|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/1 |
Tagħrif dwar id-data tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta' Greenland, min-naħa l-oħra
Fis-27 ta' Diċembru 2015 l-Unjoni Ewropea u d-Danimarka u Greenland iffirmaw il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd.
Għaldaqstant, il-Protokoll japplika b'mod proviżorju sa mill-1 ta' Jannar 2016 skont l-Artikolu 14 tiegħu.
REGOLAMENTI
|
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2285
tat-8 ta' Diċembru 2015
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, fir-rigward ta' ċerti rekwiżiti għall-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-baħar ħajjin u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punt 13 tal-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman. Jistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' molluski bivalvi ħajjin, ta' ekinodermi ħajjin, ta' tunikati ħajjin u ta' gastropodi tal-baħar ħajjin isirulhom kontrolli uffiċjali kif deskritt fl-Anness II tiegħu. |
|
(2) |
Il-paragrafu 2 tal-Kapitolu II tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula li l-awtorità kompetenti għandha tikklassifika ż-żoni tal-produzzjoni li minnhom tawtorizza l-ġbir ta' molluski bivalvi ħajjin bħala waħda minn tliet kategoriji skont il-livell ta kontaminazzjoni fekali. |
|
(3) |
Sabiex iż-żoni tal-produzzjoni jiġu kklassifikati, l-awtorità kompetenti għandha tiddefinixxi perjodu ta' eżami għad-dejta tal-kampjuni minn kull żona ta' produzzjoni u ta' riinstallazzjoni sabiex tiġi ddeterminata l-konformità mal-istandards speċifikati f'dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Il-paragrafu 3 tal-Kapitolu II tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jiddikjara li l-awtorità kompetenti tista' tikklassifika ż-żoni bħala tal-Klassi A dawk iż-żoni li minnhom jistgħu jinġabru l-molluski bivalvi ħajjin għall-konsum dirett mill-bniedem. Il-molluski bivalvi ħajjin meħuda minn dawn iż-żoni għandhom jissodisfaw l-istandards tas-saħħa stipulati fil-Kapitolu V tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (4) jistipula l-kriterji mikrobijoloġiċi għal ċerti mikroorganiżmi u r-regoli ta' implimentazzjoni li jridu jikkonformaw magħhom l-operaturi fis-settur tal-ikel fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi ta' iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. B'mod partikolari, jistabbilixxi kriterju għas-sikurezza fl-ikel għall-Escherichia coli fil-molluski bivalvi ħajjin kif ukoll fl-ekinodermi, fit-tunikati u fil-gastropodi ħajjin. |
|
(6) |
Il-kriterju tal-Codex Alimentarius għall-E. coli għal prodotti mqiegħda fis-suq huwa differenti minn dak li hemm fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Il-kriterju tal-Codex Alimentarius huwa pjan bi tliet klassijiet (n = 5, c = 1, m = 230 u M = 700 E. coli MPN/100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari), filwaqt li l-kriterju tal-Unjoni Ewropea huwa pjan b'żewġ klassijiet (n = 1, c = 0, M = 230 E. coli MPN/100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari). Din id-diverġenza għandha implikazzjonijiet għall-kummerċ internazzjonali. Il-kriterju tal-Codex Alimentarius, ibbażat fuq standards internazzjonali, għandu jiġi rifless ukoll fir-regoli dwar il-klassifikazzjoni taż-żoni tal-produzzjoni tal-klassi A stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) No 854/2004. |
|
(7) |
Il-metodu tal-pjan bi tliet klassijiet tal-Codex Alimentarius aktarx ikun iktar effettiv fid-detezzjoni tal-lottijiet mhux konformi, partikolarment jekk il-livelli ta' kontaminazzjoni jkunu viċin il-limitu regolatorju. Il-metodu tal-Codex Alimentarius għall-ittestjar tal-prodott finali jitqies xjentifikament aktar preċiż u, bħala medja, joffri bejn wieħed u ieħor l-istess protezzjoni tas-saħħa. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 għandhom jiġu allinjati mal-Codex Alimentarius fir-rigward ta' dan il-kriterju u, għalhekk, għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Kapitolu II tal-Anness II qabel il-Parti A:
|
|
(2) |
il-paragrafu 2 tal-Parti A tal-Kapitolu II jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
il-paragrafu 3 tal-Parti A tal-Kapitolu II jinbidel b'dan li ġej:
Fi 80 % tal-kampjuni tal-molluski bivalvi ħajjin miġbura minn dawn iż-żoni fil-perjodu tar-reviżjoni m'għandux ikun hemm iktar minn 230 E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari. L-20 % tal-kampjuni li jifdal ma għandux ikun fihom aktar minn 700 E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari. Hija u tivvaluta r-riżultati għall-perjodu definit tar-reviżjoni għaż-żamma ta' żona tal-klassi A, l-awtorità kompetenti, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju li tagħmel permezz ta' investigazzjoni, tista' tiddeċiedi li ma tqisx riżultat anomalu li jisboq il-livell ta' 700 E. coli għal kull 100 g ta' laħam u likwidu intravalvulari.”. |
Artikolu 2
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, il-Kapitolu 1 huwa emendat kif ġej.
|
(1) |
fit-tabella tal-Kriterji tas-sikurezza tal-ikel, ir-ringiela 1.25 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
in-nota f'qiegħ il-paġna numru 16 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
|
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2017.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
|
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2286
tat-8 ta' Diċembru 2015
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Belokranjska pogača (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tas-Slovenja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċjalità tradizzjonali garantita “Belokranjska pogača”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 182/2010 (2). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament imsemmi. |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda fl-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Belokranjska pogača” (STG) hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 182/2010 tat-3 ta' Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Belokranjska pogača (STG)] (ĠU L 53, 4.3.2010, p. 1).
|
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2287
tat-8 ta' Diċembru 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
88,7 |
|
TR |
83,5 |
|
|
ZZ |
86,1 |
|
|
0707 00 05 |
MA |
95,7 |
|
TR |
155,6 |
|
|
ZZ |
125,7 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
63,6 |
|
TR |
138,8 |
|
|
ZZ |
101,2 |
|
|
0805 10 20 |
MA |
83,9 |
|
TR |
62,7 |
|
|
UY |
52,1 |
|
|
ZA |
55,2 |
|
|
ZZ |
63,5 |
|
|
0805 20 10 |
MA |
70,7 |
|
ZZ |
70,7 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
TR |
88,3 |
|
ZA |
96,8 |
|
|
ZZ |
92,6 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
93,1 |
|
ZZ |
93,1 |
|
|
0808 10 80 |
AU |
155,4 |
|
CL |
87,5 |
|
|
NZ |
213,1 |
|
|
US |
118,8 |
|
|
ZA |
137,7 |
|
|
ZZ |
142,5 |
|
|
0808 30 90 |
CN |
80,5 |
|
TR |
135,4 |
|
|
ZZ |
108,0 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2288
tat-30 ta' Novembru 2015
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż il-limitu massimu għall-2017, l-ammont għall-2016, l-ewwel ħlas parzjali għall-2016 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija għas-snin 2018 u 2019
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta' sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) (“il-Ftehim Intern”), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (2) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 21 sa 24 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta li tispeċifika l-limitu massimu tal-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-2017, l-ammont tal-kontribuzzjoni għall-2016, l-ammont tal-ewwel ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2016, u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-kontribuzzjonijiet għall-2018 u l-2019. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-ħlasijiet taħt l-istrumenti li huwa jiġġestixxi. |
|
(3) |
L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprovdi għal sejħiet għal kontribuzzjonijiet sabiex l-ewwel jintużaw l-ammonti stabbiliti mill-FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, għandha ssir sejħa għall-fondi taħt l-10 FEŻ. |
|
(4) |
Fl-10 ta' Novembru 2014, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tistabbilixxi li l-limitu massimu tal-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2016 jkun ta' EUR 3 350 000 000 għall-Kummissjoni, u ta' EUR 250 000 000 għall-BEI. |
|
(5) |
F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE (3), il-kwoti tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 1(2)(a) tal-Ftehimiet Interni tat-8, id-9 u l-10 FEŻ għandhom jitnaqqsu skont dik id-Deċiżjoni wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern tal-11-il FEŻ. It-tnaqqis ser ikollu impatt fuq il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-2015, l-2016 u l-2017 skont l-opzjoni għal aġġustament magħżula minn kull Stat Membru, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2017 huwa b'dan stabbilit għal EUR 3 850 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 150 000 000 għall BEI.
Artikolu 2
L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2016 huwa b'dan stabbilit għal EUR 3 600 000 000. Huwa għandu jinqasam f'EUR 3 450 000 000 għall-Kummissjoni, u f'EUR 150 000 000 għall-BEI.
Artikolu 3
Il-kontribuzzjonijiet individwali għall-FEŻ li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala l-ewwel ħlas parzjali għall-2016 huma stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Il-ħlasijiet ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma' aġġustamenti fl-ambitu tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-fondi impenjati taħt id-Deċiżjoni 2013/759/UE, konsegwentement għal pjan ta' aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni mal-adozzjoni tat-tielet ħlas parzjali għall-2015.
Artikolu 4
Il-previżjoni indikattiva għall-ammont annwali mistenni ta' kontribuzzjonijiet għall-2018 b'dan hija stabbilita għal EUR 4 150 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 250 000 000 għall-BEI, u dik għall-2019 hija stabbilita għal EUR 4 150 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 300 000 000 għall-BEI.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
É. SCHNEIDER
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 48).
ANNESS
|
STATI MEMBRI |
Sehem taħt l-10 FEŻ % |
L-ewwel ħlas parzjali tal-2016 |
||
|
imħallas lill-BEI taħt l-10 FEŻ |
imħallas lill-Kummissjoni taħt l-10 FEŻ |
Total |
||
|
AWSTRIJA |
2,41 |
0,00 |
42 175 000,00 |
42 175 000,00 |
|
BELĠJU |
3,53 |
0,00 |
61 775 000,00 |
61 775 000,00 |
|
BULGARIJA |
0,14 |
0,00 |
2 450 000,00 |
2 450 000,00 |
|
ĊIPRU |
0,09 |
0,00 |
1 575 000,00 |
1 575 000,00 |
|
REPUBBLIKA ĊEKA |
0,51 |
0,00 |
8 925 000,00 |
8 925 000,00 |
|
DANIMARKA |
2,00 |
0,00 |
35 000 000,00 |
35 000 000,00 |
|
ESTONJA |
0,05 |
0,00 |
875 000,00 |
875 000,00 |
|
FINLANDJA |
1,47 |
0,00 |
25 725 000,00 |
25 725 000,00 |
|
FRANZA |
19,55 |
0,00 |
342 125 000,00 |
342 125 000,00 |
|
ĠERMANJA |
20,50 |
0,00 |
358 750 000,00 |
358 750 000,00 |
|
GREĊJA |
1,47 |
0,00 |
25 725 000,00 |
25 725 000,00 |
|
UNGERIJA |
0,55 |
0,00 |
9 625 000,00 |
9 625 000,00 |
|
IRLANDA |
0,91 |
0,00 |
15 925 000,00 |
15 925 000,00 |
|
ITALJA |
12,86 |
0,00 |
225 050 000,00 |
225 050 000,00 |
|
LATVJA |
0,07 |
0,00 |
1 225 000,00 |
1 225 000,00 |
|
LITWANJA |
0,12 |
0,00 |
2 100 000,00 |
2 100 000,00 |
|
LUSSEMBURGU |
0,27 |
0,00 |
4 725 000,00 |
4 725 000,00 |
|
MALTA |
0,03 |
0,00 |
525 000,00 |
525 000,00 |
|
NETHERLANDS |
4,85 |
0,00 |
84 875 000,00 |
84 875 000,00 |
|
POLONJA |
1,30 |
0,00 |
22 750 000,00 |
22 750 000,00 |
|
PORTUGALL |
1,15 |
0,00 |
20 125 000,00 |
20 125 000,00 |
|
RUMANIJA |
0,37 |
0,00 |
6 475 000,00 |
6 475 000,00 |
|
SLOVAKKJA |
0,21 |
0,00 |
3 675 000,00 |
3 675 000,00 |
|
SLOVENJA |
0,18 |
0,00 |
3 150 000,00 |
3 150 000,00 |
|
SPANJA |
7,85 |
0,00 |
137 375 000,00 |
137 375 000,00 |
|
ŻVEZJA |
2,74 |
0,00 |
47 950 000,00 |
47 950 000,00 |
|
RENJU UNIT |
14,82 |
0,00 |
259 350 000,00 |
259 350 000,00 |
|
TOTAL UE-27 |
100,00 |
0,00 |
1 750 000 000,00 |
1 750 000 000,00 |
|
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2289
tat-3 ta' Diċembru 2015
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari il-punt (a) tal-Artikolu 77(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea (1) (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2014. |
|
(2) |
L-Artikolu 10 tal-Ftehim jipprevedi li l-Partijiet għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt. Jipprevedi wkoll li dak il-Kumitat Konġunt, b'mod partikolari, għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' viżi għal tranżitu jew żjarat intenzjonati fit-territorju tal-Istati Membri ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum. |
|
(4) |
Jeħtieġ li jkun hemm linji gwida komuni sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni għalkollox armonizzata tal-Ftehim mill-konsulati tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Istati Membri, u biex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Partijiet għall-Ftehim li jibqgħu japplikaw għal kwistjonijiet relatati ma' viżi mhux koperti mill-Ftehim. |
|
(5) |
Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittiieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt, rigward l-adozzjoni tal-linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim. |
|
(6) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(7) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhumiex marbutin biha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. BRAZ
(1) ĠU L 282, 24.10.2013, p. 3.
(2) Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE DWAR L-IFFAĊILITAR TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI GĦAL ŻJARAT QOSRA GĦAL ĊITTADINI TAR-REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE U TAL-UNJONI EWROPEA
ta' …
fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,
Billi l-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2014,
ADOTTA DIN ID-DEĊI ŻJONI
Artikolu 1
Linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea huma adottati kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għall-Unjoni Ewropea
Għar-Repubblika ta' Cape Verde
ANNESS
LINJI GWIDA KOMUNI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE DWAR L-IFFAĊILITAR TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI GĦAL ŻJARAT QOSRA GĦAL ĊITTADINI TAR-REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE U TAL-UNJONI EWROPEA
L-għan tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2014, hu li jiffaċilita, abbażi tar-reċiproċità, il-proċeduri għall-ħruġ ta' viżi għal żjarat intenzjonati ta' mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum għaċ-ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde (“Cape Verde”) u tal-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”).
Il-Ftehim jistabbilixxi drittijiet u obbligi legalment vinkolanti reċiproċi bil-għan li jissimplifika l-proċeduri għall-ħruġ ta' viżi għaċ-ċittadini ta' Cape Verde u tal-Unjoni.
Dawn il-Linji Gwida, adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim (“Kumitat Konġunt”), għandhom l-għan li jiżguraw implimentazzjoni korretta u armonizzata tal-Ftehim mill-missjonijiet diplomatiċi u l-postazzjonijiet konsulari ta' Cape Verde u tal-Istati Membri. Dawn il-Linji Gwida mhumiex parti mill-Ftehim u għalhekk mhumiex legalment vinkolanti. Madankollu, huwa rrakkomandat ħafna li l-persunal diplomatiku u konsulari jsegwihom b'mod konsistenti meta jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim.
Dawn il-Linji Gwida huma meqjusa bħala dokument ħaj, li jista' jiġi aġġornat jekk jinħass il-bżonn fid-dawl tal-esperjenzi misksuba fl-implimentazzjoni tal-Ftehim.
I. KWISTJONIJIET ĠENERALI
1.1. Għan u kamp ta' applikazzjoni
L-Artikolu 1 tal-Ftehim jaqra:
“L-għan ta' dan il-Ftehim hu sabiex jiffaċilita, fuq il-bażi ta' reċiproċità, il-ħruġ ta' viżi għal ċittadini tal-Kap Verde u tal-Unjoni għal żjarat intiżi għal mhux aktar minn 90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum.”
Il-Ftehim japplika għaċ-ċittadini kollha ta' Cape Verde u tal-Unjoni li japplikaw għal viża għal żjara qasira, irrispettivament mill-pajjiż ta' residenza tagħhom.
Il-Ftehim ma japplikax għal persuni apolidi li jkollhom permess ta' residenza maħruġ minn Cape Verde jew mill-Istati Membri. Ir-regoli tal-acquis tal-Unjoni dwar il-viżi japplikaw għal dik il-kategorija ta' persuni.
1.2. Kamp ta' Applikazzjoni tal-Ftehim
L-Artikolu 2 tal-Ftehim jaqra:
“1. Il-miżuri biex jiġi ffaċilitat il-ħruġ ta' viżi stabbiliti f'dan il-Ftehim għandu japplika għal ċittadini tal-Kap Verde u tal-Unjoni biss safejn dawn mhumiex eżenti mill-ħtieġa ta' viża skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha jew tal-Kap Verde, jew taħt dan il-ftehim jew ftehimiet oħrajn internazzjonali.
2. Il-liġi nazzjonali tal-Kap Verde jew tal-Istati Membri jew il-liġi tal-Unjoni għandhom japplikaw fi kwistjonijiet li mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, bħaċ-ċaħda milli tinħareġ viża, ir-rikonoxximent ta' dokumenti ta' vvjaġġar, evidenza ta' mezzi ta' għajxien suffiċjenti u ċ-ċaħda tad-dħul u miżuri ta' espulsjoni.”.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tal-Ftehim, il-Ftehim ma jaffettwax ir-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali eżistenti dwar l-obbligi tal-viża u l-eżenzjonijiet mill-viża. Pereżempju, l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (1) jippermetti lill-Istati Membri jeżentaw mill-ħtieġa ta' viża, fost kategoriji oħra ta' persuni, lil ekwipaġġi ċivili tal-ajru u tat-tbaħħir.
Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (“il-Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi”) japplika għall-kwistjonijiet kollha mhux koperti mill-Ftehim, bħalma huma d-determinazzjoni tal-Istat ta' Schengen responsabbli għall-ipproċessar ta' applikazzjoni għal viża, il-motivazzjoni ta' rifjut li tinħareġ viża u d-dritt ta' appell kontra deċiżjoni negattiva. Barra minn hekk, ir-regoli ta' Schengen u l-liġi nazzjonali jkomplu japplikaw għal kwistjonijiet mhux koperti mill-Ftehim, bħar-rikonoxximent ta' dokumenti ta' vjaġġar, il-prova ta' evidenza dokumentata dwar l-għan tal-vjaġġ u mezzi suffiċjenti ta' sussistenza, iż-żmien ta' pproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża, ir-rifjut ta' dħul fit-territorju tal-Istati Membri, u miżuri ta' tkeċċija.
Anki jekk il-kundizzjonijiet previsti fil-Ftehim ikunu ssodisfati, il-ħruġ tal-viża xorta jista' jiġi rifjutat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen”) ma jiġux issodisfati, jiġifieri l-persuna ma tkunx fil-pussess ta' dokument validu tal-ivvjaġġar, jekk tkun inħarġet twissija fis-Sistema ta' Informazzjoni tax-Schengen, jekk il-persuna titqies bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, eċċ.
Flessibbiltajiet oħra għall-ħruġ ta' viżi permessi mill-Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi jibqgħu japplikaw. Pereżempju, viżi għal dħul multiplu għal perjodu ta' validità twil — sa ħames snin — jistgħu jinħarġu lil kategoriji ta' persuni apparti dawk imsemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim, jekk il-kundizzjonijiet previsti fil-Kodiċi dwar il-Viżi (l-Artikolu 24) jiġu ssodifati. Bl-istess mod, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Kodiċi dwar il-viżi li jippermettu eżenzjoni jew tnaqqis tat-tariffa tal-viża jkomplu japplikaw (l-Artikolu 16(5) u (6) tal-Kodiċi dwar il-viżi). Il-liġi nazzjonali ta' Cape Verde tkompli tapplika għall-kwistjonijiet relatati mal-ħruġ ta' viżi liċ-ċittadini tal-Unjoni minn Cape Verde u mhux koperti mill-Ftehim, bħal dawk imsemmija fit-tliet paragrafi preċedenti.
1.3. Tipi ta' viżi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim.
Il-punt (d) tal-Artikolu 3 tal-Ftehim jiddefinixxi “viża” bħala “awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda minn Stat Membru jew mill-Kap Verde li hija meħtieġa bl-għan ta' dħul, għal għanijiet ta' transitu jew għal żjara intiża għal mhux aktar minn 90 jum b'kollox, fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew ta' diversi Stati Membri jew fit-territorju tal-Kap Verde;”.
Il-faċilitazzjonijiet previsti mill-Ftehim japplikaw kemm għal viżi uniformi validi għat-territorju kollu tal-Istati Membri kif ukoll għal viżi b'validità territorjali limitata. Dawn japplikaw ukoll għal viżi għal żjarat qosra u ta' transitu maħruġa minn Cape Verde għaċ-ċittadini tal-Unjoni.
1.4. Kalkolu tat-tul ta' żjara awtorizzata b'viża
F'konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen il-kunċett ta' “żjarat qosra” tfisser: “90 jum f'kull perijodu ta' 180 jum, li jinkludi li jitqies il-perjodu ta' 180 jum li jippreċedi kull jum ta' soġġorn”.
Il-jum tad-dħul jiġi kkalkulat bħala l-ewwel jum taż-żjara fit-territorju tal-Istati Membri u l-jum tal-ħruġ jiġi kkalkulat bħala l-aħħar jum taż-żjara fit-territorju tal-Istati Membri. Il-kunċett ta' “kull” jimplika l-applikazzjoni ta' perjodu ta' referenza “mobbli” ta' 180 jum, b'mod li wieħed iħares lura, lejn kull ġurnata tal-aħħar perjodu ta' 180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżit tad-90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum għadux jiġi ssodisfat. Dak ifisser li nuqqas mit-territorju tal-Istati Membri għal perjodu mhux interrott ta' 90 jum jippermetti żjara ġdida ta' mhux aktar minn 90 jum.
Kalkolatur ta' żjarat qosra, li jista' jintuża biex jiġi kkalkolat il-perjodu taż-żjara permissibbli skont ir-regoli l-ġodda jinsab onlajn fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/borders-and-visas/border-crossing/index_en.htm.
Dan li ġej hu eżempju tal-kalkolu taż-żjara fuq il-bażi tad-definizzjoni l-ġdida:
Persuna li jkollha viża għal dħul multiplu valida għal (1) sena (18.4.2014–18.4.2015) tidħol għall-ewwel darba fid-19.4.2014 u toqgħod hemm għal tlett (3) ijiem. Imbagħad l-istess persuna tidħol mill-ġdid fit-18.6.2014 u toqgħod hemm għal 86 jum. F'dan il-każ, is-sitwazzjoni f'dati speċifiċi tkun kif ġej:
|
— |
fil-11.9.2014: tul l-aħħar 180 jum (16.3.2014–11.9.2014) il-persuna kienet qagħdet hemm għal tlett ijiem (19.4.2014–21.4.2014) flimkien ma' 86 jum (18.6.2014–11.9.2014) = 89 jum = mhux każ ta' permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta. Il-persuna tista' tibqa' għal massimu ta' ġurnata (1) oħra; |
|
— |
mis-16.10.2014: il-persuna tista' tidħol għal żjara ta' tlett ijiem addizzjonali (fis-16.10.2014, iż-żjara fid-19.4.2014 issir irrilevanti (barra mill-perjodu ta' 180 jum); fis-17.10.2014 iż-żjara fl-20.4.2014 issir irrilevanti (barra mill-perjodu ta' 180 jum; eċċ.)); |
|
— |
mill-15.12.2014: il-persuna tista' tidħol għal żjara ta' 86 jum addizzjonali (fil-15.12.2014 iż-żjara fit-18.6.2014 issir irrilevanti (barra mill-perjodu ta' 180 jum); fis-16.12.2014 iż-żjara fid-19.6.2014 issir irrilevanti, eċċ.). |
1.5. Sitwazzjoni rigward l-Istati Membri li għadhom ma japplikawx għalkollox l-acquis ta' Schengen, l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-politika komuni tal-UE dwar il-viżi u pajjiżi assoċjati
L-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004 (Ċipru, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u s-Slovenja), fl-2007 (il-Bulgarija u r-Rumanija) u fl-2013 (il-Kroazja) huma marbuta b'dan il-Ftehim mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Il-Bulgarija, Ċipru, il-Kroazja u r-Rumanija, għadhom mhux qed jimplimentaw għalkollox l-acquis ta' Schengen. Dawn se jkomplu joħorġu viżi nazzjonali b'validità limitata għat-territorju nazzjonali tagħhom stess. Ladarba dawn l-Istati Membri jimplimentaw għalkollox l-acquis ta' Schengen, dawn se jkomplu japplikaw il-Ftehim.
Il-liġi nazzjonali tibqa' tapplika għall-kwistjonijiet kollha mhux koperti mill-Ftehim sad-data tal-implimentazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen minn dawk l-Istati Membri. Minn dik id-data, ir-regoli ta' Schengen u/jew il-liġi nazzjonali japplikaw għal kwistjonijiet mhux koperti mill-Ftehim.
Il-Bulgarija, Ċipru, il-Kroazja u r-Rumanija huma awtorizzati li jirrikonoxxu l-permessi ta' residenza, il-viżi D u l-viżi għal żjarat qosra maħruġa mill-Istati Membri ta' Schengen u l-pajjiżi assoċjati għal żjarat qosra fit-territorju tagħhom.
F'konformità mal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen (4), l-Istati kollha ta' Schengen huma obbligati li jirrikonoxxu l-viżi għal żjarat twal u l-permessi ta' residenza maħruġa minn xulxin bħala validi għal żjarat qosra fit-territorji ta' xulxin. L-Istati Membri ta' Schengen jaċċettaw il-permessi ta' residenza, il-viżi D u l-viżi għal żjarat qosra ta' pajjiżi assoċjati għal dħul u żjarat qosra u viċi versa.
Il-Ftehim ma japplikax għar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka iżda jinkludi dikjarazzjonijiet konġunti dwar ix-xewqa li jiġu konklużi ftehimiet bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-viża bejn Cape Verde u dawk l-Istati Membri.
Għalkemm assoċjati ma' Schengen, l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein mhumiex marbuta bil-Ftehim. Madankollu, il-Ftehim fih dikjarazzjoni konġunta dwar ix-xewqa li jiġu konklużi ftehimiet bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-viża bejn Cape Verde u dawk il-pajjiżi ta' Schengen mingħajr dewmien.
1.6. Il-Ftehim u ftehimiet bilaterali oħra
L-Artikolu 11 tal-Ftehim jaqra:
“Sa mid-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim għandu jieħu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe ftehimiet bilaterali jew multilaterali mwettqa bejn l-Istati Membri u l-Kap Verde, safejn id-dispożizzjonijiet ta' dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkopru kwistjonijiet li huma indirizzati mill-Ftehim preżenti.”
Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali fis-seħħ bejn l-Istati Membri u Cape Verde dwar kwistjonijiet koperti mill-ftehim ma jibqgħux japplikaw. F'konformità mal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeliminaw l-inkompatibilitajiet bejn il-ftehimiet bilaterali tagħhom u l-Ftehim.
F'każ li Stat Membru jkun ikkonkluda ftehim bilaterali jew arranġament ma' Cape Verde dwar kwistjonijiet mhux koperti mill-Ftehim, dik l-eżenzjoni tibqa' tapplika wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.
II. DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI
2.1. Regoli li japplikaw għall-applikanti kollha għall-viżi
Huwa mfakkar li l-faċilitazzjonijiet imsemmija hawn taħt dwar it-tluq f'każ ta' dokumenti mitlufa jew misruqa u l-estensjoni tal-viża f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni japplikaw għad-detenturi kollha tal-viża ta' Cape Verde u l-Istati Membri.
2.1.1. Estensjoni tal-viża f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni
L-Artikolu 7 tal-Ftehim jaqra:
“Iċ-ċittadini tal-Kap Verde u tal-Unjoni li m'għandhomx il-possibblità li jħallu t-territorju tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde sad-data stabbilita fil-viżi tagħhom minħabba raġunijiet ta' force majeure għandhom ikollhom it-terminu tal-viżi tagħhom estiż mingħajr ħlas skont il-leġiżlazzjoni applikata mill-Istat li qed jilqa' għall-perjodu meħtieġ għar-ritorn tagħhom lejn l-Istat ta' residenza tagħhom.”
Rigward il-possibbiltà tal-estensjoni tal-validità tal-viża f'każijiet ta' force majeure,- (pereżempju, soġġorn fi sptar minħabba inċident) fejn id-detentur tal-viża ma jkollux il-possibbiltà li jitlaq mit-territorju tal-Istat Membru sad-data indikata fuq l-istiker tal-viża, japplika l-Artikolu 33(1) tal-Kodiċi Komunali dwar il-Viżi, sakemm dan ikun kompatibbli mal-Ftehim (pereżempju, il-viża estiża tibqa' viża uniformi, li tintitola d-dħul fit-territorju tal-Istati Membri kollha ta' Schengen li għalihom il-viża kienet valida fil-ħin tal-ħruġ tagħha). F'konformità mal-Ftehim, l-estensjoni tal-viża f'każijiet ta' force majeure issir b'xejn.
2.2. Regoli li japplikaw għal ċerti kategoriji ta' applikanti għall-viża
2.2.1. Ħruġ ta' viżi għal dħul multiplu
F'każijiet fejn l-applikant tal-viża jeħtieġ li jivvjaġġa sikwit jew regolarment fit-territorju ta' Cape Verde jew tal-Istati Membri, jistgħu jinħarġu viżi għal żjarat qosra għal diversi żjarat, sakemm it-tul totali ta' dawn iż-żjarat ma jaqbiżx id-90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum.
L-Artikolu 4(1) tal-Ftehim jaqra:
“1. Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet [postazzjonijiet] konsulari tal-Istati Membri u tal-Kap Verde għandhom joħorġu viżi ta' diversi dħul b'terminu ta' validità ta' ħames snin għal dawn il-kategoriji ta' ċittadini:
|
(a) |
il-membri ta' Gvernijiet u Parlamenti nazzjonali u reġjonali u lill-membri tal-Qrati Kostituzzjonali u Qrati Supremi u tal-Qorti tal-Awdituri, jekk ma jkunux eżentati mill-ħtieġa tal-viża bil-Ftehim preżenti, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom; |
|
(b) |
il-membri permanenti ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Kap Verde, lill-Istati Membri jew lill-Unjoni, jieħdu sehem f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll bħal f'avvenimenti fit-territorju tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde organizzati fuq l-inizjattiva ta' organizzazzjonijiet intergovernattivi; |
|
(c) |
nies fin-negozju u rappreżentanti ta' imprizi li jivvjaġġaw regolarment lejn l-Istati Membri jew il-Kap Verde; |
|
(d) |
konjugi, tfal (inklużi tfal adottati), li jkunu taħt l-età ta' 21 jew ikunu dipendenti, u qraba li jżuru rispettivament:
|
Madankollu, jekk il-bżonn jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolari huwa limitat b'mod ċar ma' limitu iqsar ta' soġġorn, il-validità tal-viża ta' dħul aktar minn darba għandu jkun limitat għal din il-waqfa, b'mod partikolari fejn
|
— |
it-terminu tal-kariga, fil-każ ta' dawk koperti mill-punt (a) hawn fuq, |
|
— |
it-tul ta' żmien tal-kariga ta' membru permanenti ta' delegazzjoni uffiċjali, fil-każ ta' dawk koperti b'punt (b) hawn fuq, |
|
— |
it-tul ta' żmien fil-pożizzjonijiet bħala nies fin-negozju u rappreżentanti tal-kumpaniji, fil-każ ta' dawk koperti mill-punt (c) hawn fuq, jew |
|
— |
il-permess ta' residenza maħruġ liċ-ċittadini tal-Kap Verde li jirrisjedu fit-territorju ta' Stat Membru u liċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu fil-Kap Verde, fil-każ ta' dawk koperti b'punt (d) hawn fuq, |
ikun inqas minn ħames snin.”.
Filwaqt li jitqies l-istatus professjonali ta' dawk il-kategoriji ta' persuni, jew ir-relazzjoni familjari tagħhom ma' ċittadin ta' Cape Verde jew tal-Unjoni li jkun jirrisjedi legalment fit-territorju ta' Cape Verde jew tal-Istat Membru, kif ukoll fir-rigward tal-qraba ta' ċittadini tal-Unjoni residenti fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom, jew il-qraba ta' ċittadini ta' Cape Verde residenti f'Cape Verde, huwa ġustifikat li dawn jingħataw viża għal dħul multiplu b'validità ta' ħames snin, jew limitata għat-terminu tal-kariga jew residenza legali tagħhom jekk dan ikun ta' inqas minn ħames snin.
Fir-rigward ta' persuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(1)(a), trid tingħata konferma rigward l-istatus professjonali tagħhom u t-tul tal-mandat tagħhom.
Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal persuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(1)(a) jekk dawn ikunu eżentati mill-ħtieġa ta' viża bil-Ftehim, jiġifieri jekk ikollhom passaport diplomatiku jew tas-servizz.
Persuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(1)(b) iridu jippreżentaw prova rigward l-istatus permanenti tagħhom bħala membri tad-delegazzjoni u tal-ħtieġa li jipparteċipaw b'mod regolari f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju.
Persuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(1)(c) iridu jippreżentaw prova rigward l-istatus professjonali tagħhom u t-tul tal-attivitajiet tagħhom.
Persuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(1)(d) iridu jippreżentaw prova fir-rigward tar-residenza legali tal-persuna li toħroġ l-istedina.
F'każijiet fejn il-bżonn jew l-intenzjoni ta' vjaġġar ta' sikwit jew regolari jkun limitat b'mod ċar ma' perjodu iqsar, il-validità tal-viża ta' dħul multiplu tkun limitata għal dak il-perjodu.
L-Artikolu 4(2) tal-Ftehim jaqra:
“2. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postazzjonijiet konsulari tal-Istati Membri u tal-Kap Verde għandhom joħorġu viżi ta' dħul aktar minn darba b'perjodu ta' validità ta' sena għal dawn il-kategoriji ta' ċittadini, jekk kemm-il darba matul is-sena ta' qabel ikunu kisbu mill-inqas viża waħda, u jkunu użawha skont il-liġijiet ta' dħul u residenza fit-territorju tal-Istat li żaru:
|
(a) |
rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jivvjaġġaw regolarment fl-Istati Membri jew fil-Kap Verde għal raġunijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju; |
|
(b) |
membri tal-professjonijiet liberali li jieħdu sehem f'wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili li jivvjaġġaw b'mod regolari lejn l-Istati Membri jew Kap Verde; |
|
(c) |
persuni li jieħdu sehem f'attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi tal-università u programmi oħrajn ta' skambju, li jivvjaġġaw b'mod regolari lejn l-Istati Membri jew Kap Verde; |
|
(d) |
parteċipanti f'avvenimenti sportivi internazzjonali u persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali; |
|
(e) |
ġurnalisti u persuni akkreditati li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali; |
|
(f) |
tfal tal-iskola, studenti, studenti gradwati u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola; |
|
(g) |
rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet reliġjużi rikonoxxuti fil-Kap Verde jew fl-Istati Membri li jivvjaġġaw regolarment fl-Istati Membri jew fil-Kap Verde rispettivament; |
|
(h) |
persuni li jagħmlu żjajjar regolari minħabba raġunijiet mediċi; |
|
(i) |
parteċipanti fi programmi uffiċjali ta' skambju organizzati minn bliet ġemellati jew awtoritajiet muniċipali; |
|
(j) |
membri permanenti ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Kap Verde, l-Istati Membri jew l-Unjoni, jieħdu sehem regolarment f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll bħal f'avvenimenti fit-territorju tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde organizzati fuq l-inizjattiva ta' organizzazzjonijiet intergovernattivi. |
Madankollu, jekk il-bżonn jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolari huwa limitat b'mod ċar għal limitu iqsar ta' soġġorn, il-validità ta' viża għandu jkun limitat għal din il-waqfa.”.
Fil-prinċipju, viżi għal dħul multiplu validi għal sena jinħarġu lill-kategoriji ta' applikanti għall-viża msemmija hawn fuq jekk matul is-sena ta' qabel (12-il xahar) l-applikant għall-viża jkun kiseb tal-anqas viża waħda u jkun għamel użu minnha skont il-liġijiet dwar id-dħul u ż-żjarat tal-Istat(i) fejn tkun saret iż-żjara (pereżempju, il-persuna ma tkunx baqgħet aktar milli kien imissha) u hekk ikun hemm raġunijiet biex tintalab viża għal dħul multiplu.
F'każijiet fejn ma jkunx ġustifikat li tinħareġ viża valida għal sena, (pereżempju, jekk it-tul tal-programm ta' skambju jkun ta' inqas minn sena jew il-persuna ma jkollhiex bżonn li tivvjaġġa għal sena sħiħa) il-validità tal-viża tkun ta' anqas minn sena, sakemm ir-rekwiżiti l-oħra għall-ħruġ tal-viża jkunu ssodisfati.
L-Artikolu 4(3) u (4) tal-Ftehim jaqra:
“3. Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet [postazzjonijiet] konsulari tal-Istati Membri u tal-Kap Verde għandhom joħorġu viżi għal dħul aktar minn darba bit-terminu ta' validità ta' minimu ta' sentejn u massimu ta' ħames snin għall-kategoriji ta' ċittadini msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jekk kemm-il darba fis-sentejn ta' qabel ikunu użaw tajjeb il-viża ta' dħul aktar minn darba b'perjodu ta' validità ta' sena, skont il-liġijiet dwar id-dħul u r-residenza fit-territorju tal-Istat ospitanti.
Madankollu, jekk il-bżonn jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolari huwa limitat b'mod ċar ma' limitu iqsar ta' soġġorn, il-validità ta' viża għandha tkun limitata għal din il-waqfa.
4. Il-perjodu totali ta' residenza ta' persuni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu m'għandux jaqbeż id-90 jum għal kull perjodu ta' 180 fit-territorju tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde.”.
Viżi għal dħul multiplu b'validità minn sentejn sa ħames snin jinħarġu għall-kategoriji ta' applikanti għall-viża msemmija taħt l-Artikolu 4(2), bil-kundizzjoni li matul is-sentejn ta' qabel (24 xahar) ikunu użaw il-viżi għal dħul multiplu validi għal mil-lanqas sena skont il-liġijiet dwar id-dħul u ż-żjarat fit-territorju/i tal-Istat(i) li tkun saret żjara fihom u li l-ħtiġijiet għat-talba ta' viża għal dħul multiplu jkunu għadhom validi. Għandu jiġi nnutat li viża għal dħul multiplu b'validità minn sentejn sa ħames snin tinħareġ biss jekk l-applikant għall-viża jkun ingħata, matul is-sentejn preċedenti, żewġ viżi validi għal mil-lanqas sena, u jekk dik il-persuna tkun użat dawk il-viżi skont il-liġijiet tad-dħul u soġġorn Istat(i) li tkun saret żjara fihom. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postazzjonijiet konsulari għandhom jiddeċiedu, abbażi tal-valutazzjoni ta' kull applikazzjoni għall-viża, il-perjodu ta' validità ta' dawk il-viżi (minn sentejn sa ħames snin).
Ma hemm l-ebda obbligu li tinħareġ viża għal dħul multiplu jekk l-applikant ma jkunx għamel użu minn viża preċedenti.
2.2.2. Tariffa tal-ipproċessar tal-viża
L-Artikolu 5(1) tal-Ftehim jaqra:
“1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jew il-Kap Verde m'għandhomx jiġbru l-miżati tal-viżi minn dawn il-kategoriji ta' persuni:
|
(a) |
Membri permanenti ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Kap Verde, l-Istati Membri jew l-Unjoni, jieħdu sehem f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi uffiċjali ta' skambju, kif ukoll bħal f'avvenimenti organizzati fuq l-inizjattiva ta' organizzazzjonijiet intergovernattivi fit-territorju tal-Istati Membri jew il-Kap Verde; |
|
(b) |
tfal taħt l-età ta' 12-il sena; (*1) |
|
(c) |
it-tfal tal-iskola, l-istudenti, l-istudenti fil-livell postuniversitarju u l-għalliema li jakkumpanjawhom li jagħmlu soġġorni għall-fini ta' studju jew ta' taħriġ edukattiv; |
|
(d) |
ir-riċerkaturi li jivjaġġaw għal raġunijiet ta' riċerka xjentifika; |
|
(e) |
il-parteċipanti li m'għandhomx aktar minn 25 sena li jipparteċipaw f'seminars, konferenzi, avvenimenti sportivi, kulturali u edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ.”. |
Tingħata eżenzjoni sħiħa mill-ħlas fil-każ tal-kategoriji ta' persuni msemmija hawn fuq.
L-Artikolu 16(6) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(7) tal-Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi jaqra:
“6. F'każijiet individwali, l-ammont tat-tariffa tal-viża li għandha tiġi imposta tista' tiġi rinunzjata jew imnaqqsa meta din il-miżura sservi biex tippromwovi interessi kulturali jew sportivi kif ukoll interessi fil-qasam tal-politika estera, il-politika tal-iżvilupp u oqsma oħrajn ta' interess pubbliku vitali jew għal raġunijiet umanitarji.
7. It-tariffa tal-viża għandha tiġi imposta f'euro, fil-munita nazzjonali tal-pajjiż terz jew fil-munita li hi normalment użata fil-pajjiż terz fejn qiegħda tiġi ppreżentata l-applikazzjoni u għandha tkun mingħajr il-possibbiltà ta' rifużjoni minbarra fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 18(2) u 19(3) (jiġifieri każijiet ta' applikazzjoni inammissibbli jew każijiet fejn il-konsulat mhuwiex kompetenti).” (jiġifieri fil-każ ta' applikazzjoni inammissibbli jew każijiet fejn il-konsulat ma jkunx kompetenti).
L-applikanti għal viża minn Cape Verde, skont l-Artikolu 16(8) tal-Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi, u ċ-ċittadini tal-Unjoni, skont Décret-Loi 27/2007 ta' Cape Verde “jingħataw riċevuta għat-tariffa tal-viża mħallsa”.
L-Artikolu 5(2) tal-Ftehim jaqra:
“2. Fejn l-Istati Membri jew il-Kap Verde jikkooperaw ma' fornitur estern tas-servizzi, l-ispejjeż tas-servizz jistgħu jiġu miġbura. Il-ħlas għas-servizz għandu jkun proporzjonat mal-ispejjeż li jeħel il-fornitur estern ta' servizz meta jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu u m'għandux jaqbeż it-EUR 30. Il-Kap Verde, l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament fil-konsulati tagħhom.”
Il-kategoriji ta' persuni eżentati mit-tariffa tal-viża huma suġġetti għal tariffa tas-servizz f'każ li Stat Membru jikkoopera ma' fornitur tas-servizzi estern.
Attwalment l-ebda Stat Membru ma għandu arranġamenti ta' esternalizzazzjoni ma' fornituri tas-servizzi esterni f'Cape Verde.
2.2.3. Detenturi ta' passaporti diplomatiċi u tas-servizz
L-Artikolu 8 tal-Ftehim jaqra:
“1. Ċittadini tal-Kap Verde jew tal-Istati Membri, titulari ta' passaporti diplomatiċi validi jistgħu jidħlu, iħallu jew jiċċaqilqu fit-territorji tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde mingħajr viżi.
2. Iċ-ċittadini msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu joqogħdu fit-territorji tal-Istati Membri jew tal-Kap Verde għal perjodu li ma jaqbiżx id-90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum.”
Il-proċeduri rigward il-postazzjoni ta' diplomatiċi fl-Istati Membri mhumiex regolati bil-Ftehim. Tapplika l-proċedura ta' akkreditazzjoni tas-soltu.
F'Dikjarazzjoni Konġunta mehmuża mal-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li kull waħda minnhom tista' tinvoka sospensjoni parzjali tal-Ftehim, partikolarment l-Artikolu 8 tiegħu, jekk l-implimentazzjoni tiegħu twassal għal abbuż mill-Parti l-oħra jew għal theddida għas-sigurtà pubblika. Is-sospensjoni parzjali tal-Ftehim trid tiġi mwettqa skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 12(5) tiegħu.
Jekk l-implimentazzjoni tal-Artikolu 8 tiġi sospiża, iż-żewġ Partijiet jibdew konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kumitat Konġunt bil-ħsieb li jsolvu l-problemi li wasslu għas-sospensjoni.
Bħala prijorità, iż-żewġ Partijiet qablu li jimpenjaw ruħhom sabiex jiżguraw livell għoli ta' sigurtà għal passaporti diplomatiċi u tas-servizz, partikolarment billi jintegraw identifikaturi bijometriċi. Għall-Unjoni, dan ikun żgurat b'konformità mal-ħtiġijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 (5).
III. KOOPERAZZJONI DWAR IS-SIGURTÀ TAD-DOKUMENTI
F'Dikjarazzjoni Konġunta annessa mal-Ftehim, il-Partijiet qablu li l-Kumitat Konġunt għandu jevalwa l-impatt tal-livell ta' sigurtà tad-dokumenti rispettivi tal-ivvjaġġar fuq il-funzjonament tal-Ftehim. Għal dan il-għan, il-Partijiet impenjaw ruħhom biex jinformaw lil xulxin b'mod regolari dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiġi evitat it-tifrix ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, billi jiġu żviluppati l-aspetti tekniċi tas-sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u b'rabta mal-proċess tal-personalizzazzjoni tal-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.
IV. STATISTIKA
Sabiex il-Kumitat Konġunt jissorvelja b'mod effettiv l-implimentazzjoni tal-Ftehim, il-missjonijiet diplomatiċi u l-postazzjonijiet konsulari tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Istati Membri jridu jippreżentaw statistika lill-Kummissjoni, kull sitt xhur rigward, b'mod partikolari, u fejn possibbli, u speċifikati skont ix-xahar:
|
— |
l-għadd ta' viżi għal dħul multiplu maħruġa; |
|
— |
it-tul tal-validità tal-viżi għal dħul multiplu maħruġa; |
|
— |
l-għadd ta' viżi maħruġa mingħajr tariffi għall-kategoriji differenti ta' persuni koperti mill-Ftehim. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).
(2) Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) ( ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
(3) Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).
(4) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.
N.B. Sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni tat-tariffa għal din il-kategorija ta' persuni, l-applikanti tal-viża għandhom jippreżentaw evidenza li turi l-età tagħhom.
(5) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri ( ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1).
|
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/22 |
DEĊIŻJONI TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2290
tal-12 ta' Ġunju 2015
dwar l-ekwivalenza provviżorja tar-reġimi tas-solvenza fis-seħħ fl-Awstralja, Bermuda, il-Brażil, il-Kanada, il-Messiku, u l-Istati Uniti u applikabbli għal impriżi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni b'uffiċċji prinċipali f'dawk il-pajjiżi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 227(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2009/138/KE tistabbilixxi reġim prudenzjali u superviżorju bbażat fuq ir-riskju mmodernizzat għall-impriżi ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni fl-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2009/138/KE għall-assiguraturi u r-riassiguraturi fl-Unjoni ser tibda fl-1 ta' Jannar 2016. Għalkemm id-Direttiva 2009/138/KE se tiġi applikata għalkollox mill-1 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni tista' diġà tadotta din id-Deċiżjoni Delegata permezz tal-Artikolu 311 tad-Direttiva 2009/138/KE. |
|
(2) |
L-Artikolu 227 tad-Direttiva 2009/138/KE jirrigwarda l-ekwivalenza għal assiguraturi ta' pajjiżi terzi li huma parti minn gruppi li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Unjoni. Determinazzjoni ta' ekwivalenza pożittiva skont l-Artikolu 227 tad-Direttiva 2009/138/KE, permezz ta' att delegat tal-Kummissjoni, tippermeti li tali gruppi, meta t-tnaqqis u l-aggregazzjoni jintużaw bħala l-metodu ta' konsolidazzjoni għar-rapportar tal-grupp tagħhom, jieħdu kont tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital u tal-kapital disponibbli (fondi proprji) skont ir-regoli tal-ġurisdizzjoni non-UE minflok jiġu kkalkulati fuq il-bażi tad-Direttiva 2009/138/KE, għall-finijiet li jiġu kkalkulati r-rekwiżit ta' solvibbiltà tal-grupp u l-fondi proprji eliġibbli. |
|
(3) |
Il-Paragrafu 5 tal-Artikolu 227 tad-Direttiva 2009/138/KE jipprevedi determinazzjoni ta' ekwivalenza proviżorja ta' durata fissa għal pajjiżi terzi li r-reġimi tas-solvibbiltà tal-assigurazzjoni tagħhom jilħqu ċerti kriterji. Determinazzjoni ta' ekwivalenza proviżorja hija valida għal perjodu ta' 10 snin, bil-possibiltà li tiġġedded. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol tat pariri skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) lill-Kummissjoni, u b'hekk ikkontribwiet lejn il-valutazzjoni ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 227(5) tad-Direttiva 2009/138/KE (3). Fir-rigward tal-Istati Uniti, id-djalogu tal-assigurazzjoni li beda fl-2012 bil-għan li jintlaħaq fehim reċiproku mtejjeb tar-reġimi regolatorji u superviżorji tal-assigurazzjoni kien qafas ewlieni għall-iskambju reċiproku tal-informazzjoni, li wassal għall-konklużjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Fl-Awstralja, il-Life and General Insurance Capital Standards (LAGIC) (General Insurance Prudential Standard (GPS) 110: Capital Adequacy, Life Insurance Prudential Standards (LPS) 110: Capital Adequacy) jirrekjedu li l-assiguraturi jikkalkulaw l-allokazzjoni ta' kapital għar-riskju tal-assigurazzjoni, ir-riskju tal-konċentrazzjoni tal-assigurazzjoni, ir-riskju tal-assi, ir-riskju tal-konċentrazzjoni tal-assi, ir-riskju operazzjonali u l-benefiċċju tal-aggregazzjoni. Jitħaddem approċċ ta' karta tal-bilanċ totali. Hemm rekwiżit kapitali minimu (il-Prudential Capital Requirement (PCR)); l-assiguraturi huma wkoll meħtieġa jistabbilixxu ICAAP (Proċess ta' Valutazzjoni Interna dwar l-Adegwatezza tal-Kapital) li jistipula l-azzjonijiet li se jseħħu biex jirrettifikaw kal fil-kapital permezz ta' punti fissi 'il fuq mill-PCR tiegħu. Assiguraturi li ma jagħmlux assigurazzjoni fuq il-ħajja jistgħu jużaw mudelli interni soġġetti għall-approvazzjoni mill-Awtorità Awstraljana tar-Regolazzjoni Prudenzjali (Australian Prudential Regulation Authority, APRA). GPS 220 u LPS 220 (ġestjoni tar-riskju) jirrekjedu qafas ta' ġestjoni tar-riskju, li jrid jinkludi bħala minimu strateġija ta' ġestjoni tar-riskju li tiddeskrivi politiki, proċeduri, responsabbiltajiet maniġerjali u kontrolli interni tal-ġestjoni tar-riskju. L-assiguraturi jridu jirrapportaw lill-APRA is-solvibbiltà, il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja, l-adegwatezza kapitali, l-investimenti, l-assi u l-konċentrazzjonijiet ta' assi, id-dejta dwar il-primjums u t-talbiet, l-obbligazzjonijiet tal-polza u l-iskoperturi mhux fuq il-karta tal-bilanċ. Skont l-Att dwar il-Korporazzjonijiet tal-2001, il-kumpaniji huma meħtieġa jħejju u jippreżentaw rapport finanzjarju annwali lill-Australian Securities and Investments Commission. Għall-assiguraturi tal-ħajja, l-assiguraturi mhux tal-ħajja u l-gruppi ta' assigurazzjoni hemm obbligi ta' divulgazzjoni addizzjonali rigward il-ġestjoni kapitali u l-adegwatezza kapitali. L-APRA tista' taqsam l-informazzjoni ma' superviżuri finanzjarji oħra; l-awtorità hija firmatarja fil-Memorandum ta' Qbil Multilaterali dwar Konsultazzjoni u Kooperazzjoni u l-Iskambju tal-Informazzjoni tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni (il-MtQM IAIS), u kkonkludiet MtQ ma' superviżuri barranin (inkluż ma' numru ta' superviżuri tal-Unjoni). L-APRA hija independentement responsabbli għar-regolamentazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-assiguraturi, u hija biss l-APRA li tista' tawtorizza entità li twettaq negozju tal-assigurazzjoni fl-Awstralja. L-APRA għandha s-setgħa li toħroġ standards prudenzjali li għandhom is-saħħa ta' liġi. L-ebda membru preżenti jew passat tal-persunal tal-APRA ma jista' jiddivulga informazzjoni kunfidenzjali miksuba fil-kors ta' dmirijietu jew fil-kapaċità tiegħu/tagħha, soġġetti għal sanzjonijiet legali. Id-divulgazzjoni ta' informazzjoni lil qorti hija strettament limitata. |
|
(6) |
F'Bermuda, l-Att dwar l-Assigurazzjoni jistipula żewġ rekwiżiti ta' kapital għall-assiguraturi għajr kumpaniji tal-assigurazzjoni captive (4): Il-Marġni ta' Solvenza Minima (MSM) u r-Rekwiżit ta' Kapital Imtejjeb (Enhanced Capital Requirement — ECR), applikabbli għall-assiguraturi kummerċjali, kemm jekk tal-ħajja kif ukoll mhux. L-ECR huwa determinat mir-Rekwiżit Kapitali ta' Solvenza Bażiku (Basic Solvency Capital Requirement — BSCR) skont formola standard jew il-mudell ta' kapital intern approvat tal-assiguratur, bil-kundizzjoni li l-ECR huwa tal-anqas ugwali għall-MSM tal-assiguratur. Il-BSCR ikopri r-riskji li ġejjin: ir-riskju ta' kreditu, ir-riskju tal-firxa, ir-riskju tal-primjum, ir-riskju tar-riżerva, ir-riskju tal-interessi, ir-riskju ta' katastrofi u r-riskju operazzjonali. Livell ta' Kapital ta' Mira ta' 120 % jintuża bħala livell limitu ta' solvenza għat-twissija bikrija. Regoli ta' kapitali kwalifikanti jvarjaw għal kategoriji differenti ta' assiguraturi. L-Att dwar l-Assigurazzjoni jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta' rapportar tal-impriżi fir-rigward tal-pożizzjonijiet ta' solvenza tagħhom. Il-Bermudan Monetary Authority (BMA) hija r-regolatur u superviżur indipendenti. Il-maġġoranza tal-assiguraturi Bermudjani huma obbligati jħejju rapporti finanzjarji addizzjonali skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju, inkella l-assiguraturi jistgħu jużaw kwalunkwe prinċipju ta' kontabbiltà ġeneralment aċċettat mill-BMA. L-assiguraturi għandhom jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom, li jkun fihom tagħrif kwantitattiv u kwalitattiv. Il-BMA tista' tidħol fi ftehimiet u tiskambja tagħrif ma' awtoritajiet superviżorji barranin, u hija firmatarja tal-MtQM IAIS. Il-BMA hija marbuta bil-liġi tal-kunfidenzjalità, li titlob li kwalunkwe tagħrif rigward in-negozju jew l-affarijiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji taħt superviżjoni, jew rigward persuni li qed jittrattaw magħhom, li jkun inkiseb mill-persunal tal-BMA, jiġi ttrattat b'mod kunfidenzjali. |
|
(7) |
Fil-Brażil, id-Digriet Amministrattiv dwar l-Assigurazzjoni Nru 73/1966 jiddetermina li l-assiguraturi, sabiex jiggarantixxu l-obbligi kollha tagħhom, jistabbilixxu provvedimenti tekniċi, fondi u provvedimenti speċjali skont il-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Assigurazzjoni Privata (CNSP). Skont ir-Riżoluzzjoni CNSP 316, il-Kapital Minimu Meħtieġ (CMR) huwa l-ogħla bejn il-Kapital ta' Bażi u l-Kapital tar-Riskju. Il-Kapital ta' Bażi huwa ammont fiss marbut mat-tip ta' entità u r-reġjuni li fihom ġiet awtorizzata li topera, kif ukoll il-Kapital ta' Riskju, li huwa s-somma tar-rekwiżiti ta' kapital għar-riskji tas-suq u operazzjonali, is-sottoskrizzjoni, u l-kreditu. Għall-maġġoranza tal-assiguraturi, il-Kapital ta' Riskju huwa ogħla mill-Kapital ta' Bażi, u b'hekk ikun jikkostitwixxi s-CMR. Ir-Riżoluzzjoni CNSP 3162/2014 tistabbilixxi r-regoli għall-użu ta' mudell intern bħala alternattiva għal formula standard biex jinħadem is-CMR. Hemm rekwiżiti minimi ta' governanza korporattiva applikabbli. L-assiguraturi jrid ikollhom kontrolli interni fuq l-attivitajiet, is-sistemi ta' informazzjoni u l-konformità mar-rekwiżiti legali tagħhom. Is-Superintendência de Seguros Privados (SUSEP) hija responsabbli għas-superviżjoni tal-industrija tal-assigurazzjoni Brażiljana. Is-SUSEP topera taħt il-Ministeru tal-Finanzi bħala l-organu eżekuttiv tar-regolamenti stabbiliti mis-CNSP. Il-kunsill maniġerjali tiegħu għandu l-awtorità indipendenti li jistabbilixxi il-politiki ġenerali tas-SUSEP għar-regolazzjoni u l-konformità mar-riżoluzzjonijiet tas-CNSP fil-qasam ta' kompetenza tiegħu. L-assiguraturi huma meħtieġa jibgħatu informazzjoni dwar il-kapital, l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-introjtu u n-nefqa lis-SUSEP kull xahar, kif ukoll dettalji dwar l-operazzjonijiet, il-karta tal-bilanċ, u rapport tal-introjtu kull tliet xhur; l-assiguraturi jridu jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom, li jkun fihom tagħrif kwantitattiv u kwalitattiv. Is-SUSEP tista' tidħol fi ftehimiet u tiskambja tagħrif ma' awtoritajiet superviżorji barranin, u hija firmatarja għall-MtQM IAIS. It-tagħrif jista' jintuża biss għal għanijiet superviżjori fil-kamp ta' applikazzjoni tal-funzjonijiet superviżorji tas-SUSEP. Informazzjoni ulterjuri miksuba minn awtorità oħra tintuża biss għall-finijiet ta' dik it-talba. Il-liġi torbot lill-persunal preżenti u passat tas-SUSEP bil-kunfidenzjalità. |
|
(8) |
Fil-Kanada, l-Att dwar il-Kumpaniji ta' Assigurazzjoni jirrekjedi li l-assiguraturi jkollhom kapital adegwat. Il-linji gwida ppubblikati mill-Uffiċċju tas-Supretendent tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji (OSFI) jistipulaw l-istandards dettaljati. Ir-rekwiżiti ta' kapital applikabbli għall-assiguraturi huma r-rekwiżit ta' ta' kapital minimu permanenti u surplus (Linji Gwida MCCSR) għall-assiguraturi tal-ħajja u t-test tal-kapital minimu (Linja Gwida MCT) għal assiguraturi mhux tal-ħajja. Kemm l-MCCSR u l-MCT jindirizzaw riskji marbuta kemm mal-assi u l-obbligazzjonijiet fuq u mhux fuq il-karta tal-bilanċ. Assiguraturi mhux tal-ħajja huma meħtieġa li jżommu kapital li 'l fuq minn 100 % tal-MCT, filwaqt li l-assiguraturi tal-ħajja huma meħtieġa li jkollhom kapital li 'l fuq minn120 % tal-MCCSR. L-assiguraturi ma jitħallewx joperaw 'l isfel minn dawn il-livelli. Barra minn dawn ir-rekwiżiti, hemm livell kapitali superviżorju mixtieq ta' 150 % tal-MCT għal assiguraturi mhux tal-ħajja, u tal-MCCSR għall-assiguraturi tal-ħajja, rispettivament. Ir-rekwiżiti ta' kapital huma kkalkulati skont formula standard, u l-użu ta' mudelli interni huwa biss permess f'każi limitati ħafna. L-assiguraturi huma wkoll meħtieġa jistabbilixxu proporzjon kapitali tal-mira intern ibbażat fuq Valutazzjoni Proprja tar-Riskju u s-Solvenza (ORSA), inkluż testijiet tal-istress mhux preskritti li jieħdu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tal-assiguratur. L-Uffiċċju tas-Supretendent tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji (OSFI), is-superviżur tal-assigurazzjoni Kanadiż, huwa aġenzija federali indipendenti u li tiffinanzja lilha nfisha. Kull assiguratur regolat huwa meħtieġ jibgħat kontijiet annwali awditjati u tagħrif supplementari lill-OFSI, flimkien ma' Rapport tal-Awditur, Rapport tal-Attwarju Appuntat, Rapport tal-Ittestjar Dinamiku tal-Adegwatezza tal-Kapital li jinkludi fil-qosor ir-riżultati ta' diversi testijiet tal-istress, u rapporti ta' kull tliet xhur dwar il-pożizzjoni kapitali. L-assiguraturi huma wkoll meħtieġa jħejju u jagħmlu disponibbli fuq talba, ORSA annwali li tistipula Mira tal-Kapital Interna. L-OFSI tista' tidħol fi ftehimiet u tiskambja tagħrif ma' awtoritajiet superviżorji barranin; hija adeixxiet mal-MtQM IAIS f'Lulju 2012. L-OFSI hija marbuta bil-liġi tal-kunfidenzjalità, li titlob li kwalunkwe tagħrif rigward in-negozju jew l-affarijiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji taħt superviżjoni, jew rigward persuni li qed jittrattaw magħhom, li jkun inkiseb mill-persunal tal-OFSI, jiġi ttrattat b'mod kunfidenzjali. |
|
(9) |
Fil-Messiku, l-att li jistipula qafas prudenzjali tal-assigurazzjoni rivedut, il-Ley de Instituciones de Seguros y de Fianzas (LISF), daħal fis-seħħ fl-4 ta' April 2015. Skont il-LISF, japplika r-Rekwiżit ta' Kapital ta' Solvenza (SCR), li jkopri riskji tas-sottoskrizzjoni u riskji finanzjarji u tal-kontroparti. Is-simulazzjoni ta' kriżi ssir tal-anqas darba fis-sena (test dinamiku tas-solvenza). Ir-reġim Messikan jippermetti l-użu jew ta' formola standard jew ta' mudell intern għall-kalkolu tas-SCR. Il-Comisión Nacional de Seguros y Fianzas (CNSF) hija responsabbli għas-superviżjoni tal-assiguraturi tal-ħajja u mhux tal-ħajja fil-Messiku; hija għandha s-setgħa indipendenti li tagħti jew tirrevoka l-liċenzja ta' impriża tal-assigurazzjoni, u teżegwixxi testijiet tal-istress tal-anqas darba fis-sena. L-assiguraturi jridu jirraportaw l-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni, l-operazzjonijiet, l-investiment u l-kapital tagħhom lis-CNSF tal-anqas kull tliet xhur; huma jridu wkoll jiddivulgaw l-objettivi, il-politiki u l-prattiki tagħhom fir-ritensjoni tar-riskju, it-trasferiment jew il-mitigazzjoni, u jridu jippubblikaw tagħrif kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-operazzjonijiet, is-sitwazzjoni finanzjajra u teknika u r-riskji tagħhom. Is-CNSF tista' tikkoopera u tiskambja tagħrif ma' superviżuri barranin jekk hemm ftehim dwar l-iskambju tat-tagħrif; jeżisti diġà għadd ta' ftehimiet simili, u s-CNSF applikat biex tingħaqad mal-MtQM IAIS fl-2010. Fejn jeżisti ftehim ta' skambju tat-tagħrif bejn is-CNSF u superviżur barrani, is-CNSF trid titlob il-kunsens lis-superviżur barrani qabel ma tiżvela tagħrif li dan ikun ipprovda. L-ebda persuna li hija jew kienet membru tal-persunal tas-CNSF mhi permessa li tiddivulga informazzjoni kunfidenzjali; ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali huma stabbiliti fil-liġi nazzjonali u kwalunkwe ksur tas-segretezza professjonali jwassal għal sanzjonijiet. |
|
(10) |
Fl-Istati Uniti, ir-regolazzjoni u s-superviżjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni huma f'idejn l-istat. L-assiguraturi jridu jkunu konformi mal-liġijiet relevanti ta' kull stat li fih huma jiktbu poloz, u s-superviżjoni tal-assigurazzjoni hija f'idejn is-superviżuri indipendenti statali taħt kummissarji tal-assigurazzjoni. Ir-rekwiżiti statali tal-adegwatezza kapitali huma bbażati fuq il-Liġi Mudell tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Kummissarji tal-Assigurazzjoni (NAIC) dwar il-Kapital Ibbażat fuq ir-Riskju (RBC), li ġiet adottata mill-istati kollha. Il-formola RBC standard tkopri l-iktar riskji materjali għal kull tip primarju ta' assigurazzjoni (il-ħajja, il-proprjetà u d-diżgrazzji, u s-saħħa), li tippermetti l-użu ta' mudelli interni għal prodotti speċifiċi u moduli tar-riskju. L-RBC huwa kkalkulat billi jiġu applikati fatturi lil diversi unitajiet ta' riżerva, assi, primjums, pretensjonijiet u spiża. Hemm erba' livelli ta' rekwiżit ta' kapital kwantitattivi, b'interventi superviżorji differenti f'kull każ: Livell ta' Azzjoni ta' Kumpanija, Livell ta' Azzjoni Regolatorju, Livell ta' Kontroll Awtorizzat, u l-Livell ta' Kontroll Mandatorju. Ir-reġim tal-Istati Uniti għandu ORSA għall-assiguraturi komparabbli għal dak skont Solvibbiltà II. Rigward ir-rapportar u t-trasparenza, hemm rekwiżiti ta' rapportar standardizzati, li prinċipalment ikopru: in-negozju u l-prestazzjoni, il-profil tar-riskju, il-metodu ta' valwazzjoni u l-assunzjonijiet użati, ir-rekwiżiti tal-kapital u l-ġestjoni. Ir-rapporti finanzjarji, inkluża l-opinjoni attwarja u l-istqarrija tal-awditur, huma divulgati pubblikament. Kummissarji tal-assigurazzjoni statali jistgħu jaqsmu informazzjoni kunfidenzjali ma' superviżuri barranin, bil-kundizzjoni li r-riċevitur jaqbel li l-informazzjoni jżommha kunfidenzjali. Dawn jistgħu wkoll jidħlu fi ftehimiet li jirregolaw il-qsim u l-użu ta' informazzjoni kunfidenzjali. Għadd ta' Memoranda ta' Qbil dwar l-iskambju ta' informazzjoni ġew iffirmati bejn superviżuri tal-Unjoni u d-dipartimenti tal-assigurazzjoni ta' stati; għadd ta' dipartimenti tal-assigurazzjoni statali huma firmatarji tal-MtQM IAIS, u bosta oħrajn applikaw reċentement. Ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità, inkorporati fil-leġiżlazzjoni statali abbażi tal-liġijiet mudell NAIC, jiddisponu li informazzjoni miksuba minn superviżuri statali hija kunfidenzjali u li dawn iżommu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni riċevuta minn superviżuri barranin. Il-persunal tal-awtoritajiet superviżorji statali huwa kopert mill-obbligi tas-segretezza professjonali skont il-leġiżlazzjoni fuq livell ta' stat. |
|
(11) |
Wara dawn il-valutazzjonijiet, ir-reġimi tas-solvenza tal-pajjiżi terzi koperti minn din id-Deċiżjoni għandhom jiġu meqjusa li jilħqu l-kriterji għall-ekwivalenza proviżorja stipulata fl-Artikolu 227(5) tad-Direttiva 2009/138/KE, ħlief ir-regoli dwar il-captives f'Bermuda, li huma soġġetti għal reġim regolatorju differenti. |
|
(12) |
Il-perjodu inizjali tal-ekwivalenza proviżorja determinat minn din id-Deċiżjoni għandu jkun għaxar snin. Il-Kummissjoni tista' madankollu tagħmel rieżami speċifiku b'rabta ma' pajjiż terz jew territorju individwali fi kwalunkwe żmien barra r-rieżami ġenerali, meta żviluppi rilevanti jagħmluh neċessarju li l-Kummissjoni tirrivaluta l-ekwivalenza determinata minn din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għalhekk għandha tkompli timmonitorja, bl-assistenza teknika tal-EIOPA, l-evoluzzjoni tar-reġimi fis-seħħ fil-pajjiżi terzi koperti minn din id-Deċiżjoni u l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom din id-Deċiżjoni ġiet adottata. |
|
(13) |
Id-Direttiva 2009/138/KE tapplika mill-1 ta' Jannar 2016. Din id-Deċiżjoni għalhekk għandha wkoll tagħti ekwivalenza proviżorja minn dik id-data, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-reġimi tas-solvenza fis-seħħ fl-Awstralja, Bermuda (bl-eċċezzjoni tar-regoli dwar il-captives), il-Brażil, il-Kanada, il-Messiku u l-Istati Uniti u applikabbli għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b'uffiċċji prinċipali f'dawk il-pajjiżi jitqiesu bħala proviżorjament ekwivalenti għar-reġim stipulat fit-Titolu I tal-Kapitolu VI tad-Direttiva 2009/138/KE.
Artikolu 2
L-ekwivalenza proviżorja tingħata għal perjodu ta' 10 snin mill-1 ta' Jannar 2016.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-12 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(3) L-analiżi ta' ekwivalenza EIOPA tal-Brażil, 10 ta' Marzu 2015
L-analiżi ta' ekwivalenza EIOPA ta' Bermuda, 9 ta' Marzu 2015
L-analiżi ta' ekwivalenza EIOPA tal-Kanada, 28 ta' Jannar 2015
L-analiżi ta' ekwivalenza EIOPA tal-Awstralja, 16 ta' Lulju 2013
L-analiżi ta' ekwivalenza EIOPA tal-Messiku, 16 ta' Lulju 2013
(4) L-Att dwar l-Assigurazzjoni jistabbilixxi kategoriji differenti ta' assiguraturi li huma soġġetti għal settijiet ta' regoli differenti. L-assiguraturi captive huma kategorija speċifika ta' assiguraturi, li ma ġietx inkluża fil-valutazzjoni tal-EIOPA u mhijiex koperta minn dan l-att.
|
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/27 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2291
tas-7 ta' Diċembru 2015
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE fir-rigward tal-ammont massimu tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-programm ta' eradikazzjoni tar-rabja fil-Latvja fl-2014
(notifikata bid-dokument C(2015) 8607)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 27(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 13(3), (5) u 45(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 11(3) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/722/UE (3) japprova l-programm pluriennali għall-eradikazzjoni tar-rabja ippreżentat mil-Latvja għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2016. |
|
(2) |
Skont il-punt (c)(vi) tal-Artikolu 11(6) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE, l-ammont massimu tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-programm ta' eradikazzjoni tar-rabja ppreżentat mil-Latvja fl-2014 inizjalment kien stabbilit għal EUR 1 225 000. Skont il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 11(7) ta' dik id-Deċiżjoni, l-ammont massimu tal-kontribut finanzjarju għal parti tal-programm li trid tiġi implimentata fiż-żona ta' lqugħ tal-Belarussja kien stabbilit għal EUR 475 000. |
|
(3) |
Wara l-valutazzjoni li saret mill-Kummissjoni dwar ir-rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji ppreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 27(7) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE dwar in-nefqa mġarrba għall-finanzjament tal-programmi ta' eradikazzjoni fis-sena 2014, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/925/UE (4) emendat l-ammonti massimi għal dawk il-programmi. |
|
(4) |
L-Artikolu 5(17) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/925/UE emenda l-punt (c)(vi) tal-Artikolu 11(6) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE u stabilixxa l-ammont massimu tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-programm ta' eradikazzjoni tar-rabja ppreżentat mil-Latvja fl-2014 għal EUR 400 000. L-Artikolu 5(18) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/925/UE emenda l-punt (c)(ii) tal-Artikolu 11(7) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE u stabilixxa l-ammont massimu tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għal dik il-parti ta' dak il-programm li jrid jiġi implimentat fiż-żona ta' lqugħ tal-Belarussja għal EUR 400 000. |
|
(5) |
Kien hemm żball fl-ammont massimu l-ġdid stabbilit tal-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-programm ta' eradikazzjoni tar-rabja ppreżentat mil-Latvja fl-2014. B'mod partikolari, skont il-punt (c)(vi) tal-Artikolu 11(6) u l-punt (c)(ii) tal-Artikolu 11(7) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE kif emendata, jekk il-parti tal-programm li trid tiġi implimentata fiż-żona ta' lqugħ tal-Belarussja titwettaq sew u jintuża l-kontribut ta' EUR 400 000, ma jifdalx aktar kontribut finanzjarju tal-Unjoni disponibbli għall-parti tal-programm li trid tiġi implimentata fil-Latvja. Dan mhuwiex konsistenti mal-istrateġija globali għall-eradikazzjoni tar-rabja mill-Unjoni Ewropea peress li huwa bbażat fuq il-qerda tal-marda mill-Istati Membri u fuq il-ħolqien ta' żoni ta' lqugħ mal-fruntieri esterni tal-Unjoni biex jipprevjenu l-introduzzjoni mill-ġdid tal-marda. |
|
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE għandha tiġi emendata skont dan, filwaqt li jitqies ir-rapport tekniku u finanzjarju intermedju ppreżentat mil-Latvja dwar l-implimentazzjoni tal-programm għall-eradikazzjoni tar-rabja fl-2014. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 11(6) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE, il-punt (c)(vi) jinbidel b'dan li ġej:
|
“(vi) |
EUR 800 000 għal-Latvja”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(2) ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/722/UE tad-29 ta' Novembru 2013 li tapprova programmi annwali u multiannwali u l-kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta' ċertu mard tal-annimali u żoonożi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2014 u s-snin ta' wara (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 101).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/925/UE tas-16 ta' Diċembru 2014 li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2014 u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/722/UE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal ċerti programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 173).
|
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/29 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2015 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA
tad-19 ta' Novembru 2015
dwar l-emenda tal-Appendiċijiet 1 u 2 tal-Anness 9 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli [2015/2292]
IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli, u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. |
|
(2) |
L-Anness 9 tal-Ftehim għandu l-għan li jiffaċilita u jippromwovi l-flussi kummerċjali bilaterali tal-prodotti organiċi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea u mill-Iżvizzera. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 8 tal-Anness 9 tal-Ftehim, il-grupp ta' ħidma dwar “prodotti organiċi” għandu jeżamina kull kwistjoni marbuta mal-Anness 9 u mal-implimentazzjoni tiegħu, u jfassal rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura. Dan il-grupp iltaqa' biex jeżamina b'mod partikolari l-applikazzjoni tal-Anness. Hemm il-ħtieġa li jiġi emendat il-kamp ta' applikazzjoni tal-Anness 9 dwar l-inbid u l-ħmira għal raġunijiet ta' ekwivalenza bejn id-dispożizzjonijiet Żvizzeri u dawk tal-Unjoni Ewropea. Minbarra dan, jirriżulta li l-kontenut tal-Appendiċi 2 ma għadux validu, għaliex l-Iżvizzera emendat il-leġiżlazzjoni tagħha f'dak li jirrigwarda l-metodu organiku ta' produzzjoni għall-alimentazzjoni tal-annimali, u adottat id-dispożizzjonijiet li huma konformi mal-liġi Ewropea. Il-grupp ta' ħidma rrakkomanda lill-Kumitat biex jadotta l-Appendiċi tal-Anness 9. |
|
(4) |
Għaldaqstant, l-Appendiċijiet 1 u 2 tal-Anness 9 għandhom jiġu emendati. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Appendiċijiet 1 u 2 tal-Anness 9 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli għandhom jinbidlu bit-test li jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2015.
Magħmul f'Bern, id-19 ta' Novembru 2015.
Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Susana MARAZUELA-AZPIROZ
Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera
Adrian AEBI
Is-Segretarju tal-Kumitat
Thomas MAIER
ANNESS
“APPENDIĊI 1
Lista ta' atti msemmija fl-Artikolu 3 dwar il-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel miksubin b'mod organiku
Dispożizzjonijiet regolamentari applikabbli fl-Unjoni Ewropea
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1), |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 97), |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 tat-23 ta' Jannar 2015 (ĠU L 23, 29.1.2015, p. 1). |
Dispożizzjonijiet applikabbli fil-Konfederazzjoni Żvizzera
|
Ordinanza tat-22 ta' Settembru 1997 dwar l-agrikoltura organika u d-deskrizzjoni tal-prodotti u l-oġġetti tal-ikel organiċi (Ordinanza dwar l-agrikoltura organika), emendata fid-29 ta' Ottubru 2014 (RO 2014 3969), |
|
Ordinanza tad-Dipartiment Federali tal-Ekonomija tat-22 ta' Settembru 1997 dwar l-agrikoltura organika, emendata fid-29 ta' Ottubru 2014 (RO 2014 3979). |
Esklużjoni mill-arranġamenti ta' ekwivalenza
|
Prodotti Żvizzeri bbażati fuq ingredjenti prodotti fil-qafas tal-arranġamenti għall-konverżjoni lejn agrikoltura organika |
|
Prodotti li ġejjin mit-trobbija tal-mogħoż fl-Isvizzera meta l-annimali jibbenefikaw mid-deroga prevista fl-Artikolu 39d tal-Ordinanza dwar l-agrikoltura organika u d-deskrizzjoni tal-prodotti u tal-oġġetti tal-ikel organiċi (*1). |
“APPENDIĊI 2
Regolamenti ta' implimentazzjoni
Mhux applikabbli
(*1) (RS 910.18)