ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 316

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
2 ta' Diċembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż li jikkonċerna d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata skambjata fl-interessi tal-Unjoni Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2222 tal-1 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-infiq, l-approvazzjoni tal-konformità u l-kontenut tal-kontijiet annwali

2

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2223 tal-1 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2224 tas-27 ta' Novembru 2015 dwar il-ħatra tal-President, tal-membri u tas-sostituti tagħhom tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tieni perjodu ta' referenza (2015-2019)

9

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2225 tat-30 ta' Novembru 2015 li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/734/KE, 2006/415/KE u 2007/25/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/657/UE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħhom (notifikata bid-dokument C(2015) 8335)  ( 1 )

14

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1953 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti bi grani orjentati irrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka ( ĠU L 284, 30.10.2015 )

17

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

2.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/1


Avviż li jikkonċerna d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata skambjata fl-interessi tal-Unjoni Ewropea

Il-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata skambjata fl-interessi tal-Unjoni Ewropea ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2015, peress li l-proċedura prevista fl-Artikolu 13(1) tal-Ftehim ġiet ikkompletata fis-6 ta' Ottubru 2015.


REGOLAMENTI

2.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2222

tal-1 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-infiq, l-approvazzjoni tal-konformità u l-kontenut tal-kontijiet annwali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u partikolarment l-Artikoli 36(6), 53(1)(b) u 57(2)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kumissjoni (UE) Nru 908/2014 (2) jistabbilixxi kif għandu jiġi kkalkulat il-kontribut li l-Unjoni għandha tħallas fir-rigward tan-nefqa ddikjarata. Għandu jiġi ċċarat li din id-dispożizzjoni tapplika għall-pagamenti marbutin mal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u mal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (4).

(2)

Għaldaqstant, għandu jiġi ċċarat iktar li, fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-kalkolu tal-kontribut tal-Unjoni għandu jissejjes fuq ir-rata ta' kontribuzzjoni mingħand il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għal kull miżura, kull tip ta' operat b'rata ta' kontribuzzjoni speċifika tal-FAEŻR, u kull għajnuna teknika msemmija fil-pjan ta' finanzjament, u għandu jiġi ċċarat ukoll li, fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-kalkolu għandu jissejjes fuq ir-rata ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR għal kull prijorità msemmija fil-pjan ta' finanzjament.

(3)

Skont l-Artikolu 70(4c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri li qegħdin jirċievu għajnuna finanzjarja jistgħu jidderogaw mir-rati massimi ta' kofinanzjament tal-FAEŻR stipulati fil-paragrafi 3, 4 u 5 tal-istess Artikolu. Għaldaqstant, jeħtieġ li fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jissemma kif għandu jiġi kkalkulat il-kontribut tal-Unjoni fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali emendati skont l-Artikolu 70(4c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

(4)

Barra minn hekk, jixraq li fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jiġi ċċarat li, fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-pagamenti interim huma limitati għall-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lil kull prijorità.

(5)

L-Artikolu 34(9) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jipprevedi li, fejn ikun ġustifikat, il-Kummissjoni tista' ttawwal il-perjodi ta' żmien rilevanti stipulati fil-paragrafi 3 u 4 tal-istess Artikolu. Anki jekk l-Artikolu 34(5) jirreferi lura għall-paragrafi 3 u 4 ta' dak l-Artikolu, jixraq ukoll li jiġi inkluż il-paragrafu 5 fil-kontroreferenza tal-Artikolu 34(9) sabiex joħroġ biċ-ċar li l-paragrafu 9 japplika għal kull perjodu ta' żmien rilevanti msemmi fil-paragrafi 3, 4 u 5 tal-Artikolu 34.

(6)

L-Artikolu 34 u l-Artikolu 40 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistipulaw perjodi ta' żmien matul il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità tal-kontijiet u l-proċedura tal-konċiljazzjoni, rispettivament. L-esperjenza miksuba b'rabta mal-applikazzjoni ta' dawk il-perjodi ta' żmien uriet li huwa xieraq li ma jitqiesx ix-xahar ta' Awwissu fil-kalkolu tal-perjodi ta' żmien, billi Awwissu s-soltu jkun il-perjodu tal-btajjel.

(7)

Il-mudell ta' tabella stipulat fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 għandu jiġi emendat biex jiġu kkoreġuti ċerti ineżattezzi. B'mod partikulari, għal każijiet ġodda ta' irregolarità, ma għadux jitqies meħtieġ ir-rekwiżit li jiġi rrappurtat jekk il-każ huwiex inkluż fil-ktieb tad-debituri, billi l-każijiet kollha rrappurtati fit-tabella tal-Anness II għandhom ikunu diġà mniżżlin fil-ktieb tad-debituri skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 908/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 23, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'li ġej:

“1.   Il-kontribut tal-Unjoni li għandu jitħallas fir-rigward tal-infiq pubbliku eleġibbli għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)

fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005: għal kull perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 22(2) ta' dan ir-Regolament abbażi tar-rata ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR għal kull prijorità msemmija fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fl-ewwel jum tal-istess perjodu;

(b)

fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: għal kull perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 22(2) ta' dan ir-Regolament abbażi tar-rata ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR għal kull miżura, kull tip ta' operat b'rata ta' kontribuzzjoni speċifika tal-FAEŻR u kull għajnuna teknika msemmija fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fl-ewwel jum tal-istess perjodu.

Il-kalkolu għandu jqis il-korrezzjonijiet għall-kontribut tal-Unjoni kif iddikjarat fid-dikjarazzjoni tan-nefqa ta' dak il-perjodu.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-programmi ta' żvilupp rurali emendati skont l-Artikolu 70(4c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-kontribut tal-Unjoni għandu jiġi kkalkulat abbażi tar-rata ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR għal kull prijorità msemmija fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fl-aħħar jum tal-perjodu ta' referenza.

2.   Mingħajr ħsara għal-limitu stipulat fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fejn it-total ikkombinat tal-kontribut tal-Unjoni li għandu jitħallas fil-qafas tal-programm ta' żvilupp rurali jisboq it-total ipprogrammat għal ċerta miżura, fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jew ipprogrammat għal ċerta prijorità, fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-ammont li għandu jitħallas għandu jitnaqqas sal-ammont ipprogrammat għal dik il-miżura jew prijorità. Kull kontribut tal-Unjoni eskluża b'riżultat ta' dan jista' jitħallas aktar 'il quddiem, dejjem jekk l-Istat Membru jkun ressaq pjan ta' finanzjament u dan ikun ġie aċċettat mill-Kummissjoni.”

(2)

L-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 9 jinbidel b'li ġej:

“9.   F'każijiet iġġustifikati kif xieraq li għandhom jiġu mgħarrfa lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' ttawwal il-perjodi ta' żmien stipulati fil-paragrafi 3, 4 u 5.”;

(b)

Jiżdied il-paragrafu 11 li ġej:

“11.   Fejn il-perjodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 jinkludu, bis-sħiħ jew parzjalment, ix-xahar ta' Awwissu, dawk il-perjodi ta' żmien għandhom jiġu sospiżi matul dak ix-xahar.”

(3)

Fl-Artikolu 40, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Fejn il-perjodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafi 1, 3, u 4 jinkludu, bis-sħiħ jew parzjalment, ix-xahar ta' Awwissu, dawk il-perjodi ta' żmien għandhom jiġu sospiżi matul dak ix-xahar.”

(4)

L-Anness II jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Caude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1). Ir-Regolament imħassar bir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 mill-1 ta' Jannar 2014.


ANNESS

“ANNESS II

Mudell ta' tabella msemmi fl-Artikolu 29(f)

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(f) għandha tiġi pprovduta għal kull aġenzija tal-pagamenti bl-użu ta' din it-tabella:

Każijiet ġodda (1)

Każijiet antiki (2)

 

 

x

x

Aġenzija tal-Pagamenti

A

x

x

Fond

B

x

x

Każ (ġdid/antik):

AA

x

 

Sena finanzjarja tan-nefqa tal-oriġini

V1 (3)

x

 

Kodiċijiet tal-baġit tan-nefqa tal-oriġini

V2 (4)

x

x

Sena finanzjarja n

C

x

x

Unità tal-valuta

D

x

x

Numru tal-identifikazzjoni tal-każ

E

x

x

Identifikazzjoni tal-OLAF jekk applikabbli (5)

F

 

x

Każ fil-ktieb tad-debituri

G

x

x

Identifikazzjoni tal-benefiċjarju

H

x

x

Programm magħluq (għall-FAEŻR biss)

I

x

 

Data tal-approvazzjoni tar-rapport ta' kontroll jew dokument simili kif imsemmi fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

W

 

x

Sena finanzjarja tas-sejba primarja tal-irregolarità

J

x

 

Data tat-talba tal-irkupru

x

x

x

Soġġett għal proċeduri ġudizzjarji

K

 

x

Ammont oriġinali li għandu jiġi rkuprat

L

x

 

Ammont oriġinali li għandu jiġi rkuprat (prinċipali)

L1

x

 

Ammont oriġinali li għandu jiġi rkuprat (imgħax)

L2

x

 

Ammont prinċipali li għalih kien għaddej l-irkupru fl-aħħar tas-sena finanzjarja n – 1

Y1

x

 

Imgħax li għalih kien għaddej l-irkupru fl-aħħar tas-sena finanzjarja n – 1

Y2

 

x

Ammont totali kkoreġut (il-perjodu ta' rkupru kollu)

M

 

x

Ammont totali rkuprat (il-perjodu ta' rkupru kollu)

N

 

x

Ammont li ġie ddikjarat irrikuperabbli

O

x

 

Ammont (prinċipali) iddikjarat irrikuperabbli

O1

x

 

Ammont (imgħax) iddikjarat irrikuperabbli

O2

x

x

Sena finanzjarja tal-istabbiliment tal-irrikuperabbiltà

P

x

x

Raġuni għall-irrikuperabbiltà

Q

 

x

Ammont ikkoreġut (fis-sena finanzjarja n)

R

x

 

Ammont ikkoreġut (prinċipali) (fis-sena finanzjarja n)

R1

x

 

Ammont ikkoreġut (imgħax) (fis-sena finanzjarja n)

R2

x

 

Imgħax (fis-sena finanzjarja n)

Z

 

x

Ammonti irkuprati (fis-sena finanzjarja n)

S

x

 

Ammont irkuprat (prinċipali) (fis-sena finanzjarja n)

S1

x

 

Ammont irkuprat (imgħax) (fis-sena finanzjarja n)

S2

x

x

Ammont li għalih għadu għaddej l-irkupru

T

x

 

Ammonti (prinċipali) li għalih għadu għaddej l-irkupru

T1

x

 

Imgħax li għalih għadu għaddej l-irkupru

T2

x

 

Ammont soġġett għar-regola ta' 50/50 kif stipulat fl-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fi tmiem is-sena finanzjarja n

BB

x

x

Ammonti li għandu jiġi kkreditat lill-baġit tal-UE

U


(1)  Dan jikkonċerna l-każijiet irrappurtati bl-użu tal-mudell stabbilit f'dan l-Anness, b'bidu mis-sena finanzjarja 2015.

(2)  Dan jikkonċerna l-każijiet irrappurtati bl-użu tal-mudell stabbilit f'dan l-Anness sas-sena finanzjarja 2014 inkluża.

(3)  Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta b'bidu mis-sena finanzjarja 2016.

(4)  Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta b'bidu mis-sena finanzjarja 2016.

(5)  Dan jikkonċerna n-numru/i ta' referenza tal-OLAF (numri ta' notifikazzjoni tal-IMS).

‘x’ tfisser li l-kolonna hija applikabbli.”


2.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2223

tal-1 ta' Diċembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

51,8

MA

71,4

ZZ

61,6

0707 00 05

AL

49,2

MA

93,5

TR

145,0

ZZ

95,9

0709 93 10

AL

80,9

MA

73,7

TR

151,5

ZZ

102,0

0805 20 10

CL

96,2

MA

81,7

PE

78,3

ZZ

85,4

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

80,2

ZZ

80,2

0805 50 10

TR

103,5

ZZ

103,5

0808 10 80

CA

159,0

CL

85,9

MK

31,8

US

118,2

ZA

152,4

ZZ

109,5

0808 30 90

BA

86,5

CN

63,9

TR

144,5

ZZ

98,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

2.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/9


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2224

tas-27 ta' Novembru 2015

dwar il-ħatra tal-President, tal-membri u tas-sostituti tagħhom tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tieni perjodu ta' referenza (2015-2019)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-ajru) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(4) tiegħu

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (2), il-Maniġer tan-Netwerk stabbilixxa Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk sabiex jiġu adottati miżuri relatati mal-governanza tal-funzjonijiet tan-netwerk u sabiex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni tagħhom. Dak ir-Regolament jipprevedi li r-rappreżentanti ta' ċerti organizzazzjonijiet ikunu membri votanti tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk, li dawk il-membri votanti jkollhom sostituti u li dawk il-membri u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fuq proposti mill-organizzazzjonijiet ikkonċernati. Ir-Regolament jipprevedi wkoll li l-Bord għandu jkollu President, li jkun wieħed mill-membri tiegħu.

(2)

Skont ir-Regoli ta' Proċedura tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk, il-President, il-membri votanti u l-membri mhux votanti u s-sostituti rispettivi tagħhom għandhom jinħatru għat-tul ta' perjodu ta' referenza wieħed tal-iskema ta' prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 (4), it-tieni perjodu ta' referenza huwa mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2019.

(3)

Fi Frar u Marzu 2015, l-organizzazzjonijiet ikkonċernati pproponew kandidati biex ikunu r-rappreżentanti tagħhom fil-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk.

(4)

Skont dawn il-proposti, għandhom jiġu maħtura l-membri votanti u l-membri mhux votanti u s-sostituti rispettivi tagħhom, kif ukoll il-President, tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk għat-tul tat-tieni perjodu ta' referenza.

(5)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u trasparenza, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 9613, li tikkonċerna l-ħatra tal-President, tal-membri votanti u tas-sostituti tagħhom tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk għat-tul tal-ewwel perjodu ta' referenza, għandha tiġi revokata.

(6)

Billi t-tieni perjodu ta' referenza beda fl-1 ta' Jannar 2015 u l-ħatriet previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jikkoinċidu ma' dak il-perjodu, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha u għandha tapplika b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2015.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-President tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk huwa s-Sur Simon HOCQUARD, Direttur tal-Operazzjonijiet u tal-Istrateġija tan-NATS.

Artikolu 2

Il-membri votanti u l-membri mhux votanti tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk u s-sostituti rispettivi tagħhom huma l-persuni elenkati fl-Anness.

Artikolu 3

Il-ħatriet imsemmija fl-Artikoli 1 u 2 huma għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2015 u l-31 ta' Diċembru 2019.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 9613 hija revokata.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tapplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) (ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 tad-29 ta' Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 1).


ANNESS

IL-MEMBRI VOTANTI U L-MEMBRI MHUX VOTANTI U S-SOSTITUTI TAGĦHOM TAL-BORD TA' ĠESTJONI TAN-NETWERK

PRESIDENT

Simon HOCQUARD

Direttur tal-Operazzjonijiet u tal-Istrateġija

NATS

UTENTI TAL-ISPAZJU TAL-AJRU

 

MEMBRI VOTANTI

SOSTITUTI

IACA/ERA

Sylviane LUST (Viċi President)

Direttur Ġenerali

Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA)

Simon MCNAMARA

Direttur, Infrastruttura u Ambjent

Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA)

ELFAA

John HANLON

Segretarju Ġenerali

Assoċazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru bi Prezzijiet Baxxi (ELFAA)

Francis RICHARDS

Direttur — Spazju tal-Ajru

Assoċazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru bi Prezzijiet Baxxi (ELFAA)

AEA/IATA

Peter CURRAN

Assistent Direttur — Ħlasijiet tal-ATM

Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA)

Jan ERIKSSON

Espert — Assistenza Teknika u Operazzjonijiet

Assoċazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA)

EBAA/IOPA/EAS

Vanessa RULLIER-FRANCAUD

Maniġer ta' Livell Għoli, Affarijiet Ewropej

Assoċjazzjoni Ewropea tal-Avjazzjoni Imprenditorjali (EBAA)

Martin ROBINSON

Viċi President ta' Livell Għoli, Reġjun Ewropew

Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Bdoti u s-Sidien tal-Inġenji tal-Ajru (IAOPA)

 

Marcel FELTEN

Viċi President

Europe Air Sports

IL-FORNITURI TA' SERVIZZI TAN-NAVIGAZZJONI BL-AJRU SKONT IL-BLOKK TA' SPAZJU TAL-AJRU FUNZJONALI

 

MEMBRI VOTANTI

SOSTITUTI

IL-BALTIKU

Maciej RODAK

Rappreżentant tal-Bord

Aġenzija Pollakka ta' Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru (PANSA)

Sergej SMIRNOV

Direttur — ATM

Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru Litwani — Oro Navigacija

BLUEMED

Maurizio PAGGETTI

Direttur,

Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru Taljani (ENAV)

Konstantinos LINTZERAKOS

Gvernatur

Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Ellenika (HCAA)

ID-DANUBJU

Fănică CÂRNU

Deputat Direttur Ġenerali

ROMATSA — Amministrazzjoni ta' Servizzi tat-Traffiku bl-Ajru Rumena

Georgi PEEV

Direttur Ġenerali

BULATSA — Awtorità ta' Servizzi tat-Traffiku bl-Ajru Bulgara

DK-SE

Claus SKJAERBAEK

Uffiċjal Kap Operattiv

NAVIAIR Danimarka

Anders JERNBERG

Maniġer tar-Rotot tal-Ajru tad-Dipartiment ta' Produzzjoni

LFV Żvezja

FABCE

Jan KLAS

Direttur Ġenerali

Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru tar-Repubblika Ċeka

Heinz SOMMERBAUER

Uffiċjal Kap Eżekuttiv

AUSTRO CONTROL.at

FABEC

Robert SCHICKLING

COO

Deutsche Flugsicherung GmbH (DFS)

Maurice GEORGES

Direttur

Direction des Services de la Navigation aérienne (DSNA)

NEFAB

Heikki JAAKKOLA

Viċi President, Affarijiet Internazzjonali, ANS, FINAVIA

Üllar SALUMÄE

Kap tad-Dipartiment tal-ATS

ANS tal-Estonja

L-ILBIĊ

Mario NETO

Direttur — Sikurezza, Kwalità u Strateġija

NAV Portugal EPE

Ignacio González SANCHEZ

Direttur

Navigazzjoni bl-Ajru ta' Spanja ENAIRE

RENJU UNIT — IRLANDA

Peter KEARNEY

Direttur — Operazzjonijiet u Strateġija tal-ATM

Awtorità tal-Avjazzjoni Irlandiża (IAA)

Jonathan ASTILL

Direttur tal-Affarijiet Internazzjonali

NATS tar-Renju Unit

L-OPERATURI TAL-AJRUPORTI

 

MEMBRI VOTANTI

SOSTITUTI

 

Luc LAVEYNE (Viċi President)

Konsulent ta' Livell Għoli

Kunsill Internazzjonali tal-Ajruporti

ACI Ewropa

Robert HILLIARD

Direttur ta' Proġetti Speċjali

Ajruport ta' Edinburgh

 

Giovanni RUSSO

Kap tal-Ippjanar u tal-Inġinerija

Flughafen Zürich AG

Mark C. BURGESS

Maniġer tas-Servizzi tat-Traffiku bl-Ajru

Ajruport ta' Heathrow, Londra

IL-FORZI ARMATI

 

MEMBRI VOTANTI

SOSTITUTI

 

Ġen. Eric LABOURDETTE

Directeur de la Circulation aérienne militaire française

Kurunell Ulrich GRIEWEL

Bundeswehr, il-Ġermanja

 

Kurunell GS Ian LOGAN

Kap responsabbli mir-Regolamentazzjoni tal-Avjazzjoni Militari

Difiża, Forzi tal-Ajru Żvizzeri

Kurunell Bas PELLEMANS

Direttur tal-Awtorità tal-Avjazzjoni NL MIL

Ministeru tad-Difiża

EUROCONTROL

 

MEMBRU MHUX VOTANTI

SOSTITUT

 

Frank BRENNER

Direttur Ġenerali

Philippe MERLO

Direttur — ATM

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

 

MEMBRU MHUX VOTANTI

SOSTITUT

 

Margus RAHUOJA

Direttur — Direttorat tat-Trasport bl-Ajru

DĠ MOVE

Maurizio CASTELLETTI

Kap tal-Unità — Ajru Uniku Ewropew

DĠ MOVE

IL-MANIĠER TAN-NETWERK

 

MEMBRU MHUX VOTANTI

SOSTITUT

 

Joe SULTANA

Direttur tal-Ġestjoni tan-Netwerk

Direttorat tal-Ġestjoni tan-Netwerk

EUROCONTROL

Răzvan BUCUROIU

Kap tat-Taqsima — Strateġija u Żvilupp tan-Netwerk

Direttorat — Maniġer tan-Netwerk

EUROCONTROL


2.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/14


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2225

tat-30 ta' Novembru 2015

li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/734/KE, 2006/415/KE u 2007/25/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/657/UE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħhom

(notifikata bid-dokument C(2015) 8335)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1) u (7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) u (6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 63(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(1),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2005/734/KE (7), 2006/415/KE (8), 2007/25/KE (9) u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/657/UE (10) ġew adottati fir-rigward tat-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 bil-għan li jipproteġu s-saħħa tal-annimali u tal-bniedem fl-Unjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2005/734/KE tistabbilixxi miżuri ta' bijosigurtà biex jitnaqqas ir-riskju ta' trażmissjoni tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 minn għasafar selvaġġi fl-ambjent naturali tagħhom għal tjur tal-irziezet u għasafar oħra mrobbija mill-bniedem u li tipprevedi sistema ta' ditezzjoni minn kmieni f'żoni li huma f'riskju partikolari.

(3)

Id-Deċiżjoni 2006/415/KE tistabbilixxi ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom jiġu applikati f'każ ta' tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fit-tjur ta' Stat Membru, inkluż l-istabbiliment taż-żoni A u B wara s-suspett jew il-konferma ta' tifqigħa ta' dik il-marda.

(4)

Id-Deċiżjoni 2007/25/KE tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li jkunu akkumpanjati minn sidhom fl-Unjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/657/UE tistabbilixxi li f'każ ta' sejba pożittiva tal-influwenza avjarja tas-sottotip H5N1 f'xi għasfur selvaġġ jew ta' xi tifqigħa ta' dik il-marda fi tjur fit-territorju tal-Iżvizzera, il-miżuri ta' protezzjoni tal-Unjoni jiġu applikati biss għal dawk il-partijiet tal-Iżvizzera fejn l-awtorità kompetenti ta' dak il-pajjiż tapplika miżuri ta' protezzjoni ekwivalenti kif stipulat fid-Deċiżjoni 2006/415/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/563/KE (11).

(6)

Id-Deċiżjonijiet 2005/734/KE, 2006/415/KE u 2007/25/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/657/UE japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2015.

(7)

Sa mill-aħħar tal-2014, fi tmien Stati Membri kien hemm infezzjonijiet mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5, inkluż l-H5N1, li affettwaw it-tjur u l-għasafar slavaġ. Għalkemm l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kienet dejjem preżenti jew dehret regolarment f'partijiet kbar tal-Asja u tal-Afrika, l-Amerika ta' Fuq esperjenzat epidemija estensiva li qatt ma kien hemm bħalha qabel. L-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi jagħtu indikazzjoni qawwija li l-vajrus jiġi introdott fil-qatgħat tat-tjur b'kuntatt dirett jew indirett mal-għasafar slavaġ u bil-firxa laterali tal-marda bejn il-qatgħat tat-tjur. Barra minn hekk, bħalissal-Afrika tal-Punent qed tiġġieled kontra tifqigħa għall-għarrieda tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja wara diversi snin ta' ambjent ħieles mill-infezzjoni.

(8)

Is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, b'żieda fl-għadd ta' tifqigħat u b'tixrid ġeografiku usa' ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 u b'mod partikolari tal-H5N1 fil-qatgħat tat-tjur u fl-għasafar slavaġ, għadha tippreżenta riskju għas-saħħa tal-annimali u tal-bniedem fl-Unjoni.

(9)

Għalhekk jixraq li jkomplu jitnaqqsu r-riskji tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja billi jinżammu l-miżuri ta' bijosigurtà, is-sistemi ta' detezzjoni bikrija u ċerti miżuri ta' protezzjoni b'rabta mat-tifqigħat futuri ta' dik il-marda f'qatgħat tat-tjur fl-Unjoni.

(10)

Minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali f'pajjiżi terzi, huwa daqstant ieħor importanti li jinżammu l-miżuri mmirati biex jipprevjenu l-introduzzjoni possibbli tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja b'importazzjonijiet tal-prodotti tat-tjur u bl-introduzzjoni ta' għasafar domestiċi fl-Unjoni.

(11)

Għalhekk, il-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet 2005/734/KE, 2006/415/KE u 2007/25/KE u tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/657/UE għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2017.

(12)

Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 2005/734/KE, 2006/415/KE u 2007/25/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/657/UE għandhom jiġu emendati skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2005/734/KE, id-data “31 ta' Diċembru 2015” tinbidel b'“31 ta' Diċembru 2017”.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2006/415/KE, id-data “31 ta' Diċembru 2015” tinbidel b'“31 ta' Diċembru 2017”.

Artikolu 3

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2007/25/KE, id-data “31 ta' Diċembru 2015” tinbidel b'“31 ta' Diċembru 2017”.

Artikolu 4

Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/657/UE, id-data “31 ta' Diċembru 2015” tinbidel b'“31 ta' Diċembru 2017”.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(4)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(5)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(6)  ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.

(7)  Id-Deċiżjoni 2005/734/KE tad-19 ta' Ottubru 2005 li tistabbilixxi miżuri ta' bijosigurtà sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' trażmissjoni tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A tal-Influwenza minn għasafar selvaġġi fl-ambjent naturali tagħhom għal tjur tal-irziezet u għasafar oħra mrobbija mill-bniedem u li tipprevedi sistema ta' ditezzjoni minn kmieni f'żoni b'riskju partikolari (ĠU L 274, 20.10.2005, p. 105).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/25/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati mal-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità (ĠU L 8, 13.1.2007, p. 29).

(10)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/657/UE tat-12 ta' Novembru 2013 rigward ċerti miżuri ta' salvagwardja b'rabta mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 li għandhom jiġu applikati fil-każ ta' tifqigħa ta' din il-marda fl-Iżvizzera u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2009/494/KE (ĠU L 305, 15.11.2013, p. 19).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/563/KE tal-11 ta' Awwissu 2006 dwar ċerti miżuri ta' ħarsien b'rabta mal-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna tas-sottotip H5N1 fi tjur slavaġ fil-Komunità (ĠU L 222, 15.8.2006, p. 11).


Rettifika

2.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/17


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1953 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti bi grani orjentati irrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 284 tat-30 ta' Ottubru 2015 )

F'paġna 136, premessa 213:

minflok:

“Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.”,

aqra:

“Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku ma tax opinjoni.”.

F'paġna 138, l-Artikolu 1(8):

minflok:

“Għall-kumpaniji l-oħra kollha u f'każijiet fejn l-oġġetti ġarrbu dannu qabel ma daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li tħallas attwalment jew li għandu jitħallas huwa allokat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-ammont tad-dazju anti-dumping, maħdum abbażi tal-paragrafu 2 hawn fuq, irid jitnaqqas b'perċentwali li jikkorrispondi mal-allokazzjoni tal-prezz imħallas attwalment jew li għandu jitħallas”,

aqra:

“Għall-kumpaniji l-oħra kollha u f'każijiet fejn l-oġġetti ġarrbu dannu qabel ma daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li tħallas attwalment jew li għandu jitħallas huwa allokat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-ammont tad-dazju anti-dumping, maħdum abbażi tal-paragrafu 5 hawn fuq, irid jitnaqqas b'perċentwali li jikkorrispondi mal-allokazzjoni tal-prezz imħallas attwalment jew li għandu jitħallas.”.

F'paġna 139, l-Anness II:

minflok:

“Trid tidher dikjarazzjoni ffirmata mill-uffiċjal tal-entità li toħroġ iċ-ċertifikat tal-fabbrika, fil-format li ġej, fuq iċ-ċertifikat tal-fabbrika valida msemmija fl-Artikolu 1(6):

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali,

Id-dikjarazzjoni li ġejja: ‘Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-azzar manjetiku bi grani orjentati mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert miċ-ċertifikat tal-fabbrika, li juri l-kejl tat-telf massimu fil-qalba f'Watts kull kilogramm bi frekwenza ta' 50 Hz u induzzjoni manjetika ta' 1,7 Tesla, u d-daqs f'mm, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'dan iċ-ċertifikat tal-fabbrika hi kompluta u korretta.’

Data u firma”,

aqra:

“Trid tidher dikjarazzjoni ffirmata mill-uffiċjal tal-entità li toħroġ iċ-ċertifikat tal-fabbrika, fil-format li ġej, fuq iċ-ċertifikat tal-fabbrika validu msemmi fl-Artikolu 1(6):

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ iċ-ċertifikat tal-fabbrika.

Id-dikjarazzjoni li ġejja: ‘Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-azzar manjetiku bi grani orjentati mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert miċ-ċertifikat tal-fabbrika, li juri l-kejl tat-telf massimu fil-qalba f'Watts kull kilogramm bi frekwenza ta' 50 Hz u induzzjoni manjetika ta' 1,7 Tesla, u d-daqs f'mm, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'dan iċ-ċertifikat tal-fabbrika hi kompluta u korretta.’

Data u firma”.