ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 322

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
8 ta' Diċembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/2264 tat-3 ta' Diċembru 2015 li jestendi u li jelimina gradwalment il-miżuri derogatorji temporanji tar-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u tar-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika introdotti mir-Regolament (KE) Nru 920/2005

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265 tas-7 ta' Diċembru 2015 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016–2018

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2266 tal-24 ta' Novembru 2015 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Asperges du Blayais (IĠP)]

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2267 tal-24 ta' Novembru 2015 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pampapato di Ferrara/Pampepato di Ferrara (IĠP)]

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2268 tal-24 ta' Novembru 2015 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Drniški pršut (IĠP)]

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2269 tat-3 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bakkaljaw fiż-żona VIId minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2270 tat-3 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun tat-tbajja' fiż-żoni VIIh, VIIj u VIIk minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2271 tat-3 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għall-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żona V mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

19

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2272 tas-7 ta' Diċembru 2015 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

21

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2273 tas-7 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

42

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2274 tas-7 ta' Diċembru 2015 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2275 tas-7 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

50

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2276 tas-7 ta' Diċembru 2015 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

51

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2277 tat-2 ta' Diċembru 2015 dwar l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta' validazzjoni skont l-Artikolu 109(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (notifikata bid-dokument C(2015) 8830)

53

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2278 tal-4 ta' Diċembru 2015 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE f'dak li jikkonċerna l-istatus ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istati Federali ta' Bremen, Hesse u s-Sassonja t'Isfel fil-Ġermanja (notifikata bid-dokument C(2015) 8462)  ( 1 )

55

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2) jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2015) 8581)  ( 1 )

58

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2280 tas-7 ta' Diċembru 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

64

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2281 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum MON 87427 (MON-87427-7) ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2015) 8587)  ( 1 )

67

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2015/2264

tat-3 ta' Diċembru 2015

li jestendi u li jelimina gradwalment il-miżuri derogatorji temporanji tar-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u tar-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika introdotti mir-Regolament (KE) Nru 920/2005

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 342 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 (1) jagħti lill-Irlandiż l-istatus ta' lingwa uffiċjali u ta' lingwa ta' ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1257/2010 (2) estenda d-deroga prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 920/2005 għal perijodu ta' ħames snin sal-31 ta' Diċembru 2016.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 920/2005 jipprevedi li, għal raġunijiet prattiċi u fuq bażi transitorja, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhomx ikunu marbuta bl-obbligu li jfasslu jew jittraduċu l-atti kollha, inklużi s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, għal-lingwa Irlandiża, bl-eċċezzjoni tar-Regolamenti adottati b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Huwa l-Kunsill li jiddeċiedi, mhux aktar minn erba' snin mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 920/2005 u f'intervalli ta' ħames snin wara dan, jekk għandhiex tintemm dik id-deroga.

(4)

Filwaqt li hu meqjus bħala meħtieġ li tiġi estiża b'mod ulterjuri d-deroga prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 920/2005 għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2017, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikomplu l-approċċ proattiv tagħhom sabiex iżidu d-disponibbiltà tal-informazzjoni bil-lingwa Irlandiża dwar l-attivitajiet tal-Unjoni. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-deroga għandu għalhekk jitnaqqas gradwalment, bil-għan li tintemm id-deroga fi tmiem il-perijodu attwali ta' ħames snin.

(5)

Sabiex jiġi evitat dewmien fil-proċess leġislattiv tal-Unjoni, it-tnaqqis tal-kamp ta' applikazzjoni tad-deroga għandu jiġu mmonitorjat mill-qrib u jiġi rieżaminat fid-dawl tal-kapaċità ta' traduzzjoni disponibbli. L-awtoritajiet Irlandiżi u l-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni, għandhom jiltaqgħu b'mod regolari biex jimmonitorjaw il-progress ta' reklutaġġ rilevanti mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-kapaċità ta' fornituri esterni tas-servizzi u aktar kollaborazzjoni dwar riżorsi lingwistiċi, kif ukoll dwar kwistjonijiet relatati mad-disponibbiltà tal-acquis.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-deroga prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 hija b'dan estiża għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan l-Artikolu m'għandux japplika għar-Regolamenti adottati b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Barra minn hekk, huwa m'għandux japplika għall-kategoriji ta' atti elenkati fl-Anness, mid-dati rispettivi speċifikati fih għal kull kategorija.

Artikolu 2

L-awtoritajiet Irlandiżi u l-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni, għandhom jiltaqgħu regolarment biex jimmonitorjaw ir-reklutaġġ ta' għadd suffiċjenti ta' persunal tal-lingwa Irlandiża mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiġi ttrattat b'suċċess it-tnaqqis gradwali tad-deroga indikata fl-Anness, u biex jimmonitorjaw il-kapaċità u l-użu ta' fornituri esterni tas-servizzi sabiex jipprovdu għar-rekwiżiti tal-lingwa Irlandiża tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Mhux aktar tard minn Ottubru 2019, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar il-progress mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tat-tnaqqis gradwali tad-deroga indikata fl-Anness.

Wara li jqis dan ir-rapport ta' implimentazzjoni, il-Kunsill jista' jiddeċiedi, f'konformità mal-Artikolu 342 tat-Trattat, li jirrevedi d-dati kif jinsabu fl-Anness.

Artikolu 3

Mhux aktar tard minn Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar jekk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhomx biżżejjed kapaċità disponibbli, meta mqabbla mal-lingwi uffiċjali l-oħra, li japplikaw ir-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (3), u r-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (4), mingħajr deroga mill-1 ta' Jannar 2022, abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 2.

Artikolu 4

Fin-nuqqas ta' Regolament tal-Kunsill li jiddikjara mod ieħor, id-deroga prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 920/2005 għandu jieqaf japplika sa mill-1 ta' Jannar 2022.

Artikolu 5

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 920/2005 huwa mħassar.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. BRAZ


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 tat-13 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u li jintroduċi miżuri derogatorji temporanji għal dawk ir-Regolamenti (ĠU L 156, 18.6.2005, p. 3).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1257/2010 tal-20 ta' Diċembru 2010 li jestendi l-miżuri derogatorji temporanji għar-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u tar-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika introdotti mir-Regolament (KE) Nru 920/2005 (ĠU L 343, 29.12.2010, p. 5).

(3)  ĠU 17, 6.10.1958, p. 385.

(4)  ĠU 17, 6.10.1958, p. 401.


ANNESS

Skeda ta' żmien għat-tnaqqis gradwali tad-deroga

Atti

Dati

Direttivi adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2017

Deċiżjonijiet adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018

Direttivi adottati mill-Kunsill li huma indirizzati lill-Istati Membri kollha

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020

Regolamenti adottati mill-Kunsill

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020

Deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill li ma jispeċifikawx lil min huma indirizzati

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020

Regolamenti adottati mill-Kummissjoni

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2021

Direttivi adottati mill-Kummissjoni li huma indirizzati lill-Istati Membri kollha

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2021

Deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni li ma jispeċifikawx lil min huma indirizzati

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2021


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/2265

tas-7 ta' Diċembru 2015

li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016–2018

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-provvisti tal-Unjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd attwalment jiddependu fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Fl-aħħar 18-il sena, l-Unjoni saret aktar dipendenti fuq l-importazzjonijiet biex tissodisfa l-konsum tagħha tal-prodotti tas-sajd. Sabiex ma jipperikolawx il-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodotti tas-sajd u sabiex tiġi żgurata l-provvista adegwata għall-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni, id-dazji tal-importazzjoni għandhom jitnaqqsu jew jiġu sospiżi għal għadd ta' prodotti tas-sajd fil-kwoti tariffarji ta' volum xieraq. Għandha titqies ukoll is-sensittività ta' prodotti tas-sajd individwali fis-suq tal-Unjoni biex ikunu ggarantiti kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produtturi tal-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1220/2012 (1) fetaħ u pprovda għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2013-2015. Minħabba li l-perijodu tal-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015, huwa importanti li r-regoli rilevanti li jinsabu fih jiġu riflessi fil-perijodu mill-2016–2018.

(3)

Għandu jiġi żgurat aċċess ugwali u bla interruzzjoni għall-kwoti tariffarji provduti f'dan ir-Regolament għall-importaturi kollha tal-Unjoni, u r-rati stabbiliti għall-kwoti tariffarji għandhom jiġu applikati mingħajr interruzzjoni għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti tas-sajd ikkonċernati fl-Istati Membri kollha sakemm il-kwoti tariffarji jkunu ntużaw kollha.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) jipprovdi għal sistema ta' ġestjoni ta' kwoti tariffarji li ssegwi l-ordni kronoloġiku tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-aċċettazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Il-kwoti tariffarji miftuħa b'dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri skont dik is-sistema.

(5)

L-applikazzjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada ser tibdel l-aċċess preferenzjali disponibbli għas-suq tal-Unjoni għall-gambli u l-gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis koperti minn kwota tariffarja kif stipulat f'dan ir-Regolament. Dik il-kwota għandha għalhekk tiġi adattata sabiex tiżgura l-istess livell ta' provvista preferenzjali għas-suq tal-Unjoni bħal qabel id-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja ta' dak il-Ftehim.

(6)

L-applikazzjoni tal-protokoll addizzjonali tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li kien nnegozjat b'mod parallel mal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-2014–2021 ser tibdel l-aċċess preferenzjali disponibbli għas-suq tal-Unjoni għall-aringi koperti minn żewġ kwoti tariffarji provduti f'dan ir-Regolament. Dawk il-kwoti għandhom għaldaqstant jiġu adattati sabiex jiġi żgurat l-istess livell ta' provvista preferenzjali għas-suq tal-Unjoni bħal qabel id-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja ta' dak il-protokoll addizzjonali.

(7)

Huwa importanti li l-industrija tal-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd tiġi pprovduta bis-sigurtà tal-provvista ta' materja prima tas-sajd sabiex jiġu permessi t-tkabbir kontinwat u l-investiment, u l-aktar importanti, biex hija tkun tista' tibdel is-sospensjonijiet bi kwoti mingħajr interruzzjoni tal-provvista. Huwa għalhekk xieraq li jsir provvediment, fir-rigward ta' ċerti prodotti tas-sajd li għalihom applikaw is-sospensjonijiet, għal sistema li toħloq żieda awtomatika fil-kwoti tariffarji applikabbli taħt ċerti kondizzjonijiet.

(8)

Biex tiġi żgurata l-effiċjenza ta' ġestjoni komuni tal-kwoti tariffarji, l-Istati Membri għandhom jingħataw permess li jieħdu mill-ammont tal-kwota tariffarja l-kwantitajiet neċessarji li jikkorrispondu mal-importazzjoni proprji tagħhom. Peress li dak il-metodu ta' ġestjoni jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tkun tista' timmonitorja r-rata li biha jintużaw il-kwoti tariffarji u għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazji tal-importazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom jitnaqqsu jew jiġu sospiżi sakemm ma jaqbżux il-limiti tal-kwoti tariffarji bir-rati, għall-perijodi rrappurtati u sal-ammonti indikati hemmhekk.

Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

1.   Il-kwota tariffarja applikabbli taħt in-numru tal-ordni 09.2794 għall-gambli u l-gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, imsajrin u mqaxxra, għall-ipproċessar, stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament għal 30 000 tunellata fis-sena, għandha titnaqqas awtomatikament għal 7 000 tunnellata fis-sena mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara dik li fiha l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat b'mod proviżorju, skont liema jseħħ l-ewwel.

2.   Il-kwota tariffarja applikabbli skont in-numru tal-ordni 09.2788 għall-aringi, ta' piż li jaqbeż 100 g l-biċċa jew qatgħat (“flaps”) ta' piż li jaqbeż 80 g l-biċċa għall-ipproċessar, iffissata fl-Anness għal dan ir-Regolament għal 17 500 tunnellata fis-sena, għandha titnaqqas awtomatikament għal 12 000 tunnellata fis-sena minn xahrejn wara li l-protokoll addizzjonali tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, li kien innegozjat b'mod parallel mal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-2014–2021, jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat proviżorjament, skont liema jseħħ l-ewwel. Madankollu, ma għandu japplika l-ebda tnaqqis awtomatiku meta l-bilanċ disponibbli ta' dik il-kwota tariffarja fil-mument rilevanti jkun 12 000 tunnellata jew inqas.

3.   Il-kwota tariffarja applikabbli skont in-numru tal-ordni 09.2792 għall-aringi, imħawrin u/jew ippreservati fil-ħall, fis-salmura, ippreservati fi btieti b'piż nett mingħajr ilma ta' mill-inqas 70kg, għall-ipproċessar, iffissata fl-Anness għal dan ir-Regolament għal 15 000 tunnellata fis-sena, għandha awtomatikament titnaqqas għal 7 500 tunnellata fis-sena minn xahrejn wara li l-protokoll addizzjonali tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, li kien innegozjat b'mod parallel mal-Mekkanżimu Finanzjarju taż-ŻEE għall-2014–2021, jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat proviżorjament, skont liema jseħħ l-ewwel. Madankollu, ma għandu japplika l-ebda tnaqqis awtomatiku meta l-bilanċ disponibbli ta' dik il-kwota tariffarja fil-mument rilevanti jkun 7 500 tunnellata jew inqas.

4.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tgħarraf lill-Istati Membri li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3 ġew sodisfatti u għandha tippubblika informazzjoni dwar il-kwota tariffarja li għadha kif saret applikabbli fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

1.   Mingħajr dewmien bla bżonn, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk, mit-30 ta' Settembru tas-sena kalendarja rilevanti, intużatx 80 % tal-kwota tariffarja annwali, fir-rigward ta' prodott tas-sajd li għalih japplika dan l-Artikolu skont l-Anness. Jekk dak ikun il-każ, il-kwota tariffarja annwali stabbilita fl-Anness għandha tkun meqjusa bħala miżjuda awtomatikament b'20 %. Il-kwota tariffarja annwali miżjuda għandha tkun il-kwota tariffarja applikabbli fir-rigward ta' dak il-prodott tas-sajd għas-sena kalendarja rilevanti.

2.   Fuq talba ta' mill-inqas Stat Membru wieħed u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk intużatx 80 % tal-kwota tariffarja annwali fir-rigward ta' prodott tas-sajd li għalih japplika dan l-Artikolu skont l-Anness qabel it-30 ta' Settembru tas-sena kalendarja rilevanti. Jekk dak ikun il-każ, għandu japplika l-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinforma lill-Istati Membri li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 ġew sodisfatti u għandha tippubblika informazzjoni dwar il-kwota tariffarja applikabbli reċentement fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   Għas-sena kalendarja rilevanti ma tista' tapplika l-ebda żieda oħra għal kwota tariffarja miżjuda skont il-paragrafu 1.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw il-ġestjoni u l-kontroll tajbin tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. CAHEN


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1220/2012 tat-3 ta' Diċembru 2012 dwar miżuri relatati mal-kummerċ sabiex tkun garantita l-provvista ta' ċerti prodotti tas-sajd lill-proċessuri tal-Unjoni mill-2013 sal-2015, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 104/2000 u (UE) Nru 1344/2011 (ĠU L 349, 19.12.2012, p. 4).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi NM

Suddiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni

Ammont annwali tal-kwota (tunnellati) (*)

Dazju tal-kwota

Perijodu tal-kwota

09.2759

ex 0302 51 10

20

Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, bl-esklużjoni ta' fwied u bajd, frisk, imkessaħ jew iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

75 000  (9)

0 %

1.1.2016-31.12.2018

ex 0302 51 90

10

ex 0302 59 10

10

ex 0303 63 10

10

ex 0303 63 30

10

ex 0303 63 90

10

ex 0303 69 10

10

09.2765

ex 0305 62 00

20

Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, immellaħ jew fis-salmura, iżda mhux imnixxef jew affumikat, għall-ipproċessar (1)  (2)

4 000

0 %

1.1.2016-31.12.2018

25

29

ex 0305 69 10

10

09.2776

ex 0304 71 10

10

Bakkaljaw, (Gadus morhua, Gadus macrocephalus), fletti iffriżati u laħam iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

38 000

0 %

1.1.2016-31.12.2018

ex 0304 71 90

10

ex 0304 95 21

10

ex 0304 95 25

10

09.2761

ex 0304 79 50

10

Blue grenadier (MacruronusNovaezelandiae), fletti iffriżati u laħam ieħor iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

17 500

0 %

1.1.2016-31.12.2018

ex 0304 95 90

11

09.2798

ex 0306 16 99

20

Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, fil-fosdqa, friski, imkessħin jew iffriżati għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

10 000

0 %

1.1.2016-31.12.2018

30

ex 0306 26 90

12

14

92

93

09.2794

ex 1605 21 90

45

Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, imsajra u mqaxxra, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

30 000  (4)

0 %

1.1.2016-31.12.2018

62

ex 1605 29 00

50

55

09.2800

ex 1605 21 90

55

Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus jordani, imsajra u mqaxxra, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

3 500

0 %

1.1.2016–31.12.2018

ex 1605 29 00

60

09.2802

ex 0306 17 92

20

Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Penaeus vannamei u Penaeus monodon, kemm fil-fosdqa jew le, friski, imkessħin jew iffriżati, mhux imsajrin, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

40 000

0 %

1.1.2016–31.12.2016

ex 0306 27 99

30

30 000

1.1.2017–31.12.2017

1.1.2018-31.12.2018

09.2760

ex 0303 66 11

10

Merluzz (Merluccius spp. bl-esklużjoni ta' Merluccius merluccius, Urophycis spp.) u pink cusk-eel (Genypterus blacodes u Genypterus capensis), iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

30 000

0 %

1.1.2016-31.12.2018

ex 0303 66 12

10

ex 0303 66 13

10

ex 0303 66 19

11

ex 0303 89 70

91

10

ex 0303 89 90

30

09.2774

ex 0304 74 19

10

Merluzz tat-Tramuntana tal-Paċifiku (Merluccius productus), fletti ffriżati u laħam ieħor għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

15 000

0 %

1.1.2016-31.12.2018

ex 0304 95 50

10

09.2770

ex 0305 63 00

10

Inċova (Engraulis anchoita), immelħa jew fis-salmura, iżda mhux imnixxfa jew affumikata, għall-ipproċessar (1)  (2)

2 500

0 %

1.1.2016-31.12.2018

09.2754

ex 0303 89 45

10

Inċova (Engraulis anchoita u Engraulis capensis), iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

1 000

0 %

1.1.2016–31.12.2018

09.2788

ex 0302 41 00

10

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), ta' piż li jaqbeż il-100 g kull biċċa jew qatgħat (“flaps”) b'piż li jaqbeż it-80 g kull biċċa, bl-esklużjoni tal-fwied u l-bajd, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

17 500  (5)

0 %

1.10.2016-31.12.2016

1.10.2017-31.12.2017

1.10.2018-31.12.2018

ex 0303 51 00

10

ex 0304 59 50

10

ex 0304 99 23

10

09.2792

ex 1604 12 99

11

Aringi, imħawrin u/jew bil-ħall, fis-salmura, ippreservati fi btieti ta' mill-inqas 70 kg f'piż nett mingħajr ilma, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

15 000  (6)  (7)

5 %

1.1.2016-31.12.2018

09.2790

ex 1604 14 26

10

Fletti magħrufa bħala “loins” ta' tonn u palamit, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

25 000

0 %

1.1.2016-31.12.2018

ex 1604 14 36

10

ex 1604 14 46

11

21

91

09.2785

ex 0307 49 59

10

Tubu (8) tal-klamari (Ommastrephes spp. — bl-esklużjoni ta' Todarodes sagittatus (synonym Ommastrephes sagittatus) –, Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżat, bil-ġilda u l-pinen, għall-ipproċessar (1)  (2)

40 000

0 %

1.1.2016-31.12.2018

ex 0307 99 11

10

ex 0307 99 17

21

09.2786

ex 0307 49 59

20

Klamar (Ommastrephes spp., Todarodes spp. — bl-esklużjoni ta' Todarodes sagittatus (synonym Ommastrephes sagittatus) –, Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżat, sħiħ jew tentakli u pinen, għall-ipproċessar (1)  (2)

1 500

0 %

1.1.2016-31.12.2018

ex 0307 99 11

20

29

09.2777

ex 0303 67 00

10

Merluzz tal-Alaska (Theragra chalcogramma), iffriżat, fletti ffriżati jew laħam ieħor iffriżat għall-ipproċessar (1)  (2)

300 000  (9)

0 %

1.1.2016-31.12.2018

ex 0304 75 00

10

ex 0304 94 90

10

09.2772

ex 0304 93 10

10

Surimi, iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

60 000

0 %

1.1.2016-31.12.2018

ex 0304 94 10

10

ex 0304 95 10

10

ex 0304 99 10

10

09.2746

ex 0302 89 90

30

Southern red snapper (Lutjanus purpureus), frisk, imkessaħ, għall-ipproċessar (1)  (2)

1 500

0 %

1.1.2016-31.12.2018

09.2748

ex 0302 90 00

95

Bajd tal-ħut iebes, frisk, imkessaħ jew iffriżat, immellaħ jew fis-salmura, għall-ipproċessar (1)  (2)

7 000

0 %

1.1.2016-31.12.2018

ex 0303 90 90

91

ex 0305 20 00

30

09.2750

ex 1604 32 00

20

Bajd tal-ħut iebes, maħsul, imnaddaf mill-organi aderenti u sempliċiment immellaħ jew fis-salmura, għall-ipproċessar ta'sostituti tal-kavjar (1)  (2)

3 000

0 %

1.1.2016-31.12.2018

09.2778

ex 0304 83 90

21

Pixxiċatt, fletti ffriżati u laħam ieħor tal-ħut (Limanda aspera, Lepidopsetta bilineata, Pleuronectes quadrituberculatus, Limanda ferruginea, Lepidopsetta polyxystra), għall-ipproċessar (1)  (2)

5 000

0 %

1.1.2016-31.12.2018

ex 0304 99 99

65

09.2824

ex 0302 52 00

10

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) frisk, imkessaħ jew iffriżat bir-ras maqtugħa, mingħajr garġi u intern, għall-ipproċessar (1)  (2)

5 000

2,6 %

1.1.2016-31.12.2018

ex 0303 64 00

10

09.2826

ex 0306 17 99

10

Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pleoticus muelleri, fil-fosdqa jew le, friski, imkessħin jew iffriżati, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

10 000

4,2 %

1.1.2016-31.12.2018

ex 0306 27 99

20


(*)  Espress f'piż nett, ħlief fejn speċifikat mod ieħor.

(1)  Il-kwota tariffarja hija suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(2)  Il-kwota tariffarja mhix disponibbli għal prodotti maħsuba biss għal waħda minn dawn l-operazzjonijiet li ġejjin jew iktar:

tindif, evixxerazzjoni, tneħħija tad-denb, tneħħija tar-ras,

qtugħ,

ippakkjar mill-ġdid ta' fletti ffriżati tal-IQF (iffriżati individwalment b'mod rapidu),

kampjunar, għażla,

tikkettar,

imballaġġ,

tkessiħ,

iffriżar,

iffriżar għal żmien twil,

igglejżjar,

ħall tal-friża,

separazzjoni.

Il-kwota tariffarja mhix disponibbli għall-prodotti maħsuba li, addizzjonalment, jgħaddu minn trattament jew operazzjonijiet li jikkonferixxu intitolament għal kwota, fejn tali trattament jew operazzjonijiet jitwettqu fil-livell tal-konsumatur jew tal-fornitur tal-ikel. It-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni għandu japplika biss għal prodotti intenzjonati għall-konsum mill-bniedem.

Il-kwota tariffarja hija madankollu disponibbli għal materjali maħsuba għal waħda minn dawn l-operazzjonijiet li ġejjin jew iktar:

tqattigħ f'kubi,

tqattigħ fi ċrieki, tqattigħ fi strippi għal materjali taħt il-kodiċijiet tan-NM 0307 49 59, 0307 99 11, 0307 99 17, 0307 49 59, 0307 99 11, 0307 99 17,

iffilettjar,

produzzjoni ta' qatgħat,

qtugħ ta' blokok iffriżati,

separazzjoni ta' blokok iffriżati ta' fletti mwaħħlin flimkien.

(3)  Il-prodotti taħt il-kodiċijiet tan-NM 0306 16 99 (suddiviżjonijiet TARIC 20 u 30), 0306 26 90 (suddiviżjonijiet TARIC 12, 14, 92 u 93), 1605 21 90 (suddiviżjonijiet TARIC 45 u 62), 1605 29 00 (suddiviżjonijiet TARIC 50 u 55), 0306 17 92 (suddiviżjoni TARIC 20), 0306 27 99 (suddiviżjoni TARIC 30), 0306 17 99 (suddiviżjoni TARIC 10) u 0306 27 99 (suddiviżjoni TARIC 20) għandhom, minkejja n-nota f'qiegħ il-paġna (2), jikkwalifikaw għall-kwota jekk jgħaddu minn operazzjoni li tissuġġetta l-gambli u l-gambli kbar għal trattament tal-ipproċessar bil-gassijiet tal-imballaġġ kif definit fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

(4)  Il-kwota tariffarja 09.2794 tonqos awtomatikament għal 7 000 tunnellata fis-sena mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara dik li fiha l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat proviżorjament, skont liema jseħħ l-ewwel.

(5)  Il-kwota tariffarja 09.2788 awtomatikament titnaqqas għal 12 000 tunnellata fis-sena, minn xahrejn wara li l-protokoll addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, li kien negozjat b'mod parallel mal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat proviżorjament, skont liema jseħħ l-ewwel.

(6)  Il-kwota tariffarja 09.2792 awtomatikament titnaqqas għal 7 500 tunnellata fis-sena, minn xahrejn wara li l-protokoll addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, li kien nnegozjat b'mod parallel mal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat proviżorjament, skont liema jseħħ l-ewwel.

(7)  Espress f'piż nett mingħajr ilma.

(8)  Ġisem taċ-ċefalopod jew il-klamar mingħajr ras u mingħajr tentakli, bil-ġilda u l-pinen.

(9)  Japplika l-Artikolu 4.


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2266

tal-24 ta' Novembru 2015

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Asperges du Blayais (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Asperges du Blayais” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2)

Billi ma saret l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Asperges du Blayais” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Asperges du Blayais” (IĠP) hija rreġistrata.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.6 frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati — tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 238, 21.7.2015, p. 13.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2267

tal-24 ta' Novembru 2015

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pampapato di Ferrara/Pampepato di Ferrara (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja biex id-denominazzjoni “Pampapato di Ferrara”/“Pampepato di Ferrara” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Pampapato di Ferrara”/“Pampepato di Ferrara” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Pampapato di Ferrara”/“Pampepato di Ferrara” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 2.3 “Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara” tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 238, 21.7.2015, p. 9.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13.6.2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2268

tal-24 ta' Novembru 2015

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Drniški pršut (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Kroazja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Drniški pršut” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Drniški pršut” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Drniški pršut” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.2 — Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 241, 23.7.2015, p. 6.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2269

tat-3 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bakkaljaw fiż-żona VIId minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Skont informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-Kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stabbilita f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Nru

63/TQ104

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

COD/07D.

Speċi

Bakkaljaw (Gadus Morhua)

Żona

VIId

Data tal-għeluq

1.11.2015


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2270

tat-3 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun tat-tbajja' fiż-żoni VIIh, VIIj u VIIk minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Skont informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Nru

65/TQ104

Stat Membru

Franza

Stokk

PLE/7HJK

Speċi

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

Żona

VIIh, VIIj u VIIk

Data tal-għeluq

6.11.2015


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2271

tat-3 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għall-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żona V mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Skont informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li l-ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Nru

64/TQ104

Stat Membru

Franza

Stokk

LIN/05EI.

Speċi

Lipp (Molva molva)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V

Data tal-għeluq

6.11.2015


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2272

tas-7 ta' Diċembru 2015

li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tla-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament Bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”) skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Bażiku l-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar (“SPT”) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”), permezz tar-Regolament (KE) Nru 926/2009 (2) (il-“miżuri oriġinali”). Il-miżuri oriġinali kienu bbażati fuq il-konstatazzjoni ta' theddida ta' ħsara u ġew annullati permezz ta' sentenza tal-Qorti Ġenerali (3) f'dak li jirrigwarda l-esportazzjoni tal-prodotti magħmula minn Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd. Is-sentenza hija attwalment suġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (4).

(2)

Il-miżuri imposti kienu f'forma ta' rati tad-dazju ad valorem li ġejjin: 17,7 % għall-kumpanija Shandong Luxing Steel Pipe Co. Ltd, 27,2 % (il-kumpaniji l-oħra li kkooperaw) u 39,2 % (għall-kumpaniji l-oħra kollha).

2.   Miżuri fis-seħħ fir-rigward ta' pajjiżi terzi oħra

(3)

Bħalissa hemm fis-seħħ miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-SPT li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina (5). Il-miżuri antidumping kontra l-Kroazja ġew mitmuma fis-26 ta' Ġunju 2012 (6).

3.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (7) tal-miżuri antidumping fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawk il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

It-talba saret mill-Kumitat tad-Difiża tal-Industrija tat-Tubi tal-Azzar Mingħajr Saldaturi tal-Unjoni Ewropea (“l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi.

(6)

It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-issoktar ta' dumping u l-issoktar jew ir-rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

(7)

Fit-3 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (8) (“in-Notifika ta' Bidu”).

4.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(8)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Minbarra dan, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lil produtturi magħrufa l-oħra tal-Unjoni, produtturi esportaturi, importaturi u utenti magħrufa fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, u lill-awtoritajiet Ċiniżi dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza u stednithom biex jipparteċipaw.

(9)

Il-Kummissjoni għarrfet ukoll lill-produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti”) dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jieħdu sehem. Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati li kienet tqis lill-Istati Uniti bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”) skont it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(10)

Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ.

4.1.   Teħid tal-kampjun

(11)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista' tieħu kampjuni minn partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(a)   It-teħid ta' kampjun tal-produtturi tal-Unjoni

(12)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. Il-kampjun intgħażel fuq il-bażi ta' volumi ta' bejgħ tal-prodott simili matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami fl-Unjoni filwaqt li ġiet żgurata firxa ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn sitt kumpaniji fir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, ir-Rumanija u s-Slovakkja, li kienu jirrappreżentaw madwar 55 % tat-total ta' bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni. Ma waslu l-ebda kummenti u għalhekk il-kumpaniji magħżula b'mod provviżorju nżammew fil-kampjun finali.

(b)   Teħid tal-kampjun tal-importaturi

(13)

Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(14)

Minħabba li erba' importaturi mhux relatati biss ippreżentaw lilhom infushom billi taw l-informazzjoni mitluba fl-Avviż ta' Bidu, it-teħid ta' kampjuni ma kienx meħtieġ. Madankollu, mill-erba' importaturi mhux relatati wieħed biss ikkoopera fl-investigazzjoni u ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju mibgħut.

(c)   Il-kampjunar ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ

(15)

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ, it-teħid ta' kampjuni kien previst fin-Notifika ta' Bidu.

(16)

Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(17)

Minħabba li kien hemm biss tliet produtturi esportaturi fiċ-Ċina li pprovdew lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba, il-kampjunar ma kienx meqjus neċessarju.

4.2.   Il-kwestjonarji u ż-żjarat ta' verifika

(18)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping u d-danni li jirriżultaw u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni.

(19)

Intbagħtu kwestjonarji lit-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li ppreżentaw ruħhom fl-eżerċizzju ta' kampjunar, lis-sitt produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-erba' importaturi li ppreżentaw ruħhom fl-eżerċizzju tal-kampjunar u seba' utenti. Tnejn u għoxrin produttur analogi potenzjali f'sitt pajjiżi, jiġifieri l-Arġentina, il-Brażil, il-Ġappun, il-Messiku, l-Ukraina u l-Istati Uniti tal-Amerika kienu identifikati u rċivew kwestjonarji.

(20)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand produttur esportatur Ċiniż wieħed, tliet produtturi fil-pajjiż analogu fl-Istati Uniti tal-Amerika, is-sitt produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun, importatur wieħed u tliet utenti.

(21)

Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produttur esportatur fir-RPĊ

Shandong Luxing Steel Pipe Co., Ltd, the PRC

(b)

Produtturi tal-Unjoni

Arcelor Mittal Tubular Products Ostrava AS, ir-Repubblika Ċeka,

Benteler Deutschland GmbH, il-Ġermanja

Tenaris-Dalmine SPA, l-Italja

TMK-ARTROM, ir-Rumanija

Vallourec Tubes France, Franza

Železiarne Podbrezová, is-Slovakkja

(c)

Importatur

Handelsonderneming Jan van Meever B.V., in-Netherlands

(d)

Produtturi fil-pajjiż analogu:

IPSCO Tubulars Inc. DBA TMK IPSCO, l-Istati Uniti tal-Amerika

Vallourec Star, L.P., l-Istati Uniti tal-Amerika

ArcelorMittal Tubular Products, l-Istati Uniti tal-Amerika

5.   Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(22)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 (il-“perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (il-“perjodu kkunsidrat”).

6.   Żvelar

(23)

Il-partijiet kollha interessati ġew infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien intenzjonat li tinżamm il-miżura antidumping definittiva eżistenti. Il-partijiet ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. L-applikant biss ippreżenta kummenti wara l-iżvelar.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-Prodott ikkonċernat

(24)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali msemmi fil-premessa (1), jiġifieri pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, ta' cross-section ċirkolari, b'dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm b'Valur Ekwivalenti għall-Karbonju (VEK) li ma jaqbiżx 0,86 skont l-Istitut Internazzjonali tas-Saldatura (IIW) il-formula u l-analiżi kimika (9), li joriġina mir-RPĊ, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7304 19 10, ex 7304 19 30, ex 7304 23 00, ex 7304 29 10, ex 7304 29 30, ex 7304 31 20, ex 7304 31 80, ex 7304 39 10, ex 7304 39 52, ex 7304 39 58, ex 7304 39 92, ex 7304 39 93, ex 7304 51 81, ex 7304 51 89, ex 7304 59 10, ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93.

2.   Il-prodott simili

(25)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku fl-Istati Uniti, li serva bħala pajjiż analogu; kif ukoll

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(26)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING

1.   Kummenti preliminari

(27)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dumping kienx qed iseħħ u jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti kellhiex il-probabbiltà li twassal għall-kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping.

(28)

Kif imsemmi hawn fuq, tliet produtturi esportaturi Ċiniżi ppreżentaw ruħhom wara l-bidu tal-investigazzjoni u rċevew kwestjonarju. Madankollu, waslet riposta waħda biss. Il-produttur esportatur li kkoopera kien responsabbli għal iktar minn 25 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni u l-importazzjonijiet tiegħu kienu kkunsidrati li huma rappreżentattivi tal-importazzjoni totali mir-RPĊ lejn l-Unjoni. Għalhekk, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq id-dejta tal-produttur esportatur li kkoopera.

2.   Dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami

2.1.   Il-pajjiż analogu

(29)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien determinat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur kostrutt f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. Għal dan l-għan, kellu jintgħażel pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“il-pajjiż analogu”).

(30)

Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati fin-Notifika ta' Bidu li hi prevediet lill-Istati Uniti, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, bħala pajjiż analogu possibbli u stiednet lill-partijiet biex jikkummentaw. Ma waslu l-ebda kummenti.

(31)

Madankollu, il-Kummissjoni kkuntattjat numru ta' pajjiżi analogi potenzjali oħra (l-Arġentina, il-Brażil, l-Indja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Messiku, il-Federazzjoni Russa u l-Ukraina) biex tfittex il-kooperazzjoni tagħhom u biex tipprovdi informazzjoni.

(32)

Tliet produtturi mill-Istati Uniti kkooperaw u ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju.

(33)

Il-livell ta' kompetizzjoni fis-suq tal-Istati Uniti kien għoli, b'għadd kbir ta' produtturi li jbigħu domestikament u b'livelli sinifikanti ta' importazzjoni (minkejja d-dazji antidumping eżistenti kontra r-RPĊ). Il-kwantitajiet mibjugħa fis-suq tal-Istati Uniti kienu sostanzjali u dan tal-aħħar kien komparabbli mas-suq Ċiniż f'termini ta' firxa ta' prodotti. Barra minn hekk, il-materja prima użata u l-proċess ta' produzzjoni tal-produtturi li kkooperaw f'pajjiż analogu nstabu li kienu simili għal dawk fis-suq Ċiniż. Għalhekk, u fid-dawl tal-kooperazzjoni li waslet, l-Istati Uniti tqiesu bħala pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

2.2.   Valur normali

(34)

L-informazzjoni li waslet mingħand il-produtturi li kkooperaw fl-Istati Uniti ġiet użata bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali applikabbli għal produtturi esportaturi fiċ-Ċina.

(35)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għall-produtturi li kkooperaw fl-Istati Uniti kienx rappreżentattiv matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Il-bejgħ domestiku tqies bħala rappreżentattiv jekk il-volum tal-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ Ċiniż għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Abbażi ta' dan, il-bejgħ domestiku fl-Istati Uniti tal-Amerika kien rappreżentattiv.

(36)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies bħala li sar fil-perkors normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. L-eżami saret billi ġie stabbilit il-proporzjon ta' bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti tat-tip ta' prodott in kwistjoni. Fil-każijiet fejn il-bejgħ domestiku tat-tip ta' prodott partikolari sar fi kwantitajiet suffiċjenti u f'sitwazzjoni ta' kummerċ normali, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku reali, ikkalkulat bħala medja differenzjata tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip li sar matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(37)

Għal dawk it-tipi ta' prodotti fejn aktar minn 80 %, bħala volum ta' bejgħ fis-suq domestiku tat-tip ta' prodott, kienu ogħla mill-kost u l-prezz medju peżat tal-bejgħ ta' dak it-tip kien daqs jew aktar mill-prezz ta' unità tal-produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip ta' prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja peżata tal-prezzijiet domestiċi reali tal-bejgħ kollu tat-tip ikkonċernat, irrispettivament jekk dak il-bejgħ kellux profitt jew le.

(38)

Meta l-volum tal-bejgħ profitabbli ta' tip ta' prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum tal-bejgħ totali ta' dak it-tip, jew fejn il-prezz medju peżat ta' dak it-tip kien taħt il-kost ta' unità ta' produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkolat bħala l-prezz medju peżat tal-bejgħ domestiku profittabbli biss ta' dak it-tip magħmul matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

2.3.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(39)

Il-produtturi esportaturi li kkoopera esporta lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. Il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz attwalment imħallas jew li jista' jitħallas għall-prodott taħt rieżami meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

2.4.   Tqabbil

(40)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika. Fejn dan kien iġġustifikat għall-iskop ta' paragun ġust, il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport (domestiku u trasport bil-baħar), l-ispejjeż tal-assigurazzjoni, spejjeż bankarji u kummissjonijiet.

2.5.   Marġini tad-dumping

(41)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip tal-prodott simili fil-pajjiż analogu bil-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip li jikkorrispondi mal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. Fuq il-bażi ta' dan, il-marġni tad-dumping medju peżat għall-produtturi esportaturi li kkooperaw espress bħala perċentwali tal-prezz fil-fruntiera tal-Unjoni fuq bażi tal-kost, l-assigurazzjoni u t-trasport (cost, insurance, freight, “CIF”), bid-dazju mhux imħallas, kien ta' aktar minn 158,3 %.

3.   Żvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jiġu revokati l-miżuri

(42)

Il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping jekk il-miżuri jiskadu. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: prezz ta' esportazzjoni għal destinazzjonijiet oħra, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ u l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni.

3.1.   L-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn destinazzjonijiet oħra

(43)

Skont il-Bażi tad-Dejta tal-Istatistiki tal-Esportazzjoni Ċiniża, l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-SPT madwar id-dinja (124 pajjiż barra l-Unjoni) kienu jammontaw għal 4,6 miljun tunnellata fl-2013. Il-prezzijiet varjaw bejn EUR 400 għal kull tunnellata u EUR 4 500 għal kull tunnellata. L-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni ammontaw għal 68 000 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami bi prezz medju inqas minn EUR 700/tunnellata (abbażi ta' dejta mill-Eurostat). Il-Kummissjoni qieset li tali differenzi konsiderevoli fil-prezzijiet ma jippermettux li titfassal kwalunkwe konklużjoni ta' siwi dwar il-kondotta tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniża lejn pajjiżi terzi oħra. Madankollu, l-investigazzjoni sabet li l-prezz medju ta' esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ lejn swieq terzi (iċ-Ċili, l-Iran, il-Korea, l-UEA u t-Turkija) kien aktar baxx mill-prezz medju tal-esportazzjoni Ċiniża lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, il-kwantitajiet esportati u l-prezzijiet iċċarġjati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi f'xi swieq importanti tal-esportazzjoni bħall-Unjoni, il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kolumbja, il-Messiku, il-Brażil, ir-Russja, il-Bjelorussja u l-Kazakistan, huma affettwati mill-miżuri eżistenti bħal dazji ta' kontra d-dumping jew garanziji.

3.2.   Kapaċità ta' produzzjoni u kapaċità żejda fiċ-Ċina

(44)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ żdiedet b'mod sinifikanti mill-investigazzjoni oriġinali. Dejta disponibbli pubblikament miġbura matul iż-żjara fuq il-post turi kapaċità ta' produzzjoni f'livell ta' 32 miljun tunnellata (10). Id-dejta pprovduta mill-applikant turi livelli ta' kapaċità ta' produzzjoni ogħla sa 43 miljun tunnellata. Iż-żewġ sorsi jikkonfermaw li mindu saret l-investigazzjoni oriġinali, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi Ċiniżi żdiedet b'mod sinifikanti, jiġifieri b'mill-inqas 60 %.

(45)

L-informazzjoni kollha miġbura tikkonferma l-eżistenza ta' kapaċità żejda tal-industrija Ċiniża. L-ebda informazzjoni ma ġiet ippreżentata li turi li l-konsum domestiku fir-RPĊ se jiżdied fis-snin li ġejjin, fi proporzjon suffiċjenti biex jassorbu l-kapaċità żejda eżistenti fir-RPĊ.

(46)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-produzzjoni fir-RPC kienet fil-medda ta' 30 miljun tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u b'hekk iħalli mill-inqas 2 miljun tunnellati ta' kapaċità żejda. Dik il-kapaċità żejda tikkostitwixxi aktar minn 100 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u kienet għalhekk meqjusa sinifikanti. Għalhekk, hemm kapaċità ta' produzzjoni żejda sinifikanti disponibbli fir-RPĊ li x'aktarx se tintuża, fid-dawl tal-konklużjonijiet rigward l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni u tad-diffikultajiet, għas-suq intern, li jassorbiha, biex jiżdiedu l-volumi tal-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta' miżuri.

3.3.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(47)

Skont l-Eurostat, l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni l-ewwel naqsu minn aktar minn 78 000 tunnellata fl-2011 għal iktar minn 47 000 tunnellata fl-2012 u reġgħu żdiedu għal kważi 68 000 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. It-tnaqqis tal-importazzjonijiet fl-2012 ikkoinċida ma' tnaqqis fid-domanda fis-suq tal-Unjoni. Filwaqt li t-tnaqqis fid-domanda kompla fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami, il-volum tal-importazzjonijiet żdied, u dan wassal għal żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi, u laħaq 3,6 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(48)

Kif stabbilit fil-premessa (41), l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu l-oġġett ta' dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, filwaqt li l-miżuri kienu fis-seħħ. Il-marġni ta' dumping stabbilit kien anki sostanzjalment ogħla mill-marġinu tad-dumping li nstab matul l-investigazzjoni oriġinali. Jekk l-importazzjonijiet komplew ikunu dumped fil-preżenza ta' miżuri, imbagħad, ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li, fin-nuqqas ta' miżuri, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ għandhom jiżdiedu, aħseb u ara għal livell biżżejjed biex jelimina d-dumping.

(49)

Kif imsemmi fil-premessa (43), il-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-SPT f'għadd ta' swieq ta' esportazzjoni importanti għall-produtturi esportaturi tal-SPT Ċiniżi jillimitaw ħafna l-possibilità ta' espansjoni jew kontinwazzjoni tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn dawn is-swieq. Fl-istess ħin, kien stabbilit li l-prezz ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' produttur esportatur Ċiniż li kkoopera kien ogħla mill-prezz ta' esportazzjoni tiegħu fi swieq terzi, li jindika l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni minkejja d-dazji fis-seħħ. Barra minn hekk, ġie muri li s-suq tal-Unjoni jkun fil-mira biex jassorbi parti sinifikanti tal-kapaċitajiet żejda Ċiniżi li ċertament se jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping fin-nuqqas ta' miżuri antidumping.

(50)

Barra minn hekk, qabel l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ fl-2009, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni ammontaw għal 542 840 tunnellata lejn l-Unjoni, jiġifieri kważi tmien darbiet aktar milli fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dan jindika li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-importazzjonijiet Ċiniżi f'termini tad-daqs tas-suq u li jkun hemm kapaċità fis-suq tal-Unjoni biex tassorbi żieda fil-volumi ta' importazzjoni mir-RPĊ. Id-dazji antidumping fis-seħħ impedixxew lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li jżidu l-volumi tal-bejgħ tagħhom lejn l-Unjoni, li, x'aktarx se jiżdiedu mill-ġdid jekk il-miżuri jitħallew jiskadu b'mod partikolari meta wieħed iqis id-disponibbiltà tal-kapaċitajiet żejda sinifikanti fir-RPĊ kif deskritt hawn taħt.

(51)

Barra minn hekk, anki jekk il-konsum fis-suq Ċiniż kiber b'mod sinifikanti mill-investigazzjoni oriġinali, huwa improbabbli li l-kapaċità ta' produzzjoni żejda sinifikattiva tal-produtturi Ċiniżi tista' tiġi assorbita domestikament, kif spjegat fil-premessa (45).

(52)

Għalhekk, jekk il-miżuri attwali jitħallew jiskadu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi x'aktarx li jżidu b'mod sinifikanti l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

3.4.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' tkomplija ta' dumping

(53)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-bejgħ tal-SPT miċ-Ċiniżi lill-Unjoni sar bi prezzijiet suġġetti għal dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Minħabba l-kapaċità libera sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina (li hija katr mill-konsum totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami), il-miżura fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi fi swieq terzi oħra u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta' tkomplija ta' dumping jekk il-miżuri jitneħħew.

D.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAD-DANNU

1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(54)

L-industrija tal-Unjoni ma għaddiet minn ebda tibdil strutturali qawwi mill-investigazzjoni oriġinali. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-prodott simili kien manifatturat minn madwar 20 produttur magħrufa fl-Unjoni. Huma jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(55)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw u fuq id-dejta ppreżentata mill-applikant.

(56)

Kif indikat fil-premessa (12), minħabba l-għadd kbir ta' produtturi tal-Unjoni, intgħażel kampjun ta' sitt produtturi tal-Unjoni. Il-kampjun tqies rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni, li jirrappreżentaw madwar 60 % tal-bejgħ totali fl-Unjoni.

2.   Konsum tal-Unjoni

(57)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum apparenti tal-Unjoni fuq il-bażi ta' (i) il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-applikant u (ii) il-volumi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn is-suq tal-Unjoni bbażati fuq l-istatistika tal-Eurostat. L-applikant ġabar u aggregata d-dejta tal-bejgħ minn 16-il produttur tal-Unjoni u għamel stima tad-dejta għall-bqija.

(58)

Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Konsum totali tal-Unjoni (tunnellati)

2 353 291

2 058 262

1 841 591

1 904 410

Indiċi (2011=100)

100

87

78

81

Sors: L-Eurostat u d-dejta ppreżentata mill-applikant.

(59)

Tul il-perjodu kollu kkunsidrat il-konsum tal-Unjoni żdied b'19 %. B'mod aktar speċifiku, is-suq tal-Unjoni għall-prodott taħt rieżami u għall-prodott simili naqas b'mod stabbli sal-2013 (bi 22 %) u mbagħad żdied bi ftit matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (bi 3,4 %).

(60)

Ix-xejra ta' tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni tista' tiġi spjegata prinċipalment minħabba t-tnaqqis fid-domanda li ġejja mis-setturi tal-kostruzzjoni, industrijali u setturi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, li ma rkuprawx għal-livelli ta' qabel il-kriżi, jiġifieri qabel is-sena 2009.

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż konċernat

Tabella 2

Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq

Pajjiż

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

RPĊ

Volum (tunnellati)

78 153

47 279

55 777

67 977

Indiċi

100

60

71

87

Sehem mis-suq (%)

3,3

2,3

3

3,6

Sors: L-Eurostat.

(61)

Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mir-RPĊ lejn l-Unjoni naqas bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn madwar 78 000 tunnellata fl-2011 għal 68 000 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-volum ta' importazzjonijiet mir-RPĊ naqas b'mod sinifikanti fl-2012 (b'40 %) u kiber b'mod stabbli minn dak iż-żmien (bi 18 % fl-2013 meta mqabbel mal-2012 u mbagħad bi 22 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2013).

(62)

L-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mir-RPĊ lejn l-Unjoni naqsu xi ftit inqas mill-konsum tal-Unjoni u dan wassal għal żieda marġinali fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi minn 3,3 % fl-2011 għal 3,6 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod aktar speċifiku, is-sehem mis-suq naqas għal 2,3 % fl-2012 u żdied wara għal 3 % u 3,6 % fl-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami rispettivament.

3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(63)

It-tabella ta' hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjonijiet

Pajjiż

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

RPĊ

Prezz medju (EUR/tunnellata)

801

828

747

692

Indiċi

100

103

93

86

Sors: L-Eurostat.

(64)

Bejn l-2011 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-prezz medju tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ naqas b'14 %, minn EUR 801/tunnellata fl-2011 għal EUR 692/tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod aktar speċifiku, il-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied bi 3 % fl-2012 u mbagħad naqas b'aktar minn 16 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-prezz medju tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kien fl-istess firxa tal-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Eurostat u segwa l-istess xejriet tul il-perjodu kkunsidrat.

3.3.   It-twaqqigħ tal-prezz

(65)

Il-Kummissjoni ddeterminat li kien hemm twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta' investigazzjoni billi qabblet il-prezz tal-bejgħ medju peżat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li huma żammew fis-suq tal-Unjoni, aġġustat għal-livell tal-prezz mill-fabbrika u l-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat għall-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq il-bażi ta' spiża, assigurazzjoni u trasport (CIF) abbażi tad-dejta verifikata mill-produttur esportatur Ċiniż li kkoopera.

(66)

Għall-finijiet tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, kienet użata informazzjoni mingħand il-produtturi kollha tal-Unjoni magħżula fil-kampjun għall-analiżi tal-perjodu ta' investigazzjoni. Il-paragun wera li, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-medja differenzjata tal-marġni ta' twaqqigħ ta' prezz, espressa bħala persentaġġ tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien ta' 28,4 %. Jekk id-dazju antidumping ta' 17,7 % applikabbli għall-produttur esportatur Ċiniż li kkoopera jitnaqqas, il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz jammonta għal 39,2 %.

4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(67)

Il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Pajjiż

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

L-Ukraina

Volum (tunnellati)

44 615

39 168

57 915

59 656

Indiċi

100

88

130

134

Sehem mis-suq (%)

1,9

1,9

3,1

3,1

Prezz medju (EUR /tunnellata)

900

898

838

776

Indiċi

100

100

93

86

Il-Ġappun

Volum (tunnellati)

51 852

47 163

23 721

21 426

Indiċi

100

91

46

41

Sehem mis-suq (%)

2,2

2,3

1,3

1,1

Prezz medju (EUR /tunnellata)

2 303

2 526

2 244

2 330

Indiċi

100

110

97

101

Il-Belarussja

Volum (tunnellati)

33 614

35 761

28 380

29 600

Indiċi

100

106

84

88

Sehem mis-suq (%)

1,4

1,7

1,5

1,6

Prezz medju (EUR /tunnellata)

849

856

803

783

Indiċi

100

101

95

92

Ir-Russja

Volum (tunnellati)

19 018

13 375

7 154

7 977

Indiċi

100

70

38

42

Sehem mis-suq (%)

0,8

0,6

0,4

0,4

Prezz medju (EUR /tunnellata)

1 065

1 068

1 021

901

Indiċi

100

100

96

85

Pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati)

43 230

54 977

43 713

56 509

Indiċi

100

127

101

131

Sehem mis-suq (%)

2,6

3,3

2,8

3,4

Prezz medju (EUR /tunnellata)

1 249

1 659

1 195

1 327

Indiċi

100

133

96

106

Sors: L-Eurostat.

(68)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi ta' importazzjonijiet mill-Ukraina żdiedu b'34 %, biex laħqu 59 656 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, filwaqt li l-volumi tal-importazzjoni mill-Ġappun, ir-Russja u l-Belarus naqsu b'59 %, 58 % u 12 % rispettivament u kienu ta' 21 426 tunnellata, 7 977 tunnellata u 29 600 tunnellata fl-istess perjodu. Il-volumi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra żdiedu b'31 % minn 43 230 tunnellata għal 56 509 tunnellati. F'termini ta' sehem mis-suq, l-Ukraina u pajjiżi terzi oħra kellhom madwar 3 % tas-suq tal-Unjoni filwaqt li l-Ġappun u l-Bjelorussja kellhom madwar 1 % u 2 % rispettivament. Is-sehem mis-suq li kellha r-Russja kien marġinali b'0,4 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(69)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Ukraina, il-Belarus u r-Russja wrew xejra 'l isfel matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Ġappun u minn pajjiżi terzi oħra wrew xejra li qed tiżdied. Fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-prezz tal-importazzjoni tal-SPT kien ta' madwar EUR 780/tunnellata għall-Belarus u l-Ukraina filwaqt li għall-Ġappun u pajjiżi terzi oħra kien ta' madwar EUR 2 330 għal kull tunnellata u EUR 1 327 għal kull tunnellata. Il-prezz ta' importazzjoni mir-Russja kien ta' madwar EUR 900 għal kull tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Bħalissa jeżistu miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-SPT mill-Ukrajna u mir-Russja.

5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.1.   Rimarki ġenerali

(70)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminar tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping fl-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(71)

Għall-iskop tal-analiżi tal-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tal-ħsara makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta mressqa mir-rikorrenti, li kienu jikkonsistu f'dejta relatata ma' 16-il produttur tal-Unjoni, u l-istimi għall-bqija kif imsemmi fil-premessa (57); id-dejta tirrigwarda l-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta relatata mal-produttur tal-Unjoni fil-kampjun.

(72)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġini ta' dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti.

(73)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-unità, il-kost tal-unità, il-kost lavorattiv, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-abbiltà li jinġabar il-kapital.

5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

(a)   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(74)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppata matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum ta' produzzjoni

3 746 432

3 585 043

3 292 752

3 361 226

Indiċi (2011=100)

100

96

88

90

Kapaċità ta' produzzjoni

5 118 662

5 085 063

5 039 564

5 046 214

Indiċi (2011=100)

100

99

98

99

Użu tal-kapaċità

73 %

71 %

65 %

67 %

Sors: dejta ppreżentata mill-applikant.

(75)

Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat minn livell ta' 3 746 432 tunnellata fl-2011 għal livell ta' 3 361 226 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod aktar speċifiku, l-ewwel naqset bi 12 % fl-2013 u mbagħad żdiedet marġinalment b'aktar minn 2 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(76)

Il-kapaċità tal-produzzjoni kumplessivament baqgħet stabbli fil-perjodu kkunsidrat u kienet ta' madwar 5 miljun tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(77)

B'riżultat tat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni stabbli, l-użu tal-kapaċità żviluppa skont il-volum tal-produzzjoni, jiġifieri l-ewwel naqas għal 65 % sal-2013 u imbagħad tjieb bi ftit għal 67 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod ġenerali, il-kapaċità tal-użu naqset minn 73 % fl-2011 għal 67 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta'rieżami.

(b)   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(78)

Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kunsidrat kif ġej:

Tabella 6

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Il-volum annwali tal-bejgħ fl-Unjoni:

2 082 810

1 820 539

1 624 931

1 661 265

Indiċi (2011=100)

100

87

78

80

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni

89 %

89 %

88 %

87 %

Sors: dejta ppreżentata mill-applikant.

(79)

Il-volum totali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni rrappurtat fit-Tabella 6 jinkludi l-bejgħ lil klijenti mhux relatati u relatati li nstabu li kienu skont il-prinċipju tad-distakkament.

(80)

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqsu b'20 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni gradwalment naqas bi 22 % sal-2013 u mbagħad tjieb marġinalment biex laħaq aktar minn 1,6 miljun tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. It-tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni huwa prinċipalment minħabba riżultat ta' tnaqqis fid-domanda tal-Unjoni għall-SPT (ara l-premessa (60)). B'konsegwenza ta' dan, l-industrija tal-Unjoni tilfet 2 punti perċentwali ta' sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat, u laħħaq 87 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(c)   It-tkabbir

(81)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas b'19 % matul il-perjodu kunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'20 % li sarraf f'telf ta' sehem mis-suq ta' 2 punti perċentwali.

(d)   L-impjiegi u l-produttività

(82)

L-impjieg u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

L-impjiegi u l-produttività

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Għadd ta' impjegati

21 131

20 850

20 455

20 768

Indiċi (2011=100)

100

99

97

98

Produttività (unità/impjegat)

177

172

161

162

Indiċi (2011=100)

100

97

91

91

Sors: dejta ppreżentata mill-applikant.

(83)

L-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni naqsu bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat u kienu 20 768 impjegati matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(84)

Il-produttività naqset b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat minħabba tnaqqis aktar bil-mod fl-impjiegi tal-Unjoni milli fil-produzzjoni tal-Unjoni. F'kundizzjonijiet ekonomiċi normali, tieħu aktar żmien għall-industrija tal-Unjoni biex tadatta għal tnaqqis fid-domanda u għaldaqstant normalment ikun hemm effett dewwiemi bejn it-tnaqqis fil-produzzjoni u t-tnaqqis fl-għadd ta' impjegati.

(e)   Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti

(85)

Il-marġni tad-dumping stabbilit għaċ-Ċina kien ferm ogħla mil-livell de minimis, filwaqt li l-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina baqa' baxx matul il-perjodu kkunsidrat. L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-importazzjonijiet tal-SPT mir-RPĊ komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping u li l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar b'mod sinifikanti hekk kif konkluż fil-premessi minn (99) sa (102).

5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

(a)   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(86)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kunsiderat:

Tabella 8

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Il-prezz medju tal-bejgħ ta' unità (EUR/tunnellata)

1 294

1 258

1 187

1 170

Indiċi (2011=100)

100

97

92

90

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata metrika)

1 257

1 186

1 167

1 128

Indiċi (2011=100)

100

94

93

90

Sors: risposti għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(87)

Il-prezz tal-bejgħ unitarju medju tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas b'10 % tul il-perjodu kkunsidrat biex laħaq EUR 1 170/tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. It-tnaqqis fil-prezz jista' jidher bħala konsegwenza tal-isforzi li għamlet l-industrija tal-Unjoni biex tnaqqas l-ispejjeż u wkoll minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx.

(88)

Bl-istess mod, l-ispiża medja tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn EUR 1 257 għal kull tunnellata fl-2011 għal EUR 1 128 għal kull tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. It-tnaqqis fl-ispiża ta' produzzjoni jista' jiġi spjegat l-aktar minn proċess ta' produzzjoni u tagħmir aktar effiċjenti.

(b)   Il-kost lavorattiv

(89)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kunsidrat:

Tabella 9

Spejjeż medji tax-xogħol għal kull impjegat

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Kost lavorattiv medju għal kull impjegat (EUR)

41 710

41 465

41 662

41 191

Indiċi (2011=100)

100

99

100

99

Sors: risposti għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(90)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat bi tnaqqis marġinali ta' 1 % matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod partikolari, il-kostijiet lavorattivi medji naqsu b'1 % fl-2012, imbagħad żdiedu b'0,5 % u mbagħad reġgħu naqsu b'1 %.

(c)   Inventarji

(91)

Il-livelli tal-ħażna tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Inventarji

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Ħażniet tal-għeluq (tunnellati)

145 083

129 772

166 387

153 971

Indiċi (2011=100)

100

89

115

106

L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

3,9

3,6

5,1

4,6

Sors: risposti għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(92)

Kumplessivament, l-istokks tal-għeluq żdiedu b'6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Mill-2011 sal-2012 l-istokks tal-għeluq naqsu wara tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni u żieda fil-volum tal-bejgħ għall-esportazzjoni. Mill-2012 sal-2013, l-istokks żdiedu minħabba tnaqqis fil-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni. Mill-2013 sal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami l-istokks tal-għeluq naqsu għal darba oħra l-aktar minħabba żieda fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kemm barra kif ukoll fis-suq tal-Unjoni.

(93)

L-investigazzjoni wriet li, f'din l-industrija, il-produzzjoni ssir prinċipalment fuq il-bażi ta' ordnijiet tal-klijenti għal żmien qasir u għalhekk l-istokkijiet jirrappreżentaw persentaġġ relattivament baxx ta' produzzjoni. L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni segwa x-xejra ta' stokks tal-għeluq u żdied marġinalment minn 3,9 % fl-2011 għal 4,6 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami l-aktar minħabba tnaqqis fil-bejgħ totali tal-Unjoni. B'mod aktar speċifiku, dan naqas b'0,3 punti perċentwali mill-2011 għall-2012 u mbagħad żdied b'1,5 punti perċentwali fl-2013 għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (92).

(d)   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiġi ġġenerat il-kapital

(94)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redittu fuq l-investimenti

 

2011

2012

2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni (% tal-bejgħ nett)

2,9

5,7

1,7

3,6

Fluss tal-flus (EUR)

59 174 934

274 503 811

191 142 121

246 791 720

Indiċi (2011=100)

100

464

323

417

Investimenti (EUR)

141 658 302

134 147 382

140 277 636

146 208 274

Indiċi (2011=100)

100

95

99

103

Redditu fuq l-investimenti (%)

3,7

8,2

5,9

7,6

Sors: risposti għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(95)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tvarja minn sena għal oħra skont il-kundizzjonijiet tas-suq u, b'mod ġenerali, żdiedet minn 2,9 % għal 3,6 % matul il-perjodu kkunsidrat prinċipalment minħabba t-taħlita tal-prodott mibjugħ, jiġifieri l-industrija tal-Unjoni biegħet aktar prodotti b'marġinu ta' profitt relattivament ogħla. B'mod partikolari, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni żdiedet għal 5,7 % fl-2012 imbagħad naqset għal 1,7 % fl-2013 u reġgħet żdiedet għal 3,6 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(96)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja waħedha l-attività tagħha. Il-fluss tal-flus nett żdied b'aktar minn erba' darbiet matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda sostanzjali fil-fluss tal-flus hija prinċipalment spjegata minn bidliet fil-kapital ta' ħidma.

(97)

L-investimenti żdiedu marġinalment, bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Huma rrappreżentaw prinċipalment investimenti meħtieġa għas-sostituzzjoni ta' tagħmir ta' produzzjoni.

(98)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwali tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili żdied minn 3,7 % għal 7,6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bħall-profitt, ix-xejra tar-redditu fuq l-investiment ma kinitx stabbli minħabba li l-ewwel żdiedet għal 8,2 % fl-2012 imbagħad naqset għal 5,9 % fl-2013 u reġgħet żdiedet għal 7,6 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

5.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(99)

Għadd ta' indikaturi, b'mod partikolari l-indikaturi finanzjarji, tjiebu matul il-perjodu kkunsidrat. Il-qligħ żdied marġinalment minn 2,9 % għal 3,6 %, li huwa ftit ogħla mill-profitt fil-mira ta' 3 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Ir-redditu fuq l-investiment żdied minn 3,7 % għal 7,6 % filwaqt li l-livell tal-likwidità żdiedet aktar minn erba' darbiet. Dawn l-iżviluppi jissuġġerixxu li l-miżuri antidumping fis-seħħ kienu effikaċi minħabba li l-industrija tal-Unjoni kienet imkenna minn effetti potenzjali dannużi tal-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu oġġett ta' dumping ta' SPT.

(100)

Min-naħa l-oħra, xi wħud mill-indikaturi prinċipali tal-ħsara, b'mod partikolari l-indikaturi makroekonomiċi, xorta esperjenzaw żvilupp negattiv matul il-perjodu meqjus. B'hekk, il-volum tal-produzzjoni naqas b'10 %, il-volum tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas b'20 %, l-użu tal-kapaċità naqas għal 67 %, is-sehem mis-suq tal-Unjoni naqas bi 2 punti perċentwali u l-impjiegi bi 2 %. Fil-kuntest ta' domanda li qed tonqos għall-SPT, l-industrija tal-Unjoni pproduċiet u biegħet inqas fis-suq tal-Unjoni, li rriżulta f'livelli ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità relattivament baxxi, li kellhom impatt negattiv fuq l-ispejjeż fissi tal-industrija tal-Unjoni. Ta' min jinnota li l-livell ta' użu tal-kapaċità naqas b'mod sinifikanti mill-investigazzjoni oriġinali, speċifikament minn 90 % fl-investigazzjoni oriġinali għal 67 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(101)

Għalhekk, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet imħallta. Xi wħud mill-indikaturi prinċipali tal-ħsara bħalma huma l-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ u s-sehem tas-suq urew xejriet negattivi matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess ħin, fatturi oħra bħalma huma l-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus kontanti wrew tendenzi pożittivi tul l-istess perjodu. Madankollu, l-investigazzjoni stabbilixxiet li, minkejja dawn it-tendenzi pożittivi osservati għal ċerti fatturi tal-inġurja, b'mod ġenerali, l-industrija tal-Unjoni hija f'sitwazzjoni fejn ma tkunx kapaċi tlaħħaq ma' żieda qawwija ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ. Aktar importanti minn hekk, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni b'mod ġenerali wriet deterjorament sinifikanti meta mqabbel mal-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, minkejja li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tagħmel profitt matul il-perjodu kkunsidrat, il-livelli tal-profitt kienu aktar baxxi meta mqabbla mal-investigazzjoni oriġinali (3,6 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami meta mqabbla ma' 15,4 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali) u wkoll ivarjaw ħafna minn sena għall-oħra skont il-kundizzjonijiet tas-suq tal-SPT (pereż. minn 5,7 % fl-2012 għal 1,7 % fl-2013 u mbagħad għal 3,6 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami).

(102)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku u ma kinitx esposta għal theddida ta' ħsara fit-tifsira tal-Artikolu 3(9) tar-Regolament bażiku, prinċipalment minħabba li l-miżuri antidumping fis-seħħ ipproteġewha mill-effett dannuż tal-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping. Madankollu, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar sew meta mqabbel mal-investigazzjoni oriġinali b'livelli ta' profitt instabbli u rati baxxi ta' użu tal-kapaċità.

6.   Probabbiltà tar-rikorrenza tad-dannu

(103)

Kif ġie konkluż fil-premessi minn (99) sa (102), l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx ħsara materjali matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, iżda s-sitwazzjoni tagħha marret għall-agħar sew meta mqabbel mal-investigazzjoni oriġinali. Kif spjegat fil-premessa (41), l-importazzjonijiet Ċiniżi saru f'livelli ta' prezzijiet dumped matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u, kif ġie konkluż fil-premessa (53), hemm probabilità għolja ħafna ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(104)

L-investigazzjoni oriġinali stabbilixxiet l-eżistenza ta' theddida ta' dannu skont l-Artikolu 3(9) tar-Regolament bażiku. Fl-investigazzjoni preżenti kien stabbilit li teżisti probabbiltà ta' rikorrenza ta' theddida ta' ħsara f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Din id-determinazzjoni hija bbażata fuq il-valutazzjoni tal-fatturi li ġejjijn: (a) l-iżvilupp probabbli tal-volum tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping, (b) id-disponibbiltà ta' produzzjoni żejda tal-eportaturi, (c) il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi u d-domanda probabbli ta' aktar importazzjonijiet (d) il-livell tal-inventarji.

(a)   żvilupp probabbli tal-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping

(105)

Kif imsemmi fil-premessa (50), l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-SPT fl-Unjoni kienu jammontaw għal 542 840 tunnellata fl-investigazzjoni oriġinali u niżlu għal 68 000 tunnellata (jiġifieri tmien darbiet inqas) fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Huwa probabbli li, minħabba l-prezzijiet baxxi tagħhom, l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping ta' SPT jistgħu jilħqu l-livell tal-importazzjonijiet fl-investigazzjoni oriġinali (542 840 tunnellata) f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Fil-kuntest ta' tnaqqis fid-domanda tal-Unjoni tal-SPT (minn 3,2 miljun tunnellata fl-investigazzjoni oriġinali għal 1,9 miljun tunnellata fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami), din iż-żieda probabbli tal-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping tal-SPT x'aktarx iwasslu għal żieda fis-sehem mis-suq Ċiniż minn 3,6 % bħalissa għal madwar 30 %. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li l-klijenti tal-Unjoni se jaqilbu relattivament faċilment l-ordnijiet għal żmien qasir mingħand il-produtturi tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Dan se jkollu impatt negattiv fuq il-produtturi tal-Unjoni minħabba li inqas ordnijiet jimplikaw livelli ta' produzzjoni aktar baxxi u b'hekk jaħdmu f'livelli ta' utilizzazzjoni ta' kapaċità mhux sostenibbli ekonomikament. Għar-raġunijiet deskritti fil-qosor u b'kont meħud li l-kapaċità ta' produzzjoni Ċiniża tal-SPT żdiedet b'mod sinifikanti (b'madwar 60 %) minn mindu saret l-investigazzjoni oriġinali, huwa probabbli li l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping ta' SPT b'mod imminenti jimlew is-suq tal-Unjoni u jiksbu sehem sostanzjali mis-suq għas-spejjeż tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(b)   Disponibbiltà tal-kapaċità żejda tal-esportaturi

(106)

Kif stabbilit fil-premessa (46), il-kapaċità żejda totali tal-SPT fir-RPĊ kienet stmata għal madwar 2 miljun tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dan l-ammont qabeż bil-kbir il-konsum totali tal-Unjoni tal-SPT matul l-istess perjodu. Għalhekk, ir-RPĊ tkun tista' tesporta volumi addizzjonali sinifikanti lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kolumbja, il-Messiku u l-Brażil għandhom fis-seħħ miżuri antidumping fuq l-SPT Ċiniżi, filwaqt li r-Russja, il-Bjelorussja u l-Kazakistan provviżorjament imponew miżuri fuq importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet inġusti. Dawn il-pajjiżi kienu swieq importanti tal-esportazzjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi qabel l-impożizzjoni tal-miżuri (11). Barra minn hekk, l-evidenza miġbura tindika li l-kapaċità żejda sinifikanti Ċiniża u l-kriżi ekonomika reċenti tal-ekonomija Ċiniża, jeżerċitaw pressjoni qawwija fuq il-produtturi Ċiniżi tal-SPT li jipproduċu f'rati għolja ta' użu tal-kapaċità. Fid-dawl ta' dawn l-elementi, l-investigazzjoni stabbilixxiet li hemm probabbiltà kbira li, jekk il-miżuri jitneħħew, il-produtturi esportaturi Ċiniżi se jiggwidaw il-produzzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni, li jibqa' suq attraenti kif stabbilit fil-premessi minn (47) sa (52).

(c)   L-iżvilupp probabbli tal-livell tal-prezzijiet Ċiniżi

(107)

Kif spjegat fil-premessi minn (64) sa (66), il-prezzijiet attwali Ċiniżi huma sostanzjalment aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'marġni medju ta' tnaqqis ta' 28,4 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kif stabbilit fil-premessa (52), l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-SPT x'aktarx li jkomplu jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping jekk il-miżuri jiġu revokati. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (66), mingħajr il-miżuri antidumping, l-importazzjonijiet Ċiniżi jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'39,2 %. Jekk il-miżuri jiġu revokati, bil-probabbiltà kollha, dan se joħloq pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, li se tkun aċċentwata minn qabża imminenti probabbli tal-importazzjonijiet tal-SPT mir-RPĊ. L-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-Unjoni ma jistgħux inaqqsu l-prezzijiet tagħhom biex jikkompetu ma' importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Il-prezzijiet huma ġeneralment miftiehma mal-klijenti abbażi tat-tip ta' prodott u kwantità ordnata. Kif spjegat fil-premessi (92) u (93), il-produtturi tal-Unjoni prinċipalment jipproduċu abbażi ta' ordnijiet għal żmien qasir. Dan ifisser li huwa relattivament faċli għall-klijenti li jaqilbu għal importazzjonijiet Ċiniżi ta' SPT irħas. Għalhekk, l-effett negattiv probabbli x'aktarx ikun doppju: (a) fuq naħa, id-differenza sinifikanti fil-prezz x'aktarx li tikkawża bidla lejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping bi prezz baxx mir-RPĊ. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-konsum tal-Unjoni se jiżdied fil-perjodu qasir sa medju. Għalhekk, l-importazzjonijiet li jiżdiedu li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ x'aktarx li jiksbu sehem sinifikanti fis-suq tal-Unjoni għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Dan jirriżulta wkoll f'utilizzazzjoni tal-kapaċità saħansitra aktar baxxa mill-industrija tal-Unjoni li huwa wieħed mill-elementi kruċjali li jikkontribwixxi għar-riżultati negattivi tal-industrija tal-Unjoni kurrenti; (b) min-naħa l-oħra, l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping bi prezz baxx jagħmlu pressjoni sinifikanti fuq il-prezz tas-suq tal-Unjoni u se jisforzaw l-industrija tal-Unjoni li tbaxxi aktar il-prezzijiet għal livelli li huma ekonomikament insostenibbli, li ultimament iwassal għal telf.

(108)

Għalhekk, hemm probabbiltà qawwija li, minħabba l-kapaċità żejda sinifikanti Ċiniża, u miżuri ta' salvagwardja eżistenti antidumping fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott li qed jiġi rieżaminat f'xi swieq tal-esportazzjoni importanti tiegħu tal-SPT, u l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni, kif deskritt fil-premessi minn (47) sa (52), kwantitajiet sinifikanti ta' importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping bi prezz baxx iseħħu b'mod imminenti fl-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(d)   Livell tal-inventarji

(109)

Kif spjegat fil-premessi (92) u (93) il-livell tal-inventarji ma għandux xi tifsira partikolari għall-analiżi billi l-produtturi tal-Unjoni jipproduċu l-aktar fuq perjodu ta' żmien qasir fuq il-bażi ta' ordnijiet mingħand il-klijenti u l-inventarji jirrappreżentaw perċentwal insinifikanti ta' produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni.

7.   Konklużjoni

(110)

Fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni, jiġifieri l-kapaċità żejda sinifikanti fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, is-sitwazzjoni fi swieq ewlenin oħra, iż-żieda x'aktarx imminenti ta' kwantitajiet sinifikanti ta' importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping u l-livelli tal-prezzijiet mistennija ta' dawn l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, filwaqt li jitqiesu wkoll id-deterjorament ġenerali tal-industrija tal-Unjoni mill-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali u t-tnaqqis tal-SPT tas-suq tal-Unjoni, huwa kkunsidrat li r-revoka tal-miżuri fil-probabilità kollha twassal għal rikorrenza ta' theddida ta' ħsara.

(111)

Għalhekk qed jiġi konkluż li r-revoka tal-miżuri eżistenti probabbilment twassal għal kontinwazzjoni ta' dumping u għal rikorrenza ta' theddida ta' ħsara.

E.   INTERESS TAL-UNJONI

(112)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra ċ-Ċina tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

(113)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(114)

Fuq din il-bażi l-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping u rikorrenza tat-theddida ta' dannu, eżistewx raġunijiet konvinċenti li wasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(115)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-industrija tal-Unjoni kienet f'pożizzjoni vulnerabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kif imsemmi fil-premessa (60) it-tnaqqis fid-domanda tal-Unjoni flimkien ma' marġni ta' profitt instabbli u livelli baxxi ta' użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni juru li l-industrija tal-Unjoni mhux se tkun kapaċi tlaħħaq ma' importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz b'mod inġust. L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li kien hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' theddida ta' dannu jekk il-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi jitħallew jiskadu. B'mod partikolari, huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali u possibbilment tista' tgħib jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-SPT jissoktaw fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet dumped minħabba li xi bejgħ mitluf iżid l-ispejjeż fissi.

(116)

Jekk il-miżuri jinżammu, huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni se tkun kapaċi tibbenefika b'mod sħiħ mill-effetti tal-miżuri imposti, jiġifieri se tkun kapaċi żżomm is-sehem mis-suq tagħha fis-suq tal-Unjoni u ttejjeb il-livell ta' utilizzar tal-kapaċità. Eventwalment għandha tkun kapaċi żżomm il-livelli ta' profitt fuq in-naħa pożittiva.

(117)

Għaldaqstant, ġie konkluż li l-miżuri fis-seħħ kontra ċ-Ċina jkunu fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

2.   L-Interess ta' importaturi/kummerċjanti tas-suq

(118)

Mill-erba' importaturi li ppreżentaw ruħhom wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu, importatur mhux relatat wieħed biss bagħat tweġiba għall-kwestjonarju.

(119)

L-analiżi tad-dejta vverifikata wriet li l-SPT jikkostitwixxi biss madwar 5 sa 10 % tal-bejgħ totali tagħhom. L-importatur li kkoopera kien profittabbli fil-perjodu taħt rieżami. Il-profittabilità tal-importatur li kkoopera tan-negozju relatati ma' tal-SPT kienet bejn 1 % u 7 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Fuq din il-bażi, jekk il-miżuri jinżammu, huwa probabbli li ma jaffettwawx b'mod sinifikanti l-attività ta' dan l-importaturi li kkooperaw. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni ta' importaturi oħra, ma hemm l-ebda fattur li jissuġġerixxi li l-bqija tal-importaturi jkunu affettwati b'mod sproporzjonat fil-każ li l-miżuri jiġu estiżi.

3.   L-interess tal-utenti

(120)

Tliet utenti kkooperaw fl-investigazzjoni. Tnejn minn tliet utenti li kkooperaw xtraw l-SPT mill-produtturi tal-Unjoni u t-tielet wieħed xtara mingħand negozjant tal-SPT Ċiniż. Ebda wieħed mit-tliet utenti ma ressaq xi argument kontra ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ. Fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata u f'konformità mal-konklużjonijiet fl-investigazzjoni oriġinali, huwa mistenni li t-tkomplija tal-miżuri mhux se jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti. Għall-kuntrarju, huwa mistenni li l-kontinwazzjoni tal-miżuri se tassigura l-kompetizzjoni fis-suq tal-UE li tagħti l-possibbiltà li jkun hemm għażla fost fornituri differenti, inklużi fornituri minn pajjiżi terzi Ewropej u oħrajn.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(121)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni konkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri antidumping attwali kontra r-RPĊ.

F.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(122)

Minn dan isegwi mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi li joriġinaw fir-RPĊ, imposti bir-Regolament (KE) Nru 926/2009, għandhom jinżammu.

(123)

Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1   Dazju antidumping definittiv huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta' pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, ta' cross-section ċirkolari, b'dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm b'Valur Ekwivalenti għall-Karbonju (VEK) li ma jaqbiżx 0,86 skont tal-Istitut Internazzjonali tas-Saldatura (IIW) il-formula u l-analiżi kimika (12), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7304 19 10, ex 7304 19 30, ex 7304 23 00, ex 7304 29 10, ex 7304 29 30, ex 7304 31 20, ex 7304 31 80, ex 7304 39 10, ex 7304 39 52, ex 7304 39 58, ex 7304 39 92, ex 7304 39 93, ex 7304 51 81, ex 7304 51 89, ex 7304 59 10, ex 7304 59 92 and ex 7304 59 93 (13) (kodiċijiet TARIC 7304191020, 7304193020, 7304230020, 7304291020, 7304293020, 7304312020, 7304318030, 7304391010, 7304395220, 7304395830, 7304399230, 7304399320, 7304518120, 7304518930, 7304591010, 7304599230 u 7304599320) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiva applikabbli għall-prezz ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni nett, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt tkun kif ġej:

Kumpanija

Rata ta' dazju AD (%)

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Shandong Luxing Steel Pipe Co., Ltd, Qingzhou City, the PRC

17,7

A949

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness

27,2

A950

Il-kumpaniji l-oħra kollha

39,2

A999

3   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 262, 6.10.2009, p.19).

(3)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Jannar 2014, fil-Kawża T-528/09, Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd v il-Kunsill.

(4)  Il-Każ C-186/14 P, ArcelorMittal Tubular Products Ostrava and Others v Hubei Xinyegang Steel Co.

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 585/2012 tas-26 ta' Ġunju 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina, wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment ta' rieżami ta' skadenza dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Kroazja (ĠU L 174, 4.7.2012, p.5).

(6)  Ara n-Nota 5 f'qiegħ il-paġna.

(7)  Notifika ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri antidumping (ĠU C 49, 21.2.2014, p. 6).

(8)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid jew tal-azzar mingħajr saldaturi li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU C 347, 3.10.2014, p. 6).

(9)  Is-CEV għandu jiġi determinat b'konformità mar-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-535-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW).

(10)  Il-websajt tad-Dejta tal-Industrija Ċiniża (www.chyxx.com), Il-Websajt tal-Aħbarijiet dwar l-Azzar Ċiniża (www.csteelnews.com) u l-Websajt ta' Informazzjoni dwar in-Negozju Ċiniża (www.askci.com).

(11)  Il-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-SPT miċ-Ċina f'dawn il-pajjiżi jvarjaw minn 32,7 % għal 429,95 %.

(12)  Is-CEV għandu jiġi determinat b'konformità mar-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-555-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Welding (IIW).

(13)  Kif iddefinit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1101/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 312, 31.10.2014, p. 1). Il-kopertura tal-prodott hija ddeterminata billi jiġu kkombinati d-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċi NM korrispondenti meħuda flimkien.


ANNESS

Lista ta' produtturi li qed jikkooperaw li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(2) skont il-kodiċi addizzjonali TARIC A950

Isem il-Kumpanija

Belt

Hebei Hongling Seamless Steel Pipes Manufacturing Co., Ltd

Handan

Hengyang Valin MPM Co., Ltd

Hengyang

Hengyang Valin Steel Tube Co., Ltd

Hengyang

Hubei Xinyegang Steel Co., Ltd

Huangshi

Jiangsu Huacheng Industry Group Co., Ltd

Zhangjiagang

Jiangyin City Seamless Steel Tube Factory

Jiangyin

Jiangyin Metal Tube Making Factory

Jiangyin

Pangang Group Chengdu Iron & Steel Co., Ltd

Chengdu

Shenyang Xinda Co., Ltd

Shenyang

Suzhou Seamless Steel Tube Works

Suzhou

Tianjin Pipe (Group) Corporation (TPCO)

Tianjin

Wuxi Dexin Steel Tube Co., Ltd

Wuxi

Wuxi Dongwu Pipe Industry Co., Ltd

Wuxi

Wuxi Seamless Oil Pipe Co., Ltd

Wuxi

Zhangjiagang City Yiyang Pipe Producing Co., Ltd

Zhangjiagang

Zhangjiagang Yichen Steel Tube Co., Ltd

Zhangjiagang


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/42


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2273

tas-7 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

84,5

TR

83,5

ZZ

84,0

0707 00 05

MA

95,7

TR

155,0

ZZ

125,4

0709 93 10

MA

67,5

TR

150,7

ZZ

109,1

0805 10 20

MA

83,9

TR

59,6

UY

52,1

ZA

79,5

ZZ

68,8

0805 20 10

MA

72,8

ZZ

72,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

89,1

ZA

96,8

ZZ

93,0

0805 50 10

TR

113,3

ZZ

113,3

0808 10 80

AU

155,4

CL

87,9

NZ

213,1

US

120,1

ZA

149,3

ZZ

145,2

0808 30 90

CN

80,5

TR

143,4

ZZ

112,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2274

tas-7 ta' Diċembru 2015

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Marzu 2013 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/133/PESK (1) li taħtar lis-Sur Michel Dominique REVEYRAND-DE MENTHON bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Saħel. Il-mandat tar-RSUE skada fil-31 ta' Ottubru 2015.

(2)

Għandu jinħatar RSUE ġdid għas-Saħel għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2015 sat-28 ta' Frar 2017.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tar-RSUE fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tikkomprometti l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

1.   Lis-Sur Ángel LOSADA FERNÁNDEZ hija/huwa b'dan maħtura/maħtur bħala Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel sat-28 ta' Frar 2017. Il-mandat tar-RSUE jista' jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

2.   Għall-finijiet tal-mandat tar-RSUE, is-Saħel huwa definit bħala l-fokus primarju tal-Istrateġija tal-UE għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel (“l-Istrateġija”) u l-Pjan ta' Azzjoni Reġjonali tagħha (“il-PAR”), jiġifieri l-Burkina Faso, iċ-Chad, il-Mali, il-Mauritania u n-Niġer. Għal kwistjonijiet b'implikazzjonijiet reġjonali aktar estensivi, ir-RSUE għandu jfittex kuntatti mal-pajjiżi tal-Baċir tal-Lag taċ-Ċad u ma' pajjiżi ġirien u entitajiet reġjonali jew internazzjonali oħra lil hinn mis-Saħel, u wkoll mal-Afrika tal-Punent u l-Golf tal-Guinea, kif adatt.

Artikolu 2

Objettivi ta' politika

1.   Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettiv tal-politika tal-Unjoni relattivament għas-Saħel bħala kontribuzzjoni attiva għall-isforzi reġjonali u internazzjonali biex jinkisbu l-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp dejjiema fir-reġjun. Ir-RSUE għandu addizzjonalment jimmira li jsaħħaħ il-kwalità, l-intensità u l-impatt tal-involviment komprensiv tal-Unjoni fis-Saħel.

2.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-isforzi kollha tal-Unjoni fir-reġjun, partikolarment fl-oqsma ta' politika, ta' sigurtà u ta' żvilupp, inkluża l-Istrateġija u l-PAR tagħha, u għall-koordinazzjoni tal-istrumenti rilevanti kollha għall-azzjonijiet tal-Unjoni.

3.   Għandha tingħata prijorità lill-Mali u lill-istabbilizzazzjoni tiegħu fit-tul u lid-dimensjonijiet reġjonali tal-konflitt, f'koordinazzjoni mad-delegazzjoni tal-UE.

4.   L-objettivi ta' politika tal-Unjoni għandhom jimmiraw sabiex, permezz tal-użu koordinat u effettiv tal-istrumenti kollha tagħha, jippromwovu r-ritorn tal-Mali u tal-poplu tiegħu lejn triq ta' paċi, rikonċiljazzjoni, sigurtà u żvilupp.

5.   Għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-pajjiżi l-oħra fir-reġjun, bħall-Mauritania, il-Burkina Faso, in-Niġer u ċ-Ċad, inklużi l-elezzjonijiet li ġejjin fl-aħħar tliet pajjiżi.

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni relattivament għas-Saħel, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jikkontribwixxi b'mod attiv għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-PAR tagħha u għall-koordinazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-approċċ komprensiv tal-Unjoni fir-rigward tal-kriżi reġjonali, bl-għan li jsaħħaħ il-koerenza u l-effikaċja ġenerali tal-attivitajiet tal-Unjoni fis-Saħel, partikolarment fil-Mali;

(b)

ifittex kuntatti mal-partijiet konċernati rilevanti kollha li għandhom interessi fir-reġjun, il-gvernijiet, l-organizzazzjonijiet reġjonali, b'mod partikolari l-G5 tas-Saħel, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili u d-dijaspori, inkluż mal-pajjiżi tal-Magreb u l-Baċir tal-Lag taċ-Ċad, bl-għan li jippromwovi l-objettivi tal-Unjoni u jikkontribwixxi għal apprezzament aħjar tar-rwol tal-Unjoni fis-Saħel;

(c)

jirrappreżenta u jippromwovi l-interess tal-Unjoni f'fora reġjonali u internazzjonali rilevanti, inkluż il-parteċipazzjoni fil-Comité de Suivi tal-Ftehim ta' Paċi tal-Mali, u jiżgura l-viżibbiltà għall-appoġġ mill-Unjoni għall-immaniġġar tal-kriżi u l-prevenzjoni tal-konflitti, inklużi EUTM Mali, EUCAP Sahel Mali u EUCAP Sahel Niger;

(d)

iżomm kooperazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti (NU), b'mod partikolari r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għall-Afrika tal-Punent, ir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għall-Mali, u l-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għas-Saħel, l-Unjoni Afrikana (UA), b'mod partikolari r-Rappreżentant Għoli tal-UA għall-Mali u għas-Saħel, il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS), il-G5 Saħel, il-Kummissjoni tal-Baċir tal-Lag taċ-Ċad u partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali u internazzjonali ewlenin oħra inklużi Mibgħutin Speċjali oħrajn għas-Saħel, kif ukoll il-korpi rilevanti fiż-żona tal-Magreb;

(e)

isegwi mill-qrib id-dimensjoni reġjonali u transkonfinali tal-isfidi fis-Saħel, inklużi t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, il-kuntrabandu tal-armi, it-traffikar ta' bnedmin u d-dħul klandestin ta' persuni, it-traffikar tad-drogi, il-flussi ta' refuġjati u migrazzjoni u flussi finanzjarji relatati; f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ulterjuri tal-Istrateġija tal-UE Kontra t-Terroriżmu;

(f)

isegwi mill-qrib il-konsegwenzi umanitarji, politiċi, ta' sigurtà u ta' żvilupp ta' flussi fuq skala kbira ta' refuġjati u migrazzjoni u flussi finanzjarji illeċiti relatati fir-reġjun; fuq talba, jidħol fi djalogu dwar il-migrazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u jikkontribwixxi b'mod ġenerali għall-politika tal-Unjoni fuq il-migrazzjoni u r-refuġjati fir-rigward tar-reġjun, f'konformità mal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sabiex iżid il-kooperazzjoni inkluż dwar ir-ritorn u r-riammissjoni; jaħdem mal-pajjiżi tas-Saħel biex iwettqu l-azzjoni miftiehma waqt is-Summit ta' Valletta f'Novembru 2015;

(g)

iżomm kuntatti politiċi ta' livell għoli fuq bażi regolari mal-pajjiżi fir-reġjun li huma milquta mit-terroriżmu u mill-kriminalità internazzjonali biex ikun żgurat approċċ koerenti u komprensiv u biex ikun żgurat ir-rwol ewlieni tal-Unjoni fl-isforzi internazzjonali kontra t-terroriżmu u l-kriminalità internazzjonali. Dan jinkludi l-appoġġ attiv mill-Unjoni għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet reġjonali fil-qasam tas-sigurtà, u biex ikun żgurat rispons adegwat lill-kawżi li huma l-għeruq tat-terroriżmu u tal-kriminalità internazzjonali fis-Saħel;

(h)

isegwi mill-qrib il-konsegwenzi ta' politika, sigurtà u żvilupp tal-kriżijiet umanitarji fir-reġjun;

(i)

fir-rigward tal-Mali, jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tal-pajjiż, b'mod partikolari ritorn sħiħ għan-normalità kostituzzjonali fit-territorju kollu u djalogu nazzjonali inklużiv u kredibbli fil-qafas ġenerali tal-Ftehim ta' paċi tal-Mali. Dan jinkludi wkoll il-promozzjoni tal-iżvilupp ta' istituzzjonijiet, ir-riforma fil-qasam tas-sigurtà u l-iżvilupp tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni dejjiema u l-ġlied kontra l-korruzzjoni u l-impunità fil-Mali;

(j)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun f'kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi l-Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Konflitt Armat, kif ukoll dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom, u l-politika tal-Unjoni dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, u jippromwovi l-inklussività u l-ġeneru fil-proċess tal-bini tal-istat, f'konformità mar-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u riżoluzzjonijet sussegwenti dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, inkluża r-Riżoluzzjoni 2242 (2015). Il-kontribuzzjoni ser tinkludi l-monitoraġġ u r-rapportar dwar l-iżviluppi, kif ukoll il-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward u jżomm kuntatt regolari mal-awtoritajiet rilevanti f'Mali u fir-reġjun, l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-difensuri u l-osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun.

(k)

isegwi u jirrapporta dwar il-konformità mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà (UNSCRs), b'mod partikolari mal-UNSCRs 2056 (2012), 2071 (2012), 2085 (2012), 2100 (2013) u 2227 (2015).

2.   Għall-finijiet tat-twettiq tal-mandat, ir-RSUE għandu, fost l-oħrajn:

(a)

jagħti pariri u jirrapporta dwar il-formulazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE f'fora reġjonali u internazzjonali, kif meħtieġ, sabiex jippromovi u jsaħħaħ proattivament l-approċċ komprensiv tal-Unjoni lejn il-kriżi fis-Saħel;

(b)

iżomm ħarsa ġenerali fuq l-attivitajiet tal-Unjoni u jikkoopera mill-qrib mad-delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE bi gwida strateġika u direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu, b'mod partikolari mal-Koordinatur tas-Saħel.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Novembru 2015 sat-28 ta' Frar 2017 għandu jkun ta' EUR 1 770 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi ġestita konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-ġestjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-grupp tar-RSUE. Il-grupp għandu jinkludi l-kompetenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika u ta' sigurtà kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u l-Kummissjoni mill-ewwel infurmati dwar minn min hu magħmul il-grupp.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' persunal issekondat mar-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru kkonċernat, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE. Esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jibagħtu, tal-istituzzjoni tal-Unjoni jew tas-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

4.   Il-persunal tar-RSUE għandu jiġi kkolokat fid-dipartimenti rilevanti tas-SEAE jew tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiżi ospitanti, kif meħtieġ. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ kollu għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-SEAE u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra mill-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, skont il-mandat tar-RSUEu s-sitwazzjoni ta' sigurtà fiż-żona tar-responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu li jaqa' taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregola l-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tar-responsabbiltà, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u li jinkludi pjan ta' kontinġenza u ta' evakwazzjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli kif ikunu jeħtieġu l-kondizzjonijiet fiż-żona tar-responsabbiltà;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tar-responsabbiltàjew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati li dik iż-żona mis-SEAE;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà jiġu implimentati u jipprovdi rapporti bil-miktub lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport ta' progress u r-rapport tal-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

1.   Ir-RSUE għandu regolarment jipprovdi rapporti lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jippreżenta wkoll rapport skont il-ħtieġa lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill. Ir-rapporti regolari Għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

2.   Ir-RSUE għandu jirrapporta dwar l-aħjar mod sabiex jintlaħqu l-inizjattivi tal-Unjoni, bħall-kontribut tal-Unjoni għar-riformi, u inklużi l-aspetti politiċi tal-proġetti ta' żvilupp rilevanti tal-Unjoni, f'koordinazzjoni mad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun.

Artikolu 12

Koordinazzjoni ma' atturi oħra tal-Unjoni

1.   Fil-qafas tal-Istrateġija, ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni politika u diplomatika tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiżgura konsistenza fl-użu tal-istrumenti kollha tal-Unjoni u fl-indirizz tal-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri, biex jintlaħqu l-objettivi politiċi tal-Unjoni.

2.   L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tad-delegati tal-Unjoni u dawk tal-Kummissjoni, tas-SEAE u ta' servizzi rilevanti oħra tal-UE kif ukoll dawk ta' RSUE oħrajn attivi fir-reġjun. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun b'aġġornamenti regolari ta' informazzjoni.

3.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Ir-RSUE, f'kooperazzjoni mill-qrib mad-delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni għandu jipprovdi gwida politika lokali lill-Kapijiet tal-Missjoni ta' EUCAP Sahel Niger u EUCAP Sahel Mali u lill-Kmandant tal-Missjoni ta' EUTM Mali. Ir-RSUE, il-Kmandant tal-Missjoni ta' EUTM Mali u l-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili ta' EUCAP Sahel Niger u EUCAP Sahel Mali għandhom jikkonsultaw lill xulxin kif meħtieġ.

Artikolu 13

Analiżi

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu analizzati regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta rapport ta' progress lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni qabel l-aħħar ta' Ġunju 2016 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-aħħar ta' Novembru 2016.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2015.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. CAHEN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/133/PESK tat-18 ta' Marzu 2013 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel (ĠU L 75, 19.3.2013, p. 29).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2275

tas-7 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Lulju 2012 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR).

(2)

Fit-22 ta' Lulju 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/485/PESK (2) li estendiet l-EUCAP NESTOR sat-12 ta' Diċembru 2016.

(3)

Fis-6 ta' Ottubru 2015 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1793 (3) li estendiet il-perijodu kopert mill-ammont ta' referenza finanzjarja sal-15 ta' Diċembru 2015.

(4)

Jinħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/389/PESK tiġi emendata biex tipprovdi għal ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mis-16 ta' Diċembru 2015 sat-12 ta' Diċembru 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP NESTOR għall-perijodu mis-16 ta' Lulju 2012 sal-15 ta' Novembru 2013 għandu jkun ta' EUR 22 880 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP NESTOR għall-perijodu mis-16 ta' Novembru 2013 sal-15 ta' Ottubru 2014 għandu jkun ta' EUR 11 950 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP NESTOR għall-perijodu mis-16 ta' Ottubru 2014 sal-15 ta' Diċembru 2015 għandu jkun ta' EUR 17 900 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP NESTOR għall-perijodu mis-16 ta' Diċembru 2015 sat-12 ta' Diċembru 2016 għandu jkun ta' EUR 12 000 000.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. CAHEN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 187 17.7.2012, p. 40).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/485/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 39).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1793 tas-6 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal- Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 30).


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2276

tas-7 ta' Diċembru 2015

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/233/PESK (1) li tistabbilixxi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya).

(2)

Fil-21 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/800 (2) li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK, b'mod partikolari bl-estensjoni sal-21 ta' Novembru 2015 tal-EUBAM Libya u billi tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-istess perijodu.

(3)

L-EUBAM Libya għandha tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' tliet xhur, sal-21 ta' Frar 2016.

(4)

Id-Deċiżjoni 2013/233/PESK għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

L-EUBAM Libya ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tostakola l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUBAM Libya għall-perijodu mit-22 ta' Mejju 2013 sal-21 ta' Mejju 2014 għandu jkun ta' EUR 30 300 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUBAM Libya għall-perijodu mit-22 ta' Mejju 2014 sal-21 ta' Frar 2016 għandu jkun ta' EUR 26 200 000.”

(2)

Fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tapplika sal-21 ta' Frar 2016.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mit-22 ta' Novembru 2015.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. CAHEN


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/800 tal-21 ta' Mejju 2015 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 127, 22.5.2015, p. 22).


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/53


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2277

tat-2 ta' Diċembru 2015

dwar l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta' validazzjoni skont l-Artikolu 109(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009

(notifikata bid-dokument C(2015) 8830)

(It-testi bil-Ġrieg u bil-Kroat biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 109(8) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-preżentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta' validazzjoni tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 109(8) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' validazzjoni, li jippermetti li l-Istati Membri jagħmlu prijoritajiet għall-validazzjoni u għall-kontroverifiki u mbagħad għas-segwitu tal-inkonsistenzi abbażi tal-ġestjoni tar-riskju.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika (il-Greċja) u r-Repubblika tal-Kroazja bagħtu l-pjanijiet nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Dawn huma konformi mal-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u mal-Artikoli 143 sa 145 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (2). Għaldaqstant, dawn il-miżuri għandhom jiġu approvati.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni ta' approvazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 109(8) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(4)

Il-Kummissjoni se timmonitorja l-applikazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali fir-rigward tat-tħaddim effettiv tagħhom. Jekk, abbażi tas-sejbiet tal-verifiki, tal-ispezzjonijiet u tal-awditjar imwettqa mill-Kummissjoni fil-qafas tat-Titolu X tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jitqies li jenħtieġu emendi għall-pjanijiet ta' validazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jemendaw il-pjan skont dan.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pjanijiet nazzjonali tar-Repubblika Ellenika (il-Greċja) u tar-Repubblika tal-Kroazja skont l-Artikolu 109(8) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' validazzjoni huma approvati.

2.   Jekk, abbażi tas-sejbiet tal-verifiki, tal-ispezzjonijiet u tal-awditjar imwettqa fil-qafas tat-Titolu X tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-Kummissjoni tqis li l-pjanijiet ta' validazzjoni approvati skont il-paragrafu 1 ma jiżgurawx l-implimentazzjoni effettiva mill-Istati Membri tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, hija tista' titlob biex il-pjanijiet jiġu emendati wara li tikkonsulta lill-Istati Membri kkonċernati.

3.   L-Istati Membri għandhom jemendaw il-pjanijiet ta' validazzjoni tagħhom skont it-talba tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika u lir-Repubblika tal-Kroazja.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/55


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2278

tal-4 ta' Diċembru 2015

li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE f'dak li jikkonċerna l-istatus ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istati Federali ta' Bremen, Hesse u s-Sassonja t'Isfel fil-Ġermanja

(notifikata bid-dokument C(2015) 8462)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964, dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula r-regoli għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini, inkluż ir-rekwiżit li, waqt it-trasport, l-annimali bovini koperti minn dak l-att għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma mal-mudell 1 stipulat fl-Anness F tiegħu (“il-mudell 1”). L-Artikolu 9 ta' dik id-Direttiva jistipula li Stat Membru li għandu programm nazzjonali obbligatorju ta' kontroll għar-rinotrakeite bovina infettiva, jista' jissottometti l-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jistipula wkoll id-definizzjoni tal-garanziji addizzjonali li jistgħu jintalbu għall-kummerċ intra-Unjoni.

(2)

Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprovdi li meta Stat Membru jkun tal-fehma li t-territorju tiegħu, jew parti minnu, ikun ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva, għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni ta' sostenn rilevanti lill-Kummissjoni. Dak l-Artikolu jistipula wkoll id-definizzjoni tal-garanziji addizzjonali li jistgħu jintalbu għall-kummerċ intra-Unjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (2) tapprova l-programmi għall-kontroll u l-qerda tal-infezzjoni tal-virus tal-herpes bovina tat-tip 1 (BHV1) ippreżentati mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tagħha għar-reġjuni elenkati f'dak l-Anness u li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE. Barra minn hekk, l-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li jitqiesu li huma ħielsa mill-BHV1 u li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE. L-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jispeċifikaw ukoll l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-mudell 1, fir-rigward tar-referenzi għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/798/UE (3) emendat id-Direttiva 64/432/KEE, inkluż il-mudell 1. B'konsegwenza ta' dan, jeħtieġ li jiġu emendati r-referenzi għall-mudell 1 fl-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni 2004/558/KE.

(5)

Bħalissa, l-Istati Federali ta' Bremen, Ħamburg, Hessen, is-Sassonja t'Isfel, Nordrhein-Westfalen, Rheinland-Palatinat, Saarland u Schleswig-Holstein tal-Ġermanja huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE.

(6)

Il-Ġermanja tat id-dokumentazzjoni ta' sostenn lill-Kummissjoni biex l-Istati Federali ta' Bremen, Hesse u s-Sassonja t'Isfel jiġu kkunsidrati bħala ħielsa mill-BHV1, u biex il-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE japplikaw għal dawn l-istati.

(7)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn imressqa mill-Ġermanja, l-Istati Federali ta' Bremen, Hesse u s-Sassonja t'Isfel ma għandhomx jibqgħu elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, iżda minflok għandhom jiġu elenkati fl-Anness II tal-istess Deċiżjoni u l-applikazzjoni tal-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE għandha tiġi estiża biex tinkludihom. L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(8)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/558/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2004/558/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Fil-punt II.3.3. tas-Sezzjoni C taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-mudell 1 tal-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE li jakkumpanja lill-annimali bovini kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandhom jiġu indikati l-Artikolu, il-paragrafu u n-numri tal-punti x-xierqa ta' din id-Deċiżjoni fl-ispazji korrispondenti li jkollhom jimtlew f'dak il-waqt.”

(2)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Fil-punt II. 3.3. tas-Sezzjoni C taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-mudell 1 tal-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE li jakkumpanja lill-annimali bovini kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandhom jiġu indikati l-Artikolu, il-paragrafu u n-numri tal-punti x-xierqa ta' din id-Deċiżjoni fl-ispazji korrispondenti li jkollhom jimtlew f'dak il-waqt.”

(3)

L-Annessi I u II jinbidlu bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta' Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/798/UE tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Anness F tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 64/432/KEE rigward il-format tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Unjoni u r-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa relatati mat- Trichinella għall-kummerċ tas-suwini dometiċi ġewwa l-Unjoni (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 50).


ANNESS

ANNESS I

Stati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

L-Istati Federali ta':

 

Ħamburg

 

Nordrhein-Westfalen

 

Rheinland-Palatinat

 

Saarland

 

Schleswig-Holstein

L-Italja

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia

Il-Provinċja Awtonoma ta' Trento

ANNESS II

Stati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

L-Istati Federali ta':

 

Baden-Württemberg

 

Il-Bavarja

 

Berlin

 

Brandenburg

 

Bremen

 

Hesse

 

Is-Sassonja t'Isfel

 

Mecklenburg-Western Pomerania

 

Is-Sassonja

 

Is-Sassonja-Anħalt

 

Thüringen

L-Italja

Ir-Reġjun tal-Valle d'Aosta

Il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/58


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2279

tal-4 ta' Diċembru 2015

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2) jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 8581)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Mejju 2010, Monsanto Europe S.A. ressqet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tan-Netherlands, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom il-qamħirrum NK603 × T25, jew li jikkonsistu jew li huma prodotti minnu (“l-applikazzjoni”).

(2)

L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq tal-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 fi prodotti li jikkonsistu minnu jew li fihom minnu għal użi oħra għajr għall-ikel u għall-għalf bħal kull tip ta' qamħirrum ieħor, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

(3)

Skont l-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-applikazzjoni tinkludi d-dejta u l-informazzjoni mitluba mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-informazzjoni u l-konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stabbiliti fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. Din tinkludi wkoll pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

(4)

Fil-15 ta' Lulju 2015, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Hija kkonkludiet li qamħirrum ġenetikament modifikat NK 603 × T 25, kif deskritt fl-applikazzjoni, huwa sikur daqs il-komparatur mhux ġenetikament modifikat tiegħu u varjetajiet oħra ta' qamħirrum li mhumiex ġenetikament modifikati fir-rigward tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, fil-kuntest tal-kamp ta' applikazzjoni tiegħu (3).

(5)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet speċifiċi kollha u t-tħassib li tqajjem mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 6(4) u 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(6)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta' sorveljanza ġenerali mressaq mill-applikant, jikkonforma mal-użi maħsuba tal-prodotti.

(7)

Fid-dawl ta' dawn il-konsiderazzjonijiet għandha tingħata awtorizzazzjoni għall-prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25, jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu.

(8)

Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull organiżmu ġenetikament modifikat (minn issa 'l quddiem “OĠM”) kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 (4).

(9)

Fuq il-bażi tal-opinjoni tal-EFSA, jidher li l-ebda rekwiżit speċifiku tat-tikkettar, għajr dawk stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, mhu meħtieġ għall-ikel, l-ingredjenti tal-ikel u tal-għalf li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25, jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li dawk il-prodotti jintużaw fil-limiti tal-awtorizzazzjoni mogħtija b'din id-Deċiżjoni, mal-ittikkettar tal-prodotti li jkun fihom il-qoton NK603 × T25 jew li jikkonsistu jew ikunu prodotti minnu, għajr il-prodotti tal-ikel, għandha tiżdied indikazzjoni ċara li l-prodotti inkwistjoni mhumiex maħsuba għall-kultivazzjoni.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi r-rekwiżiti tat-tikkettar fl-Artikolu 4(6) għall-prodotti li fihom jew jikkonsistu minn OĠM. Ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà għal dawk il-prodotti huma stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 4 u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà għall-ikel u għall-għalf prodotti minn OĠM huma stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

(11)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jippreżenta rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawk ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE (6). Bl-istess mod, l-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta' kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew l-użu u l-itrattar tal-għalf u l-ikel, inkluż rekwiżiti ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq, jew ta' kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta' ekosistemi/ambjenti u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fl-Artikoli 6(5)(e) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(12)

L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikat previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(13)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata permezz tal-Clearing-House tal-Bijosikurezza lill-Partijiet tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikoli 9(1) u 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(14)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. Tqies li kien meħtieġ att ta' implimentazzjoni u l-President ressaq l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni lill-kumitat ta' appell għal aktar deliberazzjoni. Il-kumitat ta' appell ma tax opinjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-organiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikatur uniku

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) NK603 × T25, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

L-Awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2 jewli jikkonsistu jew li huma prodotti minnu;

(b)

għalf li jkun fih, li jikkonsisti minn qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2, jew li jkun prodott minnu

(c)

il-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2 fi prodotti li fihom jew li jikkonsistu minnu għal kull użu ieħor għajr dak previst fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Artikolu 3

It-tikkettar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

2.   Fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2 jew li jkunu jikkonsistu minnu, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2, għandu jidher il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni”.

Artikolu 4

Monitoraġġ tal-effetti ambjentali

1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta' monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif inhu stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jissottometti rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta' monitoraġġ b'konformità mad-Deċiżjoni 2009/770/KE, lill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Ir-reġistru tal-Komunità

It-tagħrif stipulat fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni għandu jiddaħħal fir-reġistru tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati tal-Komunità, kif previst fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Monsanto Europe S.A., il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerika.

Artikolu 7

Il-validità

Din id-Deċiżjoni tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lil Monsanto Europe S.A., Avenue de Tervuren 270-272, B-1150 Brussell, il-Belġju.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(3)  Il-Panil tal-OĠM tal-EFSA (il-Panil tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati), 2015. Opinjoni Xjentifika dwar l-applikazzjoni (EFSA-GMO-NL-2010-80) għat-tqegħid fis-suq tal-qamħirrum ġenetikament modifikat u tolleranti għall-erbiċidi NK603 × T25 biex jintuża għall-ikel u għall-għalf, jiġi importat u jiġi proċessat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Monsanto. EFSA Journal: 2015; 13(7):4165, 23 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4165.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta' identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u t-tikkettjar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta' prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għall-għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta' organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1).


ANNESS

(a)

L-Applikant u d-Detentur tal-Awtorizzazzjoni:

Isem

:

Monsanto Europe S.A.

Indirizz

:

Avenue de Tervuren 270-272, B-1150 Brussels — Il-Belġju

F'isem Monsanto Company — 800 N. Lindbergh Boulevard — St. Louis, Missouri 63167 — l-Istati Uniti tal-Amerka.

(b)

Id-Denominazzjoni u l-Ispeċifikazzjoni tal-prodotti:

(1)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom il-qamħirrun MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2, li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu;

(2)

għalf li jkun fih il-qamħirrun MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2, li jikkonsisti jew li jkun prodott minnu;

(3)

Il-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2 fi prodotti li fihom jew li huma magħmula minnu għal kull użu ieħor għajr dak stipulat fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Il-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2, kif deskritt fl-applikazzjoni, jesprimi l-proteina CP4 EPSPS li tipprovdi tolleranza għall-erbiċidi li fihom il-glifosat u l-proteina PAT li tipprovdi tolleranza għall-erbiċidi li fihom il-glufosinat tal-ammonju.

(c)

It-tikkettar:

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “l-isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

(2)

Il-kelmiet “mhux għal kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew ikunu jikkonsistu minn qamħirrun MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2 għajr il-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2.

(d)

Il-metodu ta' detezzjoni:

(1)

Metodi kwantitattivi f'ħin realispeċifiċi għall-okkorrenza bbażati fuq il-PCR għall-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6 u ACS-ZMØØ3-2; il-metodi ta' detezzjoni huma vvalidati fuq eventi ta' trasformazzjoni u vverifikati fuq DNA ġenomika estratta minn żrieragħ tal-qamħirrum MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2;

(2)

Ivvalidat mil-laboratorju ta' referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdossiers.aspx;

(3)

Materjal ta' Referenza: ERM®-BF415 (għal MON-ØØ6Ø3-6) aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta' Referenza (IRMM) fuq https://irmm.jrc.ec.europa.eu/rmcatalogue u AOCS 0306-H6 u AOCS 0306-C2 (għal ACS-ZMØØ3-2) aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq http://www.aocs.org/LabServices/content.cfm?ItemNumber=19248.

(e)

L-identifikatur uniku:

MON-ØØ6Ø3-6 × ACS-ZMØØ3-2

(f)

It-tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika

[Clearing House tal-Bijosikurezza, Nru tal-ID tar-Rekord: għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati meta jiġi notifikat].

(g)

Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq, l-użu jew it-trattament tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

(h)

Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali:

Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

[Ħolqa: il-pjan li jkun ġie ppubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati].

(i)

Ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem:

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għad-dokumenti rilevanti jista' jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati.


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/64


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2280

tas-7 ta' Diċembru 2015

dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti DENSO bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Marzu 2015, il-fornitur DENSO Corporation (l-“Applikant”) ressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tieni teknoloġija innovattiva tiegħu, jiġifieri l-alternatur effiċjenti DENSO tal-klassi tal-prestazzjoni minn 100 A sa 250 A. Il-kompletezza ta' dik l-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2). Instab li l-applikazzjoni kienet sħiħa u l-perjodu li l-Kummissjoni ngħatat biex tivvaluta l-applikazzjoni beda fil-11 ta' Marzu 2015, jiġifieri l-għada ta' meta waslet uffiċjalment l-informazzjoni sħiħa.

(2)

L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (il-verżjoni tal-“Linji Gwida Tekniċi” ta' Frar tal-2013) (3). L-informazzjoni li bagħat l-applikant turi li donnhom intlaħqu l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011.

(3)

L-Applikant wera li l-alternaturi effiċjenti ħafna tat-tip deskritt f'din l-applikazzjoni ma ntużawx f'iktar minn 3 % tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fis-sena ta' referenza tal-2009.

(4)

Sabiex jiġi stabbilit kemm se jiġi ffrankat CO2 meta t-teknoloġija innovattiva tiġi installata fil-vetturi, jeħtieġ li tiġi ddefinita l-vettura ta' referenza li magħha se titqabbel l-effiċjenza tal-vettura mgħammra bit-teknoloġija innovattiva kif previst fl-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011. Huwa xieraq li jitqies alternatur b'effiċjenza ta' 67 % bħala teknoloġija xierqa ta' referenza f'każ li t-teknoloġija innovattiva tiġi installata f'tip ta' vettura ġdida. Meta l-alternatur effiċjenti DENSO jiġi installat f'tip ta' vettura eżistenti, it-teknoloġija ta' referenza għandha tkun l-alternatur tal-aħħar verżjoni ta' dak it-tip imqiegħda fis-suq.

(5)

L-Applikant ipprovda metodoloġija biex jiġi ttestjat it-tnaqqis tas-CO2 li tinkludi formoli li huma konsistenti mal-formoli deskritti fil-Linji Gwida Tekniċi għall-metodu ssimplifikat fir-rigward tal-alternaturi effiċjenti. Il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija tal-ittestjar se tipprovdi riżultati tal-ittestjar li huma verifikabbli, komparabbli u li jistgħu jiġu ripetuti u li din kapaċi turi b'mod realistiku l-benefiċċji, b'sinifikanza statistika qawwija, tat-teknoloġija innovattiva f'termini tal-emissjonijiet tas-CO2 skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011.

(6)

Minħabba li l-metodoloġija tal-ittestjar tal-Applikant u l-formoli tiegħu għall-kalkolu tal-iffrankar tas-CO2 huma eżatt bħall-metodoloġija speċifikata fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE (4), għal raġunijiet ta' konsistenza, huwa xieraq li tintuża l-metodoloġija speċifikata f'dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni biex jiġi stabbilit it-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 dovut għall-użu tal-alternatur effiċjenti DENSO.

(7)

Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni ssib li l-Applikant wera b'mod sodisfaċenti li t-tnaqqis fl-emissjonijiet miksub mit-teknoloġija innovattiva huwa ta' mill-inqas gramma ta' CO2 għal kull km.

(8)

L-iffrankar tat-teknoloġija innovattiva jista' jintwera parzjalment permezz taċ-ċiklu tat-test standard, u għalhekk l-iffrankar totali finali li jrid jiġi ċċertifikat għandu jiġi stabbilit skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011.

(9)

Ir-rapport ta' verifika tħejja mill-Aġenzija għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Vetturi (“Vehicle Certification Agency (VCA)”), li hija korp indipendenti u ċċertifikat, u dan ir-rapport jappoġġa s-sejbiet mogħtija fl-applikazzjoni.

(10)

Għalhekk, ma għandha ssir l-ebda oġġezzjoni b'rabta mal-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva kkonċernata.

(11)

Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li għandu jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), għandu jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(12)

Kull manifattur li jixtieq jibbenefika minn tnaqqis tal-emissjonijiet medji speċifiċi tas-CO2 tiegħu sabiex jilħaq il-mira speċifika tal-emissjonijiet tiegħu permezz tal-iffrankar tas-CO2 li jiġi mill-użu tat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni għandu jirreferi għal din id-Deċiżjoni fl-applikazzjoni tiegħu għal ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi kkonċernati, skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-alternatur effiċjenti DENSO tal-klassi tal-prestazzjoni minn 100 A sa 250 A, li huwa maħsub għall-użu f'vetturi tat-tip M1, huwa approvat bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

2.   It-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 li jiġi bl-użu tal-alternatur imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit bl-użu tal-metodoloġija mogħtija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE.

3.   Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011, it-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 stabbilit skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi ċċertifikat u jiddaħħal fiċ-ċertifikat tal-konformità u fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti speċifikati fl-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE biss meta t-tnaqqis ikun konformi mal-limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011.

4.   Il-kodiċi individwali tal-ekoinnovazzjoni li għandu jiddaħħal fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip li għandu jintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni għandu jkun “14”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

(3)  https://circabc.europa.eu/d/a/workspace/SpacesStore/42c4a33e-6fd7-44aa-adac-f28620bd436f/Technical%20Guidelines%20February%202013.pdf.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE tas-27 ta' Ġunju 2013 dwar l-approvazzjoni tal-Alternatur ta' Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 98).

(5)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/67


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2281

tal-4 ta' Diċembru 2015

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum MON 87427 (MON-87427-7) ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 8587)

(It-testi bil-Franċiż u bin-Netherlandiż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-11 ta' Ġunju 2012, Monsanto Europe S.A. ressqet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Belġju, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum MON 87427 (“l-applikazzjoni”).

(2)

L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 fi prodotti li jikkonsistu minnu jew li fihom minnu għal użi oħra għajr għall-ikel u għall-għalf bħal kull tip ta' qamħirrum ieħor, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

(3)

Skont l-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-applikazzjoni tinkludi d-dejta u l-informazzjoni meħtieġa mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-informazzjoni u l-konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stabbiliti fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. L-applikazzjoni tinkludi wkoll pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

(4)

Fid-19 ta' Ġunju 2015, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Din ikkonkludiet li l-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427, kif deskritt fl-applikazzjoni, huwa sikur daqs il-kontroparti konvenzjonali tiegħu u daqs varjetajiet oħra ta' qamħirrum mhux ġenetikament modifikati, u li probabbilment ma jkollux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, fil-kuntest tal-kamp ta' applikazzjoni tal-applikazzjoni (3).

(5)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet speċifiċi kollha u t-tħassib li tqajjem mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif previst fl-Artikoli 6(4) u 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(6)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta' sorveljanza ġenerali mressaq mill-applikant, jikkonforma mal-użi maħsuba tal-prodotti.

(7)

Fid-dawl ta' dawn il-konsiderazzjonijiet, għandha tingħata awtorizzazzjoni għall-prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427.

(8)

Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull organiżmu ġenetikament modifikat (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “OĠM”) kif previst fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 (4).

(9)

Abbażi tal-opinjoni tal-EFSA, ma jidher li hemm bżonn ebda rekwiżit speċifiku tat-tikkettar, għajr dawk previsti fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għall-ikel, għall-ingredjenti tal-ikel u għall-għalf li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427, jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li dawk il-prodotti jintużaw fil-limiti tal-awtorizzazzjoni mogħtija b'din id-Deċiżjoni, mat-ttikkettar tal-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum MON 87427 jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tal-ikel, għandha tiżdied indikazzjoni ċara li l-prodotti inkwistjoni mhumiex maħsuba għall-kultivazzjoni.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistipula r-rekwiżiti tat-tikkettar fl-Artikolu 4(6) għall-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu minn OĠM. Ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà għal dawk il-prodotti huma stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 4 u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà għall-ikel u l-għalf prodotti minn OĠM huma stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

(11)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jippreżenta rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawk ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE (6). L-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta' kundizzjonijiet jew ta' restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew għall-użu u l-ġarr tal-ikel u tal-għalf, inklużi r-rekwiżiti ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq, jew il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta' ekosistemi/ambjenti u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif previst fl-Artikoli 6(5)(e) u 18(5)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(12)

L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikat, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(13)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata permezz tal-Clearing-House tal-Bijosikurezza lill-Partijiet tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(14)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. Tqies li kien meħtieġ att ta' implimentazzjoni u l-President ressaq l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni lill-kumitat tal-appell għal aktar deliberazzjoni. Il-kumitat tal-appell ma esprima l-ebda opinjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-organiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikatur uniku

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON 87427, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, huwa assenjat l-identifikatur uniku MON-87427-7, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

Artikolu 2

L-awtorizzazzjoni

Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:

(a)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum MON-87427-7;

(b)

għalf li jkun fih, li jikkonsisti minn, jew li jkun prodott minn qamħirrum MON-87427-7;

(c)

il-qamħirrum MON-87427-7 fi prodotti li fihom jew li jikkonsistu minnu għal kull użu ieħor għajr dak previst fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Artikolu 3

It-tikkettar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

2.   Fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum MON-87427-7, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2, għandu jidher il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni”.

Artikolu 4

Il-monitoraġġ tal-effetti ambjentali

1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta' monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif inhu stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jissottometti rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta' monitoraġġ lill-Kummissjoni b'konformità mad-Deċiżjoni 2009/770/KE.

Artikolu 5

Ir-reġistru Komunitarju

L-informazzjoni stipulata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati tal-Komunità, kif previst fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 6

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Monsanto Europe S.A., il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.

Artikolu 7

Il-validità

Din id-Deċiżjoni tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

Id-destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Monsanto Europe S.A., Avenue de Tervuren 270-272, B-1150 Brussell, il-Belġju.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(3)  Il-Bord tal-OĠM tal-EFSA (il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati), 2015. Scientific Opinion on application (EFSA-GMO-BE-2012-110) for the placing on the market of tissue-selective herbicide tolerant genetically modified maize MON 87427 for food and feed uses, import and processing under Regulation (EC) No 1829/2003 from Monsanto. EFSA Journal: 2015;13(6):4130, 25 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4130.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta' identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u t-tikkettar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta' prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta' organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1).


ANNESS

(a)   L-applikant u d-detentur tal-awtorizzazzjoni:

Isem

:

Monsanto Europe S.A.

Indirizz

:

Avenue de Tervuren 270-272, B-1150 Brussell — il-Belġju

F'isem Monsanto Company — 800 N. Lindbergh Boulevard — St. Louis, Missouri 63167 — l-Istati Uniti tal-Amerka.

(b)   Id-denominazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:

(1)

ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum MON-87427-7;

(2)

għalf li jkun fih, li jikkonsisti minn, jew li jkun prodott minn qamħirrum MON-87427-7;

(3)

Il-qamħirrum MON-87427-7 fi prodotti li fihom dan il-qamħirrum jew li huma magħmula minnu għal kull użu ieħor għajr dak stipulat fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

Il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON-87427-7, kif deskritt fl-applikazzjoni, jesprimi l-proteina CP4 EPSPS li tagħti lil ċerti tessuti t-tolleranza għall-erbiċidi glifosati. L-espressjoni CP4 EPSPS hija nieqsa jew limitata fit-tessuti riproduttivi maskili, li telimina jew tnaqqas il-ħtieġa li jitqaċċat il-berkun tal-qamħirrum meta l-MON-87427-7 jintuża bħala ġenitur femminili fil-produzzjoni taż-żrieragħ tal-qamħirrum ibridu.

(c)   It-tikkettar:

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “l-isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

(2)

Fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu mill-qamħirrum MON-87427-7, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2, għandu jidher il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni”.

(d)   Il-metodu ta' detezzjoni:

(1)

Metodu fil-ħin reali, speċifiku għall-avveniment, ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni ta' MON-87427-7.

(2)

Ivvalidat mil-Laboratorju ta' Referenza tal-UE stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar DNA ġenomika estratta miż-żrieragħ tal-qamħirrum, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdossiers.aspx;

(3)

Materjal ta' Referenza: AOCS 0512-A u AOCS 0406-A huma aċċessibli fis-sit elettroniku tal-American Oil Chemists Society http://www.aocs.org/LabServices/content.cfm?ItemNumber=19248

(e)   L-identifikatur uniku:

MON-87427-7

(f)   L-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

[Clearing House tal-Bijosikurezza, Nru tar-Rekord ID: għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati meta jiġi notifikat].

(g)   Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġjar tal-prodotti:

Mhux meħtieġa.

(h)   Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali:

Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

[Link: il-pjan għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati].

(i)   Ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem:

Mhux meħtieġa.

Nota: il-links għad-dokumenti rilevanti jista' jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati.