ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2043
tas-16 ta' Novembru 2015
li jimplimenta l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011. |
(2) |
Fit-2 ta' Novembru 2015, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
L-entrata li ġejja tiżdied fil-Parti A tal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 (Individwi assoċjati mat-Taliban):
Torek Agha (psewdonimu: (a) Sayed Mohammed Hashan, (b) Torak Agha, (c) Toriq Agha, (d) Toriq Agha Sayed).
Titolu: Haji. Indirizz: Pashtunabad, Quetta, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 1960 (b) 1962 (c) Bejn wieħed u ieħor fl-1965. Post tat-twelid: (a) Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan (b) Pishin, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Pakistani 5430312277059 (miksub b'mod frodulenti u minn dak iż-żmien ikkanċellat mill-Gvern tal-Pakistan). Informazzjoni oħra: Kmandant ewlieni tal-kunsill militari tat-Taliban involut fil-ġbir ta' fondi minn donaturi ibbażati fil-Golf. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:2.11.2015.
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2044
tas-16 ta' Novembru 2015
li jimplimenta l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta' April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 356/2010. |
(2) |
Fil-11 ta' Marzu 2014, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 751 (1992) u (UNSCR) 1907 (2009), neħħa persuna waħda mil-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi stabbiliti fil-paragrafi 1, 3 u 7 tal-UNSCR 1844 (2008). |
(3) |
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1.
ANNESS
L-entrata għall-persuna li ġejja qed titħassar mill-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010:
Jim'ale, Ali Ahmed Nur
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2045
tat-13 ta' Novembru 2015
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Jāņu siers (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Latvja biex tirreġistra d-denominazzjoni “Jāņu siers” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Jāņu siers” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Jāņu siers” (TSG) b'dan qed tiġi reġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.3. Ġobon, kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 204, 20.6.2015, p. 20)
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13.6.2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2046
tas-16 ta' Novembru 2015
dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-Artemisia absinthium L. bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' April 2013, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, mingħand l-Institut Technique de l'Agriculture Biologique (ITAB) għall-approvazzjoni tal-Artemisia absinthium L. bħala sustanza bażika. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3). |
(2) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) għal għajnuna xjentifika. Fit-30 ta' Settembru 2014, l-Awtorità ppreżentat Rapport Tekniku dwar is-sustanza inkwistjoni lill-Kummissjoni (2). Fl-20 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' analiżi (3) u l-abbozz ta' dan ir-Regolament dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-Artemisia absinthium L. lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
(3) |
Id-dokumentazzjoni li ressaq l-applikant turi li l-Artemisia absinthium L. tissodisfa l-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Madankollu, ix-xorb alkoħoliku mill-ispeċi Artemisia huwa inkluż fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti sustanzi, li jkunu preżenti b'mod naturali fl-aromatizzanti u fl-ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti, f'ċertu ikel kompost kif ikkonsmat, li miegħu ġew miżjuda l-aromatizzanti u/jew l-ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti. Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, fl-ikel kompost elenkat f'dik il-Parti B, il-livelli massimi ma għandhomx jinqabżu minħabba l-użu ta' aromatizzanti u/jew ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti. Għaldaqstant, l-ispeċi Artemisia ma tistax tintuża bħala oġġett tal-ikel mingħajr kwalifika. |
(4) |
Ġie identifikat tħassib speċifiku fir-Rapport Tekniku tal-Awtorità dwar l-esponiment għat-tujon, l-absintina u l-aċidu feruliku u, bħala riżultat ta' dan, il-valutazzjoni tar-riskju għall-operaturi, il-ħaddiema, il-persuni fil-qrib, il-konsumaturi u l-organiżmi mhux fil-mira ma setgħetx tiġi finalizzata. |
(5) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-Rapport Tekniku tal-Awtorità u dwar l-abbozz tar-rapport ta' analiżi. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa. |
(6) |
Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib relatat mas-sustanza ma jistax jiġi eliminat. |
(7) |
Għaldaqstant, kif stabbilit fir-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni, ma ġiex stabbilit li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk, jixraq li l-Artemisia absinthium L. ma tiġix approvata bħala sustanza bażika. |
(8) |
Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta' applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-Artemisia absinthium L. bħala sustanza bażika skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Nuqqas ta' approvazzjoni bħala sustanza bażika
Is-sustanza Artemisia absinthium L. mhijiex approvata bħala sustanza bażika.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for Artemisia absinthium for use in plant protection as fungicide in wheat and nematicide and insecticide in vegetables. Il-pubblikazzjoni ta' sostenn tal-EFSA 2014:EN-665. 37 pp.
(3) http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.selection&language=EN
(4) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2047
tas-16 ta' Novembru 2015
li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva esfenvalerat, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 flimkien mal-Artikolu 20(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva esfenvalerat, kif stipulata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2), tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2016. |
(2) |
Bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (3), fil-perjodu stipulat fl-istess Artikolu, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-inklużjoni tal-esfenvalerat fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4). |
(3) |
L-applikant ressaq il-fajls supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1141/2010. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta. |
(4) |
L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem: “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-30 ta' Lulju 2013. |
(5) |
L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll is-sommarju tad-dossier supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(6) |
Fit-22 ta' Ottubru 2014, l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (5) dwar jekk l-esfenvalerat jistax ikun mistenni li jissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fl-20 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport tal-evalwazzjoni għall-esfenvalerat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
(7) |
Rigward użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta' mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva inkwistjoni, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 huma sodisfatti. Għaldaqstant, dawk il-kriterji għall-approvazzjoni jitqiesu li ntlaħqu. |
(8) |
Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-esfenvalerat hija msejsa fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Għalhekk, huwa xieraq li ma tinżammx ir-restrizzjoni għall-użi bħala insettiċida. |
(9) |
Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-esfenvalerat huwa kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 24 tar- Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-esfenvalerat huwa sustanza tossika skont il-punti 3.7.2.2 u 3.7.2.3 rispettivament, tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, billi l-fattur tal-bijokonċentrazzjoni huwa ikbar minn 2 000 u l-konċentrazzjoni fit-tul mingħajr effetti osservati għall-organiżmi tal-ilma ħelu hija inqas minn 0,01 mg/L. Għalhekk, l-esfenvalerat jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-punt 4 tal-Anness ii tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(10) |
Għaldaqstant, jixraq li l-approvazzjoni tal-esfenvalerat bħala kandidat għas-sostituzzjoni tiġġedded. |
(11) |
Skont l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 13(4) tiegħu, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(12) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 (6) estenda d-data ta' skadenza tal-esfenvalerat sabiex il-proċess tat-tiġdid ikun jista' jitlesta qabel l-iskadenza tas-sustanza. Madankollu, minħabba li d-deċiżjoni dwar it-tiġdid ittieħdet qabel id-data ta' skadenza oriġinali, dan ir-Regolament għandu japplika mill-jum wara d-data ta' skadenza oriġinali. |
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva bħala kandidat għas-sostituzzjoni
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva esfenvalerat, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, tiġġedded kif stipulat fl-Anness I.
Artikolu 2
Emendi lir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(5) The EFSA Journal (2014); 12(11):3873. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-D, aċibenżolar-s-metil, amitrol, bentażon, ċjalofop-butil, dikwat, esfenvalerat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), glifosat, iprovalikarb, isoproturon, lambda-ċjalotrina, metalaksil-M, metsulfuron-metil, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, piraflufen-etil, tijabendażol, tifensulfuron-metil u triasulfuron (ĠU L 276, 21.10.2015, p. 48).
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||
Esfenvalerat Nru tal-CAS: 66230-04-4 Nru CIPAC: 481 |
(αS)-α-ċjanu-3-fenossibenżil-(2S)-2-(4-klorofenil)-3-metilbutirat |
830 g/kg L-impurità toluwen ma għandhiex taqbeż 10 g/kg fil-materjal tekniku. |
L-1 ta' Jannar 2016 |
Il-31 ta' Diċembru 2022 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' eżami dwar l-esfenvalerat, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:
Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' eżami.
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-parti A, l-entrata 10 dwar l-esfenvalerat hija mħassra; |
(2) |
fil-Parti E, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
(*) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta' reviżjoni.
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2048
tas-16 ta' Novembru 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
52,3 |
MA |
74,6 |
|
MK |
43,3 |
|
ZZ |
56,7 |
|
0707 00 05 |
AL |
80,9 |
TR |
142,3 |
|
ZZ |
111,6 |
|
0709 93 10 |
MA |
71,9 |
TR |
166,8 |
|
ZZ |
119,4 |
|
0805 20 10 |
CL |
185,6 |
MA |
86,1 |
|
PE |
166,7 |
|
TR |
83,5 |
|
ZZ |
130,5 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
TR |
73,2 |
ZA |
95,1 |
|
ZZ |
84,2 |
|
0805 50 10 |
TR |
91,8 |
ZZ |
91,8 |
|
0806 10 10 |
BR |
287,2 |
EG |
228,3 |
|
PE |
313,9 |
|
TR |
174,9 |
|
ZZ |
251,1 |
|
0808 10 80 |
AR |
151,8 |
CL |
83,9 |
|
MK |
29,8 |
|
NZ |
137,3 |
|
US |
150,6 |
|
ZA |
207,0 |
|
ZZ |
126,7 |
|
0808 30 90 |
BA |
97,7 |
CN |
72,7 |
|
TR |
135,0 |
|
ZZ |
101,8 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/15 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2049
tal-10 ta' Novembru 2015
dwar it-tnedija fl-Iżvezja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, il-forniment ta' data personali previst skont dik id-Deċiżjoni ma jistax isir sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fil-Kapitolu 6 ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tat-territorji tal-Istati Membri involuti f'tali forniment. |
(2) |
L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (2) jipprevedi li l-verifika li l-kondizzjoni ta' hawn fuq tkun ġiet issodisfata fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandha ssir abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju, żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota. |
(3) |
Skont il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data. |
(4) |
L-Iżvezja lestiet il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta' data dattiloskopika. |
(5) |
Twettqet b'suċċess prova pilota mill-Iżvezja mal-Awstrija. |
(6) |
Saret żjara ta' evalwazzjoni fl-Iżvezja u sar rapport dwar iż-żjara ta' evalwazzjoni mill-iskwadra ta' evalwazzjoni Awstrijaka li ntbagħat lill-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill. |
(7) |
Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju ta' data dattiloskopika. |
(8) |
Fit-13 ta' Lulju 2015, il-Kunsill ikkonkluda li l-Iżvezja kienet implimentat totalment id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fil-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
(9) |
Għalhekk, għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta' data dattiloskopika, l-Iżvezja għandha tkun intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
(10) |
Id-Danimarka hi marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
(11) |
L-Irlanda hi marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
(12) |
Ir-Renju Unit mhuwiex marbut bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u mhux marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta' data dattiloskopika, l-Iżvezja hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mill-15 ta' Novembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GRAMEGNA
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/17 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2050
tal-10 ta' Novembru 2015
dwar it-tnedija fil-Belġju tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, il-forniment ta' data personali previst taħt dik id-Deċiżjoni ma jistax isir sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fil-Kapitolu 6 ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tat-territorji tal-Istati Membri involuti f'tali forniment. |
(2) |
L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (2) jipprevedi li l-verifika tal-kondizzjoni ta' hawn fuq tkun ġiet issodisfata fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, għandha ssir abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju, żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota. |
(3) |
Skont il-punt 1.1 tal-Kapitolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta' data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta' data. |
(4) |
Il-Belġju lesta l-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta' data dattiloskopika. |
(5) |
Il-Belġju wettaq b'suċċess prova pilota ma' Franza u l-Lussemburgu. |
(6) |
Saret żjara ta' evalwazzjoni fil-Belġju u sar rapport dwar iż-żjara ta' evalwazzjoni mill-iskwadra ta' evalwazzjoni Franċiża u Lussemburgiża li ntbagħat lill-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill. |
(7) |
Ġie ppreżentat lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju ta' data dattiloskopika. |
(8) |
Fit-13 ta' Lulju 2015, il-Kunsill ikkonkluda li l-Belġju kien implimenta totalment id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fil -Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
(9) |
Għalhekk, għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta' data dattiloskopika, il-Belġju għandu jkun intitolat li jirċievi u jforni data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ ĠAI. |
(10) |
Id-Danimarka hija marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
(11) |
L-Irlanda hija marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. |
(12) |
Ir-Renju Unit mhuwiex marbut bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u mhux marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tat-tiftix awtomatizzat ta' data dattiloskopika, il-Belġju huwa intitolat li jirċievi u jforni data personali taħt l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mit-18 ta' Novembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GRAMEGNA
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2051
tas-16 ta' Novembru 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2013/730/PESK b'appoġġ għall-attivitajiet ta' SEESAC ta' diżarm u ta' kontroll ta' armi fix-Xlokk tal-Ewropa fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għall-Ġlieda kontra l-Akkumulazzjoni u t-Traffikar Illeċiti ta' SALW u l-Munizzjon tagħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 26(2) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/730/PESK (1) tipprevedi li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-Proġett taċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (SEESAC) għat-Tnaqqis tat-Theddida tat-Tixrid u t-Traffikar Illeċiti ta' Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir (SALW) u l-Munizzjon tagħhom fix-Xlokk tal-Ewropa. |
(2) |
Il-proġett appoġġat mid-Deċiżjoni 2013/730/PESK għandu l-għan li, fost aspetti oħra, itejjeb id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà u l-ġestjoni tal-kumulu ta' ħażniet fir-rigward tal-ħżin ta' armi konvenzjonali u ta' ħażniet ta' munizzjon (il-“komponent tas-sigurtà tal-ħżin”). |
(3) |
Fil-paragrafu “3.1.” tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/730/PESK, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo (*), ir-Repubblika tal-Moldova, il-Montenegro, is-Serbja u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) huma nominati bħala benefiċjarji tal-komponent tas-sigurtà tal-ħżin, iżda l-Albanija mhijiex nominata. |
(4) |
Skont l-Aġenzija ta' Implimentazzjoni SEESAC, u bil-qbil tal-awtoritajiet Albaniżi, hemm ħtieġa li l-Albanija tibbenefika mill-komponent tas-sigurtà tal-ħżin u hemm finanzjament disponibbli taħt id-Deċiżjoni 2013/730/PESK. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2013/730/PESK għandha, għalhekk, tiġi emendata, biex tinkludi lill-Albanija bħala benefiċjarju tal-komponent tas-sigurtà tal-ħżin, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-paragrafu 3.1 tal-Anness għad-Deċiżjoni2013/730/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“3.1. Żieda fis-Sigurtà tal-Kumulu ta' Ħażniet permezz ta' Titjib fl-Infrastruttura u l-Iżvilupp tal-Kapaċità
Objettiv
Din l-attività ser tnaqqas it-theddida tal-firxa u t-traffikar illeċitu tas-SALW u l-munizzjon tagħhom permezz ta' titjib fid-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà u l-ġestjoni tal-kumulu ta' ħażniet fir-rigward tal-ħżin ta' armi konvenzjonali u ta' ħażniet ta' munizzjon fl-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo (*), ir-Repubblika tal-Moldova, il-Montenegro, is-Serbja u FYROM.
Deskrizzjoni
L-implimentazzjoni b'suċċess tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/179/PESK b'approċċ fuq żewġ binarji għal (1) titjib fis-sigurtà tas-siti ta' ħażniet fi tliet pajjiżi (2), u (2) bini tal-kapaċità tal-persunal inkarigat mill-ġestjoni tal-kumulu ta' ħażniet (3), b'mod sinifikanti żied id-dispożizzjonijiet ta' sigurtà u naqqas ir-riskju tal proliferazzjoni mhux mixtieqa tal-kumulu ta' ħażniet tas-SALW u l-munizzjon tagħhom. Filwaqt li tkompli tibni fuq dawn il-kisbiet, it-tieni fażi tal-proġett ser tkompli ttejjeb is-sigurtà ta' ħażniet tal-armi u l-munizzjon fix-Xlokk tal-Ewropa billi tipprovdi assistenza teknika u infrastrutturali speċifika ulterjuri f'konformità mal-aħjar prassi u standards internazzjonali. L-attivitajiet tal-proġett ser jagħtu appoġġ lill-Ministeri tad-Difiża fl-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Montenegro u FYROM kif ukoll lill-Ministeri tal-Intern għar-Repubblika ta-Serbja, FYROM u l-Kosovo (*) permezz tal-akkwist u l-installazzjoni tat-tagħmir meħtieġ biex jiġi żgurat il-kumulu ta' ħażniet tal-armi u l-munizzjon. Barra minn hekk, fejn meħtieġ, ser jingħata taħriġ lill-persunal responsabbli għall-ġestjoni tal-kumulu ta' ħażniet. Is-siti li fihom ser tiġi mtejba s-sigurtà ser jintgħażlu abbażi ta' valutazzjoni tal-prijoritajiet kif ukoll tar-riskji għas-sigurtà li jikkawżaw.
speċifiku, il-proġett jipprevedi l-attivitajiet li ġejjin:
— |
L-Albanija: titjib tas-sigurtà fis-siti ta' ħażniet tal-munizzjon u l-armi konvenzjonali tal-Ministeru tad-Difiża (sa żewġ siti), inkluż permezz tal-installazzjoni u/jew ir-rinnovazzjoni taċ-ċint u d-dwal tal-perimetri, sistemi ta' kxif ta' intrużi, kameras ta' sigurtà b'ċirkwit magħluq (CCTV) u tagħmir tat-telekomunikazzjoni. |
— |
Il-Bożnija-Ħerzegovina: titjib tas-sigurtà fis-siti ta' ħażniet tal-munizzjon u l-armi konvenzjonali tal-Ministeru tad-Difiża inkluż permezz tat-tqegħid u/jew ir-rinnovazzjoni taċ-ċint u d-dwal tal-perimetri, sistemi ta' kxif ta' intrużi, kameras ta' sigurtà televiżjoni b'ċirkwit magħluq (CCTV) u tagħmir tat-telekomunikazzjoni, li jikkomplementaw il-ħidma dwar is-sigurtà fuq il-kumuli ta' ħażniet magħmula mill-UNDP u l-OSKE. |
— |
Il-Kosovo (*): titjib tal-kapaċitajiet tal-ġestjoni tal-kumulu ta' ħażniet tad-Dipartiment tal-Pulizija permezz ta' taħriġ u valutar tas-sitwazzjoni attwali. Rinnovazzjoni ta' maħżen lokali żgħir tas-SALW u l-munizzjon. |
— |
FYROM: titjib tas-sigurtà ta' sit ċentrali ta' ħażniet tal-Ministeru tal-Intern (Orman) permezz tal-akkwist ta' tagħmir tas-sigurtà u l-implimentazzjoni ta' titjib fl-infrastruttura inkluż ir-rinnovazzjoni taċ-ċint mal-perimetru; tagħmir tas-CCTV u dwal; u bibien tas-sigurtà ġodda għall-binjiet ta' ħażniet. Titjib tas-sigurtà tas-sit ċentrali ta' ħażniet tal-Forzi Armati ta' FYROM permezz tal-akkwist u l-installazzjoni ta' sorveljanza bil-video u titjib tas-sigurtà tal-perimetri u l-bini billi jiġu msewwija ċ-ċnut, jitwaħħlu kanċelli tad-dħul ġodda, u ssir rinnovazzjoni tal-bibien ta' sigurtà tal-maħżen. |
— |
Ir-Repubblika tal-Moldova: Titjib tas-sigurtà fid-Depożitu Ċentrali tal-Armi u l-Munizzjon (CAMD) tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni, inkluż it-tqegħid ta' ċnut tas-sigurtà, sistemi ta' kontroll tad-dħul u akkwist ta' reġistru elettroniku tal-armi. |
— |
Il-Montenegro: titjib fiżiku għas-sit tal-munizzjon ta' Brezovik inkluż t-titjib ġenerali għas-sigurtà tal-infrastruttura ta' ħażniet. Żvilupp ta' reġistru ċentrali ta' armi u munizzjon maħżuna. |
— |
Is-Serbja: titjib tas-sigurtà fis-sit ewlieni ta' ħażniet tas-SALW tal-Ministeru tal-Intern, inklużi s-sorveljanza bil-video u l-kontroll tal-aċċess. |
— |
Taħriġ Reġjonali dwar il-Ġestjoni tal-Kumulu ta' Ħażniet: għandu jiġi implimentat kemm fil-livell reġjonali (annwalment) kif ukoll fil-livell nazzjonali (meta meħtieġ). |
Riżultati tal-proġett u indikaturi tal-implimentazzjoni:
Il-proġett ser jirriżulta f'sigurtà mtejba fix-Xlokk tal-Ewropa permezz tat-tnaqqis tar-riskju tal-kummerċ illeċitu permezz ta':
— |
Żieda fis-sigurtà tas-siti ta' ħażniet tas-SALW fl-Albanija (sa 2), fil-BiH (4), il-Kosovo (*) (1), Ir-Repubblika tal-Moldova (2), il-Montenegro (1), is-Serbja (1) u FYROM (2) permezz ta' titjib fl-infrastruttura orjentat lejn is-sigurtà, li jista' jitkejjel. |
— |
Żieda fil-kapaċità tal-persunal li jħares l-kumulu ta' ħażniet billi jiġu mħarrġa tal-anqas 60 membru tal-persunal mill-pajjiżi benefiċjarji fi tliet sessjonijiet ta' ħidma u jingħata taħriġ immirat f'livell nazzjonali.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/730/PESK tad-9 ta' Diċembru 2013 b'appoġġ għall-attivitajiet ta' SEESAC ta' diżarm u ta' kontroll ta' armi fix-Xlokk tal-Ewropa fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għall-Ġlieda kontra l-Akkumulazzjoni u t-Traffikar Illeċiti ta' SALW u l-Munizzjon tagħhom (ĠU L 332, 11.12.2013, p. 19).
(*) L-użu ta' dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo.
(2) Fil-Kroazja, is-sigurtà taċ-Ċentru għall-Ħażniet tal-Armi għall-Ministeru tal-Intern ‘MURAT’ ġie mtejjeb permezz tal-installazzjoni ta' sorveljanza bil-video; fil-Bożnija-Ħerzegovina ġew imwaħħla 41 bieb tas-sigurtà u s-sigurtà f'erba' siti ta' ħażniet tas-SALW u l-munizzjon għall-Ministeru tad-Difiża ġiet imsaħħa; is-sigurtà fid-depożitu tal-munizzjon tal-Ministeru għad-Difiża tal-Montenegro ‘TARAS’ ġiet imtejba għall-istandards tas-sigurtà nazzjonali.
(3) Ġie żviluppat Kors dwar il-Ġestjoni tal-Kumulu ta' Ħażniet u b'kollox 58 uffiċjal fil-livell operazzjonali mill-Ministeri tad-Difiża, il-Forzi Armati u l-Ministeri tal-Intern tal-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kroazja, il-FYROM, il-Montenegro u s-Serbja ġew imħarrġa fil-ġestjoni tal-kumulu ta' ħażniet.
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2052
tas-16 ta' Novembru 2015
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (*)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/39/PESK (1) li taħtar lis-Sur Samuel ŽBOGAR bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo. Il-mandat tar-RSUE kien l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/400/PESK (2). Il-mandat tar-RSUE jiskadi fil-31 ta' Ottubru 2015. |
(2) |
Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' sittax-il xahar. |
(3) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Kwalnkwe modifika possibbli għall-kompiti u l-objettivi tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) li jkollha impatt fuq il-kompiti u l-objettivi tar-RSUE trid titqies, f'relazzjoni mal-mandat tar-RSUE, fi żmien debitament xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Il-mandat tas-Sur Samuel ŽBOGAR bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo huwa b'dan estiż sat-28 ta' Frar 2017. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).
Artikolu 2
Għanijiet tal-politika
Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fil-Kosovo. Dawn jinkludu rwol ta' tmexxija fil-promozzjoni ta' Kosovo stabbli, vijabbli, paċifiku, demokratiku u multietniku; it-tisħiħ tal-istabbiltà fir-reġjun u l-kontribut għal kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien fil-Balkani tal-Punent; il-promozzjoni ta' Kosovo impenjat favur l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tal-minoritajiet u tal-wirt kulturali u reliġjuż; l-appoġġ għall-perspettiva Ewropea u t-tqarrib mal-Unjoni f'konformità mal-perspettiva tar-reġjun u skont il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tiegħu, u f'konformità mal-Konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill.
Artikolu 3
Mandat
Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
(a) |
joffri l-konsulenza u l-appoġġ tal-Unjoni fil-proċess politiku; |
(b) |
jippromovi koordinazzjoni politika ġenerali tal-Unjoni fil-Kosovo; |
(c) |
isaħħaħ il-preżenza tal-Unjoni fil-Kosovo u jiżgura l-koerenza u l-effettività tagħha; |
(d) |
jipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-Missjoni EULEX KOSOVO, inkluż dwar l-aspetti politiċi ta' kwistjonijiet relatati ma' responsabbiltajiet eżekuttivi; |
(e) |
jiżgura l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni fil-Kosovo, inkluż sabiex tiġi ggwidata lokalment it-transizzjoni tal-EULEX; |
(f) |
jappoġġa l-perspettiva Ewropea u t-tqarrib mal-Unjoni f'konformità mal-perspettiva tar-reġjun u skont il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tiegħu, u f'konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill relevanti, permezz ta' komunikazzjoni pubblika mmirata u attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Unjoni mfassla biex ikunu żgurati l-fehim u l-appoġġ usa' mill-pubbliku tal-Kosovo dwar kwistjonijiet relatati mal-Unjoni, inkluża l-ħidma tal-EULEX; |
(g) |
jimmonitorja, jassisti u jiffaċilita l-progress fil-prijoritajiet politiċi, ekonomiċi u Ewropej, f'konformità mal-kompetenzi u r-responsabbiltajiet istituzzjonali rispettivi; |
(h) |
jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-Kosovo, inkluż fir-rigward tan-nisa u t-tfal u l-protezzjoni tal-minoranzi, f'konformità mal-politika dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni u l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
(i) |
jassisti fl-implimentazzjoni tad-djalogu bejn Belgrad u Pristina ffaċilitat mill-Unjoni. |
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
1. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.
2. Il-KPS għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta' kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.
3. Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.
Artikolu 5
Finanzjament
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE matul il-perijodu mill-1 ta' Novembru 2015 sat-28 ta' Frar 2017 għandu jkun ta' EUR 3 135 000.
2. In-nefqa għandha tiġi amministrata f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku mir-RSUE għandha tkun miftuħa mingħajr limiti. Barra minn hekk, l-ebda regola ta' orġini għall-oġġetti mixtrija mir-RSUE ma għandha tapplika.
3. L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont lill-Kummissjoni għal kull nefqa.
Artikolu 6
Formazzjoni u kompożizzjoni ta' tim
1. Għandu jiġi assenjat persunal iddedikat lir-RSUE biex jimplimenta l-mandat tiegħu u biex jikkontribwixxi għall-koerenza, il-viżibbiltà u l-effettività tal-azzjoni globali tal-Unjoni fil-Kosovo. Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tat-tim tiegħu. It-tim għandu jinkludi l-konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tat-tim tiegħu.
2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal sekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, mill-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea konċernata jew mill-SEAE, rispettivament. L-esperti sekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati sabiex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.
3. Il-persunal kollu sekondat għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru emittenti, l-istituzzjoni tal-Unjoni jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.
Artikolu 7
Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tar-RSUE
Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għall-ikkompletar u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu miftehmin mal-partijiet ospitanti, kif adatt. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għat-tali għan.
Artikolu 8
Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE
1. Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (3).
2. Ir-RGħ għandu l-awtorità sabiex jirrilaxxa lin-NATO/KFOR informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” iġġenerati għall-finijiet tal-azzjoni, f'konformità mar-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE.
3. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti (NU) u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), f'konformità mal-ħtiġijiet operattivi tar-RSUE, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-azzjoni, f'konformità mar-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti lokali għal dan il-għan.
4. Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lil partijiet terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, dokumenti mhux klassifikati tal-UE li jkunu relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill rigward l-azzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (4).
Artikolu 9
Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku
1. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kull informazzjoni rilevanti.
2. Id-delegazzjoni tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, kif adatt, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.
Artikolu 10
Sigurtà
F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal stazzjonat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tar-RSUE u s-sitwazzjoni fiż-żona ta' sigurtà taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:
(a) |
jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona ta' responsabbiltà, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u pjan ta' kontinġenza u evakwazzjoni tal-uffiċċju; |
(b) |
jiżgura li l-persunal kollu stazzjonat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona ta' sigurtà; |
(c) |
jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jkunu ser jiġu stazzjonati barra l-Unjoni, inkluż persunal li jkunu ngħataw kuntratt lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona ta' responsabbiltà jew kif jaslu fiha, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE; |
(d) |
jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula, magħmula wara valutazzjonijiet regolari tas-sigurtà, u jipprovdi lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni b'rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapporti dwar il-progress u l-implimentazzjoni tal-mandat. |
Artikolu 11
Rapporti
Ir-RSUE għandu jipprovdi rapporti regolari lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill, kif meħtieġ. Għandhom jiġu ċirkolati rapporti regolari permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi wkoll rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 12
Koordinazzjoni
1. Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu ta' impenn b'mod konsistenti, biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma' dawk ta' RSUE oħrajn li jkunu attivi fir-reġjun, kif adatt. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
2. Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri u l-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-EULEX KOSOVO, inkluż dwar l-aspetti politiċi ta' kwistjonijiet relatati ma' responsabbiltajiet eżekuttivi. Ir-RSUE u l-Kmandat tal-Operazzjonijiet Ċivili għandhom jikkonsultaw lil xulxin, kif meħtieġ.
3. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma' aġenziji lokali rilevanti u ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħra fuq il-post.
4. Ir-RSUE, flimkien ma' atturi oħra tal-Unjoni preżenti fuq il-post, għandu jiżgura t-tixrid u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-atturi tal-Unjoni fuq il-post bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' għarfien komuni dwar is-sitwazzjoni u ta' valutazzjoni komuni.
Artikolu 13
Assistenza relattivament għal pretensjonijiet
Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu billi jipprovdu elementi b'reazzjoni għal kwalunkwe talba u obbligu li joħroġ mill-mandati tar-RSUE preċedenti fil-Kosovo, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal tali għanijiet.
Artikolu 14
Rieżami
L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħra mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu analizzati regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport tal-progress sal-aħħar ta' Ġunju 2016 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-aħħar ta' Novembru 2016.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2015.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(*) Dan l-isem huwa bla ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/39/PESK tal-25 ta' Jannar 2012 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 23, 26.1.2012, p. 5).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/400/PESK tas-26 ta' Ġunju 2014 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (ĠU L 188, 27.6.2014, p. 68).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/KE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/27 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2053
tas-16 ta' Novembru 2015
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta' April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/231/PESK. |
(2) |
Fil-11 ta' Marzu 2014, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 751 (1992) u (UNSCR) 1907 (2009), neħħa persuna waħda mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fil-paragrafi 1, 3 u 7 tal-UNSCR 1844 (2008). |
(3) |
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.
ANNESS
L-entrata għall-persuna li ġejja qed titħassar mill-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK:
Jim'ale, Ali Ahmed Nur
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/29 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2054
tas-16 ta' Novembru 2015
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK. |
(2) |
Fit-2 ta' Novembru 2015, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.
ANNESS
L-entrata li ġejja tiżdied fil-Parti A tal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK (Individwi assoċjati mat-Taliban):
Torek Agha (psewdonimu: (a) Sayed Mohammed Hashan, (b) Torak Agha, (c) Toriq Agha, (d) Toriq Agha Sayed).
Titolu: Haji. Indirizz: Pashtunabad, Quetta, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 1960 (b) 1962 (c) Bejn wieħed u ieħor 1965. Post tat-twelid: (a) Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan (b) Pishin, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Pakistani 5430312277059 (miksub b'mod frodulenti u minn dak iż-żmien ikkanċellat mill-Gvern tal-Pakistan). Informazzjoni oħra: Kmandant ewlieni tal-kunsill militari tat-Taliban involut fil-ġbir ta' fondi minn donaturi bbażati fil-Golf. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:2.11.2015.
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/31 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2055
tal-10 ta' Novembru 2015
li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex jiġi stabbilit il-programm għal tilqim ta' emerġenza ta' annimali bovini kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD) fil-Greċja u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500
(notifikata bid-dokument C(2015) 7671)
(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jinkiseb is-suq intern (2), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1)(a), (3)(a) u (6) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 92/119/KEE tistabbilixxi miżuri ġenerali għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali. Dawn jinkludu l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' suspett u l-konferma tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'azjenda, il-miżuri li għandhom jittieħdu f'żoni ristretti u miżuri addizzjonali oħrajn sabiex tiġi kkontrollata l-marda. Dawn il-miżuri jipprevedu wkoll it-tilqim ta' emerġenza f'każ ta' tifqigħa tal-marda tal-infafet fil-ġilda b'mod supplimentari għal miżuri oħra ta' kontroll. |
(2) |
Fl-20 ta' Awwissu 2015, l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni b'żewġ tifqigħat tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'azjendi bovini b'madwar 200 annimal bovin fil-prefettura ta' Feres, fl-unità reġjonali ta' Evros fil-Greċja. Dawn it-tifqigħat jirrappreżentaw l-ewwel okkorrenza tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Unjoni. |
(3) |
Sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda tal-imfafet fil-ġilda lejn partijiet oħra tal-Greċja, lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1423 (5) li tipprojbixxi l-moviment u d-dispaċċ ta' annimali bovini u s-semen tagħhom, kif ukoll it-tqegħid fis-suq ta' ċertu prodotti tal-annimali mill-unità reġjonali ta' Evros. |
(4) |
Fid-dawl ta' aktar informazzjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fil-Greċja dawk il-miżuri interim ta' protezzjoni ġew sostitwiti b'miżuri ta' protezzjoni aktar kumplessi stabbiliti bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 (6). |
(5) |
Barra minn hekk, fl-10 ta' Settembru 2015, il-Greċja għarrfet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar 24 tifqigħa kkonfermati u 17-il tifqigħa suspettużi tal-marda tal-imfafet fil-ġilda f'azjendi li jinsabu f'żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fl-unità reġjonali ta' Evros. |
(6) |
Barra minn hekk, fis-27 ta' Settembru 2015, l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni b'tifqigħa tal-marda tal-imfafet fil-ġilda fix-xlokk tal-unità reġjonali ta' Xanthi u għal darb'oħra, fit-2 ta' Ottubru 2015, b'tifqigħa ġdida tal-marda tal-imfafet fil-ġilda fl-unità reġjonali ta' Kavala, li tinsab fil-punent tal-unità reġjonali ta' Xanthi. |
(7) |
Barra minn hekk, fis-7 ta' Ottubru 2015 l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni b'tifqigħa tal-marda tal-imfafet fil-ġilda f'azjenda għall-bovini fl-unità reġjonali ta' Limnos. |
(8) |
F'każ ta' tifqigħa tal-marda tal-infafet fil-ġilda, l-Artikolu 19 tad-Direttiva 92/119/KEE jipprevedi l-possibbiltà li jiġi applikat it-tilqim kontra dik il-marda. |
(9) |
Fis-26 ta' Awwissu 2015 il-Greċja ppreżentat lill-Kummissjoni programm ta' tilqim ta' emerġenza kontra l-marda tal-imfafet fil-ġilda ta' annimali bovini li jinżammu fi stabbilimenti fl-unità reġjonali ta' Evros fil-Greċja. Il-programm ipprovda d-dettalji li jikkonċernaw d-definizzjoni ġeografika u amministrattiva fiż-żona tat-tilqim, l-għadd ta' azjendi u ta' annimali li għandhom jitlaqqmu u ż-żmien meta t-tilqim għandu jitwettaq, kif ukoll iċ-ċirkostanzi li jimmotivaw id-deċiżjoni biex jiġu implimentati l-miżuri. |
(10) |
Skont l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) dwar il-marda tal-infafet fil-ġilda (7) il-vaċċini ħajjin attenwati biss huma disponibbli kummerċjalment kontra l-marda tal-imfafet fil-ġilda. L-opinjoni tiddeskrivi l-vaċċin tal-vajrus attenwat bin-Neethling tal-marda tal-imfafet fil-ġilda bħala ferm effettiv fil-prevenzjoni tal-morbożità. Minħabba li l-vaċċini omologi bl-LSD huma aktar effettivi mill-vaċċini bbażati fuq il-vajrusis tal-ġidri tan-ngħaġ attenwati, l-użu tagħhom għandu jiġi rrakkomandat, soġġett għad-disponibbiltà mill-produtturi tal-vaċċini li joperaw esklussivament barra l-Unjoni. |
(11) |
M'hemm l-ebda vaċċin kontra l-LSD bl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni. Il-vaċċinazzjoni ta' emerġenza skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 92/119/KEE għalhekk tista' ssir biss b'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), li tippermetti li l-Istati Membri temporanjament jippermettu l-użu ta' vaċċini mingħajr awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni f'każ ta' mard epiżotiku bħalma huwa l-każ tal-LSD. |
(12) |
Skont l-Artikolu 19(6) tad-Direttiva 92/119/KEE, il-Greċja għarrfet lill-Kummissjoni fil-5 ta' Settembru 2015 dwar l-akkwist ta' numru biżżejjed ta' dożi ta' vaċċin omologu tal-LSD u dwar il-bidu tal-vaċċinazzjoni ta' emerġenza fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-unità reġjonali ta' Evros skont il-programm ta' vaċċinazzjoni deskritt fil-premessa 9. Barra minn hekk, fis-27 ta' Settembru u fit-2 ta' Ottubru 2015 rispettivament, l-awtoritajiet Griegi infurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jintroduċu l-vaċċinazzjoni ta' annimali bovini li huma miżmuma fi stabbilimenti fl-unitajiet reġjonali ta' Rodopi, Xanthi u Kavala skont il-programm ta' vaċċinazzjoni mressaq fis-26 ta' Awwissu 2015. |
(13) |
L-għan ta' din id-Deċiżjoni huwa li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom il-Greċja għandha tapplika l-vaċċinazzjoni ta' emerġenza. Il-firxa rapida tal-LSD fil-Greċja tikkostitwixxi riskju għal partijiet oħra tat-territorju tal-Greċja u l-pajjiżi ġirien. Għalhekk, huwa wkoll l-għan ta' din id-Deċiżjoni li jissaħħu l-miżuri ta' kontroll tal-marda applikati fil-Greċja billi jittrażżnu l-movimenti ta' annimali bovini mhux vaċċinati li għandhom iktar minn tliet xhur lejn azjendi oħra fiż-żona ristretta. Din il-limitazzjoni tal-età tippermetti l-moviment meħtieġ ta' għoġġiela żgħar lejn stabbilimenti oħra għat-trobbija matul perjodu wara t-twelid meta dawn ma jistgħux jiġu immunizzati b'mod effikaċi. Fl-istess waqt, huwa neċessarju li jiġi permess il-moviment tal-annimali mhux vaċċinati direttament lejn biċċerija li tinsab fiż-żona ristretta. |
(14) |
Iż-żona fejn għandha titwettaq il-vaċċinazzjoni kontra l-LSD tista' tkopri ż-żona ristretta kollha kif definita fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500, li hija stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
(15) |
L-ewwel ċiklu ta' vaċċinazzjoni għandu jitlesta malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2015 u t-30 ta' Novembru 2015 fl-unità reġjonali ta' Evros u l-unitajiet reġjonali ta' Rodopi, Xanthi u Kavala rispettivament. F'każ ta' tifqigħat oħra f'unitajiet reġjonali oħra, il-vaċċinazzjoni fl-unitajiet reġjonali milquta għandha titlesta fi żmien xahrejn wara konferma tal-ewwel każ ta' LSD f'dik l-unità reġjonali skont id-disponibbiltà tal-vaċċini. Minħabba li s-suċċess tal-miżuri ta' kontroll fil-Greċja jiddependi wkoll fuq is-suċċess tal-miżuri ta' kontroll f'pajjiżi terzi ġirien li rrappurtaw tifqigħat ta' LSD qrib dawk notifikati fil-Greċja, jista' jkun meħtieġ li jiġu vaċċinati l-frieħ li twieldu minn annimali bovini vaċċinati u li jiġu vaċċinati mill-ġdid l-annimali bovini fiż-żona milquta. Il-perjodu ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-LSD fil-Greċja għalhekk ġie stabbilita sal-aħħar tal-2016. |
(16) |
Ir-riskju ta' tixrid tal-marda minn annimali vaċċinati u l-prodotti tagħhom huwa differenti mir-riskji li jirriżultaw minn annimali mhux vaċċinati u annimali li possibilment qed jinkubaw. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-moviment ta' annimali bovini vaċċinati u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti li ġejjin minn dawn l-annimali. |
(17) |
L-għarfien dwar LSD mhux sħiħ. L-annimali bovini vaċċinati huma protetti mis-sinjali kliniċi iżda mhux neċessarjament mill-infezzjoni u mhux l-annimali kollha vaċċinati jirreaġixxu b'immunità protettiva. Għalhekk, dawn l-annimali wara perjodu ta' mill-inqas 28 jum wara l-vaċċinazzjoni għandhom jitħallew jintbagħtu direttament għall-qatla immedjata f'biċċeriji li jinsabu fit-territorju tal-Greċja. |
(18) |
Konsegwentement, il-laħam frisk u l-preparazzjonijiet tal-laħam tiegħu, kif ukoll prodotti tal-laħam soġġetti għal trattament mhux speċifiku jistgħu jikkostitwixxu riskju mhux negliġibbli ta' tixrid tal-LSD. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li titrażżan il-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam frisk, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam tiegħu fit-territorju tal-Greċja, sakemm it-tali laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li huma soġġetti għal immarkar speċjali li ma jkunx ovali u li ma jkunx jixbah il-marka sanitarja għal-laħam frisk kif stipulat fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I taar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u l-marka tal-identifikazzjoni għal preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu fi, jew li fihom, laħam ta' annimali bovini, kif stabbilit fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
(19) |
Madankollu, trattament speċifiku ta' prodotti tal-laħam f'kontenituri ssiġillati ermetikament sa valur Fo ta' tlieta jew aktar u t-trattament deskritt fil-punti minn 1.1. sa 1.5. tal-Parti A tal-Anness IX tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE (11) ta' ħalib u prodotti tal-ħalib jiddiżattiva biżżejjed il-vajrus tal-LSD f'tali prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem u għalhekk dan il-ħalib u prodotti mill-ħalib għandhom jitħallew jitqiegħdu fis-suq fit-territorju kollu tal-Greċja u fi Stati Membri oħrajn u li jiġu mibgħuta lejn pajjiżi terzi. |
(20) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
(21) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Minbarra l-miżuri meħuda mill-Greċja b'konformità mal-Artikoli 4, 5 u 10 tad-Direttiva 92/119/KEE, il-Greċja tista' twettaq vaċċinazzjoni ta' emerġenza kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda tal-annimali bovini miżmuma f'ażjendi fiż-żona stabbilita fl-Anness I taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness II.
2. Il-programm sottomess mill-Greċja lill-Kummissjoni fis-26 ta' Awwissu 2015 għall-vaċċinazzjoni ta' emerġenza kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda tal-annimali bovini miżmuma f'ażjendi fiż-żona stipulata fl-Anness I huwa approvat.
3. Kull moviment lejn Stati Membri oħra ta' annimali bovini vaċċinati kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda huwa pprojbit.
4. Kull moviment lejn Stati Membri oħra ta' annimali bovini ta' età ta' anqas minn sitt xhur u li mhumiex vaċċinati kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, iżda mwielda minn ommijiet vaċċinati kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda huwa pprojbit.
Artikolu 2
Il-Greċja għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni u għandha tinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri b'konformità mal- Artikolu 19(5) tad-Direttiva 92/119/KEE.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3 huwa mħassar; |
(2) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza d-dispaċċ ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq minn azjendi li jinsabu fiż-żona ristretta għal biċċerija li tinsab f'partijiet oħra tal-Greċja dejjem jekk:
|
(3) |
L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 5 Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta' laħam frisk u preparazzjonijiet tal-laħam ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi 1. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 3(2), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tqegħid fis-suq barra ż-żona ristretta tal-laħam frisk, eskluż il-ġewwieni minbarra l-fwied, u preparazzjonijiet tal-laħam tiegħu, kif ukoll ġlud friski miksuba minn annimali bovini u ruminanti selvaġġi:
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li laħam frisk, eskluż il-ġewwieni minbarra l-fwied, u preparazzjonijiet tal-laħam tiegħu, kif ukoll il-ġlud friski msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jintbagħtux lil Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi. 2. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss il-bgħit lejn Stati Membri oħra ta' konsenji ta' laħam frisk u preparazzjonijiet tal-laħam prodotti minn dan il-laħam frisk miksuba minn annimali bovini li huma miżmuma u maqtula barra ż-żona ristretta, sakemm dan il-laħam u l-preparazzjonijiet tal-laħam kienu prodotti, maħżuna u mqandla mingħajr ma ġew f'kuntatt ma' laħam u preparazzjoniiet tal-laħam mhux awtorizzati biex jintbagħtu lil Stati Membri oħra, u l-kunsinni huma akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali tas-saħħa kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 (*), li mal-Parti II tiegħu għandu jkollu l-attestazzjoni li ġejja: ‘Laħam frisk jew preparazzjonijiet tal-laħam li jikkonformaw mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 tas-7 ta' Settembru 2015 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja’. (*) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta' mudell armonizzat ta' ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44).”" |
(4) |
L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 6 Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-laħam li jikkonsistu fi, jew li fihom, laħam ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi 1. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza it-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-laħam prodotti fiż-żona ristretta minn laħam frisk ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi:
2. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-laħam imsemmija fil-paragrafu 1, li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-punti (a), (b) jew (c) ta' dak il-paragrafu, fit-territorju tal-Greċja biss, sakemm il-prodotti tal-laħam li jkunu ġew suġġett għal trattament mhux speċifiku li jiżgura li l-wiċċ maqtugħ tal-prodotti tal-laħam ma jibqax juri l-karatteristiċi ta' laħam frisk. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-prodotti tal-laħam imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma jintbagħtux lil Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi. 3. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss il-bgħit ta' kunsinji ta' prodotti tal-laħam prodotti minn laħam frisk miksub minn annimali li għalihom jirreferi l-paragrafu 1(a), (b) u (c) lejn Stati Membri oħra, bil-kundizzjoni li l-prodotti tal-laħam ġew soġġetti għal trattament speċifiku f'kontenituri ssiġillati ermetikament sa valur Fo ta' tlieta jew aktar, u jkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali tas-saħħa kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 599/2004, li mal-Parti II tiegħu għandu jkollu l-attestazzjoni li ġejja: ‘Prodotti tal-laħam konformi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 tas-7 ta' Settembru 2015 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja’. 4. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss il-bgħit lejn Stati Membri oħra ta' kunsinni tal-prodotti tal-laħam prodotti minn laħam frisk miksub mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1(d), sakemm il-prodotti tal-laħam ikunu ġew soġġetti għal trattament mhux speċifiku, li jiżgura li l-wiċċ maqtugħ tal-prodotti tal-laħam ma jkunx għadu juri l-karatteristiċi ta' laħam frisk u jkun akkumpanjat b'ċertifikat uffiċjali tas-saħħa kif jistipula l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 599/2004 u li l-Parti II tiegħu għandha tkun akkumpanjata mill-attestazzjoni li ġejja: ‘Prodotti tal-laħam konformi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 tas-7 ta' Settembru 2015 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja’.” |
(5) |
L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 7 Deroga mill-projbizzjoni fuq id-dispaċċ u t-tqegħid fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib 1. B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ħalib għall-konsum uman, miksub minn annimali bovini miżmuma f'azjendi li jinsabu fiż-żona ristretta, u l-prodotti tal-ħalib magħmulin minnu, sakemm il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ikun sarilhom it-trattament deskritt fil-punti minn 1.1 sa 1.5 tal-Parti A tal-Anness IX tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE (**). 2. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss il-bgħit lejn Stati Membri oħra ta' kunsinni ta' ħalib u prodotti tal-ħalib miskuba minn annimali bovini miżmuma f'azjendi li jinsabu fiż-żona ristretta, sakemm il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, ġew sottoposti għat-trattament imsemmi fil-paragrafu 1 u l-kunsinni huma akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali tas-saħħa kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 599/2004, li mal-Parti II tiegħu għandu jkollu l-attestazzjoni li ġejja: ‘Ħalib jew prodotti tal-ħalib konformi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 tas-7 ta' Settembru 2015 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja’. (**) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temmenda d-Direttiva 92/46/KEE (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1).”" |
(6) |
It-titolu tal-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Marka speċjali għal laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam imsemmija fl-Artikoli 5(1) u 6(2) rispettivament” |
(7) |
id-data fl-Artikolu 12 hija sostitwita b'“il-31 ta' Diċembru 2016”. |
(8) |
l-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness III. |
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.
(4) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1423 tal-21 ta' Awwissu 2015 dwar ċerti miżuri interim ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja (ĠU L 222, 25.8.2015, p. 7).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 tas-7 ta' Settembru 2015 rigward ċerti miżuri ta' ħarsien kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1423 (ĠU L 234, 8.9.2015, p. 19).
(7) EFSA Journal 2015;13(1):3986 [73 pp.].
(8) Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u li tirrevoka d-Direttivi 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1).
ANNESS I
Il-Greċja:
L-unitajiet reġjonali li ġejjin fil-Greċja:
— |
L-unità reġjonali ta' Evros; |
— |
L-unità reġjonali ta' Kavala; |
— |
L-unità reġjonali ta' Limnos; |
— |
L-unità reġjonali ta' Rodopi; |
— |
L-unità reġjonali ta' Xanthi; |
ANNESS II
Kondizzjonijiet għall-użu tal-vaċċinazzjoni ta' emerġenza fil-kontroll u l-eradikazzjoni tal-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 92/119/KEE
1. |
Id-daqs taż-żona ġeografika li fiha trid titwettaq il-vaċċinazzjoni ta' emerġenza. |
Iż-żona fejn issir il-vaċinazzjoni għandha tkun fi ħdan iż-żona definita fl-Anness I. Ir-restrizzjonijiet applikabbli fiż-żona fejn issir il-vaċinazzjoni għandhom ikunu dawk stipulati f'din id-Deċiżjoni, kif ukoll fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/119/KEE. |
2. |
L-ispeċi u l-età tal-annimali li għandhom jiġu vaċċinati |
L-annimali bovini kollha indipendentement mis-sess, l-età u l-istatus produttiv jew ġestazzjonali għandhom jiġu vaċċinati fl-ewwel ċiklu ta' vaċċinazzjoni msemmi fil-punt 3. Il-frieħ ta' annimali bovini vaċċinati għandhom jiġu vaċċinati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur f'età ta' mhux inqas minn erba' xhur. |
3. |
It-tul ta' żmien tal-kampanja ta' vaċċinazzjoni |
L-ewwel ċiklu ta' vaċċinazzjoni fl-unità reġjonali ta' Evros għandu jitlesta sal-31 ta' Ottubru 2015. L-ewwel ċiklu ta' vaċċinazzjoni fl-unitajiet reġjonali ta' Rodopi, Xanthi u Kavala għandu jitlesta sal-30 ta' Novembru 2015. L-ewwel ċiklu ta' vaċċinazzjoni f'xi unitajiet reġjonali oħra elenkati fl-Anness I għandu jitlesta malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn xahrejn wara l-konferma tal-ewwel tifqigħa f'dik l-unità reġjonali. |
4. |
Waqfien speċifiku tal-moviment ta' annimali u l-prodotti tagħhom |
Irrispettivament minn kwalunkwe miżuri oħrajn li jistgħu jkunu fis-seħħ f'żona ristretta kif definita fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500, l-annimali ta' età ta' aktar minn 90 jum ma għandhomx jiġu soġġetti għal moviment lejn impriża oħra ħlief jekk dawn kienu vaċċinati u regolarment vaċċinati mill-ġdid tal-anqas 28 jum qabel il-moviment. Malli jiskadu t-28 jum wara l-vaċċinazzjoni, il-miżuri għall-moviment ta' annimali bovini vaċċinati u dawk għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti derivati minn annimali bovini vaċċinati kif stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 japplikaw bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/119/KEE. Annimali mhux vaċċinati jistgħu jintbagħtu għall-qatla diretta lejn biċċerija li tinsab fi ħdan iż-żona ristretta. Ħlief fil-każ ta' qatla ta' emerġenza, għandu jiġi osservat perjodu ta' stennija ta' seba' t'ijiem wara l-vaċċinazzjoni fil-merħla qabel ma jintbagħtu għal qatla annimali mhux vaċċinati minn stabbilimenti fejn saret vaċċinazzjoni. Frieħ iżgħar minn sitt (6) xhur mhux vaċċinati li twieldu minn ommijiet li kienu ngħataw il-vaċċinazzjoni mill-anqas 28 jum qabel it-twellid jistgħu jiġu soġġetti għall-moviment lejn impriża oħra li tinsab fi ħdan iż-żona ristretta. |
5. |
Ir-reġistrazzjoni speċjali tal-annimali vaċċinati |
Għal kull annimal bovin vaċċinat id-dettalji tal-vaċċinazzjoni għandhom jiddaħħlu mill-awtorità lokali kompetenti fil-bażi tad-dejta onlajn iddedikata għal dan l-iskop u marbuta mal-bażi tad-dejta ċentrali stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Id-dokumentazzjoni għandha tiżgura r-rabta bejn omm vaċċinata u wildha. |
6. |
Kwistjonijiet oħra xierqa għas-sitwazzjoni ta' emerġenza. |
|
6.1. |
Żona ta' sorveljanza madwar iż-żona tal-vaċċinazzjoni fil-Greċja |
Żona ta' sorveljanza ta' mill-anqas 10 km madwar iż-żona tal-vaċċinazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha tiġi stabbilita, fejn għandha titwettaq sorveljanza intensiva u l-moviment tal-annimali bovini għandu jkun soġġett għal kontrolli mill-awtorità kompetenti. Annimali bovini mhux vaċċinati kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda u li jinżammu fi stabbilimenti li jinsabu f'żona ta' sorveljanza madwar iż-żona tal-vaċċinazzjoni m'għandhomx iħallu l-azjendi tagħhom sa perjodu ta' stennija ta' mill-inqas seba (7) t'ijiem wara l-vaċċinazzjoni fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żona fejn issir il-vaċinazzjoni f'distanza ta' inqas minn 10 km. |
6.2. |
Il-perjodu li matulu jinżammu l-miżuri applikati fiż-żoni stabbiliti skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/119/KEE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 |
Il-miżuri applikati fiż-żona fejn issir il-vaċinazzjoni għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu revokati b'konformità mal-Artikolu 19(6) tad-Direttiva 92/119/KEE. |
6.3. |
Eżekuzzjoni tal-kampanja ta' vaċċinazzjoni |
Il-vaċċinazzjoni għandha titwettaq minn uffiċjal tal-awtorità kompetenti jew veterinarju privat maħtur mill-awtorità kompetenti u taħt is-superviżjoni tagħha. Għandha tingħata prijorità għall-vaċċinazzjoni tal-annimali miżmuma fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u fiż-żoni li jmissu ma' Stati Membri oħra u l-unitajiet reġjonali fil-Greċja li huma ħielsa mil-LSD. Miżuri neċessarji għandhom ikunu fis-seħħ sabiex tiġi evitata l-firxa possibbli tal-virus. Kull kwantità residwa tal-vaċċin għandha tintbagħat lura fil-punt tad-distribuzzjoni tat-tilqim b'rekord miktub dwar in-numru ta' annimali mlaqqma u n-numru ta' dożi li ntużaw. |
6.4. |
Il-vaċċin li għandu jintuża |
Vaċċin tal-vajrus ħaj omologu u attenwat kontra l-LSD (Varjant Neethling), “Lumpy Skin Disease Vaccine For Cattle”, Onderstepoort Biological Products, l-Afrika t'Isfel. Jew inkella: vaċċin ħaj u mmoderat kontra l-LSD (tip SIS), “Lumpyvax”, MSD Animal Health, Intervet, l-Afrika t'Isfel. Il-vaċċin għandu jintuża skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2001/82/KE taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti ċentrali. |
6.5. |
Rapporti dwar il-Progress u Rapport Finali |
Rapport dwar il-Progress rigward l-eżekuzzjoni tal-programm għandu jiġi pprovdut lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 19(5) tad-Direttiva 92/119/KEE. Rapport dettaljat dwar il-kompletezza tal-programm għandu jiġi pprovdut lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 19(5) tad-Direttiva 92/119/KEE qabel ma jitneħħew ir-restrizzjonijiet msemmija fil-punti 6.1 u 6.2. |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).
ANNESS III
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ANNESS
Il-Greċja:
L-unitajiet reġjonali li ġejjin fil-Greċja:
— |
L-unità reġjonali ta' Evros; |
— |
L-unità reġjonali ta' Kavala; |
— |
L-unità reġjonali ta' Limnos; |
— |
L-unità reġjonali ta' Rodopi; |
— |
L-unità reġjonali ta' Xanthi;” |
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2056
tat-13 ta' Novembru 2015
li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2009/563/KE, 2009/894/KE, 2011/330/UE u 2011/337/UE biex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti
(notifikata bid-dokument C(2015) 7781)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3)(c) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE (2) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE (3) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE (4) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/330/UE (5) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/337/UE (6) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015. |
(6) |
Twettqet valutazzjoni li tikkonferma r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, stabbiliti bid-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2009/563/KE, 2009/894/KE, 2011/330/UE u 2011/337/UE. Billi għadha għaddeja reviżjoni tal-kriterji ekoloġiċi attwali u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika relatati stabbiliti f'dawk id-Deċiżjonijiet, jixraq li l-perjodi ta' validità ta' dawk il-kriterji ekoloġiċi u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika jittawlu sal-31 ta' Diċembru 2016. |
(7) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2009/563/KE, 2009/894/KE, 2011/330/UE u 2011/337/UE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/300/KE jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘televiżjonijiet’, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”
Artikolu 2
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/563/KE jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘xedd tas-saqajn’, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”
Artikolu 3
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/894/KE jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘għamara tal-injam’, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”
Artikolu 4
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/330/UE jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘kompjuters notebook’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”
Artikolu 5
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/337/UE jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘kompjuters personali’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2016.”
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE tat-12 ta' Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (ĠU L 82, 28.3.2009, p. 3).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lix-xedd tas-saqajn (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 27).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal għamara tal-injam (ĠU L 320, 5.12.2009, p. 23).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/330/UE tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-Kompjuters Notebook (ĠU L 148, 7.6.2011, p. 5).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/337/UE tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-Kompjuters Personali (ĠU L 151, 10.6.2011, p. 5).
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/43 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2057
tat-13 ta' Novembru 2015
li testendi l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/413/UE li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-patata, minbarra l-patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina fir-reġjuni ta' Akkar u Bekaa tal-Libanu
(notifikata bid-dokument C(2015) 7793)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/413/UE (2) tawtorizza derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE rigward patata, barra l-patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina fir-reġjuni Akkar u Bekaa tal-Libanu għal perjodu limitat u suġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi. |
(2) |
Xi Stati Membri talbu estensjoni tal-awtorizzazzjoni biex jidderogaw, kif previst permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/413/UE. |
(3) |
Ladarba ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw dawk id-derogi għadhom japplikaw u ma hemmx la informazzjoni ġdida li tagħti raġuni għal reviżjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi u lanqas xi riskju ta' tixrid ta' organiżmi ta' ħsara, l-awtorizzazzjoni għad-derogi għandha tiġi estiża bi tliet snin. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/413/KE, id-data “31 ta' Ottubru 2015” għandha tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2018”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/413/UE tat-30 ta' Lulju 2013 li tawtorizza lill-Istati Membri li tipprevedi għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward patata, barra l-patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina fir-reġjuni Akkar u Bekaa tal-Libanu (ĠU L 205, 1.8.2013, p. 13).
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/44 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2058
tat-13 ta' Novembru 2015
li temenda u tikkoreġi d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/144 li tistabbilixxi l-proċeduri għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet u talbiet ta' ħlas, u t-tagħrif marbut ma' dawn, fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza kontra l-mard tal-annimali msemmi fir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2015) 7807)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/144 (2) tistabbilixxi l-proċeduri għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet u talbiet ta' ħlas, u t-tagħrif marbut ma' dawn, fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza kontra l-mard tal-annimali elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 652/2014. |
(2) |
Fil-verżjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/144 bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, u Żvediża, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 jirreferi għall-“mard elenkat fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.” Peress li mhuwiex indikat f'dawk il-verżjonijiet lingwistiċi għal liema Regolament l-Anness I jappartjeni, hemm bżonn ta' kjarifika billi ssir referenza ċara għar-Regolament (UE) Nru 652/2014. Barra minn hekk, fil-verżjoni bil-lingwa Kroata dak il-paragrafu għandu test differenti li jirreferi wkoll għall-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014. Għalhekk, il-verżjoni bil-lingwa Kroata jeħtieġ li tiġi allinjata mal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. |
(3) |
L-Artikolu 3(b) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/144 jistipula li l-Istati Membri jridu jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż li tappoġġa t-talba għall-ħlas u dwar l-ispejjeż li jkunu saru u tħallsu fil-kategoriji differenti tan-nefqiet eliġibbli skont il-mudell stabbilit fl-Anness IV ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Sabiex jiġi adattat dan il-mudell għal dan ir-rekwiżit, huwa meħtieġ li jiġu introdotti fit-Taqsima intitolata “Operazzjonali — Talba ta' rimborż” kategorija ġdida li tagħti d-dettalji tal-ispejjeż għax-xiri, il-ħżin, l-amministrazzjoni, id-distribuzzjoni tal-vaċċini u tal-lixka, kif ukoll l-ispejjeż ta' inokulazzjkoni. Barra minn hekk, din it-Taqsima għandha tingħata l-isem ġdid ta' “Spejjeż operazzjonali — Talba ta' ħlas” skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014. |
(4) |
Għalhekk id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/144 u l-Anness IV tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/144 għandhom jiġu emendati u kkoreġuti kif xieraq. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Korrezzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/144
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/144, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:
“Fi żmien 30 jum wara li tiġi kkonfermata uffiċjalment tifqigħa ta' waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 652/2014, l-Istati Membri għandhom jagħtu tagħrif preliminari dwar il-kategoriji ta' annimali u l-prodotti kkonċernati u l-valuri tas-suq għal kull waħda minn dawn il-kategoriji, permezz ta' fajl elettroniku mfassal fuq il-mudell stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.”
Artikolu 2
L-emendar tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/144
Fl-Anness IV tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/144, it-Taqsima intitolata “Operazzjonali — Talba ta' rimborż” tinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
L-indirizzati
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/144 tat-28 ta' Jannar 2015 li tistabbilixxi l-proċeduri għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet u talbiet ta' ħlas, u t-tagħrif marbut ma' dawn, fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza kontra l-mard tal-annimali msemmi fir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 24, 30.1.2015, p. 17).
ANNESS
“SPEJJEŻ OPERAZZJONALI — TALBA TA' ĦLAS
|
||||
Id-data ta' skadenza għas-sottomissjoni: |
Mal-adozzjoni tad-Deċiżjoni dwar il-Finanzjament, sitt xhur wara d-data tat-tmiem jew tal-konferma li l-marda nqerdet, liema tiġi l-ewwel. |
|||
|
||||
Referenza tat-tifqigħa |
SM/MARDA/SENA |
|||
|
||||
It-tbiċċir u l-qtil |
||||
In-numru tal-ADNS |
In-numru tal-azjenda |
L-ammont tal-fattura minbarra l-VAT |
Isem il-fornitur |
Id-data tal-ħlas |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
It-tindif, il-qerda tal-insetti u d-diżinfettar (tal-azjendi u tat-tagħmir) |
||||
In-numru tal-ADNS |
In-numru tal-azjenda |
L-ammont tal-fattura minbarra l-VAT |
Isem il-fornitur |
Id-data tal-ħlas |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
It-trasportazzjoni u l-qerda tal-għalf u tat-tagħmir ikkontaminati |
||||
In-numru tal-ADNS |
In-numru tal-azjenda |
L-ammont tal-fattura minbarra l-VAT |
Isem il-fornitur |
Id-data tal-ħlas |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
Ix-xiri, il-ħżin, l-amministrazzjoni, id-distribuzzjoni tal-vaċċini u tal-lixka kif ukoll l-ispejjeż ta' inokulazzjkoni nnifisha |
||||||||
In-numru tal-ADNS |
L-ispejjeż tax-xiri |
L-ispejjeż tal-ħżin |
L-ispejjeż tal-amministrazzjoni |
L-ispejjeż tad-distribuzzjoni tal-vaċċini u tal-lixka |
L-ispejjeż tal-inokulazzjoni |
Id-data tal-ħlas |
||
L-għadd ta' dożijiet ta' vaċċini użati |
It-tip ta' vaċċin |
In-numru ta' dożijiet ta' vaċċini |
||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
|
|
|
|
|
It-trasportazzjoni u r-rimi tal-karkassi |
||||
In-numru tal-ADNS |
In-numru tal-azjenda |
L-ammont tal-fattura minbarra l-VAT |
Isem il-fornitur |
Id-data tal-ħlas |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
Spejjeż oħrajn li huma essenzjali biex tinqered il-marda |
||||
In-numru tal-ADNS |
In-numru tal-azjenda |
L-ammont tal-fattura minbarra l-VAT |
Isem il-fornitur |
Id-data tal-ħlas |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
TOTAL
It-tbiċċir u l-qtil |
|
It-tindif, il-qerda tal-insetti u d-diżinfettar (tal-azjendi u tat-tagħmir) |
|
It-trasportazzjoni u l-qerda tal-għalf u tat-tagħmir ikkontaminati |
|
Ix-xiri, il-ħżin, l-amministrazzjoni jew id-distribuzzjoni tal-vaċċini |
|
It-trasportazzjoni u r-rimi tal-karkassi |
|
Spejjeż oħrajn li huma essenzjali għall-qerda tal-marda (speċifika) |
|
Total” |
|
Rettifika
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/49 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 361/2014 tad-9 ta' April 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 107 tal-10 ta' April 2014 )
F'paġna 40, fl-Artikolu 1(1),
minflok:
“Id-dokument tal-kontroll (il-formola tal-vjaġġ) għas-servizzi okkażjonali msemmija fil-punt 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għandu jikkonforma mal-mudell fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.”
aqra:
“Id-dokument tal-kontroll (il-formola tal-vjaġġ) għas-servizzi okkażjonali msemmija fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għandu jikkonforma mal-mudell fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.”.
F'paġna 40, fl-Artikolu 3,
minflok:
“Fil-każ ta' servizz internazzjonali okkażjonali pprovdut minn grupp ta' trasportaturi li jkunu jaġixxu f'isem l-istess kuntrattur, u li jistgħu jinkludu l-vjaġġaturi li jkunu sejrin jaqbdu konnessjoni waqt il-vjaġġ ma' trasportatur differenti tal-istess grupp, il-kopja oriġinali tal formola tal-vjaġġ għandha tinżamm fuq il-vettura li tkun qed twettaq is-servizz.”
aqra:
“Fil-każ ta' servizz internazzjonali okkażjonali pprovdut minn grupp ta' trasportaturi li jkunu jaġixxu f'isem l-istess kuntrattur, u li jistgħu jinkludu l-vjaġġaturi li jkunu sejrin jaqbdu koinċidenza waqt il-vjaġġ ma' trasportatur differenti tal-istess grupp, il-kopja oriġinali tal-formola tal-vjaġġ għandha tinżamm fuq il-vettura li tkun qed twettaq is-servizz.”.
F'paġna 40, fl-Artikolu 4,
minflok:
“Il-kopji tal-formoli tal-vjaġġ li jkunu ġew użati bħala dokument ta' kontroll għal servizzi okkażjonali fil-forma ta' servizzi okkażjonali skont l-Artikolu 15(b) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għandhom jiġu rritornati mit-trasportatur lill-awtorità jew lill-aġenzija kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit, skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità jew mill-aġenzija.”
aqra:
“Il-kopji tal-formoli tal-vjaġġ li jkunu ġew użati bħala dokument ta' kontroll għal operazzjonijiet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi okkażjonali skont l-Artikolu 15(b) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għandhom jiġu rritornati mit-trasportatur lill-awtorità jew lill-aġenzija kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit, skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità jew mill-aġenzija.”.
F'paġna 41, fl-Artikolu 6,
minflok:
“Id-dokument ta' kontroll għandu jiġu ppreżentat b'talba ta' kull uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.”
aqra:
“Id-dokument ta' kontroll għandu jiġu ppreżentat fuq talba ta' kwalunkwe uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.”.
Fil-paġna 41, fl-Artikolu 7(3),
minflok:
“L-applikanti għandhom jipprovdu kull informazzjoni ulterjuri li huma jikkunsidraw li tista' tkun rilevanti jew li tintalab mill-awtorità emittenti bħala appoġġ għall-applikazzjoni.”
aqra:
“L-applikanti għandhom jipprovdu kull informazzjoni ulterjuri li huma jikkunsidraw li tista' tkun rilevanti jew li tintalab mill-awtorità emittenti b'sostenn għall-applikazzjoni.”.
F'paġna 41, fl-Artikolu 9(1),
minflok:
“Iċ-ċertifikati għall-ħidmiet ta' trasport indipendenti kif definiti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għandhom jikkonformaw mal-mudell fl-Anness V ta' dan ir-Regolament.”
aqra:
“Iċ-ċertifikati għall-ħidmiet ta' trasport għal rashom kif definiti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għandhom jikkonformaw mal-mudell fl-Anness V ta' dan ir-Regolament.”.
F'paġna 42, fl-Artikolu 12,
minflok:
“Ir-Regolament (KE) Nru 2121/98 huwa rrevokat.”
aqra:
“Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98 huwa mħassar.”.
F'paġni 44 sa 46, l-Anness II jinqara kif ġej:
“ANNESS II
Qoxra
(Karta sintetika format DIN A4 100 g/m2 jew aktar)
L-ISTAT EMITTENTI |
L-awtorità kompetenti |
Sinjal internazzjonali ta' distinzjoni (1) |
… |
KTIEB Nru….
tal-formoli tal-vjaġġ:
(a) |
għal servizzi internazzjonali okkażjonali bil-kowċ u bix-xarabank bejn l-Istati Membri, maħruġin fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009; |
(b) |
għal operazzjonijet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi okkażjonali mwettqa fi Stat Membru minbarra dak li hu stabbilit fih it-trasportatur, maħruġa fuq i-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009. |
għal: …
(Kunjom u isem jew isem kummerċjali tat-trasportatur)
…
…
(Indirizz sħiħ, numru tat-telefon u tal-fax)
… |
… |
(Il-post u d-data tal-ħruġ) |
(Il-firma u t-timbru tal-awtorità jew l-aġenzija emittenti) |
(It-tieni paġna)
AVVIŻ IMPORTANTI
A. ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. |
L-Artikolu 12(1), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jiddikjaraw li s-servizzi okkażjonali għandhom jitwettqu waqt li jkunu koperti b'dokument ta' kontroll (il-formola tal-vjaġġ tinqala' mill-ktieb tal-formoli tal-vjaġġ maħruġa lil trasportatur). |
2. |
L-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jiddefinixxi servizzi okkażjonali bħala servizzi li ma jaqgħux fl-ambitu tad-definizzjoni ta' servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali u l-karatteristika ewlenija tagħhom hija t-trasport ta' gruppi ta' passiġġieri maħluq fuq l-inizjattiva tal-klijent jew tat-trasportatur innifsu; Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 servizzi regolari huma servizzi li jipprovdu għat-trasport tal-passiġġieri f'intervalli speċifikati tul rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f'waqfiet predeterminati, u li huma miftuħa għal kulħadd, bla ħsara, fejn ikun xieraq, għal prenotazzjoni obbligatorja. In-natura regolari tas-servizz mhix affettwata minn xi aġġustament fil-kondizzjonijiet operattivi tas-servizz. Is-servizzi, organizzati minn min ikun, li jipprovdu għat-trasport ta' kategoriji speċifikati ta' passiġġieri bl-esklużjoni ta' passiġġieri oħra, huma meqjusa bħala servizzi regolari. Dawn is-servizzi jissejħu ‘servizzi regolari speċjali’ u jinkludu:
|
3. |
Il-formola tal-vjaġġ hija valida għall-vjaġġ kollu. |
4. |
Il-liċenzja Komunitarja u l-formola tal-vjaġġ jintitolaw lid-detentur biex jagħmel:
|
5. |
Qabel il-bidu ta' kull servizz it-trasportatur jew is-sewwieq għandhom jimlew żewġ kopji tal-formola tal-vjaġġ. Il-kopja tal-formola tal-vjaġġ għandha tibqa' fl-impriża. Is-sewwieq għandu jżomm il-kopja oriġinali fil-vettura matul il-vjaġġ u jippreżentaha meta jiġi mitlub minn uffiċjali tal-infurzar. |
6. |
Is-sewwieq għandu jirritorna l-formola tal-vjaġġ lill-intrapriża li tkun tathielu fit-tmiem tal-vjaġġ imsemmi. It-trasportatur għandu jkun responsabbli milli jżomm id-dokumenti. Dawn għandhom jiġu mimlija b'mod ċar u li ma jkunx jista' jitħassar. |
(It-tielet paġna)
B. DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL SERVIZZI INTERNAZZJONALI OKKAŻJONALI
1. |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jgħid li l-organizzazzjoni tas-servizzi paralleli jew temporanji komparabbli mas-servizzi regolari eżistenti u li jaqdu lill-istess klijentela bħal tal-aħħar għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni. |
2. |
Fi ħdan il-qafas tas-servizzi okkażjonali internazzjonali, it-trasportaturi jistgħu jagħmlu eskursjonijiet lokali fl-Istati Membri għajr f'dak li jkunu stabbiliti fih. Tali servizzi huma maħsuba għal passiġġieri mhux residenti li qabel ġew ittrasportati mill-istess trasportatur fi ħdan il-qafas tas-servizzi okkażjonali internazzjonali. Dawn għandhom ikunu trasportati fl-istess vettura jew f'vettura oħra li tkun tappartjeni lill-istess trasportatur jew grupp ta' trasportaturi. |
3. |
Fil-każ ta' eskursjonijiet lokali, il-formola tal-vjaġġ għandha timtela' qabel it-tluq tal-vettura għall-eskursjoni msemmija. |
4. |
Fil-każ ta' servizz okkażjonali internazzjonali pprovdut minn grupp ta' trasportaturi li jkunu jaġixxu f'isem l-istess klijent, u li jistgħu jinkludu l-passiġġieri li jkunu sejrin jaqbdu koinċidenza waqt il-vjaġġ ma' trasportatur differenti tal-istess grupp, il-kopja oriġinali tal-formola tal-vjaġġ għandha tinżamm fuq il-vettura li tkun qiegħda twettaq is-servizz. Fil-bażi ta' kull trasportatur involut għandha tinżamm kopja tal-formola tal-vjaġġ. |
C. DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-OPERAZZJONIJIET TA' KABOTAĠĠ FIL-FORMA TA' SERVIZZI OKKAŻJONALI
1. |
L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi okkażjonali għandhom ikunu suġġetti, ħlief fejn ikun provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti fir-rigward dawn li ġejjin:
|
2. |
L-istandards tekniċi għall-kostruzzjoni u t-tagħmir li l-vetturi wżati biex iwettqu l-operazzjonijiet ta' trasport ta' kabotaġġ iridu jilħqu huma dawk stabbiliti għall-vetturi li jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni fit-trasport internazzjonali. |
3. |
L-Istati Membri japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li saret referenza għalihom fil-punti 1 u 2 hawn fuq għat-trasportaturi mhux residenti taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk imposti fuq trasportaturi stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti, biex jevitaw kull diskriminazzjoni minħabba nazzjonalità jew post fejn ikunu stabbiliti. |
4. |
Fil-każ ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi okkażjonali, il-formoli tal-vjaġġ għandhom jiġu rritornati mit-trasportatur lill-awtorità jew il-korp kompetenti fl-Istat Membru tal-istabbiliment skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità jew mill-korp. (3) |
5. |
Fil-każ ta' servizz okkażjonali fil-forma ta' kabotaġġ il-formoli tal-vjaġġ għandhom jimtlew fil-forma ta' dikjarazzjoni ta' kull xahar u jiġu rritornati mit-trasportatur lill-awtorità jew l-aġenzija kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità jew mill-korp.”. |
F'paġni 50 sa 52, l-Anness IV jinqara kif ġej:
“ANNESS IV
(L-ewwel paġna tal-awtorizzazzjoni)
(Kulur Pantone 182 (roża), jew kemm jista' jkun viċin dan il-kulur, karta sintetika A4 format DIN 100 g/m2 jew aktar)
L-ISTAT EMITTENTI |
L-awtorità kompetenti |
Sinjal internazzjonali ta' distinzjoni (4) |
… |
AWTORIZZAZZJONI Nru ….
għal servizz regolari (5)
għal servizz regolari speċjali
bil-kowċ u bix-xarabank bejn l-Istati Membri skont
Il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009
għal: …
(Il-kunjom, l-isem jew l-isem kummerċjali tad-ditta tat-trasportatur jew tat-trasportatur maniġerjali fil-każ ta' assoċjazzjoni ta' impriżi (pool))
…
Indirizz: …
Tel., faks u/jew e-mail: …
Isem, indirizz, numri tat-telefon u tal-fakx u/jew indirizz tal-posta elettronika tas-soċji jew tal-membri tal-assoċjazzjoni tal-impriżi (pool) u sottokuntratturi.
(1) |
… |
(2) |
… |
(3) |
… |
(4) |
… |
(5) |
… |
Il-lista mehmuża, jekk ikun il-każ
Id-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni: …
… |
… |
(Il-post u d-data tal-ħruġ) |
(Il-firma u t-timbru tal-awtorità jew l-aġenzija emittenti) |
(It-tieni paġna tal-awtorizzazzjoni Nru …)
1. |
Ir-rotta:
|
2. |
Il-perjodi tal-operat: … … |
3. |
Il-frekwenza: … |
4. |
L-iskeda tal-ħinijiet: … |
5. |
Is-servizz regolari speċjali:
|
6. |
Kundizzjonijiet oħra jew punti speċjali (eż. operazzjonijiet ta' kabotaġġ awtorizzati (6)): … … … … … … |
…
(It-timbru u/jew firma tal-awtorità li ħarġet l-awtorizzazzjoni)
(It-tielet paġna tal-awtorizzazzjoni)
AVVIŻ IMPORTANTI
1. |
Din l-awtorizzazzjoni hija valida għall-vjaġġ kollu. Tista' tintuża biss minbarra minn parti li isimha jidher imniżżel fuqha. |
2. |
L-awtorizzazzjoni jew kopja awtentika ċċertifikata mill-awtorità emittenti għandha tinżamm fil-vettura sakemm idum il-vjaġġ u għandha tintwera meta jiġi mitluba minn uffiċjali tal-infurzar. |
3. |
Kopja awtentikata ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja għandha tinżamm fil-vettura.”. |
F'paġni 53 u 54, l-Annex V jinqara kif ġej:
“ANNESS V
(L-ewwel paġna taċ-ċertifikat)
(Kulur Pantone 100 (isfar), jew kemm jista' jkun viċin dan il-kulur, karta sintetika A4 format DIN 100 g/m2 jew aktar)
L-ISTAT EMITTENTI |
L-awtorità kompetenti |
Sinjal internazzjonali ta' distinzjoni (7) |
… |
ĊERTIFIKAT
maħruġ għal operazzjonijiet ta' trasport għal rashom bil-kowċ u bix-xarabank bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009
…
(Parti għall-persuna jew għall-entità li topera trasport għal rashom)
Is-sottoskritt …
responsabbli mill-impriża, korp bla qliegħ jew xi ħaġa oħra (iddeskrivi)
…
(Il-kunjom u l-isem jew l-isem uffiċjali, l-indirizz sħiħ)
jiċċertifika li:
— |
is-servizz ta' trasport provdut huwa bla qliegħ u mhux kummerċjali |
— |
it-trasport huwa biss attività anċillari għall-persuna jew għall-entità |
— |
in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kowċ jew tax-xarabank Nru …huwa l-proprjetà tal-persuna jew tal-entità jew inkiseb minnhom b'kundizzjonijiet diferiti jew huwa s-suġġett ta' kuntratt ta' kiri fit-tul. |
— |
il-kowċ jew ix-xarabank se jinstaq minn membru tal-persunal tas-sottoskrit jew l-entità jew mis-sottoskritt innifsu jew mill-persunal impjegat minn jew li jitqiegħed għad-disposizzjoni tal-impriża taħt obbligu kuntrattwali. |
…
(Firma tal-persuna jew tar-rappreżentant tal-entità)
…
(Il-parti għall-awtorità kompetenti)
Dan huwa ċertifikat fis-sens tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009.
… |
… |
(Il-perjodu tal-validità) |
(Il-post u d-data tal-ħruġ) |
|
… |
|
(Il-firma u t-timbru tal-awtorità kompetenti) |
(It-tieni paġna taċ-ċertifikat)
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. |
Skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 ‘operazzjonijiet tat-trasport għal rashom’ tfisser operazzjonijiet li jsiru għal skopijiet mhux kummerċjali u mhux bi qliegħ minn persuna fiżika jew ġuridika, fejn:
|
2. |
Trasportaturi indipendenti huma liċenzjati, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 li jwettqu din it-tip ta' operazzjoni tat-trasport mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew il-post tal-istabbiliment sakemm dawn:
|
3. |
L-operazzjonijiet tat-trasport indipendenti kif imsemmi fil-punt 1 huma soġġetti għal sistema ta' ċertifikati. |
4. |
Iċ-ċertifikat jagħti jedd lid-detentur biex iwettaq xogħol ta' trasport internazzjonali bil-kowċ u bix-xarabank għal rasu. Dan jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-vettura tkun irreġistrata u jkun validu għal vjaġġ kollu kemm hu, li jinkludi kwalunkwe vjaġġ ta' transitu. |
5. |
Il-partijiet rilevanti ta' dan iċ-ċertifikat għandhom jimtlew tliet darbiet b'ittri ma jitħassrux mill-persuna jew ir-rappreżentant tal-entità li tkun qed twettaq l-operazzjoni jew mill-awtorità kompetenti. Għandha tinżamm kopja waħda mill-amministrazzjoni u kopja waħda mill-persuna jew l-entità. Is-sewwieq għandu jżomm il-kopja oriġinali jew kopja awtentika ċċertifikata fil-vettura tul il-vjaġġ internazzjonali. Din għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet tal-infurzar meta tintalab. Il-persuna jew l-entità, kif ikun il-każ, hija responsabbli għaż-żamma taċ-ċertifikati. |
6. |
Iċ-ċertifikat huwa validu għal massimu ta' ħames snin.”. |
F'paġna 55, l-Anness VI jinqara kif ġej:
“ANNESS VI
MUDELL TAL-KOMUNIKAZZJONI
L-għadd ta' awtorizzazzjonijiet maħruġa għall-operazzjonijiet tat-trasport ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi regolari li twettqu f'
…(perjodu ta' sentejn)
fi …(isem l-Istat Membru ospitantI)
Il-pajjiż fejn l-operatur huwa stabbilit |
L-għadd ta' awtorizzazzjonijiet maħruġa |
B |
|
BG |
|
CZ |
|
DK |
|
D |
|
EST |
|
GR |
|
E |
|
F |
|
Irl |
|
HR |
|
I |
|
CY |
|
LV |
|
LT |
|
L |
|
H |
|
M |
|
NL |
|
A |
|
PL |
|
P |
|
RO |
|
SLO |
|
SK |
|
FIN |
|
S |
|
UK |
|
Total” |
|
(1) L-Awstrija (A), il-Belġju (B), il-Bulgarija (BG), il-Kroazja (HR), Ċipru (CY), ir-Repubblika Ċeka (CZ), id-Danimarka (DK), l-Estonja (EST), il-Finlandja (FIN), Franza (F), il-Ġermanja (D), il-Greċja (GR), l-Irlanda (IRL), l-Italja (I), il-Latvja (LV), il-Litwanja (LT), il-Lussemburgu (L), l-Ungerija (H), Malta (M), il-Pajjiżi l-Baxxi (NL), il-Polonja (PL), il-Portugall (P), ir-Rumanija (RO), is-Slovakkja (SK), is-Slovenja (SLO), Spanja (E), l-Isvezja (S), ir-Renju Unit (UK).
(2) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(3) L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jżidu mal-punt 4 d-dettalji tal-aġenzija responsabbli mill-ġbir tal-formoli tal-vjaġġ u l-proċedura biex tintbagħat l-informazzjoni.
(4) L-Awstrija (A), il-Belġju (B), il-Bulgarija (BG), il-Kroazja (HR), Ċipru (CY), ir-Repubblika Ċeka (CZ), id-Danimarka (DK), l-Estonja (EST), il-Finlandja (FIN), Franza (F), il-Ġermanja (D), il-Greċja (GR), l-Irlanda (IRL), l-Italja (I), il-Latvja (LV), il-Litwanja (LT), il-Lussemburgu (L), l-Ungerija (H), Malta (M), il-Pajjiżi l-Baxxi (NL), il-Polonja (PL), il-Portugall (P), ir-Rumanija (RO), is-Slovakkja (SK), is-Slovenja (SLO), Spanja (E), l-Isvezja (S), ir-Renju Unit (UK).
(5) Ħassar kif xieraq.
(6) Kif miftiehem mill-Istat Membru ospitanti u kkomunikat lill-awtorità awtorizzanti, f il-perjodu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 8.2 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009.
(7) L-Awstrija (A), il-Belġju (B), il-Bulgarija (BG), il-Kroazja (HR), Ċipru (CY), ir-Repubblika Ċeka (CZ), id-Danimarka (DK), l-Estonja (EST), il-Finlandja (FIN), Franza (F), il-Ġermanja (D), il-Greċja (GR), l-Irlanda (IRL), l-Italja (I), il-Latvja (LV), il-Litwanja (LT), il-Lussemburgu (L), l-Ungerija (H), Malta (M), il-Pajjiżi l-Baxxi (NL), il-Polonja (PL), il-Portugall (P), ir-Rumanija (RO), is-Slovakkja (SK), is-Slovenja (SLO), Spanja (E), l-Isvezja (S), ir-Renju Unit (UK).