|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DIRETTIVI |
|
|
|
* |
Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DIRETTIVI
|
28.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/1 |
DIRETTIVA (UE) 2015/2193 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Novembru 2015
dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (“il-Programm ta' Azzjoni”) jirrikonoxxi li l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa fl-arja tnaqqsu b'mod sinifikanti matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin, iżda li fl-istess ħin il-livelli tat-tniġġis tal-arja għadhom problema f'bosta partijiet tal-Ewropa, u li ċ-ċittadini tal-Unjoni għadhom esposti għal sustanzi li jniġġsu l-arja, li potenzjalment jistgħu jikkompromettu s-saħħa u l-benessri tagħhom. Skont il-Programm ta' Azzjoni, l-ekosistemi għadhom ibatu minħabba eċċess ta' depożiti ta' nitroġenu u kubrit marbutin mal-emissjonijiet tat-trasport, tal-prattiki agrikoli mhux sostenibbli, u tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. F'ħafna żoni tal-Unjoni, il-livell tat-tniġġis tal-arja għadu għola mill-limiti ffissati mill-Unjoni, u l-istandards tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja għadhom mhux qed jirrispettaw il-miri stabbiliti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. |
|
(2) |
Biex ikun żgurat ambjent tajjeb għal kulħadd, il-Pjan ta' Azzjoni jitlob li l-miżuri lokali jkunu komplementati b'politika xierqa kemm fil-livell nazzjonali, kif ukoll f'dak tal-Unjoni. B'mod partikolari jitlob li jissaħħu l-isforzi biex ikun hemm konformità sħiħa mal-leġislazzjoni dwar il-kwalità tal-arja tal-Unjoni u biex jiġu ddefiniti l-miri u l-azzjonijiet strateġiċi lil hinn mill-2020. |
|
(3) |
Il-valutazzjonijiet xjentifiċi juru li t-telf medju mit-tul tal-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni minħabba t-tniġġis tal-arja huwa tmien xhur. |
|
(4) |
L-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa li joħorġu mill-kombustjoni tal-karburanti fl-impjanti tal-kombustjoni medji, b'mod ġenerali mhumiex irregolati fil-livell tal-Unjoni minkejja li dejjem qegħdin iżidu aktar mat-tniġġis tal-arja, b'mod partikolari minħabba żieda fl-użu tal-bijomassa bħala karburant, minħabba l-politika dwar il-klima u l-enerġija. |
|
(5) |
Il-kombustjoni tal-karburanti f'ċerti impjanti u apparat tal-kombustjoni żgħar hija koperta minn miżuri ta' implimentazzjoni kif imsemmi fid-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Hemm bżonn miżuri ulterjuri urġenti fil-qafas tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiġi kopert il-kumplament tal-lakuna leġislattiva. Il-kombustjoni tal-karburant fl-impjanti tal-kombustjoni kbar hija koperta mid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) mis-7 ta' Jannar 2013, filwaqt li d-Direttiva 2001/80KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għadha tapplika għall-impjanti tal-kombustjoni l-kbar, koperti mill-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2010/75/UE sal-31 ta' Diċembru 2015. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet, fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2013 dwar l-analiżi mwettqa skont l-Artikolu 30(9) u l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali li jittratta l-emissjonijiet mit-trobbija intensiva tal-bhejjem u mill-impjanti ta' kombustjoni li, ġie muri potenzjal ċar ta' tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-kombustjoni ta' karburanti mill-impjanti tal-kombustjoni medji. |
|
(7) |
L-obbligi internazzjonali tal-Unjoni dwar it-tniġġis tal-arja, li huma maħsuba biex jitnaqqsu l-aċidifikazzjoni, l-ewtrifikazzjoni, l-ożonu troposferiku u l-emissjonijiet ta' partikolati ġew miftehma skont il-Protokoll ta' Gothenburg tal-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila, li ġie emendat fl-2012 biex jissaħħu l-impenji eżistenti ta' tnaqqis tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu, tal-ammonja u tal-komposti organiċi volatili, u biex jiddaħħlu impenji ta' tnaqqis ġodda għall-materja partikolata fina (PM 2.5), li għandhom jintlaħqu mill-2020 'il quddiem. |
|
(8) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Diċembru 2013 intitolat 'Programm ta' Arja Nadifa għall-Ewropa' titlob azzjoni għall-kontroll tal-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja mill-impjanti tal-kombustjoni medji, u b'hekk tikkompleta l-qafas regolatorju għas-settur tal-kombustjoni. Il-Programm ta' Arja Nadifa tikkompleta l-aġenda għat-tnaqqis tat-tniġġis għall-2020 stabbilita fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew tal-21 ta' Settembru 2005 intitolata 'l-Istrateġija Tematika dwar it-Tniġġis tal-Arja', u tiżviluppa l-miri tat-tnaqqis tal-impatti għall-perjodu li jwassal sal-2030. Biex jinkisbu dawk il-miri strateġiċi kollha għandha tiġi stabbilita aġenda regolatorja li tinkludi miżuri għall-kontroll tal-emissjonijiet mill-impjanti tal-kombustjoni medji. |
|
(9) |
L-impjanti tal-kombustjoni medji għandhom jiġu żviluppati u mħaddma b'tali mod li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika. Tali kunsiderazzjonijiet bħal u kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, il-possibbiltajiet tekniċi u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti għandhom jitqiesu b'mod partikolari f'każ ta' interventi għall-modernizzazzjonji tal-impjanti tal-kombustjoni medji jew meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar investimenti kbar. |
|
(10) |
Sabiex jiġi żgurat li t-tħaddim ta' impjant tal-kombustjoni medju ma jwassalx għad-deterjorament tal-kwalità tal-arja, il-miżuri meħuda sabiex jiġu limitati l-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab fl-arja ma għandhomx jirriżultaw f'żieda fl-emissjonijiet ta' tipi oħra ta' sustanzi niġġiesa, bħall-monossidu tal-karbonju. |
|
(11) |
L-impjanti tal-kombustjoni medji li huma diġà soġġetti għar-rekwiżiti minimi applikabbli fl-Unjoni kollha, bħalma huma l-impjanti li għalihom tapplika regola ta' aggregazzjoni skont il-Kapitolu III tad-Direttiva 2010/75/UE, jew l-impjanti li jinċineraw jew jikkoinċineraw skart solidu jew likwidu u li għalhekk huma koperti mill-Kapitolu IV ta' dik id-Direttiva, għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. |
|
(12) |
Ċerti impjanti tal-kombustjoni medji oħrajn ukoll għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, abbażi tal-karatteristiċi tekniċi tagħhom jew tal-użu tagħhom f'attivitajiet partikolari. |
|
(13) |
Peress li l-impjanti tal-kombustjoni medji li jaħarqu karburanti tar-raffineriji fir-raffineriji waħidhom jew ma' karburanti oħrajn għall-produzzjoni ta' enerġija fir-raffineriji taż-żejt minerali u tal-gass, u l-bojlers ta' rkupru fl-installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-polpa, huma soġġetti għal livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aqwa mezzi tekniċi disponibbli (BAT) stabbiliti fil-konklużjonijiet tal-BATdiġà stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impjanti bħal dawn. |
|
(14) |
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-impjanti tal-kombustjoni, inkluża taħlita ta' żewġ impjanti tal-kombustjoni medji jew aktar, b'qawwa termika nominali totali ta' 1 MW jew aktar, iżda inqas minn 50 MW. Impjanti tal-kombustjoni individwali b'qawwa termika nominali ta' inqas minn 1 MW ma għandhomx jitqiesu għall-fini tal-kalkolu tal-qawwa termika nominali ta' taħlita ta' impjanti tal-kombustjoni. Sabiex tiġi evitata lakuna regolatorji, din id-Direttiva għandha tapplika ukoll għal taħlita ta' impjanti tal-kombustjoni medji ġodda fejn it-total ta' qawwa termika nominali jkun ugwali għal jew aktar minn 50 MW, mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu III tad-Direttiva 2010/75/UE. |
|
(15) |
Biex ikun żgurat il-kontroll tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u tat-trab fl-arja, kull impjant tal-kombustjoni medju għandu jaħdem biss jekk ikun inħariġlu permess jew jekk ikun ġie rreġistrat mill-awtorità kompetenti abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-operatur. |
|
(16) |
Biex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet fl-arja mill-impjanti tal-kombustjoni medji, għandhom jiġu stabbiliti f'din id-Direttiva l-valuri limitu tal-emissjonijiet u r-rekwiżiti tal-monitoraġġ. |
|
(17) |
Il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II ma għandhomx japplikaw għall-impjanti tal-kombustjoni medji li jinsabu fil-Gżejjer Kanarji, fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, l-Azores u Madeira, minħabba l-kwistjonijiet tekniċi u loġistiċi assoċjati mal-pożizzjoni ġeografika iżolata ta' tali impjanti. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu valuri limitu tal-emissjonijiet għal tali impjanti sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom fl-arja u r-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. |
|
(18) |
Biex l-impjanti tal-kombustjoni eżistenti jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw teknikament għar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, il-valuri limitu tal-emissjonijiet għandhom japplikaw għal dawk l-impjanti wara perjodu fiss mid-data tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. |
|
(19) |
Fil-kuntest ta' ċerti ċirkustanzi speċifiċi fejn l-applikazzjoni ta' valuri limitu tal-emissjonijiet twassal għal spejjeż għolja b'mod sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji ambjentali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji li jintużaw f'każijiet ta' emerġenza u mħaddma matul perjodi limitati ta' żmien mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati f'din id-Direttiva. |
|
(20) |
Minħabba n-nuqqasijiet infrastrutturali li jħabbtu wiċċhom magħhom l-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti li huma parti minn sistemi iżolati żgħar (SIS) jew sistemi iżolati mikro (MIS) u l-ħtieġa li tiġi ffaċilitata l-interkonnessjoni tagħhom, tali impjanti għandhom jingħataw aktar żmien biex jadattaw għall-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva. |
|
(21) |
Fid-dawl tal-benefiċċji kumplessivi tat-tisħin distrettwali f'termini ta' kontribut għat- tnaqqis fl-użu domestiku ta' karburanti li jikkawżaw livelli għolja ta' tniġġis fl-arja, u f'termini ta' titjib fl-effiċjenza enerġetika u tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2, għandu jkun possibli għall-Istati Membri li jagħtu aktar żmien lill-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti li jipprovdu ammont sostanzjali mill-produzzjoni termika utli tagħhom lil netwerk pubbliku għat-tisħin distrettwali, biex jadattaw għall-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati f'din id-Direttiva. |
|
(22) |
Fid-dawl tal-investimenti reċenti f'impjanti tal-bijomassa bil-għan li jiżdied l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u li diġà wasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa, u sabiex jittieħed kont taċ-ċikli ta' investiment relatati, għandu jkun possibli għall-Istati Membri li jagħtu lil tali impjanti aktar żmien biex jadattaw għall-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati f'din id-Direttiva. |
|
(23) |
Fid-dawl tar-rwol essenzjali tal-istazzjonijiet tal-kompressuri tal-gass għall-affidabbiltà u s-sikurezza tal-operat tan-networks nazzjonali tat-trażmissjoni tal-gass u r-restrizzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw l-aġġornament tagħhom, għandu jkun possibli għall-Istati Membri li jagħtu aktar żmien l-impjanti tal-kombustjoni medji li jħaddmu dawn l-istazzjonijiet biex jadattaw għall-valuri limitu tal-emissjonijiet għall-ossidi tan-nitroġenu stipulati f'din id-Direttiva. |
|
(24) |
Skont l-Artikolu 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), din id-Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi aktar stretti. Tali miżuri jistgħu jkunu meħtieġa, pereżempju, f'żoni li ma jikkonformawx mal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja. F'dawk il- każijiet, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa li japplikaw valuri limitu tal-emissjonijiet aktar stretti mir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva bħala parti mill-iżvilupp tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja skont id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Tali valutazzjonijiet għandhom iqisu l-eżitu ta' skambju ta' informazzjoni dwar l-aħjar prestazzjoni ta' tnaqqis tal-emissjonijiet li tista' tinkiseb bl-aqwa teknoloġiji disponibbli u emerġenti. Il-Kummissjoni għandha torganizza dan l-iskambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati, inklużi l-operaturi u l-fornituri tat-teknoloġija, u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, inklużi dawk li jippromwovu l-ħarsien tal-ambjent. |
|
(25) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ta' impjant tal-kombustjoni medju jieħu l-miżuri meħtieġa fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema biex jivverifikaw il-konformità tal-impjanti tal-kombustjoni medji mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. |
|
(26) |
Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi ta' din id-Direttiva, l-ispezzjonijiet għandhom, kemm jista' jkun, ikunu kkoordinati ma' dawk meħtieġa fil-qafas ta' leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, kif ikun xieraq. |
|
(27) |
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jikkonċernaw aċċess għall-informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni tagħha għandhom jiġu applikati b'tali mod li jiżguraw l-effett sħiħ tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
|
(28) |
Biex ikun limitat il-piż għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju li jħaddmu impjanti tal-kombustjoni medji, l-obbligi amministrattivi fuq l-operaturi dwar l-għoti ta' informazzjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar għandhom ikunu proporzjonati u għandhom jevitaw duplikazzjoni filwaqt li jibqgħu jippermettu l-verifika effettiva tal-konformità mill-awtorità kompetenti. |
|
(29) |
Biex tkun żgurata l-konsistenza u l-koerenza tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u biex jiġi nkoraġġut l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tiżviluppa għodda elettronika għar-rappurtar li tkun disponibbli wkoll għall-użu intern mill-Istati Membri biex jagħmlu r-rapporti nazzjonali u biex jorganizzaw id-data tagħhom. |
|
(30) |
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li temenda l-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II għal impjanti tal-kombustjoni medji ġodda, abbażi ta' teknoloġiji l-iżjed reċenti. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-ħtieġa li tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet speċifiċi għal sustanzi oħra li jniġġsu, bħalma hu l-monossidu tal-karbonju, u possibbilment, standards ta' effiċjenza enerġetika minimi oħrajn. |
|
(31) |
Biex ikun possibbli l-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex taġġusta d-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-konformità stipulati fil-punt 2 tal-Parti 2 tal-Anness III. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti, matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(32) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u jiġu ssimplifikati u razzjonalizzati l-obbligi ta' rappurtar tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ta' formati tekniċi għar-rappurtar. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
|
(33) |
Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib tal-kwalità ambjentali u tas-saħħa tal-bniedem, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
|
(34) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali, u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”). B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tal-Karta dwar il-protezzjoni ambjentali. |
|
(35) |
B'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (11), l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew iktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta' dawn id-dokumenti hija ġustifikata, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli għall-kontroll tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit (SO2), tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u tat-trab fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji, u b'hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja u r-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent minn dawn l-emissjonijiet.
Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll ir-regoli għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO).
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-impjanti tal-kombustjoni b'qawwa termika nominali ta' 1 MW jew aktar, iżda inqas minn 50 MW (“impjanti tal-kombustjoni medji”), irrispettivament mit-tip ta' karburant li jużaw.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal taħlita ta' impjanti tal-kombustjoni medji ġodda skont l-Artikolu 4, inkluż taħlita li fiha l-qawwa termika nominali totali tkun ugwali għal jew aktar minn 50 MW, sakemm it-taħlita ma tikkostitwixxix impjant tal-kombustjoni kopert mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2010/75/UE.
3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:
|
(a) |
impjanti tal-kombustjoni koperti mill-Kapitolu III jew il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2010/75/UE; |
|
(b) |
impjanti tal-kombustjoni koperti mid-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12); |
|
(c) |
impjanti tal-kombustjoni installati fl-irziezet b'qawwa termika nominali totali ta' anqas minn jew daqs 5 MW, li bħala karburant jużaw esklużivament demel tat-tjur mhux ipproċessat, kif imsemmi fl-Artikolu 9(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13); |
|
(d) |
impjanti tal-kombustjoni fejn il-prodotti gassużi tal-kombustjoni jintużaw għat-tisħin dirett, it-tnixxif jew kwalunkwe trattament ieħor ta' oġġetti jew materjali; |
|
(e) |
impjanti tal-kombustjoni fejn il-prodotti gassużi tal-kombustjoni jintużaw għat-tisħin dirett li jaħdem bil-gass u li jintuża biex isaħħan l-ispazji interni għall-iskop tat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol; |
|
(f) |
impjanti ta' wara l-kombustjoni maħsubin biex jippurifikaw il-gassijiet residwi li jirriżultaw mill-proċessi industrijali permezz tal-kombustjoni u li mhumiex imħaddma bħala impjanti tal-kombustjoni indipendenti; |
|
(g) |
kull apparat tekniku li jintuża fil-propulsjoni ta' vettura, vapur jew ajruplan; |
|
(h) |
turbini u magni tal-gass u magni diesel, meta jintużaw fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta; |
|
(i) |
faċilitajiet għar-riġenerazzjoni ta' katalizzaturi għall-ikkrekkjar katalitiku; |
|
(j) |
faċilitajiet għall-konverżjoni tas-sulfur tal-idroġenu f'kubrit; |
|
(k) |
reatturi li jintużaw fl-industrija tal-kimika; |
|
(l) |
fran tal-kokk; |
|
(m) |
cowpers; |
|
(n) |
krematorji; |
|
(o) |
impjanti tal-kombustjoni li jaħarqu karburanti tar-raffineriji waħidhom jew ma' karburanti oħrajn għall-produzzjoni ta' enerġija fir-raffineriji taż-żejt minerali u l-gass; |
|
(p) |
bojlers ta' rkupru f'installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-polpa. |
4. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal attivitajiet ta' riċerka, attivitajiet ta' żvilupp jew attivitajiet ta' ttestjar relatati ma' impjanti tal-kombustjoni medji. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“emissjoni” tfisser l-iskariku ta' sustanzi mill-impjant tal-kombustjoni fl-arja; |
|
(2) |
“il-valur limitu tal-emissjonijiet” tfisser il-kwantità permessa ta' sustanza fil-gassijiet residwi mill-impjant ta' kombustjoni li jistgħu jiġu skarikati fl-arja tul perjodu partikolari; |
|
(3) |
“ossidi tan-nitroġenu” (NOx) tfisser ossidu nitriku u diossidu tan-nitroġenu, espressi bħala diossidu tan-nitroġenu (NO2); |
|
(4) |
“trab” tfisser partikoli ta' kull forma, struttura jew densità, imxerrdin waqt il-fażi tal-gass fil-kundizzjonijiet tal-punt tat-teħid tal-kampjuni, li jistgħu jinġabru permezz ta' filtrazzjoni f'kundizzjonijiet speċifikati wara t-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi tal-gass li se jiġi analizzat, u li jibqgħu 'l fuq mill-filtru u fuq il-filtru wara t-tnixxif f'kundizzjonijiet speċifikati; |
|
(5) |
“impjant tal-kombustjoni” tfisser kull apparat tekniku fejn jiġu ossidizzati l-karburanti biex tintuża s-sħana li tiġi ġġenerata; |
|
(6) |
“impjant tal-kombustjoni eżistenti” tfisser impjant tal-kombustjoni li jkun beda jintuża qabel l-20 ta' Diċembru 2018 jew li jkun ingħata permess għalih qabel id-19 ta' Diċembru 2017 skont il-leġislazzjoni nazzjonali bil-kundizzjoni li l-impjant jibda jopera sa mhux aktar tard mill-20 ta' Diċembru 2018; |
|
(7) |
“impjant tal-kombustjoni ġdid” tfisser impjant tal-kombustjoni mhux eżistenti; |
|
(8) |
“magna” tfisser magna li taħdem bil-gass, bid-diesel jew b'żewġ karburanti; |
|
(9) |
“magna tal-gass” tfisser magna ta' kombustjoni interna li taħdem skont iċ-Ċiklu Otto u tuża tqabbid bix-xrar biex taħraq il-karburant; |
|
(10) |
“magna diesel” tfisser magna ta' kombustjoni interna li taħdem skont iċ-Ċiklu Diesel u tuża tqabbid bil-kompressjoni biex taħraq il-karburant; |
|
(11) |
“magna li tuża żewġ karburanti” tfisser magna b'kombustjoni interna li tuża tqabbid bil-kompressjoni u taħdem skont iċ-Ċiklu Diesel meta tkun qed taħraq karburanti likwidi u skont iċ-Ċiklu Otto meta tkun qed taħraq karburanti forma ta' gass; |
|
(12) |
“turbina tal-gass” tfisser kull magna li ddur u li tikkonverti l-enerġija termika fi tħaddim mekkaniku, u li prinċipalment tikkonsisti f'kompressur, apparat termiku fejn jiġi ossidat il-karburant biex isaħħan il-likwidu tat-tħaddim, u turbina; dan jinkludi t-turbini tal-gass b'ċiklu miftuh, it-turbini tal-gass b'ċiklu kkombinat u t-turbini tal-gass f'koġenerazzjoni, ilkoll bi ħruq supplimentari jew mingħajru; |
|
(13) |
“sistema iżolata żgħira” (SIS) tfisser sistema iżolata żgħira kif definita fil-punt 26 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14); |
|
(14) |
“sistema iżolata mikro” (MIS) tfisser sistema iżolata mikro kif definita fil-punt 27 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE; |
|
(15) |
“karburant” tfisser kull materjal kombustibbli solidu, likwidu jew gassuż; |
|
(16) |
“karburant tar-raffineriji” tfisser materjal kombustibbli solidu, likwidu jew gassuż mill-istadji ta' distillazzjoni u konverżjoni tar-raffinar ta' żejt mhux maħdum, inkluż gass tal-karburant tar-raffineriji, gass sintetiku, żjut tar-raffineriji u kokk petrolifiku; |
|
(17) |
“skart” tfisser skart kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15); |
|
(18) |
“bijomassa” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn:
|
|
(19) |
“żejt tal-gass” tfisser:
|
|
(20) |
“gass naturali” tfisser metan li jinħoloq b'mod naturali u li ma fihx aktar minn 20 % (skont il-volum) f'inerti u kostitwenti oħrajn; |
|
(21) |
“żejt kombustibbli tqil” tfisser:
|
|
(22) |
“sigħat ta' tħaddim” tfisser il-ħin, espress f'sigħat, li matulu l-impjant tal-kombustjoni jkun qed jopera u jitfa' l-emissjonijiet fl-arja, minbarra l-perjodi tat-tqabbid u tat-tifi; |
|
(23) |
“operatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tħaddem jew tikkontrolla l-impjant tal-kombustjoni, jew fejn huwa stipulat fil-leġislazzjoni nazzjonali, il-persuna li lilha jkun ġie ddelegat il-poter ekonomiku deċiżiv fuq it-tħaddim tekniku tal-impjant; |
|
(24) |
“żona” tfisser parti mit-territorju ta' Stat Membru, delimitat minn dak l-Istat Membru għall-fini tal-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-kwalità tal-arja, kif stipulat fid-Direttiva 2008/50/KE. |
Artikolu 4
Aggregazzjoni
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, it-taħlita ta' żewġ impjanti tal-kombustjoni medji ġodda jew aktar għandha titqies bħala impjant tal-kombustjoni medju wieħed, u l-qawwa termika nominali tagħhom għandu jingħadd flimkien sabiex jiġi kkalkulat l-qawwa termika nominali totali tal-impjant, fejn:
|
— |
il-gassijiet residwi ta' dawn l-impjanti tal-kombustjoni medji jiġu skarikati minn ċumnija komuni; jew |
|
— |
meta jitqiesu l-fatturi tekniċi u ekonomiċi, il-gassijiet residwi ta' dawn l-impjanti tal-kombustjoni medji jkunu jistgħu, fil-fehma tal-awtorità kompetenti, jiġu skarikati minn ċumnija komuni. |
Artikolu 5
Permessi u reġistrazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ebda impjant tal-kombustjoni medju ġdid ma jitħaddem mingħajr permess jew mingħajr ma jkun reġistrat.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li mill-1 ta' Jannar 2024 l-ebda impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'qawwa termika nominali ta' aktar minn 5 MW ma jitħaddem mingħajr permess jew mingħajr ma jkun reġistrat.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li mill-1 ta' Jannar 2029 l-ebda impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'qawwa termika nominali ta' anqas minn jew ugwali għal 5 MW ma jitħaddem mingħajr permess jew mingħajr ma jkun reġistrat.
3. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-proċedura għall-ħruġ tal-permess jew għar-reġistrazzjoni fir-rigward ta' impjanti tal-kombustjoni medji. Dawk il-proċeduri għandhom jinkludu mill-inqas l-obbligu fuq l-operatur li jinforma lill-awtorità kompetenti dwar it-tħaddim tal-impjant jew dwar il-ħsieb li jħaddem, impjant tal-kombustjoni medju u li jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Anness I.
4. L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra l-impjant tal-kombustjoni medju, jew tibda l-proċedura biex jinħariġlu permess, fi żmien xahar wara li l-operatur ikun ipprovda l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-operatur b'tali reġistrazzjoni jew bil-bidu tal-proċedura għall-ħruġ ta' permess.
5. L-awtorità kompetenti għandha iżommreġistru bl-informazzjoni dwar kull impjant tal-kombustjoni medju, inkluża l-informazzjoni elenkata fl-Anness I u l-informazzjoni li tinkiseb skont l-Artikolu 9. L-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti għandhom jiddaħħlu fir-reġistru mid-data tar-reġistrazzjoni jew mid-data ta' meta jinħareġ permess f'konformità ma' din id-Direttiva. L-awtorità kompetenti għandha tqiegħed r-reġistru għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, inkluż permezz tal-internet, f'konformità mad-Direttiva 2003/4/KE.
6. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' impjanti tal-kombustjoni medji li jkollhom permess jew li jkunu reġistrati, l-Istati Membri jistgħu jinkludu rekwiżiti għal ċerti kategoriji ta' impjanti tal-kombustjoni medji fir-regoli vinkolanti ġenerali. Fejn jiġu adottati reġoli vinkolanti ġenerali, il-permess jew ir-reġistrazzjoni jistgħu jinkludu sempliċement referenza għal dawn ir-regoli.
7. Għall-impjanti tal-kombustjoni medji li huma parti minn installazzjoni koperta mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE, ir-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala ssodisfati permezz tal-konformità ma' dik id-Direttiva.
8. Kwalunkwe permess maħruġ jew reġistrazzjoni li ssir skont leġislazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni oħra jistgħu jiġu amalgamati mal-permess jew mar-reġistrazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 1 biex jiffurmaw permess uniku jew reġistrazzjoni unika sakemm dak il-permess uniku jew dik ir-reġistrazzjoni unika jkun fihom l-informazzjoni rikjesta skont dan l-Artikolu.
Artikolu 6
Valuri limitu tal-emissjonijiet
1. Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE, fejn hu applikabbli, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness II mad-Direttiva għandhom japplikaw għall-impjanti tal-kombustjoni medji.
Il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II ma għandhomx japplikaw għall-impjanti medji tal-kombustjoni fil-Gżejjer Kanarji, fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, u fl-Azoresu f'Madeira. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu valuri limitu tal-emissjonijiet għal dawn l-impjanti sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom fl-arja u r-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.
2. Mill-1 ta' Jannar 2025 l-emissjonijiet fl-arja ta' SO2, NOx u trab minn impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'qawwa termika nominali ta' aktar minn 5 MW ma għandhomx jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fit-Tabelli 2 u 3 tal-Parti 1 tal-Anness II.
Mill-1 ta' Jannar 2030 l-emissjonijiet fl-arja ta' SO2, NOx u trab minn impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'qawwa termika nominali ta' anqas minn jew ugwali għal 5 MW ma għandux jaqbeż il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fit-Tabelli 1 u 3 tal-Parti 1 tal-Anness II.
3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji li ma jaħdmux aktar minn 500 siegħa ta' tħaddim fis-sena bħala medja mobbli fuq perjodu ta' ħames snin milli jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Parti 1 tal-Anness II.
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu sa 1 000 siegħa ta' tħaddim fil-każijiet li ġejjin ta' emerġenza jew ċirkustanzi straordinarji:
|
— |
għall-produzzjoni ta' enerġija ta' riżerva fi gżejjer konnessi, fil-każ ta' qtugħ fil-provvista prinċipali ta' enerġija lil gżira; |
|
— |
għall-impjanti tal-kombustjoni medji użati għall-produzzjoni tas-sħana f'każ ta' temp kiesaħ aktar min-normal. |
Fil-każijiet kollha elenkati f'dan il-paragrafu għall-impjanti li jaħarqu karburanti solidi għandu japplika valur limitu tal-emissjonijiet għat-trab ta' 200 mg/Nm3.
4. L-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti li huma parti minn SIS jew MIS għandhom jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Parti 1 tal-Anness II mill-1 ta' Jannar 2030.
5. Sal-1 ta' Jannar 2030, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti b'qawwa termika nominali ta' aktar minn 5 MW mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness II sakemm mill-inqas 50 % tal-produzzjoni termika utli tal-impjant, bħala medja mobbli tul perjodu ta' ħames snin, titwassal fil-forma ta' fwar jew misħun lil netwerk pubbliku għat-tisħin distrettwali. Fil-każ ta' tali eżenzjoni, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti ma għandhomx jaqbżu l-1 100 mg/Nm3 għall-SO2 u l-150 mg/Nm3 għat-trab.
Sal-1 ta' Jannar 2030, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-impjanti tal-kombustjoni medji li jaħarqu l-bijomassa solida bħala l-karburant prinċipali, u li jkunu jinsabu f'żoni fejn skont il-valutazzjonijiet magħmula fil-qafas tad-Direttiva 2008/50/KE, tkun żgurata l-konformità mal-valuri limitu ta' dik id-Direttiva, mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet ta' trab stipulati fl-Anness II ma' din id-Direttiva. Fil-każ ta' tali eżenzjoni, il-valuri limitu tal-emissjonijiet għat-trab stabbiliti mill-awtorità kompetenti ma għandhomx jaqbżu l-150 mg/Nm3.
Fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li ma jiġi kkawżat ebda tniġġis sinifikanti u li jintlaħaq livell għoli ta' ħarsien fir-rigward tal-ambjent kollu kemm hu.
6. Sal-1 ta' Jannar 2030, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti b'qawwa termika nominali ta' aktar minn 5 MW u li jintużaw biex iħaddmu stazzjonijiet tal-kompressuri tal-gass meħtieġa biex jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza ta' sistema tat-trażmissjoni tal-gass nazzjonali, mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet ta' NOx stipulati fit-Tabella 3 tal-Parti 1 tal-Anness II.
7. Mill-20 ta' Diċembru 2018, l-emissjonijiet fl-arja ta' SO2, NOx u ta' trab minn impjant tal-kombustjoni medju ġdid ma għandhomx jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II.
8. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji ġodda li ma jaħdmux aktar minn 500 siegħa ta' tħaddim fis-sena bħala medja mobbli fuq perjodu ta' tliet snin milli jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II. Fil-każ ta' tali eżenzjoni, għall-impjanti li jaħarqu karburanti solidi għandu japplika valur limitu tal-emissjonijiet għat-trab ta' 100 mg/Nm3.
9. F'żoni jew partijiet minn żoni li ma jikkonformawx mal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja tal-UE stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa li, għall-impjanti tal-kombustjoni medji individwali f'dawk iż-żoni jew f'partijiet minn żoni, japplikaw valuri limitu tal-emissjonijiet aktar stretti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, bħala parti mill-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja msemmija fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE, filwaqt li jqisu r-riżultati tal-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu, bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni ta' dawn il-valuri limitu tal-emissjonijiet tikkontribwixxi effettivament għal titjib evidenti fil-kwalità tal-arja.
10. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi dwar il-livelli ta' emissjonijiet li jistgħu jintlaħqu bl-aqwa teknoloġija disponibbli u emerġenti u l-ispejjeż relatati.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-iskambju ta' informazzjoni.
11. L-awtorità kompetenti tista' tagħti deroga għal perjodu massimu ta' sitt xhur mill-obbligu ta' konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 7 għall-SO2 fir-rigward ta' impjant tal-kombustjoni medju li normalment juża karburant li jkun fih livell baxx ta' kubrit, f'każijiet fejn l-operatur ma jkunx jista' jikkonforma ma' dawk il-valuri limitu tal-emissjonijiet minħabba interruzzjoni fil-forniment ta' karburant b'livell baxx ta' kubrit minħabba nuqqas serju ta' karburant.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull deroga mogħtija skont l-ewwel subparagrafu fi żmien xahar.
12. L-awtorità kompetenti tista' tagħti deroga mill-obbligu ta' konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 7 f'każijiet fejn impjant tal-kombustjoni medju li juża biss karburant gassuż, f'każ eċċezzjonali jkollu jdur għall-użu ta' karburanti oħra minħabba xi interruzzjoni ħesrem fil-forniment tal-gass, u għalhekk ikun jeħtieġ apparat sekondarju ta' purifikazzjoni. Il-perjodu li għalih tingħata deroga ma għandux jaqbeż 10 ijiem ħlief f'każ li l-operatur jipprova mal-awtorità kompetenti li perjodu itwal ikun ġustifikat.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull deroga mogħtija skont l-ewwel subparagrafu fi żmien xahar.
13. Meta impjant tal-kombustjoni juża żewġ karburanti jew aktar simultanjament, il-valur limitu tal-emissjonijiet għal kull sustanza niġġiesa għandu jiġi kkalkulat billi:
|
(a) |
jintuża l-valur limitu tal-emissjonijiet rilevanti għal kull karburant individwalment, kif stabbiliti fl-Anness II; |
|
(b) |
jiġu ddeterminati l-valuri limitu tal-emissjonijiet skont il-karburant, li jinkisbu bil-multiplikazzjoni tal-valuri limitu tal-emissjonijiet individwali msemmija fil-punt (a) bil-qawwa termika mogħti minn kull karburant, imbagħad jiġi diviż il-prodott tal-multiplikazzjoni bis-somma tal-inputs termiċi mogħtija mill-karburanti kollha; u |
|
(c) |
jiġu aggregati l-valuri limitu tal-emissjonijiet b'koeffiċjent korrettiv skont il-karburant. |
Artikolu 7
Obbligi tal-operatur
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur iwettaq il-monitoraġġ tal-emissjonijiet, skont, minn tal-inqas, il-Parti 1 tal-Anness III.
2. Għall-impjanti tal-kombustjoni medji li jużaw għadd ta' karburanti, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet għandu jsir waqt il-ħruq ta' karburant jew ta' taħlita ta' karburanti li x'aktarx ikun juri l-ogħla livell ta' emissjonijiet u f'ħin li jirrappreżenta l-kundizzjonijiet normali tat-tħaddim.
3. L-operatur għandu jżomm rekord tar-riżultati kollha tal-monitoraġġ u jipproċessahom b'tali mod li tkun tista' tiġi vverifikata l-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness III.
4. Għall-impjanti tal-kombustjoni medji li jużaw apparat ta' purifikazzjoni sekondarju biex jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet, l-operatur għandu jżomm rekord ta', jew informazzjoni li tipprova, it-tħaddim kontinwu effettiv ta' dan l-apparat.
5. L-operatur ta' impjant tal-kombustjoni medju għandu jżomm dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-permess jew il-prova tar-reġistrazzjoni min-naħa tal-awtorità kompetenti u, jekk rilevanti, il-verżjoni aġġornata tagħhom u informazzjoni relatata; |
|
(b) |
ir-riżultati tal-monitoraġġ u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u 4; |
|
(c) |
fejn japplika, rekord tas-sigħat ta' tħaddim kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) u fl-Artikolu 6(8); |
|
(d) |
rekord tat-tip u l-kwantitajiet ta' karburanti li jintużaw fl-impjant u ta' kwalunkwe funzjonament ħażin jew ħsara fl-apparat ta' purifikazzjoni sekondarju; |
|
(e) |
rekord tal-każijiet ta' nuqqas ta' konformità u l-miżuri meħuda, kif imsemmija fil-paragrafu 7. |
Id-data u l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu għandhom jinżammu mill-inqas għal perjodu ta' sitt snin.
6. L-operatur għandu, mingħajr dewmien żejjed, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, id-data u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5. L-awtorità kompetenti tista' tagħmel talba bħal din biex tkun tista' twettaq kontroll tal-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel tali talba, jekk membru tal-pubbliku jitlob aċċess għad-data jew l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 5.
7. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II, l-operatur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jerġa' jkun hemm konformità fl-iqsar żmien possibbli, mingħajr preġudizzju għall-miżuri previsti skont l-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar it-tip, il-frekwenza u l-format tal-informazzjoni li għandha tingħata mill-operaturi lill-awtorità kompetenti f'każ ta' nuqqas ta' konformità.
8. L-operatur għandu jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lill-awtorità kompetenti biex tkun tista' twettaq spezzjonijiet u żjarat fuq il-post, tieħu kampjuni u tiġbor kull informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha għall-finijiet ta' din id-Direttiva.
9. L-operatur għandu jżomm l-perjodi tat-tqabbid u tat-tifi tal-impjant tal-kombustjoni medju qosra kemm jista' jkun.
Artikolu 8
Kontroll tal-konformità
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valuri validi tal-emissjonijiet sorveljati f'konformità mal-Anness III ma jaqbżux, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effikaċi, ibbażata fuq spezzjonijiet ambjentali jew miżuri oħra, biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
3. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, minbarra l-miżuri meħuda mill-operatur skont l-Artikolu 7(7), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti titlob lill-operatur jieħu kull miżura meħtieġa biex jiġi żgurat li titreġġa' l-konformità mingħajr dewmien żejjed.
Fejn in-nuqqas ta' konformità jikkawża tnaqqis sinifikanti fil-kwalità tal-arja lokali, it-tħaddim tal-impjant tal-kombustjoni medju għandu jiġi sospiż sakemm titreġġa' l-konformità.
Artikolu 9
Bidliet fl-impjanti tal-kombustjoni medji
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operatur jinforma lill-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien żejjed, b'kull tibdil maħsub fl-impjant tal-kombustjoni medju li jkun jaffettwa l-valuri limitu tal-emissjonijiet applikabbli.
L-awtorità kompetenti għandha taġġorna, kif xieraq, il-permess jew ir-reġistrazzjoni, skont il-każ.
Artikolu 10
Awtoritajiet kompetenti
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-twettiq tal-obbligi li joriġinaw minn din id-Direttiva.
Artikolu 11
Rappurtar
1. Sal- 1 ta' Ottubru 2026 u sal-1 ta' Ottubru 2031, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni b'informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex tiġi vverifikata l-konformità tat-tħaddim tal-impjanti tal-kombustjoni medji ma' din id-Direttiva u dwar kwalunkwe azzjoni ta' infurzar għall-finijiet tagħha.
L-ewwel rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi stima tat-total annwali tal-emissjonijiet ta' SO2, NOx u trab mill-impjanti tal-kombustjoni medji, raggruppati skont it-tip ta' impjant, it-tip ta' karburant li jużaw u l-grad ta' kapaċità tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom ukoll jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni, sal-1 ta' Jannar 2021, bi stima tat-total annwali tal-emissjonijiet ta' CO u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar il-konċentrazzjoni ta' emissjonijiet ta' CO mill-impjanti tal-kombustjoni medji, raggruppati skont it-tip ta' karburant li jużaw u l-grad ta' kapaċità tagħhom.
3. Biex ikun jista' jsir ir-rappurtar imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għodda elettronika għar-rappurtar għad-disponibbiltà tal-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika l-forom tekniċi għar-rappurtar biex tissimplifika u tirrazzjonalizza l-obbligi ta' rappurtar għall-Istati Membri fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15.
4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' sinteżi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li tirċievi r-rapporti mingħand l-Istati Membri, b'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u billi tqis l-informazzjoni li tkun saret disponibbli skont l-Artikolu 6(11) u l-Artikolu 6(12).
5. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha stipulati fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni ser ikollha l-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
Artikolu 12
Rieżami
1. Sal-1 ta' Jannar 2020, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-progress fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika tal-impjanti tal-kombustjoni medji u tivvaluta l-benefiċċji li tistabbilixxi standards minimi dwar l-effiċjenza enerġetika skont l-aqwa mezzi tekniċi disponibbli.
2. Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' Jannar 2023, tivvaluta l-bżonn li jsir rieżami tad-dispożizzjonijiet dwar l-impjanti li huma parti minn SIS jew MIS, kif ukoll il-Parti 2 tal-Anness II, abbażi tat-teknoloġiji l-iżjed avvanzati.
Bħala parti minn dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk għal ċerti tipi ta' impjanti tal-kombustjoni medji, jew għat-tipi kollha, ikunx meħtieġ li jiġu regolati l-emissjonijiet ta' CO.
Minn dakinhar 'il quddiem, għandu jsir rieżami kull għaxar snin, u għandu jinkludi valutazzjoni dwar jekk ikunx xieraq li jiġu stabbiliti valuri limitu tal-emissjonijiet aktar stretti, b'mod partikolari għal impjanti tal-kombustjoni medji ġodda.
3. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar ir-riżultati tar-rieżami msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 flimkien ma' proposta leġislattiva, fejn xieraq.
Artikolu 13
Emendi tal-Annessi
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex il-punt 2 tal-Parti 2 tal-Anness III jiġi adattat għall-progress tekniku u xjentifiku.
Artikolu 14
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 13 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mit-18 ta' Diċembru 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 13 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 15
Proċedura ta' Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 16
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom iwettqu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mid-19 ta' Diċembru 2017, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 17
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sad-19 ta' Diċembru 2017. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir tali referenza għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 19
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Novembru 2015.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. SCHMIT
(1) ĠU C 451, 16.12.2014, p. 134.
(2) ĠU C 415, 20.11.2014, p. 23.
(3) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2015.
(4) Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).
(5) Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
(6) Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(7) Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1).
(8) Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).
(9) Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(10) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(11) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(12) Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1).
(13) Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament tal-prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.)
(14) Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).
(15) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
ANNESS I
L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA MILL-OPERATUR LILL-AWTORITÀ KOMPETENTI
|
1. |
Il-qawwa termika nominali (MW) tal-impjant tal-kombustjoni medju; |
|
2. |
It-tip ta' impjant tal-kombustjoni medju (magna diesel, turbina tal-gass, magna li tuża żewġ karburanti, magna oħra jew impjant tal-kombustjoni medju ieħor); |
|
3. |
It-tip u l-proporzjonijiet ta' karburanti użati skont il-kategoriji tal-karburanti stabbiliti fl-Anness II; |
|
4. |
Id-data ta' meta beda jitħaddem l-impjant tal-kombustjoni medju jew, jekk id-data ta' meta beda jitħaddem l-impjant mhijiex magħrufa, prova tal-fatt li dan beda jitħaddem qabel l-20 ta' Diċembru 2018; |
|
5. |
Is-settur tal-attività tal-impjant tal-kombustjoni medju, jew il-faċilità fejn jintuża (il-kodiċi NACE); |
|
6. |
L-għadd annwali ta' sigħat ta' tħaddim tal-impjant tal-kombustjoni medju mistennija, u l-kapaċità medja li tintuża; |
|
7. |
Fejn tintuża l-possibilità ta' eżenzjoni taħt l-Artikolu 6(3) jew l-Artikolu 6(8), dikjarazzjoni ffirmata mill-operatur li l-impjant tal-kombustjoni medju mhux ser jitħaddem għal aktar min-numru ta' sigħat imsemmi f'dawk il-paragrafi; |
|
8. |
L-isem u l-uffiċċju rreġistrat tal-operatur u, fil-każ ta' impjanti tal-kombustjoni medji stazzjonarji, l-indirizz ta' fejn jinsab l-impjant. |
ANNESS II
VALURI LIMITU TAL-EMISSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6
Il-valuri limitu tal-emissjonijiet kollha stipulati f'dan l-Anness huma ddefiniti f'temperatura ta' 273,15 K, pressjoni ta' 101,3 kPa u wara l-korrezzjoni għall-kontenut ta' fwar tal-ilma fil-gassijiet residwi u b'kontenut ta' O2 standardizzat ta' 6 % għall-impjanti tal-kombustjoni medji li jużaw karburanti solidi, 3 % għall-impjanti tal-kombustjoni medji li mhumiex magni u turbini tal-gass li jużaw karburanti likwidi u gassużi, u 15 % għall-magni u għat-turbini tal-gass.
PARTI 1
Valuri limitu tal-emissjonijiet għall-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti
Tabella 1
Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti, li mhumiex magni uturbini tal-gass, b'qawwa termika nominali li hija ugwali għal jew aktar minn 1 MW u inqas minn jew ugwali għal 5 MW
|
Sustanza niġġiesa |
Bijomassa solida |
Karburanti solidi oħrajn |
Żejt tal-gass |
Karburanti likwidi li mhumiex żejt tal-gass |
Gass naturali |
Karburanti gassużi li mhumiex gass naturali |
|
SO2 |
1 100 |
— |
350 |
— |
200 (3) |
|
|
NOx |
650 |
650 |
200 |
650 |
250 |
250 |
|
Trab |
50 |
50 |
— |
50 |
— |
— |
Tabella 2
Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti, li mhumiex magni uturbini tal-gass, b'qawwa termika nominali ta' aktar minn 5 MW
|
Sustanza niġġiesa |
Bijomassa solida |
Karburanti solidi oħrajn |
Żejt tal-gass |
Karburanti likwidi li mhumiex żejt tal-gass |
Gass naturali |
Karburanti gassużi li mhumiex gass naturali |
|
SO2 |
400 (6) |
— |
350 (7) |
— |
||
|
NOX |
650 |
650 |
200 |
650 |
200 |
250 |
|
Trab |
30 (10) |
30 (10) |
— |
30 |
— |
— |
Tabella 3
Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-magni u t-turbini tal-gass eżistenti
|
Sustanza niġġiesa |
Tip ta' impjant tal-kombustjoni medju |
Żejt tal-gass |
Karburanti likwidi li mhumiex żejt tal-gass |
Gass naturali |
Karburanti gassużi li mhumiex gass naturali |
|
SO2 |
Magni u turbini tal-gass |
— |
120 |
— |
|
|
NOX |
Magni |
190 (16) |
190 (16) |
||
|
Turbini tal-gass (17) |
200 |
200 |
150 |
200 |
|
|
Trab |
Magni u turbini tal-gass |
— |
10 (18) |
— |
— |
PARTI 2
Valuri limitu tal-emissjonijiet għall-impjanti tal-kombustjoni medji ġodda
Tabella 1
Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-impjanti tal-kombustjoni medji ġodda li mhumiex magni u turbini tal-gass
|
Sustanza niġġiesa |
Bijomassa solida |
Karburanti solidi oħrajn |
Żejt tal-gass |
Karburanti likwidi li mhumiex żejt tal-gass |
Gass naturali |
Karburanti gassużi li mhumiex gass naturali |
|
SO2 |
200 (19) |
400 |
— |
350 (20) |
— |
|
|
NOx |
300 (23) |
300 (23) |
200 |
300 (24) |
100 |
200 |
|
Trab |
20 (25) |
20 (25) |
— |
20 (26) |
— |
— |
Tabella 2
Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għal magni u turbini tal-gass ġodda
|
Sustanza niġġiesa |
Tip ta' impjant tal-kombustjoni medju |
Żejt tal-gass |
Karburanti likwidi li mhumiex żejt tal-gass |
Gass naturali |
Karburanti gassużi li mhumiex gass naturali |
|
SO2 |
Magni u turbini tal-gass |
— |
120 (27) |
— |
15 (28) |
|
NOX |
190 (31) |
95 (33) |
190 |
||
|
Turbini tal-gass (34) |
75 |
75 (35) |
50 |
75 |
|
|
Trab |
Magni u turbini tal-gass |
— |
— |
— |
(1) Il-valur ma japplikax fil-każ ta' impjanti li jaħarqu esklużivament bijomassa solida tal-injam.
(2) 300 mg/Nm3 fil-każ ta' impjanti li jaħarqu t-tiben.
(3) 400 mg/Nm3 fil-każ ta' gassijiet b'valur kalorifiku baxx minn fran tal-kokk fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar.
(4) Il-valur ma japplikax fil-każ ta' impjanti li jaħarqu esklużivament bijomassa solida tal-injam.
(5) 300 mg/Nm3 fil-każ ta' impjanti li jaħarqu t-tiben.
(6) 1 100 mg/Nm3 fil-każ ta' impjanti b'qawwa termikaqawwa termika nominali li hija aktar minn 5 MW u inqas minn jew ugwali għal 20 MW.
(7) Sal-1 ta' Jannar 2030, 850 mg/Nm3 fil-każ ta' impjanti b'qawwa termika nominali li hija aktar minn 5 MW u inqas minn jew ugwali għal 20 MW li jaħarqu żejt kombustibbli tqil.
(8) 400 mg/Nm3 fil-każ ta' gassijiet b'valur kalorifiku baxx minn fran tal-kokk, u 200 mg/Nm3 fil-każ ta' gassijiet b'valur kalorifiku baxx minn fran tal-blast, fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar.
(9) 170 mg/Nm3 fil-każ ta' bijogass.
(10) 50 mg/Nm3 fil-każ ta' impjanti b'qawwa termika nominali li hija aktar minn 5 MW u inqas minn jew ugwali għal 20 MW.
(11) 60 mg/Nm3 fil-każ ta' bijogass.
(12) 130 mg/Nm3 fil-każ ta' gassijiet b'valur kalorifiku baxx minn fran tal-kokk u 65 mg/Nm3 fil-każ ta' gassijiet b'valur kalorifiku baxx minn fran tal-blast fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar.
(13) 1 850 mg/Nm3 fil-każijiet li ġejjin:
|
(i) |
għall-magni diesel li bdew jinbnew qabel it-18 ta' Mejju 2006; |
|
(ii) |
għall-magni li jużaw żewġ tipi ta' karburanti, issettjati għal karburant likwidu. |
(14) 250 mg/Nm3 fil-każ ta' magni b'qawwa termika nominali li hija ugwali għal jew aktar minn 1 MW u inqas minn jew ugwali għal 5 MW.
(15) 250 mg/Nm3 fil-każ ta' magni b'qawwa termika nominali li hija ugwali għal jew aktar minn 1 MW u inqas minn jew ugwali għal 5 MW; 225 mg/Nm3 fil-każ ta' magni b'qawwa termika nominali li hija aktar minn 5 MW u inqas minn jew ugwali għal 20 MW.
(16) 380 mg/Nm3 għall-magni li jużaw żewġ tipi ta' karburanti, issettjati għal karburant forma ta' gass.
(17) Il-valuri limitu tal-emissjonijiet huma applikabbli biss għal kapaċità ogħla minn 70 %.
(18) 20 mg/Nm3 fil-każ ta' impjanti b'qawwa termika nominali li hija ugwali għal jew aktar minn 1 MW u inqas minn jew ugwali għal 20 MW.
(19) Il-valur ma japplikax fil-każ ta' impjanti li jaħarqu esklużivament bijomassa solida tal-injam.
(20) Sal-1 ta' Jannar 2025, 1 700 mg/Nm3 fil-każ ta' impjanti li jiffurmaw parti minn SIS jew MIS.
(21) 400 mg/Nm3 fil-każ ta' gassijiet b'valur kalorifiku baxx minn fran tal-kokk, u 200 mg/Nm3 fil-każ ta' gassijiet b'valur kalorifiku baxx minn fran tal-blast, fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar.
(22) 100 mg/Nm3 fil-każ ta' bijogass.
(23) 500 mg/Nm3 fil-każ ta' impjanti b'qawwa termika nominali totali li hija ugwali għal jew aktar minn 1 MW u inqas minn jew ugwali għal 5 MW.
(24) Sal-1 ta' Jannar 2025, 450 mg/Nm3 meta jaħarqu żejt tqil li fih bejn 0,2 % and 0,3 % N u 360 mg/Nm3 meta jaħarqu żejt tqil li fih inqas minn 0,2 % N fil-każ ta' impjanti li jiffurmaw parti minn SIS jew MIS.
(25) 50 mg/Nm3 fil-każ ta' impjanti b'qawwa termika nominali totali li hija ugwali għal jew aktar minn 1 MW u inqas minn jew ugwali għal 5 MW; 30 mg/Nm3 fil-każ ta' impjanti b'qawwa termika nominali totali li hija aktar minn 5 MW u inqas minn jew ugwali għal 20 MW.
(26) 50 mg/Nm3 fil-każ ta' impjanti b'qawwa termika nominali totali li hija ugwali għal jew aktar minn 1 MW u inqas minn jew ugwali għal 5 MW.
(27) Sal-1 ta' Jannar 2025, 590 mg/Nm3 għall-magni diesel li jiffurmaw parti minn SIS jew MIS.
(28) 40 mg/Nm3 fil-każ ta' bijogass.
(29) Magni li jaħdmu bejn 500 u 1 500 siegħa fis-sena jistgħu jiġu eżentati mill-konformità ma' dawk il-valuri limitu tal-emissjonijiet jekk japplikaw miżuri primarji biex jillimitaw l-emissjonijiet ta' NOx u jilħqu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fin-nota ta' qiegħ il-paġna (4).
(30) Sal-1 ta' Jannar 2025 f'SIS u MIS, 1 850 mg/Nm3 għall-magni li jużaw żewġ karburanti issettjati għal karburant likwidu u 380 mg/Nm3 għal dawk issettjati għal karburant forma ta' gass; 1 300 mg/Nm3 għall-magni diesel bi ≤ 1 200 rpm b'qawwa termika nominali totali li hija inqas minn jew ugwali għal 20 MW u 1 850 mg/Nm3 għall-magni diesel b'qawwa termika nominali totali ta' aktar minn 20 MW; 750 mg/Nm3 għall-magni diesel bi > 1 200 rpm.
(31) 225 mg/Nm3 għall-magni li jużaw żewġ tipi ta' karburanti, issettjati għal karburant likwidu.
(32) 225 mg/Nm3 għall-magni diesel b'qawwa termika nominali totali li hija inqas minn jew ugwali għal 20 MW jew inqas bi ≤ 1 200 rpm.
(33) 190 mg/Nm3 għall-magni li jużaw żewġ tipi ta' karburanti, issettjati għal karburant forma ta' gass.
(34) Dawn il-valuri limitu tal-emissjonijiet huma applikabbli biss għal kapaċità ogħla minn 70 %.
(35) Sal-1 ta' Jannar 2025, 550 mg/Nm3 għall-impjanti li jiffurmaw parti minn SIS jew MIS.
(36) Sal-1 ta' Jannar 2025, 75 mg/Nm3 għall-magni diesel li jiffurmaw parti minn SIS jew MIS.
(37) 20 mg/Nm3 fil-każ ta' impjanti b'qawwa termika nominali totali li hija ugwali għal jew aktar minn 1 MW u inqas minn jew ugwali għal 5 MW.
ANNESS III
MONITORAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET U VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
PARTI 1
Monitoraġġ tal-emissjonijiet mill-operatur
|
1. |
Se jkun meħtieġ kejl perjodiku mill-inqas:
|
|
2. |
Bħala alternattiva għal frekwenzi msemmija fil-punt 1, fil-każ ta' impjanti tal-kombustjoni medji li huma soġġetti tal-Artikolu 6(3) jew l-Artikolu 6(8), jista' jkun meħtieġ kejl perjodiku mill-inqas kull darba li jkun għaddew in-numru ta' sigħat ta' tħaddim li ġejjin:
Fi kwalunkwe każ, il-frekwenza ta' kejl perjodiku ma għandhiex tkun inqas minn darba kull ħames snin. |
|
3. |
Il-kejl għandu jkun meħtieġ biss għal:
|
|
4. |
L-ewwel kejl għandu jitwettaq fi żmien erba' xhur li l-impjant jinħariġlu l-permess biex, jew jiġi rreġistrat, l-impjant, jew d-data tal-bidu tat-tħaddim, skont liema tkun l-aktar tard. |
|
5. |
Bħala alternattiva għall-kejl imsemmi fil-punti 1, 2 u 3(a), f'dak li jirrigwarda l-SO2, jistgħu jintużaw proċeduri oħra li jkunu ġew ivverifikati u approvati mill-awtorità kompetenti biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tal-SO2. |
|
6. |
Bħala alternattiva għall-kejl perjodiku msemmi fil-punt 1, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kejl kontinwu.
Fil-każ ta' kejl kontinwu, is-sistemi ta' kejl awtomatizzati għandhom ikunu soġġetti għal verifika permezz ta' kejl parallel mal-metodi ta' referenza mill-inqas darba fis-sena u l-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bir-riżultati ta' dawk il-verifiki. |
|
7. |
It-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ta' sustanzi niġġiesa u l-kejl tal-parametri tal-proċessi, kif ukoll kull alternattiva li tintuża kif imsemmi fil-punti 5 u 6, għandhom ikunu bbażati fuq metodi li jippermettu riżultati affidabbli, rappreżentattivi u komparabbli. Il-metodi li jikkonformaw ma' standards EN armonizzati għandhom jitqiesu li jissodisfaw dan ir-rekwiżit. Waqt kull kejl, l-impjant għandu jkun qed jopera f'kundizzjonijiet stabbli ta' kapaċità kostanti rappreżentattiva. F'dan il-kuntest għandhom jiġu esklużi l-perjodi tat-tqabbid u tat-tifi. |
PARTI 2
Valutazzjoni tal-konformità
|
1. |
Fil-każ ta' kejl perjodiku, il-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom jitqiesu bħala konformi jekk ir-riżultati ta' kull waħda mis-serje ta' kejl jew ta' proċeduri oħra definiti u determinati skont ir-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ma jaqbżux il-valur limitu tal-emissjonijiet rilevanti. |
|
2. |
Fil-każ ta' kejl kontinwu, il-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 6 għandha tiġi evalwata kif stabbilit fil-punt 1 tal-Parti 4 tal-Anness V għad-Direttiva 2010/75/UE.
Il-valuri medji kkonvalidati huma ddeterminati kif stabbilit fil-punti 9 u 10 tal-Parti 3 tal-Anness V għad-Direttiva 2010/75/UE. |
|
3. |
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valuri medji tal-emissjonijiet, il-valuri mkejla matul il-perjodi msemmija fl-Artikolu 6(11) u l-Artikolu 6(12) kif ukoll matul il-perjodi tat-tqabbid u tat-tifi ma għandhomx jiġu kkunsidrati. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
28.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2194
tat-23 ta' Novembru 2015
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 91, 100(2), 207 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/956/UE (1), il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”) ġie ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
|
(2) |
Il-konklużjoni tal-Protokoll hija soġġetta għal proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
|
(3) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha (2).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna (jew persuni) li jkollhom is-setgħa, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, li jiddepożitaw l-istrument ta' approvazzjoni previst fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
C. MEISCH
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/956/UE tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 373, 31.12.2014, p. 1).
(2) It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 373, 31.12.2014, p. 3, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.
REGOLAMENTI
|
28.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/22 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2195
tad-9 ta' Lulju 2015
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa għal rimborż tan-nefqa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (1), b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa għar-rimborż lill-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-metodi mressqa mill-Istati Membri u vvalutati mill-Kummissjoni, inklużi l-metodi stipulati fl-Artikolu 67(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-Artikoli 14(2) u 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013. |
|
(2) |
Filwaqt li ġew ikkunsidrati t-tipi differenti ta' operazzjonijiet li l-Fond Soċjali Ewropew jista' jappoġġa, id-definizzjoni u l-ammonti tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa għandhom mnejn ikollhom ikunu differenti skont it-tip ta' operazzjoni sabiex jirriflettu l-ispeċifiċitajiet tagħhom. |
|
(3) |
Hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri u, f'ċerti każi, bejn ir-reġjuni fi Stat Membru, rigward il-livell ta' spejjeż għal tip ta' operazzjoni. F'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba tal-Fond Soċjali Ewropew, id-definizzjoni u l-ammonti tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa stabbiliti mill-Kummissjoni,għandhom jirriflettu wkoll l-ispeċifiċitajiet ta' kull Stat Membru u reġjun. |
|
(4) |
Sabiex l-ammonti tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità jkumu jirriflettu l-livell tal-ispejjeż effettivament imġarrba, qed jitfassal metodu biex jaġġustahom. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tema u l-kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa li jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni biex tiġi rimborżata n-nefqa lill-Istati Membri.
Artikolu 2
Tipi ta' operazzjonijiet
It-tipi ta' operazzjonijiet koperti mir-rimborż abbażi tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 huma stipulati fl-Annessi.
Artikolu 3
Definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa u l-ammonti tagħhom
Id-definizzjoni u l-ammonti tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u tas-somom f'daqqa skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 għal kull tip ta' operazzjonijiet huma stipulati fl-Annessi.
Artikolu 4
Aġġustament tal-ammonti
1. L-ammonti stipulati fl-Annessi għandhom jiġu aġġustati skont il-metodi stabbiliti fl-Annessi.
2. L-ammonti aġġustati skont il-paragrafu 1 jiġu applikati meta tiġi rimborżata n-nefqa relatata ma' dawk il-partijiet ta' operazzjonijiet li jsiru fid-data tal-aġġustament u warajha.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.)
ANNESS I
Il-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa abbażi tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità lill-Iżvezja
1. Definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità
|
Tip ta' operazzjonijiet (1) |
Isem l-indikatur |
Il-kategorija tal-ispejjeż |
L-unità ta' kejl għall-indikatur |
Ammonti |
|||||
|
Sigħat maħduma |
Il-paga tal-membri tal-istaff li jaħdmu fl-operazzjoni |
L-għadd ta' sigħat maħduma (2) |
Il-grupp tal-pagi (SSYK code (3)) |
Reġjun: Stokkolma (SE 11) (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa — ammont f'SEK (4)) |
Ir-reġjuni kollha barra Stokkolma (SE 12-33) (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa — ammont f'SEK) |
|||
|
1 (912 – 913 -919 -921) |
229 |
234 |
|||||||
|
2 (414 – 415 – 421 – 422 -512 – 513 – 514 – 515 – 522 – 611 -612 -613 – 614 -826) |
257 |
254 |
|||||||
|
3 (331 – 348 – 411 – 412 – 413 – 419 – 711 – 712 – 713 – 714 – 721 – 722 – 723 – 724 – 731 – 732 – 734 – 741 – 742 – 743 – 811 – 812 – 813 – 814 – 815 – 816 – 817 – 821 – 822 – 823 -824 – 825 – 827 -828 -829 -831 – 832 – 833 – 834 – 914 – 915 – 931 – 932 – 933) |
297 |
282 |
|||||||
|
4 (223 – 232 – 233 – 234 – 235 – 243 – 249 – 313 – 322 – 323 – 324 – 332 – 342 – 343 – 344 – 345 – 346 – 347 – 511 – 011) |
338 |
313 |
|||||||
|
5 (213 – 221 – 231 – 241 – 244 – 245 – 246 – 247 – 248 – 311 – 312 – 315 – 321 – 341) |
419 |
366 |
|||||||
|
6 (211 – 212 – 214 – 222 – 242 – 314) |
554 |
517 |
|||||||
|
7 A (121) |
739 |
739 |
|||||||
|
7 B (111-123) |
801 |
625 |
|||||||
|
7 C (131-122) |
525 |
429 |
|||||||
|
Is-sigħat ta' parteċipazzjoni fl-operazzjoni |
Il-paga tal-parteċipant |
L-għadd ta' sigħat ta' parteċipazzjoni (2) |
Reġjun: Stokkolma (SE 11) (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa — ammont f'SEK) |
Ir-reġjuni kollha barra Stokkolma (SE 12-33) (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa — ammont f'SEK) |
||||
|
229 |
234 |
||||||||
|
Sigħat maħduma |
Il-paga tal-membri tal-istaff li jaħdmu fl-operazzjoni |
L-għadd ta' sigħat maħduma (2) |
Il-kategorija ta' xogħol |
Ir-reġjun: Stokkolma (SE 11) (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa — ammont f'SEK) |
Ir-reġjuni kollha barra Stokkolma (SE 12-33) (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa — ammont f'SEK) |
|||
|
Il-kap tal-proġett għall-operazzjonijiet fejn in-nefqa totali eliġibbli kif iddikjarata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ hija 'l fuq minn SEK 20 miljun |
535 |
435 |
|||||||
|
Il-kap tal-proġett għall-operazzjonijiet fejn in-nefqa totalI eliġibbli kif iddikjarata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ hija 'l fuq minn SEK 20 miljun/l-assistent kap tal-proġett għall-operazzjonijiet fejn in-nefqa totalI eliġibbli kif iddikjarata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ hija 'l fuq minn SEK 20 miljun) |
478 |
405 |
|||||||
|
Ħaddiem tal-proġett |
331 |
300 |
|||||||
|
Ekonomista tal-proġett |
427 |
363 |
|||||||
|
Amministratur |
297 |
270 |
|||||||
|
Is-sigħat ta' parteċiapzzjoni fl-operazzjoni |
Il-kumpens tal-parteċipant |
L-għadd ta' sigħat ta' parteċipazzjoni (2) |
L-assistenza finanzjarja (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa) |
|||||
|
Età |
(SEK) |
||||||||
|
18-24 sena |
32 |
||||||||
|
25-29 sena |
40 |
||||||||
|
30-64 sena |
46 |
||||||||
|
|
|||||||||
|
Għotja għall-attività u l-kumpens għall-iżvilupp (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa) |
|||||||||
|
Età |
(SEK) |
||||||||
|
15-19 sena |
17 |
||||||||
|
20-24 sena |
33 |
||||||||
|
25-29 sena |
51 |
||||||||
|
30-44 sena |
55 |
||||||||
|
45-69 sena |
68 |
||||||||
|
|
|||||||||
|
Il-benefiċċju tas-sigurtà soċjali u tal-mard (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa) |
|||||||||
|
Età |
(SEK) |
||||||||
|
19-29 sena (il-benefiċċju tas-sigurtà soċjali) |
51 |
||||||||
|
30-64 sena (il-benefiċċju tas-sigurtà soċjali) |
58 |
||||||||
|
|
|||||||||
|
Il-benefiċċju tal-mard, il-benefiċċju tar-riabilitazzjoni, u l-benefiċċju għall-korriment professjonali u fuq ix-xogħol (l-ispiża għal kull unità fis-siegħa) |
|||||||||
|
Età |
(SEK) |
||||||||
|
– 19 sena |
48 |
||||||||
|
20-64 sena |
68 |
||||||||
2. Aġġustamenti tal-ammonti
L-ispejjeż għal kull unità fit-tabella għandhom japplikaw għas-sigħat maħduma jew għas-sigħat ta' parteċipazzjoni fl-2015. Minbarra l-ispejjeż għal kull unità relatati mal-kumpens tal-parteċipant, imsemmija fil-punt 4 tat-tabella, li mhux se jiġu aġġustati, dawn il-valuri għandhom jiżdiedu awtomatikament b'2 % fl-1 ta' Jannar ta' kull sena mill-2016 sal-2023.
(1) L-ammonti tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità għandhom japplikaw biss għall-partijiet tal-operazzjonijiet li jkopru l-kategoriji tal-ispejjeż stabbiliti f'dan l-Anness
(2) L-għadd totali ta' sigħat dikjarati f'sena ma jistax ikun ogħla mill-għadd standard ta' sigħat maħduma fis-sena fl-Iżvezja, li huwa 1 862 siegħa.
(3) Kodiċi professjonali applikabbli fl-Iżvezja.
(4) Il-munita fl-Iżvezja.
ANNESS II
Il-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa abbażi tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità lil Franza
1. Definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità
|
Tip ta' operazzjonijiet |
Isem l-indikatur |
Il-kategorija tal-ispejjeż |
L-unità ta' kejl għall-indikatur |
L-ammonti f'EUR |
||||||||||||||||
|
“Garantie Jeunes” appoġġat taħt l-assi prijoritarju 1 “Accompagner les jeunes NEET vers et dans l'emploi” tal-Programm Operazzjonali “PROGRAMME OPÉRATIONNEL NATIONAL POUR LA MISE EN ŒUVRE DE L'INITIATIVE POUR L'EMPLOI DES JEUNES EN METROPOLE ET OUTRE-MER” (CCI-2014FR05M9OP001) |
Iż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) (1) b'riżultat pożittiv taħt “Garantie jeunes” sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-bidu tat-taħriġ |
|
L-għadd ta' żgħażagħ NEET li jkollhom wieħed mir-riżultati li ġejjin sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-bidu tat-taħriġ:
|
3 600 |
2. Aġġustamenti tal-ammonti
L-iskala standard ta' spejjeż għal kull unità fit-tabella hija bbażata parzjalment fuq skala standard ta' spejjeż għal kull unità ffinanzjata għalkollox minn Franza. Mill-EUR 3 600, EUR 1 600 jikkorrispondu għall-iskala standard ta' spejjeż għal kull unità stabbilita skont l-“instruction ministérielle du 11 octobre 2013 relative à l'expérimentation Garantie Jeunes prise pour l'application du décret 2013-80 du 1er octobre 2013 ainsi que par l'instruction ministérielle du 20 mars 2014 ” biex ikopru l-ispejjeż imġarrba mis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg għaż-Żgħażagħ “Missions Locales” biex iħarrġu kull żagħżugħ NEET li jibda l-“Garantie Jeunes”.
L-iskala standard ta' spejjeż għal kull unità definita fit-taqsima 1 għandha tiġi aġġornata mill-Istat Membru f'konformità mal-aġġustamenti taħt ir-regoli nazzjonali taħt l-iskala standard ta' spejjeż għal kull unità ta' EUR 1 600 msemmija fil-paragrafu 1 iktar' il fuq li tkopri l-ispejjeż li jġarrbu s-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg għaż-Żgħażagħ.
(1) Żagħżugħ mingħajr impjieg, edukazzjoni jew taħriġ li jipparteċipa f'operazzjoni appoġġata mill-“PROGRAMME OPÉRATIONNEL NATIONAL POUR LA MISE EN ŒUVRE DE L'INITIATIVE POUR L'EMPLOI DES JEUNES EN METROPOLE ET OUTRE-MER”
|
28.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/29 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2196
tal-24 ta' Novembru 2015
li japprova emendi mhux minuri għall-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Torta del Casar (DOP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta' emendi għall-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Torta del Casar”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1491/2003 (2). |
|
(2) |
Minħabba li l-emendi inkwistjoni mhumiex ta' natura minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għalemenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-Artikolu 50(2)(a) ta' dak ir-Regolament (3). |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emendi għall-Ispeċifikazzjoni għandhom jiġu approvati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi għall-Ispeċifikazzjoni ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni “Torta del Casar” (DOP) huma approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1491/2003 tal-25 ta' Awwissu 2003 li żżid mal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (Ficodindia dell'Etna, Monte Etna, Colline di Romagna, Pretuziano delle Colline Teramane, Torta del Casar, Manzana de Girona jew Poma de Girona) (ĠU L 214, 26.8.2003, p. 6).
|
28.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/30 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2197
tas-27 ta' Novembru 2015
li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' muniti kkorrelatati mill-qrib skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 354(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-approċċ standardizzat għar-riskju tas-suq, l-istituzzjonijiet jistgħu jkollhom rekwiżiti aktar baxxi ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju kontra l-pożizzjonijiet bilanċjati f'żewġ muniti fejn dawn huma kkunsidrati bħala “korrelatati mill-qrib” skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 354(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(2) |
Meta jiġu elenkati muniti korrelatati mill-qrib, għandha tiġi applikata l-prattika standard tas-suq li jitnaqqas it-telf massimu fuq medda ta' għaxart ijiem għal jum wieħed ta' telf massimu, billi jiġi diviż iċ-ċaqliq massimu tal-munita ta' 4 % bl-għerq kwadrat ta' 10. Għalhekk, il-limitu ta' bidla massima ta' kuljum fil-valur bejn par ta' muniti għandu jkun stabbilit għal 1,265 %. |
|
(3) |
Il-bidliet perċentwali ta' kuljum tal-movimenti tal-muniti għandhom jiġu ddeterminati bħala d-differenza bejn il-logaritmi napierjani tal-valur tal-pari ta' muniti kif osservati fuq jumejn konsekuttivi. |
|
(4) |
Il-valur assolut tal-perċentwal li jirriżulta għandu jiġi mqabbel mal-limitu tal-bidla massima ta' kuljum ta' 1,265 % fil-valur bejn par ta' muniti. Kull valur li jeċċedi dan il-limitu għandu jitqies bħala ksur tat-telf massimu ta' 4 % fuq medda ta' għaxart ijiem. |
|
(5) |
Jeħtieġ li jiġi definit numru massimu ta' telfiet aċċettabbli, sabiex il-pari ta' muniti li jaqbżu dan il-limitu ma jikkwalifikawx bħala korrelatati skont l-Artikolu 354 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Barra minn hekk, fil-kalkolu tan-numru massimu ta' telfiet aċċettabbli għandhom jiġu kkunsidrati kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra fil-munita barranija. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, in-numru massimu ta' ksur permess għandu jiġi aġġustat 'l isfel u għaldaqstant, in-numru massimu ta' ksur għandu jiġi stabbilit għal seba' ksur tat-telf massimu matul it-tliet snin preċedenti u għal 65 ksur tat-telf massimu matul il-ħames snin preċedenti. |
|
(6) |
L-Artikolu 354(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprevedi biss rekwiżiti ta' fondi proprji aktar baxxi kontra pożizzjoniijet f'“muniti rilevanti korrelatati mill-qrib”. Bħala konsegwenza, huma biss dawk il-pari tar-rati tal-kambju ffurmati billi tiġi kkumbinata kull waħda mill-muniti differenti tal-Istati Membri ma' lista ta' muniti minn pajjiżi terzi rilevanti għal istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni li għandhom jiġu vvalutati skont il-kriterji għall-identifikazzjoni ta' muniti kkorrelatati mill-qrib. |
|
(7) |
Ċerti pari oħra tar-rati tal-kambju li jinkludu biss muniti minn pajjiżi terzi għandhom jiġu inklużi wkoll fil-valutazzjoni, minħabba r-rilevanza tagħhom għall-portafolli tal-istituzzjonijiet fl-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba r-rekwiżiti tal-Artikolu 354(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-perjodi ta' osservazzjoni rilevanti, biss il-muniti li għalihom hemm disponibbli serje ta' dejta ta' kuljum fuq medda ta' ħames snin minn sors affidabbli għandhom jitqiesu meta jkunu se jiġu kkunsidrati l-muniti li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni. |
|
(8) |
Madankollu, l-Artikolu 354(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxi trattament speċifiku għall-pari ta' muniti ffurmati minn muniti minn Stati Membri li jipparteċipaw fit-tieni stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja (“ERM II”) kontra l-euro u bejniethom. Għalhekk, il-pari li jinvolvu dawk il-muniti ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala “rilevanti”. Madankollu, il-pari ffurmati minn muniti fl-ERM II fuq naħa u munita għajr l-euro jew munita oħra fl-ERM II fuq in-naħa l-oħra għandhom jiġu kkunsidrati bħala “rilevanti”. |
|
(9) |
Għaldaqstant, il-korrelazzjoni ta' kull waħda mill-pari ta' muniti ffurmati billi jiġu kkumbinati l-muniti li jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tiġi vvalutata. |
|
(10) |
Sabiex tingħata ċertezza dwar l-użu tal-lista ta' muniti korrelatati mill-viċin, dik il-lista għandha tinżamm taħt eżami skont il-punt (d) tal-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għall-istess raġunijiet, eżami bħal dan għandu jsir f'intervalli regolari u fuq jew madwar l-istess data/i fuq bażi annwali, sakemm l-iżviluppi tas-suq ma jkunux jeħtieġu li tali eżami jsir b'mod eċċezzjonali fi żminijiet differenti. |
|
(11) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni. |
|
(12) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi implementattivi li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati Bankarji stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-pari ta' muniti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 354(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huma mniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS
Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib
Parti 1 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-euro (EUR)
Il-lek Albaniż (ALL), il-mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-lev Bulgaru (BGN) il-koruna Ċeka (CZK), il-lira sterlina tal-Gran Brittanja (GBP) il-kuna Kroata (HRK), id-dirham Marokkin (MAD), il-leu Rumen (RON).
Parti 2 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mad-dirham tal-Emirati Għarab (AED)
Il-kwanza Angolana (AOA), id-dollaru Kanadiż (CAD), il-yuan Ċiniż (CNY), il-lira sterlina tal-Gran Brittanja (GBP), id-dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-lira Libaniża (LBP), il-pataca tal-Makaw (MOP), in-Nuevo Sol Peruvjan (PEN), il-peso Filippin (PHP), id-dollaru Singaporjan (SGD), il-baht tat-Taljandja (THB), id-dollaru tat-Tajwan (TWD), id-dollaru Amerikan (USD).
Parti 3 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-lek Albaniż (ALL)
Il-mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-lev Bulgaru (BGN) il-koruna Ċeka (CZK), il-krone Daniż (DKK), il-kuna Kroata (HRK), id-dirham Marokkin (MAD), il-leu Rumen (RON), l-euro (EUR).
Parti 4 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-kwanza Angolana (AOA)
Id-dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-yuan Ċiniż (CNY), id-dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-lira Libaniża (LBP), il-pataca tal-Makaw (MOP), in-nuevo sol Peruvjan (PEN), il-peso Filippin (PHP), id-dollaru Singaporjan (SGD), il-baht tat-Taljandja (THB), id-dollaru tat-Tajwan (TWD), id-dollaru Amerikan (USD).
Parti 5 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM)
Il-lek Albaniż (ALL), il-lev Bulgaru (BGN) il-koruna Ċeka (CZK), il-krone Daniż (DKK), il-lira sterlina tal-Gran Brittanja (GBP), il-kuna Kroata (HRK), id-dirham Marokkin (MAD), il-leu Rumen (RON), l-euro (EUR).
Parti 6 — Lista ta' muniti korrelatati mill-viċin kontra l-lev Bulgaru (BGN)
Il-lek Albaniż (ALL), il-mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-koruna Ċeka (CZK), il-krone Daniż (DKK), il-lira sterlina tal-Gran Brittanja (GBP), il-kuna Kroata (HRK), id-dirham Marokkin (MAD), il-leu Rumen (RON), l-euro (EUR).
Parti 7 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mad-dollaru Kanadiż (CAD)
Id-dirham tal-Emirati Għarab (AED), id-dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-pataca tal-Makaw (MOP), id-dollaru Singaporjan (SGD), id-dollaru tat-Tajwan (TWD), id-dollaru Amerikan (USD).
Parti 8 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-yuan Ċiniż (CNY)
Id-dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-kwanza Angolana (AOA), il-lira sterlina tal-Gran Brittanja (GBP), id-dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-lira Libaniża (LBP), il-pataca tal-Makaw (MOP), in-nuevo sol Peruvjan (PEN), il-peso Filippin (PHP), id-dollaru Singaporjan (SGD), il-baht tat-Taljandja (THB), id-dollaru tat-Tajwan (TWD), id-dollaru Amerikan (USD).
Parti 9 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-koruna Ċeka (CZK)
Il-lek Albaniż (ALL), il-mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-lev Bulgaru (BGN), il-krone Daniż (DKK), il-kuna Kroata (HRK), id-dirham Marokkin (MAD), il-leu Rumen (RON), l-euro (EUR).
Parti 10 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-krone Daniż (DKK)
Il-lek Albaniż (ALL), il-mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-lev Bulgaru (BGN) il-koruna Ċeka (CZK), il-lira sterlina tal-Gran Brittanja (GBP) il-kuna Kroata (HRK), id-dirham Marokkin (MAD), il-leu Rumen (RON), id-dollaru ta' Singapor (SGD).
Parti 11 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-lira sterlina tal-Gran Brittanja (GBP)
Id-dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-lev Bulgaru (BGN), il-yuan Ċiniż (CNY), il-krone Daniż (DKK), id-dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-kuna Kroata (HRK), il-lira Libaniża (LBP), id-dirham Marokkin (MAD), il-pataca tal-Makaw (MOP), id-dollaru Singaporjan (SGD), id-dollaru tat-Tajwan (TWD), id-dollaru Amerikan (USD), l-euro (EUR).
Parti 12 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mad-dollaru ta' Hong Kong (HKD)
Id-dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-kwanza Angolana (AOA), id-dollaru Kanadiż (CAD), il-yuan Ċiniż (CNY), il-lira sterlina tal-Gran Brittanja (GBP), il-lira Libaniża (LBP), il-pataca tal-Makaw (MOP), in-nuevo sol Peruvjan (PEN), il-peso Filippin (PHP), id-dollaru Singaporjan (SGD), il-baht tat-Taljandja (THB), id-dollaru tat-Tajwan (TWD), id-dollaru Amerikan (USD).
Parti 13 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-kuna Kroata (HRK)
Il-lek Albaniż (ALL), il-mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-lev Bulgaru (BGN) il-koruna Ċeka (CZK), il-krone Daniż (DKK), il-lira sterlina tal-Gran Brittanja (GBP), id-dirham Marokkin (MAD), il-leu Rumen (RON), id-dollaru ta' Singapor (SGD), l-euro (EUR).
Parti 14 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-won tal-Korea t'Isfel (KRW)
In-nuevo sol Peruvjan (PEN), il-peso Filippin (PHP), id-dollaru Singaporjan (SGD), id-dollaru tat-Tajwan (TWD).
Parti 15 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-lira Libaniża (LBP)
Id-dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-kwanza Angolana (AOA), il-yuan Ċiniż (CNY), il-lira sterlina tal-Gran Brittanja (GBP), id-dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-pataca tal-Makaw (MOP), in-nuevo sol Peruvjan (PEN), il-peso Filippin (PHP), id-dollaru Singaporjan (SGD), il-baht tat-Taljandja (THB), id-dollaru tat-Tajwan (TWD), id-dollaru Amerikan (USD).
Parti 16 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mad-dirham Marokkin (MAD)
Il-lek Albaniż (ALL), il-mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-lev Bulgaru (BGN) il-koruna Ċeka (CZK), il-krone Daniż (DKK), il-lira sterlina tal-Gran Brittanja (GBP), il-kuna Kroata (HRK), il-leu Rumen (RON), id-dollaru ta' Singapor (SGD), il-baht Taljandiż (THB), id-dollaru tat-Tajwan (TWD), l-euro (EUR).
Parti 17 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-pataca tal-Makaw (MOP)
Id-dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-kwanza Angolana (AOA), il-yuan Ċiniż (CNY), il-lira sterlina tal-Gran Brittanja (GBP), id-dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-lira Libaniża (LBP), in-nuevo sol Peruvjan (PEN), il-peso Filippin (PHP), id-dollaru Singaporjan (SGD), il-baht tat-Taljandja (THB), id-dollaru tat-Tajwan (TWD), id-dollaru Amerikan (USD).
Parti 18 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib man-nuevo sol Peruvjan (PEN)
Id-dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-kwanza Angolana (AOA), il-yuan Ċiniż (CNY), id-dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-won tal-Korea t'Isfel (KRW), il-lira Libaniża (LBP), il-pataca tal-Makaw (MOP), il-peso Filippin (PHP), id-dollaru Singaporjan (SGD), il-baht tat-Taljandja (THB), id-dollaru tat-Tajwan (TWD), id-dollaru Amerikan (USD).
Parti 19 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-peso Filippin (PHP)
Id-dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-kwanza Angolana (AOA), il-yuan Ċiniż (CNY), id-dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-won tal-Korea t'Isfel (KRW), il-lira Libaniża (LBP), il-pataca tal-Makaw (MOP), ir-ringgit tal-Malasja (MYR), in-nuevo sol Peruvjan (PEN), id-dollaru Singaporjan (SGD), il-baht tat-Taljandja (THB), id-dollaru tat-Tajwan (TWD), id-dollaru Amerikan (USD).
Parti 20 — Lista ta' muniti korrelatati mill-viċin mal-leu Rumen (RON)
Il-lek Albaniż (ALL), il-mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-lev Bulgaru (BGN), il-koruna Ċeka (CZK), il-krone Daniż (DKK), il-kuna Kroata (HRK), id-dirham Marokkin (MAD), l-euro (EUR).
Parti 21 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mad-dollaru ta' Singapor (SGD)
Id-dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-kwanza Angolana (AOA), id-dollaru Kanadiż (CAD), il-yuan Ċiniż (CNY), il-krone Daniż (DKK), il-lira sterlina tal-Gran Brittanja (GBP), id-dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-kuna Kroata (HRK), il-won tal-Korea t'Isfel (KRW), il-lira Libaniża (LBP), id-dirham Marokkin (MAD), il-pataca tal-Makaw (MOP), ir-ringgit tal-Malasja (MYR), in-nuevo sol Peruvjan (PEN), id-dollaru Singaporjan (SGD), il-peso Filippin (PHP), il-baht tat-Tajlandja (THB), id-dollaru tat-Tajwan (TWD), id-dollaru Amerikan (USD).
Parti 22 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mal-baht tat-Tajlandja (THB)
Id-dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-kwanza Angolana (AOA), il-yuan Ċiniż (CNY), id-dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-lira Libaniża (LBP), id-dirham Marokkin (MAD), il-pataca tal-Makaw (MOP), in-nuevo sol Peruvjan (PEN), il-peso Filippin (PHP), id-dollaru Singaporjan (SGD), id-dollaru tat-Tajwan (TWD), id-dollaru Amerikan (USD).
Parti 23 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mad-dollaru tat-Tajwan (TWD)
Id-dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-kwanza Angolana (AOA), id-dollaru Kanadiż (CAD), il-yuan Ċiniż (CNY), il-lira sterlina tal-Gran Brittanja (GBP), id-dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-won tal-Korea t'Isfel (KRW), il-lira Libaniża (LBP), id-dirham Marokkin (MAD), il-pataca tal-Makaw (MOP), ir-rinngit tal-Malasja (MYR), in-nuevo sol Peruvjan (PEN), il-peso Filippin (PHP), id-dollaru ta' Singapor (SGD), il-baht tat-Tajlandja (THB), id-dollaru Amerikan (USD).
Parti 24 — Lista ta' muniti korrelatati mill-qrib mad-dollaru Amerikan (USD)
Id-dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-kwanza Angolana (AOA), id-dollaru Kanadiż (CAD), il-yuan Ċiniż (CNY), il-lira sterlina tal-Gran Brittanja (GBP), id-dollaru ta' Hong Kong (HKD), il-lira Libaniża (LBP), il-pataca tal-Makaw (MOP), in-nuevo sol Peruvjan (PEN), il-peso Filippin (PHP), id-dollaru Singaporjan (SGD), il-baht tat-Taljandja (THB), id-dollaru tat-Tajwan (TWD).
|
28.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/35 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2198
tas-27 ta' Novembru 2015
li japprova s-sustanza attiva rescalure, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fil-21 ta' Settembru 2012 l-Awstrija rċeviet applikazzjoni mingħand Ecologia y Protección Agrícola SL għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva rescalure. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, l-Awstrija, bħala l-Istat Membru relatur, innotifikat lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni fil-5 ta' Novembru 2012. |
|
(3) |
Fit-3 ta' Marzu 2014, l-Istat Membru relatur ressaq abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni, b'kopja lill-Awtorità, fejn ġie vvalutat jekk dik is-sustanza attiva hix mistennija li tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(4) |
L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. B'konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità talbet li l-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru relatur tressqet quddiem l-Awtorità fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni f'Diċembru 2014. |
|
(5) |
Fl-10 ta' Frar 2015 l-Awtorità kkomunikat il-konklużjonijiet tagħha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar jekk is-sustanza attiva rescalure hix mistennija li tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2). L-Awtorità għamlet il-konklużjonijiet tagħha disponibbli għall-pubbliku. |
|
(6) |
Fit-13 ta' Lulju 2015 il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' reviżjoni għal rescalure lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, kif ukoll abbozz ta' Regolament li jipprovdi li rescalure jiġi approvat. |
|
(7) |
L-applikant ingħata l-possibbiltà li jressaq kummenti dwar ir-rapport ta' reviżjoni. |
|
(8) |
Ġie stabbilit fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew iktar ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport ta' reviżjoni, li ġew issodisfati l-kriterji tal-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Għaldaqstant, dawk il-kriterji għall-approvazzjoni jitqiesu li ntlaħqu. Għaldaqstant huwa xieraq li rescalure jiġi approvat. |
|
(9) |
B'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta' sustanza attiva
Is-sustanza attiva rescalure, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat b'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) EFSA Journal 2014;12(12):3913. Disponibbli online: www.efsa.europa.eu.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
Rescalure Nru CAS: 67601-06-3 Nru CIPAC: Mhux disponibbli |
(3S,6R)-(3S,6S)-6-isopropenil-3-metildek-9-en-1-il aċetat |
≥ 750 g/kg Il-proporzjon (3S,6R)/(3S,6S) għandu jkun f'firxa ta' 55/45 sa 45/55. Il-firxa tal-purità għal kull isomeru għandha tkun ta' 337,5 g/kg sa 412,5 g/kg. |
It-18 ta' Diċembru 2015 |
It-18 ta' Diċembru 2025 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar ir-rescalure, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
|
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (*1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
“92 |
Rescalure Nru CAS: 67601-06-3 Nru CIPAC: Mhux disponibbli |
(3S,6R)-(3S,6S)-6-isopropenil-3-metildek-9-en-1-il aċetat |
≥ 750 g/kg Il-proporzjon ta' (3S, 6R) u (3S, 6S) għandu jkun fil-firxa ta' 55/45 sa 45/55. Il-firxa tal-purità għal kull isomeru għandha tkun ta' 337,5 g/kg sa 412,5 g/kg. |
It-18 ta' Diċembru 2015 |
It-18 ta' Diċembru 2025 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar ir-rescalure, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.” |
(*1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.
|
28.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/38 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2199
tas-27 ta' Novembru 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
50,7 |
|
MA |
69,3 |
|
|
ZZ |
60,0 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
48,7 |
|
MA |
93,1 |
|
|
TR |
143,8 |
|
|
ZZ |
95,2 |
|
|
0709 93 10 |
AL |
80,9 |
|
MA |
65,2 |
|
|
TR |
159,0 |
|
|
ZZ |
101,7 |
|
|
0805 20 10 |
CL |
96,2 |
|
MA |
79,7 |
|
|
PE |
78,3 |
|
|
ZZ |
84,7 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
TR |
83,9 |
|
ZZ |
83,9 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
61,0 |
|
TR |
109,2 |
|
|
ZZ |
85,1 |
|
|
0808 10 80 |
CA |
159,7 |
|
CL |
84,8 |
|
|
MK |
31,3 |
|
|
NZ |
173,1 |
|
|
US |
148,6 |
|
|
ZA |
156,6 |
|
|
ZZ |
125,7 |
|
|
0808 30 90 |
BA |
85,4 |
|
CN |
63,9 |
|
|
TR |
127,4 |
|
|
ZZ |
92,2 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
28.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/2200
tat-13 ta' Novembru 2015
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia) EUMM GEORGIA/1/2015
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti li jikkonċernaw il-kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia), inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap ta' Missjoni. |
|
(2) |
Fis-16 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/915/PESK (2), li estendiet il-mandat tal-EUMM Georgia mill-15 ta' Diċembru 2014 sal-14 ta' Diċembru 2016. |
|
(3) |
Fid-19 ta' Diċembru 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUMM GEORGIA/1/2014 (3), li taħtar lis-Sur Kęstutis JANKAUSKAS, bħala l-Kap tal-Missjoni EUMM Georgia mill-15 ta' Diċembru 2014 sal-14 ta' Diċembru 2015. |
|
(4) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet li jiġi estiż il-mandat tas-Sur Kęstutis JANKAUSKAS bħala l-Kap tal-Missjoni EUMM Georgia mill-15 ta' Diċembru 2015 sal-14 ta' Diċembru 2016, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Kęstutis JANKAUSKAS bħala l-Kap tal-Missjoni EUMM Georgia huwa b'dan estiż sal-14 ta' Diċembru 2016.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/915/PESK tas-16 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 56).
(3) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUMM Georgia/1/2014 tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) (ĠU L 369, 24.12.2014, p. 78).
|
28.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/2201
tat-13 ta' Novembru 2015
dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet ta' Stati terzi għall-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine/5/2015)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (1),
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni 2014/486/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ('KPS') biex jieħu deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proposti għal EUAM Ukraine minn Stati terzi. |
|
(2) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili rrakkomanda li l-KPS jaċċetta l-kontribuzzjonijiet proposti mill-Georgia għal EUAM Ukraine u li jqis il-kontribuzzjoni bħala sinifikanti. |
|
(3) |
Il-Georgia għandha tkun eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' EUAM Ukraine, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kontribuzzjonijiet ta' Stati Terzi
1. Il-kontribuzzjoni tal-Georgia għal EUAM Ukraine hija aċċettata u meqjusa bħala sinifikanti.
2. Il-Georgia hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' EUAM Ukraine.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
|
28.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/42 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/2202 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta' Novembru 2015
li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/23 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2015/37)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 (1) tistabbilixxi mekkaniżmu għall-ġbir u l-allokazzjoni tad-dħul monetarju li jinkiseb minn operazzjoni tal-politika monetarja. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) (2) tistabbilixxi programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku (il-“PSPP”) għall-għanijiet tal-politika monetarja. |
|
(3) |
Bħal xiri taħt id-Deċiżjoni BĊE/2009/16 (3) u d-Deċiżjoni BĊE/2011/17 (4), bonds tal-gvern u bonds maħruġin minn aġenziji mixtrija skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 (ECB/2015/10) għandhom jitqiesu li jiġġeneraw dħul bir-rata ta' referenza ddefinita fid-Deċiżjoni BĊE/2010/23. |
|
(4) |
Dħul miksub mis-self ta' strumenti ta' dejn negozjabbli taħt programmi ta' xiri ta' titoli relatati mal-politika monetarja m'għandux jitqies bħala dħul monetarju, billi b'mod ġenerali dawn l-operazzjonijiet mhumiex irreġistrati fil-kotba tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”). |
|
(5) |
Dħul nett miksub minn ftehim ta' swap tal-Eurosistema ma' banek ċentrali tal-Eurosistema għandu jinqasam fost il-BĊNi bħala dħul monetarju. |
|
(6) |
Għaldaqstant għandha tiġi aġġustata l-kompożizzjoni tal-bażi tal-passiv u assi assenjabbli kif jidher fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23, |
|
(7) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 għandha tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċizjoni BĊE/2010/23 hija emendata kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 3(1) huwa ssostitwit b'dan li ġej: “1. L-ammont ta' dħul monetarju ta' kull BĊN għandu jkun iddeterminat billi jitkejjel id-dħul attwali li jirriżulta mill-assi assenjabbli rreġistrati fil-kotba tiegħu. Bħala eċċezzjonijiet għal dan:
(*1) Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta' Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (covered bond) (ĠU L 175, 4.7.2009, p. 18)." (*2) Deċiżjoni BĊE/2011/17 tat-3 ta' Novembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 297, 16.11.2011, p. 70)." (*3) Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10)(ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).”;" |
|
2. |
fil-paragrafu 1 qed jiżdied il-punt 8 li ġej:
|
|
3. |
fil-paragrafu A tal-Anness II, qed jiżdied il-punt 10 li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2015.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta' Novembru 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta' Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 17).
(2) Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10) (ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).
(3) Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta' Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (covered bond) (ĠU L 175, 4.7.2009, p. 18).
(4) Deċiżjoni BĊE/2011/17 tat-3 ta' Novembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 297, 16.11.2011, p. 70).