ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 306

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
24 ta' Novembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2110 tat-12 ta' Novembru 2015 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mojama de Barbate (IĠP)]

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2111 tat-12 ta' Novembru 2015 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Echalote d'Anjou (IĠP)]

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2112 tat-23 ta' Novembru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 251/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika strutturali kummerċjali fir-rigward tal-adattament tas-serje ta' dejta wara r-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skont l-attività (KPA) ( 1 )

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2113 tat-23 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità 16 u 41 ( 1 )

7

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2114 tat-23 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

15

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2115 tat-23 ta' Novembru 2015 li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri limitu speċifiċi għas-sustanzi kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-formammid ( 1 )

17

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2116 tat-23 ta' Novembru 2015 li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri limitu speċifiċi għall-kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-benżisotijażolinon ( 1 )

20

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2117 tat-23 ta' Novembru 2015 li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri ta' limitu speċifiċi għall-kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-klorometilisotijażolinon u tal-metilisotijażolinon, kemm b'mod individwali kif ukoll fi proporzjon ta' 3:1 ( 1 )

23

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2118 tat-23 ta' Novembru 2015 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia

26

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2119 tal-20 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-produzzjoni ta' pannelli bbażati fuq l-injam (notifikata bid-dokument C(2015) 8062)  ( 1 )

31

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2110

tat-12 ta' Novembru 2015

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mojama de Barbate (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Spanja biex id-denominazzjoni “Mojama de Barbate” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Mojama de Barbate” għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Mojama de Barbate” (IĠP) hija rreġistrata.

L-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.7. — Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom, skont l-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 223, 8.7.2015, p. 10.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


24.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2111

tat-12 ta' Novembru 2015

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Echalote d'Anjou (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Echalote d'Anjou” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni “Echalote d'Anjou” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Echalote d'Anjou” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni speċifikata fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott fil-Klassifika 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 218, 3.7.2015, p. 6.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


24.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2112

tat-23 ta' Novembru 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 251/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika strutturali kummerċjali fir-rigward tal-adattament tas-serje ta' dejta wara r-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skont l-attività (KPA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2)(e)egħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta' statistika Ewropea dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment tan-negozji fl-Unjoni Ewropea.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi klassifikazzjoni statistiska ġdida tal-prodotti skont l-attività (KPA) li tilħaq ir-rekwiżiti tal-istatistika fl-Unjoni.

(3)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009 (3) jistabbilixxi s-serje tad-dejta, il-livell ta' analizi u t-tikketti tal-prodotti li għandhom jiġu trażmessi abbażi tal-KPA.

(4)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1209/2014 (4) jenħtieġ li jiġi addattat l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 251/2009 rigward il-livell ta' analiżi u t-tikketti ta' ċerti prodotti biex id-dejta tiġi trażmessa abbażi tal-KPA ħalli jinżammu l-komparabbiltà u l-konsistenza mal-istandards tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jintużaw f'livell internazzjonali.

(5)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 251/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 251/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistiska ġdida tal-prodotti skont l-attività (KPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 65).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009 tal-11 ta' Marzu 2009 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-serje ta' dejta li għandha tiġi prodotta għall-istatistiċi strutturali tal-kummerċ u l-adattamenti meħtieġa wara l-klassifikazzjoni ta' statistika tal-prodotti assoċjati mal-attività (CPA), (ĠU L 86, 31.3.2009, p. 170).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1209/2014 tad-29 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistika ġdida tal-prodotti skont l-attività (KPA) u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (ĠU L 336, 22.11.2014, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 251/2009 huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-Punt 1 “SERVIZZI”, fit-tabella tas-“Serje 1E”, taħt “Livell ta' analiżi tal-attività”, l-“Aggregati speċjali”“HIT”, “MHT”, “MLT” u“LOT” huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

“HIT

Manifattura ta' teknoloġija għolja (NACE Rev.2 21 + 26 + 30.3)

MHT

Manifattura ta' teknoloġija medja-għolja (NACE Rev.2 20 + 25.4 + 27 + 28 + 29 + 30-30.1 -30.3 + 32.5)

MT

Manifattura ta' teknoloġija medja-baxxa (NACE Rev.2 18.2 + 19 + 22 + 23 + 24 + 25-25.4 + 30.1 + 33)

LOT

Manifattura ta' teknoloġija baxxa NACE Rev.2 10 + 11 + 12 + 13 + 14 + 15 + 16 + 17 + 18-18.2 + 31 + 32-32.5)”.

2.

Fil-punt 2 “L-INDUSTRIJA”, fit-tabelli tas-serje 2H, 2I, 2J u 2K, l-entrata taħt “Kopertura tal-attivitajiet”“NACE Rev.2, taqsimiet B-E (għajr NACE Rev.2 diviżjonijiet 37, 38 u 39)” hija sostitwita minn “NACE Rev.2, taqsimiet B-D u diviżjoni 36”.

3.

Fil-punt 3 “IL-KUMMERĊ DISTRIBUTTIV”, fit-tabelli tas-serje 3E, 3F, 3G, 3H, 3I, 3J u 3K, “Livell ta' analiżi tal-attività” titħassar “NACE Rev. 2 livell b'numru 1 (Taqsima)”.

4.

Fil-punt 4 “IL-KOSTRUZZJONI”, fit-tabella tas-serje 4G, “Livell ta' analiżi tal-attività”

“NACE Rev.2 livell bi 3 numri (Gruppi)

NACE Rev.2 livell b'2 numri (Diviżjoni)

NACE Rev.2 livell b'numru 1(Taqsima)”

jiġu sostitwiti minn:

“NACE Rev.2. livell b'2 numri (Diviżjoni) għajr il-karatteristiki 18 31 0 u 18 32 0 għad-diviżjoni 43

NACE Rev.2 livell b'numru 1 (Taqsima) għajr il-karatteristiki 18 31 0 u 18 32 0”.

5.

Il-Punt 8 “IS-SERVIZZI TAN-NEGOZJU” huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-tabella tas-“Serje 8 A”, taħt “Livell ta' analiżi skont it-tip ta' prodott”, għall-prodott 63 12, l-entrata “Kontenut tal-portali tal-web” hija sostitwita minn “Servizzi tal-portali tal-web”.

(b)

Fit-tabella tas-“Serje 8 A”, taħt “Livell ta' analiżi skont it-tipta' prodott”, għall-prodott 73 11 13, l-entrata “Servizzi ta' disinn u ta' żvilupp tal-kunċett tar-reklami” hija sostitwita minn “Servizzi ta' żvilupp tal-kunċett tar-reklami”.

(c)

Fit-tabella tas-“Serje 8C”, taħt “Livell ta' analiżi skont it-tip ta' prodott”, titħassar l-entrata tal-prodott 70 22 4“Trejdmarks u franchises”.

(d)

Fit-tabella tas-“Serje 8E”, taħt “Livell ta' analiżi skont it-tip ta' prodott”, għall-prodott 71 11 24, l-entrata “Servizzi ta' konsulenza arkitettonika” hija sostitwita minn “Servizzi ta' konsulenza arkitettonika għall-proġetti tal-bini”.


24.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2113

tat-23 ta' Novembru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità 16 u 41

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008.

(2)

Fit-30 ta' Ġunju 2014, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ħareġ emendi għal IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir u l-IAS 41 Agrikoltura intitolat Agrikoltura: Pjanti Portaturi. L-IASB iddeċieda li pjanti, li jintużaw biss biex jitkabbru prodotti fuq diversi perjodi, magħrufa bħala pjanti portaturi, għandhom jiġu kkontabilizzati bl-istess mod bħal proprjetà, impjant u tagħmir f'IAS 16 Proprjetà, impjant u tagħmir, peress li l-operat tagħhom huwa simili għal dak ta' manifattura.

(3)

L-emendi fl-IAS 16 u 41 jimplikaw, bħala konsegwenza, emendi għall-IAS 1, 17, 23, 36 u 40 sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità.

(4)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IAS 16 u l-IAS 41 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

(b)

L-IAS 41 Agrikoltura huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

(c)

L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji, l-IAS 17 Lokazzjonijiet, l-IAS 23 Kostijiet tas-Self, l-IAS 36 Indeboliment tal-Assi u l-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment huma emendati skont l-emendi għall-IAS 16 u IAS 41 kif stipulat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1)


ANNESS

Agrikoltura: Pjanti portaturi

(Emendi għall-IAS 16 u l-IAS 41)

Emendi għall-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir

Il-paragrafi 3, 6 u 37 huma emendati u jiżdiedu l-paragrafi 22 A u 81K-81M.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

3.

Dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a)

proprjetà, impjant u tagħmir ikklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ b'konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet Li ma Tkomplewx;

(b)

assi bijoloġiċi relatati ma' attività agrikola għajr pjanti portaturi(ara l-IAS 41 Agrikoltura). Dan l-istandard japplika għal pjanti portaturi iżda ma japplikax għall-prodotti tal-pjanti portaturi.

(c)

ir-rikonoxximent u l-kejl ta' assi ta' esplorazzjoni u evalwazzjoni (ara l-IFRS 6 L-Esplorazzjoni għal Riżorsi Minerali u l-Evalwazzjoni tagħhom);

(d)

DEFINIZZJONIJIET

6.

It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Pjanta portatura hija pjanta ħajja li:

(a)

tintuża fil-produzzjoni jew il-provvista ta' prodotti agrikoli;

(b)

hija mistennija tipproduċi għal aktar minn perjodu wieħed; kif ukoll

(c)

mhux probabbli li tinbiegħ bħala prodott agrikolu, ħlief għal bejgħ inċidentali tal-fdal.

(Il-paragrafi 5 A-5B tal-IAS 41 jelaboraw fuq din id-definizzjoni ta' pjanta portatura.)

Ammont miżmum fil-kotba hu l-ammont li bih ass jiġi rikonoxxut wara li jitnaqqsu kull deprezzament akkumulat u telf ta' indeboliment akkumulat.

Elementi ta' kost

22 A

Pjanti portaturi jiġu kkontabilizzati bl-istess mod bħal oġġetti mibnija minnhom infushom ta' proprjetà, impjant u tagħmir qabel ma jkunu fil-post u fil-kundizzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jitħaddmu bil-mod intenzjonat mill-maniġment. Konsegwentement, referenzi għal “kostruzzjoni” f'dan l-Istandard għandhom jinqraw bħala attivitajiet li jkopru li huma meħtieġa biex irawmu l-pjanti portaturi qabel ma jkunu fil-post u fil-kundizzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jitħaddmu bil-mod intenzjonat mill-maniġment.

Mudell ta' rivalutazzjoni

37.

Klassi ta' proprjetà, impjant u tagħmir hi grupp ta' assi ta' natura u użu simili fl-operazzjonijiet ta' entità. Dawn li ġejjin huma eżempji ta' klassijiet separati:

(a)

(g)

għamara u tagħmir fiss;

(h)

apparat tal-uffiċċju; kif ukoll

(i)

pjanti portaturi.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

81K

Agrikoltura: Pjanti Portaturi (Emendi fl-IAS 16 u l-IAS 41), maħruġ f'Ġunju 2014, emenda l-paragrafi 3, 6 u 37 u żied il-paragrafi 22 A u 81L-81M. Entità tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, din tiddivulga dan il-fatt. Entità tapplika dawk l-emendi retrospettivament skont l-IAS 8, ħlief kif speċifikat fil-paragrafu 81M.

81L

Fil-perijodu ta' rappurtar, meta Agrikoltura: Pjanti Portaturi (Emendi għall-IAS 16 u l-IAS 41) jiġi applikat għall-ewwel darba, entità m'għandhiex għalfejn tiżvela l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għal dak il-perjodu. Madankollu, entità tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28 (f) tal-IAS 8 għal kull perijodu preċedenti ppreżentat.

81M

Entità tista' tagħżel li tkejjel element tal-pjanti portaturi bil-valur ġust tiegħu fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji għall-perijodu ta' rappurtar li fih l-entità tapplika għall-ewwel darba Agrikoltura: Pjanti Portaturi (Emendi għall-IAS 16 u l-IAS 41) u tuża dak il-valur ġust bħala l-kost preżunt tagħhom f'dik id-data. Kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-valur ġust tiġi rikonoxxuta fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ fil-bidu tal-aktar perjodu bikri ppreżentat.

Emendi għall-IAS 41 Agrikoltura

Il-paragrafi 1-5, 8, 24 u 44 huma emendati u jiżdiedu l-paragrafi 5 A-5C u 62-63.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

1.

Dan l-Istandard jiġi applikat għall-kontabilità ta' dawn li ġejjin meta jkunu relatati ma' attività agrikola:

(a)

assi bijoloġiċi, għajr il-pjanti portaturi;

(b)

prodotti agrikoli fil-punt tal-ħsad; kif ukoll

(c)

għotjiet pubbliċi koperti mill-paragrafi 34 u 35.

2.

Dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a)

art relatata ma' attività agrikola (ara l-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir u l-IAS 40 Proprjetà ta' Investiment).

(b)

pjanti portaturi relatati ma' attività agrikola (ara l-IAS 16). Madankollu, dan l-Istandard japplika għall-prodotti ta' dawk il-pjanti portaturi.

(c)

għotjiet pubbliċi relatati mal-pjanti portaturi (ara l-IAS 20 Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Żvelar ta' Assistenza Pubblika).

(d)

assi intanġibbli relatati ma' attività agrikola (ara l-IAS 38 Assi Intanġibbli).

3.

Dan l-Istandard huwa applikat għal prodotti agrikoli, li huma l-prodotti maħsud tal-assi bijoloġiċi tal-entità, fil-punt tal-ħsad. Minn hemm 'il quddiem, huma applikati l-IAS 2 Inventarji jew xi Standard applikabbli ieħor. Għaldaqstant, dan l-Istandard ma jittrattax l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli wara l-ħsad; pereżempju, l-ipproċessar tal-għeneb f'inbid minn vitikultur li jkun kabbar l-għeneb. Waqt li dan l-ipproċessar jista' jkun estensjoni loġika u naturali tal-attività agrikola, u li l-avvenimenti li jseħħu jista' jkollhom xi similarità mat-trasformazzjoni bijoloġika, dan l-ipproċessar mhuwiex inkluż fid-definizzjoni ta' attività agrikola f'dan l-Istandard.

4.

L-iskeda ta' hawn taħt tipprovdi eżempji ta' assi bijoloġiċi, prodotti agrikoli, u prodotti li huma r-riżultat tal-ipproċessar wara l-ħsad:

Assi bijoloġiċi

Prodotti agrikoli

Prodotti li huma r-riżultat tal-ipproċessar wara l-ħsad

Nagħaġ

Suf

Ħjut, twapet

Siġar f'pjantaġġuni għall-Injam

Siġar li twaqqgħu

Zkuk, injam maqtugħ

Baqar tal-ħalib

Ħalib

Ġobon

Qżieqeż

Karkassa

Zalzett, perżut ippreżervat

Pjanti tal-qoton

Qoton maħsud

Ħajt, ilbies

Kannamieli

Kannamieli maħsuda

Zokkor

Pjanti tat-tabakk

Weraq maqtugħ

Tabakk ippreżervat

Sġajjar tat-tè

Weraq maqtugħ

Dwieli

Għeneb maqtugħ

Inbid

Siġar tal-frott

Frott maqtugħ

Frott iproċessat

Palmijiet taż-żejt

Frott maqtugħ

Żejt tal-palm

Siġar tal-gomma

Latex maħsud

Prodotti tal-lastku

Ċerti pjanti, pereżempju l-isġajjar tat-tè, id-dwieli tal-għeneb, il-palmijiet taż-żejt, u s-siġar tal-gomma, ġeneralment jissodisfaw id-definizzjoni ta' pjanta portatura u jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-IAS 16. Madankollu, il-prodott li jikber fuq il-pjanti portaturi, pereżempju l-weraq tat-tè, l-għeneb, il-frott tal-palm taż-żejt u l-latex, jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-IAS 41.

DEFINIZZJONIJIET

Definizzjonijiet relatati mal-agrikoltura

5.

It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Prodott agrikolu huwa l-prodott maħsud tal-assi bijoloġiċi tal-entità.

Pjanta portatura hija pjanta ħajja li:

(a)

tintuża fil-produzzjoni jew il-provvista ta' prodotti agrikoli;

(b)

hija mistennija tipproduċi għal aktar minn perjodu wieħed; kif ukoll

(c)

mhux probabbli li tinbiegħ bħala prodott agrikolu, ħlief għal bejgħ inċidentali tal-fdal.

Ass bijoloġiku huwa annimal jew pjanta ħajja.

5 A

Dawn li ġejjin mhumiex pjanti portaturi:

(a)

pjanti kkultivati biex jinħasdu bħala prodott agrikolu (pereżempju, siġar imkabbra għall-użu bħala injam);

(b)

pjanti kkultivati biex jipproduċu prodotti agrikoli meta jkun hemm aktar minn probabbiltà remota li l-entità se taħsad u tbigħ ukoll il-pjanta bħala prodott agrikolu, u mhux bħala bejgħ inċidentali tal-fdal (pereżempju, siġar li huma kkultivati kemm għall-frott tagħhom kif ukoll għall-injam); kif ukoll

(c)

għelejjel annwali (pereżempju l-qamħirrum u l-qamħ).

5B

Meta l-pjanti portaturi ma jibqgħux jintużaw biex jipproduċu l-prodotti tagħhom, dawn jistgħu jinqatgħu u jinbiegħu bħala fdal, pereżempju, għall-użu bħala ħatab għan-nar. Bejgħ inċidentali tal-fdal bħal dan m'għandux jipprevjeni l-pjanta milli tissodisfa d-definizzjoni ta' pjanta portatura.

5C

Il-prodotti mill-pjanti portaturi huma assi bijoloġiċi.

Definizzjonijiet ġenerali

8.

It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Għotjiet pubbliċi huma kif definiti fl-IAS 20.

RIKONOXXIMENT U KEJL

24.

Xi kultant, il-kost jista' jqarreb il-valur ġust, partikolarment meta:

(a)

tkun saret ftit li xejn trasformazzjoni bijoloġika minn mindu saret l-ispiża inizjali (pereżempju, għal nebbieta mħawwla immedjatament qabel it-tmiem ta' perjodu ta' rappurtar jew bhejjem mixtrija reċentement); jew

(b)

l-impatt tat-trasformazzjoni bijoloġika fuq il-prezz mhuwiex mistenni li jkun materjali (pereżempju, għat-tkabbir inizjali f'ċiklu tal-produzzjoni ta' 30 sena fi pjantaġġun tas-siġar tal-arznu).

Ġenerali

44.

L-assi bijoloġiċi konsumabbli huma dawk li għandhom jinħasdu bħala prodott agrikolu jew jinbiegħu bħala assi bijoloġiċi. Eżempji ta' assi bijoloġiċi konsumabbli huma merħliet intenzjonati għall-produzzjoni tal-laħam, merħliet miżmumin għall-bejgħ, ħut f'razzett, għelejjel bħal qamħirrum u qamħ, prodotti ta' pjanta portatura u siġar li qed jitkabbru għall-injam. L-assi bijoloġiċi portaturi huma dawk għajr l-assi bijoloġiċi konsumabbli; pereżempju, merħliet li minnhom jiġi prodott il-ħalib u siġar tal-frott li minnhom jinħasad il-frott. L-assi bijoloġiċi portaturi mhumiex prodott agrikolu iżda, pjuttost, jinżammu biex jipproduċu l-prodotti.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

62.

Agrikoltura: Pjanti portaturi (Emendi għall-IAS 16 u l-IAS 41), maħruġ f'Ġunju 2014, emenda l-paragrafi 1-5, 8, 24 u 44 u żied il-paragrafi 5 A- 5C u 63. Entità tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, din tiddivulga dan il-fatt. Entità tapplika dawk l-emendi b'mod retrospettiv skont l-IAS 8.

63.

Fil-perijodu ta' rappurtar, meta Agrikoltura: Pjanti Portaturi (Emendi għall-IAS 16 u l-IAS 41) jiġi applikat għall-ewwel darba, entità m'għandhiex għalfejn tiżvela l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għal dak il-perjodu. Madankollu, entità tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu28 (f) tal-IAS 8 għal kull perijodu preċedenti ppreżentat.

EMENDI KONSEGWENZJALI GĦAL STANDARDS OĦRA

IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji

Il-paragrafu 54 huwa emendat.

Informazzjoni li trid tkun ippreżentata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja

54.

Bħala minimu, ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jinkludi entrati linja b'linja li jippreżentaw l-ammonti li ġejjin:

(a)

(f)

assi bijoloġiċi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IAS 41 Agrikoltura;

(g)

IAS 17 Kirjiet

Il-paragrafu 2 huwa emendat.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

2.

Madanakollu, dan l-Istandard ma jintużax bħala l-bażi tal-kejl ta':

(a)

(c)

assi bijoloġiċi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IAS 41 Agrikoltura miżmuma minn kerrejja taħt kirjiet finanzjarji; jew

(d)

assi bijoloġiċi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IAS 41 ipprovdutu mis-sidien taħt kirjiet operattivi.

IAS 23 L-Ispejjeż tas-self

Il-paragrafi 4 u 7 ġew emendati.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

4.

Entità mhijiex meħtieġa tapplika l-Istandard għall-kostijiet tas-self li huma direttament attribwibbli għall-akkwist, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta':

(a)

ass li jikkwalifika meqjus bil-valur ġust, pereżempju ass bijoloġiku fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IAS 41 Agrikoltura; jew

(b)

DEFINIZZJONIJIET

7.

Skont iċ-ċirkustanzi, dawn li ġejjin kollha jistgħu jkunu assi li jikkwalifikaw:

(a)

(e)

proprjetajiet ta' investiment

(f)

pjanti portaturi.

IAS 36 Deterjorament tal-Assi

Il-paragrafu 2 huwa emendat.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

2.

Dan l-Istandard jiġi applikat fil-kontabilità għad-deterjorament tal-assi kollha, minbarra:

(a)

(g)

assi bijoloġiċi relatati mal-attività agrikola fil-kamp ta' applikazzjoni tal-IAS 41 Agrikoltura li jitkejlu skont il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment;

(h)

IAS 40 Proprjetà għall-Investiment

Il-paragrafi 4 u 7 ġew emendati.

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

4.

Dan l-Istandard ma japplikax għal:

(a)

assi bijoloġiċi relatati mal-attività agrikola (ara l-IAS 41 Agrikoltura u l-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir); kif ukoll

(b)

KLASSIFIKAZZJONI TAL-PROPRJETÀ BĦALA PROPRJETÀ GĦALL-INVESTIMENT JEW PROPRJETÀ OKKUPATA MINN SIDHA

7.

Il-proprjetà għall-investiment tinżamm sabiex wieħed idaħħal il-kera jew għall-apprezzament tal-kapital jew għat-tnejn. Għalhekk, proprjetà għall-investiment tiġġenera flussi tal-flus li huma fil-biċċa l-kbira indipendenti mill-assi l-oħrajn miżmuma minn entità. Dan jiddistingwi l-proprjetà għall-investiment minn proprjetà okkupata mis-sid. Il-produzzjoni jew il-provvista ta' oġġetti jew servizzi (jew l-użu ta' proprjetà għal skopijiet amministrattivi) jiġġenera flussi tal-flus li huma attribwibbli mhux biss għall-proprjetà, iżda wkoll għall-assi l-oħrajn użati fil-proċess ta' produzzjoni jew provvista. L-IAS 16 japplika għall-proprjetà okkupata mis-sid.


24.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2114

tat-23 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

48,7

MA

71,4

ZZ

60,1

0707 00 05

AL

69,7

MA

93,8

TR

143,9

ZZ

102,5

0709 93 10

AL

76,3

MA

51,3

TR

159,0

ZZ

95,5

0805 20 10

MA

99,8

ZZ

99,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

64,6

ZZ

64,6

0805 50 10

TR

95,7

ZZ

95,7

0808 10 80

AU

166,8

CA

159,7

CL

83,6

MK

32,3

NZ

173,1

US

107,0

ZA

166,0

ZZ

126,9

0808 30 90

BA

85,6

CN

64,0

TR

124,1

ZZ

91,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

24.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/17


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2115

tat-23 ta' Novembru 2015

li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri limitu speċifiċi għas-sustanzi kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-formammid

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tat-tfal mir-riskji kkawżati minn sustanzi kimiċi fil-ġugarelli, id-Direttiva 2009/48/KE tistabbilixxi ċerti rekwiżiti fir-rigward ta' sustanzi kimiċi bħalma huma dawk ikklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fwejjaħ allerġeniċi u ċerti elementi. Barra minn hekk, id-Direttiva 2009/48/KE tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta valuri ta' limitu speċifiċi għal sustanzi kimiċi użati f'ġugarelli maħsuba għat-tfal taħt is-36 xahar u f'ġugarelli oħra maħsuba biex jitqiegħdu fil-ħalq, sabiex tkun żgurata protezzjoni xierqa f'każ ta' ġugarelli li jinvolvu livell għoli ta' esponiment. L-adozzjoni ta' dawn il-valuri ta' limitu tieħu l-forma ta' inklużjoni fl-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE.

(2)

Attwalment, il-valuri limitu applikabbli għal għadd ta' sustanzi kimiċi huma għolja wisq fid-dawl tal-evidenza xjentifika disponibbli jew ma jeżistux. Għalhekk, għal dawn is-sustanzi kimiċi għandhom jiġu adottati valuri limitu speċifiċi, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-imballaġġ għall-prodotti tal-ikel kif ukoll id-differenzi bejn il-ġugarelli u l-materjali li jmissu mal-ikel.

(3)

Sabiex jagħtiha pariri fit-tħejjija ta' proposti leġiżlattivi u inizjattivi politiki fil-qasam tas-sikurezza tal-ġugarelli, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet il-Grupp ta' Esperti dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli. Il-missjoni tas-sottogrupp tiegħu “Sustanzi Kimiċi” hija li jagħti dawn il-pariri fir-rigward tas-sustanzi kimiċi li jistgħu jintużaw fil-ġugarelli.

(4)

Il-formammid (numru tal-CAS 75-12-7) jintuża, fost l-oħrajn, fl-industrija tal-plastik u tal-polimeri, partikolarment bħala solvent, plastifikant jew bħala sustanza assoċjata ma' aġent neffieħi użat fil-produzzjoni tal-fowm (3). Fl-2010, bosta Stati Membri identifikaw il-formammid f'firxa ta' ġugarelli bil-fowm, bħat-twapet puzzle, u dan qajjem xi tħassib minħabba l-periklu għas-saħħa tat-tfal meta jinġibed man-nifs. Xi Stati Membri ħadu jew kienu qed jikkunsidraw li jieħdu azzjoni regolatorja.

(5)

Fid-deliberazzjonijiet tiegħu dwar il-formammid, is-sottogrupp “Sustanzi Kimiċi” bbaża fuq l-opinjoni tal-Aġenzija Franċiża għall-Ikel, l-Ambjent u l-Ħarsien tas-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol (ANSES). L-opinjoni rrakkomandat li għandhom jiġu limitati l-emissjonijiet fl-arja tal-formammid mit-twapet puzzle, b'tali mod li ma jkunux jaqbżu l-20μg/m3 imkejla 28 jum wara li jitneħħew mill-imballaġġ u magħluqa f'kamra ta' degassifikazzjoni tat-twapet ġodda qabel jinbiegħu, skont metodu tal-ittestjar (4) b'konformità mal-istandards ISO 16000-6 u 16000-9 u f'kundizzjonijiet xierqa għat-teħid ta' kampjuni tal-prodotti u tal-lottijiet ta' prodotti.

(6)

Is-sottogrupp “Sustanzi Kimiċi” kkunsidra wkoll nursery (b'volum tal-kamra ta' 30 m3) b'tapit puzzle kbir (1,2 m2, 720 g) u diversi ġugarelli oħra bil-fowm (li tfisser żieda ta' 1 kg ta' materjali tal-ġugarelli bil-fowm esposti għall-arja). L-arja f'dik in-nursery (rata tat-tibdil tal-arja ta' 0,5 h– 1) ikun fiha 20 μg/m3 ta' formammid wara 28 jum jekk il-kontenut ta' formammid fil-materjali tal-ġugarelli tal-fowm kien ta' madwar 200 mg/kg u ġie emess kompletament.

(7)

Il-formammid huwa kklassifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bħala tossiku għar-riproduzzjoni, tal-kategorija 1B. Skont il-punt 4 tal-Parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE, is-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B, bħall-formammid, jistgħu jkunu preżenti fil-ġugarelli b'konċentrazzjonijiet daqs jew inqas mill-konċentrazzjoni rilevanti stabbilita għall-klassifikazzjoni tat-taħlitiet li jkun fihom minnha, jiġifieri 0,5 %, li hu ekwivalenti għal 5 000 mg/kg (limitu ta' kontenut), qabel l-1 ta' Ġunju 2015 u 0,3 %, li hu ekwivalenti għal 3 000 mg/kg (limitu ta' kontenut) wara din. Attwalment, id-Direttiva 2009/48/KE ma tipprovdix valur ta' limitu tal-emissjonijiet għall-formammid.

(8)

Fid-dawl ta' dan kollu, meta ltaqa' fit-28 ta' Novembru 2013, is-sottogrupp “Sustanzi Kimiċi” irrakkomanda li l-emissjonijiet tal-formammid mill-materjali tal-ġugarelli bil-fowm ikunu limitati fl-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE sa 20 μg/m3 wara massimu ta' 28 jum minn meta jibda l-ittestjar tal-emissjonijiet. Is-sottogrupp irrakkomanda wkoll, fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta' Frar 2015, li l-ittestjar tal-emissjonijiet mhuwiex meħtieġ meta l-kontenut ta' formammid ikun ta' 200 mg/kg jew inqas (valur ta' limitu derivat fl-agħar xenarju ta' esponiment possibbli).

(9)

M'hemm l-ebda użu magħruf tal-formammid f'materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel li għandu jitqies.

(10)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 47 tad-Direttiva 2009/48/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Appendiċi I tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE, għandha tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Sustanza

Nru tal-CAS

Valur limitu

“Formammid

75-12-7

20 μg/m3 (il-limitu ta' emissjoni) wara massimu ta' 28 jum minn meta jibda l-ittestjar tal-emissjonijiet tal-materjali tal-ġugarelli bil-fowm li fihom aktar minn 200 mg/kg (limitu bbażat fuq il-kontenut).”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-24 ta' Mejju 2017, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-24 ta' Mejju 2017.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  L-Aġenzija Franċiża għall-Ikel, l-Ambjent u l-Ħarsien tas-Saħħa u s-Sikurezza fuq il-Post tax-Xogħol (ANSES), “Opinion on the uses of formamide in consumer goods and health risks related to formamide in children's foam puzzle mats”. Opinjoni tal-ANSES, Talba Nru 2010-SA-0302, l-4 ta' Lulju 2011, p. 4.

(4)  Protokoll tat-test tal-emissjonijiet b'umdità relattiva ta' 50 %, temperatura ta' 23 °C, rata ta' tibdil tal-arja ta' 0,5 volum.h– 1, daqs ta' kamra normali ta' 30 m3 u wiċċ emissiv għat-tapit ta' 1,2 m2.


24.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/20


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2116

tat-23 ta' Novembru 2015

li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri limitu speċifiċi għall-kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-benżisotijażolinon

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tat-tfal mir-riskji kkawżati minn sustanzi kimiċi fil-ġugarelli, id-Direttiva 2009/48/KE tistabbilixxi ċerti rekwiżiti fir-rigward ta' sustanzi kimiċi bħalma huma dawk ikklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fwejjaħ allerġeniċi u ċerti elementi. Barra minn hekk, id-Direttiva 2009/48/KE tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta valuri limitu speċifiċi għal sustanzi kimiċi użati f'ġugarelli maħsuba għat-tfal taħt is-36 xahar u f'ġugarelli oħra maħsuba biex jitqiegħdu fil-ħalq, sabiex tkun żgurata protezzjoni xierqa f'każ ta' ġugarelli li jinvolvu livell għoli ta' esponiment. L-adozzjoni ta' dawn il-valuri limitu tieħu l-forma ta' inklużjoni fl-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE.

(2)

Għal għadd ta' sustanzi kimiċi, il-valuri limitu li bħalissa japplikaw huma għolja wisq fid-dawl tal-evidenza xjentifika disponibbli jew ma jeżistux. Għalhekk, għal dawn is-sustanzi kimiċi għandhom jiġu adottati valuri limitu speċifiċi, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-imballaġġ għall-prodotti tal-ikel kif ukoll id-differenzi bejn il-ġugarelli u l-materjali li jmissu mal-ikel.

(3)

Sabiex jagħtiha pariri fit-tħejjija ta' proposti leġiżlattivi u inizjattivi politiki fil-qasam tas-sikurezza tal-ġugarelli, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet il-Grupp ta' Esperti dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli. Il-missjoni tas-sottogrupp tiegħu “Sustanzi Kimiċi” hija li jagħti dawn il-pariri fir-rigward tas-sustanzi kimiċi li jistgħu jintużaw fil-ġugarelli.

(4)

Il-1,2-Benżisotijażol-3(2H)-on (1,2-benżisotijażolin-3-on, BIT, numru tal-CAS 2634-33-5) jintuża bħala preservattiv f'ġugarelli b'bażi ta' ilma (3) inklużi ż-żebgħa artistika u ż-żebgħa tas-swaba' (4), kif jidher fir-riżultati tal-istħarriġ tas-suq li jinvolvi l-operaturi ekonomiċi u l-assoċjazzjonijiet kummerċjali tagħhom, ir-rappreżentanti tal-konsumaturi u ċ-ċentri tal-allerġiji, kif ukoll permezz ta' tiftix bl-Internet u żjarat fil-ħwienet (5).

(5)

Fid-deliberazzjonijiet tiegħu dwar il-BIT, is-sottogrupp “Sustanzi Kimiċi” ibbaża fuq l-opinjoni relatata tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) li jinnota li l-BIT huwa allerġen ta' kuntatt magħruf sew (6). Għalkemm l-opinjoni tqis il-BIT biss bħala sensitizzatur moderat b'saħħa inqas minn preservattivi kożmetiċi oħra mqiegħda fis-suq (7), din tikkonkludi li l-isotijażolinoni huma allerġeni ta' kuntatt importanti ħafna għall-konsumatur fl-Ewropa (8). Mhuwiex permess l-użu tal-BIT fil-kożmetiċi (9).

(6)

Il-BIT huwa kklassifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bħala sensitizzatur tal-ġilda. Attwalment, id-Direttiva 2009/48/KE la għandha valur limitu speċifiku għall-BIT u lanqas valur limitu ġenerali għas-sensitizzaturi.

(7)

Fid-dawl ta' dan kollu, is-sottogrupp “Sustanzi Kimiċi” qies li l-BIT ma għandux jintuża fil-ġugarelli. Skont l-istandard Ewropew EN 71-9:2005+A1:2007, is-sustanzi li ma għandhomx jintużaw, għandhom jiġu limitati għal-limitu ta' kwantifikazzjoni (LOQ) ta' metodu tal-ittestjar xieraq (10). B'hekk, meta ltaqa' fis-26 ta' Marzu 2014, is-sottogrupp “Sustanzi Kimiċi” irrakkomanda li l-BIT fil-ġugarelli jkun limitat għal-limitu ta' kwantifikazzjoni tiegħu, jiġifieri sa konċentrazzjoni massima ta' 5 mg/kg. L-użu tal-BIT mhuwiex regolat għall-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel.

(8)

Fid-dawl ta' dan kollu, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE għandu jiġi emendat biex jinkludi limitu ta' kontenut għall-BIT fil-ġugarelli.

(9)

Il-limitu ta' kontenut stabbilit minn din id-Direttiva għandu jiġi rieżaminat mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data meta l-Istati Membri għandhom japplikaw din id-Direttiva.

(10)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 47 tad-Direttiva 2009/48/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE, għandha tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

Sustanza

Nru tal-CAS

Valur limitu

“1,2-benżisotijażol-3(2H)-on

2634-33-5

5 mg/kg (limitu ta' kontenut) f'materjali b'bażi ta' ilma għall-ġugarelli, skont il-metodi stabbiliti f'EN 71-10:2005 u EN 71-11:2005”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-24 ta' Mejju 2017, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-24 ta' Mejju 2017.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  L-Aġenzija Daniża għall-Protezzjoni tal-Ambjent (2014) “Survey and health assessment of preservatives in toys. Survey of chemical substances in consumer products” Nru. 124, 2014; it-tabella 24, p. 56.

(4)  L-Aġenzija Daniża għall-Protezzjoni tal-Ambjent (2014) “Survey and health assessment of preservatives in toys. Survey of chemical substances in consumer products” Nru. 124, 2014; p. 38.

(5)  L-Aġenzija Daniża għall-Protezzjoni tal-Ambjent (2014) “Survey and health assessment of preservatives in toys. Survey of chemical substances in consumer products” Nru. 124, 2014; p. 19 u l-kumplament.

(6)  Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS), “Opinion on benzisothiazolinone (BIT)”. Opinjoni adottata fis-26 u fis-27 ta' Ġunju 2012, p. 16 u 26.

(7)  Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS), “Opinion on benzisothiazolinone (BIT)”. Opinjoni adottata fis-26 u fis-27 ta' Ġunju 2012, p. 16.

(8)  Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS), “Opinion on benzisothiazolinone (BIT)”. Opinjoni adottata fis-26 u fis-27 ta' Ġunju 2012, p. 26.

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).

(10)  EN 71-9:2005+A1:2007, l-Anness A, it-taqsima A.10.


24.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/23


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2117

tat-23 ta' Novembru 2015

li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri ta' limitu speċifiċi għall-kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-klorometilisotijażolinon u tal-metilisotijażolinon, kemm b'mod individwali kif ukoll fi proporzjon ta' 3:1

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tat-tfal mir-riskji kkawżati minn sustanzi kimiċi fil-ġugarelli, id-Direttiva 2009/48/KE tistabbilixxi ċerti rekwiżiti fir-rigward ta' sustanzi kimiċi bħalma huma dawk ikklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fwejjaħ allerġeniċi u ċerti elementi. Barra minn hekk, id-Direttiva 2009/48/KE tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta valuri ta' limitu speċifiċi għal sustanzi kimiċi użati f'ġugarelli maħsuba għat-tfal taħt is-36 xahar u f'ġugarelli oħra maħsuba biex jitqiegħdu fil-ħalq, sabiex tkun żgurata protezzjoni xierqa f'każ ta' ġugarelli li jinvolvu livell għoli ta' esponiment. L-adozzjoni ta' dawn il-valuri limitu tieħu l-forma ta' inklużjoni fl-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE.

(2)

Għal għadd ta' sustanzi kimiċi, il-valuri limitu li bħalissa japplikaw huma għolja wisq fid-dawl tal-evidenza xjentifika disponibbli jew ma jeżistux. Għalhekk, għal dawn is-sustanzi kimiċi għandhom jiġu adottati valuri limitu speċifiċi, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-imballaġġ għall-prodotti tal-ikel kif ukoll id-differenzi bejn il-ġugarelli u l-materjali li jmissu mal-ikel.

(3)

Sabiex jagħtiha pariri fit-tħejjija ta' proposti leġiżlattivi u inizjattivi politiki fil-qasam tas-sikurezza tal-ġugarelli, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet il-Grupp ta' Esperti dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli. Il-missjoni tas-sottogrupp tiegħu “Sustanzi Kimiċi” hija li jagħti dawn il-pariri fir-rigward tas-sustanzi kimiċi li jistgħu jintużaw fil-ġugarelli.

(4)

Il-5-kloro-2-metilisotijażolin-3(2H)-on (CMI) u 2-metilisotijażolin-3(2H)-on (MI) fi proporzjon ta' 3:1 (numru tal-CAS 55965-84-9) (3) u l-komponenti individwali tiegħu CMI (numru tal-CAS 26172-55-4) u MI (numru tal-CAS 2682-20-4) jintużaw bħala preservattivi fil-ġugarelli b'bażi ta' ilma (4) inklużi ż-żebgħa artistika, iż-żebgħa tas-swaba', iż-żebgħa tat-twieqi/tal-ħġieġ, il-kolla u l-bżieżaq tas-sapun (5).

(5)

Fid-deliberazzjonijiet tiegħu dwar is-CMI u l-MI fi proporzjon ta' 3:1 kif ukoll il-komponenti individwali tas-CMI u l-MI, is-sottogrupp “Sustanzi Kimiċi” ibbaża ruħu fuq l-opinjoni relatata tal-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER), u jinnota li la s-CMI u l-MI fi proporzjon ta' 3:1 u lanqas il-komponenti individwali tas-CMI jew l-MI mhuma rrakkomandati li jintużaw fil-ġugarelli, minħabba reazzjonijiet allerġiċi ta' kuntatt osservati b'dawn is-sustanzi fil-kożmetiċi (6). Is-sottogrupp “Sustanzi Kimiċi” qies ukoll l-opinjoni relatata tal-SCCS li jikkunsidra s-CMI u l-MI fi proporzjon ta' 3:1 bħala allerġen ta' kuntatt estrem fil-bniedem, kif jidher mid-dejta disponibbli (7).

(6)

Is-CMI u l-MI fi proporzjon ta' 3:1 huma kklassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bħala sensitizzaturi tal-ġilda; iżda s-CMI u l-MI individwali mhumiex ikklassifikati skont ir-Regolament. Attwalment, id-Direttiva 2009/48/KE la għandha valur limitu speċifiku għas-CMI/MI 3:1, la għas-CMI jew l-MI individwali, u lanqas valur limitu ġenerali għas-sensitizzaturi.

(7)

Fid-dawl ta' dan kollu, meta ltaqa' fil-15 ta' Frar 2012, is-sottogrupp “Sustanzi Kimiċi” irrakkomanda li s-CMI u l-MI fi proporzjon ta' 3:1 ma għandhomx jintużaw fil-ġugarelli.

(8)

Skont l-Istitut Federali Ġermaniż għall-Valutazzjoni tar-Riskji (BfR, Bundesinstitut für Risikobewertung) (8), il-valuri limitu għas-CMI u l-MI, li huma allerġeniċi ħafna, għandhom ikunu stabbiliti f'konċentrazzjoni li titqies bħala protettiva għall-individwi li huma diġà sensitizzati. Dan huwa l-aktar mod strett biex jiġu limitati l-allerġeni, billi l-individwi diġà sensitizzati jsofru minn allerġija anke jekk il-konċentrazzjonijiet tal-allerġen ikunu l-inqas possibbli. Skont l-opinjoni tal-SCCS imsemmija hawn fuq, din il-konċentrazzjoni hija inqas minn 2 mg/kg (9).

(9)

Skont il-BfR, is-sorveljanza tas-suq tista' tikkwantifika b'mod regolari s-CMI sa 0,75 mg/kg u l-MI sa 0,25 mg/kg (10) (limiti ta' kwantifikazzjoni, LOQs).

(10)

Fid-dawl ta' dan kollu, meta ltaqa' fit-23 ta' Mejju 2014, il-Grupp ta' Esperti dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli rrakkomanda li jiġu limitati ukoll l-użi tas-CMI u l-MI individwali għal-limiti ta' kwantifikazzjoni tagħhom.

(11)

Għalkemm hemm limitu ta' migrazzjoni speċifiku għall-MI individwali bħala addittiv biex jintuża f'ċerti materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, is-suppożizzjonijiet bażiċi għad-derivazzjoni ta' dak il-limitu ta' migrazzjoni huma differenti minn dawk għad-derivazzjoni tal-limitu ta' kontenut għall-MI fil-ġugarelli. L-użi tas-CMI u tal-MI fi proporzjon ta' 3:1 u tas-CMI individwali mhumiex regolati għall-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel.

(12)

Fid-dawl ta' dan kollu, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE għandu jiġi emendat biex jinkludi limiti ta' kontenut għas-CMI u għall-MI fi proporzjon ta' 3:1, kif ukoll għas-CMI u għall-MI individwali fil-ġugarelli.

(13)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 47 tad-Direttiva 2009/48/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE, għandhom jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Sustanza

Nru tal-CAS

Valur limitu

“massa ta' reazzjoni ta': 5-kloro-2-metil-4-isotijażolin-3-on (Nru KE 247-500-7) u 2-metil-2H-isotijażol-3-on [Nru KE 220-239-6] (3:1)

55965-84-9

1 mg/kg (limitu ta' kontenut) f'materjali b'bażi ta' ilma għall-ġugarelli

5-Kloro-2-metil-isotijażolin-3(2H)-on

26172-55-4

0,75 mg/kg (limitu ta' kontenut) f'materjali b'bażi ta' ilma għall-ġugarelli

2-metilisotijażolin-3(2H)-on

2682-20-4

0,25 mg/kg (limitu ta' kontenut) f'materjali b'bażi ta' ilma għall-ġugarelli”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-24 ta' Novembru 2017, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-24 ta' Novembru 2017.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  L-ismijiet kummerċjali huma Kathon, Acticide, Microcare, eċċ., skont il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS), Opinjoni dwar it-taħlita ta' 5-kloro-2-metilisotijażolin-3(2H)-on u 2-metilisotijażolin-3(2H)-on. Opinjoni adottata fit-8 ta' Diċembru 2009, p. 6.

(4)  L-Aġenzija Daniża għall-Protezzjoni tal-Ambjent (2014) Survey and health assessment of preservatives in toys. Survey of chemical substances in consumer products, nru 124, 2014, tabella 24 fil-paġna 56.

(5)  L-Aġenzija Daniża għall-Protezzjoni tal-Ambjent (2014) Survey and health assessment of preservatives in toys. Survey of chemical substances in consumer products, nru 124, 2014, p. 38–39.

(6)  Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER), Opinjoni dwar “CEN's response to the opinion of the CSTEE on the assessment of CEN report on the risk assessment of organic chemicals in toys”, adottata fid-29 ta' Mejju 2007, paġna 8 u t-tabella 1 fil-paġna 9.

(7)  Ara l-opinjoni tal-SCCS fin-nota 3 ta' qiegħ il-paġna, p. 35.

(8)  Dokument dwar il-pożizzjoni tal-Istitut Federali Ġermaniż għall-Valutazzjoni tar-Riskji (BfR, Bundesinstitut für Risikobewertung), tal-24 ta' Settembru 2012, p. 4.

(9)  Ara l-opinjoni tal-SCCS fin-nota 3 ta' qiegħ il-paġna, p. 33.

(10)  Ara nota 8 ta' qiegħ il-paġna.


DEĊIŻJONIJIET

24.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2118

tat-23 ta' Novembru 2015

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-8 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/438/PESK (1) li taħtar lis-Sur Herbert SALBER bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia. Il-mandat tar-RSUE jiskadi fil-31 ta' Ottubru 2015.

(2)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' 16-il xahar.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tikkomprometti l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJON:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Herbert SALBER bħala r-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia huwa b'dan estiż sat-28 ta' Frar 2017. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta' politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni għall-Kawkasu tan-Nofsinhar, inklużi l-objettivi stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew li saret fi Brussell fl-1 ta' Settembru 2008 u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Settembru 2008, kif ukoll dawk tas-27 ta' Frar 2012. Dawk l-objettivi jinkludu:

(a)

f'konformità mal-mekkaniżmi eżistenti, inklużi l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u l-Grupp ta' Minsk tagħha, li ssir prevenzjoni ta' konflitti fir-reġjun, li jingħata kontribut għal soluzzjoni paċifika tal-konflitti fir-reġjun, inklużi l-kriżi fil-Georgia u l-konflitt f'Nagorno-Karabakh, permezz tal-promozzjoni tar-ritorn tar-rifuġjati u tal-persuni spostati f'pajjiżhom u permezz ta' mezzi oħra adatti, u li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta' tali soluzzjoni f'konformità mal-prinċipji tad-dritt internazzjonali;

(b)

li jfittex djalogu kostruttiv mal-atturi ewlenin interessati fir-rigward tar-reġjun;

(c)

li tiġi nkoraġġuta u appoġġata aktar il-kooperazzjoni bejn l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Georgia, u, kif adatt, il-pajjiżi ġirien tagħhom;

(d)

li jittejbu l-effettività u l-viżibbiltà tal-Unjoni fir-reġjun.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun:

(a)

li jiżviluppa kuntatti mal-gvernijiet, il-parlamenti, atturi politiċi ewlenin oħra, il-ġudikatura u s-soċjetà ċivili fir-reġjun;

(b)

li jinkoraġġixxi lill-pajjiżi fir-reġjun biex jikkooperaw dwar temi reġjonali ta' interess komuni, bħal theddid komuni għas-sigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar illeċitu u l-kriminalità organizzata;

(c)

li jikkontribwixxi għas-soluzzjoni paċifika tal-konflitti f'konformità mal-prinċipji tad-dritt internazzjonali u jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' tali soluzzjoni f'koordinazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti, l-OSCE u l-Grupp ta' Minsk tagħha;

(d)

fir-rigward tal-kriżi fil-Georgia:

(i)

li jgħin fit-tħejjija tad-diskussjonijiet internazzjonali li jsiru taħt il-punt 6 tal-pjan ta' soluzzjoni tat-12 ta' Awwissu 2008 (“Diskussjoni Internazzjonali ta' Ġinevra”) u l-miżuri tiegħu ta' implimentazzjoni tat-8 ta' Settembru 2008, inkluż dwar arranġamenti għas-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun, il-kwistjoni tar-rifuġjati u ta' persuni spostati f'pajjiżhom, abbażi tal-prinċipji rikonoxxuti fil-livell internazzjonali, u kwalunkwe suġġett ieħor, bi qbil komuni bejn il-partijiet,

(ii)

li jgħin biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni u jirrappreżentaha, fil-livell tar-RSUE, fid-diskussjonijiet imsemmija fil-punt (i), u

(iii)

li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-pjan ta' soluzzjoni tat-12 ta' Awwissu 2008 u tal-miżuri tiegħu ta' implimentazzjoni tat-8 ta' Settembru 2008;

(e)

li jiffaċilita l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' bini ta' fiduċja f'koordinazzjoni mal-kompetenza esperta tal-Istati Membri fejn disponibbli u adatt;

(f)

li jassisti fit-tħejjija, kif adatt, tal-kontributi tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta' soluzzjoni possibbli tal-konflitt;

(g)

li jintensifika d-djalogu tal-Unjoni mal-atturi ewlenin ikkonċernati fir-rigward tar-reġjun;

(h)

li jassisti lill-Unjoni fl-iżvilupp ulterjuri ta' politika komprensiva lejn il-Kawkasu tan-Nofsinhar;

(i)

li, fil-qafas tal-attivitajiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tat-tfal u n-nisa f'żoni milquta minn konflitti, partikolarment permezz tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-iżviluppi f'dan ir-rigward.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-KPS għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE matul il-perijodu mill-1 ta' Novembru 2015 sat-28 ta' Frar 2017 għandu jkun ta' EUR 2 800 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi ġestita f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-ġestjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni ta' grupp. Il-grupp għandu jinkludi l-kompetenza esperta rigward kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-grupp.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru kkonċernat, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jibagħtu, tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tibagħtu jew tas-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

4.   Il-persunal tar-RSUE għandu jiġi kollokat mad-dipartimenti rilevanti tas-SEAE jew id-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament regolati tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiżi ospitanti, kif adatt. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE tingħata aċċess għal kull informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, kif adatt, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titlu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tar-RSUE u skont is-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona ta' responsabbiltá, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u inkluż pjan ta' kontinġenza u ta' evakwazzjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra l-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni kontra riskju gravi, kif ikunu jeħtieġu l-kondizzjonijiet fiż-żona ta' responsabbiltá;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tar-RSUE li jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona ta' responsabbiltá jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha, li jkunu saru wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà, u jippreżenta rapporti bil-miktub lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport ta' progress u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu regolarment jipprovdi rapporti orali u bil-miktub lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jippreżenta wkoll rapport skont il-ħtieġa lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill. Ir-rapporti regolari għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu impenjati b'mod konsistenti, sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tal-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jipprovdi aġġornamenti regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri, li għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE, f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni għall-Georgia, għandu jipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia). Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili għall-EUMM Georgia għandhom jikkonsultaw ma' xulxin skont in-neċessità. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fuq il-post.

Artikolu 13

Assistenza fir-rigward ta' pretensjonijiet

Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fil-provvediment ta' elementi bħala rispons għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-mandati tar-Rappreżentanti Speċjali għall-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia preċedenti, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal tali skopijiet.

Artikolu 14

Analiżi

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħra mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu analizzati regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta rapport tal-progress lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-aħħar ta' Ġunju 2016 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-aħħar ta' Novembru 2016.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2015.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. MEISCH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/438/PESK tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 200, 9.7.2014, p. 11).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


24.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/31


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2119

tal-20 ta' Novembru 2015

li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-produzzjoni ta' pannelli bbażati fuq l-injam

(notifikata bid-dokument C(2015) 8062)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi għall-promozzjoni tal-protezzjoni ambjentali permezz tad-Deċiżjoni tas-16 ta' Mejju 2011 li tistabbilixxi forum għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (2).

(2)

Skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-Kummissjoni kisbet l-opinjoni ta' dak il-forum dwar il-kontenut propost tad-dokument ta' referenza tal-BAT għall-produzzjoni ta' pannelli bbażati fuq l-injam fl-24 ta' Settembru 2014 u għamlitu pubblikament disponibbli.

(3)

Il-konklużjonijiet tal-BAT kif stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huma l-element ewlieni tad-dokumenti ta' referenza tal-BAT u jistabbilixxu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli, id-deskrizzjoni tagħhom, l-informazzjoni għall-valutazzjoni tal-applikabbiltà tagħhom, il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli, il-monitoraġġ assoċjat, il-livelli ta' konsum assoċjati u, fejn applikabbli, il-miżuri għar-rimedjar tas-sit rilevanti.

(4)

Il-konklużjonijiet tal-BAT huma r-referenza għall-istabbiliment tal-kundizzjonijiet tal-permess għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad- Direttiva 2010/75/UE u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu valuri limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, taħt kundizzjonijiet normali ta' tħaddim, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli kif stabbilit fil-konklużjonijiet tal-BAT.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjonijiet BAT għall-produzzjoni tal-pannelli bbażati fuq l-injam, kif stabbilit fl-Anness, huma adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3.


ANNESS

KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TA' PANNELLI BBAŻATI FUQ L-INJAM

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI 32
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI 33
DEFINIZZJONIJIET U AKRONIMI 34

1.1.

KONKLUŻJONIJIET ĠENERALI TAL-BAT 36

1.1.1.

Sistema ta' mmaniġġjar ambjentali 36

1.1.2.

Manutenzjoni tajba 37

1.1.3.

Storbju 38

1.1.4.

Emissjonijiet fil-ħamrija u l-ilma ta' taħt l-art 38

1.1.5.

Il-ġestjoni tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika 39

1.1.6.

Irwejjaħ 40

1.1.7.

Il-ġestjoni tal-iskart u r-residwi 40

1.1.8.

Monitoraġġ 41

1.2.

L-EMISSJONIJIET FL-ARJA 43

1.2.1.

L-emissjonijiet kanalati 43

1.2.2.

L-emissjonijiet diffużi 47

1.3.

L-EMISSJONIJIET FL-ILMA 48

1.4.

DESKRIZZJONI TAT-TEKNIKI 49

1.4.1.

L-emissjonijiet fl-arja 49

1.4.2.

L-emissjonijiet fl-ilma 51

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jikkonċernaw l-attivitajiet speċifikati fis-Sezzjoni 6.1(c) tal-Anness I għad-Direttiva 2010/75/UE, jiġifieri:

il-produzzjoni fl-istallazzjonijiet industrijali ta' pannella bbażata fuq l-injam waħda jew iktar minn fost dawn li ġejjin: bord b'ħajta orjentata, bord tal-partikuli jew fajberbord b'kapaċità ta' produzzjoni li taqbeż is-600 m3 fil-jum.

B'mod partikolari, dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ikopru dawn li ġejjin:

il-manifattura ta' pannelli bbażati fuq l-injam;

impjanti tal-kombustjoni fuq il-post (inklużi magni) li jiġġeneraw gassijiet jaħarqu għal nixxiefa msaħħnin direttament;

il-manifattura ta' karta mxappa bir-reżini.

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jindirizzawx l-attivitajiet u l-proċessi li ġejjin:

impjanti tal-kombustjoni fuq il-post (inklużi magni) li ma jiġġenerawx gassijiet jaħarqu għal nixxiefa msaħħnin direttament;

il-laminazzjoni, l-għoti tal-verniċ jew iż-żbigħ ta' bord mhux maħduma.

Dawn li ġejjin huma dokumenti ta' referenza oħrajn li huma relevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT:

Dokument ta' referenza

Suġġett

Il-monitoraġġ ta' Emissjonijiet fl-arja u l-ilma minn installazzjonijiet IED (ROM)

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja u l-ilma

Impjanti tal-Kombustjoni Kbar (LCP)

It-tekniki ta' kombustjoni

L-Inċinerazzjoni tal-Iskart (WI)

L-inċinerazzjoni tal-iskart

L-Effiċjenza Enerġetika (ENE)

L-effiċjenza enerġetika

It-Trattament tal-Iskart (WT)

It-trattament tal-iskart

L-Emissjonijiet mill-Ħżin (EFS)

Il-ħżin u t-tqandil tal-materjali

L-Ekonomija u l-Effetti bejn il-Midjums (ECM)

L-ekonomija u l-effetti bejn il-midjums tat-tekniki

L-industrija tas-Sustanzi Kimiċi Organiċi b'Volum Kbir (LVOC)

Il-produzzjoni ta' melamina, reżini tal-urea-formaldeid u metilen difenil diisoċjanat

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

L-AĦJAR TEKNIKI DISPONIBBLI

It-tekniki elenkati u deskritti f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw livell tal-inqas indaqs ta' ħarsien tal-ambjent.

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT japplikaw b'mod ġenerali.

IL-LIVELLI TA' EMISSJONIJIET MABRUTIN MAL-BAT (BAT-AELs) GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ARJA

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet mogħtijin bħala massa ta' sustanza emessa għal kull volum ta' gass ta' skart f'kundizzjonijiet standard (273,15 K, 101,3 kPa) u fuq bażi xotta, mogħtija fl-unità mg/Nm3.

Il-livelli ta' referenza tal-ossiġenu huma dawn li ġejjin:

Sors tal-emissjoni

Livelli ta' referenza tal-ossiġenu

Nixxiefa tal-PB jew OSB direttament imsaħħnin waħedhom jew flimkien mal-pressa

18 % ossiġenu skont il-volum

Is-sorsi kollha l-oħrajn

Ebda korrezzjoni għall-ossiġenu

Il-formula biex tiġi kkalkolata l-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-livell ta' referenza tal-ossiġenu hija:

Formula

fejn:

ER (mg/Nm3)

:

konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-livell ta' referenza tal-ossiġenu;

OR (vol-%)

:

il-livell ta' referenza tal-ossiġenu;

EM (mg/Nm3)

:

il-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet imkejla;

OM (vol-%)

:

il-livell tal-ossiġenu mkejjel.

Il-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja jirreferu għall-medja matul il-perjodu tal-kampjunar, jiġifieri kif ġej:

Il-valur medju ta' tliet kejliet konsekuttivi ta' tal-inqas 30 minuta l-wieħed (1)

IL-LIVELLI TA' EMISSJONIJIET MARBUTIN MAL-BAT (BAT-AELs) GĦALL-EMISSJONIJIET FL-ILMA

Il-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-ilma mogħtija f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-valuri ta' konċentrazzjonijiet (massa ta' sustanzi emessi għal kull volum ta' ilma), mogħtija fl-unità mg/l.

Dawn il-BAT-AELs jirreferu għall-medja ta' kampjuni miksubin f'sena, jiġifieri l-medja ponderata skont il-fluss tal-kampjuni komposti kollha proporzjonati għall-fluss tul 24 siegħa, meħudin f'sena bil-frekwenza minima stabbilita għall-parametru relevanti u f'kundizzjonijiet operazzjonali normali.

Il-formula sabiex tiġi kkalkolata l-medja ponderata għall-fluss tal-kampjuni komposti kollha proporzjonati għall-fluss tul 24 siegħa hija:

Formula

fejn:

cw

=

il-konċentrazzjoni medja ponderata għall-fluss tal-parametru;

n

=

in-numru ta' kejliet;

ci

=

il-konċentrazzjoni medja tal-parametru matul il-perjodu ta' żmien numru i;

qi

=

ir-rata ta' fluss medja matul il-perjodu ta' żmien numru i.

Il-kampjunar proporzjonat għaż-żmien jista' jintuża diment li jkun jista' jintwera li l-fluss huwa stabbli biżżejjed.

Il-BAT-AELs kollha għall-emissjonijiet fl-ilma japplikaw fil-punt li fih l-emissjoni tħalli l-installazzjoni.

Definizzjonijiet u akronimi

Għall-fini ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Terminu

Definizzjoni

COD

Domanda kimika ta' ossiġenu; l-ammont ta' ossiġenu meħtieġ għall-ossidazzjoni sħiħa tal-materja organika f'diossidu tal-karbonju (normalment b'referenza għal analiżi b'ossidazzjoni tad-dikromat).

Kejl kontinwu

Determinazzjoni kontinwa ta' mikjel bl-użu ta' “sistema ta' kejl awtomatizzata” (AMS) installata jew “sistema ta' monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet” (CEM).

Pressa kontinwa

Pressa tal-pannelli li tippressa tapit kontinwament.

Emissjonijiet diffużi

Emissjonijiet mhux kanalizzati li ma jinħelsux permezz ta' punti ta' emissjoni speċifiċi bħal munzelli.

Nixxief imsaħħan direttament

Nixxief li bih il-gassijiet jaħarqu minn impjant ta' kombustjoni, jew xi sors ieħor, jidħlu f'kuntatt diretta mal-partikuli, strands jew il-fibri li jridu jitnixxfu. It-tnixxif isir permezz ta' konvezzjoni.

Trab

Materja partikolata totali.

Impjant eżistenti

Impjant li mhuwiex impjant ġdid.

Fibra

Komponenti linjoċellulożiċi tal-injam jew materjali oħrajn tal-impjanti miġjuba permezz tal-ippolpar termomekkaniku jew mekkaniku bl-użu ta' rfinatur. Il-fibri jintużaw bħala l-materjal tal-bidu biex jiġi prodott il-fajberbord.

Fajberbord

Kif definit fl-EN 316 jiġifieri “materjal tal-pannelli bi ħxuna nominali ta' 1,5 mm jew iktar, manifatturat minn fibri linjoċellulożiċi bl-applikazzjoni tas-sħana u/jew il-pressjoni”. Il-fajberbords jinkludu bords tal-proċess niedi (ħardbord, bord medja, bord ratba) u fajberbord tal-proċess xott (MDF).

Injam iebes

Grupp ta' speċijiet ta' injam inklużi l-luq, il-fagu, il-betula u l-ewkaliptu. It-terminu njam iebes jintuża bħala l-oppost tat-terminu njam artab.

Nixxief imsaħħan indirettament

Nixxief li bih it-tnixxif jinkiseb biss permezz ta' sħana mir-radjazzjoni u l-konduzzjoni.

Tiswir tat-tapit

Il-proċess tat-tfassil tal-partikuli, il-ħjut jew il-fibri sabiex jinħoloq it-tapit, li jmur fil-pressa.

Pressa b'bosta fetħiet

Pressa tal-pannelli li tippressa pannella waħda fformata individwalment jew iktar.

Impjant ġdid

L-ewwel impjant awtorizzat fuq il-post tal-installazzjoni wara li jiġu ppubblikati dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew sostituzzjoni ta' impjant sħiħ wara li jiġu ppubblikati dawn il-konklużjonijiet tal-BAT.

NOX

Is-somma ta' ossidu tan-nitroġenu (NO) u diossidu tan-nitroġenu (NO2), mogħtija bħala NO2.

OSB

Bord b'ħajta orjentata, kif definita fl-EN 300 jiġifieri “bord b'bosta saffi magħmul primarjament minn ħjut tal-injam flimkien ma' legant. Il-ħjut fis-saff ta' barra huma allinjati u jitqiegħdu paralleli mat-tul jew il-wisgħa tal-bord. Il-ħjut fis-saff jew saffi interni jistgħu jiġu orjentati jew allinjati kif jiġi, ġeneralment f'90 grad mal-ħjut fis-saffi esterni”.

PB

Bord tal-partikuli, kif definita fl-EN 309 jiġifieri “materjal tal-pannelli manifatturat taħt il-pressjoni u s-sħana minn partikuli tal-injam (laqx, biċċiet żgħar, biċċiet taċ-ċana, ċana u l-bqija tal-injam) u/jew materjal linjoċellulożiku ieħor f'forma ta' partikuli (soddiedi tal-kittien, soddiedi tal-qanneb, biċċiet tal-bagasse u l-bqija), biż-żieda tal-kolla”.

PCDD/F

Dibenżo-diossini u furani poliklorinati

Kejl perjodiku

Kejl f'intervalli ta' żmien speċifikati bl-użu ta' metodi ta' referenza manwali jew awtomatizzati.

Ilma tal-proċess

Ilma mormi miġjub minn proċessi u attivitajiet fi ħdan l-impjant tal-produzzjoni, eskluż ilma tal-iskol tas-superfiċje.

Injam irkuprat

Materjal li fil-parti l-kbira fih injam. L-injam irkuprat jista' jkun jikkonsisti “f'injam ikkonvertit” u “residwi tal-injam”. “Injam ikkonvertit” huwa materjal li fil-parti l-kbira huwa magħmul minn injam miġjub direttament minn injam irriċiklat wara l-użu mill-konsumaturi.

Irfinar

It-trasformar tal-fibri tal-biċċiet żgħar tal-injam bl-użu ta' rfinatur.

Injam tond

Virgun ta' zokk.

Injam artab

Injam minn koniferi inklużi arżnu u abit. It-terminu njam artab jintuża bħala l-oppost tat-terminu njam iebes.

Ilma tal-iskol tas-superfiċje

Ilma minn skol u żbokki tax-xita, miġbur minn żoni għall-apert fejn jinħażnu l-virguni, inklużi żoni tal-ipproċessar fuq barra.

TSS

Solidi totalment sospiżi (f'ilma mormi); konċentrazzjoni massa tas-solidi sospiżi kollha kif imkejlin b'iffiltrar permezz tal-filtri tal-fibra tal-ħġieġ u l-gravimetrija.

TVOC

Komposti Organiċi Volatili Totali, mogħtija bħala C (fl-arja).

Ipproċessar tal-injam upstream u downstream

Kull tqandil u manipolar attiv, ħżin jew trasport ta' partikuli, biċċiet tal-laqx, ħjut jew fibri tal-injam u ta' pannelli pressati. L-ipproċessar upstream jinkludi l-ipproċessar kollu tal-injam minn meta l-materjal mhux maħdum tal-injam jitlaq miż-żona tal-ħżin. L-ipproċessar downstream jinkludi l-proċessi kollha wara li l-pannella toħroġ mill-pressa u sakemm il-pannella mhux maħduma jew il-prodott tal-pannella b'valur miżjud jittieħdu għall-ħżin. L-ipproċessar tal-injam upstream u downstream ma jinkludix il-proċess tat-tnixxif jew il-pressa tal-pannelli.

1.1.   IL-KONKLUŻJONIJIET ĠENERALI TAL-BAT

1.1.1.   Sistema tal-immaniġġjar ambjentali

BAT 1.

Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT għandha timplimenta u taderixxi ma' sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (EMS) li tinkorpora dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

I.

impenn meħud mill-maniġment, inkluż il-maniġment superjuri;

II.

id-definizzjoni ta' politika ambjentali li tinkludi t-titjib bla heda tal-installazzjoni mill-maniġment;

III.

l-ippjanar u l-istabbiliment tal-proċeduri, l-objettivi u l-miri meħtieġa, flimien mal-ippjanar finanzjarju u l-investiment;

IV.

l-implimentazzjoni ta' proċeduri li jixħtu attenzjoni partikolari fuq:

(a)

l-istruttura u r-responsabbiltà

(b)

ir-reklutaġġ, it-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni u l-kompetenza

(c)

il-komunikazzjoni

(d)

l-involviment tal-impjegati

(e)

id-dokumentazzjoni

(f)

il-kontroll effettiv tal-proċessi

(g)

il-programmi ta' manutenzjoni

(h)

it-tħejjija u r-rispons għal emerġenzi

(i)

is-salvagwardja tal-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali;

V.

il-verifika tal-prestazzjoni u t-teħid ta' azzjoni korrettiva, filwaqt li tinxteħet attenzjoni partikolari fuq:

(a)

il-monitoraġġ u l-kejl (ara wkoll ir-Rapport ta' Referenza dwar il-Monitoraġġ)

(b)

it-teħid ta' azzjoni korrettiva u preventiva

(c)

iż-żamma ta' rekords

(d)

l-awditjar intern u estern indipendenti (fejn dan ikun jista' jsir) sabiex jiġi stabbilit jekk l-EMS tikkonformax mal-arranġamenti ppjanati u ġietx implimentata u miżmuma kif suppost;

VI.

ir-reviżjoni tal-EMS l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività ssoktati tagħha mill-maniġment superjuri;

VII.

l-għoti ta' segwitu lill-iżvilupp ta' teknoloġiji iktar nodfa;

VIII.

l-għoti ta' kunsiderazzjoni lill-impatti ambjentali mill-iżmantellar tal-installazzjoni fl-istadju tat-tfassil ta' impjant ġdid, u matul il-ħajja operattiva tiegħu;

IX.

l-applikazzjoni ta' parametraġġ referenzjarju settorjali fuq bażi regolari.

F'ċerti każijiet, il-karatteristiċi li ġejjin jagħmlu parti mill-EMS:

X.

il-pjan ta' mmaniġġjar tal-iskart (ara l-BAT 11);

XI.

il-pjan ta' kontroll tal-kwalità għall-injam irkuprat użata bħala materja prima għall-pannelli u użat bħala fjuwil (ara l-BAT 2b);

XII.

il-pjan ta' mmaniġġjar tal-istorbju (ara l-BAT 4);

XIII.

il-pjan ta' mmaniġġjar tal-irwejjaħ (ara l-BAT 9);

XIV.

il-pjan ta' mmaniġġjar tat-trab (ara l-BAT 23).

Applikabilità

L-ambitu (eż. il-livell ta' dettall) u l-għamla tal-EMS (eż. standardizzata jew mhux standardizzata) ġeneralment ser ikunu marbutin mal-għamla, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, u l-firxa tal-impatti ambjentali li jista' jkollha.

1.1.2.   Manutenzjoni tajba

BAT 2.

Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt ambjentali tal-proċess ta' produzzjoni, il-BAT trid tapplika prinċipji tal-manutenzjoni tajba billi tuża t-tekniki kollha pprovduti hawn taħt.

 

Deskrizzjoni

a

Għażla u kontroll bir-reqqa tas-sustanzi kimiċi u l-addittivi.

b

L-applikazzjoni ta' programm għall-kontroll tal-kwalità tal-injam irkuprat użat bħala materja prima u/jew bħala fjuwil (2), b'mod partikolari sabiex jiġu kkontrollati sustanzi niġġiesa bħal As, Pb, Cd, Cr, Cu, Hg, Zn, kloru, fluworu u PAH.

c

Tqandil u ħżin bil-galbu ta' materja prima u skart.

d

Manutenzjoni u tindif regolari tat-tagħmir, ir-rotot ta' trasport u ż-żoni ta' ħżin tal-materja prima.

e

Reviżjoni tal-possibilitajiet ta' użu mill-ġdid tal-ilma tal-proċess u l-użu ta' sorsi tal-ilma sekondarji.

BAT 3.

Sabiex jonqsu l-emissjonijiet fl-arja kemm jista' jkun, BAT trid topera s-sistemi ta' trattament tal-gass ta' skart b'disponibilità għolja u f'kapaċità ottimali f'kundizzjonijiet operazzjonali normali.

Deskrizzjoni

Jistgħu jiġu definiti proċeduri speċjali għal kundizzjonijiet operazzjonali mhux tas-soltu, b'mod partikolari:

(i)

matul l-operazzjonijiet ta' xegħil u tifi;

(ii)

matul ċirkustanzi speċjali oħrajn li jistgħu jaffettwaw it-tħaddim tas-sistemi kif suppost (eż. xogħol ta' mantuenzjoni regolari u straordinarju u operazzjonijiet ta' tindif tal-impjant ta' kombustjoni u/jew tas-sistema ta' trattament tal-gass ta' skart).

1.1.3.   L-istorbju

BAT 4.

Sabiex jiġu evitati minn qabel jew, meta dan ma jkunx jista' jsir, jitnaqqsu l-istorbju u l-vibrazzjonijiet, il-BAT trid tuża waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

 

Deskrizzjoni

Applikabilità

Tekniki għall-prevenzjoni tal-istorbju u l-vibrazzjonijiet

a

Ippjanar strateġiku tat-tifsila tal-impjant sabiex ikun lest għall-iktar operazzjonijiet storbjużi, eż. sabiex il-binjiet fuq il-post jaġixxu bħala iżolament.

Ġeneralment applikabbli f'impjanti ġodda. It-tifsila ta' sit tista' tillimita l-applikabilità fuq impjanti eżistenti

b

L-applikazzjoni ta' programm li jtaffi l-istorbju li jinkludi mmappjar tas-sorsi tal-istorbju, l-istabbiliment ta' riċetturi mhux fuq il-post, l-immudellar tal-propagazzjoni tal-istorbju u l-evalwazzjoni tal-iktar miżuri kosteffikaċi u l-implimentazzjoni tagħhom.

Ġeneralment applikabbli

ċ

It-twettiq ta' stħarriġijiet regolari tal-istorbju bil-monitoraġġ tal-livelli ta' storbju barra l-konfini tas-sit.

Tekniki għat-tnaqqis tal-istorbju u l-vibrazzjonijiet mis-sorsi punt

d

L-għeluq ta' tagħmir storbjuż f'kompartimenti jew billi jiġu inkapsulati u u billi l-binjiet jinbnew b'materjali li jiżolaw il-ħoss.

Ġeneralment applikabbli

e

Diżakkoppjar ta' tagħmir individwali sabiex tiġi evitata minn qabel u limitata l-propagazzjoni tal-vibrazzjonijiet u l-istorbju minn reżonanza.

f

Iżolament minn sorsi punt bl-użu ta' silencer, stabbilizzaturi, attenwaturi fuq sorsi ta' storbju, eż. fannijiet, bokki akustiċi, maflers, u għeluq akustiku tal-filtri.

g

Iż-żamma tal-kanċelli u l-bibien magħluqin il-ħin kollu meta ma jkunux qed jintużaw. Tnaqqis kemm jista' jkun tal-għoli tal-waqgħa meta jitħatt l-injam tond.

Tekniki għat-tnaqqis tal-istorbju u l-vibrazzjonijiet fil-livell tas-sit

h

Tnaqqis tal-istorbju minn traffiku u bil-limitazzjoni tal-veloċità tat-traffiku intern u għat-trakkijiet li jidħlu fis-sit.

Ġeneralment applikabbli

i

Limitazzjoni tal-attivitajiet fuq barra matul il-lejl.

j

Manutenzjoni regolari tat-tagħmir kollu.

k

L-użu ta' ħitan li jilqgħu mill-istorbju, barrieri naturali u imbankmenti sabiex jiġu ssorveljati s-sorsi ta' storbju.

1.1.4.   L-emissjonijiet fil-ħamrija u l-ilma ta' taħt l-art

BAT 5.

Sabiex jiġu evitati emissjonijiet fil-ħamrija u l-ilma ta' taħt l-art, il-BAT trid tuża t-tekniki mogħtijin hawn taħt.

I.

tagħbija u ħatt ta' reżini u materjali awżiljari oħrajn f'żoni speċifiċi biss li huma protetti kontra l-iskol minn tnixxijiet;

II.

meta jkun għadu jrid jintrema, iġbor il-materjal kollu u aħżnu fiż-żoni speċifikati protetti kontra l-iskol minn tnixxijiet;

III.

għammar il-fosos kollha jew il-faċilitajiet intermedjarji oħrajn ta' ħżin fejn jistgħu jseħħu tnixxijiet b'alarms li jattivaw b'livelli għoljin ta' likwidu;

IV.

stabbilixxi u implimenta programm għall-ittestjar u l-ispezzjonar ta' tankijiet u pipelines li jġorru reżini, addittivi u taħlitiet ta' reżini;

V.

għamel spezzjonijiet għal tnixxijiet fuq il-flanġi u l-valvs kollha fuq pajpijiet użati sabiex jiġu ttrasportati materjali għajr l-ilma u l-injam; żomm rekord ta' dawn l-ispezzjonijiet;

VI.

ipprovdi sistema ta' konteniment li tiġbor kwalunkwe tnixxija minn flanġi u valvs fuq pajpijiet użati sabiex jiġu ttrasportati materjali għajr l-ilma u l-injam, ħlief meta l-binja tal-flanġi u l-valvs tkun teknikament issiġillata;

VII.

ipprovdi provvista adegwata ta' booms ta' konteniment u materjal assorbenti xieraq;

VIII.

evita pajpijiet taħt l-art għat-trasport ta' sustanzi għajr l-ilma u l-injam;

IX.

iġbor u armi b'mod sikur l-ilma kollu użat għat-tifi tan-nar;

X.

ibni qigħan impermeabbli fil-baċiri ta' ritenzjoni għall-ilma tal-iskol tas-superfiċje minn żoni ta' ħżin tal-injam li jinsabu fuq barra.

1.1.5.   Il-ġestjoni tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika

BAT 6.

Sabiex jonqos il-konsum tal-enerġija, il-BAT trid tadotta pjan ta' mmaniġġjar tal-enerġija, li jinkludi t-tekniki kollha mogħtijin hawn taħt.

I.

uża sistema li tissorvelja l-użu u l-ispejjeż tal-enerġija;

II.

agħmel awditjar tal-effiċjenza enerġetika ta' operazzjonijiet kbar;

III.

uża approċċ sistematiku sabiex ittejjeb b'mod kontinwu t-tagħmir ħalli żżid l-effiċjenza enerġetika;

IV.

tejjeb il-kontrolli tal-użu tal-enerġija;

V.

applika taħriġ intern fil-ġestjoni tal-enerġija għall-operaturi.

BAT 7.

Sabiex titjieb l-effiċjenza enerġetika, il-BAT trid tottimizza l-operazzjoni tal-impjant ta' kombustjoni billi tissorvelja u tikkontrolla l-parametri ewlenin tal-kombustjoni (eż. O2, CO, NOx) u tapplika waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

 

Teknika

Applikabilità

a

Neħħi l-ilma mill-ħama tal-injam qabel ma tintuża bħala fjuwil

Ġeneralment applikabbli

b

Irkupra s-sħana minn gassijiet ta' skart jaħarqu f'sistemi ta' tnaqqis tan-nida bl-użu ta' skambjatur tas-sħana

Applikabbli għal impjanti b'sistema ta' tnaqqis tan-nida u meta tkun tista' tintuża l-enerġija rkuprata

c

Erġa' ċċirkola l-gassijiet ta' skart jaħarqu minn proċessi differenti fl-impjant ta' kombustjoni jew saħħan bil-lest il-gassijiet jaħarqu għan-nixxief

L-applikabilità tista' tkun ristretta għal nixxiefa msaħħnin indirettament, nixxiefa tal-fibri jew meta l-konfigurazzjoni tal-impjant ta' kombustjoni ma tippermettix li tiżdied arja kkontrollata

BAT 8.

Sabiex l-enerġija tintuża b'mod effiċjenti meta jitħejjew fibri mxarrbin għall-produzzjoni tal-fabjerbord, il-BAT trid tuża waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabilità

a

Tindif u trattib tal-biċċiet żgħar tal-injam

Tindif u ħasil mekkaniċi tal-biċċiet żgħar tal-injam mhux maħdumin

Applikabbli għal impjanti rfinaturi ġodda u restawrazzjonijiet kbar

b

Evaporazzjoni tal-vakwu

Irkupru tal-ilma jaħraq għall-ġenerazzjoni tal-fwar

Applikabbli għal impjanti rfinaturi ġodda u restawrazzjonijiet kbar

c

Irkupru tas-sħana mill-fwar matul l-irfinar

Skambjaturi tas-sħana sabiex tipproduċi ilma jaħraq għall-ġenerazzjoni tal-fwar u l-ħasil tal-biċċiet żgħar tal-injam

Applikabbli għal impjanti rfinaturi ġodda u restawrazzjonijiet kbar

1.1.6.   L-irwejjaħ

BAT 9.

Sabiex jiġu evitati jew, meta dan ma jkunx jista' jsir, jitnaqqsu l-irwejjaħ mill-istallazzjoni, il-BAT trid tistabbilixxi, timplimenta u tirrevedi b'mod regolari pjan ta' mmaniġġjar tal-irwejjaħ, bħala parti mis-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (ara l-BAT 1), li tinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

I.

protokoll li fih l-azzjonijiet u meta għandhom jittieħdu;

II.

protokoll għat-twettiq tal-monitoraġġ tal-irwejjaħ;

III.

protokoll għar-rispons għal avvenimenti ta' rwejjaħ identifikati;

IV.

programm ta' prevenzjoni u tnaqqis tal-irwejjaħ imfassal sabiex jidentifika s-sors(i); titkejjel/tiġi stmata l-espożizzjoni għall-irwejjaħ; jiġu kkaratterizzati l-kontribuzzjonijiet tas-sorsi; u jiġu implimentati miżuri ta' prevenzjoni u/jew tnaqqis.

Applikabilità

L-applikabilità hija ristretta għal każijiet li fihom jistgħu jkunu mistennija u/jew ġew irrapportati rwejjaħ li jdejqu lin-nies f'żoni residenzjali jew sensittivi oħrajn (eż. żoni ta' divertiment).

BAT 10.

Sabiex jiġu evitati u jintaqqsu l-irwejjaħ, il-BAT trid tittratta l-gass ta' skart min-nixxief u l-pressa, skont il-BAT 17 u 19.

1.1.7.   Il-ġestjoni tal-iskart u r-residwi

BAT 11.

Sabiex tiġi evitata jew, meta dan ma jkunx jista' jsir, titnaqqas il-kwantità ta' skart li jintbagħat għar-rimi, il-BAT trid tadotta u timplimenta pjan ta' mmaniġġjar tal-iskart bħala parti mis-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (ara l-BAT 1) li, fl-ordni ta' prijorità, jiżgura li l-iskart jiġi evitat, jitħejja sabiex jerġa' jintuża, jiġi rriċiklat jew irkuprat b'xi mod ieħor.

BAT 12.

Sabiex tonqos il-kwantità ta' skart solidu li jintbagħat għar-rimi, il-BAT trid tuża waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

 

Teknika

Applikabilità

a

Użu mill-ġdid ta' residwi tal-injam miġburin internament, bħal trimmings u pannelli rrifjutati, bħala materja prima.

L-applikabilità għall-prodotti tal-pannelli tal-fajberbord irrifjutati tista' tkun limitata.

b

Użu ta' residwi tal-injam miġburin internament, bħal wood fines u trab miġburin f'sistema ta' tnaqqis tat-trab u ħama tal-injam mill-filtrazzjoni tal-ilma mormi, bħala fjuwil (f'impjanti tal-kombustjoni fuq il-post mgħammra kif xieraq) jew bħala materja prima.

L-użu ta' ħama tal-injam bħala fjuwil jista' jkun ristrett jekk il-konsum tal-enerġija meħtieġ għat-tnixxif jisboq il-benefiċċji ambjentali.

c

L-użu ta' sistemi ta' ġbir taċ-ċrieki b'unità ta' filtrazzjoni ċentrali waħda sabiex jiġi ottimizzat il-ġbir ta' residwi, eż. filtru b'borża, ċiklofiltru, jew ċikluni b'effiċjenza għolja.

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda. It-tifsila ta' impjant eżistenti tista' tillimita l-applikabilità.

BAT 13.

Sabiex jiġu żgurati l-immaniġġjar sikur u l-użu mill-ġdid tal-gagazza u l-irmied tal-qiegħ miksub mit-tqabbid tal-bijomassa, il-BAT trid tuża t-tekniki kollha mogħtijin hawn taħt.

 

Teknika

Applikabilità

a

Analiżi kontinwa tal-għażliet għal użu mill-ġdid fuq il-post jew mhux fuq il-post tal-irmied u l-gagazza tal-qiegħ.

Ġeneralment applikabbli.

b

Proċess ta' kombustjoni effiċjenti li jbaxxi l-kontenut ta' karbonju residwu.

Ġeneralment applikabbli.

c

Tqandil u trasport sikuri tal-irmied u l-gagazza tal-qiegħ f'konvejers u kontenituri magħluqin, jew permezz ta' umidifikazzjoni.

L-umidifikazzjoni hija meħtieġa biss meta l-irmied u l-gagazza tal-qiegħ jixxarrbu għal raġunijiet ta' sikurezza.

d

Ħżin sikur tal-irmied u l-gagazza tal-qiegħ f'żona impermeabbli ddisinjata b'akkumulazzjoni ta' lissija.

Ġeneralment applikabbli.

1.1.8.   Il-monitoraġġ

BAT 14.

Il-BAT trid tissorvelja l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma u tissorvelja l-proċess tal-ġassijiet miċ-ċmieni skont l-istandards EN, tal-inqas bil-frekwenza indikata hawn taħt. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT trid tuża standards tal-ISO, nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata l-istess kwalità xjentifika.

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja min-nixxief u għal emissjonijiet ittrattati kombinati min-nixxief u l-pressa

Parametru

Standard(s)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ

Monitoraġġ assoċjat ma'

Trab

EN 13284-1

Kejl perjodiku tal-inqas darba kull sitt xhur

BAT 17

TVOC (3)

EN 12619

BAT 17

Formaldeid

Ebda standard EN disponibbli (8)

BAT 17

NOX

EN 14792

BAT 18

HCl (6)

EN 1911

HF (6)

ISO 15713

SO2  (4)

EN 14791

Kejl perjodiku tal-inqas darba fis-sena

Metalli (5)  (6)

EN 13211 (għal Hg), EN 14385 (għal metalli oħrajn)

PCDD/F (6)

EN 1948 partijiet 1, 2 u 3

NH3  (7)

Ebda standard EN disponibbli

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja mill-pressa

Parametru

Standard(s)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ

Monitoraġġ assoċjat ma'

Trab

EN 13284-1

Kejl perjodiku tal-inqas darba kull sitt xhur

BAT 19

TVOC

EN 12619

BAT 19

Formaldeid

Ebda standard EN disponibbli (10)

BAT 19

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja minn fran tat-tnixxif bit-tixpip tal-karti

Parametru

Standard(s)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ

Monitoraġġ assoċjat ma'

TVOC (9)

EN 12619

Kejl perjodiku tal-inqas darba fis-sena

BAT 21

Formaldeid

Ebda standard EN disponibbli (10)

BAT 21

Monitoraġġ tal-emissjonijiet merħija fl-arja mill-ipproċessar upstream u downstream

Parametru

Standard(s)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ

Monitoraġġ assoċjat ma'

Trab

EN 13284-1 (11)

Kejl perjodiku tal-inqas darba fis-sena (11)

BAT 20

Il-monitoraġġ tal-gass taċ-ċmieni mill-proċess ta' kombustjoni li wara jintuża għan-nixxiefa msaħħnin direttament  (12)

Parametru

Standard(s)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ

Monitoraġġ assoċjat ma'

NOX

Perjodiku: EN 14792

Kontinwu: EN 15267-1 sa 3 u EN 14181

Kejl perjodiku tal-inqas darba fis-sena jew kejl kontinwu

BAT 7

CO

Perjodiku: EN 15058

Kontinwu: EN 15267-1 sa 3 u EN 14181

BAT 7

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet f'ilma mill-produzzjoni tal-fibri tal-injam

Parametru

Standard(s)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ

Monitoraġġ assoċjat ma'

TSS

EN 872

Kejl perjodiku tal-inqas darba fil-ġimgħa.

BAT 27

COD (13)

Ebda standard EN disponibbli

BAT 27

TOC (Karbonju organiku totali, mogħti bħala C)

EN 1484

Metalli (14), jekk relevanti (eż. meta jintuża njam irkuprat)

Bosta standards EN disponibbli

Kejl perjodiku tal-inqas darba kull sitt xhur.

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-ilma minn ilma tal-iskol tas-superfiċje

Parametru

Standard(s)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ

Monitoraġġ assoċjat ma'

TSS

EN 872

Kejl perjodiku tal-inqas darba kull tliet xhur (15)

BAT 25

BAT 15.

Sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-effiċjenza tat-tekniki użati għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-BAT trid tissorvelja l-parametri surrogati xierqa.

Deskrizzjoni

Il-parametri surrogati ssorveljati jistgħu jinkludu: il-fluss tal-arja tal-gass ta' skart; it-temperatura tal-gass ta' skart; id-dehra tal-emissjonijiet; il-fluss tal-ilma u t-temperatura tal-ilma għall-purifikaturi; it-tnaqqis fil-vultaġġ għall-preċipitaturi elettrostatiċi; il-veloċità tal-fannijiet u t-tnaqqis tal-pressjoni fil-filtri b'borża. L-għażla tal-parametri surrogati tiddependi mit-tekniki implimentati għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet.

BAT 16.

Il-BAT trid tissorvelja l-parametri tal-proċess ewlenin relevanti għall-emissjonijiet fl-ilma mill-proċess ta' produzzjoni, inkluż il-fluss tal-ilma mormi, il-pH u t-temperatura.

1.2.   L-EMISSJONIJIET FL-ARJA

1.2.1.   L-emissjonijiet kanalati

BAT 17.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja min-nixxief, il-BAT trid tikseb u żżomm taħt kontroll tħaddim ibbilanċjat tal-proċess tat-tnixxif u tuża waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

 

Teknika

Sustanzi niġġiesa ewlenin imnaqqsin

Applikabilità

a

Tnaqqis tat-trab tal-gass jaħraq tad-dħul f'nixxief imsaħħan direttament flimkien ma' waħda mit-tekniki elenkati hawn taħt jew taħlita tagħhom

Trab

L-applikabilità tista' tkun ristretta, eż. f'każijiet ta' berners tat-trab tal-injam iżgħar diġà preżenti.

b

Filtru b'borża (16)

Trab

Applikabbli għal nixxiefa msaħħnin indirettament biss. Minħabba tħassib dwar is-sikurezza, trid toqgħod attent b'mod partikolari meta tuża njam irkuprat biss.

ċ

Ċiklun (16)

Trab

Ġeneralment applikabbli.

d

Nixxief UTWS u kombustjoni bi skambjatur tas-sħana u trattament termali ta' gass ta' skart meħlus tan-nixxief (16)

Trab, komposti organiċi volatili

Mhux applikabbli għal nixxiefa tal-fibri.

L-applikabilità tista' tkun limitata għal impjanti tal-kombustjoni eżistenti mhux xierqa għal wara l-kombustjoni tal-fluss parzjali tal-gass ta' skart tan-nixxief.

e

Preċipitatur elettrostatiku niedi (16)

Trab, komposti organiċi volatili

Ġeneralment applikabbli.

f

Purifikaturi niedja (16)

Trab, komposti organiċi volatili

Ġeneralment applikabbli.

g

Bijopurifikatur (16)

Trab, komposti organiċi volatili

L-applikabilità tista' tkun limitata minħabba l-konċentrazzjonijiet għoljin ta' trab u t-temperaturi għoljin fil-gass ta' skart min-nixxief.

h

Degradazzjoni kimika jew qbid ta' formaldeid b'sustanzi kimiċi flimkien ma' sistema ta' purifikazzjoni niedja

Formaldeid

Ġeneralment applikabbli f'sistemi ta' tnaqqis niedja.

Tabella 1

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għal emissjonijiet fl-arja min-nixxief u għal emissjonijiet ittrattati kombinati min-nixxief u l-pressa

Parametru

Prodott

Tip ta' nixxief

Unità

BAT-AELs

(medja tul il-perjodu ta' kampjunar)

Trab

PB jew OSB

Nixxief imsaħħan direttament

mg/Nm3

3–30

Nixxief imsaħħan indirettament

3–10

Fibra

It-tipi kollha

3–20

TVOC

PB

It-tipi kollha

< 20–200 (17)  (18)

OSB

10–400 (18)

Fibra

< 20–120

Formaldeid

PB

It-tipi kollha

< 5–10 (19)

OSB

< 5–20

Fibra

< 5–15

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 14.

BAT 18.

Sabiex jiġu evitati u jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja min-nixxiefa msaħħnin direttament, il-BAT trid tuża t-teknika (a) jew it-teknika (a) flimkien mat-teknika (b).

 

Teknika

Applikabilità

a

It-tħaddim effiċjenti tal-proċess ta' kombustjoni bl-użu ta' kombustjoni fi stadji tal-arja u tal-fjuwil, filwaqt li jiġu applikati kombustjoni pulverizzata, bojlers b'sodda fluwida jew tqabbid tal-gradilja li tiċċaqlaq

Ġeneralment applikabbli

b

Tnaqqis mhux katalitiku selettiv (SNCR) b'injezzjoni u reazzjoni bl-urea jew ammonijaka likwida

L-applikabilità tista' tkun limitata minn kundizzjonijiet ta' kombustjoni ferm varjabbli

Tabella 2

Livelli ta' emissjoni assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għal emissjonijiet ta' NOX fl-arja minn nixxief imsaħħan direttament

Parametru

Unità

BAT-AELs

(medja tul il-perjodu ta' kampjunar)

NOX

mg/Nm3

30–250

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 14.

BAT 19.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja mill-pressa, il-BAT trid tuża interferenza fil-kanal tal-gass ta' skart miġbur mill-pressa u taħlita xierqa tat-tekniki pprovduti hawn taħt.

 

Teknika

Sustanzi niġġiesa ewlenin imnaqqsin

Applikabilità

a

Agħżel reżini b'kontenut baxx ta' formaldeid

Komposti organiċi volatili

L-applikabilità tista' tkun ristretta, eż. minħabba d-domandi għal kwalità speċifika tal-prodott

b

It-tħaddim ikkontrollat tal-pressa b'temperatura tal-pressa, pressjoni applikata u veloċità tal-pressa bbilanċjati

Komposti organiċi volatili

L-applikabilità tista' tkun ristretta, e.g. minħabba t-tħaddim tal-pressa għal kwalitajiet speċifiċi tal-prodott

ċ

Purifikazzjoni niedja tal-gassijiet ta' skart tal-pressa miġburin bl-użu ta' purifikaturi Venturi jew idroċikluni, eċċ. (20)

Trab, komposti organiċi volatili

Ġeneralment applikabbli

d

Preċipitatur elettrostatiku niedi (20)

Trab, komposti organiċi volatili

e

Bijopurifikatur (20)

Trab, komposti organiċi volatili

f

Postkombustjoni bħala l-aħħar stadju tat-trattament wara li jiġu applikati purifikatur niedi

Trab, komposti organiċi volatili

L-applikabilità tista' tkun ristretta għal installazzjonijiet eżistenti meta ma jkunx hemm impjant ta' kombustjoni xieraq disponibbli

Tabella 3

Livelli ta' emissjoni assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja mill-pressa

Parametru

Unità

BAT-AELs

(medja tul il-perjodu ta' kampjunar)

Trab

mg/Nm3

3–15

TVOC

mg/Nm3

10–100

Formaldeid

mg/Nm3

2–15

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 14.

BAT 20.

Sabiex jonqsu l-emissjonijiet ta' trab fl-arja mill-ipproċessar upstream u downstream tal-injam, l-għoddi tal-materjali tal-injam u t-tiswir tat-twapet, il-BAT irid juża filtru b'borża jew inkella ċiklofiltru.

Applikabilità

Minħabba tħassib marbut mas-sikurezza, filtru b'borża jew ċiklofiltru jaf ma jkunx applikabbli meta jintuża njam irkuprat bħala materja prima. F'dak il-każ, tista' tintuża teknika ta' tnaqqis niedja (eż. purifikatur).

Tabella 4

Livelli ta' emissjoni assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet kanalati ta' trab fl-arja mill-ipproċessar upstream u downstream tal-injam, l-għoddi ta' materjali tal-injam u t-tiswir tat-twapet

Parametru

Unità

BAT-AELs

(medja tul il-perjodu ta' kampjunar)

Trab

mg/Nm3

< 3–5 (21)

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 14.

BAT 21.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili fl-arja mill-fran tat-tnixxif għat-tixpip tal-karta, il-BAT trid tuża waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

 

Teknika

Applikabilità

a

Agħżel u uża reżini b'kontenut baxx ta' formaldeid

Ġeneralment applikabbli

b

It-tħaddim ikkontrollat tal-fran b'temperatura u veloċità bbilanċjati

ċ

Ossidazzjoni termali tal-gass ta' skart f'ossidizzatur termali riġenerattiv jew ossidizzatur termali katalitiku (22)

d

Postkombustjoni jew inċinerazzjoni tal-gass ta' skart f'impjant tal-kombustjoni

L-applikabilità tista' tkun ristretta għal installazzjonijiet li diġà jeżistu fejn ma jkunx hemm impjant ta' kombustjoni xieraq fuq il-post

e

Purifikazzjoni niedja tal-gass ta' skart segwita mit-trattament f'bijofiltru (22)

Ġeneralment applikabbli

Tabella 5

Livelli ta' emissjoni assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għal TVOC u emissjonijiet ta' formaldeid fl-arja minn forn tat-tnixxif għat-tixpip tal-karta

Parametru

Unità

BAT-AELs

(medja tul il-perjodu ta' kampjunar)

TVOC

mg/Nm3

5–30

Formaldeid

mg/Nm3

< 5–10

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 14.

1.2.2.   L-emissjonijiet diffużi

BAT 22.

Sabiex jiġu evitati jew, meta dan ma jkunx jista' jsir, jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fl-arja mill-pressa, il-BAT trid tottimizza l-effiċjenza tal-ġbir tal-effluwent gassuż u ġġorr l-effluwenti gassużi għat-trattament (ara l-BAT 19).

Deskrizzjoni

Il-ġbir u t-trattament effettivi tal-gassijiet ta' skart (ara l-BAT 19) f'daqqa fil-ħruġ tal-pressa u tul il-linja tal-pressa għal pressi kontinwi. Għal pressi b'ħafna fetħiet li diġà qegħdin hemm, l-applikabilità tal-għeluq tal-pressa tista' tkun ristretta minħabba raġunijiet ta' sikurezza.

BAT 23.

Sabiex jonqsu l-emissjonijiet diffużi ta' trab fl-arja mit-trasport, it-tqandil, u l-ħżin ta' materjali tal-injam, il-BAT trid tistabbilixxi u timplimenta pjan ta' mmaniġġjar tat-trab, bħala parti mis-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (ara l-BAT 1) u tapplika waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

 

Teknika

Applikabilità

a

Naddaf ir-rotot tat-trasport, iż-żoni ta' ħżin u l-vetturi b'mod regolari

Ġeneralment applikabbli

b

Ħott iċ-ċana billi tuża żoni ta' ħatt mgħottijin li tista' ssuq fihom

c

Aħżen materjal suxxettibbli għat-trab taċ-ċana f'sajlos, kontenituri, munzelli msaqqfin, eċċ. jew għalaq iż-żoni fejn taħżen kwantitajiet kbar

d

Taffi l-emissjonijiet tat-trab billi tbexx bl-ilma

1.3.   L-EMISSJONIJIET FL-ILMA

BAT 24.

Sabiex tonqos it-tagħbija tat-tniġġis tal-ilma mormi miġbur, il-BAT trid tuża ż-żewġ tekniki mogħtijin hawn taħt.

 

Teknika

Applikabilità

a

Iġbor, u ttratta b'mod separat, l-ilma tal-iskol tas-superfiċje u l-ilma mormi tal-proċess

L-applikabilità tista' tkun ristretta fuq impjanti eżistenti minħabba l-konfigurazzjoni tal-infrastruttura tal-iskolar eżistenti

b

Aħżen kull injam ħlief injam tond u qatgħat ta' njam (23) fuq żona b'wiċċ iebes

Ġeneralment applikabbli

BAT 25.

Sabiex tnaqqas l-emisjonijiet fl-ilma mill-ilma tal-iskol tas-superfiċje, il-BAT trid tuża taħlita tat-tekniki mogħtijin hawn taħt.

 

Teknika

Applikabilità

a

Separazzjoni mekkanika ta' materjali ħorox bi lqugħ u passaturi bħala trattament preliminari

Ġeneralment applikabbli

b

Separazzjoni taż-żejt mill-ilma (24)

Ġeneralment applikabbli

ċ

Tneħħija tas-solidi bis-sedimentar fil-baċiri ta' ritenzjoni jew fil-vaski ta' dikantazzjoni (24)

Jista' jkun hemm restrizzjonijiet fl-applikabilità tas-sedimentazzjoni minħabba rekwiżiti marbutin mal-ispazju

Tabella 6

Livelli ta' emissjoni assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għal TSS għall-iskariku dirett ta' ilma tal-iskol tas-superfiċje f'korp tal-ilma reċipjenti

Parametru

Unità

BAT-AELs

(medja tal-kampjuni miksuba f'sena)

TSS

mg/l

10–40

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 14.

BAT 26.

Sabiex tiġi evitata jew titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-ilma mormi tal-proċess mill-produzzjoni tal-fibra tal-injam, il-BAT trid tirriċikla l-ilma tal-proċess kemm jista' jkun.

Deskrizzjoni

Irriċikla l-ilma tal-proċess mill-ħasil, it-tisjir u/jew l-irfinar tal-biċċiet żgħar tal-injam f'ċirkwiti magħluqin jew miftuħin billi tittrattah fil-livell tal-impjant irfinatur bit-tneħħija mekkanika tas-solidi, bl-iktar mod xieraq, jew permezz tal-evaporazzjoni.

BAT 27.

Sabiex jonqsu l-emissjonijiet f'ilma mill-produzzjoni tal-fibri tal-injam, BAT trid tuża taħlita tat-tekniki mogħtijin hawn taħt.

 

Teknika

Applikabilità

a

Separazzjoni mekkanika ta' materjali ħorox permezz ta' lqugħ u passaturi

Ġeneralment applikabbli

b

Separazzjoni fiżikokimika, eż. bl-użu ta' filtri tar-ramel, flotazzjoni tal-arja dissolta, koagulazzjoni u flokkulazzjoni (25)

c

Trattament bijoloġiku (25)

Tabella 7

Livelli ta' emissjoni assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-iskariku dirett f'korp tal-ilma riċevitur tal-ilma mormi tal-proċess mill-produzzjoni tal-fibra tal-injam

Parametru

BAT-AELs

(medja tal-kampjuni miksuba f'sena)

mg/l

TSS

5–35

COD

20–200

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 14.

BAT 28.

Sabiex tiġi evitata jew titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-ilma mormi mis-sistemi ta' tnaqqis tal-arja niedja li ser ikollu bżonn jiġi ttrattat qabel ma jiġi skarikat, il-BAT trid tuża waħda mit-tekniki mogħtijin hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika (26)

Applikabilità

Sedimentazzjoni, dikantazzjoni, pressi tal-viti u ċ-ċinturini sabiex jitneħħew is-solidi li jakkumulaw f'sistemi ta' tnaqqis niedja

Ġeneralment applikabbli

Flotazzjoni tal-arja dissolta. Koagulazzjoni u flokkulazzjoni segwiti mit-tneħħija ta' flokkuli bi flotazzjoni megħjuna bl-arja dissolta

1.4.   DESKRIZZJONI TAT-TEKNIKI

1.4.1.   L-emissjonijiet fl-arja

Teknika

Deskrizzjoni

Bijofiltru

Bijofiltru jiddegrata l-komposti organiċi permezz ta' ossidazzjoni bijoloġika. Nixxiegħa ta' gass ta' skart tingħadda minn sodda ta' sostenn ta' materjal inerti (eż. plastik jew ċeramika) li fuqha jiġu ossidati l-komposti organiċi permezz ta' organiżmi li jseħħu b'mod naturali. Il-bijofiltru huwa sensittiv għal trab, temperaturi għoljin jew varjazzjoni kbira fit-temperatura tad-dħul tal-gass ta' skart.

Bijopurifikatur

Bijopurifikatur huwa bijofiltru kombinat ma' purifikaturi niedja li jikkundizzjona l-gass ta' skart minn qabel billi jneħħi t-trab u jbaxxi t-temperatura tad-dħul. L-ilma jiġi rriċiklat kontinawment, billi jidħol mill-wiċċ tal-kolonna tas-sodda mpakkettata, mnejn inixxi bil-mod. L-ilma jinġabar f'vaska ta' dikantazzjoni fejn tkompli ssir degradazzjoni addizzjonali. L-aġġustament tal-pH u ż-żieda tan-nutrijenti jistgħu jottimizzaw id-degradazzjoni.

Ċiklun

Ċiklun juża l-inerzja biex ineħħi t-trab min-nixxigħat ta' gass ta' skart billi jittrażmetti forzi ċentrifugi, normalment ġo kompartiment f'forma ta' kon. Iċ-ċikluni jintużaw bħala pretrattament qabel tnaqqis tat-trab ulterjuri jew tnaqqis ta' komposti organiċi. Iċ-ċikluni jistgħu jiġu applikati waħedhom jew bħala multiċikluni.

Ċiklofiltru

Ċiklofiltru juża taħlita ta' teknoloġija ta' ċiklun (biex jissepara trab iktar aħrax) u filtri b'borża (biex jaqbad trab iktar fin).

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Il-preċipitaturi elettrostatiċi joperaw b'tali mod li l-partikuli jiġu kkargati u separati taħt l-influwenza ta' kamp elettriku. L-EPS kapaċi jopera f'medda wiesgħa ta' kundizzjonijiet.

Preċipitatur elettrostatiku niedi (WESP)

Il-preċipitatur elettrostatiku niedi jikkonsisti fi stadju tal-purifikaturi niedja, li jippurifika u jikkondensal-gass ta' skart, u preċipitatur elettrostatiku li jopera f'modalità niedja li fiha l-materjal miġbur jitneħħa mill-platti tal-kolletturi billi jixxarrab bl-ilma. Normalment jiġi installat mekkaniżmu li jneħħi l-qtar tal-ilma qabel l-iskariku tal-gass ta' skart (eż. demister). It-trab miġbur jiġi separat mill-fażi tal-ilma.

Filtru b'borża

Il-filtri b'borża jikkonsistu fi drapp minsuġ jew bil-feltru poruż li minnu jgħaddu l-gassijiet biex jitneħħew il-partikuli. L-użu ta' filtru b'borża jeħtieġ li jingħażel drapp xieraq għall-karatteristiċi tal-effluwent tal-gass u t-temperatura operazzjonali massima.

Ossidant termali katalitiku (CTO)

L-ossidanti termali katalitiċi jeqirdu l-komposti organiċi katalitikament fuq wiċċ tal-metall u termalment f'kompartiment tal-kombustjoni fejn fjamma mill-kombustjoni ta' fjuwil, normalment gass naturali, u l-VOCs preżenti fil-gass ta' skart, isaħħnu n-nixxiegħa ta' gass ta' skart. It-temperatura tal-inċinerazzjoni hija ta' bejn 400 °C u 700 °C. Is-sħana tista' tiġi rkuprata mill-gass ta' skart ittrattat qabel ma jinħeles.

Ossidant termali riġenerattiv (RTO)

L-ossidanti termali jeqirdu l-komposti organiċi termalment f'kompartiment tal-kombustjoni fejn fjamma mill-kombustjoni ta' fjuwil, normalment gass naturali, u l-VOCs preżenti fil-gass ta' skart, isaħħnu n-nixxiegħa ta' gass ta' skart. It-temperatura tal-inċinerazzjoni hija ta' bejn 800 °C u 1 100  °C. L-ossidanti termali riġenerattivi għandhom żewġ kompartimenti sodda ppakkjata taċ-ċeramika jew iktar fejn is-sħana tal-kombustjoni minn ċiklu tal-inċinerazzjoni fl-ewwel kompartiment tintuża sabiex issaħħan minn qabel is-sodda ppakkjata fit-tieni kompartiment. Is-sħana tista' tiġi rkuprata mill-gass ta' skart ittrattat qabel ma jinħeles.

Nixxief UTWS u kombustjoni bi skambjatur tas-sħana u trattament termali ta' gass ta' skart skarikat ta' nixxief

UTWS huwa akronimu Ġermaniż: “Umluft” (riċirkulazzjoni ta' gass ta' skart ta' nixxief), “Teilstromverbrennung” (postkombustjoni ta' nixxiegħa parzjali diretta ta' gass ta' skart ta' nixxief), “Wärmerückgewinnung” (irkupru tas-sħana ta' gass ta' skart ta' nixxief), “Staubabsheidung” (trattament tat-trab tal-iskariku ta' emissjoni fl-arja mill-impjant ta' kombustjoni).

UTWS huwa taħlita ta' nixxief li jdur bi skambjatur tas-sħana u impjant ta' kombustjoni b'riċirkulazzjoni tal-gass ta' skart tan-nixxief. Il-gass ta' skart tan-nixxief li jiġi riċirkulat huwa nixxiegħa ta' fwar jaħraq li tippermetti li jsir proċess ta' tnixxif bil-fwar. Il-gass ta' skart tan-nixxief jerġa' jissaħħan fi skambjatur tas-sħana msaħħan bl-effluwenti tal-gass tal-kombustjoni u jerġa' jiddaħħal fin-nixxief. Parti min-nixxiegħa ta' gass ta' skart tan-nixxief tibqa' tiddaħħal kontinwament fil-kompartiment ta' kombustjoni għall-postkombustjoni. Is-sustanzi niġġiesa meħlusin mit-tnixxif tal-injam jinqerdu fl-iskambjatur tas-sħana u mill-postkombustjoni. L-effluwenti tal-gassijiet skarikati mill-impjant ta' kombustjoni jiġu ttrattati b'filtru b'borża jew preċipitatur elettrostatiku.

Purifikatur niedi

Il-purifikaturi niedja jaqbdu u jneħħu trab permezz ta' impattazzjoni inerzjali, interċettazzjoni diretta u assorbiment fil-fażi tal-ilma. Il-purifikaturi niedja jista' jkollhom bosta disinni u prinċipji tat-tħaddim, eż. purifikaturi bi sprej, purifikaturi bi platt tat-trażmissjoni jew purifikaturi Venturi, u jistgħu jintużaw bħala pretrattament tat-trab jew teknika waħedha. Ftit mit-tneħħija tal-komposti organiċi jista' jinkiseb u jista' jkompli jissaħħaħ bl-użu ta' sustanzi kimiċi fl-ilma tal-purifikazzjoni (sabiex tinkiseb ossidazzjoni kimika jew konverżjoni oħra). Il-likwidu li jirriżulta jrid jiġi ttrattat billi t-trab miġbur jiġi separat bis-sedimentazzjoni jew l-iffiltrar.

1.4.2.   L-emissjonijiet fl-ilma

Teknika

Deskrizzjoni

Trattament bijoloġiku

L-ossidazzjoni bijoloġika tas-sustanzi organiċi dissolti bl-użu tal-metaboliżmu tal-mikroorganiżmi, jew it-tkissir tal-kontenut organiku fl-ilma mormi bl-azzjoni tal-mikroorganiżmi fin-nuqqas ta' arja. L-azzjoni bijoloġika normalment tiġi segwita mit-tneħħija ta' solidi sospiżi, eż bis-sedimentazzjoni.

Koagulazzjoni u flokkulazzjoni

Il-koagulazzjoni u l-flokkulazzjoni jintużaw biex jiġu separati solidi sospiżi mill-ilma mormi u spiss isiru fi stadji wara xulxin. Il-koagulazzjoni ssir billi jiżdiedu koagulanti b'karigi opposti għal dawk tas-solidi sospiżi. Il-flokkulazzjoni ssir billi jiżdiedu polimeri, sabiex il-kolliżjonijiet ta' partikuli mikroflok jġegħluhom jingħaqdu sabiex jipproduċu floks ikbar.

Flotazzjoni

Is-separazzjoni tal-floks kbar jew partikuli li jżommu fil-wiċċ mill-effluwent billi jittellgħu fil-wiċċ tas-sospensjoni.

Flotazzjoni tal-arja dissolta

It-tekniki ta' flotazzjoni li jiddependu mill-użu tal-arja dissolta sabiex jiġi separat il-materjal koagulat u flokkulat.

Filtazzjoni

Is-separazzjoni tas-solidi minn trasportatur tal-ilma mormi billi jingħaddu minn ġo midjum poruż. Tinkludi tipi differenti ta' tekniki, eż. filtrazzjoni tar-ramel, mikrofiltrazzjoni u ultrafiltrazzjoni.

Separazzjoni taż-żejt mill-ilma

Is-separazzjoni u l-estrazzjoni ta' idrokarburi insolubbli, li jibbażaw fuq il-prinċipju tad-differenza fil-gravità bejn il-fażijiet (fażi likwida-likwida jew solida-likwida). Il-fażi bid-densità ogħla tiddepożita fil-qiegħ u l-fażi b'inqas densità żżomm fil-wiċċ.

Baċiri ta' ritenzjoni

Lagoons b'erja tas-superfiċje kbira sabiex is-solidi għad-depożitar passiv b'mod gravitazzjonali.

Sedimentazzjoni

Is-separazzjoni tal-materjal u l-partikuli sospiżi bid-depożitar gravitazzjonali.


(1)  Jista' jintuża perjodu ta' kejl iktar xieraq għal kwalunkwe parametru li bih, minħabba l-limitazzjonijiet fil-kampjunar jew analitiċi, kejl ta' 30 minuta ma jkunx xieraq.

(2)  EN 14961-1:2010 jista' jintuża għall-klassifikazzjoni ta' bijofjuwils solidi.

(3)  Il-metan issorveljat skont EN ISO 25140 jew EN ISO 25139 jitnaqqas mir-riżultat meta jintużaw gass naturali, LPG, eċċ. bħala fjuwil.

(4)  Mhux relevanti meta jintużaw fjuwils miġjuba mill-injam, gass naturali, LPG, eċċ. bħala fjuwil.

(5)  Inklużi As, Cd, Co, Cr, Cu, Hg, Mn, Ni, Pb, Sb, Tl u V.

(6)  Relevanti jekk jintuża njam irkuprat kontaminat bħala fjuwil.

(7)  Relevanti jekk tiġi applikata RMKS.

(8)  Fin-nuqqas ta' standard EN, l-approċċ ideali huwa kampjunar isokinetiku f'soluzzjoni pressanti b'sonda msaħħna u kaxxa filtru u mingħajr ħasil tas-sonda, eż. fuq il-bażi tal-metodu US EPA M316.

(9)  Il-metan issorveljat skont EN ISO 25140 jew EN ISO 25139 jitnaqqas mir-riżultat meta jintużaw gass naturali, LPG, eċċ. bħala fjuwil.

(10)  Fin-nuqqas ta' standard EN, l-approċċ ideali huwa kampjunar isokinetiku f'soluzzjoni pressanti b'sonda msaħħna u kaxxa filtru u mingħajr ħasil tas-sonda, eż. fuq il-bażi tal-metodu US EPA M316.

(11)  Kampjunar minn filtri b'borża u ċiklofiltri jista' jittiħidlu postu minn monitoraġġ kontinwu tat-tnaqqis tal-pressjoni fil-filtru bħala parametru surrogat indikattiv.

(12)  Il-punt ta' kejl isir qabel ma l-gass taċ-ċmieni jitħallat ma' nixxigħat tal-arja oħrajn u jsir biss jekk ikun teknikament fattibbli.

(13)  Hemm tendenza li COD tinbidel ma' TOC għal raġunijiet ekonomiċi u ambjentali. Għandha tiġi stabbilita korrelazzjoni bejn iż-żewġ parametri fuq bażi speċifika għas-sit.

(14)  Inklużi As, Cr, Cu, Ni, Pb u Zn.

(15)  Il-kampjunar proporzjonat għall-fluss jista' jittiħidlu postu minn proċedura ta' kampjunar standard oħra jekk il-fluss ma jkunx qawwi biżżejjed biex jittieħed kampjun rappreżentattiv.

(16)  Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma pprovduti fis-Sezzjoni 1.4.1.

(17)  Dan il-BAT-AEL ma japplikax meta jintuża l-arżnu bħala l-materja prima predominanti.

(18)  Emissjonijiet inqas minn 30 mg/Nm3 jistgħu jinkisbu bl-użu ta' nixxief UTWS.

(19)  Meta prattikament tuża njam irkuprat biss, il-limitu superjuri tal-medda jista' jitla' sa 15 mg/Nm3.

(20)  Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki jingħataw fis-Sezzjoni 1.4.1.

(21)  Meta filtru b'borża jew ċiklofiltru ma jkunx applikabbli, il-limitu superjuri tal-medda jista' jitla' sa 10 mg/Nm3.

(22)  Id-deskrizzjoni tat-teknika tingħata fis-Sezzjoni 1.4.1.

(23)  Biċċa njam esterna, bis-saff ta' barra nett imneħħi jew le, mill-ewwel qatgħat fi proċess ta' tqattigħ sabiex iz-zokk tagħmlu njam li jista' jintuża biex jinħadem (“timber”).

(24)  Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki jingħataw fis-Sezzjoni 1.4.2.

(25)  Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki jingħataw fis-Sezzjoni 1.4.2.

(26)  Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki jingħataw fis-Sezzjoni 1.4.2.