ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 315

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
1 ta' Diċembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2191 tal-10 ta' Novembru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin

1

 

 

Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2192 tal-10 ta' Novembru 2015 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin

72

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2191

tal-10 ta' Novembru 2015

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Novembru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1801/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Sħubija”).

(2)

L-aħħar Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija skada fis-16 ta' Diċembru 2014.

(3)

Fl-10 ta' Lulju 2015, l-Unjoni u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania inizjalaw Protokoll ġdid għall-Ftehim ta' Sħubija (2) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”). Il-Protokoll jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jerġgħu jibdew malajr kemm jista' jkun skont l-Artikolu 14 tiegħu, il-Protokoll għandu jiġi applikat b'mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu.

(5)

Ikun adatt li l-Protokoll jiġi ffirmat u applikat b'mod provviżorju, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnominal-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Konformement mal-Artikolu 14 tiegħu, il-Protokoll għandu jiġi applikat b'mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 tat-30 ta' Novembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1).

(2)  Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin (ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/3


PROTOKOLL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin

Artikolu 1

Perjodu ta' applikazzjoni u opportunitajiet tas-sajd

1.   Mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll u għal perjodu ta' erba' (4) snin, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikoli 5 u 6 tal-Ftehim huma stabbiliti fit-tabella mehmuża ma' dan il-Protokoll, bil-kundizzjonijiet previsti fid-dokumenti tekniċi mogħtija fl-Anness 1 tiegħu.

2.   L-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Mauritania għandu jingħata lill-flotot barranin sakemm ikun hemm iż-żejjed, kif definit fl-Artikolu 62 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (1) u wara li titqies il-kapaċità tal-flotot nazzjonali li joperaw fil-Mauritania.

3.   Skont il-leġiżlazzjoni tal-Mauritania, l-għanijiet li għandhom jintlaħqu f'termini tal-iżvilupp u tal-ġestjoni sostenibbli, kif ukoll il-qabdiet totali permissibbli, għandhom jiġu deċiżi għal kull qabda mill-gvern tal-Mauritania, skont il-pariri tal-aġenzija responsabbli għar-riċerka oċeanografika fil-Mauritania u tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd rilevanti.

4.   Dan il-Protokoll jiżgura aċċess prijoritarju għall-flotot tal-Unjoni Ewropea għaż-żejjed disponibbli fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania. L-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-flotot tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Anness 1 tal-Protokoll, għandhom jittieħdu miż-żejjed disponibbli primarjament għall-opportunitajiet tas-sajd allokati għall-flotot barranin l-oħra li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania.

5.   Il-miżuri tekniċi kollha tal-konservazzjoni, tal-ippjanar u tal-ġestjoni tar-riżorsi, kif ukoll it-termini finanzjarji, it-tariffi, il-kontribuzzjoni finanzjarja pubblika u l-ħlasijiet l-oħra inklużi, li għalihom iridu jingħataw awtorizzazzjonijiet tas-sajd, kif speċifikati għal kull tip ta' sajd fl-Anness 1 ta' dan il-Protokoll, għandhom japplikaw għal kull flotta industrijali barranija li topera fiż-żoni tas-sajd tal-Mauritania b'kundizzjonijiet tekniċi simili għal dawk tal-flotot tal-Unjoni Ewropea.

6.   Il-Mauritania tintrabat li tippubblika kull ftehim pubbliku jew privat li jagħti aċċess lill-bastimenti barranin għaż-żona ekonomika esklużiva, inkluża l-informazzjoni li ġejja:

l-istati jew l-entitajiet l-oħra li jkunu partijiet kontraenti fil-ftehim;

il-perjodu jew il-perjodi li jkopri l-ftehim;

l-għadd ta' bastimenti awtorizzati u t-tip ta' rkaptu permess;

l-ispeċijiet jew l-istokkijiet li jistgħu jiġu mistada, fosthom kull limitu li jista' jkun hemm fuq il-qabdiet;

il-miżuri ta' rappurtar u ta' monitoraġġ, ta' kontroll u ta' sorveljanza meħtieġa;

kopja tal-ftehim bil-miktub.

7.   Sabiex japplikaw il-paragrafi 4 u 5, kull sena il-Mauritania għandha tibagħt lill-Unjoni Ewropea rapport iddettaljat li fih jingħataw dettalji dwar l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd li jkunu nħarġu għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta' pajjiżi terzi oħrajn, imqassmin skont il-kategorija tas-sajd, il-qabdiet korrispondenti awtorizzati, il-qabdiet li jkunu saru fil-verità u t-termini finanzjarji u tekniċi għall-aċċess ta' dawn il-bastimenti għaż-żona tas-sajd tal-Mauritania. Il-Kumitat Konġunt jeżamina dan ir-rapport, li jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti previst fl-Artikolu 4.

8.   Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa fil-kuntest ta' dan il-Protokoll u kif deskritt fl-Anness 1 ta' dan il-Protokoll.

9.   Iż-żewġ Partijiet iħarsu r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) u jikkonsultaw lil xulxin qabel il-laqgħat annwali ta' din l-organizzazzjoni.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni finanzjarja marbuta mal-aċċess

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali marbuta mal-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għaż-żona tas-sajd tal-Mauritania msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim hija stabbilita għal ħamsa u ħamsin miljun euro (EUR 55 miljun). Dan il-paragrafu għandu japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 10 u 16 ta' dan il-Protokoll.

2.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja min-naħa tal-Unjoni Ewropea kif previst fil-paragrafu 1 dwar l-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għaż-żona tas-sajd tal-Mauritania għandu jsir mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll fl-ewwel sena u sa mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu fis-snin ta' wara. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jibdew bl-attivitajiet tas-sajd tagħhom fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania mid-data tal-applikazzjoni provviżorja biss.

3.   Il-qabdiet totali permissibbli (għall-kategoriji 1, 2, 3, 6, 7 u 8) u t-tunnellaġġ ta' referenza (għall-kategoriji 4 u 5) huma ddefiniti fid-dokumenti tekniċi mogħtija fl-Anness 1 ta' dan il-Protokoll. Dawn huma stabbiliti għal sena kalendarja, jiġifieri għall-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru tas-sena kkonċernata. Meta l-ewwel u l-aħħar perjodu ta' applikazzjoni tal-Protokoll ma jkunux jikkorrispondu ma' sena kalendarja, il-qabdiet totali permissibbli għandhom jiġu stabbiliti pro rata temporis u billi jitqiesu x-xejriet tat-tqassim tal-qabdiet matul is-sena għal kull kategorija tas-sajd.

4.   Il-qabdiet kollha li jagħmlu l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania ma jistgħux jaqbżu l-qabdiet totali permissibbli, ħlief għall-kategoriji 4 u 5 (it-tunnellaġġ ta' referenza) u ħlief għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-qabdiet totali permissibbli fil-każ tal-kategorija 6. F'każ li jinqabżu dawn il-limiti, għandhom jidħlu fis-seħħ ir-regoli ta' tnaqqis tal-kwoti li japplikaw skont ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea.

5.   Skont il-paragrafu 3, il-Mauritania u l-Unjoni Ewropea jiżguraw li flimkien jimmonitorjaw l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania sabiex tkun żgurata l-ġestjoni t-tajba tal-qabdiet totali permissibbli msemmija hawn fuq. Waqt dan il-monitoraġġ, il-Mauritania u tal-Unjoni Ewropea se jgħarrfu lil xulxin hekk kif il-qabdiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkunu jinsabu fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania jilħqu l-livell ta' 80 % tal-qabdiet totali permissibbli għall-kategorija tas-sajd korrispondenti. Wara dan, l-Unjoni Ewropea għandha tgħarraf lill-Istati Membri b'dan.

6.   Malli l-qabdiet jilħqu l-livell ta' 80 % tal-qabdiet totali permissibbli korrispondenti, il-Mauritania u l-Unjoni Ewropea se jimmonitorjaw kull xahar il-qabdiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. Dan il-monitoraġġ għandu jseħħ kuljum ladarba tiġi implimentata s-sistema ta' monitoraġġ elettroniku tal-qabdiet (“ERS”) imsemmija fil-paragrafu 4 tal-Kapitolu IV tal-Anness 1 ta' dan il-Protokoll. Il-Mauritania u tal-Unjoni Ewropea għandhom jgħarrfu lil xulxin malli jintlaħaq il-livell tal-qabdiet totali permissibbli korrispondenti. Wara dan, l-Unjoni Ewropea għandha tgħarraf lill-Istati Membri b'dan sabiex jitwaqqfu dawn l-attivitajiet tas-sajd.

7.   Għall-kategoriji tas-sajd 4 u 5, jekk il-qabdiet li jagħmlu l-bastimenti tas-sajd għat-tonn tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania jaqbżu t-tunnellaġġ ta' referenza previst għal kull waħda minn dawn il-kategoriji, l-ammont ta' EUR 55 miljun tal-kontribuzzjoni finanzjarja se jiżdied, għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda, bl-ammont tat-tariffa stabbilit fid-dokumenti tekniċi korrispondenti għas-sena kkonċernata. Madankollu, l-ammont li l-Unjoni Ewropea jkollha tħallas meta jinqabżu dawn il-limiti ma jistax ikun iżjed mid-doppju tal-ammont tat-tunnellaġġ ta' referenza korrispondenti. Meta l-kwantitajiet maqbudin mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu iżjed mid-doppju tat-tunnellaġġ ta' referenza korrispondenti, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta' wara.

8.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha titħallas f'kont tat-Teżor Pubbliku miftuħ mal-Bank Ċentrali tal-Mauritania. Kull sena, fis-sitt xhur ta' qabel id-data prevista għall-ħlas, l-awtoritajiet tal-Mauritania għandhom jibagħtu lill-Unjoni Ewropea d-dettalji ta' dan il-kont bankarju.

Artikolu 3

Appoġġ finanzjarju għall-promozzjoni tas-sajd sostenibbli

1.   Suġġett, ammont u modalitajiet

1.1.   Sabiex tissaħħaħ is-sħubija strateġika bejn iż-żewġ Partijiet, minbarra l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1), qed jiġi previst ukoll appoġġ finanzjarju għall-promozzjoni tas-sajd sostenibbli li jlaħħaq is-sittax-il miljun u ħames mitt elf euro (EUR 16.5 miljun) għall-perjodu tal-Protokoll.

1.2.   L-appoġġ finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1.1 jikkostitwixxi għajnuna għall-iżvilupp tas-sajd sostenibbli fil-Mauritania, li m'għandhiex x'taqsam mal-parti tal-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għaż-żona tas-sajd tal-Mauritania, u li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali settorjali għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd minn naħa waħda, u għall-protezzjoni ambjentali ta' żoni marittimi kostali protetti min-naħa l-oħra, f'konformità mal-Qafas Strateġiku għall-ġlieda kontra l-faqar li hu fis-seħħ.

1.3.   L-Unjoni Ewropea se tagħti l-appoġġ finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 ftit ftit, f'serje ta' ħlasijiet parzjali. Id-deċiżjoni li jsiru dawn il-ħlasijiet parzjali tittieħed abbażi tal-ilħiq tal-għanijiet iddefiniti b'mod konġunt u evalwati mill-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 10(1)(b) tal-Ftehim. L-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni se jkunu ddefiniti skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u skont l-Anness 2 ta' dan il-Protokoll. Jekk ikun hemm bżonn, il-Kumitat Konġunt jista' jispeċifika iktar dawn l-arranġamenti jew jirrevedihom.

1.4.   L-appoġġ finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1.1 għandu jintuża għal azzjonijiet u proġetti speċifiċi identifikati b'mod konġunt. Dan ma jistax jintuża biex ikopri l-ispejjeż operattivi tal-benefiċjarji, ħlief għall-pakketti finanzjarji msemmijin filparagrafu 2.2 u fil-paragrafu 2.3, li huma maħsubin għall-operat tal-grupp eżekuttiv u għall-awditjar estern, rispettivament.

2.   Kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni

2.1.   L-appoġġ settorjali jiġi implimentat minn grupp eżekuttiv li għandu l-kompitu jwettaq id-deċiżjonijiet li jkun ħa l-Kumitat Konġunt. Il-grupp eżekuttiv jinħatar mill-Ministru għas-Sajd u jaqa' taħt l-awtorità tiegħu.

2.2.   Il-grupp eżekuttiv imsemmi fil-paragrafu 2.1 jiġi ffinanzjat minn pakkett finanzjarju speċifiku apposta tal-appoġġ settorjali, li l-ammont annwali tiegħu jiġi stabbilit mill-Kumitat Konġunt. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8, 9 u 10 ta' dan il-Protokoll, l-Ewropa għandha tittrasferixxi dan il-pakkett kull sena sabiex il-grupp eżekuttiv ikun jista' jkompli għaddej bil-ħidma tiegħu mingħajr interruzzjonijiet għal perjodu ta' żmien identifikat biċ-ċar, b'mod indipendenti mill-bqija tal-appoġġ settorjali, li għandu jingħadda skont id-dispożizzjonijiet mogħtija f'dan l-Artikolu u fl-Anness 2.

2.3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jivvalida l-kompożizzjoni tal-grupp eżekuttiv u r-regoli ta' ħidma tiegħu. Huwa jiżgura li l-appoġġ settorjali jingħata skont standards li huma kompatibbli mar-regoli ta' ġestjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea, l-iktar f'dak li għandu x'jaqsam mal-attribuzzjoni tas-swieq pubbliċi u tas-sussidji. Se jsir awditu estern annwali ffinanzjat mill-appoġġ settorjali dwar il-ħidma ta' dan il-grupp.

2.4.   Il-grupp eżekuttiv jidentifika l-proġett u l-azzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-appoġġ settorjali u l-organizzazzjonijiet li jistgħu jmexxu t-tali proġetti. Skont il-paragrafu 4 tal-Anness 2, dan il-grupp iħejji programm pluriennali għall-appoġġ settorjali, li jrid jiġi approvat mill-Kumitat Konġunt. Dan il-programm pluriennali jinqasam fi programmi annwali li jinkludu l-azzjonijiet u l-proġetti ddettaljati li jridu jintbagħtu lill-Ministru u wara jiġu approvati mill-Kumitat Konġunt qabel ma jsir il-ħlas parzjali tal-appoġġ settorjali korrispondenti lill-awtoritajiet tal-Mauritania, fil-limitu tal-fondi disponibbli għal dan l-appoġġ.

2.5.   Il-grupp eżekuttiv jikkoordina l-implimentazzjoni flimkien mal-benefiċjarji, tkun liema tkun l-awtorità ta' sorveljanza tagħhom, u jiċċekkja li l-azzjonijiet u l-proġetti jitwettqu tajjeb. Kull ħaġa li jagħmel il-grupp eżekuttiv li jkollha implikazzjoni finanzjarja trid tiġi approvata minn qabel mill-Ministru, wara li jkun ingħata parir dwarha mir-rappreżentant maħtur mill-Unjoni Ewropea u, jekk ikun hemm bżonn, mill-awtorità kompetenti ta' sorveljanza. Jekk ma jkunx hemm din l-approvazzjoni, il-grupp eżekuttiv jiġi mistieden jibdel il-proposta tiegħu għal deċiżjoni qabel ma jerġa' jibgħatha lill-Ministru għall-approvazzjoni tiegħu.

2.6.   Sa mhux aktar tard minn 48 siegħa minn meta jiġu ppubblikati u ffirmati rispettivament, il-grupp eżekuttiv irid jibgħat lill-Ministru s-sejħiet għall-offerti, il-minuti tal-kumitati tal-għażla u l-kuntratti ffirmati għall-proġetti ffinanzjati minn dan l-appoġġ.

2.7.   Meta jkun qed jitwettaq xi proġett, il-Ministru jista' jniedi emendi fl-azzjonijiet iffinanzjati, fl-orjentazzjonijiet, fl-għanijiet, fil-kriterji u fl-indikaturi tal-evalwazzjoni, li jridu jiġu approvati miż-żewġ Partijiet fil-Kumitat Konġunt. Din l-approvazzjoni hija kundizzjoni essenzjali biex l-Unjoni Ewropea tagħmel il-ħlas parzjali li jkun imiss wara dawk l-emendi.

2.8.   Bi qbil mal-Ministru, il-grupp eżekuttiv jista' jipproponi lil xi sħab tekniċi jew finanzjarji li jikkontribwixxi finanzjarjament jew teknikament biex jitwettqu xi proġetti qabel ma dawn jiġu approvati mill-Kumitat Konġunt. Barra minn hekk, il-Kumitat Konġunt jista' jagħti wkoll lil xi sieħeb tekniku jew finanzjarju wieħed jew aktar ir-responsabbiltà għat-twettiq ta' xi proġett abbażi ta' regoli stabbiliti b'mod konġunt.

3.   Monitoraġġ u viżibbiltà

3.1.   Kull xahar issir laqgħa bejn il-grupp eżekuttiv, ir-rappreżentant tal-Ministru u r-rappreżentant maħtur mill-Unjoni Ewropea biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali. Wara din il-laqgħa, il-grupp eżekuttiv irid ifassal rapport dwarha li jiġi approvat minn dawk li jkunu ħadu sehem fil-laqgħa u li mbagħad jintbagħat lill-Kumitat Konġunt wara li jiġi approvat.

3.2.   Qabel il-31 ta' Diċembru ta' kull sena, il-grupp eżekuttiv għandu jibgħat rapport iddettaljat dwar il-ħidma tiegħu lill-Kumitat Konġunt, skont il-mudell mogħti fl-Anness 2. Iż-żewġ partijiet għandhom jadottaw dan ir-rapport waqt l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt li ssir wara li jintbagħat.

3.3.   Barra minn hekk, il-grupp eżekuttiv għandu jibgħat rapport finali lill-Kumitat Konġunt dwar l-azzjonijiet u l-proġetti kollha li jkunu ntemmu fil-qafas tal-appoġġ settorjali previst f'dan il-Protokoll, li jkun jinkludi l-impatti ekonomiċi u soċjali li kellhom, speċjalment l-effett li ħallew fuq ir-riżorsi tas-sajd, fuq l-impjiegi u fuq l-investiment. Iż-żewġ partijiet għandhom jadottaw dan ir-rapport waqt l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt li ssir wara li jintemmu l-attivitajiet tal-proġett.

3.4.   Barra minn hekk, qabel ma jiskadi l-Protokoll, il-grupp eżekuttiv għandu jibgħat rapport finali lill-Kumitat Konġunt dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali kollu previst skont dan il-Protokoll, fosthom l-elementi msemmija fil-paragrafi 3.2 u 3.3.

3.5.   Jekk ikun hemm bżonn, iż-żewġ Partijiet għandhom ikomplu jsegwu l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali wara li jiskadi dan il-Protokoll u, fejn ikun xieraq, f'każ li jkun hemm sospensjoni skont id-dispożizzjonijiet tiegħu.

3.6.   Il-Mauritania u l-Unjoni Ewropea flimkien se jiżguraw il-viżibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-appoġġ settorjali fil-kuntest tal-Protokoll tal-2008 sal-2012, tal-Protokoll tal-2013 sal-2014 u ta' dan il-Protokoll, jekk ikun hemm bżonn bl-appoġġ operattiv tal-grupp eżekuttiv.

3.7.   Darba fis-sena, iż-żewġ Partijiet se jistiednu lill-benefiċjarji ewlenin tal-appoġġ, kemm dawk istituzzjonali u kemm dawk li mhumiex, biex jieħdu sehem f'sessjoni ta' ħidma dwar il-preżentazzjoni u l-ipprogrammar tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-appoġġ settorjali.

3.8.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 3.2, 3.3 u 3.4 u l-organizzazzjoni tas-sessjoni ta' ħidma msemmija fil-paragrafu 3.7 huma kundizzjonijiet essenzjali biex l-Unjoni Ewropea tagħmel il-ħlasijiet parzjali li jkun imiss tal-appoġġ finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1.

3.9.   Minbarra l-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 2.2, li huwa maħsub għall-ħidma tal-grupp eżekuttiv, l-appoġġ finanzjarju ta' dan il-Protokoll ma jistax jibda jingħata qabel ma l-ammont żejjed mill-appoġġ finanzjarju tal-2013 sal-2014 (maqbul wara reviżjoni miż-żewġ Partijiet) ikun ġie ttrasferit għalkollox fuq il-kont imsemmi fil-paragrafu 3.10 u jkun intuża skont il-programm maqbul mill-Kumitat Konġunt. Madankollu, dan l-ammont żejjed mill-appoġġ finanzjarju tal-2013 sal-2014 irid jintuża fi żmien ħmistax-il xahar (15-il xahar) mid-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll u jekk dan ma jsirx jitqies li jkun ġie eżawrit u ma jkunx jista' jintuża.

3.10.   L-appoġġ finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jintbagħat f'kont tat-Teżor Pubbliku miftuħ mal-Bank Ċentrali tal-Mauritania f'isem il-Ministeru tas-Sajd u għandu jintuża biss għall-appoġġ settorjali. L-awtoritajiet tal-Mauritania għandhom jibagħtu lill-Unjoni Ewropea d-dettalji ta' dan il-kont bankarju malli jiftħuh.

Artikolu 4

Kooperazzjoni xjentifika għal sajd sostenibbli

1.   Iż-żewġ partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania fuq il-bażi tal-prinċipji tal-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u tal-ekosistemi tal-baħar.

2.   Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, iż-żewġ Partijiet se jikkooperaw biex jissorveljaw il-bidla fl-istat tar-riżorsi u tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania. Għal dan il-għan, għandha ssir laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti mill-inqas darba fis-sena; darba fil-Mauritania u darba fl-Unjoni Ewropea.

3.   Waqt l-ewwel laqgħa tiegħu, il-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti għandu jadotta r-regoli interni tiegħu. Il-Kumitat Konġunt għandu japprova dawn ir-regoli interni. Minbarra l-Artikolu 4(1) tal-Ftehim, il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti tista' tiġi estiża kif meħtieġ għal xjenzati terzi, kif ukoll għal osservaturi, rappreżentanti ta' partijiet ikkonċernati jew rappreżentanti ta' korpi reġjonali ta' ġestjoni tas-sajd, bħas-CECAF.

4.   Il-mandat tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti għandu jkopri l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

it-tfassil ta' rapport xjentifiku annwali fis-settur tas-sajd kopert b'dan il-Protokoll, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-istokkijiet korrispondenti. Huwa u jfassal ir-rapport tiegħu, il-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti jqis għalkollox l-informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-flotot nazzjonali tal-Mauritania u tal-flotot barranin l-oħra, kif ukoll il-miżuri u l-pjanijiet ta' ġestjoni adottati mill-Mauritania;

(b)

l-identifikazzjoni u l-proposta tal-implimentazzjoni ta' programmi jew azzjonijiet li jistgħu jtejbu l-fehim tad-dinamika tar-riżorsi tas-sajd, tal-istat tagħhom, kif ukoll tal-evoluzzjoni tal-ekosistemi tal-baħar lill-Kumitat Konġunt;

(c)

l-analiżi tal-kwistjonijiet xjentifiċi li jinqalgħu matul l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll u, jekk meħtieġ, fuq talba tal-Kumitat Konġunt, il-formalizzazzjoni ta' parir xjentifiku, skont proċedura approvata b'kunsens fil-Kumitat;

(d)

il-ġbir u l-analiżi tad-dejta dwar l-isforzi, il-qabdiet u l-kummerċjalizzazzjoni tal-qabdiet ta' kull taqsima tal-flotot tas-sajd nazzjonali, tal-Unjoni Ewropea u mhux tal-Unjoni Ewropea, li joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania dwar ir-riżorsi u fis-sajd koperti minn dan il-Protokoll;

(e)

il-ħolqien u l-ipprogrammar tal-implimentazzjoni ta' kampanji ta' valutazzjoni annwali tal-istokkijiet sabiex jiġu stabbiliti l-ammonti żejda, l-opportunitajiet tas-sajd u l-għażliet ta' użu li jiggarantixxu l-konservazzjoni tar-riżorsi u tal-ekosistemi tagħhom;

(f)

l-għoti, fuq inizjattiva tiegħu stess jew b'risposta għal talba mill-Kumitat Konġunt jew minn waħda mill-Partijiet, ta' parir xjentifiku dwar l-għanijiet, l-istrateġiji u l-miżuri ta' ġestjoni li jitqiesu meħtieġa għall-użu sostenibbli tal-istokkijiet u tas-sajd koperti minn dan il-Protokoll;

(g)

il-proposta, fejn xieraq, fil-Kumitat Konġunt, ta' programm ta' reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, skont l-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll.

5.   Sabiex jiġu applikati l-paragrafi 2, 3 u 4 u flimkien mad-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(7), kull sena il-Mauritania għandha tibagħt lill-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti u lill-Unjoni Ewropea rapport iddettaljat li jispeċifika, għal kull kategorija tas-sajd, l-għadd ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Mauritania li għandhom awtorizzazzjoni tas-sajd, il-qabdiet korrispondenti awtorizzati, il-qabdiet li jkunu saru fil-verità u kull informazzjoni rilevanti dwar il-miżuri ta' ġestjoni tas-sajd li huma jkunu adottaw u implimentaw.

Artikolu 5

Is-sajd għal finijiet xjentifiċi, is-sajd sperimentali u opportunitajiet ġodda tas-sajd

1.   Is-sajd għal finijiet xjentifiċi

1.1.   Fuq parir tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti, il-Kumitat Konġunt jista' jawtorizza kampanji xjentifiċi li jkollhom l-għan li jiġbru dejta u informazzjoni dwar ir-riżorsi bijoloġiċi u l-ekosistemi tal-baħar li fihom jieħdu sehem bastimenti tal-Unjoni Ewropea u/jew tal-Mauritania. Dawn il-kampanji jridu jitwettqu taħt ir-responsabbiltà konġunta tal-istituti tar-riċerka xjentifika Ewropej u tal-Mauritania.

1.2.   Iż-żewġ Partijiet se jiddefinixxu l-mod kif il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea u/jew tal-Mauritania jiġu mgħammra u jinkrew għal kull kampanja waqt il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

1.3.   Ir-riżultati ta' dawn il-kampanji għandhom jintużaw biex itejbu l-valutazzjoni tal-istokkijiet u biex ikunu jistgħu jiġu adottati miżuri ta' ġestjoni adattati.

1.4.   Fil-każ tal-kategorija 8 (iċ-ċefalopodi), ir-riżultati tal-programm xjentifiku u/jew tal-valutazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 4 jistgħu jwasslu biex jiġu riveduti l-limiti li jista' jkun hemm fuq il-qabdiet u l-miżuri ta' konservazzjoni li japplikaw għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea.

2.   Is-sajd sperimentali

2.1.   F'każ li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jkunu interessati jwettqu attivitajiet tas-sajd li mhumiex previsti fl-Artikolu 1, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin waqt il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt biex jaraw jawtorizzawx dawn l-attivitajiet il-ġodda skont l-Artikolu 6(2) tal-Ftehim jew le. Fejn ikun xieraq, il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li japplikaw għal dawn l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd u, jekk ikun hemm bżonn, jemenda dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll.

2.2.   L-awtorizzazzjoni għat-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd prevista fil-paragrafu 2.1 għandha tinħareġ filwaqt li jitqiesu l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli fil-livell nazzjonali u reġjonali u, fejn ikun xieraq, abbażi tar-riżultati tal-kampanji xjentifiċi vvalidati mill-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti.

2.3.   Wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.1, il-Kumitat Konġunt jista' jawtorizza kampanji tas-sajd sperimentali fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania sabiex jiġu ttestjati l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd il-ġodda. Għal dan il-għan, huwa għandu jistabbilixxi, każ b'każ, l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u kwalunkwe parametru ieħor rilevanti skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XI tal-Anness 1 ta' dan il-Protokoll. Il-Partijiet għandhom iwettqu s-sajd sperimentali skont il-kundizzjonijiet li jkun stabbilixxa l-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti.

Artikolu 6

Il-Kumitat Konġunt

1.   Flimkien mal-kompiti li l-Kumitat Konġunt ingħata skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim, dan ingħata wkoll is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-emendi ta' dan il-Protokoll u ta' dawn l-Annessi u l-Appendiċijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dan li ġej:

(a)

ir-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, jekk ikun hemm bżonn, u b'hekk tal-kontribuzzjoni finanzjarja rilevanti;

(b)

il-proċeduri tal-appoġġ settorjali kif previsti fl-Artikolu 3 u fl-Anness 2;

(c)

il-kundizzjonijiet li bihom il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

2.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1(a), il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titranġa b'mod proporzjonat u pro rata temporis.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi dwar l-emendi li jsiru fil-Protokoll u fl-Annessi u fl-Appendiċijiet skont il-paragrafu 1. Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-partijiet jgħarrfu lil xulxin li jkunu lestew il-proċeduri meħtieġa biex jadottaw din id-deċiżjoni.

4.   Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq ħidmietu skont l-għanijiet tal-Ftehim u skont ir-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd.

5.   L-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt għandha ssir sa mhux iktar tard minn tliet (3) xhur wara l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 7

Promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi

Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex joħolqu l-kundizzjonijiet adattati għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jinkoraġġixxu l-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u tal-investiment. Hama għandhom jippromwovu l-kuntatti bejn l-operaturi ekonomiċi u jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni bejniethom, fosthom b'rabta mal-appoġġ finanzjarju msemmi fl-Artikolu 3, fl-oqsma li ġejjin:

(a)

l-iżvilupp taż-żona libera ta' Nouadhibou;

(b)

l-iżvilupp ta' żoni tal-baħar protetti (il-parks nazzjonali ta' Banc d'Arguin u ta' Diawling);

(c)

il-ġestjoni tal-portijiet;

(d)

l-iżvilupp tal-industrija tas-sajd;

(e)

l-iżvilupp ta' skambji li jkollhom l-għan li jtejbu t-taħriġ professjonali b'mod speċjali fil-qasam tas-sajd, tal-organizzazzjoni tas-sajd, tal-akkwakultura u s-sajd kontinentali, tat-tarzni u tas-sorveljanza marittima;

(f)

il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd; u

(g)

l-akkwakultura.

Artikolu 8

Terminazzjoni minħabba livell baxx ta' użu tal-opportunitajiet tas-sajd

F'każ li jiġi nnutat livell baxx ta' użu tal-opportunitajiet tas-sajd, l-Unjoni Ewropea għandha tgħarraf lill-awtoritajiet tal-Mauritania, permezz ta' ittra, li hija jkun beħsiebha ttemm il-Protokoll. Din it-terminazzjoni għandha sseħħ fi żmien erba' (4) xhur wara n-notifika.

Artikolu 9

Sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll

1.   L-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll tista' tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet jekk ikun hemm waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew iktar:

(a)

jekk l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania ma jkunux jistgħu jitwettqu minħabba ċirkustanzi mhux tas-soltu, minbarra fenomeni naturali;

(b)

jekk ikun hemm tibdil sinifikanti fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd ta' waħda miż-żewġ Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll;

(c)

jekk jinbdew il-mekkaniżmi ta' konsultazzjoni previsti fl-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou b'rabta ma' ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif iddefiniti fl-Artikolu 9 tal-istess Ftehim;

(d)

jekk l-Unjoni Ewropea tonqos milli tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2 għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti fl-Artikoli 8 u 10 ta' dan il-Protokoll;

(e)

jekk ikun hemm tilwima serja mhux solvuta bejn iż-żewġ Partijiet dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Protokoll;

(f)

jekk ikun hemm tilwima serja mhux solvuta dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ finanzjarju previst fl-Artikolu 3 ta' dan il-Protokoll; u

(g)

jekk ikun hemm tilwima serja mhux solvuta dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 4 u 7 tal-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll.

2.   Meta l-applikazzjoni tal-Protokoll tkun se tiġi sospiża għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1(c) ta' hawn fuq, il-Parti kkonċernata għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra li hija jkun beħsiebha tagħmel dan tal-inqas erba' (4) xhur qabel id-data li fiha tkun se tidħol fis-seħħ din is-sospensjoni. Is-sospensjoni tal-Protokoll għar-raġunijiet mogħtija fil-paragrafu 1(c) għandha tidħol fis-seħħ minnufih hekk kif tittieħed id-deċiżjoni ta' sospensjoni.

3.   F'każ ta' sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu għaddejjin bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwim ta' bejniethom. Meta tinstab it-tali soluzzjoni, il-Protokoll jerġa' jibda jiġi applikat u l-ammonti tal-kontribuzzjoni finanzjarja u tal-appoġġ finanzjarju previsti fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 3 rispettivament jitnaqqsu b'mod proporzjonat u pro rata temporis skont it-tul ta' żmien li matulu kienet sospiża l-applikazzjoni tal-Protokoll.

Artikolu 10

Sospensjoni u reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u tal-appoġġ settorjali

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 tista' tiġi riveduta jew sospiża jekk ikun hemm waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew iktar:

(a)

jekk l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania ma jkunux jistgħu jitwettqu minħabba ċirkustanzi mhux tas-soltu, minbarra fenomeni naturali;

(b)

jekk ikun hemm tibdil sinifikanti fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd ta' waħda miż-żewġ Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll; u

(c)

jekk jinbdew il-mekkaniżmi ta' konsultazzjoni previsti fl-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou b'rabta ma' ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif iddefiniti fl-Artikolu 9 tal-istess Ftehim.

2.   L-Unjoni Ewropea tista' tirrevedi jew tissospendi, parzjalment jew totalment, il-ħlas tal-appoġġ settorjali previst fl-Artikolu 3 ta' dan il-Protokoll f'każ li jkun hemm il-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(b) u 1(c), f'każ li ma jiġix eżegwit dan l-appoġġ settorjali jew jekk ir-riżultati li jinkisbu ma jkunux konformi mal-ipprogrammar, wara evalwazzjoni mwettqa mill-Kumitat Konġunt.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja u/jew l-appoġġ finanzjarju previsti fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 3 rispettivament jerġgħu jibdew jitħallsu mill-ġdid wara konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ Partijiet malli tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kien hemm qabel l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 1 u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-appoġġ finanzjarju msemmija fil-paragrafu 2 ikunu jiġġustifikaw dan. Madankollu, il-ħlas tal-appoġġ finanzjarju previst fl-Artikolu 3 ma jistax jinbeda wara perjodu ta' sitt (6) xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.

Artikolu 11

Kompjuterizzazzjoni tal-iskambji

1.   Il-Mauritania u l-Unjoni Ewropea jintrabtu li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi kompjuterizzati meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

2.   Malli s-sistemi previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jibdew jaħdmu, il-verżjoni elettronika ta' kwalunkwe dokument f'kull każ għandha titqies li hija ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.

3.   Il-Mauritania u l-Unjoni Ewropea għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull ħsara fis-sistema kompjuterizzata. F'dan il-każ, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandha teħdilhom posthom b'mod awtomatiku l-verżjoni stampata tagħhom kif iddefinit fl-Anness 1.

Artikolu 12

Il-kunfidenzjalità tad-dejta

Il-Mauritania tintrabat li tittratta f'kull ħin id-dejta personali kollha dwar il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksubin fil-kuntest tal-Ftehim strettament skont il-prinċipji tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta. Din id-dejta għandha tintuża għall-implimentazzjoni tal-Ftehim biss.

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali applikabbli

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Protokoll u fl-Annessi u fl-Appendiċijiet tiegħu, l-attivitajiet tas-servizzi tal-portijiet u x-xiri ta' provvisti għall-bastimenti li joperaw skont dan il-Protokoll u skont l-Annessi u l-Appendiċijiet tiegħu għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet u r-regolamenti li japplikaw fil-Mauritania.

Artikolu 14

Applikazzjoni provviżorja

Dan il-Protokoll u l-Annessi u l-Appendiċijiet tiegħu għandhom japplikaw b'mod provviżorju minn meta ż-żewġ Partijiet jiffirmawh b'mod uffiċjali. Id-data tal-firma trid tkun tingħaraf b'mod ċar mid-data tal-inizjalar li turi meta ntemmu n-negozjati. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jibdew bl-attivitajiet tas-sajd tagħhom fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania mid-data tal-applikazzjoni provviżorja biss.

Artikolu 15

Tul ta' żmien

Dan il-Protokoll u l-Annessi u l-Appendiċijiet tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta' erba' (4) snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja, sakemm ma jkunux itterminati.

Artikolu 16

Terminazzjoni

F'każ ta' terminazzjoni tal-Protokoll minbarra dik prevista fl-Artikolu 8, il-Parti kkonċernata għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra li hija jkun beħsiebha tagħmel dan tal-inqas erba' (4) xhur qabel id-data li fiha tkun se tidħol fis-seħħ din it-terminazzjoni.

L-għoti tan-notifika msemmija fil-paragrafu ta' qabel għandha tagħti bidu għall-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll u l-Annessi u l-Appendiċijiet tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

Съставено в Брюксел на шестнадесети ноември две хиляди и петнадесета година.

Hecho en Bruselas, el dieciseis de noviembre de dos mil quince.

V Bruselu dne šestnáctého listopadu dva tisíce patnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den sekstende november to tusind og femten.

Geschehen zu Brüssel am sechzehnten November zweitausendfünfzehn.

Kahe tuhande viieteistkümnenda aasta novembrikuu kuueteistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα έξι Νοεμβρίου δύο χιλιάδες δεκαπέντε.

Done at Brussels on the sixteenth day of November in the year two thousand and fifteen.

Fait à Bruxelles, le seize novembre deux mille quinze.

Sastavljeno u Bruxellesu šesnaestog studenoga dvije tisuće petnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì sedici novembre duemilaquindici.

Briselē, divi tūkstoši piecpadsmitā gada sešpadsmitajā novembrī.

Priimta du tūkstančiai penkioliktų metų lapkričio šešioliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kéteze-tizenötödik év november havának tzenhatodik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sittax-il jum ta’ Novembru fis-sena elfejn u ħmistax.

Gedaan te Brussel, de zestiende november tweeduizend vijftien.

Sporządzono w Brukseli dnia szesnastego listopada roku dwa tysiące piętnastego.

Feito em Bruxelas, em dezasseis de novembro de dois mil e quinze.

Întocmit la Bruxelles la șaisprezece noiembrie două mii cincisprezece.

V Bruseli šestnásteho novembra dvetisíctridsať.

V Bruslju, dne šestnajstega novembra leta dva tisoč petnajst.

Tehty Brysselissä kuudentenatoista päivänä marraskuuta vuonna kaksituhattaviisitoista.

Som skedde i Bryssel den sextonde november år tjugohundrafemton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Ислямска република Мавритания

Por la República Islámica de Mauritania

Za Mauritánskou islámskou republiku

For Den Islamiske Republik Mauretanien

Für die Islamische Republik Mauretanien

Mauritaania Islamivabariigi nimel

Για την Ισλαμική Δημοκρατία της Μαυριτανίας

For the Islamic Republic of Mauritania

Pour la République islamique de Mauritanie

Za Islamsku Republiku Mauritaniju

Per la Repubblica islamica di Mauritania

Mauritānijas Islāma Republikas vārdā –

Mauritanijos Islamo Respublikos vardu

A Mauritániai Iszlám Köztársaság részéről

Għar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania

Voor de Islamitische Republiek Mauritanië

W imieniu Islamskiej Republiki Mauretańskiej

Pela República Islâmica da Mauritânia

Pentru Republica Islamică Mauritania

Za Mauritánsku islámsku republiku

Za Islamsko republiko Mavretanijo

Mauritanian islamilaisen tasavallan puolesta

För Islamiska republiken Mauretanien

Image


(1)  Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (flimkien mal-annessi, mal-att finali u mal-minuti tar-rettifika tal-att finali tagħha tat-3 ta' Marzu 1986 u tas-26 ta' Lulju 1993), konkluża f'Montego Bay fl-10 ta' Diċembru 1982 — Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, 16.11.1994, Vol. 1834, I-31363, pp. 3-178.


Tabella tal-kategoriji tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1(1)

Kategoriji tas-sajd

Il-qabdiet totali permissibbli u t-tunnellaġġ ta' referenza

1

Bastimenti tas-sajd li jistadu għall-krustaċji ħlief għall-awwista u l-granċ

5 000 tunnellata

2

Bastimenti tat-tkarkir (mingħajr friża) u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ għall-merluzz l-iswed

6 000 tunnellata

3

Bastimenti tas-sajd għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ minbarra l-merluzz l-iswed, b'irkaptu ieħor mhux bix-xbieki tat-tkarkir

3 000 tunnellata

4

Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni

12 500 tunnellata

(tunnellaġġ ta' referenza)

5

Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

7 500 tunnellata

(tunnellaġġ ta' referenza)

6

Bastimenti tat-tkarkir użati għas-sajd għall-ħut pelaġiku li jkunu mgħammra bi friża

225 000 tunnellata (*)

7

Bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku frisk

15 000 tunnellata (**)

8

Iċ-ċefalopodi

[pm] tunnellati


(*)  Dan l-ammont jista' jinqabeż b'10 % mingħajr konsegwenzi għall-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Unjoni Ewropea b'rabta mal-aċċess

(**)  Jekk jintużaw dawn l-opportunitajiet tas-sajd, dawn għandhom jitnaqqsu mill-qabda totali permissibbli prevista għall-kategorija 6.

Abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, iż-żewġ partijiet jistgħu jiftehmu fil-Kumitat Konġunt dwar l-għoti ta' opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża li jintużaw għas-sajd għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ li għalihom ikun ġie identifikat ammont żejjed.


ANNESS 1

IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-MAURITANIA

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.   Ħatra tal-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta' dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea jew għall-Mauritania bħala l-awtorità kompetenti tfisser:

għall-Unjoni Ewropea: il-Kummissjoni Ewropea, fejn xieraq permezz tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f'Nouakchott (post ċentrali);

għall-Mauritania: il-Ministeru responsabbli għas-Sajd permezz tad-Direttorat inkarigat mill-Programmazzjoni u l-Kooperazzjoni (post ċentrali), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ministeru”.

2.   Żona tas-sajd tal-Mauritania

Il-koordinati taż-żona tas-sajd tal-Mauritania huma mogħtija fl-Appendiċi 2. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-limiti stabbiliti għal kull kategorija tas-sajd fid-dokumenti tekniċi mogħtija fl-Appendiċi 1.

3.   Identifikazzjoni tal-bastimenti

3.1.   Il-marki ta' identifikazzjoni ta' kull bastiment tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu konformi mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam. Dawn ir-regolamenti għandhom jiġu kkomunikati lill-Ministeru qabel l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll. Kull modifika tagħhom għandha tiġi nnotifikata lill-Ministeru tal-anqas xahar qabel id-dħul fis-seħħ tagħha.

3.2.   Kull bastiment li jaħbi l-marki, l-isem jew ir-reġistrazzjoni tiegħu għandu jiġi ppenalizzat bis-sanzjonijiet previsti fil-liġijiet tal-Mauritania li jkunu fis-seħħ.

4.   Kontijiet bankarji

Il-Mauritania għandha tibagħat lill-Unjoni Ewropea, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, id-dettalji tal-kont(ijiet) bankarju/i (il-kodiċi BIC u IBAN) li fih(om) għandhom jitħallsu s-somom dovuti mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea skont il-Protokoll. L-ispejjeż marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom iħallsuhom is-sidien tal-bastimenti.

5.   Modalitajiet ta' ħlas

5.1.   Il-ħlasijiet għandhom isiru f'euro kif ġej:

għat-tariffi: permezz ta' trasferiment f'wieħed mill-kontijiet bankarji msemmijin fil-paragrafu 4, lit-Teżor tal-Mauritania;

għall-ispejjeż relatati mat-taxxa parafiskali: permezz ta' trasferiment f'wieħed mill-kontijiet bankarji msemmijin fil-paragrafu 4, lill-Gwardakosta tal-Mauritania;

għall-multi: permezz ta' trasferiment f'wieħed mill-kontijiet bankarji msemmijin fil-paragrafu 4, lit-Teżor tal-Mauritania.

5.2.   L-ammonti msemmijin fil-paragrafu 5.1 ta' hawn fuq jitqiesu li jkunu waslu fir-realtà jekk it-Teżor jew il-Ministeru jikkonfermaw dan abbażi ta' notifiki min-naħa tal-Bank Ċentrali tal-Mauritania.

6.   Ħatra ta' destinatarju

Kull bastiment tal-UE li jkun beħsiebu jħott il-ħut l-art jew jittrażbordah f'port tal-Mauritania għandu jiġi rrappreżentat minn destinatarju li jkun residenti hemmhekk, li għandu jirrappreżentah ukoll b'rabta ma' obbligi jew affarijiet prattiċi oħrajn li joħorġu minn dan il-Ftehim.

KAPITOLU II

LIĊENZJI

Fil-kuntest ta' dan l-Anness, il-liċenzja maħruġa mill-Mauritania lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea hija ekwivalenti għall-awtorizzazzjoni tas-sajd prevista fir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea li huma fis-seħħ.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jiftehmu sabiex jippromwovu l-ħolqien ta' sistema ta' liċenzji elettronika.

1.   Talbiet għall-ħruġ tal-liċenzji

1.1.   L-Unjoni Ewropea għandha tibgħat lill-Ministeru l-listi tal-bastimenti, skont il-kategorija tas-sajd, li jitolbu li joperaw fil-limiti stabbiliti fid-dokumenti tekniċi tal-Protokoll, għoxrin (20) jum kalendarju qabel ma jibda l-perjodu ta' validità tal-liċenzji mitluba. Dawn il-listi għandhom jintbagħtu preferibbilment b'mezzi elettroniċi u magħhom iridu jintbagħtu d-dokumenti meħtieġa u l-prova tal-ħlas. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji li ma jaslux fiż-żmien stipulat hawn fuq ma jistgħux jiġu pproċessati.

1.2.   Dawn id-dokumenti għandhom jinkludu, għal kull kategorija tas-sajd:

(a)

l-għadd ta' bastimenti;

(b)

għal kull bastiment, il-karatteristiċi tekniċi prinċipali, kif imsemmija fil-fajl tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea;

(c)

l-irkaptu tas-sajd;

(d)

l-ammont ta' ħlasijiet dovuti, maqsumin skont l-intestatura;

(e)

l-għadd ta' baħrin mill-Mauritania li għandhom jittellgħu abbord skont il-Kapitolu IX ta' dan l-Anness.

1.3.   Għat-tiġdid ta' liċenzja kull xahrejn, kull tliet xhur jew kull sena skont il-Protokoll fis-seħħ, għal bastiment li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, it-talba għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-provi tal-ħlas tat-tariffi u tal-ħlas tat-taxxa parafiskali.

2.   Dokumenti meħtieġa għat-talba għall-ħruġ ta' liċenzja

2.1.   Meta ssir l-ewwel talba għall-ħruġ ta' liċenzja minn kull bastiment, l-Unjoni Ewropea għandha tippreżenta formola ta' applikazzjoni għal-liċenzja lill-Ministeru, mimlija għal kull bastiment li jitlob liċenzja skont il-mudell li jidher fl-Appendiċi 3 ta' dan l-Anness. Din il-formola tispeċifika b'mod partikulari l-għadd ta' sajjieda mill-Mauritania mtellgħin abbord skont il-Kapitolu IX ta' dan l-Anness.

2.2.   Meta jagħmel l-ewwel talba għall-ħruġ ta' liċenzja, sid il-bastiment irid jinkludi magħha d-dokumenti li ġejjin u jibgħathom preferibbilment b'mod elettroniku:

(a)

kopja ċċertifikata mill-Istat tal-bandiera taċ-Ċertifikat tat-Tunnellaġġ Internazzjonali li jindika t-tunnellaġġ tal-bastiment mogħti f'TG, iċċertifikat mill-organizzazzjonijiet internazzjonali akkreditati;

(b)

ritratt riċenti bil-kulur (li jkun ittieħed fl-aħħar sena), li jkun iċċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera u li juri l-bastiment mill-ġenb fl-istat attwali tiegħu, u li fuqu jkunu jidhru wkoll isem il-bastiment u s-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment, jekk dan ikun rilevanti. Ir-ritratt elettroniku li jintbagħat irid ikollu riżoluzzjoni ta' mill-inqas 72 dpi (1 400 b'1 050 pixel). Jekk jintbagħat ritratt stampat, dan irid ikun fih tal-inqas 15-il cm b'10 cm;

(c)

id-dokumenti meħtieġa għall-inklużjoni fir-Reġistru nazzjonali tal-bastimenti tal-Mauritania. Din ir-reġistrazzjoni hija bla ħlas. L-ispezzjoni prevista fil-kuntest tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru nazzjonali tal-bastimenti hija waħda amministrattiva biss.

2.3.   Kull tibdil fit-tunnellaġġ ta' bastiment jobbliga lil sid il-bastiment ikkonċernat jibgħat kopja, iċċertifikata mill-Istat tal-bandiera, taċ-ċertifikat il-ġdid tat-tunnellaġġ, mogħti f'TG, kif ukoll li jibgħat id-dokumenti li jiġġustifikaw din il-bidla, b'mod partikulari l-kopja tal-applikazzjoni li huwa jkun bagħat lill-awtoritajiet kompetenti, l-approvazzjoni ta' dawn l-awtoritajiet u d-dettalji tal-bidliet li jkunu saru. Bl-istess mod, f'każ ta' bidla fl-istruttura jew fid-dehra esterna tal-bastiment, għandu jiġi ppreżentat ritratt ġdid li jkun iċċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera.

3.   Eliġibbiltà għas-sajd

3.1.   Jiġu aċċettati biss it-talbiet għall-ħruġ ta' liċenzji tas-sajd għal dawk il-bastimenti li għalihom ikunu ntbagħtu d-dokumenti meħtieġa skont il-paragrafi 2.1 u 2.2 ta' hawn fuq.

3.2.   Kull bastiment li jkun jixtieq iwettaq xi attività tas-sajd fil-qafas ta' dan il-Protokoll għandu jkun irreġistrat fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea u għandu jkun eliġibbli biex jistad fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania. Il-bastiment m'għandux ikun imniżżel bħala bastiment li jkun inqabad jistad b'mod illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

3.3.   Sabiex bastiment ikun eliġibbli, sid il-bastiment, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma għandhomx ikunu pprojbiti milli jistadu fil-Mauritania. Huma għandhom ikunu f'sitwazzjoni regolari fil-konfront tal-awtoritajiet tal-Mauritania, jiġifieri jridu jkunu ssodisfaw l-obbligi kollha preċedenti li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Mauritania.

4.   Ħruġ tal-liċenzji

4.1.   Il-Ministeru għandu joħroġ il-liċenzji għall-bastimenti wara li r-rappreżentant tas-sid jippreżenta l-provi individwali tal-ħlas għal kull bastiment (l-irċevuti mfassla mit-Teżor), kif speċifikat fil-Kapitolu I, mill-inqas għaxart (10) ijiem kalendarji qabel ma l-liċenzji jsiru validi.

4.2.   Il-liċenzji oriġinali jistgħu jinġabru mingħand is-servizzi tal-Ministeru f'Nouadhibou (mingħand id-Direttorat marittimu reġjonali). Il-Ministeru jibgħat kopja skenjata ta' dawn il-liċenzji oriġinali lill-Unjoni Ewropea b'mezzi elettroniċi.

4.3.   Barra minn hekk, il-liċenzji għandhom jindikaw il-perjodu ta' validità, il-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment, l-għadd ta' baħrin mill-Mauritania u r-referenzi għall-ħlasijiet tat-tariffi.

4.4.   Il-bastimenti li jingħataw liċenzja se jitniżżlu fil-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu li se tintbagħat fl-istess ħin u mingħajr dewmien lill-Gwardakosta tal-Mauritania u lill-Unjoni Ewropea.

It-talbiet għall-ħruġ tal-liċenzji li ma jkunux intlaqgħu mill-Ministeru għandhom jiġu nnotifikati lill-Unjoni Ewropea. Jekk ikun il-każ, il-Ministeru għandu jagħti kreditu fuq il-ħlasijiet li jista' jkun hemm relatati magħhom, wara li jitnaqqas il-bilanċ li jista' jkun hemm tal-multi li jkun għad iridu jitħallsu.

4.5.   Il-liċenzji tas-sajd għandhom jinżammu l-ħin kollu abbord il-bastiment li jkun ingħata l-liċenzja u jintwerew, waqt kull kontroll, lill-awtoritajiet li jkollhom id-dritt jitolbu dan. Għal perjodu massimu ta' 30 jum kalendarju minn meta tinħareġ il-liċenzja, il-bastiment jista' jżomm, b'mod temporanju, kopja ta' din il-liċenzja, dejjem jekk dan il-bastiment ikun imniżżel fir-realtà fil-lista tal-bastimenti awtorizzati msemmija fil-paragrafu 4(4). Matul dan il-perjodu, din il-kopja se titqies bħala ekwivalenti għal-liċenzja oriġinali.

5.   Validità u użu tal-liċenzji

5.1.   Il-liċenzja tas-sajd għandha tkun valida biss għall-perjodu kopert mill-ħlas tat-tariffa bil-kundizzjonijiet speċifikati fid-dokument tekniku.

Il-liċenzji jinħarġu għal perjodi ta' xahrejn għas-sajd għall-gambli u għal tliet xhur jew tnax-il xahar għall-kategoriji l-oħra. Dawn jistgħu jiġġeddu.

Il-liċenzji jibdew jgħoddu mill-ewwel jum tal-perjodu mitlub.

Biex wieħed jistabbilixxi l-validità tal-liċenzji, għandu jirreferi għal perjodi kalendarji annwali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru. L-ewwel perjodu tal-Protokoll jibda fid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu u jispiċċa fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena. L-aħħar perjodu tal-Protokoll jispiċċa fl-aħħar tal-perjodu ta' applikazzjoni tiegħu. L-ebda liċenzja ma tista' tibda matul perjodu annwali u tispiċċa matul il-perjodu annwali ta' wara.

Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni, il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u l-bastimenti tas-sajd bil-konz li jibbenefikaw mil-liċenzji tas-sajd fil-pajjiżi tas-sottoreġjun jistgħu jsemmu fuq l-applikazzjoni għal liċenzja, il-pajjiż, l-ispeċijiet u t-tul tal-validità tal-liċenzji tagħhom bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat id-dħul u l-ħruġ tagħhom miż-żona tas-sajd.

5.2.   Il-ħruġ ta' liċenzja ma jagħmilx ħsara lill-preżenza effettiva tal-bastiment fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania matul il-perjodu ta' validità ta' din il-liċenzja.

5.3.   Kull liċenzja tas-sajd għandha tinħareġ f'isem bastiment speċifiku. Din mhijiex trasferibbli. Madankollu, f'każ ta' telf jew waqfien fit-tul ta' bastiment minħabba ħsara teknika gravi, il-liċenzja tal-bastiment inizjali tinbidel b'liċenzja għal bastiment ieħor li jkun jidħol fl-istess kategorija tas-sajd, sakemm ma jinqabiżx it-tunnellaġġ awtorizzat għal din il-kategorija.

5.4.   Sid il-bastiment li jkun ġralu l-ħsara, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jirritorna l-liċenzja tas-sajd ikkanċellata lill-Ministeru.

5.5.   L-aġġustamenti addizzjonali fl-ammonti mħallsa li jistgħu jkunu meħtieġa f'każ ta' sostituzzjoni tal-liċenzja għandhom isiru qabel il-ħruġ tal-liċenzja ta' sostituzzjoni.

6.   Spezzjonijiet tekniċi

6.1.   Darba fis-sena, kif ukoll wara xi tibdil fit-tunnellaġġ jew fil-kategorija tas-sajd li jwassal għall-użu ta' rkaptu tas-sajd differenti, kull bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jidħol fil-port ta' Nouadhibou sabiex issirlu spezzjoni kif previst mir-regolamenti fis-seħħ. Dawn l-ispezzjonijiet iridu jitwettqu fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mill-wasla tal-bastiment fil-port.

Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni, tal-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, kull bastiment li jkun qed jopera għall-ewwel darba fil-kuntest tal-ftehim għandhom isirulu l-ispezzjonijiet previsti mir-regolamenti fis-seħħ qabel ma jirċievi l-liċenzja tiegħu. Dawn l-ispezzjonijiet jistgħu jseħħu f'port barrani li jrid ikun hemm qbil dwaru. F'dan il-każ, l-ispejjeż kollha marbutin ma' din l-ispezzjoni għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment.

6.2.   Wara l-ispezzjoni teknika, il-kaptan tal-bastiment jingħata ċertifikat ta' konformità, b'validità ugwali għal dik tal-liċenzja, li jiġi estiż, mingħajr ħlas u awtomatikament, għall-bastimenti li jġeddu l-liċenzja tagħhom matul dik is-sena. Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm dejjem abbord. Huwa għandu jispeċifika wkoll il-kapaċità tal-bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku li jagħmlu t-trażbord.

6.3.   L-ispezzjonijiet tekniċi għandhom iservu biex tiġi ċċekkjata l-konformità tal-karatteristiċi tekniċi u tal-irkaptu abbord u biex jiġi vverifikat li d-dispożizzjonijiet dwar l-ekwipaġġ mill-Mauritania jkunu ġew issodisfati.

6.4.   L-ispejjeż relatati mal-ispezzjonijiet għandhom jitħallsu mis-sidien b'rati li jiġu stabbiliti skont ir-rati ffissati mir-regolamenti tal-Mauritania u kkomunikati lill-Unjoni Ewropea. Dawn ma jistgħux ikunu ogħla mis-somom imħallsin normalment mill-bastimenti l-oħrajn għall-istess servizz.

6.5.   In-nuqqas ta' ħarsien ta' xi waħda mid-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafi 6.1 u 6.2 ta' hawn fuq iwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sa ma s-sid iħares l-obbligi tiegħu.

KAPITOLU III

TARIFFI

1.   Tariffi

1.1.   It-tariffi huma kkalkulati għal kull bastiment bil-kundizzjonijiet mogħtija fid-dokumenti tekniċi tal-Protokoll u abbażi tar-rati annwali stabbiliti fihom. L-ammonti tat-tariffi jinkludu kull dazju u taxxa fuqhom, minbarra t-taxxa parafiskali, it-taxxi tal-port u l-ħlasijiet dovuti għas-servizzi.

1.2.   Il-Ministeru jikkalkula t-tariffi billi jqis il-qabdiet li jkunu saru matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzji u wara li jitnaqqsu l-ħlasijiet li jkunu saru bil-quddiem biex jinħarġu dawn il-liċenzji.

1.3.   Il-Ministeru jgħarraf lis-sidien tal-bastimenti jew lid-destinatarji tagħhom bil-kalkoli tat-tariffi fix-xahar ta' wara l-perjodu ta' validità tal-liċenzji. Fl-istess ħin, tintbagħat kopja ta' dawn il-kalkoli lill-Unjoni Ewropea.

1.4.   It-tariffi għandhom jitħallsu permezz ta' trasferiment f'wieħed mill-kontijiet bankarji msemmijin fil-paragrafu 4 tal-Kapitolu I. F'każ li jkunu saru ħlasijiet eċċessivi, it-Teżor tal-Mauritania jagħti kreditu lis-sid jew lid-destinatarju tiegħu għalihom, li jista' jitnaqqas minn xi ħlas sussegwenti.

1.5.   F'każ li jkun hemm nuqqas ta' qbil dwar l-ammont tat-tariffi stabbilit, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin mingħajr dewmien, fosthom waqt il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt, jekk ikun hemm bżonn, u għandhom jivverifikaw il-kalkoli tal-qabdiet u l-kalkolu tat-tariffi korrispondenti.

2.   Tariffi in natura

2.1.   Is-sidien tal-bastimenti tat-tkarkir użati għas-sajd għall-ħut pelaġiku li jkunu mgħammra bi friża u tal-bastimenti użati għas-sajd għall-gambli tal-Unjoni Ewropea li jistadu fil-qafas ta' dan il-Protokoll għandhom jikkontribwixxu (b'rabta mal-qabdiet inċidentali tagħhom tal-ħut) għall-politika ta' distribuzzjoni tal-ħut lill-popolazzjonijiet fil-bżonn, sa 2 % tal-qabdiet tagħhom ta' ħut pelaġiku ttrażbordat jew imniżżel l-art wara l-qabda.

2.2.   L-ammont ta' 2 % għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-qabdiet kollha, ikunu x'ikunu l-ispeċijiet u irrispettivament mill-valur kummerċjali tagħhom, u għandu jiżdied mal-qabda totali permissibbli. Il-qabdiet użati għat-tariffi in natura jridu jirriflettu l-kompożizzjoni, skont l-ispeċi, tal-qabdiet totali abbord il-bastiment fil-mument tat-trażbord ta' dawn it-2 %.

Madankollu, għall-bastimenti li jkunu qed jistadu għas-sawrell u għall-kavalli, l-ammont ta' 2 % jista' jittieħed mill-qabdiet tas-sawrell (ta' daqs kbir jew, jekk ma jkunx hemm, ta' daqs medju) jew, jekk ma jkunx hemm, mill-qabdiet tal-laċċ (ta' daqs kbir jew, jekk ma jkunx hemm, ta' daqs medju). Għall-bastimenti li jkunu qed jistadu għas-sardin, l-ammont ta' 2 % se jittieħed fl-istess kwantitajiet mill-qabdiet tas-sawrell u mill-qabdiet tal-laċċ miżmumin abbord, jew, jekk ma jkunx hemm, mill-qabdiet tas-sardin miżmumin abbord.

2.3.   Il-qabdiet użati għat-tariffi in natura jridu jingħataw lill-Għaqda nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-ħut. Rappreżentant tal-Għaqda nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-ħut irid joħroġ, b'mod sistematiku, irċevuta li rċieva din it-tariffa in natura u jrid jiffirmaha, u l-kaptan tal-bastiment irid jingħata kopja tagħha.

2.4.   Il-qabdiet użati għat-tariffi in natura jistgħu jingħataw billi jinħattu l-art mal-moll jew billi jiġu ttażbordati fil-port. F'każ li l-qabdiet jiġu ttrażbordati fil-port, id-dgħajjes li għal fuqhom ikunu qed jiġu ttrażbordati dawn il-qabdiet iridu jkunu adattati għalkollox għall-attivitajiet meħtieġa, sabiex ikun żgurat li kollox imur sew waqt it-trażbord. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd għall-ħut pelaġiku jista' jagħżel id-dgħajsa tal-Mauritania li tkun l-iktar adattata biex jitwettqu dawn l-attivitajiet f'kollaborazzjoni mad-destinatarju tiegħu u mal-Għaqda nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-ħut.

2.5.   Jekk ikun hemm riskji għas-sigurtà tal-bastiment tas-sajd jew tad-dgħajsa tal-Mauritania jew tal-ekwipaġġi tagħhom, jew imminar ċar ta' din is-sigurtà, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd jista' jirrifjuta li jkompli bl-attività ta' trażbord tal-qabdiet għal fuq dik id-dgħajsa tal-Mauritania u għandu javża lir-rappreżentant tal-Għaqda nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-ħut b'dan, li għandu jibgħatlu dgħajsa oħra.

2.6.   L-attivitajiet tal-ħatt l-art tal-qabdiet użati għat-tariffi in natura jridu jiġu ppjanati u organizzati b'mod li ma jaffettwawx ħażin l-andament tajjeb tal-attivitajiet tal-bastiment tas-sajd.

2.7.   Jekk ma jkunx hemm biżżejjed postijiet tal-ħżin fil-mument meta jkunu se jinħattu l-art il-qabdiet, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd jitneħħielu kompletament u definittivament l-obbligu li jħott l-art il-qabdiet bħala tariffa in natura għall-qabda korrispondenti. F'dak il-każ, ir-rappreżentant tal-Għaqda nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-ħut għandu joħroġlu ċertifikat dwar dan, li jikkonferma li l-qabdiet li kellhom jingħataw bħala tariffa in natura ma setgħux jinħattu l-art minħabba li ma kienx hemm postijiet tal-ħżin fuq l-art. Il-qabdiet li ma jinħattux l-art minħabba li ma jkunx hemm biżżejjed postijiet tal-ħżin u li b'hekk jinżammu abbord għandhom jitnaqqsu mill-qabda totali permissibbli.

2.8.   It-tariffa in natura teskludi kategorikament kull forma oħra ta' kontribuzzjoni imposta. Hija ma tista' twassal għall-ebda bidla f'ammont ekwivalenti fi flus u lanqas ma tista' tikkostitwixxi dejn.

2.9.   Il-qabdiet li jikkorrispondu għat-tariffa in natura għandhom jittieħdu mill-Għaqda nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-ħut u jitqassmu lill-popolazzjonijiet fil-bżonn bil-kundizzjonijiet previsti fil-liġijiet tal-Mauritania.

2.10.   Kull sena, l-Għaqda nazzjonali tad-distribuzzjoni tal-ħut għandha tfassal rapport dwar l-użu ta' din it-tariffa in natura, dwar min ibbenefika minnha, dwar il-kwantitajiet ta' ħut imqassmin u l-kundizzjonijiet li bihom tqassmu dawn il-kwantitajiet. Dan ir-rapport jiġi evalwat mill-Kumitat Konġunt.

2.11.   F'każ li jkun hemm xi diffikultà fl-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin, fosthom waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt, sabiex jaqsmu bejniethom l-informazzjoni kollha li tista' tkun utli dwar din l-applikazzjoni u jidentifikaw l-iktar soluzzjonijiet adattati biex jingħelbu dawn id-diffikultajiet.

3.   Taxxa parafiskali

3.1.   Ir-rati tat-taxxa parafiskali għall-bastimenti tas-sajd industrijali huma pagabbli fil-valuta lokali, skont id-digriet li jistabbilixxi t-taxxa parafiskali, skont dan li ġej:

 

Kategorija tas-sajd għall-krustaċji, għaċ-ċefalopodi u għall-ħut tal-qiegħ:

Tunnellaġġ (f'TG)

Ammont kull tliet xhur (f'MRO)

< 99

50 000

100-200

100 000

200-400

200 000

400-600

400 000

> 600

600 000

 

Kategorija tas-sajd (għall-ħut li jpassi ħafna u għall-ħut pelaġiku):

Tunnellaġġ

Ammont fix-xahar (f'MRO)

< 2 000

50 000

2 000 -3 000

150 000

3 000 -5 000

500 000

5 000 -7 000

750 000

7 000 -9 000

1 000 000

> 9 000

1 300 000

3.2.   Bl-eċċezzjoni tal-kategoriji 4 u 5, it-taxxa parafiskali hija dovuta għal trimestru sħiħ, jew diversi trimestri, irrispettivament mill-preżenza ta' perjodu ta' waqfien għal raġunijiet bijoloġiċi.

3.3.   Ir-rata tal-kambju (MRO/EUR) li għandha tintuża għall-ħlas tat-taxxa parafiskali għal sena kalendarja għandha tkun ir-rata medja tas-sena ta' qabel ikkalkulata mill-Bank Ċentrali tal-Mauritania u mibgħuta mill-Ministeru sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel l-applikazzjoni tagħha.

3.4.   Trimestru għandu jikkonsisti minn wieħed mill-perjodi ta' tliet xhur li jibdew fl-1 ta' Ottubru, fl-1 ta' Jannar, fl-1 ta' April u fl-1 ta' Lulju, ħlief għall-ewwel u l-aħħar perjodu tal-Protokoll.

4.   Kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn

4.1.   Id-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet stabbiliti minn kull kaptan ta' bastiment tas-sajd għat-tonn jiġu ttrattati u vverifikati mill-istituti xjentifiċi responsabbli għall-verifika tad-dejta dwar il-qabdiet tat-tonn fl-Istati Membri, bħalma huma l-IRD (l-Istitut tar-Riċerka għall-Iżvilupp), l-IEO (l-Istitut Spanjol tal-Oċeanografija) u l-INIAP (l-Istitut Nazzjonali tar-Riċerka dwar l-Agrikoltura u s-Sajd), u tintbagħat kopja tal-ġurnali kollha ta' abbord tas-sajd lill-IMROP (l-Istitut tar-Riċerka dwar l-Oċeanografija u s-Sajd tal-Mauritania).

4.2.   Abbażi ta' dawn id-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet ivverifikati mill-istituti xjentifiċi, għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn, l-Unjoni Ewropea għandha tistabbilixxi kalkolu finali tat-tariffi li jridu jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja ta' qabel.

4.3.   L-Unjoni Ewropea għandha tgħarraf lill-Mauritania u lil sid il-bastiment b'dan il-kalkolu finali qabel it-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara s-sena li fiha jkunu saru l-qabdiet. Meta l-kalkolu finali jkun jirrigwarda s-sena attwali, dan għandu jiġi nnotifikat lill-Mauritania u lil sid il-bastiment sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data tal-iskadenza tal-Protokoll.

4.4.   Il-Mauritania tista' tikkontesta l-kalkolu finali, abbażi ta' evidenza dokumentata, fi żmien 30 jum minn meta jintbagħat dan il-kalkolu. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt. Jekk il-Mauritania ma joġġezzjonawx fi żmien 30 jum, il-kalkolu finali jitqies adottat.

4.5.   Jekk il-kalkolu finali jkun ogħla mit-tariffa fissa mħallsa bil-quddiem għall-kisba tal-liċenzja tas-sajd, sid il-bastiment irid iħallas il-bilanċ fi żmien 45 jum minn meta il-Mauritania tapprova l-kalkolu. Jekk il-kalkolu finali jkun inqas mit-tariffa fissa mħallsa bil-quddiem, sid il-bastiment ma jistax jirkupra s-somma li jifdal.

4.6.   F'dak li għandu x'jaqsam mat-taxxa parafiskali, din għandha titħallas pro rata għaż-żmien fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania. Ix-xhur ta' ħlas korrispondenti jitqiesu bħala perjodi ta' 30 jum ta' sajd effettiv. Din id-dispożizzjoni tippreżerva l-karattru integrali ta' din it-taxxa u għalhekk kull xahar ta' ħlas mibdi għandu jitħallas.

4.7.   Bastiment li jkun stad bejn ġurnata u 30 jum f'sena, għandu jħallas taxxa għal xahar. It-tieni xahar ta' ħlas minn din it-taxxa jkun dovut wara l-ewwel perjodu ta' 30 jum u għal kull perjodu bħal dan sussegwenti. Il-ħlasijiet addizzjonali kull xahar għandhom isiru sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara l-ewwel jum ta' kull perjodu kumplimentari.

KAPITOLU IV

DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET

1.   Ġurnal ta' abbord tas-sajd

1.1.   Il-kaptani tal-bastimenti għandhom l-obbligu li jirreġistraw kuljum kull attività speċifikata fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd li l-mudell tiegħu huwa mehmuż fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness u li jista' jiġi emendat skont ir-regolamenti tal-Mauritania. Dan id-dokument irid jimtela b'mod korrett u li jkun jista' jinqara, u jiġi ffirmat mill-kaptan tal-bastiment. Għall-bastimenti li jistadu għal speċijiet tal-ħut li jpassi ħafna għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8 ta' dan il-Kapitolu.

1.2.   Il-ġurnali ta' abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu b'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

għall-bastimenti li għandhom l-obbligu ta' ħatt l-art jew ta' trażbord, il-kopja oriġinali ta' kull ġurnal ta' abbord tas-sajd għandha tingħata lill-Gwardakosta tal-Mauritania, li għandha tikkonferma bil-miktub li rċeviet dan id-dokument;

(b)

għall-bastimenti l-oħra, f'każ li joħorġu miż-żona tas-sajd tal-Mauritania mingħajr ma jgħaddu l-ewwel minn port ta' dan il-pajjiż, il-kopja oriġinali ta' kull ġurnal ta' abbord tas-sajd għandha tintbagħat fi żmien sebat ijiem mill-wasla f'xi port ieħor, u f'kull każ fi żmien 20 jum mill-ħruġ miż-żona tal-Mauritania;

(c)

fl-istess perjodu, is-sid għandu jibgħat kopja ta' dan il-ġurnal ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu kif ukoll lill-Unjoni Ewropea, permezz tad-Delegazzjoni;

(d)

preferibbilment bil-posta elettronika fl-indirizz tal-posta elettronika nnotifikat mill-Mauritania u mogħti fl-Appendiċi 12;

(e)

jew permezz ta' faks mibgħut fuq in-numru nnotifikat mill-Mauritania;

(f)

jew permezz ta' ittra mibgħuta lill-Mauritania.

1.3.   Mingħajr ħsara għas-sanzjonijiet previsti fir-regolamenti tal-Mauritania, in-nuqqas ta' ħarsien ta' xi waħda mid-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafi 1.1 u 1.2 ta' hawn fuq iwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sa ma s-sid iħares l-obbligi tiegħu.

2.   Ġurnal tas-sajd supplimentari (Dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art u tat-trażbord)

2.1.   Meta jsir il-ħatt l-art jew it-trażbord, il-kaptani tal-bastimenti għandhom l-obbligu li jimlew b'mod korrett u li jkun jista' jinqara u li jiffirmaw il-ġurnal tas-sajd supplimentari li l-mudell tiegħu huwa mehmuż fl-Appendiċi 6 ta' dan l-Anness.

2.2.   Fi tmiem kull attività ta' ħatt l-art, is-sid għandu jibgħat minnufih il-ġurnal tas-sajd supplimentari oriġinali lill-Gwardakosta tal-Mauritania u kopja tiegħu lill-Ministeru. Fi żmien sebat ijiem tax-xogħol, għandha tintbagħat kopja tiegħu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru tal-bandiera kif ukoll lill-Unjoni Ewropea, permezz tad-Delegazzjoni.

2.3.   Fi tmiem kull trażbord awtorizzat, il-kaptan għandu jibgħat minnufih il-ġurnal tas-sajd supplimentari oriġinali lill-Gwardakosta tal-Mauritania u kopja tiegħu lill-Ministeru. Fi żmien sebat ijiem tax-xogħol, għandha tintbagħat kopja tiegħu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru tal-bandiera kif ukoll lill-Unjoni Ewropea, permezz tad-Delegazzjoni.

2.4.   In-nuqqas ta' ħarsien ta' xi waħda mid-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafi 2.1, 2.2 u 2.3 ta' hawn fuq iwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sa ma s-sid iħares l-obbligi tiegħu.

3.   Affidabbiltà tad-dejta

3.1.   L-informazzjoni inkluża fid-dokumenti msemmija fil-paragrafi ta' hawn fuq għandha tirrifletti r-realtà tas-sajd sabiex tkun tista' tikkostitwixxi waħda mill-bażijiet għas-superviżjoni tat-tibdil fir-riżorsi tas-sajd.

3.2.   Japplikaw il-liġijiet tal-Mauritania li huma fis-seħħ dwar id-daqsijiet minimi tal-qabdiet miżmumin abbord u dawn qed jingħataw fl-Appendiċi 7.

3.3.   Lista ta' fatturi ta' konverżjoni li japplikaw għall-qabdiet mingħajr ras/sħaħ u/jew imnaddfa/sħaħ hija mogħtija fl-Appendiċi 8.

4.   Tranżizzjoni għal sistema elettronika

Iż-żewġ Partijiet qed jistabbilixxu protokoll għall-iskambju elettroniku tad-dejta kollha marbuta mal-qabdiet u mad-dikjarazzjonijiet (jiġifieri għal sistema elettronika ta' rappurtar tad-dejta, bl-Ingliż imsejħa “Electronic Reporting System”), liema dejta tissejjaħ “dejta tal-ERS”, li qed jingħata fl-Appendiċi 10. Iż-żewġ Partijiet jipprevedu l-implimentazzjoni ta' dan il-protokoll u s-sostituzzjoni tal-verżjonijiet stampati tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet bid-dejta tal-ERS malli l-Mauritania ddaħħal fis-seħħ l-apparat u s-softwer meħtieġ.

5.   Tolleranza tad-differenzi

Fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv, it-tolleranza bejn il-qabdiet iddikjarati fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd u l-evalwazzjoni ta' dawn il-qabdiet magħmula matul spezzjoni jew waqt il-ħatt l-art ma għandhiex tkun ta' aktar minn:

 

9 % għall-ħut frisk, u

 

4 % għall-ħut pelaġiku u mhux pelaġiku ffriżat.

6.   Qabdiet inċidentali

Il-qabdiet inċidentali huma speċifikati fid-dokumenti tekniċi li jiffurmaw parti minn dan il-Protokoll. Kull qbiż tal-perċentwali tal-qabdiet inċidentali awtorizzati jista' jiġi ppenalizzat.

7.   Dikjarazzjoni ta' kull tliet xhur tal-qabdiet kumulattivi

7.1.   L-Unjoni Ewropea għandha tgħarraf lill-Mauritania, f'forma elettronika u skont il-formati mogħtija fl-Appendiċi 19, bil-kwantitajiet kumulattivi maqbudin mill-bastimenti tagħha għall-kategoriji kollha tas-sajd qabel it-tmiem ta' kull trimestru attwali għat-tliet xhur ta' qabel.

7.2.   Id-dejta għandha tinqasam skont ix-xahar, il-kategorija tas-sajd, il-bastiment u l-ispeċi.

7.3.   Iż-żewġ Partijiet jaqblu dwar il-kalkolu finali tal-qabdiet annwali waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt.

7.4.   Il-fatturi ta' konverżjoni li japplikaw għas-sajd għall-ħut pelaġiku għall-ipproċessar tal-qabdiet mingħajr ras/sħaħ u/jew imnaddfa/sħaħ jinsabu fl-Appendiċi 8.

8.   Kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn

8.1.   Fuq il-bastimenti tas-sajd għat-tonn għandu jinżamm ġurnal ta' abbord, skont il-mudell mehmuż fl-Appendiċi 5 ta' dan l-Anness, għal kull perjodu tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mauritania. Dan għandu jimtela anke f'każ fejn ma jinqabadx ħut.

8.2.   Il-ġurnali ta' abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu b'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

meta bastiment tas-sajd ikun għaddej minn port tal-Mauritania, il-kopja oriġinali ta' kull ġurnal ta' abbord tas-sajd għandha tingħata lill-Gwardakosta tal-Mauritania, li għandha tikkonferma bil-miktub li rċeviet dan id-dokument;

(b)

meta bastiment tas-sajd ikun ħiereġ miż-żona tas-sajd tal-Mauritania mingħajr ma jgħaddi l-ewwel minn port ta' dan il-pajjiż, il-kopja oriġinali ta' kull ġurnal ta' abbord tas-sajd għandha tintbagħat fi żmien 14-il jum mill-wasla f'xi port ieħor, u f'kull każ fi żmien 45 jum mill-ħruġ miż-żona tal-Mauritania;

(c)

fl-istess perjodu, is-sid għandu jibgħat kopja ta' dan il-ġurnal ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu kif ukoll lill-Unjoni Ewropea, permezz tad-Delegazzjoni;

(d)

preferibbilment bil-posta elettronika fl-indirizz tal-posta elettronika nnotifikat mill-Mauritania u mogħti fl-Appendiċi 12;

(e)

jew permezz ta' faks mibgħut fuq in-numru nnotifikat mill-Mauritania;

(f)

jew permezz ta' ittra mibgħuta lill-Mauritania.

8.3.   Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn għandhom iħarsu r-rakkomandazzjonijiet kollha adottati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT).

KAPITOLU V

ĦATT L-ART U TRAŻBORD

1.   Ħatt l-art

1.1.   Il-flotta li tintuża għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ għandha l-obbligu li tħott il-qabdiet l-art.

1.2.   Fuq talba tas-sid, jingħataw eżenzjonijiet speċifiċi għall-flotta li tintuża għas-sajd għall-gambli matul il-perjodi ta' sħana estrema, b'mod partikulari f'Awwissu u f'Settembru.

1.3.   L-obbligu tal-ħatt l-art ma jimplikax l-obbligu tal-ħżin u tal-ipproċessar.

1.4.   Il-flotta li tintuża għas-sajd għall-ħut pelaġiku frisk għandha l-obbligu li tħott il-qabdiet l-art fil-limiti tal-kapaċità tal-unitajiet tal-ipproċessar f'Nouadhibou u tad-domanda stabbilita tas-suq.

1.5.   L-obbligu ta' ħatt l-art ma jgħoddx għall-aħħar qabda (jiġifieri l-qabda ta' qabel il-ħruġ miż-żoni tas-sajd tal-Mauritania għal assenza ta' mhux inqas minn tliet xhur). Fil-każ tal-bastimenti użati għas-sajd għall-gambli, dan il-perjodu huwa ta' xahrejn.

1.6.   Il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jibgħat id-data tal-ħatt l-art tiegħu lill-Awtorità tal-Port Awtonomu ta' Nouadhibou (il-PAN) u lill-Gwardakosta tal-Mauritania, bil-faks jew bil-posta elettronika, mill-inqas 24 siegħa qabel din id-data, u għandu jibgħat kopja lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

isem il-bastiment tas-sajd li għandu jħott il-qabdiet l-art;

(b)

id-data u l-ħin previsti għall-ħatt l-art;

(c)

il-kwantità (mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj) ta' kull speċi li għandha tinħatt l-art (identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha).

1.7.   Bi tweġiba għan-notifika msemmija hawn fuq, il-Gwardakosta tal-Mauritania għandha tibgħat, fit-12-il siegħa ta' wara, il-qbil tagħha b'faks jew bil-posta elettronika lill-kaptan jew lir-rappreżentant tiegħu, u għandha tibgħat kopja ta' dan lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

1.8.   Il-bastiment tal-Unjoni Ewropea li jħott il-ħut l-art f'port tal-Mauritania huwa eżenti minn kull taxxa jew imposta b'effett ekwivalenti apparti l-ħlasijiet u l-imposti tal-port li japplikaw għall-bastimenti tal-Mauritania fl-istess kundizzjonijiet.

1.9.   Il-prodott tas-sajd jibbenefika minn arranġamenti ta' kontroll doganali skont il-liġijiet tal-Mauritania li huma fis-seħħ. Għalhekk, huwa eżenti minn kull proċedura doganali u dazju doganali jew imposta b'effett ekwivalenti meta jidħol fil-port tal-Mauritania jew meta jiġi esportat, u huwa jitqies bħala merkanzija “ammessa temporanjament” (“ħażna temporanja”).

1.10.   Is-sid għandu jiddeċiedi d-destinazzjoni tal-produzzjoni tal-bastiment tiegħu. Din tista' tiġi pproċessata, tinħażen skont arranġamenti ta' kontroll doganali, tinbiegħ fil-Mauritania jew tiġi esportata (f'valuta barranija).

1.11.   Għall-bejgħ fil-Mauritania, maħsub għas-suq tal-Mauritania, għandhom jitħallsu l-istess taxxi u imposti li japplikaw għall-prodotti tas-sajd tal-Mauritania.

1.12.   Il-benefiċċji jistgħu jiġu esportati mingħajr ħlasijiet supplimentari (eżenzjoni mid-dazji doganali u mill-imposti b'effett ekwivalenti).

2.   Trażbord

2.1.   Kull bastiment użat għas-sajd għall-ħut pelaġiku li jkun mgħammar bi friża li jista' jwettaq trażbord, skont iċ-ċertifikat ta' konformità, għandu l-obbligu li jwettaq it-trażbord mal-moll jew mal-baga 10 tal-Port Awtonomu ta' Nouadhibou, ħlief għall-aħħar qabda.

2.2.   Fil-qafas ta' proġetti tal-iżvilupp ekonomiku li jirriflettu l-għanijiet tal-Artikolu 7 tal-Protokoll, l-awtoritajiet tal-Mauritania jistgħu jipprevedu l-ħolqien ta' kundizzjonijiet partikulari għall-ħatt l-art u għat-trażbord. Iż-żewġ Partijiet għandhom jiddiskutu dan waqt il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

2.3.   Il-bastiment tal-Unjoni Ewropea li jwettaq trażbord fil-Port Awtonomu ta' Nouadhibou huwa eżenti minn kull taxxa jew imposta b'effett ekwivalenti apparti l-ħlasijiet u l-imposti tal-port li japplikaw għall-bastimenti tal-Mauritania fl-istess kundizzjonijiet.

2.4.   L-obbligu ta' trażbord ma jgħoddx għall-aħħar qabda (jiġifieri l-qabda ta' qabel il-ħruġ miż-żoni tas-sajd tal-Mauritania għal assenza ta' mhux inqas minn tliet xhur).

2.5.   Il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jibgħat id-data tat-trażbord tiegħu lill-Awtorità tal-Port Awtonomu ta' Nouadhibou (il-PAN) u lill-Gwardakosta marittima tal-Mauritania, bil-faks jew bil-posta elettronika, mill-inqas 24 siegħa qabel din id-data, u għandu jibgħat kopja lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

isem il-bastiment tas-sajd li għandu jittrażborda l-qabdiet;

(b)

id-data u l-ħin previsti għat-trażbord;

(c)

il-kwantità (mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj) ta' kull speċi li għandha tiġi ttrażbordata (identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha).

2.6.   Bi tweġiba għan-notifika msemmija hawn fuq, il-Gwardakosta tal-Mauritania għandha tibgħat, fit-12-il siegħa ta' wara, il-qbil tagħha b'faks jew bil-posta elettronika lill-kaptan jew lir-rappreżentant tiegħu, u għandha tibgħat kopja ta' dan lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

2.7.   Il-Mauritania tirriżerva d-dritt li tirrifjuta t-trażbord jekk il-bastiment li jkun qiegħed iġorr il-ħut kien involut f'sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat kemm ġoż-żoni tas-sajd tal-Mauritania kif ukoll 'il barra minnhom.

KAPITOLU VI

KONTROLL

1.   Dħul fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania u ħruġ minnha

1.1.   Kull dħul fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania u ħruġ minnha min-naħa ta' bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd irid jiġi nnotifikat lill-Mauritania sa 36 siegħa qabel dan id-dħul jew il-ħruġ, ħlief fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni, tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz, li ma jistgħux idumu iktar minn sitt sigħat f'din iż-żona.

1.2.   Meta tkun qed issir in-notifika tad-dħul jew tal-ħruġ tal-bastiment, għandha tintbagħat b'mod partikulari l-informazzjoni li ġejja:

(a)

isem il-bastiment;

(b)

is-sinjal tas-sejħa bir-radju tal-bastiment;

(c)

id-data (fil-format jj/xx/ssss), il-ħin (fil-format UTC) u l-punt ta' qsim tal-fruntiera (fil-format gradi/minuti/sekondi) previsti;

(d)

il-kwantità ta' kull speċi miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali;

(e)

il-preżentazzjoni tal-prodotti.

1.3.   In-notifika għandha tintbagħat bħala prijorità bil-posta elettronika fl-indirizz tal-posta elettronika nnotifikat mill-Mauritania u mogħti fl-Appendiċi 12, jew inkella, jekk dan ma jkunx possibbli, għandha tintbagħat bil-faks jew bir-radju fuq in-numru tat-telefown jew il-frekwenza nnotifikata mill-istess awtoritajiet u mogħtija fl-istess Appendiċi. Il-Mauritania għandha jikkonferma minnufih li tkun irċeviet in-notifika bil-posta elettronika jew bil-faks.

1.4.   Din l-informazzjoni dwar id-dħul u l-ħruġ tal-bastimenti għandha tintbagħat ukoll, fl-istess ħin, lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tinsab fil-Mauritania fl-indirizz tal-posta elettronika mogħti fl-Appendiċi 12.

1.5.   Il-Mauritania għandha tgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b'kull tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet. Id-dettalji dwar dan it-tibdil għandhom jinhemżu mal-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt li ssir wara t-tibdil.

1.6.   Kull bastiment li jinqabad jistad fiż-żona tal-Mauritania mingħajr ma jkun innotifika l-preżenza tiegħu minn qabel jitqies bhala bastiment tas-sajd mhux awtorizzat.

1.7.   Ir-rapporti tad-dħul u l-ħruġ għandhom jinżammu abbord il-bastiment għal mill-inqas sena wara d-data ta' notifika.

1.8.   Meta jkunu fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jissorveljaw kontinwament il-frekwenzi tas-sejħa internazzjonali (l-istazzjon 16 tal-VHF jew HF 2 182 KHz).

1.9.   Meta jirċievu l-messaġġi tal-ħruġ miż-żona tas-sajd, l-awtoritajiet tal-Mauritania jirriżervaw id-dritt li jiddeċiedu li jagħmlu verifika qabel ma l-bastimenti joħorġu miż-żona abbażi ta' kampjunar li jsir fil-port ta' Nouadhibou jew dak ta' Nouakchott.

1.10.   Dawn il-verifiki ma għandhomx idumu aktar minn sitt sigħat fil-każ tal-bastimenti użati għas-sajd għall-ħut pelaġiku (il-kategoriji 6 u 7) u aktar minn tliet sigħat fil-każ tal-bastimenti użati għall-kategoriji l-oħra.

1.11.   In-nuqqas ta' ħarsien tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi ta' hawn fuq iwassal għal dawn is-sanzjonijiet:

(a)

l-ewwel darba:

il-bastiment titbiddillu r-rotta, jekk dan ikun possibbli;

it-tagħbija abbord tinħatt u tiġi kkonfiskata mit-Teżor Pubbliku;

il-bastiment iħallas multa li tkun daqs l-inqas multa mill-medda ta' multi previsti fir-regolamenti tal-Mauritania;

(b)

it-tieni darba:

il-bastiment titbiddillu r-rotta, jekk dan ikun possibbli;

it-tagħbija abbord tinħatt u tiġi kkonfiskata mit-Teżor Pubbliku;

il-bastiment iħallas multa li tkun daqs l-ogħla multa mill-medda ta' multi previsti fir-regolamenti tal-Mauritania;

il-liċenzja titħassar għall-bqija tal-perjodu ta' validità tagħha;

(c)

it-tielet darba:

il-bastiment titbiddillu r-rotta, jekk dan ikun possibbli;

it-tagħbija abbord tinħatt u tiġi kkonfiskata mit-Teżor Pubbliku;

il-liċenzja tiġi rtirata definittivament;

il-kaptan u l-bastiment ma jitħallewx joperaw aktar fil-Mauritania.

1.12.   F'każ li l-bastiment li jkun wettaq l-offiża jaħrab, il-Ministeru għandu jgħarraf lill-Unjoni Ewropea u lill-Istat Membru tal-bandiera b'dan sabiex ikunu jistgħu jiġu applikati s-sanzjonijiet previsti fil-paragrafu 1.11 ta' hawn fuq.

2.   Dispożizzjonijiet marbutin mal-ispezzjonijiet fil-port u fuq il-baħar

2.1.   Il-Mauritania għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex l-ispezzjonijiet li jsiru abbord il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fil-port u fuq il-baħar fil-kuntest ta' dan il-Ftehim:

(a)

isiru minn bastimenti u/jew uffiċjali tal-Gwardakosta tal-Mauritania li jkunu awtorizzati u identifikati b'mod ċar bħala bastimenti u uffiċjali maħturin mill-Mauritania sabiex iwettqu l-verifiki tas-sajd. Kull uffiċjal tal-Gwardakosta tal-Mauritania jrid ikun tħarreġ fil-verifiki tas-sajd u jrid ikollu karta tas-servizz maħruġa mill-Mauritania li tkun turi l-identità u l-kariga tiegħu;

(b)

ma jikkompromettu bl-ebda mod is-sikurezza tal-bastiment u tal-ekwipaġġ.

2.2.   Fil-każ ta' spezzjoni fuq il-baħar, l-uffiċjali tal-Gwardakosta tal-Mauritania ma jistgħux jitilgħu abbord bastiment tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma jibagħtu avviz minn qabel dwar dan permezz ta' sejħa bir-radju fuq il-frekwenza tal-VHF jew billi jużaw il-kodiċi internazzjonali tas-sinjali. Kull mezz tat-trasport użat għall-ispezzjoni jrid ikollu fuqu, b'mod ċar u viżibbli, bandiera uffiċjali jew simbolu li juri li huwa qed iwettaq attivitajiet ta' spezzjoni tas-sajd f'isem il-Mauritania.

2.3.   Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jiffaċilita l-imbark tal-uffiċjali tal-Gwardakosta tal-Mauritania u għandu jiffaċilitalhom xogħolhom. Huwa għandu jikkoopera mal-uffiċjali tal-Gwardakosta tal-Mauritania.

2.4.   L-ispezzjoni għandha ssir mill-għadd ta' uffiċjali tal-Gwardakosta tal-Mauritania li jkun adattat għaċ-ċirkustanzi tal-ispezzjoni, u dawn l-uffiċjali jridu jagħtu prova tal-identità u tal-kariga tagħhom qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.

2.5.   L-uffiċjali tal-Gwardakosta tal-Mauritania jistgħu jeżaminaw il-partijiet kollha tal-bastiment, it-tagħmir kollu, l-irkaptu kollu, il-qabdiet kollha, id-dokumenti kollha u r-reġistrazzjonijiet tat-trażmissjonijiet kollha li huma jqisu bħala meħtieġa biex jiżguraw li hemm konformità ma' dan il-Ftehim. Huma jistgħu jistaqsu wkoll xi mistoqsijiet lill-kaptan, lill-membri tal-ekwipaġġ u lill-persuni l-oħra kollha li jkunu abbord il-bastiment spezzjonat. Huma jistgħu jagħmlu kopja ta' kull dokument li jqisu li huwa rilevanti.

2.6.   L-uffiċjali tal-Gwardakosta tal-Mauritania ma jistgħux jindaħlu fejn jidħol id-dritt tal-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea li jikkomunika ma' sid il-bastiment u/jew mal-awtorità tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment.

2.7.   L-uffiċjali tal-Gwardakosta tal-Mauritania għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni Ewropea għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. F'kull każ, l-ispezzjoni m'għandhiex iddum iktar minn tliet sigħat fil-każ tal-bastimenti użati għas-sajd għall-ħut pelaġiku u siegħa u nofs fil-każ tal-bastimenti użati għall-kategoriji l-oħra kollha, ħlief jekk dan ikun assolutament meħtieġ.

2.8.   L-uffiċjali tal-Gwardakosta tal-Mauritania għandhom iwettqu l-ispezzjoni b'mod li jnaqqas kemm jista' jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu, kif ukoll fuq il-ħatt l-art jew it-trażbord.

2.9.   Il-Mauritania se tiżgura li kull ilment marbut mal-ispezzjoni ta' bastiment tal-Unjoni Ewropea jiġi ttrattat bl-istess mod u bir-reqqa, skont il-liġijiet nazzjonali.

2.10.   Il-Mauritania tista' tawtorizza lill-UE tieħu sehem fl-ispezzjonijiet fil-port u fuq il-baħar bħala osservatur.

2.11.   Fi tmiem kull spezzjoni, l-uffiċjali tal-Gwardakosta tal-Mauritania għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni li jkun fih ir-riżultati tal-ispezzjoni, il-ksur allegat u l-miżuri sussegwenti li tista' tieħu eventwalment il-Mauritania.

2.12.   Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu d-dritt jagħmel xi kummenti fir-rapport tal-ispezzjoni.

2.13.   Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-uffiċjal tal-Gwardakosta tal-Mauritania li jkun fasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea. Il-firma tal-kaptan timplika biss li huwa rċieva kopja tiegħu. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma r-rapport tal-ispezzjoni, għandu jikteb ir-raġunijiet għal dan fir-rapport stess, flimkien mal-frażi “nirrifjuta li niffirma”.

2.14.   Meta r-rapport jitfassal bl-idejn, il-kitba trid tkun tinqara u trid tintuża linka li ma titħassarx.

2.15.   L-uffiċjali tal-Gwardakosta tal-Mauritania għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni Ewropea qabel ma jinżlu minn fuq il-bastiment. Il-Mauritania għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni Ewropea fi żmien 24 siegħa mill-ispezzjoni fil-każ tal-ispezzjoni fil-port u fi żmien erbat ijiem mill-ispezzjoni fil-każ tal-ispezzjoni fuq il-baħar, ikunu x'ikunu l-konklużjonijiet li joħorġu mill-ispezzjoni.

3.   Sistema ta' monitoraġġ konġunt tal-kontrolli fuq l-art u fuq il-baħar

3.1.   Iż-żewġ Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu sistema ta' monitoraġġ konġunt tal-kontrolli fuq l-art u fuq il-baħar. Għal dan il-għan, huma għandhom jaħtru rappreżentanti li jattendu l-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni mwettqin mis-servizzi nazzjonali rispettivi tal-kontroll u li jistgħu jagħmlu osservazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll.

3.2.   Dawn ir-rappreżentanti għandu jkollhom:

kwalifika professjonali;

esperjenza adegwata fil-qasam tas-sajd;

għarfien tajjeb tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u ta' dan il-Protokoll.

3.3.   Meta dawn ir-rappreżentanti jattendu l-ispezzjonijiet, dawn jitwettqu mis-servizzi nazzjonali tal-kontroll u dawn ir-rappreżentanti ma jistgħux, fuq l-inizjattiva tagħhom stess, jeżerċitaw is-setgħat ta' spezzjoni mogħtija lill-uffiċjali nazzjonali.

3.4.   Meta dawn ir-rappreżentanti jakkumpanjaw lill-uffiċjali nazzjonali, għandu jkollhom aċċess għall-bastimenti, il-postijiet u d-dokumenti li jkunu qed jiġu spezzjonati mill-uffiċjali, sabiex jiġbru l-informazzjoni mhux personali meħtieġa biex iwettqu ħidmiethom.

3.5.   Ir-rappreżentanti għandhom jakkumpanjaw lis-servizzi nazzjonali tal-kontroll fiż-żjarat tagħhom fil-portijiet abbord il-bastimenti mal-moll, fiċ-ċentri tal-irkant pubbliku, fil-ħwienet tal-bejjiegħa tal-ħut bl-ingrossa, fl-imħażen bil-friża u f'postijiet oħra għall-ħatt u l-ħażna tal-ħut qabel ma jitqiegħed fis-suq u jibda jinbiegħ.

3.6.   Ir-rappreżentanti għandhom ifasslu u jippreżentaw rapport dwar il-kontrolli li jkunu attendew kull erba' xhur. Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti. Dawn l-awtoritajiet għandhom jagħtu kopja tiegħu lill-Parti Kontraenti l-oħra.

3.7.   Iż-żewġ Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jwettqu mill-inqas żewġ spezzjonijiet kull sena alternattivament fil-Mauritania u fl-Ewropa.

3.8.   Ir-rappreżentant fl-attivitajiet ta' monitoraġġ konġunt għandu jirrispetta l-materjal u t-tagħmir li jkun hemm abbord il-bastimenti u f'faċilitajiet oħra, kif ukoll il-kunfidenzjalità tad-dokumenti kollha li jkollu aċċess għalihom. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jiżguraw kunfidenzjalità stretta matul attivitajiet bħal dawn. Ir-rappreżentant għandu jiżvela r-riżultati tal-ħidma tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu biss.

3.9.   Dan il-programm japplika għall-portijiet ta' ħatt l-art tal-Unjoni Ewropea u għall-portijiet tal-Mauritania.

3.10.   Kull Parti Kontraenti għandha tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha tar-rappreżentant tagħha fl-attivitajiet ta' monitoraġġ konġunt, inklużi l-ispejjeż tal-ivjaġġar u tal-akkomodazzjoni.

KAPITOLU VII

KSUR TAR-REGOLI

1.   Rapport taż-żjara u dikjarazzjoni ta' ksur

1.1.   Kull ksur tar-regoli li jiġi stabbilit b'rabta ma' bastiment tal-Unjoni Ewropea jrid jissejjes fuq sejbiet oġġettivi u materjali tal-fatti li jippermettu li dan il-ksur jitqies bħala tali min-naħa tal-uffiċjali tal-Gwardakosta tal-Mauritania. Ma jistax ikun hemm biss suspett ta' ksur.

1.2.   Il-kaptan tal-bastiment irid jiffirma r-rapport tal-ispezzjoni, li jispeċifika ċ-ċirkustanzi u r-raġunijiet li wasslu għall-ksur, u fih jista' jinkludi r-riżervi tiegħu dwaru, u l-Gwardakosta tal-Mauritania trid tagħtih minnufih kopja ta' dan ir-rapport skont il-paragrafu 2.15 tal-Kapitolu VI. Din il-firma ma tippreġudikax id-drittijiet tal-kaptan u l-mezzi ta' difiża li huwa jista' juża fil-konfront tal-ksur tar-regoli li bih ikun qed jiġi akkużat.

1.3.   Il-Gwardakosta tal-Mauritania għandha tfassal id-dikjarazzjoni ta' ksur b'mod preċiż abbażi tal-ksur eventwali stabbilit u rreġistrat fir-rapport tal-ispezzjoni mfassal wara l-ispezzjoni tal-bastiment. Ma' din id-dikjarazzjoni jrid ikun hemm il-provi materjali li jippermettu li wieħed jiġġustifika b'mod oġġettiv li verament seħħ il-ksur stabbilit.

1.4.   Il-konformità tal-karatteristiċi li joħorġu mill-ispezzjoni teknika (il-Kapitolu II) għandha titqies waqt l-ispezzjoni.

2.   Notifika tal-ksur

2.1.   Fil-każ ta' ksur, il-Gwardakosta tal-Mauritania għandha tibgħat id-dikjarazzjoni ta' ksur minnufih lir-rappreżentant tal-bastiment permezz ta' ittra, flimkien mar-rapport tal-ispezzjoni. Il-Gwardakosta tal-Mauritania għandha tgħarraf lill-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien b'dan u tibagħtilha d-dokumenti rilevanti.

2.2.   Fil-każ ta' ksur li ma jistax jitwaqqaf fuq il-baħar, il-kaptan, fuq talba tal-Gwardakosta tal-Mauritania, għandu jieħu l-bastiment tiegħu fil-port ta' Nouadhibou (jiġifieri l-bastiment titbiddillu r-rotta) u l-Gwardakosta tal-Mauritania għandha tgħarraf lill-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien b'dan. Fil-każ ta' ksur irrikonoxxut mill-kaptan, li jista' jitwaqqaf fuq il-baħar, il-bastiment ikun jista' jkompli jistad. Fiż-żewġ każijiet, wara li jieqaf il-ksur, il-bastiment ikun jista' jkompli jistad.

3.   Soluzzjoni tal-ksur mingħajr ma tinbidel ir-rotta tal-bastiment

3.1.   Skont dan il-Protokoll, ir-reati jistgħu jiġu solvuti kemm bi proċedura bonarja, kif ukoll bi proċedura ġudizzjarja.

3.2.   Qabel ma jiġi solvut il-ksur u sa mhux iktar tard minn 24 siegħa minn meta jiġi nnotifikat il-ksur, il-Mauritania tibgħat lill-Unjoni Ewropea l-informazzjoni ddettaljata kollha dwar il-fatti tal-ksur u l-konsegwenzi li jista' jkun hemm.

3.3.   Il-Gwardakosta tal-Mauritania għandha tlaqqa' lill-Kumitat tal-Proċedura Bonarja. L-informazzjoni kollha dwar l-andament tal-proċedura bonarja jew ġudizzjarja marbuta mar-reati mwettqin mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandha tintbagħat mill-aktar fis possibbli lill-Unjoni Ewropea. Jekk ikun meħtieġ, is-sid jista' jiġi rrappreżentat fil-Kumitat tal-Proċedura Bonarja minn żewġ persuni permezz ta' deroga mogħtija mill-President ta' dan il-Kumitat. Is-sid huwa awtorizzat jippreżenta l-argumenti tiegħu u jipproduċi kull informazzjoni kumplimentari dwar iċ-ċirkustanzi tas-sitwazzjoni.

3.4.   Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu u l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu mgħarrfa mill-aktar fis possibbli bir-riżultati tal-Kumitat tal-Proċedura Bonarja permezz tad-Delegazzjoni.

3.5.   Il-ħlas eventwali tal-multa għandu jsir permezz ta' trasferiment ta' fondi sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-ftehim bonarju. F'każ li l-bastiment ikun irid joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Mauritania, il-ħlas irid ikun sar qabel dan il-ħruġ. L-irċevuta tat-Teżor Pubbliku, jew SWIFT awtentikata mill-Bank Ċentrali tal-Mauritania (il-BĊM) fil-ġranet mhux tax-xogħol, għandhom iservu bħala prova tal-ħlas tal-multa.

3.6.   Jekk il-proċedura bonarja tfalli, il-Ministeru għandu jibgħat il-fajl lill-prosekutur pubbliku mingħajr dewmien. F'każ ta' sentenza ġudizzjarja li twassal għal multa, il-ħlas tal-multa għandu jsir permezz ta' trasferiment ta' fondi sa mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tranżazzjoni. L-irċevuta tat-Teżor Pubbliku, jew SWIFT awtentikata mill-Bank Ċentrali tal-Mauritania (il-BĊM) fil-ġranet mhux tax-xogħol, għandhom iservu bħala prova tal-ħlas tal-multa.

4.   Soluzzjoni tal-ksur b'tibdil fir-rotta tal-bastiment

4.1.   Il-bastiment li tkun inbidlitlu r-rotta wara li jkun instab ksur għandu jinżamm fil-port sa ma titlesta l-proċedura bonarja.

4.2.   Qabel ma titwettaq kull proċedura ġudizzjarja, għandha tipprova tinstab soluzzjoni bonarja għall-ksur allegat bil-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafi 3.3 sa 3.5. Din il-proċedura għandha titlesta sa mhux iktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li jibda t-tibdil fir-rotta tal-bastiment.

4.3.   Qabel ma tibda l-proċedura bonarja u fi żmien 48 siegħa minn meta jibda t-tibdil fir-rotta tal-bastiment, il-Mauritania għandha tibgħat lill-Unjoni Ewropea l-informazzjoni ddettaljata kollha dwar il-fatti tal-ksur u l-konsegwenzi li jista' jkun hemm.

4.4.   Jekk il-proċedura bonarja tfalli, il-Ministeru għandu jibgħat il-fajl lill-prosekutur pubbliku mingħajr dewmien. F'każ ta' sentenza ġudizzjarja li twassal għal multa, il-ħlas tal-multa għandu jsir skont il-punt 3.6.

4.5.   Skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, sid il-bastiment għandu jagħmel garanzija bankarja li l-ammont tagħha jkun stabbilit mill-awtorità jew mit-tribunal kompetenti fi żmien 72 siegħa minn x'ħin tintemm il-proċedura bonarja u li tkun tqis l-ispejjeż li jkunu ġejjin mit-tlugħ abbord il-bastiment għall-ispezzjoni, kif ukoll l-ammont tal-multi u tal-kumpens li jrid iħallas min ikun wettaq il-ksur. Il-garanzija bankarja għandha tkun irrevokabbli sakemm tintemm il-proċedura legali. Hija għandha tiġi rrilaxxata jekk il-proċedura tintemm mingħajr kundanna. Bl-istess mod, f'każ ta' kundanna li twassal għal multa li tkun inqas mill-garanzija ddepożitata, id-differenza għandha tiġi rrilaxxata mill-awtorità kompetenti tal-Mauritania.

4.6.   Il-bastiment jiġi rrilaxxat:

(a)

jew meta jitwettqu l-obbligi miftehma waqt il-proċedura bonarja;

(b)

jew meta tiġi ddepożitata l-garanzija bankarja msemmija fil-paragrafu 4.5 ta' hawn fuq u din tiġi aċċettata mill-Ministeru, sakemm jitlestew il-proċeduri legali. L-irċevuta tat-Teżor Pubbliku, jew SWIFT awtentikata mill-Bank Ċentrali tal-Mauritania (il-BĊM) fil-ġranet mhux tax-xogħol, għandhom iservu bħala prova tal-ħlas tal-garanzija.

5.   Skambju tal-informazzjoni dwar il-kontrolli u l-ksur tar-regoli

Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jsaħħu l-proċeduri meħtieġa sabiex ikun hemm djalogu kontinwu dwar l-azzjonijiet ta' kontroll imwettqin, il-fajls dwar il-ksur tar-regoli li jkunu miftuħin, ir-riżultati tal-proċeduri bonarji u ġudizzjarji u kull diffikultà marbuta mat-twettiq tal-kontrolli u mal-monitoraġġ tal-fajls dwar il-ksur tar-regoli.

KAPITOLU VIII

SISTEMA TA' MONITORAĠĠ BIS-SATELLITA (VMS)

Il-monitoraġġ bis-satellita tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandu jsir permezz ta' trażmissjoni doppja skont sistema trijangulari bil-mod li ġej:

(1)

bastiment tal-UE — ĊMS tal-Istat tal-bandiera — ĊMS tal-Mauritania

(2)

bastiment tal-UE — ĊMS tal-Mauritania — ĊMS tal-Istat tal-bandiera

F'każ li jkun hemm xi diffikultà fl-implimentazzjoni tas-sistema trijangulari, iż-żewġ Partijiet jieħdu l-miżuri meħtieġa biex isolvu dawn id-diffikultajiet waqt il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt

1.   Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti — is-sistema tal-VMS

Meta jkunu fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania, il-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' monitoraġġ bis-satellita (Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti — VMS) li tiżgura l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, kull siegħa, liċ-ċentru għall-kontroll tas-sajd (iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd — iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom.

2.   Modi ta' trażmissjoni

2.1.   Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identifikazzjoni tal-bastiment;

(b)

il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni, il-latitudni), b'marġni ta' żball tal-pożizzjoni ta' inqas minn 500 metru, u b'intervall ta' fiduċja ta' 99 %;

(c)

id-data u l-ħin li fihom tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;

(d)

il-veloċità tal-bastiment u d-direzzjoni li fiha jkun qed jivvjaġġa;

(e)

u għandu jkun ikkonfigurat skont il-format mogħti fl-Appendiċi 9 ta' dan l-Anness.

2.2.   L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta' wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, ħlief għall-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Mauritania, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”.

2.3.   Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Mauritania għandhom jipprovdu l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b'mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta' tliet snin.

3.   Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f'każ ta' ħsara fis-sistema tal-VMS

3.1.   Il-kaptan għandu jiżgura f'kull ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b'mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

3.2.   Fil-każ ta' ħsara teknika jew ta' ħsara fl-apparat ta' monitoraġġ kontinwu bis-satellita installat abbord il-bastiment tas-sajd, il-kaptan tal-bastiment għandu jittrażmetti l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 2.1 bil-posta elettronika, bir-radju jew bil-faks fil-ħin dovut liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera. F'dawn iċ-ċirkustanzi jkun irid jintbagħat Rapport tal-Pożizzjoni globali kull erba' sigħat. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat dawn il-messaġġi minnufih liċ-ĊMS tal-Mauritania.

3.3.   F'każ ta' ħsara fis-sistema tal-VMS abbord il-bastiment jew ta' funzjonament ħażin tagħha, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li l-ħsara tissewwa jew li s-sistema tal-VMS tinbidel fi żmien massimu ta' ħamest ijiem. Wara dan iż-żmien, il-bastiment ikkonċernat ikollu joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Mauritania jew jidħol f'port tal-Mauritania. Jekk il-bastiment jidħol f'xi port tal-Mauritania matul dan il-perjodu ta' ħamest ijiem, huwa ma jkunx jista' jkompli bl-attivitajiet tas-sajd tiegħu fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania sakemm is-sistema tal-VMS tiegħu ma tkunx qed taħdem b'mod perfett, ħlief jekk il-Mauritania tawtorizzawh jagħmel dan. Fil-każ ta' problema teknika gravi li tkun teħtieġ dewmien supplimentari, tista' tingħata deroga ta' mhux aktar minn 15-il jum fuq talba tal-kaptan.

3.4.   Bastiment tas-sajd jista' jitlaq minn port wara li jkollu nuqqas tekniku fis-sistema tal-VMS tiegħu biss jekk:

din is-sistema tkun qed taħdem mill-ġdid b'mod li jissodisfa lill-Istat tal-bandiera; jew jekk

jirċievi awtorizzazzjoni biex jagħmel dan mill-Istat tal-bandiera. F'dan il-każ, l-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf lill-Mauritania bid-deċiżjoni tiegħu qabel ma l-bastiment jitlaq mill-port.

4.   Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u l-Mauritania

4.1.   Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u mingħajr dewmien il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tal-Mauritania. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Mauritania għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta' kuntatt tagħhom. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull tibdil f'dawn l-indirizzi.

4.2.   It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Mauritania għandha ssir b'mod elettroniku bl-użu ta' sistema sigura tal-komunikazzjoni.

4.3.   Iċ-ĊMS tal-Mauritania għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni Ewropea b'mod elettroniku u minnufih b'kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni ta' bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona tas-sajd tal-Mauritania.

5.   Funzjonament ħażin tas-sistema ta' komunikazzjoni

5.1.   Il-Mauritania għandha tiżgura li t-tagħmir elettroniku tagħhom ikun kompatibbli ma' dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera. Huma għandhom jgħarrfu lill-Unjoni Ewropea minnufih b'kull nuqqas ta' funzjonament fil-komunikazzjoni u fil-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli għal dan. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista' jirriżulta minn dan.

5.2.   Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jiġi ppenalizzat bis-sanzjonijiet previsti fil-Protokoll.

6.   Bidla fil-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

6.1.   Abbażi ta' evidenza dokumentata li tipprova ksur, il-Mauritania tista' tistaqsi liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibagħtu kopja wkoll lill-Unjoni Ewropea, li jnaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tiegħu għal kull nofsiegħa għal perjodu partikulari tal-investigazzjoni. Il-Mauritania għandha tibgħat din l-evidenza dokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni Ewropea. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Mauritania fuq il-frekwenza l-ġdida.

6.2.   Fi tmiem il-perjodu partikulari tal-investigazzjoni, il-Mauritania għandhom jgħarrfu liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni Ewropea dwar il-monitoraġġ li jista' jkun meħtieġ.

KAPITOLU IX

TLUGĦ ABBORD TAS-SAJJIEDA MILL-MAURITANIA

1.   L-għadd ta' sajjieda mill-Mauritania li għandhom jittellgħu abbord

1.1.   Sid il-bastiment tas-sajd għandu jtella' abbord il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea xi sajjieda mill-Mauritania biex jaħdmu bħala membri tal-ekwipaġġ fuq il-bastiment għall-perjodu li matulu l-basitiment ikun qed iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania.

1.2.   Il-Ministeru jistabbilixxi u jżomm lista li tkun konformi mal-istandards internazzjonali, li jkun fiha biżżejjed sajjieda mill-Mauritania li jkunu mħarrġin sewwa u jkollhom il-kwalifiki u l-esperjenza u jkunu adattati, li minnha s-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jistgħu jagħżlu b'mod ħieles is-sajjieda li se jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom biex jaħdmu fuqhom skont il-paragrafu 1.1. Din il-lista tintbagħat lis-sidien, lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tal-bandiera.

1.3.   L-għadd minimu ta' sajjieda mill-Mauritania li jridu jittellgħu abbord skont il-paragrafi 1.1 u 1.2 huwa dan li ġej:

(a)

għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni, sajjied wieħed għal kull bastiment;

(b)

għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief, tliet sajjieda għal kull bastiment;

(c)

għall-bastimenti użati għas-sajd għall-gambli u għas-sajd għall-ħut tal-qiegħ, 60 % tal-ekwipaġġ, mogħti għall-eqreb numru iżgħar sħiħ, minbarra l-uffiċjali;

(d)

għall-bastimenti tat-tkarkir użati għas-sajd għall-ħut pelaġiku, 60 % tal-ekwipaġġ li jkollu karigi marbutin mal-produzzjoni (li jkun jaħdem fl-ipproċessar, fl-ippakkjar u fl-iffriżar), hekk kif indikat fil-pjan tal-ekwipaġġ tal-bastiment imsemmi kif dovut mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera.

1.4.   Jekk sid il-bastiment tas-sajd itella' abbord uffiċjali studenti mill-Mauritania, in-numru tagħhom jitnaqqas mill-għadd minimu ta' sajjieda mill-Mauritania meħtieġ skont il-paragrafu 1.3.

1.5.   Is-sid ta' bastiment tas-sajd imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1.3 jista' juża l-għadd ta' sajjieda mill-Mauritania meħtieġ fil-qafas ta' sistema ta' rotazzjoni abbord jew fuq l-art iddokumentata u ppjanata, li tippermettilu jamministra l-bastiment tas-sajd tiegħu b'mod responsabbli u effettiv, filwaqt li jħares il-miżuri adottati mill-Istat tal-bandiera skont il-liġijiet nazzjonali u f'konformità mal-liġijiet tal-UE.

1.6.   Il-kaptan għandu jżomm reġistru tas-sajjieda li jkunu qed jaħdmu abbord il-bastiment tiegħu, u għandu jfassal lista tal-ekwipaġġ li għandu jiffirmaha kif jixraq jew li għandha tiffirmaha xi persuna oħra awtorizzata minnu. Il-lista tal-ekwipaġġ għandha tinżamm aġġornata u tinkludi dejta ddettaljata għal kull sajjied, tal-inqas dwar dan li ġej:

(a)

il-grad jew il-kariga;

(b)

iċ-ċittadinanza;

(c)

id-data u l-post tat-twelid;

(d)

it-tip ta' karta tal-identità u n-numru tagħha.

1.7.   Il-kontroll tal-ħarsien tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għandu x'jaqsam mal-lista tal-ekwipaġġ tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fil-mument tal-ispezzjoni, hekk kif tfasslet u ġiet iffirmata mill-kaptan jew minn xi persuna oħra li huwa jkun awtorizza.

2.   Kundizzjonijiet tal-aċċess tas-sajjieda mill-Mauritania għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea

2.1.   Il-Ministeru għandu jiżgura li l-lista msemmija fil-paragrafu 1.2 tkun tinkludi d-dejta ddettaljata ta' kull sajjied fosthom tal-inqas ismu u kunjomu, id-data u l-post tat-twelid tiegħu, il-kwalifiki tiegħu u d-dokumenti marbutin mal-istatus tiegħu ta' sajjied u mal-esperjenza tiegħu.

2.2.   Il-Ministeru għandu jiżgura li kull sajjied li jkun imniżżel fuq il-lista msemmija fil-paragrafu 1.2 ikun jissodisfa tal-inqas ir-rekwiżiti li ġejjin: is-sajjied

(a)

jaf il-vokabularju bażiku tas-sigurtà b'waħda mil-lingwi tax-xogħol li ġejjin: bil-Franċiż, bl-Ispanjol jew bl-Ingliż;

(b)

għandu passaport validu maħruġ mill-awtoritajiet tal-Mauritania;

(c)

għandu tessera ta' baħri valida maħruġa mill-awtoritajiet tal-Mauritania jew dokument ekwivalenti għaliha;

(d)

għandu ċertifikat validu li juri li huwa rċieva taħriġ bażiku dwar is-sigurtà fuq il-baħar għall-persunal tal-bastimenti tas-sajd skont l-istandards internazzjonali li huma fis-seħħ;

(e)

għandu ċertifikat mediku validu li juri li huwa jista' jwettaq ħidmietu abbord il-bastiment tas-sajd u li huwa ma għandu l-ebda marda li tittieħed u ma għandu sintomi tal-ebda marda li tista' tipperikola s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni l-oħra li jkunu abbord; l-eżami mediku jrid jitwettaq skont l-istandards internazzjonali li jkunu fis-seħħ u jrid jinkludi testijiet tar-raġġi X għat-tuberkulożi;

(f)

għandu dokumenti li jistgħu jiddaħħlu fit-tessera jew fid-dokument imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2.2 li jiddeskrivu fid-dettall il-kompetenzi li kiseb u isem kull bastiment tas-sajd li ħadem fuqu u t-tip tiegħu, kif ukoll il-grad jew il-kariga tiegħu abbord u ż-żmien li dam jaħdem fuqu;

(g)

għandu l-kuntratt oriġinali tax-xogħol bħala sajjied iffirmat kif xieraq;

(h)

għandu kull dokument ieħor meħtieġ mill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd u minn sid il-bastiment tas-sajd.

2.3.   Kull dokument imsemmi fil-paragrafu 2.2, inklużi l-punti (c) sa (h), għandu jinħareġ f'waħda mil-lingwi uffiċjali tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania jew tal-pajjiż tal-ħruġ jew iktar, u għandu jkollu miegħu traduzzjoni bl-Ingliż.

2.4.   Skont l-istandards internazzjonali li huma fis-seħħ, id-dokumenti kollha msemmija fil-punti (c) sa (h) tal-paragrafu 2.2 għandhom jitqiesu validi biss jekk ikunu jissodisfaw għalkollox id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.3, jekk ikunu ġew iffirmati kif xieraq, jekk ikun għadhom validi fil-mument tat-tlugħ abbord u jekk l-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd jiggarantixxi li t-taħriġ u l-eżamijiet li għalihom ikunu nħarġu d-dokumenti jkunu jissodsfaw għalkollox ir-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera.

Għal dan il-għan, il-Mauritania tawtorizza lill-uffiċjali maħturin mill-Istat tal-bandiera jwettqu, fit-territorju tagħhom, l-evalwazzjonijiet u l-verifiki meħtieġa b'rabta ma' dan. Skont il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jikkooperaw bejniethom biex iwettqu l-missjonijiet li joħorġu minn dan il-paragrafu sabiex iħaffu l-piż amministrattiv tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania.

2.5.   Is-sajjieda mill-Mauritania għandhom jagħtu lill-kaptan, fuq talba tiegħu, id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2.2 għall-finijiet tal-kontrolli. Il-kaptan jista' jżomm kopja ta' dawn id-dokumenti għal finijiet amministrattivi.

2.6.   Sid il-bastiment tas-sajd jew il-kaptan li jkun qed jaġixxi f'ismu għandhom id-dritt li jirrifjutaw li jtellgħu abbord il-bastiment tas-sajd tal-UE sajjied mill-Mauritania li ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 2.2 sa 2.4.

3.   Il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol

3.1.   Is-sajjieda mill-Mauritania li jkunu ttellgħu abbord biex jaħdmu fuq il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea, min jaħtarhom u s-sidien tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati għandhom jiġu ttrattati skont il-liġijiet li japplikaw għall-implimentazzjoni tat-tmien konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) li l-membri tagħha jridu jippromwovu u jimplimentaw skont l-istqarrija tal-1998 tagħha dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol. Dawn il-konvenzjonijiet għandhom x'jaqsmu mal-libertà tal-assoċjazzjoni u mar-rikonoxximent fir-realtà tad-dritt li jkun hemm ftehim kollettiv, mat-tneħħija ta' kull forma ta' xogħol sfurzat jew obbligatorju, mat-tneħħija fir-realtà tal-ħaddiema tfal u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni b'rabta mal-impjiegi u mal-professjonijiet.

3.2.   Il-baħrin mill-Mauritania li jkunu ttellgħu abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jibbenefikaw minn kuntratt tax-xogħol bil-mitkub, stabbilit skont il-liġijiet u l-ftehimiet kollettivi li japplikaw u li jinkludi d-dettalji dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja abbord il-bastiment.

4.   Awtorizzazzjoni temporanja biex jittellgħu abbord inqas sajjieda mill-Mauritania milli suppost

4.1.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jistgħu jbaħħru mingħajr ma jkollhom abbord l-għadd minimu ta' sajjieda mill-Mauritania meħtieġ, imsemmi fil-paragrafu 1, eżatt wara li jkunu avżaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-port tat-tlugħ abbord, meta:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-Mauritania ma tkunx qiegħdet il-lista msemmija fil-paragrafu 1.2 għad-dispożizzjoni ta' sid il-bastiment jew tar-rappreżentant tiegħu meta dan ikun qed jirrekluta s-sajjieda;

(b)

ma jkunx hemm biżżejjed sajjieda mill-Mauritania li jkunu mħarrġin sewwa u jkollhom il-kwalifiki u l-esperjenza u jkunu adattati u jkunu jinsabu fuq il-lista msemmija fil-paragrafu 1.2;

(c)

sid il-bastiment tas-sajd jew il-kaptan li jaġixxi f'ismu ma jkunx ħalla lil wieħed mis-sajjieda mill-Mauritania jew iktar jitilgħu abbord, għalkemm dawn ikunu waslu fil-ħin fejn il-bastiment, skont il-paragrafu 2.6;

(d)

wieħed mis-sajjieda mill-Mauritania jew iktar li jkollhom jitilgħu abbord biex jaħdmu fuq il-bastiment tas-sajd ma jitfaċċawx fil-ħin meta jitħabbar it-tluq tal-bastiment. L-awtorità kompetenti tal-port tat-tlugħ abbord għandha tavża minnufih lill-Gwardakosta tal-Mauritania u lid-Direttorat marittimu reġjonali dwar dan u għandha tibgħat kopja ta' din in-notifika mill-ewwel lil sid il-bastiment tas-sajd jew lid-destinatarju li jkun qed jaġixxi f'ismu.

4.2.   Jekk sajjied mill-Mauritania li jkun ittella' abbord biex jaħdem fuq bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jkollu jerġa' jittieħed lura lejn il-port meta l-bastiment ikun ħiereġ miż-żona tas-sajd tal-Mauritania, għal raġuni waħda jew iktar li jagħtuh id-dritt li jiġi ripatrijat, il-bastiment jista' jkompli ħiereġ 'il barra jew jerġa' jibda joħroġ 'il barra minn din iż-żona mingħajr ma jibdel is-sajjied ikkonċernat b'sajjied ieħor mill-Mauritania.

4.3.   Sabiex jiġu applikati l-paragrafi 4.1 sa 4.2, is-sajjieda mill-Mauritania li jibqgħu l-art fil-qafas ta' sistema ta' rotazzjoni abbord jew fuq l-art iddokumentata u ppjanata, imsemmija fil-paragrafu 1.6, jitqiesu bħala sajjieda li kienu abbord, dejjem jekk abbord il-bastiment ikun hemm kopji ffirmati tal-kuntratt tax-xogħol tagħhom.

5.   Pieni u multi mogħtija fil-każijiet l-oħra fejn ma jitħarisx l-għadd meħtieġ ta' sajjieda mill-Mauritania abbord

5.1.   Jekk sid il-bastiment tas-sajd ma jtellax abbord l-għadd meħtieġ ta' sajjieda mill-Mawritajna skont il-paragrafu 1 għal raġunijiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 4, dan is-sid ikollu jħallas multa fissa ta' EUR 20 għal kull sajjied mill-Mauritania li ma jkunx abbord għal kull jum ta' sajd li l-bastiment ikun għadda fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania mingħajr l-għadd meħtieġ ta' sajjieda mill-Mauritania abbord.

5.2.   Il-Ministeru għandu jibgħat fattura lil sid il-bastiment tas-sajd għall-multa li dan ikun weħel skont il-paragrafu 5.1 u l-ammont ta' din il-fattura għandu jissejjes fuq l-għadd reali ta' ġranet tas-sajd u mhux fuq il-perjodu ta' validità tal-liċenzja.

5.3.   Sid il-bastiment tas-sajd jew id-destinatarju li jkun qed jaġixxi f'ismu għandu jħallas il-fattura msemmija fil-paragrafu 5.2 fi żmien tliet xhur minn meta jinstab in-nuqqas ta' konformità msemmi fil-paragrafu 5.1 jew f'data iktar tard li tkun imniżżla fuq il-fattura. L-ammont dovut għandu jiġi ttrasferit għal ġol-kont imsemmi fil-Kapitolu I ta' dan l-Anness, imsejjaħ “Dispożizzjonijiet ġenerali”.

5.4.   In-nuqqas ta' konformità ripetut imsemmi fil-paragrafu 5.1 iwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd tal-bastiment sa ma jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta' sajjieda mill-Mauritania mtellgħin abbord biex jaħdmu fuq il-bastiment.

5.5.   L-ammonti ttrasferiti skont il-paragrafu 5.1 jintużaw biex jitħarrġu sajjieda mill-Mauritania biss li jkunu nkitbu fl-Iskola nazzjonali tal-edukazzjoni fil-qasam marittimu u tas-sajd.

6.   Informazzjoni li għandha tingħata lill-Ministeru

6.1.   Kull Stat tal-bandiera li jkun Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għandu jibgħat isem l-awtorità kompetenti tiegħu msemmija fil-paragrafu 2.4 lill-Ministeru abbażi ta' lista mfassla mill-Unjoni Ewropea u miżmuma minnha.

6.2.   Filwaqt li jqis il-punti (d) u (h) tal-paragrafu 2.2, l-Istat tal-bandiera jgħarraf lill-Ministeru kif xieraq, permezz tal-Unjoni Ewropea, bir-rekwiżiti tiegħu marbutin mad-dokumenti supplimentari li huwa jitlob lis-sajjieda li jkunu abbord il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jew li jkunu qed jaħdmu fuqhom jagħtuh.

6.3.   Permezz tal-lista tal-ekwipaġġ imsemmija fil-paragrafu 1.7, sid il-bastiment tas-sajd jew id-destinatarju li jkun qed jaġixxi f'ismu jżomm lill-Ministeru infurmat bit-tlugħ abbord il-bastiment tiegħu tas-sajjieda mill-Mauritania biex jaħdmu fuqu.

6.4.   Malli jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.3, il-Ministeru għandu jibgħat konferma ffirmata li jkun irċeviha lil sid il-bastiment tas-sajd jew lid-destinatarju li jkun qed jaġixxi f'ismu.

6.5.   Sid il-bastiment tas-sajd jew id-destinatarju li jkun qed jaġixxi f'ismu għandu jibgħat kopja tal-kuntratt tax-xogħol direttament lill-Ministeru fi żmien xahrejn minn meta dan jiġi ffirmat.

6.6.   Malli jirċievi l-kopja tal-kuntratt tax-xogħol skont il-paragrafu 6.5, il-Ministeru għandu jibgħat konferma ffirmata li jkun irċeviha lil sid il-bastiment tas-sajd jew lid-destinatarju li jkun qed jaġixxi f'ismu.

6.7.   F'każ li jkun hemm xi diffikultà fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin, fosthom waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt, sabiex jaqsmu bejniethom l-informazzjoni kollha li tista' tkun utli dwar din l-applikazzjoni u jidentifikaw l-iktar soluzzjonijiet adattati biex jingħelbu dawn id-diffikultajiet.

KAPITOLU X

OSSERVATURI XJENTIFIĊI

1.   Sistema ta' osservazzjoni hija stabbilita abbord il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għal kull kategorija tas-sajd iż-żewġ Partijiet għandhom jagħżlu mill-inqas żewġ bastimenti fis-sena li għandhom itellgħu abbord osservatur xjentifiku mill-Mauritania, ħlief għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni, li għalihom it-tlugħ abbord isir fuq talba tal-Ministeru. Fil-każijiet kollha, jista' jkun hemm osservatur wieħed biss kull darba għal kull bastiment.

3.   L-osservatur xjentifiku għandu jibqa' abbord bastiment għal vjaġġ wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita ta' waħda mill-Partijiet, dan it-tlugħ abbord jista' jiġi estiż għal diversi vjaġġi skont it-tul medju tal-vjaġġi previsti għal bastiment partikulari.

4.   Il-Ministeru għandu jgħarraf lill-Unjoni Ewropea bl-ismijiet tal-osservaturi xjentifiċi maħtura, li jkollhom id-dokumenti meħtieġa, tal-anqas sebat ijiem tax-xogħol qabel id-data prevista għat-tlugħ abbord tagħhom.

5.   L-ispejjeż kollha marbutin mal-attivitajiet tal-osservaturi xjentifiċi, inklużi s-salarju, ir-rimunerazzjoni u l-kumpens tal-osservaturi għandu jħallashom il-Ministeru.

6.   Il-Ministeru għandu jagħmel l-arranġamenti kollha għat-tlugħ abbord tal-osservatur xjentifiku u għall-iżbark tiegħu.

7.   Il-kundizzjonijiet tal-osservatur xjentifiku abbord il-bastiment għandhom ikunu l-istess bħal dawk tal-uffiċjali tal-bastiment.

8.   L-osservatur xjentifiku għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi tal-komunikazzjoni meħtieġa biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, għad-dokumenti marbutin direttament mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, jiġifieri l-ġurnal ta' abbord tas-sajd, il-ġurnal tas-sajd supplimentari u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol ta' osservazzjoni tiegħu.

9.   L-osservatur xjentifiku għandu jirrapporta lill-kaptan tal-bastiment magħżul lejlet id-data stabbilita għat-tlugħ abbord tiegħu. F'każ li l-osservatur xjentifiku ma jitfaċċax, il-kaptan tal-bastiment jinforma lill-Ministeru u lill-Unjoni Ewropea. F'dan il-każ, il-bastiment għandu l-jedd jitlaq mill-port. Madankollu, il-Ministeru jista', mingħajr dewmien u bi spejjeż tiegħu, itella' abbord osservatur xjentifiku ġdid, mingħajr ma jtellef l-attività tas-sajd tal-bastiment.

10.   L-osservatur xjentifiku għandu jkollu:

kwalifika professjonali; u

esperjenza adegwata fil-qasam tas-sajd u għarfien tajjeb tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

11.   L-osservatur xjentifiku għandu jara li l-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkunu qegħdin jaħdmu fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania jħarsu d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

Huwa għandu jagħmel rapport dwar dan. B'mod partikulari, hu għandu:

josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd;

jieħu kampjuni bijoloġiċi bħala parti minn programmi xjentifiċi;

jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd u tal-malji tax-xbieki użati.

12.   Il-kompiti kollha ta' osservazzjoni huma limitati għall-attivitajiet tas-sajd u għall-attivitajiet relatati li huma rregolati minn dan il-Protokoll.

13.   L-osservatur xjentifiku għandu:

jieħu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex il-kundizzjonijiet tat-tlugħ abbord tiegħu, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, ma jinterrompux u lanqas itellfu l-ħidmiet tas-sajd;

juża l-apparat u l-proċeduri tal-miżuri miftehma għall-kejl tal-malji tax-xbieki użati fil-qafas ta' dan il-Protokoll;

jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jinstabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta' kull dokument li huwa tal-imsemmi bastiment.

14.   Fi tmiem il-perjodu ta' osservazzjoni u qabel ma jinżel minn fuq il-bastiment, l-osservatur xjentifiku għandu jagħmel rapport skont il-mudell li jidher fl-Appendiċi 11 ta' dan l-Anness. Għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista' jżid jew jitlob li jiżdiedu l-osservazzjonijiet kollha li huwa jqis li huma utli u jiffirma taħthom. Kopja tar-rapport tingħata lill-kaptan tal-bastiment meta l-osservatur xjentifiku jitniżżel l-art, kif ukoll lill-Ministeru u lill-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU XI

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SAJD SPERIMENTALI

1.   Iż-żewġ Partijiet għandhom jiddeċiedu flimkien dwar (i) l-operaturi Ewropej li jistgħu jipprattikaw is-sajd sperimentali; (ii) il-perjodu l-aktar adattat għal dan il-għan; u (iii) l-kundizzjonijiet li japplikaw. Sabiex ikun iffaċilitat ix-xogħol esploratorju tal-bastimenti, il-Ministeru għandu jgħaddilhom l-informazzjoni xjentifika u d-dejta fundamentali l-oħra disponibbli. Iż-żewġ Partijiet għandhom jaqblu dwar il-Protokoll xjentifiku li għandu jintuża bħala l-bażi għal sajd sperimentali bħal dan, u li għandu jintbagħat lill-operaturi kkonċernati.

2.   Is-settur tas-sajd tal-Mauritania għandu jiġi involut ħafna (koordinazzjoni u djalogu dwar il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tas-sajd sperimentali).

3.   Il-kampanji tas-sajd sperimentali ma għandhomx idumu aktar minn sitt xhur u anqas minn tliet xhur, sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor bi ftehim bejn il-Partijiet.

4.   L-Unjoni Ewropea għandha tibgħat it-talbiet għal-liċenzji tas-sajd sperimentali lill-Mauritania. Hija għandha tibagħtilhom fajl tekniku li jispeċifika:

(a)

il-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment;

(b)

il-livell ta' għarfien espert tal-uffiċjali tal-bastiment b'rabta mas-sajd;

(c)

il-proposta għall-parametri tekniċi tal-kampanja tas-sajd sperimentali (kemm se ddum għaddejja l-kampanja, l-irkaptu li se jintuża, ir-reġjuni li se jiġu esplorati, eċċ.);

(d)

il-metodu ta' finanzjament.

5.   Jekk ikun hemm bżonn, il-Mauritania għandha torganizza djalogu dwar l-aspetti tekniċi u finanzjarji mal-Kummissjoni u possibilment ukoll mas-sidien tal-bastimenti kkonċernati.

6.   Qabel ma jibda l-kampanja tas-sajd sperimentali, il-bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jidħol f'port tal-Mauritania biex jiġi spezzjonat hekk kif previst fil-paragrafu 6 tal-Kapitolu II ta' dan l-Anness.

7.   Qabel il-bidu tal-kampanja tas-sajd sperimentali, is-sidien iridu jibagħtu lill-Mauritania u lill-Unjoni Ewropea:

(a)

dikjarazzjoni tal-qabdiet li jkunu diġà abbord;

(b)

il-karatteristiċi tekniċi tal-irkaptu tas-sajd li jkun se jintuża matul il-kampanja tas-sajd sperimentali;

(c)

garanzija li huma se jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regolamenti tal-Mauritania marbutin mas-sajd;

8.   Matul il-kampanja tas-sajd sperimentali fuq il-baħar, is-sidien ikkonċernati għandhom:

(a)

jibagħtu lill-Ministeru u lill-Kummissjoni Ewropea rapport fil-ġimgħa dwar il-qabdiet li jkunu saru kuljum u waqt kull sajda, li jkun jinkludi deskrizzjoni tal-parametri tekniċi tal-kampanja tas-sajd sperimentali (il-pożizzjoni, il-fond, id-data u l-ħin, il-qabdiet u osservazzjonijiet jew kummenti oħrajn);

(b)

jindikaw il-pożizzjoni, il-veloċità u r-rotta tal-bastiment permezz tal-VMS;

(c)

jaraw li jkun hemm osservatur xjentifiku abbord li jkun ċittadin tal-Mauritania jew li jkun ingħażel mill-awtoritajiet tal-Mauritania. Ir-rwol tal-osservatur huwa li jiġbor informazzjoni xjentifika mill-qabdiet kif ukoll li jieħu kampjuni minnhom. L-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal tal-bastiment u sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-għajxien tiegħu għal kemm idum abbord il-bastiment. Id-deċiżjoni dwar iż-żmien li l-osservatur iqatta' abbord, dwar kemm għandu jdum abbord u dwar il-portijiet tat-tlugħ abbord u tal-iżbark tiegħu għandha tittieħed bi ftehim mal-awtoritajiet tal-Mauritania. Sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor, il-bastiment qatt ma għandu jkun obbligat jidħol fil-port aktar minn darba kull xahrejn,

(d)

iżda għandha ssirlu spezzjoni qabel ma joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Mauritania jekk l-awtoritajiet tal-Mauritania jitolbu dan u

(e)

għandu jħares ir-regolamenti tal-Mauritania marbutin mal-qasam tas-sajd.

9.   Il-qabdiet li jsiru matul il-kampanja tas-sajd sperimentali xjentifika, inklużi l-qabdiet inċidentali, għandhom jibqgħu l-proprjetà ta' sid il-bastiment, dejjem jekk jitħarsu d-dispożizzjonijiet stipulati mill-Kumitat Konġunt f'dan ir-rigward u d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll xjentifiku.

10.   Il-Ministeru għandu jaħtar persuna ta' kuntatt li tkun inkarigata tittratta kull problema mhux prevista li tista' tinqala' u li tista' ttellef l-iżvilupp tas-sajd sperimentali.

Appendiċijiet

1.

Dokumenti tekniċi

2.

Limiti taż-żona tas-sajd tal-Mauritania

3.

Formola ta' applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd

4.

Ġurnal ta' abbord tas-sajd tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania

5.

Ġurnal ta' abbord tal-ICCAT għas-sajd għat-tonn

6.

Dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tat-trażbord

7.

Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar id-daqsijiet minimi tal-qabdiet miżmumin abbord

8.

Lista ta' fatturi ta' konverżjoni

9.

Komunikazzjoni tal-messaġġi tal-VMS lill-Mauritania

10.

Protokoll tal-ERS

11.

Rapport tal-osservatur xjentifiku

12.

Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea u tal-Mauritania

13.

Mudelli tad-dikjarazzjonijiet ta' kull tliet xhur tal-qabdiet

Appendiċi 1

DOKUMENTI TEKNIĊI

KATEGORIJA TAS-SAJD 1:

BASTIMENTI TAS-SAJD LI JISTADU GĦALL-KRUSTAĊJI ĦLIEF GĦALL-AWWISTA U L-GRANĊ

   Gambli tal-fond: gamblu roża tal-fond jew gambli (Parapeneus longirostrus) 6 cm

   Gambli tal-kosta: gamblu abjad jew gamblu roża tan-Nofsinhar (Penaeus notialis) u gamblu caramote (Penaeus kerathurus) 200 ind/kg

1.   

Żona tas-sajd

Is-sajd huwa awtorizzat fuq in-naħa tal-Punent ta' linja ddefinita kif ġej:

(a)

fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 00′ 00″ N, il-linja li tgħaqqad il-punti li ġejjin:

20° 46′ 30″ N

20° 40′ 00″ N

20° 10′ 12″ N

19° 35′ 24″ N

19°19′ 12″ N

19°19′ 12″ N

19° 00′ 00″ N

17° 03′ 00″ W

17° 08′ 30″ W

17° 16′ 12″ W

16° 51′ 00″ W

16° 45′ 36″ W

16° 41′ 24″ W

16° 22′ 00″ W

(b)

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 00′ 00″ N sal-latitudni 17° 50′ 00″ N, disa' mili nawtiċi mill-marka tal-ilma baxx.

(c)

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 17° 50′ 00″ N, sitt mili nawtiċi mill-marka tal-ilma baxx.

Għaż-żoni kkalkulati mill-marka tal-ilma baxx, il-Kumitat Konġunt jista' jagħti serje ta' koordinati ġeografiċi flok il-konfini taż-żoni.

2.   

Irkaptu awtorizzat

Xibka tat-tkarkir tal-qiegħ għall-gambli inkluż armat b'katina għall-gambli u kwalunkwe tagħmir ieħor selettiv.

Il-katina għall-gambli hija parti integrali mill-armar tal-bastimenti tat-tkarkir għall-gambli armati b'outriggers. Din tkun magħmula minn katina waħda twila li jkollha ħoloq ta' dijametru massimu ta' 12-il millimetru u tkun imwaħħla bejn il-ħoloq tal-bastimenti tat-tkarkir fuq quddiem tax-xoffa.

L-użu obbligatorju ta' tagħmir selettiv trid tittieħed deċiżjoni dwaru mill-Kumitat Konġunt abbażi ta' valutazzjoni xjentifika, teknika u ekonomika konġunta.

L-irduppjar tal-manka tax-xibka tat-tkarkir mhux permess.

L-irduppjar tal-ħbula tal-manka mhux permess.

Is-sottovesti ta' protezzjoni huma awtorizzati.

3.   

Daqs minimu tal-malji awtorizzat

50 mm

4.   

Daqsijiet minimi

Għall-gambli tal-fond, id-daqs minimu għandu jitkejjel mill-ponta tar-rostru sa tarf id-denb. Il-ponta tar-rostru hija l-estensjoni tal-qoxra, li tinsab fil-parti tan-nofs ta' quddiem taċ-ċefalotoraċi.

Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi daqs minimu għall-ispeċijiet li mhumiex imsemmija hawn fuq.

5.   

Qabdiet inċidentali

Awtorizzati

Mhux awtorizzati

15 % ħut, li minnhom 2 % tariffa in natura

10 % granċijiet

8 % ċefalopodi

Awwisti

Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi rata ta' qabdiet inċidentali għall-ispeċijiet li mhumiex imsemmija hawn fuq.

6.   

Opportunitajiet tas-sajd/Tariffi

Perjodu

Sena

Qabdiet totali permissibbli (f'tunnellati)

5 000

Tariffa

EUR 400 għal kull tunnellata

 

It-tariffa tiġi kkalkulata fi tmiem kull perjodu ta' xahrejn li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-qabdiet li jkunu saru matul dan il-perjodu.

Il-liċenzja tingħata biss jekk isir ħlas bil-quddiem ta' EUR 1 000 għal kull bastiment, li għandu jitnaqqas mill-ammont totali tat-tariffa u li għandu jitħallas fil-bidu ta' kull perjodu ta' xahrejn li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd.

L-għadd ta' bastimenti awtorizzati fl-istess ħin huwa limitat għal 25.

7.   

Perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu stabbiliti perjodi ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi abbażi tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli. Kull tibdil fil-perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi, abbażi ta' parir xjentifiku, għandu jiġi nnotifikat minnufih lill-Unjoni Ewropea.

8.   

Kummenti

It-tariffi huma stabbiliti għall-perjodu kollu ta' applikazzjoni tal-Protokoll.


KATEGORIJA TAS-SAJD 2:

BASTIMENTI TAT-TKARKIR (MINGĦAJR FRIŻA) U BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ TAL-QIEGĦ GĦALL-MERLUZZ L-ISWED

1.   

Żona tas-sajd

(a)

Fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 15′ 60″ N, fil-Punent tal-linja li tgħaqqad il-punti li ġejjin:

20° 46′ 30″ N

20° 36′ 00″ N

20° 36′ 00″ N

20° 03′ 00″ N

19° 45′ 70″ N

19° 29′ 00″ N

19° 15′ 60″ N

19° 15′ 60″ N

17° 03′ 00″ W

17° 11′ 00″ W

17° 36′ 00″ W

17° 36′ 00″ W

17° 03′ 00″ W

16° 51′ 50″ W

16° 51′ 50″ W

16° 49′ 60″ W

(b)

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 15′ 60″ N sal-latitudni 17° 50′ 00″ N: fil-Punent tal-linja tat-18-il mil nawtiku mkejla mill-marka tal-ilma baxx.

(c)

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 17° 50′ 00″ N: fil-Punent tal-linja tat-12-il mil nawtiku mkejla mill-marka tal-ilma baxx.

Għaż-żoni kkalkulati mill-marka tal-ilma baxx, il-Kumitat Konġunt jista' jagħti serje ta' koordinati ġeografiċi flok il-konfini taż-żoni.

2.   

Irkaptu awtorizzat

Konzijiet tal-qiegħ.

Xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għall-merluzz.

L-irduppjar tal-manka tax-xibka tat-tkarkir mhux permess.

L-irduppjar tal-ħbula tal-manka mhux permess.

3.   

Daqs minimu tal-malji awtorizzat

70 mm (għax-xbieki tat-tkarkir)

4.   

Daqsijiet minimi

1) Għall-ħut, id-daqs minimu għandu jitkejjel mill-ponta ta' quddiem sa tarf id-denb (it-tul totali) (ara l-Appendiċi 7).

Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi daqs minimu għall-ispeċijiet li mhumiex imsemmija hawn fuq.

5.   

Qabdiet inċidentali

Awtorizzati

Mhux awtorizzati

Bastimenti tat-tkarkir: 25 % tal-ħut

Bastimenti tas-sajd bil-konz: 50 % tal-ħut

Ċefalopodi u krustaċji

Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi rata ta' qabdiet inċidentali għall-ispeċijiet li mhumiex imsemmija hawn fuq.

6.   

Opportunitajiet tas-sajd/Tariffi

Perjodu

Sena

Qabdiet totali permissibbli (f'tunnellati)

6 000

Tariffa

EUR 90 għal kull tunnellata

 

It-tariffa tiġi kkalkulata fi tmiem kull perjodu ta' tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-qabdiet li jkunu saru matul dan il-perjodu.

Il-liċenzja tingħata biss jekk isir ħlas bil-quddiem ta' EUR 1 000 għal kull bastiment, li għandu jitnaqqas mill-ammont totali tat-tariffa u li għandu jitħallas fil-bidu ta' kull perjodu ta' tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd.

L-għadd ta' bastimenti awtorizzati fl-istess ħin huwa limitat għal 6.

7.   

Perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

Jekk ikun meħtieġ, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi abbażi tal-parir xjentifiku tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt.

8.   

Kummenti

It-tariffi huma stabbiliti għall-perjodu kollu ta' applikazzjoni tal-Protokoll.


KATEGORIJA TAS-SAJD 3:

BASTIMENTI TAS-SAJD GĦALL-ISPEĊIJIET TAL-ĦUT TAL-QIEGĦ MINBARRA L-MERLUZZ L-ISWED, B'IRKAPTU IEĦOR MHUX BIX-XBIEKI TAT-TKARKIR

1.   

Żona tas-sajd

(a)

Fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 48′ 50″ N mil-linja tat-tliet mili nawtiċi mkejla mil-linja bażi bejn il-Kap Blanc u l-Kap Timiris.

(b)

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 48′ 50″ N u sal-latitudni 19° 21′ 00″ N fil-Punent tal-lonġitudni 16° 45′ 00″ W.

(c)

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 21′ 00″ N mil-linja tat-tliet mili nawtiċi mkejla mill-marka tal-ilma baxx.

Għaż-żoni kkalkulati mill-marka tal-ilma baxx, il-Kumitat Konġunt jista' jagħti serje ta' koordinati ġeografiċi flok il-konfini taż-żoni.

2.   

Irkaptu awtorizzat

Konzijiet

Għeżula armati fuq il-lasti b'fond massimu ta' 7 metri u tul massimu ta' 100 metru. Ix-xbieki b'malja magħmula minn ħabel wieħed tal-poliammid mhumiex permessi.

Xlief tal-idejn

Nases

Tartaruni għas-sajd tal-lixka

3.   

Daqs minimu tal-malji awtorizzat

120 mm għall-għeżula

20 mm għax-xbieki għas-sajd bil-lixka ħajja

4.   

Daqsijiet minimi

Għall-ħut, id-daqs minimu għandu jitkejjel mill-ponta ta' quddiem sa tarf id-denb (it-tul totali) (ara l-Appendiċi 7).

Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi daqs minimu għall-ispeċijiet li mhumiex imsemmija hawn fuq abbażi tal-pariri xjentifiċi.

5.   

Qabdiet inċidentali

Awtorizzati

Mhux awtorizzati

10 % tat-total tal-ispeċi jew tal-grupp ta' speċijiet fil-mira awtorizzati (mogħti f'piż ħaj)

 

Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi rata ta' qabdiet inċidentali għall-ispeċijiet li mhumiex imsemmija hawn fuq.

6.   

Opportunitajiet tas-sajd/Tariffi

Perjodu

Sena

Qabdiet totali permissibbli (f'tunnellati)

3 000

Tariffa

EUR 105 għal kull tunnellata

 

It-tariffa tiġi kkalkulata fi tmiem kull perjodu ta' tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-qabdiet li jkunu saru matul dan il-perjodu.

Il-liċenzja tingħata biss jekk isir ħlas bil-quddiem ta' EUR 1 000 għal kull bastiment, li għandu jitnaqqas mill-ammont totali tat-tariffa u li għandu jitħallas fil-bidu ta' kull perjodu ta' tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd.

L-għadd ta' bastimenti awtorizzati li jkunu qed jistadu fl-istess ħin huwa limitat għal 6.

7.   

Perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

Jekk ikun meħtieġ, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi abbażi tal-parir xjentifiku tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt.

8.   

Kummenti

It-tariffi huma stabbiliti għall-perjodu kollu ta' applikazzjoni tal-Protokoll.

It-tartaruni għandhom jintużaw biss għas-sajd tal-lixka li tkun se tintuża għas-sajd bix-xlief jew bin-nases.

In-nases jistgħu jintużaw minn mhux aktar minn seba' bastimenti li jkollhom tunnellaġġ individwali ta' inqas minn 135 TG.


KATEGORIJA TAS-SAJD 4:

BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUNI

1.   

Żona tas-sajd

(a)

Fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 21′ 00″ N, fil-Punent tal-linja tat-30 mil nawtiku mkejla mil-linja bażi bejn il-Kap Blanc u l-Kap Timiris.

(b)

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 21′ 00″ N, fil-Punent tal-linja tat-30 mil nawtiku mkejla mill-marka tal-ilma baxx.

Għaż-żoni kkalkulati mill-marka tal-ilma baxx, il-Kumitat Konġunt jista' jagħti serje ta' koordinati ġeografiċi flok il-konfini taż-żoni.

2.   

Irkaptu awtorizzat

It-tartaruni

3.   

Daqs minimu tal-malji awtorizzat

4.   

Daqsijiet minimi

Għall-ħut, id-daqs minimu għandu jitkejjel mill-ponta ta' quddiem sa tarf id-denb (it-tul totali).

Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi daqs minimu għall-ispeċijiet li mhumiex imsemmija fl-Appendiċi 7.

5.   

Qabdiet inċidentali

Awtorizzati

Mhux awtorizzati

Speċijiet oħra minbarra l-ispeċi jew il-grupp ta' speċijiet fil-mira

Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi rata ta' qabdiet inċidentali għall-ispeċijiet li mhumiex imniżżlin fil-ġurnal ta' abbord adottat mill-ICCAT.

6.   

Opportunitajiet tas-sajd/Tariffi

Tunnellaġġ ta' referenza

12 500 tunnellata ta' speċijiet tal-ħut li jpassi ħafna u ta' speċijiet assoċjati

Għadd ta' bastimenti awtorizzati

25 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni

Tariffa fissa annwali

EUR 1 750 għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni

Sehem ikkalkulat fuq il-qbid

EUR 60 għal kull tunnellata għall-ewwel u t-tieni sena, EUR 65 għal kull tunnellata għat-tielet sena u EUR 70 għal kull tunnellata għar-raba' sena

7.   

Perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

8.   

Kummenti

It-tariffi huma stabbiliti għall-perjodu kollu ta' applikazzjoni tal-Protokoll.


KATEGORIJA TAS-SAJD 5:

BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIL-QASAB U X-XLIEF U BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ TAL-WIĊĊ

1.   

Żona tas-sajd

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

(a)

Fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 21′ 00″ N, fil-Punent tal-linja tat-30 mil nawtiku mkejla mil-linja bażi bejn il-Kap Blanc u l-Kap Timiris.

(b)

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 21′ 00″ N, fil-Punent tal-linja tat-30 mil nawtiku mkejla mill-marka tal-ilma baxx.

Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief

(a)

Fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 21′ 00″ N, fil-Punent tal-linja tal-15-il mil nawtiku mkejla mil-linja bażi bejn il-Kap Blanc u l-Kap Timiris.

(b)

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 21′ 00″ N, fil-Punent tal-linja tat-12-il mil nawtiku mkejla mill-marka tal-ilma baxx.

Sajd bil-lixka ħajja

(a)

Fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 48′ 50″ N, fil-Punent tal-linja tat-tliet mili nawtiċi mkejla mil-linja bażi bejn il-Kap Blanc u l-Kap Timiris.

(b)

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 48′ 50″ N u sal-latitudni 19° 21′ 00″ N, fil-Punent tal-lonġitudni 16° 45′ 00″ W.

(c)

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 21′ 00″ N, fil-Punent tal-linja tat-tliet mili nawtiċi mkejla mill-marka tal-ilma baxx.

Għaż-żoni kkalkulati mill-marka tal-ilma baxx, il-Kumitat Konġunt jista' jagħti serje ta' koordinati ġeografiċi flok il-konfini taż-żoni.

2.   

Irkaptu awtorizzat

Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief: Qasab u xbieki tat-tkarkir (għas-sajd bil-lixka ħajja)

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ: Konzijiet tal-wiċċ

3.   

Daqs minimu tal-malji awtorizzat

16-il mm (sajd bil-lixka ħajja)

4.   

Daqsijiet minimi

Għall-ħut, id-daqs minimu għandu jitkejjel mill-ponta ta' quddiem sa tarf id-denb (it-tul totali) (ara l-Appendiċi 7).

Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi daqs minimu għall-ispeċijiet li mhumiex imsemmija fl-Appendiċi 7.

5.   

Qabdiet inċidentali

Awtorizzati

Mhux awtorizzati

Speċijiet oħra minbarra l-ispeċi jew il-grupp ta' speċijiet fil-mira

Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi rata ta' qabdiet inċidentali għall-ispeċijiet li mhumiex imsemmija hawn fuq.

6.   

Opportunitajiet tas-sajd/Tariffi

Tunnellaġġ ta' referenza

7 500 tunnellata ta' speċijiet tal-ħut li jpassi ħafna u ta' speċijiet assoċjati

Għadd ta' bastimenti awtorizzati

15-il bastiment tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u bastiment tas-sajd bil-konz

Tariffa fissa annwali

EUR 2 500 għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u

EUR 3 500 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Sehem ikkalkulat fuq il-qbid

EUR 60 għal kull tunnellata għall-ewwel u t-tieni sena, EUR 65 għal kull tunnellata għat-tielet sena u EUR 70 għal kull tunnellata għar-raba' sena

7.   

Perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

8.   

Kummenti

It-tariffi huma stabbiliti għall-perjodu kollu ta' applikazzjoni tal-Protokoll.

Sajd bil-lixka ħajja

L-attività tas-sajd bil-lixka għandha tkun limitata għall-għadd ta' ġranet fix-xahar li jiġi ddefinit mill-Kumitat Konġunt. Il-Gwardakosta tal-Mauritania għandha tiġi mgħarrfa bil-bidu u bit-tmiem ta' dawn l-attivitajiet.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jiftehmu dwar it-termini prattiċi sabiex ikun permess is-sajd jew il-ġbir tal-lixka ħajja meħtieġ għall-attivitajiet ta' dawn il-bastimenti ta' din il-kategorija. F'każ li dawn l-attivitajiet jitwettqu f'żoni sensittivi jew bi strumenti mhux konvenzjonali, dawn it-termini għandhom jiġu ffissati abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-IMROP u bi ftehim mal-Gwardakosta tal-Mauritania.

Klieb il-baħar

Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO f'dan il-qasam, mhux permess is-sajd għall-gabdoll (Cetorhinus maximus), għall-kelb il-baħar abjad (Carcharodon carcharias), għat-tawru (Carcharias taurus) u għall-kelb il-baħar (Galeorhinus galeus).

Skont ir-rakkomandazzjonijiet 04-10 u 05-05 tal-ICCAT dwar il-ħarsien tal-klieb il-baħar maqbuda b'rabta mas-sajd immexxi mill-ICCAT.


KATEGORIJA TAS-SAJD 6:

BASTIMENTI TAT-TKARKIR UŻATI GĦAS-SAJD GĦALL-ĦUT PELAĠIKU LI JKUNU MGĦAMMRA BI FRIŻA

1.   

Żona tas-sajd

Is-sajd huwa awtorizzat fuq in-naħa tal-Punent ta' linja ddefinita kif ġej:

(a)

Fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 00′ 00″ N, il-linja li tgħaqqad il-punti li ġejjin:

20° 46′ 30″ N

20° 36′ 00″ N

20° 36′ 00″ N

20° 21′ 50″ N

20° 10′ 00″ N

20° 00′ 00″ N

19° 45′ 00″ N

19° 00′ 00″ N

19° 00′ 00″ N

17° 03′ 00″ W

17° 11′ 00″ W

17° 30′ 00″ W

17° 30′ 00″ W

17° 35′ 00″ W

17° 30′ 00″ W

17° 05′ 00″ W

16° 34′ 50″ W

16° 39′ 50″ W

(b)

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 00′ 00″ N sal-latitudni 17° 30′ N, għoxrin mil nawtiku mill-marka tal-ilma baxx.

(c)

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 17° 30′ N, il-linja li tgħaqqad il-punti li ġejjin:

17° 30′ 00″ N

17° 12′ 00″ N

16° 36′ 00″ N

16° 13′ 00″ N

16° 04′ 00″ N

16° 17′ 00″ W

16° 23′ 00″ W

16° 42′ 00″ W

16° 40′ 00″ W

16° 41′ 00″ W

Għaż-żoni kkalkulati mill-marka tal-ilma baxx, il-Kumitat Konġunt jista' jagħti serje ta' koordinati ġeografiċi flok il-konfini taż-żoni.

2.   

Irkaptu awtorizzat

Xbieki tat-tkarkir għall-ħut pelaġiku:

Il-manka tax-xibka tat-tkarkir tista' tissaħħaħ minn xibka b'daqs minimu tal-malji stirati ta' 400 mm u minn anelli tal-ħabel spazjati tal-anqas metru u nofs (1.5 m) minn xulxin, minbarra l-anella li tinsab fuq in-naħa ta' wara tax-xibka tat-tkarkir li ma tistax titpoġġa anqas minn żewġ metri 'l bogħod mill-fetħa tal-manka. It-tisħiħ jew l-irduppjar tal-manka permezz ta' kull irkaptu ieħor mhuwiex permess u t-tkarkir fl-ebda każ ma għandu jimmira għal speċijiet oħra ħlief għall-ħut pelaġiku ż-żgħir awtorizzat.

3.   

Daqs minimu tal-malji awtorizzat

40 mm

4.   

Daqsijiet minimi

Għall-ħut, id-daqs minimu għandu jitkejjel mill-ponta ta' quddiem sa tarf id-denb (it-tul totali) (ara l-Appendiċi 7).

Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi daqs minimu għall-ispeċijiet li mhumiex imsemmija hawn fuq.

5.   

Qabdiet inċidentali

Awtorizzati

Mhux awtorizzati

3 % tat-total tal-ispeċi jew tal-grupp ta' speċijiet fil-mira awtorizzati (mogħti f'piż ħaj)

Krustaċji jew ċefalopodi minbarra l-klamari

Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi rata ta' qabdiet inċidentali għall-ispeċijiet li mhumiex imsemmija fl-Appendiċi 7.

6.   

Opportunitajiet tas-sajd/Tariffi

Perjodu

Sena

Qabdiet totali permissibbli (f'tunnellati)

225 000 tunnellata, li jistgħu jinqabżu b'10 % mingħajr konsegwenzi għall-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Unjoni Ewropea b'rabta mal-aċċess

Tariffa

EUR 123 għal kull tunnellata

 

It-tariffa tiġi kkalkulata fi tmiem kull perjodu ta' tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-qabdiet li jkunu saru matul dan il-perjodu.

Il-liċenzja tingħata biss jekk isir ħlas bil-quddiem ta' EUR 5 000 għal kull bastiment, li għandu jitnaqqas mill-ammont totali tat-tariffa u li għandu jitħallas fil-bidu ta' kull perjodu ta' tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd.

L-għadd ta' bastimenti awtorizzati fl-istess ħin huwa limitat għal 19.

7.   

Perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

Iż-żewġ Partijiet jistgħu jaqblu dwar perjodu ta' rkupru bijoloġiku waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt abbażi ta' parir xjentifiku tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt.

8.   

Kummenti

It-tariffi huma stabbiliti għall-perjodu kollu ta' applikazzjoni tal-Protokoll.

Il-fatturi ta' konverżjoni għall-ħut pelaġiku ż-żgħir huma stabbiliti fl-Appendiċi 8.

L-opportunitajiet tas-sajd li ma jintużawx mill-Kategorija 8 jistgħu jintużaw b'rata massima ta' żewġ liċenzji fix-xahar.


KATEGORIJA TAS-SAJD 7:

BASTIMENTI TAS-SAJD GĦALL-ĦUT PELAĠIKU FRISK

1.   

Żona tas-sajd

Is-sajd huwa awtorizzat fuq in-naħa tal-Punent ta' linja ddefinita kif ġej:

(a)

Fit-Tramuntana tal-latitudni 19° 00′ 00″N, il-linja li tgħaqqad il-punti li ġejjin:

20° 46′ 30″ N

20° 36′ 00″ N

20° 36′ 00″ N

20° 21′ 50″ N

20° 10′ 00″ N

20° 00′ 00″ N

19° 45′ 00″ N

19° 00′ 00″ N

19° 00′ 00″ N

17° 03′ 00″ W

17° 11′ 00″ W

17° 30′ 00″ W

17° 30′ 00″ W

17° 35′ 00″ W

17° 30′ 00″ W

17° 05′ 00″ W

16° 34′ 50″ W

16° 39′ 50″ W

(b)

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 19° 00′ 00″ N sal-latitudni 17° 30′ N, għoxrin mil nawtiku mill-marka tal-ilma baxx.

(c)

Fin-Nofsinhar tal-latitudni 17° 30′ il-linja li tgħaqqad il-punti li ġejjin:

17° 30′ 00″ N

17° 12′ 00″ N

16° 36′ 00″ N

16° 13′ 00″ N

16° 04′ 00″ N

16° 17′ 00″ W

16° 23′ 00″ W

16° 42′ 00″ W

16° 40′ 00″ W

16° 41′ 00″ W

Għaż-żoni kkalkulati mill-marka tal-ilma baxx, il-Kumitat Konġunt jista' jagħti serje ta' koordinati ġeografiċi flok il-konfini taż-żoni.

2.   

Irkaptu awtorizzat

Xbieki tat-tkarkir għall-ħut pelaġiku u tartaruni tal-borża għas-sajd industrijali:

Il-manka tax-xibka tat-tkarkir tista' tissaħħaħ minn xibka b'daqs minimu tal-malji stirati ta' 400 mm u minn anelli tal-ħabel spazjati tal-anqas metru u nofs (1.5 m) minn xulxin, minbarra l-anella li tinsab fuq in-naħa ta' wara tax-xibka tat-tkarkir li ma tistax titpoġġa anqas minn żewġ metri 'l bogħod mill-fetħa tal-manka. It-tisħiħ jew l-irduppjar tal-manka permezz ta' kull irkaptu ieħor mhuwiex permess u t-tkarkir fl-ebda każ ma għandu jimmira għal speċijiet oħra ħlief għall-ħut pelaġiku ż-żgħir awtorizzat.

3.   

Daqs minimu tal-malji awtorizzat

40 mm għax-xbieki tat-tkarkir u 20 mm għat-tartaruni

4.   

Daqsijiet minimi

Għall-ħut, id-daqs minimu għandu jitkejjel mill-ponta ta' quddiem sa tarf id-denb (it-tul totali). (ara l-Appendiċi 7).

Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi daqs minimu għall-ispeċijiet li mhumiex imsemmija hawn fuq.

5.   

Qabdiet inċidentali

Awtorizzati

Mhux awtorizzati

3 % tat-total tal-ispeċi jew tal-grupp ta' speċijiet fil-mira awtorizzati (mogħti f'piż ħaj)

Krustaċji u ċefalopodi minbarra l-klamari

Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi rata ta' qabdiet inċidentali għall-ispeċijiet li mhumiex imsemmija hawn fuq.

6.   

Opportunitajiet tas-sajd/Tariffi

Qabdiet totali permissibbli (f'tunnellati)

15 000 tunnellata fis-sena

Jekk jintużaw dawn l-opportunitajiet tas-sajd, dawn għandhom jitnaqqsu mill-qabdiet totali permissibbli previsti fil-kategorija 6.

Perjodu

Sena

Tariffa

EUR 123 għal kull tunnellata

 

It-tariffa tiġi kkalkulata fi tmiem kull perjodu ta' tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-qabdiet li jkunu saru matul dan il-perjodu.

Il-liċenzja tingħata biss jekk isir ħlas bil-quddiem ta' EUR 5 000 , li għandu jitnaqqas mill-ammont totali tat-tariffa u li għandu jitħallas fil-bidu ta' kull perjodu ta' tliet xhur li għalih il-bastiment ikun ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd.

L-għadd ta' bastimenti awtorizzati fl-istess ħin huwa limitat għal tnejn, li jfisser żewġ liċenzji ta' tliet xhur għall-bastimenti tat-tkarkir użati għas-sajd pelaġiku mgħammra bi friża tal-kategorija 6.

7.   

Perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

Iż-żewġ Partijiet jistgħu jaqblu dwar perjodu ta' rkupru bijoloġiku waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt abbażi tal-pariri xjentifiċi tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt.

8.   

Kummenti

It-tariffi huma stabbiliti għall-perjodu kollu ta' applikazzjoni tal-Protokoll.

Il-fatturi ta' konverżjoni għall-ħut pelaġiku ż-żgħir huma stabbiliti fl-Appendiċi 8.


KATEGORIJA TAS-SAJD 8:

IĊ-ĊEFALOPODI

1.   

Żona tas-sajd

p.m.

2.   

Irkaptu awtorizzat

p.m.

3.   

Daqs minimu tal-malji awtorizzat

p.m.

4.   

Qabdiet inċidentali

Awtorizzati

Mhux awtorizzati

p.m.

p.m.

5.   

Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi

Perjodu

L-ewwel sena

It-tieni sena

Volum ta' qabdiet awtorizzat (f'tunnellati)

p.m.

p.m.

Tariffa

p.m.

p.m.

6.   

Perjodu ta' waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

p.m.

7.   

Kummenti

p.m.

Appendiċi 2

LIMITI TAŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-MAURITANIA

Limiti tal-konfini tan-Nofsinhar

16°04

N

19°33,5

W

Koordinati

16°17

N

19°32,5

W

Koordinati

16°28,5

N

19°32,5

W

Koordinati

16°38

N

19°33,2

W

Koordinati

17°00

N

19°32,1

W

Koordinati

17°06

N

19°36,8

W

Koordinati

17°26,8

N

19°37,9

W

Koordinati

17°31,9

N

19°38

W

Koordinati

17°44,1

N

19°38

W

Koordinati

17°53,3

N

19°38

W

Koordinati

18°02,5

N

19°42,1

W

Koordinati

18°07,8

N

19°44,2

W

Koordinati

18°13,4

N

19°47

W

Koordinati

18°18,8

N

19°49

W

Koordinati

18°24

N

19°51,5

W

Koordinati

18°28,8

N

19°53,8

W

Koordinati

18°34,9

N

19°56

W

Koordinati

18°44,2

N

20°00

W

Koordinati

19°00

N

19°43

W

Koordinati

19°23

N

20°01

W

Koordinati

19°30

N

20°04

W

Koordinati

20°00

N

20°14,5

W

Koordinati

20°30

N

20°25,5

W

Limiti tal-konfini tat-Tramuntana

20°46

N

20°04,5

W

Appendiċi 3

APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA TAS-SAJD

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 4

ĠURNAL TA' ABBORD TAS-SAJD

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 5

ĠURNAL TA' ABBORD TAL-ICCAT GĦAS-SAJD GĦAT-TONN

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 6

DIKJARAZZJONI TAL-ĦATT L-ART/TAT-TRAŻBORD

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 7

IL-LEĠIŻLAZZJONI FIS-SEĦĦ DWAR ID-DAQSIJIET MINIMI TAL-QABDIET MIŻMUMIN ABBORD

Taqsima III: Id-daqsijiet u l-piżijiet minimi tal-ispeċijiet

1.   Id-dimensjonijiet minimi tal-ispeċijiet iridu jitkejlu:

għall-ħut, mill-ponta ta' quddiem sa tarf id-denb (it-tul totali);

għaċ-ċefalopodi, it-tul tal-ġisem biss, mingħajr is-saqajn;

għall-krustaċji, mill-ponta tar-rostru sa tarf id-denb.

Il-ponta tar-rostru hija l-estensjoni tal-qoxra, li tinsab fil-parti tan-nofs ta' quddiem taċ-ċefalotoraċi. Għall-awwista roża, il-punt ta' referenza huwa n-nofs tal-parti mdaħħla l-ġewwa tal-qoxra li tinsab bejn iż-żewġ qrun ta' quddiem.

2.   Id-daqsijiet u l-piżijiet minimi tal-ħut tal-baħar, taċ-ċefalopodi u tal-krustaċji li jistgħu jiġu mistada huma:

(a)

Għall-ħut tal-baħar:

Laċċ (Sardinella aurita u Sardinella maderensis)

18-il cm

Sardin (Sardina pilchardus)

16-il cm

Sawrell komuni u sawrell iswed tal-Afrika (Trachurus spp.)

19-il cm

Sawrell, sawrell isfar (Decapterus rhonchus)

19-il cm

Kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus)

25 cm

Awrat (Sparus auratus)

20 cm

Pagru rar, pagru (Sparus coeruleostictus)

23 cm

Pagru ħamrani (Sparus auriga), pagru komuni (Sparus pagrus)

23 cm

Denċi (Dentex spp.)

15-il cm

Paġella ħamra, bażuga (Pagellus bellottii, Pagellus acarne)

19-il cm

Rubberlip grunt (Plectorhynchus mediterraneus)

25 cm

Ombrina tal-Kanarji (Umbrina canariensis)

25 cm

Gurbell Tork (Sciana umbra)

25 cm

Gurbell rar (Argirosomus regius) u Cassava croaker (Pseudotholithus senegalensis)

70 cm

Ċeren u dott (Epinephelus spp.)

40 cm

Serra tas-snien (Pomatomus saltator)

30 cm

Trilja (Pseudupeneus prayensis)

17-il cm

Mulett (Mugil spp.)

20 cm

Mazzola bla xewka (Mustellus mustellus, Leptocharias smithi)

60 cm

Spnotta tat-tbajja' (Dicentrarchus punctatus)

20 cm

Lingwata (Cynoglossus canariensis, Cynoglossus monodi)

20 cm

Lingwata (Cynoglossus cadenati, Cynoglossus senegalensis)

30 cm

Merluzz (Merliccius spp.)

30 cm

(b)

Għaċ-ċefalopodi:

Qarnit, tako (Octopus vulgaris)

500 gr

(imnaddaf)

Klamar (Loligo vulgaris)

13-il cm

Siċċ (Sepia officinalis)

13-il cm

Siċċ (Sepia bertheloti)

7 cm

(c)

Għall-krustaċji:

Awwista ħadra (Panulirus regius)

21 cm

Awwista roża (Palinurus mauritanicus)

23 cm

Gamblu roża tal-fond jew gamblu (Parapeneus longriostrus)

6 cm

Granċ tal-fond (Geyryon maritae)

6 cm

Gamblu roża tan-Nofsinhar jew gamblu caramote (Penaeus notialis, Penaeus kerathurus)

200 gamblu għal kull kilogramm

Appendiċi 8

LISTA TA' FATTURI TA' KONVERŻJONI

RATI TA' KONVERŻJONI LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI GĦALL-PRODOTTI LESTI TAS-SAJD MIKSUBIN MINN SPEĊIJIET TAL-ĦUT PELAĠIKU ŻGĦIR IPPROĊESSATI ABBORD IL-BASTIMENTI TAT-TKARKIR

Produzzjoni

Metodu ta' pproċessar

Rata ta' konverżjoni

Laċċa

Bla ras

Qtugħ manwali

1,416

Bla ras, imnaddfa

Qtugħ manwali

1,675

Bla ras, imnaddfa

Qtugħ bil-magni

1,795

Kavalli

Bla ras

Qtugħ manwali

1,406

Bla ras, imnaddfa

Qtugħ manwali

1,582

Bla ras

Qtugħ bil-magni

1,445

Bla ras, imnaddfa

Qtugħ bil-magni

1,661

Xabla

Bla ras, imnaddfa

Qtugħ manwali

1,323

Flettijiet

Qtugħ manwali

1,340

Bla ras, imnaddfa (qatgħa speċjali)

Qtugħ manwali

1,473

Sardin

Bla ras

Qtugħ manwali

1,416

Bla ras, imnaddfa

Qtugħ manwali

1,704

Bla ras, imnaddfa

Qtugħ bil-magni

1,828

Sawrell

Bla ras

Qtugħ manwali

1,570

Bla ras

Qtugħ bil-magni

1,634

Bla ras, imnaddfa

Qtugħ manwali

1,862

Bla ras, imnaddfa

Qtugħ bil-magni

1,953

NB: Għall-ipproċessar tal-ħut f'għalf, ir-rata ta' konverżjoni aċċettata hija ta' 5.5 tunnellati ta' ħut frisk għal kull tunnellata ta' għalf.

Appendiċi 9

KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS LILL-MAURITANIA

RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI

Element tad-dejta

Kodiċi

Obbligatorju/Fakultattiv

Kummenti

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju

AD

O

Dettall dwar il-messaġġ — id-destinatarju. Il-kodiċi alfa-3 tal-ISO tal-pajjiż

Speditur

FS

O

Dettall dwar il-messaġġ — l-ispeditur. Il-kodiċi alfa-3 tal-ISO tal-pajjiż

Tip ta' messaġġ

TM

O

Dettall dwar il-messaġġ — tip ta' messaġġ “POS”

Sinjal tas-sejħa bir-radju

RC

O

Dettall dwar il-bastiment — sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment

Numru ta' referenza intern tal-Parti Kontraenti

IR

F

Dettall dwar il-bastiment — in-numru uniku tal-Parti Kontraenti (il-kodiċi ISO-3 tal-Istat tal-bandiera segwit minn numru)

Numru tar-reġistrazzjoni estern

XR

F

Dettall dwar il-bastiment — in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment

Stat tal-bandiera

FS

F

Dettall dwar l-Istat tal-bandiera

Latitudni

LA

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-pożizzjoni fi gradi u minuti N/S DDMM (WGS-84)

Lonġitudni

LO

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-pożizzjoni fi gradi u minuti E/W DDDMM (WGS-84)

Data

DA

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f'UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f'UTC (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni

Sett ta' karattri: ISO 8859.1

It-trażmissjoni tad-dejta hija strutturata kif ġej:

 

linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw il-bidu tat-trażmissjoni;

 

linja mmejla doppja (//) u kodiċi jimmarkaw il-bidu ta' element tad-dejta;

 

linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi minn mad-dejta;

 

spazju jissepara l-gruppi tad-dejta minn ma' xulxin;

 

il-kodiċi “ER” u linja mmejla doppja (//) fl-aħħar jindikaw tmiem ir-reġistrazzjoni;

l-elementi tad-dejta fakultattivi għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.

Appendiċi 10

PROTOKOLL

GĦALL-ĠESTJONI U GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SISTEMA ELETTRONIKA TA' RAPPURTAR TAD-DEJTA DWAR L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD (IS-SISTEMA ERS)

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Kull bastiment tas-sajd tal-UE għandu jkun mgħammar b'sistema elettronika, minn hawn 'il quddiem imsejħa “s-sistema ERS”, li tkun kapaċi tirreġistra u tibgħat dejta marbuta mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, minn hawn 'il quddiem imsejħa “dejta tal-ERS”, meta l-bastiment ikun qed jopera fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania.

2.   Bastiment tal-UE li ma jkunx mgħammar b'sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma tkunx qed taħdem, mhuwiex awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha.

3.   Id-dejta tal-ERS tintbagħat skont il-proċeduri tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

4.   Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u mingħajr dewmien il-messaġġi istantanji li jkun qed jibgħat il-bastiment (il-messaġġi COE, COX u PNO) liċ-ĊMS tal-Mauritania. Id-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet ta' kuljum (FAR) għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS tal-Mauritania awtomatikament u mingħajr dewmien.

5.   L-Istat tal-bandiera u l-Mauritania għandhom jiżguraw li ċ-ĊMS tagħhom ikunu mgħammra bit-tagħmir tal-informatika u bis-softwer meħtieġa biex isseħħ it-trażmissjoni awtomatika tad-dejta tal-ERS fil-format XML disponibbli fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea, u li dawn ikollhom proċeduri ta' salvagwardja li jkunu kapaċi jirreġistraw u jaħżnu d-dejta tal-ERS f'forma li tista' tinqara minn kompjuter għal perjodu ta' mill-inqas tliet snin.

6.   Kull emenda jew aġġornament ta' dan il-format għandu jkun identifikat u ddatat, u għandu jibda jiffunzjona sitt xhur wara li jiġi applikat.

7.   It-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS għandha sseħħ bl-użu tal-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-UE, identifikati bħala “DEH” (“Data Exchange Highway”).

8.   L-Istat tal-bandiera u l-Mauritania għandhom jagħżlu korrispondent tal-ERS kull wieħed li jkun il-punt ta' kuntatt.

9.   Il-korrispondenti tal-ERS għandhom jinħatru għal perjodu minimu ta' sitt xhur.

10.   Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Mauritania għandhom jibagħtu lil xulxin id-dettalji ta' kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS rispettivi tagħhom (l-ismijiet, l-indirizzi, in-numri tat-telefown, in-numri tal-feks u l-indirizzi tal-posta elettronika tagħhom) malli s-sistema ERS tibda taħdem. Għandha ssir notifika minnufih dwar kull emenda fid-dettalji ta' kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS.

Produzzjoni u trażmissjoni tad-dejta tal-ERS

11.   Il-bastimenti tas-sajd tal-UE għandhom:

(a)

jipproduċu d-dejta tal-ERS kuljum għal kull jum li jqattgħu fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania;

(b)

jirreġistraw, għal kull kalar tat-tartaruni, tax-xbieki tat-tkarkir u tal-konzijiet, il-kwantitajiet ta' kull speċi maqbuda u miżmuma abbord bħala speċi fil-mira jew bħala qabda inċidentali, u dawk mormija lura l-baħar;

(c)

jiddikjaraw ukoll, għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa mill-awtoritajiet tal-Mauritania, meta ma jinqabad xejn minn dik l-ispeċi;

(d)

jidentifikaw kull speċi bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha;

(e)

jagħtu l-kwantitajiet f'kilogrammi ta' piż ħaj, jew jekk ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali;

(f)

jirreġistraw fid-dejta tal-ERS, għal kull speċi, il-kwantitajiet li ġew ittrażbordati u/jew li nħattu l-art;

(g)

jirreġistraw fid-dejta tal-ERS, kull darba li jidħlu fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania u kull darba li joħorġu minnha (fil-messaġġ COE u fil-messaġġ COX rispettivament), messaġġ speċifiku li jkun fih, għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazjoni tas-sajd maħruġa mill-awtoritajiet tal-Mauritania, il-kwantitajiet li jkunu qed jinżammu abbord fil-mument tad-dħul jew tal-ħruġ;

(h)

jibagħtu kuljum id-dejta tal-ERS liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, b'mod elettroniku u fil-format XML mogħti fil-paragrafu 4, sa mhux aktar tard min-23:59 UTC.

12.   Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta tal-ERS irreġistrata u mibgħuta.

13.   Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat b'mod awtomatiku u mingħajr dewmien id-dejta tal-ERS liċ-ĊMS tal-Mauritania fil-format XML mogħti fil-paragrafu 4.

14.   Iċ-ĊMS tal-Mauritania għandu jikkonferma li jkunu waslulu l-messaġġi kollha tal-ERS li jkun irċieva billi jibgħat messaġġ ta' ritorn (RET).

15.   Iċ-ĊMS tal-Mauritania għandu jittratta d-dejta kollha tal-ERS b'mod kunfidenzjali.

Nuqqas fis-sistema ERS abbord il-bastiment u/jew fit-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera

16.   L-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf mingħajr dewmien lill-kaptan u/jew lil sid il-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, jew lir-rappreżentant tiegħu, b'kull nuqqas tekniku fis-sistema ERS installata abbord il-bastiment jew b'xi nuqqas fil-funzjonament tat-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

17.   L-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf lill-Mauritania bin-nuqqas innutat u bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

18.   F'każ ta' ħsara fis-sistema ERS abbord il-bastiment, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li l-ħsara tissewwa jew li s-sistema ERS tinbidel fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. Jekk il-bastiment jidħol f'xi port tal-Mauritania matul dan il-perjodu ta' għaxart ijiem, huwa ma jkunx jista' jkompli bl-attivitajiet tas-sajd tiegħu fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania sakemm is-sistema ERS tiegħu ma tkunx qed taħdem b'mod perfett, ħlief jekk il-Mauritania tawtorizzawh jagħmel dan.

19.   Bastiment tas-sajd ma jistax jitlaq minn port wara li jkollu nuqqas tekniku fis-sistema ERS tiegħu qabel ma:

(a)

s-sistema ERS tiegħu tkun qed taħdem mill-ġdid, b'mod li jissodisfa lill-Istat tal-bandiera, jew

(b)

qabel, jekk jirċievi awtorizzazzjoni mill-Istat tal-bandiera biex jagħmel dan. F'dan il-każ, l-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf lill-Mauritania bid-deċiżjoni tiegħu qabel ma l-bastiment jitlaq mill-port.

20.   Kull bastiment tal-UE li jopera fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania b'sistema ERS difettuża għandu jibgħat kuljum u sa mhux aktar tard min-23:59 UTC id-dejta tal-ERS liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni elettronika li jkun disponibbli.

21.   Id-dejta tal-ERS imsemmija fil-paragrafu 11 li ma tkunx setgħet titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Mauritania minħabba nuqqas fis-sistema għandha tintbagħat liċ-ĊMS tal-Mauritania miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera b'mezz elettroniku ieħor maqbul b'mod reċiproku. Din it-trażmissjoni alternattiva għandha titqies bħala prijoritarja, filwaqt li jiġi mifhum li jista' jkun li ma jkunux jistgħu jitħarsu l-iskadenzi li s-soltu japplikaw għat-trażmissjoni.

22.   Jekk iċ-ĊMS tal-Mauritania ma jirċevix id-dejta tal-ERS mingħand bastiment għal tlett ijiem konsekuttivi, il-Mauritania tista' toħroġ struzzjonijiet lill-bastiment biex imur immedjatament f'port magħżul minnhom għall-investigazzjoni.

Nuqqas min-naħa taċ-ĊMS — Iċ-ĊMS tal-Mauritania ma jkunx qed jirċievi d-dejta tal-ERS

23.   Meta ĊMS ma jkunx qed jirċievi d-dejta tal-ERS, il-korrispondent tal-ERS tiegħu għandu jgħarraf minnufih lill-korrispondent tal-ERS taċ-ĊMS l-ieħor u, jekk ikun meħtieġ, għandu jikkollabora miegħu għall-ħin kollu li jkun hemm bżonn biex tissolva l-problema.

24.   Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Mauritania għandhom jaqblu flimkien dwar il-mezzi elettroniċi alternattivi li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS f'każ li jkun hemm nuqqas min-naħa taċ-ĊMS, u għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih b'kull emenda fihom.

25.   Meta ċ-ĊMS tal-Mauritania javża li ma jkunx irċieva d-dejta tal-ERS, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi tal-problema u għandu jieħu l-miżuri x-xierqa biex isolvi l-problema. Fi żmien 24 siegħa, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Mauritania u lill-UE bir-riżultati tal-analiżi tiegħu u bil-miżuri li jkunu ttieħdu.

26.   Jekk ikun hemm bżonn ta' iktar minn 24 siegħa biex tissolva l-problema, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih id-dejta tal-ERS li tkun nieqsa liċ-ĊMS tal-Mauritania billi juża l-mezz elettroniku alternattiv imsemmi fil-punt 24.

27.   Il-Mauritania għandha tavża lis-servizzi ta' kontroll kompetenti tagħha sabiex il-bastimenti tal-UE ma jitqisux li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta' trażmissjoni tad-dejta tal-ERS minħabba nuqqas min-naħa ta' xi ĊMS.

Manutenzjoni ta' ĊMS

28.   ĊMS għandu jiġi mgħarraf bl-operazzjonijiet ippjanati ta' manutenzjoni taċ-ĊMS l-ieħor (programm ta' manutenzjoni) li jistgħu jaffettwaw l-iskambju tad-dejta tal-ERS, mill-inqas 72 siegħa qabel, b'indikazzjoni, jekk ikun possibbli, tad-data tal-manutenzjoni u tat-tul ta' żmien tagħha. Għall-operazzjonijiet ta' manutenzjoni li ma jkunux ippjanati, din l-informazzjoni għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor mill-aktar fis possibbli.

29.   Matul l-operazzjoni ta' manutenzjoni, id-disponibbiltà tad-dejta tal-ERS tista' titpoġġa fi stat ta' stennija sakemm is-sistema terġa' ssir operattiva. Imbagħad, id-dejta tal-ERS ikkonċernata terġa' titpoġġa għad-dispożizzjoni immedjatament wara li tintemm l-operazzjoni ta' manutenzjoni.

30.   Jekk l-operazzjoni ta' manutenzjoni ddum iktar minn 24 siegħa, id-dejta tal-ERS għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor bil-mezz elettroniku alternattiv imsemmi fil-punt 24.

31.   Il-Mauritania għandha tavża lis-servizzi ta' kontroll kompetenti tagħha sabiex il-bastimenti tal-UE ma jitqisux li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta' trażmissjoni tad-dejta tal-ERS minħabba operazzjoni ta' manutenzjoni ta' ĊMS.

Appendiċi 11

RAPPORT TAL-OSSERVATUR XJENTIFIKU

Isem l-osservatur: …

Bastiment: …Nazzjonalità: …

Numru u port tar-reġistrazzjoni: …

Karatteristika: …, tunnellaġġ: …TG, Qawwa: …hp

Liċenzja: …onumru: …Tip: …

Isem il-kaptan: …Nazzjonalità: …

Tlugħ abbord tal-osservatur: Data: …, Port: …

Żbark tal-osservatur: Data: …, Port: …

Teknika tas-sajd awtorizzata: …

Irkaptu użat: …

Malja tax-xibka u/jew daqs: …

Żoni tas-sajd iffrekwentati: …

Distanza mill-kosta: …

Għadd ta' baħrin mill-Mauritania mtellgħin abbord: …

Dikjarazzjoni tad-dħul …/…/… u tal-ħruġ …/…/… miż-żona tas-sajd

Stima tal-osservatur

Produzzjoni globali (f'kg): …, iddikjarata fuq JP/JB: …

Qabdiet inċidentali: speċijiet …, Rata stmata: …%

Rimi: Speċijiet: …, Kwantità (f'kg): …

Speċijiet miżmuma

 

 

 

 

 

 

Kwantità (f'kg)

 

 

 

 

 

 

Speċijiet miżmuma

 

 

 

 

 

 

Kwantità (f'kg)

 

 

 

 

 

 


Sejbiet tal-osservatur:

Natura tas-sejba

data

pożizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kummenti (ġenerali) tal-osservatur): …

Magħmul fi …, il- …

Firma tal-osservatur …

Kummenti tal-kaptan …

Kopja tar-rapport irċevuta fi …Firma tal-kaptan …

Rapport mibgħut lil …

Kwalità: …

Appendiċi 12

ID-DETTALJI TA' KUNTATT TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-UNJONI EWROPEA U TAL-MAURITANIA

Iż-żewġ Partijiet se jagħtu lil xulxin id-dettalji ta' kuntatt tal-istituzzjonijiet differenti mniżżlin hawn taħt waqt l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt.

L-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea — id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (id-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd)

Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea — f'Nouakchott (il-Mauritania)

IL-MAURITANIA

Il-Ministeru tas-Sajd u tal-Ekonomija Marittima

Il-Gwardakosta tal-Mauritania

Id-Direttorati marittimi reġjonali

Appendiċi 13

MUDELLI TAD-DIKJARAZZJONIJIET TA' KULL TLIET XHUR TAL-QABDIET

Il-bastimenti kollha, minbarra dawk tas-sajd għall-ħut pelaġiku u dawk tas-sajd għat-tonn

Image

Test ta 'immaġni

Il-bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku

Image

Test ta 'immaġni

Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

APPOĠĠ FINANZJARJU GĦALL-PROMOZZJONI TAS-SAJD RESPONSABBLI U SOSTENIBBLI

1.   Suġġett u ammonti

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll, l-appoġġ finanzjarju għall-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli huwa magħmul minn erba' oqsma ta' intervent, kif ġej:

 

Azzjonijiet possibbli

Prijorità I: KOOPERAZZJONI XJENTIFIKA U TEKNIKA U TAĦRIĠ

Il-monitoraġġ u l-ġestjoni tar-riżorsi u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' ġestjoni tas-sajd

Prijorità II: SORVELJANZA

Is-sorveljanza marittima fil-qasam tas-sajd

Prijorità III: L-AMBJENT

Il-preżervazzjoni tal-ambjent tal-baħar u kostali

Prijorità IV: INFRASTRUTTURA TAL-IŻVILUPP

Appoġġ għall-iżvilupp tal-industriji tal-ipproċessar tal-prodotti tal-baħar fuq l-art

2.   Qafas ta' implimentazzjoni

L-Unjoni Ewropea u l-Mauritania għandhom jiftiehmu bejniethom, fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim, wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, dwar il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għal dan l-appoġġ, il-bażi legali, l-ipprogrammar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni kif ukoll it-termini ta' trasferiment lill-Mauritania.

3.   Trasparenza u governanza tal-fondi tal-appoġġ settorjali

Sabiex il-fondi tal-appoġġ settorjali jkunu amministrati b'mod effettiv u trasparenti, il-mekkaniżmu ta' implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali huwa maħsub bħala strument li għandu miegħu miżuri sempliċi ta' verifika min-naħa taż-żewġ Partijiet, li jinkludu b'mod partikulari dan li ġej:

avviż dwar it-trasferiment tal-ħlas parzjali tal-appoġġ settorjali min-naħa tal-UE (dokument li l-Unjoni Ewropea għandha tibgħat lill-Mauritania);

trażmissjoni tal-liġi dwar il-finanzi u/jew ta' kull att legali ieħor li jiġġustifika l-allokazzjoni tal-ħlas parzjali ttrasferit għal ġol-kont imsemmi fil-paragrafu 3.10 tal-Artikolu 3 tal-Protokoll għall-appoġġ settorjali (dokument li l-Mauritania għandha tibgħat lill-Unjoni Ewropea);

l-effettività tat-twettiq tal-proġetti fuq il-post, l-iktar permezz ta' rapporti tal-Unjoni Ewropea li jitfasslu mill-entitajiet li huma responsabbli għat-twettiq ta' dawn il-proġetti, permezz ta' missjonijiet konġunti tal-UE u tal-Ministeru tas-Sajd li jitwettqu fuq il-post, permezz tal-viżibbiltà ta' dawn l-azzjonijiet fil-mezzi tax-xandir u tal-ftuħ uffiċjali tagħhom bis-sehem tal-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE.

4.   Programmazzjoni multiannwali

Skont l-Artikolu 2(4) tal-Protokoll, sa tliet xhur minn meta jitwaqqaf, il-grupp eżekuttiv għandu jibgħat liż-żewġ Partijiet il-proposta għall-programmazzjoni multiannwali marbuta mal-implimentazzjoni tal-fondi tal-appoġġ settorjali, li għandu jkun fiha, b'mod partikulari:

il-proġetti li jistgħu jiġu ffinanzjati;

l-entitajiet kompetenti li huma responsabbli għall-implimentazzjoni;

ir-rekwiżiti finanzjarji ta' kull proġett;

indikatur ta' monitoraġġ għal kull proġett;

l-iskeda kronoloġika indikattiva tal-implimentazzjoni;

indikaturi tal-impatt fuq il-qasam tas-sajd tal-Mauritania;

t-tqassim tal-ammonti kull sena u għal kull proġett.

Il-Partijiet jistgħu jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar il-programmazzjoni multiannwali sa tletin jum minn meta jirċevuha. Wara l-Partijiet japprovaw din il-programmazzjoni flimkien waqt il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt. Sabiex tingħata din l-approvazzjoni, il-Kumitat Konġunt se jiżgura li l-pakketti finanzjarji allokati għall-proġetti differenti u t-tqassim tagħhom fis-sena jkunu koerenti man-natura ta' dawn il-proġetti u mal-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħhom.

5.   L-indikaturi ta' monitoraġġ u tal-impatt

Indikatur ta' monitoraġġ

Għal kull proġett imniżżel fil-programmazzjoni tiegħu, il-grupp eżekuttiv imsemmi fl-Artikolu 3 tal-Protokoll għandu jidentifika indikatur ta' monitoraġġ billi jispeċifika l-għan aħħari, il-mira li għandha tintlaħaq kull sena tat-twettiq (N + 1, 2, 3) u ammont allokat għal dan l-indikatur fis-sena bħala frazzjoni tal-ħlas parzjali mogħti għall-appoġġ settorjali. L-indikatur irid ikun jista' jiġi vverifikat b'mod kwantitattiv.

Indikaturi tal-impatt fuq il-qasam tas-sajd tal-Mauritania

Għal kull proġett imniżżel fil-programmazzjoni tiegħu, il-grupp eżekuttiv imsemmi fl-Artikolu 3 tal-Protokoll għandu jibgħat sett ta' indikaturi tal-impatt fuq il-qasam tas-sajd. Dawn l-indikaturi għandhom jissejsu fuq dejta statistika li tkun ġiet ippubblikata jew le u li tkun tista' tiġi vverifikata mil-lat kwalitattiv jew kwantitattiv, u għandhom jingħataw b'mod li jagħtu valur lill-benefiċċji ekonomiċi u soċjali li kull proġett li jkun iffinanzjat mill-appoġġ settorjali mistenni jġib miegħu.

6.   Programmazzjoni annwali u rappurtar

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll, għandu jkun hemm programmazzjoni annwali tal-appoġġ settorjali, u għandu jkun hemm monitoraġġ kontinwu tiegħu u rappurtar annwali tar-riżultati tiegħu.

Skont il-paragrafu 3.2 tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena, il-grupp eżekuttiv għandu jibgħat rapport dwar il-progress li jkun sar b'rabta mal-proġetti implimentati matul is-sena li jkun għadha kif għaddiet, kif ukoll il-programmazzjoni tal-proġetti għas-sena ta' wara, skont il-mudell standard mogħti f'dan l-Anness, li jinkludi b'mod partikulari l-affarijiet li ġejjin:

tfakkira tal-programmazzjoni tal-appoġġ settorjali għas-sena N u tal-għanijiet għas-sena N li jkun għadha kif għaddiet għal kull proġett;

l-indikaturi tar-riżultati u l-miri stabbiliti, milħuqin u mhux, kif ukoll dettalji dwar id-diffikultajiet li jkunu ġew innutati u l-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu u dwar l-użu tal-ħlas parzjali li l-UE tkun ittrasferiet;

l-evalwazzjoni tal-ħlas parzjali annwali li l-UE għandha tittrasferixxi abbażi tal-ammont li għandu jitħallas għal kull indikatur li jkun intlaħaq. Għal kull mira stabbilita għal kull proġett li tkun intlaħqet matul is-sena N, hemm frazzjoni tal-pakkett finanzjarju annwali korrispondenti hekk kif speċifikat fil-programmazzjoni annwali;

preżentazzjoni tal-programmazzjoni annwali għas-sena N + 1 u aġġornament tal-programmazzjoni multiannwali.

Ir-rapport dwar il-progress li jkun saru matul is-sena N u l-programmazzjoni għas-sena N+1 għandhom jiġu approvati b'mod konġunt waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt sa mhux iktar tard minn 30 jum wara li jintbagħtu. F'każ li ma tkunx tista' tiġi organizzata laqgħa tal-Kumitat Konġunt f'dan il-perjodu, l-approvazzjoni tista' tingħata bil-miktub permezz ta' skambju ta' ittri.

Iż-żewġ Partijiet jinkuraġġixxu l-missjonijiet tekniċi konġunti, li jistgħu jiġu organizzati fuq talba ta' xi waħda miż-żewġ Partijiet, u li jippermettu li tinġabar l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa għall-ġestjoni t-tajba tal-fondi.

7.   Proċeduri għat-trasferiment tal-appoġġ settorjali min-naħa tal-Unjoni Ewropea

Ladarba l-programmazzjoni għas-sena N + 1 tiġi approvata, l-Unjoni Ewropea tagħmel it-trasferiment tal-ħlas parzjali tal-appoġġ settorjali. L-Unjoni Ewropea għandha tittrasferixxi l-ħlas parzjali tal-appoġġ settorjali abbażi ta' approċċ imsejjes fuq ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-proġetti, kif ġej:

(i)

fl-ewwel sena tal-Protokoll jiġi ttrasferit ammont tal-appoġġ settorjali li jikkorrispondi għall-ammont approvat mill-Kumitat Konġunt fil-programmazzjoni multiannwali u fil-programmazzjoni annwali;

(ii)

fis-snin ta' wara, il-ħlasijiet parzjali tal-appoġġ settorjali jiġu ttrasferiti kif ġej:

—   Trasferiment tal-ammont kollu: L-Unjoni Ewropea tittrasferixxi 100 % tal-pakkett finanzjarju annwali (EUR X miljuni) għas-sena N + 1 jekk ikunu ntlaħqu l-indikaturi tal-monitoraġġ kollha għal kull proġett għas-sena N, hekk kif stabbiliti fil-programmazzjoni annwali.

—   Trasferiment ta' parti mill-ammont biss: Għal proġett partikulari, jekk l-indikatur ta' monitoraġġ ma jintlaħaqx kollu, l-ammont ittrasferit għas-sena N + 1 ikun jikkorrispondi għas-somma (i) tal-perċentwali tal-ilħiq tal-indikatur u (ii) tal-frazzjoni tal-pakkett finanzjarju annwali tal-appoġġ settorjali allokata għall-proġett ikkonċernat. Il-perċentwali tal-ilħiq tal-indikatur jikkorrispondi għar-relazzjoni bejn (i) il-livell tal-indikatur li jkun intlaħaq fir-realtà u (ii) il-livell tal-indikatur fil-mira li għandu jintlaħaq matul is-sena kkonċernata. L-ammont mhux ittrasferit mill-frazzjoni tal-pakkett finanzjarju annwali allokata għall-proġett jista' jiġi ttrasferit fi żmien sitt xhur mid-data inizjali tar-rilaxx tal-fondi jekk l-indikatur tar-riżultati stabbilit għas-sena N jintlaħaq għalkollox. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-ammont mhux ittrasferit mill-frazzjoni tal-pakkett finanzjarju annwali allokata għall-proġett jista' jiġi ttrasferit għall-eżerċizzju ta' reviżjoni tas-sena ta' wara.

—   L-ebda trasferiment: jekk il-livell ta' twettiq tal-indikatur ta' proġett ma jingħatax fir-rapport dwar il-progress jew jekk dan il-livell ma jkunx iġġustifikat fih, l-UE ma tistax tittrasferixxi l-frazzjoni tal-pakkett finanzjarju annwali allokata għall-proġett ikkonċernat għas-sena N + 1. Il-frazzjoni mhix ittrasferita mill-pakkett finanzjarju annwali allokat għall-proġett tista' tiġi ttrasferita wara, fi żmien sitt xhur mid-data inizjali tar-rilaxx tal-fondi, jekk l-indikatur tar-riżultati stabbilit għas-sena N fl-aħħar mill-aħħar jingħata jew jiġi ġġustifikat;

(iii)

meta jkun qed japprova l-programmazzjoni għas-sena N + 1, il-Kumitat Konġunt għandu jqis il-livell tal-użu fir-realtà tal-pakketti finanzjarji annwali allokati għal kull proġett fis-sena N;

(iv)

meta jkun hemm ċirkustanzi indipendenti li ma jkunux fil-volontà ta' min ikun qed imexxi l-proġett li jwasslu għal tfixkil fl-implimentazzjoni prevista fil-bidu għal dak il-proġett, meta jkun qed japprova l-programmazzjoni għas-sena N + 1, il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li japplika livell ta' trasferiment differenti minn dak li joħroġ li kieku kellu japplika r-regoli msemmija fil-punt (ii), b'mod eċċezzjonali u abbażi ta' ġustifikazzjoni mogħtija kif xieraq minn min ikun qed imexxi l-proġett.

8.   Reviżjoni u sospensjoni

F'każ li jkun hemm diffikultajiet fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet previsti f'dan l-Anness u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll, iż-żewġ Partijiet għandhom jiskambjaw mingħajr dewmien informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi li jippermettu li dawn jingħelbu.

F'każ li ma jitħarsux il-proċeduri previsti f'dan l-Anness u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll, iż-żewġ Partijiet għandhom jiskambjaw mingħajr dewmien informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu sabiex jerġa' jkun hemm konformità mal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali. L-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tissospendi kull ħlas ġdid skont l-Artikolu 10 tal-Protokoll jekk ikun il-każ.

9.   Viżibbiltà

Il-Mauritania se tiżgura l-viżibbiltà tal-azzjonijiet implimentati permezz ta' dan l-appoġġ. Għal dan il-għan, il-benefiċjarji għandhom jikkoordinaw mad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f'Nouakchott sabiex jimplimentaw il-“linji gwida marbutin mal-viżibbiltà” kif iddefiniti mill-Kummissjoni Ewropea. B'mod partikulari, kull proġett għandu jkollu miegħu klawżola ta' viżibbiltà għall-appoġġ tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri permezz tal-preżentazzjoni tal-logo (“is-simbolu tal-UE”). Fl-aħħar nett, il-Mauritania għandha torganizza kull inawgurazzjoni u jwettquha b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Unjoni Ewropea.

MUDELL

RAPPURTAR/RAPPORT DWAR L-UŻU TAL-ĦLASIJIET PARZJALI TAL-APPOĠĠ SETTORJALI

I.   Proġetti mnedija fil-qafas tal-appoġġ settorjali

Matul is-sena [N] tal-Protokoll, tnedew [X] proġetti u komplew jitwettqu [Y] proġetti oħra, skont id-deċiżjonijiet li ttieħdu waqt il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt ta' [xahar/sena]. Hawn taħt qed tingħata, bħala tfakkira biss, deskrizzjoni ta' dawn il-proġetti u tal-progress li sar fuqhom s'issa, kif ukoll il-benefiċċji li mistennija joħorġu minnhom:

(1)   Il-proġett numru 1

(a)

Deskrizzjoni tal-proġett

(b)

Progress li sar b'rabta mal-proġett

(c)

Tfakkira dwar il-ħlasijiet li saru qabel fil-qafas tal-proġett u tal-parti mill-appoġġ settorjali allokata għalih

(d)

Tfakkira dwar il-benefiċċji ekonomiċi li mistennija jkun hemm jew aġġornament tagħhom

(2)   Il-proġett numru 2

(a)

Deskrizzjoni tal-proġett

(b)

Progress li sar b'rabta mal-proġett

(c)

Tfakkira dwar il-ħlasijiet li saru qabel fil-qafas tal-proġett u tal-parti mill-appoġġ settorjali allokata għalih

(d)

Tfakkira dwar il-benefiċċji ekonomiċi li mistennija jkun hemm jew aġġornament tagħhom

(3)   Il-proġett N

(a)

Deskrizzjoni tal-proġett

(b)

Progress li sar b'rabta mal-proġett

(c)

Tfakkira dwar il-ħlasijiet li saru qabel fil-qafas tal-proġett u tal-parti mill-appoġġ settorjali allokata għalih

(d)

Tfakkira dwar il-benefiċċji ekonomiċi li mistennija jkun hemm jew aġġornament tagħhom

II.   Sommarju tal-proġetti mnedija fis-sena N

Is-sommarju ta' hawn taħt, mogħti fil-forma ta' tabella, jagħti l-livelli ta' twettiq tal-indikaturi ta' monitoraġġ stabbiliti matul is-sena attwali kif ukoll il-flussi finanzjarji tal-proġett, kif ġej:

Proġett

Investiment totali

(f'MRO)

Ammont tal-appoġġ settorjali allokat għall-proġett fis-sena N

(f'miljuni ta' euro)

Indikatur ta' monitoraġġ għall-perjodu taż-żmien li fih idum għaddej il-proġett

Mira tal-indikatur għas-sena N

Twettiq fis-sena N

Perċentwali tal-ilħiq tal-indikatur fis-sena N

Il-proġett numru 1:

 

 

 

 

 

 

Il-proġett numru 2:

 

 

 

 

 

 

Il-proġett numru 3:

 

 

 

 

 

 

Il-proġett N:

 

 

 

 

 

 

Ammont totali

 

X miljuni ta' euro

 

 

 

 

III.   Preżentazzjoni tal-proġetti għas-sena N + 1

Proġett

Investiment totali

(f'MRO)

Ammont inizjali tal-appoġġ settorjali allokat għall-proġett għas-sena attwali (f'miljuni ta' euro) (1)

Indikatur ta' monitoraġġ

Tfakkira tal-qagħda tal-indikatur f'perċentwali tal-ilħiq għas-sena N–1

Mira tal-indikatur għal tmiem is-sena attwali

Ammont totali tal-appoġġ settorjali allokat għall-proġett matul is-sena

(f'miljuni ta' euro)

Il-proġett numru 1:

 

 

 

 

 

 

Il-proġett numru 2:

 

 

 

 

 

 

Il-proġett numru 3:

 

 

 

 

 

 

Il-proġett N:

 

 

 

 

 

 

Ammont totali

 

 

 

 

 

X miljuni ta' euro

IV.   Proposta għat-trasferiment

Wara li qies din l-evalwazzjoni kif ukoll il-kriterji li bihom saru l- III. Proposta għal trasferiment Fid-dawl tal-imsemmija evalwazzjoni, kif ukoll tal-kriterji għall-ħlasijiet parzjali stabbiliti fil-punt ta' hawn fuq, il-grupp eżekuttiv iqis li l-progress li sar b'rabta mal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali jiġġustifika trasferiment ta' [speċifika l-ammont totali].

Annessi

1.

Talba għat-trasferiment

2.

Provi dokumentarji (għall-indikaturi kollha)


(1)  Dan l-ammont jikkorrispondi għas-sehem tal-kwota tal-appoġġ settorjali allokat għall-proġett meta wieħed jassumi li l-ħlas parzjali għas-sena ta' qabel ikun ġie ttrasferit kollu.


REGOLAMENTI

1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/72


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/2192

tal-10 ta' Novembru 2015

dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Novembru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1801/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (1) (minn hawn 'il quddiem, “il-Ftehim ta' Sħubija”).

(2)

L-aħħar Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija skada fis-16 ta' Diċembru 2014.

(3)

Fl-10 ta' Lulju 2015, l-Unjoni u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania inizjalaw Protokoll ġdid għall-Ftehim ta' Sħubija (2) (minn hawn 'il quddiem, “il-Protokoll”). Dan il-Protokoll jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania.

(4)

Fl-10 ta' Novembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2015/2191 (3) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.

(5)

Ikun xieraq li l-metodu għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri jiġi ddefinit għall-perjodu tal-applikazzjoni tal-Protokoll.

(6)

Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (4), jekk jirriżulta li l-opportunitajiet tas-sajd assenjati lill-Unjoni bis-saħħa tal-Protokoll ma jkunux qed jintużaw għal kollox, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar dan. In-nuqqas ta' risposta fit-terminu ffissat mill-Kunsill għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-terminu għandu jiġi ffissat mill-Kunsill.

(7)

L-Artikolu 14 tal-Protokoll jipprevedi l-possibbiltà li hu jiġi applikat b'mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu.

(8)

Ikun adatt li dan ir-Regolament japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti bil-Protokoll għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

(a)

Kategorija 1: Bastimenti tas-sajd għal krustaċji ħlief l-awwista u l-granċ:

Spanja:

4 150 tunnellata

L-Italja:

600 tunnellata

Il-Portugall:

250 tunnellata

F'din il-kategorija, fi kwalunkwe waqt, massimu ta' 25 bastiment jistgħu jiġu mibgħuta fl-ibħra tal-Mauritania.

(b)

Kategorija 2- Bastimenti tat-tkarkir (mingħajr friża) u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ għall-marlozz l-iswed:

Spanja:

6 000 tunnellata

F'din il-kategorija, fi kwalunkwe waqt, massimu ta' 6 bastiment jistgħu jiġu mibgħuta fl-ibħra tal-Mauritania.

(c)

Kategorija 3: Bastimenti tas-sajd għal speċijiet demersali ħlief il-marlozz iswed u b'irkaptu li ma jinvolvix xbieki tat-tkarkir:

Spanja:

3 000 tunnellata

F'din il-kategorija, fi kwalunkwe waqt, massimu ta' 6 bastiment jistgħu jiġu mibgħuta fl-ibħra tal-Mauritania.

(d)

Kategorija 4 — Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni:

Spanja:

17-il liċenzja annwali

Franza:

8 liċenzji annwali

(e)

Kategorija 5 — Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ:

Spanja:

14-il liċenzja annwali

Franza:

Liċenzja waħda annwali

(f)

Kategorija 6: Bastimenti mgħammra bi friża għas-sajd pelaġiku bit-tkarkir:

Il-Ġermanja:

12 560 tunnellata

Franza:

2 615 tunnellata

Il-Latvja:

53 913 tunnellata

Il-Litwanja:

57 642 tunnellata

In-Netherlands:

62 592 tunnellata

Il-Polonja:

26 112 tunnellata

Ir-Renju Unit:

8 531 tunnellata

L-Irlanda:

8 535 tunnellata

Kull sena tal-validità tal-protokoll, l-għadd li ġej ta' liċenzji ta' tliet xhur għandhom jinżammu mill-Istati Membri:

Il-Ġermanja:

4

Franza:

2

Il-Latvja:

20

Il-Litwanja:

22

In-Netherlands:

16

Il-Polonja:

8

Ir-Renju Unit:

2

L-Irlanda:

2

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk ċerti liċenzji jistgħux jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' Stati Membri oħra.

F'din il-kategorija, fi kwalunkwe waqt massimu ta' 19-il bastiment jistgħu jiġu mibgħuta fl-ibħra tal-Mauritania.

(g)

Kategorija 7 — Bastimenti tas-sajd pelaġiku li ma jkunux mgħammra bi friża:

L-Irlanda:

15 000 tunnellata

F'każ li ma jintużawx, dawn l-opportunitajiet ta' sajd jistgħu, jiġu allokati għall-kategorija 6 skont il-kriterji ta' allokazzjoni ta' dik il-kategorija. L-Irlanda għandha tikkomunika lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju ta' kull sena ta' validità tal-Protokoll, jekk l-opportunitajiet tas-sajd jistgħux isiru disponibbli għal Stati Membri oħra.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim ta' Sħubija.

3.   Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd imniżżla fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tqis l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

4.   Id-data sa meta l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li mhumiex qed jużaw bis-sħiħ l-opportunitajiet tas-sajd li jkunu ngħatawlhom skont il-Ftehim ta' Sħubija, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, għandha tkun ta' għaxart ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tgħarrafhom li l-opportunitajiet tas-sajd ma ġewx eżawriti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 tat-30 ta' Novembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1).

(2)  Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin (ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġunal Uffiċjali).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2191 tal-10 ta' Novembru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti bil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).