ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 312

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
27 ta' Novembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2184 tal-25 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd

1

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2185 tas-26 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2186 tal-25 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi l-format għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prodotti tat-tabakk u biex din issir disponibbli (notifikata bid-dokument C(2015) 8162)  ( 1 )

5

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2187 tal-25 ta' Novembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2005/816/KE, Euratom li tawtorizza lir-Repubblika tal-Estonja biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument C(2015) 8172)

19

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2188 tal-25 ta' Novembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2005/872/KE, Euratom li tawtorizza lir-Repubblika Ċeka li tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tal-VAT tar-riżorsi proprji (notifikata bid-dokument C(2015) 8174)

21

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2189 tal-25 ta' Novembru 2015 li tawtorizza lil Spanja ma tiħux inkunsiderazzjoni ċerti kategoriji ta' tranżazzjoni għall-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT (notifikata bid-dokument C(2015) 8179)

23

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2190 tal-25 ta' Novembru 2015 li tawtorizza lill-Italja biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument C(2015) 8187)

24

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2009 tal-10 ta' Novembru 2015 dwar it-tnedija fil-Polonja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika ( ĠU L 294, 11.11.2015 )

26

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2049 tal-10 ta' Novembru 2015 dwar it-tnedija fl-Iżvezja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika ( ĠU L 300, 17.11.2015 )

26

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2050 tal-10 ta' Novembru 2015 dwar it-tnedija fil-Belġju tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika ( ĠU L 300, 17.11.2015 )

27

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2184

tal-25 ta' Novembru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontroll regolari tal-informazzjoni li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom jiġu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tibda tapplika mill-aktar fis wara li toħroġ l-informazzjoni, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Isem il-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 70 %, iffriżati

121,6

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 65 %, iffriżati

150,4

172,3

0

0

AR

BR

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam ta' sriedaq jew ta' tiġieġ, iffriżati

299,9

205,3

358,1

262,2

0

28

0

11

AR

BR

CL

TH

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

133,9

3

BR

0207 27 10

Qatgħat mingħajr għadam ta' dundjani, iffriżati

354,1

196,0

0

31

BR

CL

0408 91 80

Bajd, mhux fil-qoxra, imnixxef

431,0

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedaq u ta' tiġieġ

233,0

16

BR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


27.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2185

tas-26 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

50,7

MA

70,0

ZZ

60,4

0707 00 05

AL

56,9

MA

93,1

TR

141,5

ZZ

97,2

0709 93 10

AL

83,5

MA

75,1

TR

159,0

ZZ

105,9

0805 20 10

CL

96,2

MA

93,2

PE

78,3

ZZ

89,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

81,8

ZZ

81,8

0805 50 10

AR

61,0

TR

109,5

ZZ

85,3

0808 10 80

AU

166,8

CA

159,7

CL

85,7

MK

28,7

NZ

173,1

US

145,5

ZA

164,2

ZZ

132,0

0808 30 90

BA

85,4

CN

63,9

TR

128,8

ZZ

92,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

27.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/5


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2186

tal-25 ta' Novembru 2015

li tistabbilixxi l-format għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prodotti tat-tabakk u biex din issir disponibbli

(notifikata bid-dokument C(2015) 8162)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/40/UE tistipula li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk għandhom iressqu l-informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk, u l-informazzjoni dwar il-volumi ta' bejgħ tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. L-informazzjoni għandha titressaq qabel ma jitqiegħdu fis-suq prodotti ġodda jew immodifikati. Għandu jiġi stabbilit il-format tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni, u tat-tressiq tagħha għad-disponibbiltà.

(2)

Fl-iżvilupp tal-format il-ġdid għar-rappurtar tal-ingredjenti tat-tabakk, fejn rilevanti għandhom jitqiesu l-esperjenza u l-għarfien miksuba mill-formati eżistenti.

(3)

Format ta' rappurtar elettroniku komuni għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk jippermetti li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jipproċessaw, iqabblu, janalizzaw u jaslu għall-konklużjonijiet mill-informazzjoni li jirċievu. Id-dejta tgħin ukoll biex jiġu identifikati l-addittivi li jridu jiddaħħlu fl-aġġornamenti tal-lista prijoritarja msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/40/UE, jipprovdu l-bażi li fuqu jkun jista' jiġi deċiż jekk il-livelli tal-kontenuti massimi għandhomx jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 7(5) u (11) ta' dik id-Direttiva, u jiffaċilitaw l-infurzar koerenti tal-projbizzjoni fuq il-prodotti b'togħma karatteristika, kif previst fl-Artikolu 7(1) ta' dik id-Direttiva.

(4)

Huwa essenzjali li jkun hemm punt tad-dħul elettroniku komuni għall-preżentazzjoni tad-dejta, biex jiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-obbligi tar-rappurtar stabbiliti fid-Direttiva 2014/40/UE. B'mod partikolari, punt tad-dħul komuni jiffaċilita u jarmonizza l-preżentazzjoni tad-dejta, mill-manifattur jew mill-importatur, lill-Istati Membri. Is-simplifikazzjoni tal-proċess tal-preżentazzjoni tnaqqas ukoll il-piż amministrattiv għall-manifatturi, għall-importaturi u għar-regolaturi nazzjonali, u tiffaċilita t-tqabbil tad-dejta. Biex ikunu jistgħu jittellgħu bosta dokumenti, jista' jiġi stabbilit repożitorju fil-livell tal-punt tad-dħul komuni biex jippermetti referenzi għal dokumenti mhux kunfidenzjali.

Il-punt tad-dħul komuni għandu jipprevedi l-għodda għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni li tkun tajba, kemm biex isservi kumpaniji li jkollhom stabbiliti soluzzjonijiet tal-Informatika komprensivi (preżentazzjonijiet minn sistema għall-oħra), kif ukoll lill-kumpaniji li ma jkollhomx dan it-tip ta' soluzzjonijiet, b'mod partikolari l-kumpaniji żgħar u medji. Il-kumpaniji jingħataw numru ta' identifikazzjoni tal-preżentatur, li għandu jintuża mill-istess kumpanija kull darba li tippreżenta l-informazzjoni.

(5)

L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jagħmlu l-għodda għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ingredjenti u dwar l-emissjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, disponibbli għall-manifatturi u l-importaturi, biex dawn jinnotifikaw il-prodotti l-ġodda tat-tabakk qabel ma jitqiegħdu fis-suq, b'konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2014/40/UE. L-għodda tista' tiffaċilita wkoll il-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prodotti erbali tat-tipjip, skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2014/40/UE, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' informazzjoni rilevanti oħra dwar il-prodotti tat-tabakk.

(6)

Meta tkun qed terġa' tiddaħħal id-dejta, anki l-korrezzjonijiet ta' żbalji li ddaħħlu qabel, l-informazzjoni għandha tiddaħħal permezz tal-punt tad-dħul komuni.

(7)

Filwaqt li hija r-responsabbiltà sħiħa tal-Istati Membri li, skont il-bżonn, jiġbru, jivverifikaw, janalizzaw u jxandru d-dejta li tkun inġabret bi qbil ma' din id-Deċiżjoni, dawn għandu jkollhom il-possibbiltà li jżommu d-dejta li tkun tressqet lilhom f'faċilitajiet tal-Kummissjoni. Is-servizz li toffri l-Kummissjoni għandu jagħti l-għodda teknika lill-Istati Membri li tgħinhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/40/UE. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tiżviluppa ftehim standard tal-livelli tas-servizz. Il-Kummissjoni għandha żżomm kopja off-line tad-dejta li tkun tressqet permezz tal-punt tad-dħul komuni biex tkun applikata d-Direttiva 2014/40/UE.

(8)

Il-manifatturi u l-importaturi għandhom jiġu mfakkra biex id-dejta li jagħtu lill-Istati Membri jżommuha aġġornata. Biex it-tqabbil tad-dejta fl-Unjoni jkun faċli, l-Istati Membri għandhom ifakkru lill-manifatturi u lill-importaturi jdaħħlu l-aġġornamenti bħalma huma d-dejta dwar il-bejgħ annwali, tul l-ewwel sitt xhur tas-sena kalendarja sussegwenti. Fil-kaz li jkun hemm tibdiliet żgħar f'lottijiet tal-prodotti, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-manifatturi u lill-importaturi biex kull sena jippreżentaw l-informazzjoni dwar il-kwantitajiet reali fil-prodotti tat-tabakk, u biex iżommu din l-informazzjoni aġġornata.

(9)

Meta jkunu qegħdin jippreżentaw l-informazzjoni dwar prodotti li għandhom l-istess kompożizzjoni u tifsila, il-manifatturi u l-importaturi għandhom, kemm jista' jkun, jużaw l-istess numru ta' identifikazzjoni tal-prodott, ikunu xi jkunu l-marki tad-ditta u s-sottotip, mingħajr differenza anki jkunux fis-suq ta' Stat Membru wieħed jew ta' għadd ta' Stati Membri.

(10)

Jixraq li jiġu stabbiliti r-regoli dwar kif il-Kummissjoni għandha tittratta d-dejta kunfidenzjali biex kemm jista' jkun tkun iggarantita għall-pubbliku l-iżjed trasparenza tal-informazzjoni dwar il-prodotti filwaqt li jinżammu s-sigrieti kummerċjali. L-aspettattivi leġittmi tal-konsumaturi li jkollhom aċċess għall-informazzjoni xierqa dwar il-kontenut tal-prodotti li jkunu biħsiebhom jikkunsmaw għandhom jitqiesu flimkien mal-interessi tal-manifatturi li jipproteġu r-riċetti tal-prodotti tagħhom. Filwaqt li jitqiesu dawn l-interessi konfliġġenti, għandha tinżamm kunfidenzjali b'mod partikolari dejta li tista' tkun tikxef togħmiet użati fi kwantitajiet żgħar fi prodotti speċifiċi.

(11)

Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/40/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi format komuni għar-rappurtar u x-xandir ta' informazzjoni dwar l-ingredjenti fil-prodotti tat-tabakk, dwar l-emissjonijiet tagħhom u dwar il-volumi tal-bejgħ.

Artikolu 2

Il-format għall-preżentazzjoni tad-dejta

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jagħtu l-informazzjoni dwar l-ingredjenti, l-emissjonijiet u l-volumi tal-bejgħ imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/40/UE, kif ukoll il-modifiki li jsiru fil-prodotti u l-irtirar mis-suq tagħhom, skont il-format previst fl-Anness.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk idaħħlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 permezz tal-punt tad-dħul komuni għall-preżentazzjoni tad-dejta.

Artikolu 3

Il-ħżin tad-dejta

L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jużaw is-servizz tal-ħżin tad-dejta li toffri l-Kummissjoni biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2014/40/UE sakemm ikunu ffirmaw ftehim mal-Kummissjoni tal-livell tas-servizz.

Artikolu 4

In-numru tal-identifikazzjoni ta' min idaħħal id-dejta

Qabel ma jippreżenta l-informazzjoni għall-ewwel darba lill-Istati Membri skont din id-Deċiżjoni, il-manifattur jew l-importatur għandu japplika għal numru tal-identifikazzjoni (ID tal-Preżentatur) li jiġi ġġenerat mill-operatur tal-punt tad-dħul komuni. Il-manifattur jew l-importatur għandu, meta jintalab, jippreżenta dokument li juri l-identità tal-kumpanija u jawtentifika l-attivitajiet tagħha skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat fejn tkun stabbilita l-kumpanija. L-ID tal-Preżentatur għandha tintuża għal kull preżentazzjoni u korrispondenza sussegwenti.

Artikolu 5

In-numru tal-identifikazzjoni tal-prodott

1.   Abbażi tal-ID tal-Preżentatur imsemmija fl-Artikolu 4, il-manifattur jew l-importatur għandu jassenja ID tal-Prodotti tat-Tabakk (ID-PT) lil kull prodott li jkun se jirrapporta dwaru.

2.   Meta tingħata informazzjoni dwar prodotti tal-istess kompożizzjoni u tfassil, il-manifatturi u l-importaturi għandhom, kemm jista' jkun, jużaw l-istess ID-PT, partikolarment meta d-dejta tiddaħħal minn membri differenti ta' grupp ta' kumpaniji. Dan għandu jsir mingħajr ma jagħmlu differenza l-marka, is-sottotip u l-għadd ta' swieq li jkunu mdaħħlin fihom il-prodotti.

3.   Meta l-manifattur jew l-importatur ma jkunx jista' jiżgura li tintuża l-istess ID-PT għal prodotti bl-istess kompożizzjoni u tifsila, għandu mill-inqas jagħti kemm jista' jkun, l-ID-PT li jkunu ġew assenjati lil dawn il-prodotti.

Artikolu 6

Id-dejta kunfidenzjali u l-iżvelar tad-dejta

1.   Fil-preżentazzjoni tagħhom, il-manifatturi u l-importaturi għandhom jimmarkaw l-informazzjoni kollha li fil-fehma tagħhom tkun sigriet kummerċjali jew tkun kunfidenzjali għal xi raġuni oħra, u għandhom, jekk jintalbu, jagħtu r-raġunijiet għaliex iqisu li l-informazzjoni tkun kunfidenzjali.

2.   Meta tkun qed tuża l-informazzjoni ppreżentata biex tapplika d-Direttiva 2014/40/UE u r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), per prinċipju, il-Kummissjoni ma għandhiex tqis l-informazzjoni li ġejja bħala kunfidenzjali jew sigriet kummerċjali:

(a)

iż-żieda u l-kwantità ta' addittivi minbarra t-togħmiet, fil-prodotti tat-tabakk kollha;

(b)

iż-żieda u l-kwantità tal-ingredjenti, minbarra l-addittivi f'kwantitajiet 'il fuq minn 0,5 % tal-piż totali ta' unità tal-prodott tat-tabakk, fil-prodotti tat-tabakk kollha;

(c)

iż-żieda u l-kwantità tal-ħwawar individwali, li jintużaw f'kwantitajiet 'il fuq minn 0,1 % tal-piż totali ta' unità tal-prodott tat-tabakk, fis-sigaretti kollha u fit-tabakk kollu tat-trembil personali;

(d)

fil-każ tat-tabakk tal-pipa, tas-sigarri, tas-sigarilli, ta' prodotti tat-tabakk li ma jintużawx għat-tipjip, u kull prodott tat-tabakk ieħor, iż-żieda u l-kwantità tat-togħmiet individwali li jintużaw f'kwantitajiet 'il fuq minn 0,5 % tal-piż totali ta' unità tal-prodott tat-tabakk;

(e)

l-istudji u d-dejta li tkun ġiet ippreżentata skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2014/40/UE, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw it-tossiċità u d-dipendenza. Meta dawn l-istudji jkollhom xi rabta ma' marki partikolari, ir-referenzi kollha, espliċiti u impliċiti, għall-marka, għandhom jitneħħew, u ssir aċċessibbli verżjoni editjata.

Artikolu 7

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


ANNESSI

1.   DESKRIZZJONIJIET TAT-TAQSIMIET

Huma obbligatorji t-taqsimiet kollha fil-format komuni mmarkati b'(M).

It-taqsimiet obbligatori filtri dipendenti (F) jsiru obbligatorji jekk tintagħżel risposta speċifika f'risposta preċedenti varjabbli.

It-taqsimiet (AUTO) ġġenerati mis-sistema huma ġġenerati awtomatikament mis-sistema tas-softwer.

Fit-taqsimiet fejn ir-risposta tintagħażel minn fuq lista, it-tabelli ta' referenza korrispondenti se jingħataw, jinżammu, u jiġu ppubblikati f'sit web tal-Kummissjoni.

2.   KARATTERISTIKI TAL-PREŻENTATUR

Il-preżentatur ikun jew il-manifattur jew l-importatur li jkun responsabbli tad-dejta ppreżentata.

Attribut #

Attribut

Deskrizzjoni

Rappurtar

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

 

ID_Preżentatur

L-ID tal-Preżentatur hija n-numru ta' identifikazzjoni li tingħata skont l-Artikolu 4

M

 

 

Isem_Preżentatur

L-isem uffiċjali tal-preżentatur fil-livell tal-Istati Membri, marbut man-numru tal-VAT

M

 

 

SME_Preżentatur

Indikazzjoni li l-preżentatur jew, jekk ikun hemm, il-kumpanija ġenitur tiegħu, ikun jew tkun SME kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (1)

M

 

 

VAT_Preżentatur

In-numru tal-VAT tal-preżentatur

M

 

 

Tip_Preżentatur

Indikazzjoni dwar huwiex manifattur jew importatur il-preżentatur

M

 

 

Indirizz_Preżentatur

L-indirizz tal-preżentatur

M

 

 

Pajjiż_Preżentatur

Il-pajjiż fejn hu stabbilit il-preżentatur

M

 

 

Telefown_Preżentatur

In-numru tat-telefown tal-kumpanija tal-preżentatur

M

 

 

E-Mail_Preżentatur

L-indirizz tal-e-Mail funzjonali tal-kumpanija tal-preżentatur

M

 

 

Il-Preżentatur_Għandu_Kumpanija_Ġenitur

Immarka l-kaxxa jekk il-preżentatur huwa fergħa ta' kumpanija prinċipali

M

 

 

Preżentatur_Għandu_Kumpanija_Affiljata

Immarka l-kaxxa jekk il-preżentatur għandu kumpanija affiljata

M

 

 

Il-Preżentatur_Jaħtar_Rappreżentant

Immarka l-kaxxa jekk il-preżentatur ħatar terza parti biex tippreżenta d-dejta f'ismu (“rappreżentant”)

M

 

2.1.   Il-karatteristiki tal-kumpanija Ġenitur tal-Manifattur/Importatur

Għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija ġenitur: In-numru tal-ID tal-Preżentatur, jekk għandu, l-isem uffiċjali, il-pajjiż, in-numru u l-indirizz tal-e-Mail funzjonali tan-negozju.

2.2.   Il-karatteristiki tal-kumpanija affiljata tal-Manifattur/Importatur

Għal kull kumpanija affiljata għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja: In-numru tal-ID tal-Preżentatur, jekk għandu, l-isem uffiċjali, il-pajjiż, in-numru u l-indirizz tal-e-Mail funzjonali tan-negozju.

2.3.   Ir-rappreżentant li jirrapporta f'isem il-preżentatur

Għar-rappreżentant għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja: In-numru tal-ID tal-Preżentatur, jekk għandu, l-isem uffiċjali, il-pajjiż, in-numru u l-indirizz tal-e-Mail funzjonali tan-negozju.

3.   IL-PREŻENTAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT U DESKRIZZJONI TIEGĦU — PARTI A

Attribut #

Attribut

Deskrizzjoni

Rappurtar

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

 

Tip_Preżentazzjoni

It-tip tal-preżentazzjoni tal-prodott

M

 

 

Data_Bidu_Preżentazzjoni

Id-data tal-preżentazzjoni tiddaħħal awtomatikament meta l-utent jippreżenta l-informazzjoni dwar il-prodott

AWTO

 

 

ID_Prodott_(ID-PT)

L-ID-PT huwa n-numru ta' identifikazzjoni tal-prodott li jintuża fis-sistema fil-format “ID tal-preżentatur-sena-numru tal-prodott” (NNNNN-NN-NNNNN), meta

 

“ID tal-preżentatur” huwa n-numru tal-ID tal-preżentatur (ara fuq),

 

“sena” hija s-sena li fiha ġiet ippreżentata d-dejta dwar il-prodott għall-ewwel darba (2 figuri)

 

“in-numru tal-prodott” huwa n-numru li l-preżentatur ikun ta lill-prodott meta jkun qed idaħħal id-dejta għall-ewwel darba

M

 

 

Jeżisti_ID_Prodott_Ieħor

Indikazzjoni dwar jekk il-preżentatur jafx bi prodott(i) ieħor/oħrajn bl-istess tfassil u kompożizzjoni li huwa kkummerċjalizzat fl-UE b'ID-PT differenti

M

 

 

ID_Prodott_Ieħor

Lista tal-ID-PT tal-prodott(i) bl-istess tifsila u kompożizzjoni magħruf(in) mill-preżentatur. Jekk l-ID-PT tal-prodott(i) ma jkunx magħruf mill-preżentatur, għandhom mill-inqas jingħataw l-isem sħiħ kummerċjali u isem/ismijiet is-sottotip u isem l-Istat(i) Membru/i fejn il-prodott(i) qiegħed/qegħdin fis-suq.

F

 

 

Jeżisti_Prodott_Bl-Istess_Kompożizzjoni

Indikazzjoni ta' jekk il-preżentatur jafx bi prodott(i) ieħor/oħrajn bl-istess proporzjon ta' ingredjenti fil-kompożizzjoni tat-taħlita tat-tabakk

M

 

 

Prodott_Ieħor_Bl-Istess_Kompożizzjoni

Lista tal-ID-PT tal-prodott(i) bl-istess proporzjon ta' ingredjenti fil-kompożizzjoni tat-taħlita tat-tabakk. Jekk l-ID-PT tal-prodott(i) ma jkunx magħruf mill-preżentatur, għandhom mill-inqas jingħataw l-isem kummerċjali u isem/ismijiet is-sottotip u isem l-Istat(i) Membru/i fejn il-prodott(i) qiegħed/qegħdin fis-suq.

F

 

 

Tip_Prodott

It-tip ta' prodott tat-tabakk ikkonċernat

M

 

 

Tul_Prodott

It-tul medju ta' unità tal-prodott f'mm

F

 

 

Dijametru_Prodott

Id-dijametru medju (imkejjel fl-eħxen punt) ta' unità tal-prodott f'mm

F

 

 

Piż_Prodott

Il-piż ta' unità waħda tal-prodott (2), li jinkludi l-umdità, f'mg

M

 

 

Piż_Prodott_Tabakk

Il-piż totali tat-tabakk f'unità waħda tal-prodott f'mg

M

 

 

Identifikazzjoni_Manifattur_Prodott

Jekk il-preżentatur ma jkunx il-manifattur, l-isem/l-ismijiet uffiċjali tal-kumpanija/i tal-manifattur(i) tal-prodott u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom. (3)

F

 

 

Filtru_Prodott

Jekk hemmx filtru fil-prodott

F

 

 

Tul_Filtru_Prodott

It-tul tal-filtru li jinsab fil-prodott f'mm

F

 

 

Indirizz_Post_Produzzjoni_Prodott

Għal kull manifattur, l-indirizz(i) tal-post(ijiet) fejn issir il-produzzjoni kollha

M

 

 

Fajl_Tekniku_Prodott

Dokument tekniku li jagħti deskrizzjoni ġenerali tal-addittivi li jintużaw u tal-proprjetajiet tagħhom

F

 

Fajl_Riċerka_Suq_Prodott

Dejta dwar studji interni u esterni dwar ir-riċerka tas-suq u l-preferenzi ta' gruppi diversi ta' konsumaturi, fosthom iż-żgħażagħ u l-pejjiepa attwali, b'rabta mal-ingredjenti u l-emissjonijiet, li għandu l-preżentatur, kif ukoll sommarji eżekuttivi dwar kull stħarriġ tas-suq li sar mal-introduzzjoni ta' prodotti ġodda. Din għandha tiġi aġġornata jekk ikun hemm xi dejta ġdida.

M

 

3.   L-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT IL-PREŻENTAZZJONI U D-DESKRIZZJONI — PARTI B

Meta l-prodotti jinbiegħu taħt formati differenti, jew meta l-istess prodott jinbiegħ fi Stati Membri differenti, għandhom jiddaħħlu l-varjabbli li ġejjin għal kull format u għal kull Stat Membru.

Attribut #

Attribut

Deskrizzjoni

Rappurtar

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

 

Isem_Ditta_Prodott

L-isem kummerċjali li bih jiġi kkummerċjalizzat il-prodott fl-Istat Membru li qed tingħatalu l-informazzjoni.

M

 

 

Isem_Kummerċjali_Sottotip_Prodott

“L-isem tas-sottotip” tal-prodott (jekk jeżisti) kif inhu kkummerċjalizzat fl-Istat Membru li qed tingħatalu l-informazzjoni dwar il-prodott

M

 

 

Data_Ħruġ_Prodott

Id-data li fiha l-preżentatur biħsiebu joħroġ jew diġà ħareġ il-prodott fis-suq

M

 

 

Indikazzjoni_Rtirar_Prodott

Indikazzjoni li l-preżentatur biħsiebu jirtira jew diġà rtira l-prodott mis-suq

M

 

 

Data_Rtirar_Prodott

Id-data li fiha l-preżentatur biħsiebu jirtira jew diġà rtira l-prodott mis-suq

F

 

 

Numru_Preżentatur_Prodott

In-numru tal-ID li jintuża internament mill-preżentatur

M

Mill-inqas wieħed minn dawk in-numri għandu jintuża b'mod konsistenti għall-preżentazzjonijiet tal-istess preżentatur.

 

 

Numru_UPC_Prodott

UPC-12 (Universal Product Code) in-numru tal-kodiċi tal-prodotti speċifiku tal-prodott

 

 

Numru__EAN_Prodott

EAN_13 jew EAN-8, (European Article Number) in-numru mogħti lil oġġett Ewropew

 

 

Numru_GTIN_Prodott

GTIN (Global Trade Identification Number) in-numru tal-identifikazzjoni kummerċjali dinji tal-prodott

 

 

Numru_SKU_Prodott

SKU (Stock Keeping Unit) in-numru(i) tal-istokkjar ta' unità/unitajiet tal-prodott

 

 

Suq_Nazzjonali_Prodott

L-Istat Membru li lilu qed tingħata l-informazzjoni dwar il-prodott li tidher hawn taħt

M

 

 

Tip_Imballaġġ_Prodott

It-tip ta' imballaġġ li jkollu l-prodott

M

 

 

Unitajiet_Imballaġġ_Prodott

L-għadd ta' unitajiet individwali tal-prodott fl-imballaġġ ta' unità

M

 

 

Piż_Nett_Pakkett_Prodott

Il-piż nett ta' pakkett wieħed f'unità tal-prodott fi g

F

 

 

Volum_Bejgħ_Prodott

Informazzjoni dwar il-volum tal-bejgħ annwali tal-prodott f'kull Stat Membru, li għandu jiġi rrappurtat kull sena f'għadd ta' unitajiet tal-prodott jew f'kilogrammi għat-tabakk sfuż

M

 

 

Dejta_Oħra_Suq_Prodott

Dejta tas-suq supplimentari li għandu l-preżentatur. Din għandha tiġi aġġornata jekk ikun hemm xi dejta ġdida

F

 

4.   DESKRIZZJONI TAL-INGREDJENTI: TABAKK

Għal kull ingredjent tat-tabakk li jintuża fil-prodott, għandhom jiddaħħlu l-varjabbli li ġejjin għal kull kumbinament ta' metodu tat-trattament tal-weraq, mat-tip ta' weraq u mat-tip tal-parti.

Attribut #

Attribut

Deskrizzjoni

Rappurtar

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

 

Tip_Parti_Tabakk

It-tip tal-parti tat-tabakk (4).

M

 

 

Tip_Parti_Tabakk_Ieħor

L-isem tat-tip tal-parti tat-tabakk jekk “ieħor”.

F

 

 

Parti_Tabakk_Fajl_Deskrizzjoni

Deskrizzjoni ġenerali tat-tip tal-parti mmanifatturata fir-riċetta. Id-deskrizzjoni għandha tagħti informazzjoni dettaljata dwar il-kompożizzjoni kwantitattiva u kwalitattiva tat-tabakk immanifatturat

F

 

 

Fornitur_Parti_Tabakk_Immanifatturat

Għal kull fornitur, l-isem/l-ismijiet kummerċjali uffiċjali flimkien mad-dettalji tal-kuntatt (5)

F

 

 

Tip_Weraq_Tabakk

It-tip ta' weraq tat-tabakk li jintuża

M

 

 

Tip_Werqa_Tabakk_Ieħor

L-isem jew deskrizzjoni tat-tip tal-weraq tat-tabakk jekk “ieħor” jew “mhux speċifikat”

F

 

 

Metodu_Pproċessar_Weraq_Tabakk

Il-metodu li jintuża biex jiġu pproċessati l-weraq tat-tabakk

M

 

 

Metodu_Pproċessar_Weraq_Tabakk_Ieħor

L-isem tal-metodu tal-ipproċessar li jintuża jew deskrizzjoni tiegħu jekk ikun “ieħor”.

F

 

 

Kwantità_Tabakk

Il-piż f'mg ta' kull unità tal-prodott

M

 

5.   DESKRIZZJONI TAL-INGREDJENTI: ADDITTIVI U SUSTANZI JEW ELEMENTI OĦRAJN

Attribut #

Attribut

Deskrizzjoni

Rappurtar

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

 

Kategorija_Ingredjenti

Il-kategorija tal-komponent tal-prodott (eż. filtri, karti eċċ.)

M

 

 

Kategorija_Ingredjenti_Oħra

Il-kategorija tal-komponent tal-prodott jekk “oħra”

F

 

 

Isem_Ingredjent

L-isem kimiku tal-ingredjent

M

 

 

CAS_Ingredjent

In-numru tal-CAS (Chemical Abstracts Service) tal-ingredjent

M

 

 

CAS_Ingredjent_Addizzjonali

Fejn japplika, numri tal-CAS addizzjonali.

F

 

 

Numru_FEMA_Ingredjent

Jekk jeżisti, in-numru tal-FEMA (Flavour and Extract Manufacturers Association) tal-ingredjent

F

Jekk ma jeżistix numru tal-CAS, għandu jiddaħħal mill-inqas wieħed minn dawn in-numri msemmijin. Jekk jiddaħħal iżjed minn numru wieħed, dawn in-numri jridu jiddaħħlu fl-ordni ta' importanza li ġejja FEMA>Addittiv>FL>KE

 

 

Numru_Ingredjent_Addittiv

Jekk l-ingredjent ikun addittiv tal-ikel, in-numru tal-addittiv tal-ikel tiegħu “Numru E” stabbilit fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)

 

 

Numru_FL_Ingredjent

Jekk jeżisti, in-numru FL (In-numru Ewropew tal-Aromatizzant — European Flavouring — kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7))

 

 

Numru_KE_Ingredjent

In-numru tal-Komunità Ewropea (KE), (8) jekk jeżisti

 

 

Kwantità_Ingredjent_Tvarja

Indikazzjoni dwar tvarjax il-kwantità tal-ingredjent li jkun fihom lottijiet differenti tal-produzzjoni

M

 

 

Kwantità_Ingredient_Riċetta

Il-piż normali tal-ingredjent f'mg skont ir-riċetta, li jinsab f'unità waħda tal-prodott

M

 

 

Medda_Livell_Min_Ingredjent_Riċetta

Indikazzjoni tal-inqas piż tal-ingredjent (f'mg) f'unità waħda tal-prodott skont ir-riċetta, jekk il-kwantità ddikjarata tvarja biex tagħmel tajjeb għall-varjazzjonijiet naturali fil-weraq tat-tabakk

F

 

 

Medda_Livell_Mass_Ingredjent_Riċetta

Indikazzjoni tal-iżjed piż tal-ingredjent (f'mg) f'unità waħda tal-prodott skont ir-riċetta, jekk il-kwantità ddikjarata tvarja biex tagħmel tajjeb għall-varjazzjonijiet naturali fil-weraq tat-tabakk

F

 

 

Kwantità_Medja_Imkejla_Ingredjent

Il-piż f'mg tal-ingredjent li realment inżied f'kull unità tal-prodott waqt il-perjodu tar-rappurtar, imkejjel bħala l-medja statistika tal-kwantitajiet ta' dak l-ingredjent li jinżied ma' kull lott standard prodott

F

 

 

DS_Imkejla_Prodott

Id-devjazzjoni standard li tirriżulta mill-istatistika tal-kwantità medja tal-ingredjent li tinżied f'kull unità tal-prodott f'kull lott standard

F

 

 

Għadd_Kejl_Ingredjenti

L-għadd ta' kejliet tal-ingredjent li tqiesu

F

 

 

Funzjoni_Ingredjent

Il-funzjoni(jiet) tal-ingredjent

M

 

 

Funzjoni_Ingredjent_Oħra

Il-funzjoni tal-ingredjent jekk tkun “oħra”

F

 

 

Ingredjent_Addittiv_Ewlieni

Indikazzjoni dwar huwiex elenkat l-ingredjent fil-lista ta' ingredjenti ewlenin stabbilita skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/40/UE

M

 

 

Fajls_Ingredjent_Addittiv_Ewlieni

Kopji tar-rapport(i) li għandu/hom jinkludi/u sommarju eżekuttiv, u ħarsa ġenerali komprensiva li telenka l-letteratura xjentifika disponibbli dwar dak l-addittiv u tagħti fil-qosor id-dejta interna dwar l-effetti tal-addittiv

F

 

 

Status_Ingredjent_Mhux_Maħruq

Indikazzjoni dwar jekk l-ingredjent fi stat mhux maħruq għandux xi tossiċità magħrufa jew għandux proprjetajiet b'effetti karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni.

M

 

 

Reġistrazzjoni_REACH_Ingredjent

Jekk jeżisti, in-numru tar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9)

M

 

 

Hemmx_Klassifikazzjoni_CLP_Ingredjent

Indikazzjoni dwar jekk l-ingredjent ġiex ikklassifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u huwiex fl-inventarju tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar

M

 

 

Klassifikazzjoni_CLP_Ingredjent

Il-klassifikazzjoni tal-ingredjent skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

F

 

 

Dejta_Tossikoloġika_Ingredjent

Id-disponibbiltà ta' dejta tossikoloġika dwar sustanza, kemm meta tkun waħedha kif ukoll meta tkun f'taħlita. F'kull każ, speċifika jekk id-dejta tossikoloġika hijiex dwar is-sustanza fil-forma tagħha maħruqa jew mhux maħruqa

M

 

 

Emissjonijiet_Tossikoloġiċi_Ingredjent

L-eżistenza ta' studji li jindikaw il-kimika u/jew it-tossiċità tal-emissjonijiet

F/M

 

 

Tossiċità_CMR_Ingredjent

L-eżistenza ta' studju dwar il-karċinoġeniċità, il-mutaġeniċità jew it-tossiċità għar-riproduzzjoni, tal-ingredjent.

F/M

 

 

Tossikoloġija_Kardjopulmonari_Ingredjent

L-eżistenza ta' assaġġi in vitro li jevalwaw l-effetti tossikoloġiċi tal-ingredjent fuq il-qalb, fuq il-vażijiet jew fis-sistema respiratorja.

F/M

 

 

Tossikoloġija_Dipendenza_Ingredjent

L-eżistenza ta' analiżi tal-possibbiltà li l-proprjetajiet tal-ingredjent joħolqu dipendenza.

F/M

 

 

Tossikoloġija_Oħra_Ingredjent

L-eżistenza ta' kull dejta oħra dwar it-tossikoloġija tal-ingredjent li ma ġietx iddikjarata hawn fuq

F/M

 

 

Fajl_Tossiċità/Dipendenza_Ingredjent

Daħħal l-istudji disponibbli indikati fis-sitt attributi preċedenti (Dejta Tossikoloġika Ingredjent, Emissjonijiet, CMR, Kardjopulmonari, Dipendenza, Oħra)

F/M

 

6.   EMISSJONIJIET TNCO (QATRAN, NIKOTINA U MONOSSIDU TAL-KARBONJU) U EMISSJONIJIET OĦRAJN

Attribut #

Attribut

Deskrizzjoni

Rappurtar

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

 

Emissjoni_Qatran

Kemm joħroġ qatran skont l-istandard ISO 4387 bi preċiżjoni ta' kejl iddeterminata skont l-istandard ISO 8243

F

 

 

Emissjoni_Nikotina

Kemm toħroġ nikotina skont l-istandard ISO 10315 bi preċiżjoni ta' kejl skont iddeterminata skont l-istandard ISO 8243

F

 

 

Emissjoni_CO

Kemm joħroġ monossidu tal-karbonju skont l-istandard ISO 8454 bi preċiżjoni ta' kejl iddeterminata skont l-istandard ISO 8243

F

 

 

Lab_Emissjonijiet_TNCO

L-identifikazzjoni tal-laboratorju/laboratorji li ntużaw biex ikejlu l-emissjonijiet tal-qatran, tan-nikotina u tal-monossidu tal-karbonju

F

 

 

Emissjonijiet_Oħrajn_Disponibbli

Indikazzjoni dwar ġewx imkejlin emissjonijiet oħrajn (11)

M

 

 

Fajl_Metodi_Emissjoni_Oħra

Deskrizzjoni tal-metodi tal-kejl li ntużaw biex jiġu vvalutati l-emissjonijiet l-oħra.

F

 

 

Isem_Emissjoni_Oħra

L-isem kimiku tal-emissjoni l-oħra li ħarġet waqt l-ittestjar tal-prodott

F

 

 

CAS_Emissjoni_Oħra

In-numru tal-CAS (Chemical Abstracts Service) tal-emissjoni l-oħra

F

 

 

IUPAC_Emissjoni_Oħra

L-isem tal-IUPAC (l-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata) tal-emissjoni l-oħra jekk ma jeżistix numru tal-CAS

F

 

 

Kwantità_Emissjoni_Oħra

Il-kwantità tal-emissjoni l-oħra li toħroġ waqt l-użu tal-prodott, abbażi tal-metodu tal-kejl li ntuża

F

 

 

Unitajiet_Emissjoni_Oħra

L-unitàjiet tal-kejl li bihom tkejlu l-emissjonijiet l-oħra

F

 

7.   SPEĊIFIKU GĦAS-SIGARETTI (12)

Attribut #

Attribut

Deskrizzjoni

Rappurtar

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

 

Togħma_Karatterizzanti_Sigarett

Klassifikazzjoni tas-sigarett li għandu togħma li tiddistingwih kif imsemmi fl-Artikolu 7(14) tad-Direttiva 2014/40/UE

M

 

 

Ventilazzjoni_Filtru_Sigarett

Il-ventilazzjoni totali tal-filtru (0-100 %)

M

 

 

Tnaqqis_Pressjoni_Filtru_Sigarett_Magħluq

It-tnaqqis fil-pressjoni bit-toqob tal-arja fil-filtru magħluqin (mmH2O)

M

 

 

Tnaqqis_Pressjoni_Filtru_Sigarett_Miftuħ

It-tnaqqis fil-pressjoni bit-toqob tal-arja fil-filtru miftuħin (mmH2O)

M

 

8.   SPEĊIFIKU GĦAT-TABAKK LI MHUWIEX GĦAT-TIPJIP (JINTUŻA FIL-ĦALQ, FL-IMNIEĦER, GĦALL-MAGĦDA) (13)

Attribut #

Attribut

Deskrizzjoni

Rappurtar

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

 

pH_bla_Duħħan

il-pH tal-prodott

M

 

 

Kontenut_Nikotina_bla_Duħħan

Il-kontenut totali tan-nikotina f'kull unità tal-prodott

M

 

9.   SPEĊIFIKU GĦAT-TABAKK TAT-TREMBIL U TAL-PIPA (14)

Attribut #

Attribut

Deskrizzjoni

Rappurtar

Il-preżentatur iqis li din l-informazzjoni hija kunfidenzjali

 

Tabakk_Trembil_Pipa_Kontenut_Totali_Nikotina

Il-kontenut totali tan-nikotina fit-tabakk sfuż f'kull unità tal-prodott

M

 


(1)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(2)  Unità waħda fil-każ tat-tabakk sfuż tiżen 1 g.

(3)  Għal kull manifattur għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja: In-numru tal-ID jekk jeżisti, l-isem uffiċjali, il-pajjiż, in-numru u l-indirizz tal-e-Mail funzjonali tan-negozju

(4)  Ara d-definizzjoni ta' tabakk fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/40/UE

(5)  Għal kull fornitur għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja: In-numru tal-ID, jekk għandu, l-isem uffiċjali, il-pajjiż, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-e-Mail funzjonali tan-negozju.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

(8)  Kif maħluq bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea 81/437/KEE, tal-11 ta' Mejju 1981 li tistabbilixxi l-kriterji li skont dawn l-informazzjoni dwar l-inventarju ta' sustanzi kimiċi tingħata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, (ĠU L 167, 24.6.1981, p. 31).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta ' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(11)  Għal kull “emissjoni oħra” li titkejjel, għandhom jimtlew l-attributi “Emissjoni_Oħra” f'din it-taqsima.

(12)  F'din it-taqsima M u F japplikaw biss għas-sigaretti.

(13)  F'din it-taqsima M u F japplikaw biss għall-prodotti li ma jipproduċux duħħan.

(14)  F'din it-taqsima M u F japplikaw biss għat-tabakk tat-trembil u tal-pipa.


27.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/19


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2015/2187

tal-25 ta' Novembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2005/816/KE, Euratom li tawtorizza lir-Repubblika tal-Estonja biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT

(notifikata bid-dokument C(2015) 8172)

(It-test bl-Estonjan biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari t-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 382 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), l-Estonja tista', skont il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data tal-adeżjoni, tkompli teżenta t-trasport internazzjonali tal-passiġġieri, kif imsemmi fil-punt (10) tal-Parti B tal-Anness X ta' dik id-Direttiva, sakemm l-istess eżenzjoni tapplika fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004; dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/816/KE, Euratom (3), l-Estonja għandha awtorizzazzjoni għall-użu ta' stimi approssimattivi għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (10) tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE.

(3)

Fir-risposta tagħha tat-23 ta' April 2015 għall-ittra tal-14 ta' Frar 2014 tal-Kummissjoni dwar is-simplifikazzjoni ta' spezzjonijiet tar-riżorsi proprji tal-VAT (4), l-Estonja talbet awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex tuża persentaġġ fiss tal-bażi intermedja għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE għas-snin finanzjarji 2015 sa 2020. L-Estonja wriet li l-persentaġġ storiku baqa' stabbli maż-żmien. Għaldaqstant, l-Estonja għandha tingħata awtorizzazzjoni biex tikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi tuża persentaġġ fiss skont l-ittra mibgħuta mill-Kummissjoni.

(4)

Għall-finijiet ta' trasparenza u ċertezza ġuridika, hu xieraq li jkun hemm limitu ta' żmien għall-applikabilità tal-awtorizzazzjoni.

(5)

Għaldaqstant, huwa xieraq li tkun emendata d-Deċiżjoni 2005/816/KE, Euratom kif meħtieġ,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2005/816/KE, Euratom jiżdied dan bħala l-Artikolu 1a:

“Artikolu 1a

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2020, ir-Repubblika tal-Estonja hija awtorizzata li tuża 0,23 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X, (it-trasport tal-passiġġieri) għad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (*).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Kristalina GEORGIEVA

Viċi President


(1)  ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/816/KE, Euratom tal-21 ta' Novembru 2005 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Estonja biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (ĠU L 305, 24.11.2005, p. 37).

(4)  Ares(2015)370581.


27.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/21


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2015/2188

tal-25 ta' Novembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2005/872/KE, Euratom li tawtorizza lir-Repubblika Ċeka li tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tal-VAT tar-riżorsi proprji

(notifikata bid-dokument C(2015) 8174)

(It-test biċ-Ċek biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari it-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 381 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), ir-Repubblika Ċeka tista', skont il-kondizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data tal-adeżjoni, tkompli teżenta t-trasport internazzjonali tal-passiggieri, kif imsemmi fil-punt (10) tal-Anness X, il-Parti B, sakemm l-istess eżenzjoni hi applikata fi kwalunkwe mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004; dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT.

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/872/KE, Euratom (3), ir-Repubblika Ċeka għandha awtorizzazzjoni għall-użu ta' stimi approssimattivi għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (10) tal-Anness X, il-Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE.

(3)

Fir-risposta tagħha tad-29 ta' April 2015 għall-ittra tal-14 ta' Frar 2014 tal-Kummissjoni dwar is-simplifikazzjoni ta' spezzjonijiet tar-riżorsi proprji tal-VAT (4), ir-Repubblika Ċeka talbet awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex tuża perċentwal fiss tal-bażi intermedja għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (10) tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE għas-snin finanzjarji 2015 sa 2020. Ir-Repubblika Ċeka wriet li l-perċentwal storiku baqa' stabbli matul iż-żmien. Ir-Repubblika Ċeka għandha għalhekk tingħata awtorizzazzjoni biex tikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi tuża perċentwal fiss skont l-ittra mibgħuta mill-Kummissjoni.

(4)

Għal finijiet ta' trasparenza u ċertezza ġuridika, hu xieraq li jkun hemm limitu ta' żmien għall-applikabbiltà tal-awtorizzazzjoni.

(5)

Huwa għalhekk xieraq li tkun emendata d-Deċiżjoni 2005/872/KE, Euratom kif meħtieġ,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2005/872/KE, jiżdied l-Artikolu 1a li ġej:

“Artikolu 1a

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2020, is-Slovakkja hija awtorizzata li tuża 0,10 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija f'punt (10) ta' Anness X, Parti B, (it-trasport tal-passiġġieri) għad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (*).

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Kristalina GEORGIEVA

Viċi President


(1)  ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/872/KE, Euratom tal-21 ta' Novembru 2005 li tawtorizza lir-Repubblika Ċeka li tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tal-VAT tar-riżorsi proprji (ĠU L 322, 9.12.2005, p. 19).

(4)  Ares(2015)371446.


27.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/23


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2015/2189

tal-25 ta' Novembru 2015

li tawtorizza lil Spanja ma tiħux inkunsiderazzjoni ċerti kategoriji ta' tranżazzjoni għall-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

(notifikata bid-dokument C(2015) 8179)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 376 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), Spanja tista' tkompli teżenta l-provvista ta' servizzi mogħtija minn awturi, elenkati fil-punt (2) tal-Anness X, il-Parti B, u t-tranżazzjonijiet elenkati fil-punti (11) u (12) tal-Anness X, il-Parti B, skont il-kundizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fl-1 ta' Jannar 1993; dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT.

(2)

Spanja talbet l-awtorizzazzjoni biex ma tiħux inkunsiderazzjoni s-servizzi fornuti minn awturi minħabba li mhijiex f'pożizzjoni li tagħmel il-kalkolu preċiż tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjionijiet imsemmija fil-punt 2 tal-parti B tal-Anness X, tad-Direttiva 2006/112/KE. Kalkolu bħal dan x'aktarx li jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta wieħed iqis l-effett ta' dawn it-tranżazzjonijet fuq il-bażi ta' riżorsi tal-VAT ta' Spanja. Għalhekk Spanja għandha tiġi awtorizzata biex ma tieħux inkunsiderazzjoni s-servizzi fornuti minn awturi.

(3)

Għal finijiet ta' trasparenza u ċertezza tad-dritt hu xieraq li jkun hemm limitu ta' żmien għall-applikabilità tal-awtorizzazzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2019, Spanja hija awtorizzata biex ma tikkunsidrax it-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness X, il-Parti B, (awturi) tad- Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Kristalina GEORGIEVA

Viċi President


(1)  ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).


27.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/24


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2015/2190

tal-25 ta' Novembru 2015

li tawtorizza lill-Italja biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT

(notifikata bid-dokument C(2015) 8187)

(It-test Taljan biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari t-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 371 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), l-Istati Membri li, fl-1 ta' Jannar 1978, kienu jeżentaw it-transazzjonijiet elenkati fl-Anness X, il-Parti B ta' dik id-Direttiva, jistgħu jkomplu jeżentaw dawk l-attivitajiet, skont il-kundizzjonijet li japplikaw fl-Istat Membru konċernat f'dik id-data; dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati biex tiġi determinata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT.

(2)

Skont l-Artikolu 371 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Italja tista' tibqa' teżenta t-tranżazzjonijiet elenkati fil-punt (10) tal-parti B tal-Anness X ta' dik id-Direttiva.

(3)

L-Italja talbet awtorizzazzjoni biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT peress li mhix f'pożizzjoni li tagħmel il-kalkolu preċiż għat-transazzjonijiet imsemmija fil-punt (10) tal-parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE. Kalkolu bħal dan x'aktarx li jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta wieħed iqis l-effett ta' dawn it-tranżazzjonijet fuq il-bażi totali tar-riżorsi proprji tal-VAT tal-Italja. L-Italja hi f'pożizzjoni li tagħmel il-kalkolu billi tuża stimi approssimattivi għal din il-kategorija ta' tranżazzjonijiet. L-Italja għandha għalhekk tiġi awtorizzata biex tikkalkola l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi tuża estimi approssimattivi.

(4)

Għal fini ta' trasparenza u ċertezza legali hu xieraq li jkun hemm limitu ta' żmien għall-applikabbiltà tal-awtorizzazzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Biex tiġi kkalkulata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2019, l-Italja hija awtorizzata li tuża stimi approssimattivi fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija f'punt (10), Parti B, tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Kristalina GEORGIEVA

Viċi President


(1)  ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).


Rettifika

27.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/26


Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2009 tal-10 ta' Novembru 2015 dwar it-tnedija fil-Polonja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 294 tal-11 ta' Novembru 2015 )

F'paġna 70, it-tielet konsiderazzjoni:

flok:

“Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,”

aqra:

“Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

In-nota f'qiegħ il-paġna li qabel kienet 2 issa hija n-nota f'qiegħ il-paġna 3.



27.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/26


Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2049 tal-10 ta' Novembru 2015 dwar it-tnedija fl-Iżvezja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 300 tas-17 ta' Novembru 2015 )

F'paġna 15, it-tielet kunsiderazzjoni:

minflok:

“Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,”,

aqra:

“Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

In-nota f'qiegħ il-paġna li qabel kienet 2 issa hija n-nota f'qiegħ il-paġna 3.



27.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/27


Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2050 tal-10 ta' Novembru 2015 dwar it-tnedija fil-Belġju tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 300 tas-17 ta' Novembru 2015 )

F'paġna 17, it-tielet konsiderazzjoni:

flok:

“Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,”,

aqra:

“Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

In-nota f'qiegħ il-paġna li qabel kienet 2 issa hija n-nota f'qiegħ il-paġna 3.