuq in-nies fuq pjattaformi u fuq il-linja miftuħa.

6.2.3.1

Skossi ta' pressjoni mill-parti ta' quddiem tal-ferrovija

Effett ta' skossi ta' pressjoni kkawżati mill-parti ta' quddiem tal-ferrovija mal-ġenb tal-binarji.

6.2.3.2

Impatt ajrudinamiku fuq il-passiġġieri/materjali fuq il-pjattaforma

Disturbi ajrudinamiċi fuq il-passiġġieri/materjali fuq il-pjattaforma inklużi metodi tal-valutazzjoni u kundizzjoniet tat-tagħbija operattivi.

6.2.3.3

Impatt ajrudinamiku fuq il-ħaddiema tal-binarju

Disturb ajrudinamiku għall-ħaddiema tal-binarji.

6.2.3.4

Ġbir u proġettazzjoni ta' saborra fi proprjetà li tinsab fil-viċin

Jistgħu jirreferu anki għall-ġbir tas-silġ.

7

Twissija esterna, sinjalazzjoni, funzjonijiet tal-immarkar u rekwiżiti tal-integrità tas-softwer

 

7.1

Integrità tas-softwer imħaddem għal funzjonijiet b'rabta mas-sikurezza

Rekwiżiti dwar l-integrità tas-softwer b'rabta ma' funzjonijiet relatati mas-sikurezza b'impatt fuq l-imġiba tal-ferrovija, pereżempju l-integrità tas-softwer tal-bus tal-ferrovija.

7.2

Identifikazzjoni viżiva u li tinstema' tal-vettura u funzjonijiet tat-twissija

 

7.2.1

Immarkar tal-vettura

Immarkar tal-vettura jirreferi għall-informazzjoni operazzjonali u teknika għall-istaff ferrovjarju, jista' jkun kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra tal-vettura.

7.2.2

Dawl estern

 

7.2.2.1

Fanali ta' quddiem

‘Fanali ta' quddiem’ tirreferi għall-funzjonalità li x-xufier jingħata biżżejjed viżibbiltà quddiem il-ferrovija. Dan jista' jkun żgurat bl-użu tal-istess tagħmir fiżiku użat għad-dawl li jimmarka jew b'tagħmir addizzjonali.

7.2.2.2

Dawl li jimmarka

Id-‘dawl li jimmarka’ huwa dwal li jinsab fuq in-naħa ta' quddiem ta' ferrovija u li għandu l-funzjonalità ta' sinjalazzjoni tal-parti ta' quddiem ta' ferrovija. Għadd ta' aspetti tas-sinjalazzjoni għas-sinjalazzjoni tal-parti ta'quddiem ta' ferrovija f'ċirkostanzi differenti (pereżempju vjaġġi fuq binarji opposti tal-linja, ferrovija f'sitwazzjoni ta' emerġenza, eċċ.) huma possibbli.

7.2.2.3

Sinjal f'tarf il-ferrovija

Rekwiżiti li jikkonċernaw tagħmir li jista' juri sinjal viżiv f'tarf il-ferrovija (pereżempju dawl aħmar).

Esklużi: brekits għall-immuntar ta' sinjali f'tarf il-ferrovija, ara l-parametru 7.2.4.

7.2.2.4

Kontrolli tal-fanali

 

7.2.3

Sistemi ta' sinjali li jinstemgħu

Rekwiżiti li jikkonċernaw sistemi ta' sinjalazzjoni li jinstemgħu mmuntati fuq il-vetturi (pereżempju ħorn ta' twissija). Jirreferu għal:

it-toni tal-ħorn ta' twissija;

il-livell ta' pressjoni akustika tal-ħorn ta' twissija (barra l-kabina, għal-livell ta' ħoss intern ara l-parametru 9.2.1.2);

protezzjoni tat-tagħmir;

kontroll tat-tagħmir;

verifika tal-livelli ta' pressjoni akustika.

7.2.4

Brekits

Rekwiżiti għall-mezzi meħtieġa biex jiġi mmuntat/imwaħħal tagħmir ta' sinjalazzjoni estern għall-vettura (pereżempju sinjali f'tarf il-ferrovija, fanali ta' sinjalazzjoni, bnadar).

8

Sistemi ta' provvista u ta' kontroll tal-elettriku abbord

 

8.1

Rekwiżiti għal prestazzjoni tat-trazzjoni

Prestazzjoni meħtieġa għat-trazzjoni bħal pereżempju l-aċċelerazzjoni, il-kontroll ta' adeżjoni tat-trazzjoni tar-roti/tal-binarji, eċċ.

8.2

Speċifikazzjoni funzjonali u teknika b'rabta mal-interfaċċa bejn il-vettura u s-subsistema tal-enerġija

 

8.2.1

Speċifikazzjoni funzjonali u teknika marbuta mal-provvista tal-elettriku

 

8.2.1.1

Rekwiżiti speċifiċi għall-provvista tal-enerġija

Rekwiżiti speċifiċi għall-provvista tal-enerġija pereżempju il-fattur tal-potenza, is-sensittività tas-sistema ta' protezzjoni abbord.

8.2.1.2

Il-vultaġġ u l-frekwenza tal-provvista tal-elettriku tal-linja tal-kuntatt fl-għoli

 

8.2.1.3

Ibbrejkjar riġenerattiv

 

8.2.1.4

Potenza massima u kurrent massimu tal-ferrovija li huma permessibbli li jinġibdu mil-linja tal-kuntatt fl-għoli

Inkluż il-kurrent massimu waqt waqfa.

8.2.2

Parametri funzjonali u tad-disinn tal-pantografu

 

8.2.2.1

Disinn ġenerali tal-pantografu

 

8.2.2.2

Ġeometrija tar-ras tal-pantografu

 

8.2.2.3

Forza tal-kuntatt tal-pantografu (inklużi l-forza tal-kuntatt statiku, l-imġiba dinamika u l-effetti ajrudinamiċi)

Inkluża l-kwalità tal-qbid ta' kurrent.

8.2.2.4

Firxa ta' ħidma tal-pantografi

 

8.2.2.5

Kapaċità attwali tal-pantografu inkluża l-istrixxa ta' kuntatt

 

8.2.2.6

Arranġament tal-pantografi

 

8.2.2.7

Iżolament tal-pantografu mill-vettura

 

8.2.2.8

Tniżżil tal-pantografu

 

8.2.2.9

Passaġġ minn sezzjoni ta' separazzjoni ta' fażijiet jew ta' sistemi

 

8.2.3

Parametri funzjonali u disinn tal-istrixxa tal-kuntatt

 

8.2.3.1

Ġeometrija tal-istrixxa ta' kuntatt

 

8.2.3.2

Materjal tal-istrixxi ta' kuntatt

 

8.2.3.3

Valutazzjoni tal-istrixxa ta' kuntatt

 

8.2.3.4

Detezzjoni ta' ksur fl-istrixxa ta' kuntatt

 

8.3

Provvista tal-enerġija elettrika u sistema tat-trazzjoni

 

8.3.1

Kejl tal-konsum tal-enerġija

 

8.3.2

Rekwiżiti għal installazzjonijiet elettriċi abbord vettura ferrovjarja

 

8.3.3

Komponenti ta' vultaġġ għoli

 

8.3.4

Ertjar

 

8.4

Kompatibbiltà elettromanjetika (EMC — electromagnetic compatibility)

 

8.4.1

EMC fil-vettura

Emissjonijiet kondotti u livelli ta' immunità għal tagħmir abbord, kamp manjetiku għall-esponiment tal-bniedem fil-vetturi ferrovjarji (pereżempju limiti ta' esponiment uman).

8.4.2

EMC bejn il-vettura u s-sistema ferrovjarja

 

8.4.2.1

Kurrenti massimi

 

8.4.2.1.1

Il-kurrent tar-ritorn ferrovjarju

Interferenza fil-kurrent fil-punt ta' konnessjoni san-netwerk ta' provvista tal-enerġija ferrovjarja — il-livell tal-pantografu/tal-istrixxant (shoegear).

8.4.2.1.2

Kurrent tal-interferenza tal-kejbil tat-tisħin

Kurrent tal-interferenza minħabba t-tisħin fit-Trazzjoni tad-diżil.

8.4.2.1.3

Kurrent tal-interferenza taħt il-vettura

Kurrenti tal-interferenza li jiċċirkulaw taħt il-vettura bejn il-fusien u prinċipalment prodotti minn tagħmir abbord.

8.4.2.1.4

Karatteristiċi armoniċi u vultaġġ żejjed relatati fil-linja ta' kuntatt tal-linja tal-kuntatt fl-għoli

Rekwiżiti tal-vettura b'rabta mal-armoniċi massimi u s-sopravultaġġi relatati fil-linja ta' kuntatt fl-għoli.

8.4.2.1.5

Effetti tal-kontenut DC fil-provvista AC

Rekwiżiti tal-vettura b'rabta mal-komponent massimu DC fi provvista tal-enerġija AC.

8.4.2.2

Kampijiet elettromanjetiċi massimi/Vultaġġi indotti

 

8.4.2.2.1

Kampijiet elettromanjetiċi/Vultaġġi indotti fil-binarju/taħt il-vettura

Il-kampijiet elettromanjetiċi (jew vultaġġi indotti/ta' interferenza) fil-post tat-tagħmir tal-ferroviji (detetturi tal-kuntjaturi tal-fusien, antenni għall-ATP (Automatic Train Protection — Protezzjoni Awtomatiku tal-Ferrovija), detetturi tal-kaxxa tal-fus sħun, eċċ.).

8.4.2.2.2

Kampijiet elettromanjetiċi/Vultaġġi indotti barra l-binarju

Il-kampijiet elettromanjetiċi (jew vultaġġi indotti/ta' interferenza) b'radjijiet tax-shunt, sistemi ta' telekomunikazzjoni bi frekwenza radju tal-vettura (pereżempju radju nazzjonali jew GSM-R (Global System for Mobile communications), eċċ.

8.4.2.3

L-impedanza tad-dħul tal-vettura

L-impedanza tad-dħul għall-frekwenzi tal-ispettru ta' trazzjoni li jinfluwenzaw iċ-ċirkwiti tal-binarju tan-netwerk, pereżempju id-dħul tal-impedanza bi 50 Hz fil-każ ta' ċirkwiti tal-binarji ta' 50 Hz; l-impedanza tad-dħul biex tillimita l-kurrent massimu istantanju, pereżempju għal ċirkwiti tal-binarju DC.

8.4.2.4

Kurrent psofometriku

Kif definit fl-Anness A ta' EN 50121-3-1 Interferenza fil-linji tat-telekomunikazzjoni — Kurrenti psofometriċi.

8.4.2.5

Limiti tal-voltaġġ transversali għall-kompatibbiltà taċ-ċirkwiti tal-leħen/tad-dejta

 

8.4.3

EMC bejn il-vettura u l-ambjent

 

8.4.3.1

Kampijiet elettromanjetiċi massimi

Kamp manjetiku għall-esponiment tal-bniedem barra l-vetturi ferrovjarji (pereżempju limiti tal-esponiment tal-bniedem).

8.4.3.2

Kurrent/vultaġġ ta' interferenza indotta

 

8.4.3.3

Kurrent psofometriku

Kif definit fl-Anness A ta' EN 50121-3-1 Interferenza fil-linji tat-telekomunikazzjoni — Kurrenti psofometriċi.

8.5

Protezzjoni kontra r-riskji tal-elettriku

Rekwiżiti għall-ertjar huma meqjusa fil-parametru 8.3.4.

8.6

Rekwiżiti ta' sistemi tad-diżil u sistemi oħra ta' trazzjoni termali

Għall-‘Emissjonijiet tal-egżost tal-gass’ ara l-parametru 6.2.1.2.

8.7

Sistemi li jirrikjedu miżuri speċjali ta' monitoraġġ u protezzjoni

 

8.7.1

Tankijiet u sistemi tal-pajpijiet għal likwidi li jaqbdu

Rekwiżiti speċjali għal tankijiet u sistemi tal-pajpijiet għal likwidi li jaqbdu (inklużi fjuwils).

8.7.2

Sistemi ta' reċipjenti tal-pressjoni/tagħmir tal-pressjoni

 

8.7.3

Installazzjonijiet ta' bojlers li jiġġeneraw l-istim

 

8.7.4

Sistemi tekniċi f'atmosferi potenzjalment splussivi

Rekwiżiti speċjali għal sistemi tekniċi f'atmosferi potenzjalment splussivi (pereżempju gass likwidu, gass naturali u sistemi mħaddma bil-batterija, inkluż il-protezzjoni tat-tank tat-trasformatur)

8.7.5

Sistemi tal-provvista u l-kontroll idrawliċi/pnewmatiċi

Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi, pereżempju provvista tal-arja kumpressata, kapaċità, tip, firxa tat-temperatura, nixxiefa tal-arja (torrijiet), indikaturi tal-punt tan-nida, iżolament, karatteristiċi tad-dħul tal-arja, indikaturi tal-ħsara, eċċ.

9

Faċilitajiet, interfaċċi u ambjent tal-istaff

 

9.1

Disinn tal-kabina tax-xufier

 

9.1.1

Tqassim fuq ġewwa

Rekwiżiti ġenerali li jikkonċernaw it-tqassim tal-kabina minn ġewwa, bħall-qisien antropometriċi għax-xufier, il-possibbiltà tal-istaff li jiċċaqalqu fuq ġewwa tal-kabina, pożizzjonijiet tas-sewqan bilqiegħda u bilwieqfa, l-għadd tas-sits (pereżempju skont jekk it-tħaddim isirx minn bniedem wieħed jew minn tnejn).

9.1.2

Aċċess għall-kabina tax-xufier

 

9.1.2.1

Aċċess, ħruġ u bibien

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-aċċessibbiltà għal kabina tax-xufier u l-kamra tal-magna (anki passaġġi interni fuq unitajiet tal-bagoll). Rekwiżiti li jikkonċernaw bibien interni u esterni, bibien b'aċċess għall-bagoll, iż-żoni b'aċċess liberu għall-bibien, it-turġien, il-poġġamani jew il-mankijiet tal-ftuħ, it-tiskir tal-bibien, il-prevenzjoni tal-aċċess minn persuni mhux awtorizzati.

9.1.2.2

Ħruġ ta' emerġenza mill-kabina tax-xufier

Kwalunkwe mezz għall-ħruġ ta' emerġenza tax-xufier jew aċċess għall-kabina mis-servizzi ta' salvataġġ (normalment il-bibien esterni, it-twieqi tal-ġnub jew il-purtell tal-ftuħ ta' emerġenza); definizzjoni taż-żoni tal-aċċess liberu tagħhom.

9.1.3

Windskrin fil-kabina tax-xufier

 

9.1.3.1

Karatteristiċi mekkaniċi

Rekwiżiti li jikkonċernaw id-dimensjoni, il-post, ir-reżistenza għall-impatti minn projettili tal-windskrin.

9.1.3.2

Karatteristiċi ottiċi

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-karatteristiċi ottiċi tal-windskrin, pereżempju l-angolu bejn immaġnijiet primarji u sekondarji, id-distorsjonijiet ottiċi ta' viżjoni permessibbli, iċ-ċpar materjali, it-trażmittenza u l-kromotiċità luminużi.

9.1.3.3

Tagħmir għall-windskrin

Pereżempju it-tneħħija tas-silġ, it-tneħħija tal-fwar, tagħmir tat-tindif estern, il-protezzjoni mix-xemx eċċ.

9.1.3.4

Viżibbiltà minn quddiem/kamp ta' viżibbiltà

Definizzjoni tal-kamp ta' viżibbiltà għax-xufier għall-binarju ta' quddiemu f'relazzjoni mal-pożizzjonijiet tax-xufier. Inkluż il-firxa tat-tindif tal-wajper.

9.1.4

Ergonomija tal-console

Rekwiżiti dwar l-ergonomija fuq il-console tax-xufier, pereżempju direzzjoni tal-attivazzjoni tal-livers u l-iswiċċijiet, l-ergonomija tas-sistemi ta' emerġenza.

9.1.5

Sit tax-xufier

Rekwiżiti dwar is-sit tax-xufier (pereżempju il-qisien antropometriċi, il-pożizzjoni tas-sit sabiex jilħaq il-pożizzjoni ta' referenza tal-għajnejn għall-viżibbiltà esterna, il-possibbiltà ta' evakwazzjoni f'każ ta' emerġenza, l-ergonomija u aspetti ta' saħħa b'rabta mad-disinn tas-sit, l-aġġustabbiltà tas-sit biex ix-xufier ikun jista' jsuq bilwieqfa).

9.2

Saħħa u sikurezza

 

9.2.1

Kundizzjonijiet ambjentali

 

9.2.1.1

Sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-kundizzjonament tal-arja fil-kabina tax-xufier

Pereżempju il-konċentrazzjoni permessa ta' CO2 fil-kabina, il-flussi tal-arja kkawżati mis-sistema tal-ventilazzjoni b'veloċità tal-arja li taqbeż il-valur limitu rikonoxxut biex jiġi żgurat ambjent tax-xogħol xieraq, il-firxiet fit-temperatura, temperaturi li jridu jintlaħqu skont ċerti ċirkustanzi ambjentali.

9.2.1.2

Storbju fil-kabina tax-xufier

Il-livell massimu ta' storbju permess fil-kabina, inkluż il-livell tal-ħoss tal-ħorn ġewwa l-kabina.

9.2.1.3

Dawl fil-kabina tax-xufier

Pereżempju il-luminożità tad-dawl, id-dawl indipendenti taż-żona tal-qari tal-console tax-xufier, il-kontroll tad-dawl, l-aġġustabbiltà tal-luminożità tad-dawl, il-kulur tad-dawl permess.

9.2.2

Rekwiżiti oħra tas-saħħa u s-sikurezza

Rekwiżiti oħra minbarra dawk fil-lista ta' parametri għall-parametru 9.2 ‘Saħħa u sikurezza’.

9.3

Interfaċċa xufier/magna

 

9.3.1

Indikazzjoni tal-veloċità

Rekwiżiti li jikkonċernaw is-sistema ta' indikazzjoni tal-veloċità (preċiżjoni/tolleranzi, eċċ.).

Esklużi: reġistrazzjoni tal-veloċità koperta bil-parametru 9.6.

9.3.2

Unità u skrins tal-wiri tax-xufier

Rekwiżiti funzjonali dwar l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet mogħtija fil-kabina tax-xufier. Esklużi: L-informazzjoni u l-kmandi tal-ERTMS (European Rail Traffic Management System), inklużi dawk mogħtija fuq unità tal-wiri, huma speċifikati fil-kapitolu 12.

9.3.3

Kontrolli u indikaturi

Rekwiżiti funzjonali huma speċifikati ma' rekwiżiti oħra applikabbli għal funzjoni speċifika, fil-klawżola li tiddeskrivi dik il-funzjoni.

9.3.4

Superviżjoni tax-xufier

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-viġilanza tax-xufier, pereżempju sistema ta' viġilanza tas-sikurezza awtomatika/tagħmir tal-bniedem mejjet.

9.3.5

Viżjoni minn wara u mill-ġenb

Rekwiżiti dwar il-viżjoni minn wara u mill-ġenb: il-ftuħ tt-twieqi/tal-panils fil-ġnub f'kull naħa tal-kabina, (aċċess liberu għat-twieqi tal-ftuħ/għall-panils), mirja esterni, sistemi tal-kamera.

9.4

Immarkar u ttikkettjar fil-kabina tax-xufier

Rekwiżiti li jikkonċernaw sinjali, pittogrammi, tikkettar u test muri statistikament għall-użu tax-xufier ġewwa l-vettura (il-kabina, il-kamra tal-magna, il-kaxxa tal-kontroll). Liema informazzjoni għandha tiġi indikata fil-kabini tax-xufier (normalment Vmax, in-numru ta' trazzjoni tal-vettura, il-post fejn jinstab it-tagħmir portabbli pereżempju tagħmir għall-awtosalvataġġ, sinjali, ħruġ ta' emerġenza). L-użu ta' pittogrammi armonizzati.

9.5

Tagħmir u faċilitajiet oħra abbord għall-istaff

 

9.5.1

Faċilitajiet abbord għall-istaff

 

9.5.1.1

Aċċess tal-istaff għat-tagħmir tal-akkoppjament/diżakkoppjament

Pereżempju ir-rettangolu Berne, poġġamani taħt il-bafers.

9.5.1.2

Tarġiet esterni u poġġamani għall-istaff tax-shunt

 

9.5.1.3

Faċilitajiet tal-ħżin għall-użu mill-istaff

 

9.5.2

Bibien ta' aċċess għall-istaff u l-merkanzija

Dan il-parametru jindirizza l-bibien għall-użu għall-merkanzija ta' ekwipaġġ tal-ferrovija għajr għall-bibien tal-kabina. Pereżempju bibien mgħammra b'tagħmir tas-sikurezza biex jinfetaħ biss mill-istaff, inkluż dak inkariġat mill-forniment tal-ikel u x-xorb, anki l-bibien għall-kamra tal-magna.

Esklużi: bibien għall-użu mill-passiġġieri, bibien tal-kabina (anki passaġġi esterni fuq l-unitajiet tal-bagoll).

9.5.3

Għodda għal abbord u tagħmir portabbli

Għodod meħtieġa abbord u tagħmir portabbli, pereżempju lampa tal-idejn b'dawl aħmar u abjad, tagħmir għaċ-ċirkwit xort għaċ-ċirkwiti tal-binarji, respiratur.

Esklużi: oġġetti għal raġunijiet operazzjonali bħal pereżempju riffieda ta' immobilizzazzjoni, adattaturi tal-akkoppjament, tagħmir tal-akkoppjament għas-salvataġġ (ara l-kapitolu 2), tagħmir għat-tifi tan-nar (ara l-kapitolu 10) u ara l-kapitolu 13 ‘Rekwiżiti speċifiċi għat-tħaddim’.

9.5.4

Sistemi tal-komunikazzjoni li tinstema'

Pereżempju għal komunikazzjoni bejn: l-ekwipaġġ tal-ferrovija, jew bejn l-ekwipaġġ tal-ferrovija (ara l-parametru 10.2.3) u n-nies ġewwa/barra l-ferrovija (għall-allarm tal-passiġġieri ara l-parametru 10.2.3).

Esklużi: radju tal-ferrovija (ara l-kapitolu 12).

9.6

Tagħmir ta' reġistrazzjoni

Apparat tar-reġistrazzjoni għall-fini tal-monitoraġġ tal-interazzjoni bejn ix-xufier tal-ferrovija u l-ferrovija kif ukoll il-parametri tal-ferrovija. Rekwiżiti li jikkonċernaw it-tagħmir ta' reġistrazzjoni, pereżempju liema informazzjoni għandha tiġi rreġistrata, żieda fil-ħin, il-kapaċità tal-korrelazzjoni avveniment/ħin, it-teknoloġija għall-irreġistrar.

9.7

Funzjonijiet ta' kontroll mill-bogħod mill-art

Rekwiżiti li jikkonċernaw il-funzjoni tal-kontroll mill-bogħod mill-art. Normalment funzjoni ta' kontroll mill-bogħod bir-radju għall-operazzjoni tax-shunt, anki kontroll mill-bogħod b'mezzi oħra, esklużi: kontrollur tal-ferroviji riversibbli (‘push-pull’) u kontrollur tal-ferroviji bi trazzjoni doppja.

10

Sikurezza u evakwazzjoni f'każ ta' nirien

 

10.1

Il-kunċett ta' protezzjoni kontra n-nirien u miżuri ta' protezzjoni

Pereżempju l-kategorija tan-nar, il-klassifikazzjoni, il-miżuri ta' protezzjoni għal vetturi u għal partijiet tal-vettura (pereżempju il-kabina tax-xufier), proprjetajiet materjali, ilqugħ li jwaqqaf in-nar, detetturi tan-nar (inkluża l-jonizzazzjoni tad-detetturi) u t-tagħmir għat-tifi tan-nar.

10.2

Emerġenza

 

10.2.1

Il-kunċett ta' evakwazzjoni tal-passiġġieri

Rekwiżiti rigward id-disponibbiltà u d-disinn ta' ħruġ ta' emerġenza għall-passiġġieri u l-indikazzjoni tagħhom, il-limitazzjoni dwar l-għadd ta' passiġġieri għal kull vettura.

10.2.2

Informazzjoni, tagħmir u aċċess għas-servizzi ta' salvataġġ

Deskrizzjoni tal-vetturi ferrovjarji mogħtija lis-servizzi ta' salvataġġ biex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw l-emerġenzi.

B'mod partikolari informazzjoni mogħtija dwar kif jinkiseb aċċess għall-intern tal-vetturi ferrovjarji.

10.2.3

Allarm tal-passiġġieri

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-allarm tal-passiġġieri, pereżempju d-disponibbiltà ta' tagħmir għall-attivazzjoni tal-allarm (post, numru), il-funzjonalità, dwar kif tiġi ssettjata mill-ġdid, il-ħolqa komunikattiva mill-passiġġier għax-xufier/għall-istaff, l-attivazzjoni tal-brejk ta' emerġenza, in-newtralizzazzjoni tal-brejk ta' emerġenza.

10.2.4

Dawl tal-emerġenza

Rekwiżiti għas-sistema tad-dawl tal-emerġenza, pereżempju għall-ħin minimu operattiv, il-livell ta' dawl/luminożità.

10.3

Kapaċitajiet operattivi ta' emerġenza

Miżuri addizzjonali għall-kapaċità tal-ivvjaġġar ta' vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri b'nar abbord.

Esklużi: in-newtralizzazzjoni tal-brejk ta' emerġenza msemmi fil-parametru 10.2.3

11

Servizzi ta' manutenzjoni

 

11.1

Faċilitajiet tat-tindif tal-ferrovija

Tindif intern u estern tal-ferrovija, pereżempju tindif estern permezz ta' impjant tal-ħasil.

11.2

Faċilitajiet tal-għoti tal-fjuwil mill-ġdid lill-ferrovija

 

11.2.1

Sistemi tar-rimi tal-ilma tal-iskart

Rekwiżiti dwar sistema tar-rimi tal-ilma tal-iskart, inkluża interfaċċa għas-sistema ta' rimi tal-emissjonijiet tat-tojlit. Normalment definizzjoni taż-żennuna ta' evakwazzjoni u l-konnessjoni tal-flaxing għat-tank tat-tojlit.

Esklużi: emissjonijiet tat-tojlit (ara l-parametru 6.2.1.1).

11.2.2

Sistema tal-provvista tal-ilma

Konformità ma' regolamenti sanitarji dwar il-provvista tal-ilma tax-xorb. Normalment żgurat bi speċifikazzjonijiet tal-materjal u l-kwalità tal-pajpijiet u l-issiġillar. Speċifikazzjoni ta' adattaturi tal-mili (kostitwenti tal-interoperabbiltà).

11.2.3

Faċilitajiet oħra tal-provvista

Rekwiżiti għal kwalunkwe provvisti oħra, pereżempju provvista esterna tal-enerġija għal meta l-ferroviji jieqfu bejn vjaġġ u ieħor.

11.2.4

Interfaċċa għal tagħmir tal-għoti tal-fjuwil mill-ġdid għal magni u vetturi ferrovjarji mhux elettriċi

Rekwiżiti li jikkonċernaw is-sistema tal-għoti tal-fjuwil għall-vetturi ferrovjarji bl-użu tal-fjuwil tad-diżil, l-LPG jew kombustibbli oħrajn.

12

Kmand ta' kontroll u ta' sinjalazzjoni abbord

 

12.1

Sistema tar-radju abbord

 

12.1.1

Sistema tar-radju NON-GSM-R

Rekwiżiti għal sistemi tar-radju nazzjonali jekk l-installazzjoni fuq vettura hija obbligatorja għall-awtorizzazzjoni.

12.1.2

Sistema tar-radju konformi mal-GSM-R

 

12.1.2.1

Użu ta' oġġetti li jinġarru fl-idejn bħal radju mobbli tal-kabina

Rekwiżiti b'rabta ma' oġġetti li jinġarru fl-idejn li jissodisfaw funzjonijiet tar-radju tal-kabina. Indika hawnhekk jekk hemmx il-possibbiltà li l-oġġett li jinġarr bl-idejn 2Watt jistax jintuża u liema huma r-rekwiżiti, ir-restrizzjonijiet eċċ. marbuta, filwaqt li tqis it-Taqsima 7.3.3. ‘ERTMS — Implimentazzjoni abbord’ tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/88/UE (1).

12.1.2.2

Rekwiżiti oħra ta' GSM-R

Rekwiżiti oħra b'rabta ma' disturbi GSM-R, l-installazzjoni ta' filtri eċċ., li ma jistgħux jiġu kklassifikati taħt l-punti ta' qabel.

12.2

Sinjalazzjoni abbord

 

12.2.1

Sistemi nazzjonali tas-sinjalazzjoni abbord

Rekwiżit li jiġu installati sistemi għall-protezzjoni tal-ferroviji abbord (bħall-EBICAB) u rekwiżiti funzjonali korrispondenti.

12.2.2

Rekwiżiti STM

Rekwiżiti b'rabta ma' soluzzjonijiet STM (STM separat jew integrat fl-ETCS abbord).

12.2.3

Tranżizzjonijiet

Rekwiżiti b'rabta ma' tranżizzjonijiet bejn sistemi nazzjonali ta' sinjalazzjoni u ta' ETCS abbord; bejn ETCS u ETCS, eċċ., fil-fruntieri ma' jew fl-Istat Membru.

12.2.4

Kompatibbiltà tal-vetturi ferrovjarji mal-infrastruttura tal-binarji CCS

Rekwiżiti oħra dwar il-kompatibbiltà minbarra l-EMC għall-vetturi ferrovjarji b'sistemi ta' detezzjoni tal-ferrovija ta' infrastruttura tal-binarji CCS, għall-EMC ara 8.4.2.

12.2.4.1

Id-distanza minima tal-fus

Rekwiżit b'rabta mal-funzjonament tal-kuntjaturi tal-fus, għal v > 350 km/h, ara § 3.1.2.3 tad-dokument (ERA/ERTMS/033281).: Interfaċċi bejn l-infrastruttura tal-binarju tas-CCS u subsistemi oħra

12.2.4.2

Dijametru minimu tar-rota

Rekwiżit b'rabta mal-funzjonament tal-kuntjaturi tal-fusien, għal v > 350 km/h, ara § 3.1.3.2 tad-dokument (ERA/ERTMS/033281): Interfaċċi bejn l-infrastruttura tal-binarju tas-CCS u subsistemi oħra.

12.2.4.3

Spazju bejn ir-roti ħieles mill-kompenenti induttivi u tal-metall

Rekwiżit b'rabta mal-funzjonament tal-kuntjaturi tal-fusien, ara § 3.1.3.5 tad-dokument (ERA/ERTMS/033281): Interfaċċi bejn l-infrastruttura tal-binarju tas-CCS u subsistemi oħra.

12.2.4.4

Massa tal-metall ta' vettura

Rekwiżit b'rabta mal-funzjonament tas-sistema ta' detezzjoni b'loops induttivi.

12.2.4.5

Kompatibbiltà ma' installazzjonijiet fissi ta' CCS

Kompatibbiltà ma' installazzjonijiet fissi ta' CCS, ara § 3.1.10 tad-dokument (ERA/ERTMS/033281): Interfaċċi bejn l-infrastruttura tal-binarju tas-CCS u subsistemi oħra.

12.2.5

Sistema tas-sinjalazzjoni tal-kabina ETCS (2)

 

12.2.5.1

Funzjonalità tal-intersezzjoni fuq l-istess livell

Rekwiżiti għas-sett ta' speċifikazzjonijiet nru 1 fit-tabella A2 tal-Anness A tas-CCS TSI stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/88/UE b'rabta mal-funzjonalità tal-intersezzjoni fuq l-istess livell għall-ETCS abbord.

12.2.5.2

Marġini tas-sikurezza tal-ibbrejkjar

Rekwiżiti għas-sett ta' speċifikazzjonijiet nru 1 fit-tabella A2 tal-Anness A għal CCS TSI) stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/88/UE marbuta mal-affidabbiltà ta' kurvatura tal-ibbrejkjar għal CCS abbord.

12.2.5.3

Kredibbiltà — Rekwiżiti ta' disponibbiltà

Għandhom jiġu speċifikati rekwiżiti minimi ta' affidabbiltà/disponibbiltà sabiex ikun limitat it-tnaqqis fis-sikurezza tas-sistema minħabba sitwazzjonijiet degradati spissi.

12.2.5.4

Rekwiżiti ta' sikurezza

Rekwiżiti tas-sikurezza għal funzjonijiet ETCS DMI għas-sett ta' speċifikazzjonijiet nru 1 fit-tabella A2 tal-Anness A tas-CCS TSI stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/88/UE.

12.2.5.5

Aspetti ergonomiċi tad-DMI

Rekwiżiti ergonomiċi tad-DMI għas-sett ta' speċifikazzjonijiet nru 1 fit-tabella A2 tal-Anness A tas-CCS TSI stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/88/UE.

12.2.5.6

Interfaċċa bi brejk tas-servizz

Il-ħtiġiet ta' interfaċċa mal-brejk tas-servizz għas-sett ta' speċifikazzjonijiet nru 1 fit-tabella A2 tal-Anness A tas-CCS TSI stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/88/UE.

12.2.5.7

Rekwiżiti ETCS oħrajn (b'rabta ma' netwerks eżistenti mhux interoperabbli)

Rekwiżiti ETCS b'rabta ma' tagħmir ta' abbord ta' qabel il-B2, il-kompatibbiltà mal-linji eżistenti fejn huwa installat tagħmir ta' qabel il-B2. Jew funzjonalitajiet oħra fakultattivi tal-ETCS li jista' jkollhom impatt fuq il-moviment sikur tal-ferrovija.

12.2.5.8

L-ispeċifikazzjoni tal-kundizzjoni ta' użu fejn l-ETCS abbord ma jimplimentax il-funzjonijiet, l-interfaċċi u l-prestazzjonijiet kollha.

Analiżi tal-impatt meta jkun hemm nuqqas ta' implimentazzjoni tal-funzjonijiet, il-prestazzjonijiet u l-interfaċċi kollha speċifikati fis-CCS TSI mis-subsistema tal-ETCS abbord. Utli għall-awtorizzazzjonijiet addizzjonali.

13

Rekwiżiti operattivi speċifiċi

 

13.1

Oġġetti speċifiċi li għandhom jitqiegħdu abbord

Biex jitħabbru oġġetti speċifiċi li għandhom jitqiegħdu abbord li huma meħtieġa għal raġunijiet operazzjonali f'moduli normali u degradati (pereżempju riffieda ta' immobilizzazzjoni, jekk il-prestazzjoni tal-brejk tal-parking ma jkunx biżżejjed skont il-pendil tal-binarji, adattaturi tal-akkoppjaturi, akkoppjaturi ta' salvataġġ, eċċ.). Rekwiżiti għad-distribuzzjoni u d-disponibbiltà tal-oġġetti jistgħu jiżdiedu hawnhekk. Ara wkoll il-parametru 9.5.3.

13.2

Trasport bil-baħar

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-ivvjaġġar bil-baħar mill-vetturi, inkluż l-apparat tal-ivvjaġġar u rekwiżiti għall-limitazzjonijiet marbuta mas-sagoma ferrovjarja, rekwiżiti għall-ankraġġ u l-irbit.

14

Oġġetti relatati mal-merkanzija

Rekwiżiti speċifiċi għall-merkanzija

14.1

Restrizzjonijiet tad-disinn, l-operazzjoni u l-manutenzjoni għat-trasport ta' oġġetti perikolużi

Pereżempju, rekwiżiti li ġejjin minn RID, regoli nazzjonali jew regolamenti oħra għat-trasport ta' oġġetti perikolużi; inklużi faċilitajiet speċifikament meħtieġa għal oġġetti perikolużi.

14.2

Faċilitajiet speċifiċi għat-trasport tal-merkanzija

Pereżempju l-iżgurar tal-merkanzija, il-provvista tal-arja għal skop ieħor għajr għall-brejk, dispożizzjonijiet għat-tagħmir idrawliku/pnewmatiku ta' vaguni tal-merkanzija, rekwiżiti għat-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija, rekwiżiti speċjali għar-riċiklar tal-vetturi.

14.3

Bibien u faċilitajiet tat-tagħbija

Rekwiżiti li jikkonċernaw it-tagħbija tal-merkanzija, il-bibien u l-purtelli, u l-għeluq u t-tiskir tagħhom.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Jannar 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistemi tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 51, 23.2.2012, p. 1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/696/UE.

(2)  Ara l-indiċi 1 fit-tabella A2 tal-Anness A tas-CCS TSI stabbilit bid-Deċiżjoni 2012/88/UE.”


10.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2300

tat-8 ta' Diċembru 2015

dwar il-pagament fil-munita euro mir-Renju Unit ta' ċertu nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali

(notifikata bid-dokument C(2015) 8576)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 108 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jesiġi li l-Istati Membri li ma jkunux adottaw il-munita Euro u li jiddeċiedu li jħallsu l-infiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali fil-munita euro minflok fil-munita nazzjonali tagħhom, għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-użu tal-munita euro ma joħloqx vantaġġ sistematiku meta mqabbel mal-użu tal-munita nazzjonali.

(2)

Preċedentement, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1352 (2) kienet tapprova tali miżuri kkomunikati mir-Renju Unit.

(3)

Fit-30 ta' Ottubru 2015, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li jżid in-numru ta' miżuri li skonthom ikun jista' jħallas l-infiq fil-munita Euro minflok f'liri sterlini, kif ukoll il-miżuri li għandhom jiġu applikati skont l-Artikolu 108 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex jiġi żgurat li l-użu tal-munita Euro minflok il-lira sterlina ma jwassalx għall-ħolqien ta' xi vantaġġ sistematiku.

(4)

Fil-qosor, dawn huma l-miżuri ppjanati mir-Renju Unit:

l-operaturi jistgħu jitħallsu fil-munita Euro dawk l-ammonti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jew li jirriżultaw minnha,

l-operaturi għandhom jassumu r-riskju kollu tar-rata tal-kambju li jirriżulta mill-konverżjoni sussegwenti f'liri sterlini,

l-operaturi għandhom jassumu impenn kontinwu għal minimu ta' sena,

fir-rigward tal-pagament bażiku u tal-pagamenti diretti oħra kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-operaturi għandhom jagħżlu li jħallsu fil-munita Euro meta jressqu l-applikazzjoni tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (4),

fir-rigward tal-miżuri tas-suq adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 (6) (għajr għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-bdiewa fis-setturi tal-bhejjem), u r-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), l-operaturi għandhom ikunu ġew approvati mill-inqas tliet xhur minn qabel sabiex jirċievu l-pagamenti fil-munita Euro; l-operaturi għandhom jinnotifikaw tliet xhur minn qabel l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw minn dan l-arranġament; imbagħad, pagamenti ġodda fil-munita Euro jkunu possibbli biss wara perjodu ta' stennija ta' sena,

fir-rigward tal-għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-bdiewa fis-setturi tal-bhejjem skont ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1853 (9), l-operaturi għandhom ikunu għażlu li jirċievu l-pagamenti tal-PAK fil-munita Euro qabel is-17 ta' Ottubru 2015.

(5)

Dawn il-miżuri huma f'konformità mal-għan stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jiġifieri biex jevitaw il-ħolqien ta' xi vantaġġ sistematiku li jirriżulta mill-użu tal-munita Euro minflok il-munita nazzjonali. Għaldaqstant, dawn il-miżuri għandhom jiġu approvati.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1352 għandha titħassar u tiġi sostitwita b'din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri kkomunikati mir-Renju Unit fit-30 ta' Ottubru 2015 fir-rigward tal-pagament fil-munita Euro ta' nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali elenkati fl-Anness u, fejn applikabbli, kwalunkwe att ta' delega jew ta' implimentazzjoni adottat abbażi ta' dawk l-istrumenti huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1352 hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1352 tat-30 ta' Lulju 2015 dwar il-pagament fil-munita Euro mir-Renju Unit ta' ċertu nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali (ĠU L 208, 5.8.2015, p. 33).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

(9)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1853 tal-15 ta' Ottubru 2015 li jipprevedi għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-bdiewa fis-setturi tal-bhejjem (ĠU L 271, 16.10.2015, p. 25).


ANNESS

Miżuri espressi u pagabbli fil-munita euro

Skema

Regolament

Skemi ta' Pagament Dirett

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni fir-rigward ta' prodotti agrikoli

Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014

Xiri sfurzat taċ-ċanga

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1370/2013

Xiri sfurzat taċ-ċereali

Xiri sfurzat tal-butir

Xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat

Għajnuna għall-ħżin privat taċ-ċanga

Għajnuna għall-ħżin privat tal-butir

Għajnuna għall-ħżin privat tal-ġobon

Għajnuna għall-ħżin privat tal-fibra tal-kittien

Għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa

Għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal

Għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż

Għajnuna għall-ħżin privat tat-trab tal-ħalib xkumat

Għajnuna għall-ħżin privat taz-zokkor abjad

Għajnuna għall-provvista tal-ħalib u prodotti tal-ħalib lit-tfal

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal prodotti agrikoli pproċessati u oġġetti li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-TFUE

Ir-Regolament (UE) Nru 510/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 1370/2013

Għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-bdiewa fis-setturi tal-bhejjem

Ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1853


10.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/38


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2301

tat-8 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja lejn il-Messiku u l-Istati Uniti tal-Amerka, u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata għall-Messiku fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina

(notifikata bid-dokument C(2015) 8556)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), u l-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni tal-ekwidi ħajjin fl-Unjoni. Skont l-Artikolu 13(1)(b) ta' dik id-Direttiva, waħda mill-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet tal-ekwidi fl-Unjoni hija li l-pajjiż terz ikun ilu ħieles mill-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela għal perjodu ta' sentejn.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE (3) tipprovdi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati wara l-esportazzjoni temporanja biex jieħdu sehem fi tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali. Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni jipprovdi, fost l-oħrajn, li żiemel irreġistrat li ġie esportat temporanjament għal perjodu li mhux itwal minn 30 jum, mindu ħareġ mill-Unjoni, irid ikun żar biss fil-pajjiż terz minn fejn ġie ċċertifikat għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni jew f'pajjiż terz assenjat għall-istess grupp sanitarju kif indikat fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (4) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, jew ta' partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tagħhom, u tindika l-kundizzjonijiet l-oħra li huma applikabbli għal dawn l-importazzjonijiet fl-Anness I tagħha (“il-lista”). Il-Messiku huwa inkluż fil-lista u huwa assenjat lill-grupp sanitarju “D”, filwaqt li l-Istati Uniti huma assenjati fil-lista lill-grupp sanitarju “C”.

(4)

Il-lista tispeċifika li l-ammissjoni temporanja taż-żwiemel irreġistrati, id-dħul mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja taż-żwiemel irreġistrati għat-tlielaq, il-kompetizzjonijiet u l-avvenimenti kulturali, l-importazzjonijiet tal-equidae irreġistrati u tal-equidae għar-riproduzzjoni u l-produzzjoni, u l-importazzjonijiet ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina mill-Messiku, bħalissa mhumiex awtorizzati, filwaqt li dan iċ-ċaqliq taż-żwiemel irreġistrati huwa awtorizzat mill-Istati Uniti.

(5)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/86/UE (5) ġiet adottata qabel l-avveniment kulturali Théâtre équestre Zingaro fl-2014. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/86/UE emendat l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 93/195/KEE sabiex tawtorizza d-dħul mill-ġdid fl-Unjoni taż-żwiemel irreġistrati, wara l-esportazzjoni temporanja tagħhom biex jieħdu sehem f'dak l-avveniment, bil-kundizzjoni li ż-żwiemel irreġistrati jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati f'ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell stabbilit fl-Anness X ta' dik id-Deċiżjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/86/UE emendat ukoll id-Deċiżjoni 93/195/KEE sabiex iżżid l-Anness X il-ġdid li jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa.

(6)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/86/UE emendat id-Deċiżjoni 2004/211/KE sabiex il-lista tippermetti d-dħul mill-ġdid taż-żwiemel irreġistrati għat-tlielaq, għall-kompetizzjonijiet u għall-avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja, miż-żona metropolitana ta' Mexico-City sal-15 ta' April 2014.

(7)

L-avvenimenti ekwestri tal-LG Global Champions Tour se jsiru taħt l-awspiċi tal-Fédération Equestre Internationale f'Miami, fl-Istati Uniti, mis-7 sad-9 ta' April 2016, u fiż-żona metropolitana ta' Mexico-City, il-Messiku, mill-15 sas-17 ta' April 2016.

(8)

Iż-żewġ avvenimenti msemmija tal-LG Global Champions Tour fl-Istati Uniti u fiż-żona metropolitana ta' Mexico-City se jsiru b'superviżjoni veterinarja uffiċjali. Fid-dawl tal-livell għoli ta' dik is-superviżjoni, jistgħu jiġu stipulati kundizzjonijiet speċifiċi għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid ta' dawk iż-żwiemel wara l-esportazzjoni temporanja għal perjodu ta' mhux iktar minn 30 jum biex jieħdu sehem fl-avvenimenti ekwestri tal-LG Global Champions Tour f'Miami u mbagħad f'Mexico-City.

(9)

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE għandha tiġi emendata sabiex tawtorizza d-dħul mill-ġdid fl-Unjoni sat-30 ta' April 2016 taż-żwiemel irreġistrati għat-tlielaq, għall-kompetizzjonijiet u għall-avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja bl-iskop li jieħdu sehem fl-LG Global Champions Tour f'Miami u f'Mexico-City, u sabiex tipprovdi għal mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa li jkopri dawn iż-żwiemel irreġistrati. Fl-istess waqt, id-dispożizzjonijiet skaduti tad-Deċiżjoni 93/195/KEE, kif emendata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/86/UE, għandhom jitħassru.

(10)

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(11)

Billi ż-żona metropolitana ta' Mexico-City hija reġjun ta' altitudni għolja b'riskju iktar baxx tat-trażmissjoni permezz ta' vettur tal-istomatite vexxikulari jew ċerti sottotipi ta' enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela, id-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja għal perjodu ta' inqas minn 30 ġurnata lejn iż-żona metropolitana ta' Mexico-City, reġjun fejn l-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela ilha iktar minn sentejn ma tiġi rrapportata, għandu jiġi awtorizzat. Għalhekk, l-entrata għall-Messiku fil-lista għandha tiġi emendata sabiex ikun permess id-dħul mill-ġdid fl-Unjoni taż-żwiemel irreġistrati għat-tlielaq, għall-kompetizzjonijiet u għall-avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja, miż-żona metropolitana ta' Mexico-City mit-30 ta' Marzu 2016 sat-30 ta' April 2016.

(12)

L-entrata għal dak il-pajjiż terz fil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha għalhekk tiġi emendata.

(13)

Id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, l-aħħar inċiż jinbidel b'dan li ġej:

“—

ħadu parti fl-avvenimenti ekwestri tal-LG Global Champions Tour f'Miami, l-Istati Uniti, u f'Mexico-City, il-Messiku, u jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness X ta' din id-Deċiżjoni u bil-kundizzjoni li dan id-dħul mill-ġdid ma jseħħx wara t-30 ta' April 2016.”

(2)

L-Anness X jinbidel bit-test li hemm fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta' Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/86/UE tat-13 ta' Frar 2014 li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għal tlielaq, kompetizzjonijiet u avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja lejn il-Messiku u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina huma awtorizzati (ĠU L 45, 15.2.2014, p. 24).


ANNESS I

ANNESS X

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE l-entrata għall-Messiku tinbidel b'dan li ġej:

“MX

Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

D

 

MX-1

Iż-żona Metropolitana ta' Mexico-City

D

X

Validu mit-30 ta' Marzu sat-30 ta' April 2016”