|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
14.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2030
tat-13 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Anness I
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 jimplimenta fil-liġi tal-Unjoni l-impenji stabbiliti fil-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar il-Pollutanti Organiċi Persistenti approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (2) u fil-Protokoll ta' Aarhus tal-1998 dwar il-Pollutanti Organiċi Persistenti (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) mal-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Li Jwassal Ħafna dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (minn hawn 'il quddiem imsejħa “CLRTAP”) approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE (3). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2009/2 (4), adottata mill-Korp Eżekuttiv tas-CLRTAP fis-27 sessjoni tiegħu mill-14 sat-18 ta' Diċembru 2009, identifikat il-paraffini klorinati ta' katina qasira (minn hawn 'il quddiem imsejħa “SCCPs”) bħala pollutant organiku persistenti. Bħala tali, dawn għandhom jiġu miżjuda ma' dan il-Protokoll għall-eliminazzjoni, suġġett għal żewġ eżenzjonijiet: l-użu bħala sustanzi reżistenti għan-nar fil-gomma użata fiċ-ċineg tal-konvejers fl-industrija tal-minjieri jew f'siġillanti tad-digi. Id-Deċiżjoni 2009/2 tobbliga lill-Partijiet tal-Protokoll biex jeliminaw dawn iż-żewġ użi ladarba jkun hemm alternattivi adegwati disponibbli. Id-Deċiżjoni 2009/2 ġiet trasposta fil-liġi tal-Unjoni permezz tar- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2012 (5), li elenkat l-SCCPs fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. |
|
(3) |
L-entrata tal-SCCPs fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tistipula deroga għall-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-SCCPs fiċ-ċineg tal-konvejers fl-industrija tal-minjieri u f'siġillanti tad-digi. Biex ikunu konformi mad-Deċiżjoni 2009/2, skont dik l-entrata, hekk kif issir disponibbli informazzjoni ġdida dwar id-dettalji tal-użi u sustanzi jew teknoloġiji alternattivi aktar sikuri jkunu disponibbli, il-Kummissjoni għandha tanalizza d-derogi bil-għan li jitneħħa b'mod gradwali l-użi li jifdal tal-SCCPs. It-tali reviżjoni, filwaqt li hija mandata mid-Deċiżjoni 2009/2, hija konformi mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. |
|
(4) |
Skont id-Deċiżjoni 2009/2 u l-entrata tal-SCCPs fl-Anness I tar- Regolament (KE) Nru 850/2004, ir-reviżjoni tal-eżenzjonijiet għandha tiffoka fuq l-eżistenza ta' alternattivi adattati għal dawn iż-żewġ użi li jifdal. Ladarba dawn l-alternattivi jkunu identifikati, l-eżenzjonijiet għandhom jiġu mħassra mill-entrata. |
|
(5) |
Fl-2010, in-Netherlands ressqu dossier dwar l-SCCPs intitolat Evaluation of Possible Restrictions on Short Chain Chlorinated Paraffins (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “id-dossier”) (6). Id-dokument jidentifika għadd ta' alternattivi li jistgħu jintużaw minflok l-SCCPs fiċ-ċineg tal-konvejers fl-industrija tal-minjieri u f'siġillanti tad-digi. Id-dossier iqis ir-riżultat ta' konsultazzjoni pubblika li saret matul il-preparazzjoni tiegħu min-Netherlands. |
|
(6) |
Fost l-alternattivi differenti identifikati, l-aktar li huma magħrufa sew huma l-paraffini klorinati ta' katina twila, (MCCPs u LCCPs), bl-MCCPs jagħtu lil wieħed x'jifhem li jkunu l-alternattiva preferuta għall-maġġoranza vasta tal-utenti. Kemm l-MCCPs u l-LCCPs jikkombinaw karatteristiċi ta' rendiment, li jixbhu lil dawk tal-SCCPs. Alternattivi oħra disponibbli jinkludu sustanzi bħar-ritardanti tal-fjammi organikafosforiċi u l-plastiċizzanti fosfati, ir-ritardanti tal-fjammi inorġaniċi u għadd ta' għażliet oħrajn. |
|
(7) |
Matul din il-konsultazzjoni pubblika, ġie ssuġġerit minn xi kumpaniji Ewropej li tranżizzjoni għall-alternattivi mhux bilfors tkun bla intoppi u r-riformulazzjoni taf tieħu żmien konsiderevoli. Madankollu, xi eżempji juru li hemm kumpaniji Ewropej li bdew jużaw l-alternattivi mingħajr diffikultajiet kbar. B'mod partikolari, fir-rigward taż-żewġ applikazzjonijiet li huma eżentati skont ir-Regolament (KE) Nru 850/2004, manifuttur prinċipali taċ-ċineg tal-konvejers indika li t-tranżizzjoni lejn l-MCCPs saret mingħajr intoppi u ġarrbet biss kostijiet baxxi. Fil-mument tat-tħejjija tal-istess konsultazzjoni, żewġ kumpaniji oħra kienu qed jaħdmu fuq alternattivi. |
|
(8) |
Fl-2013, il-Kummissjoni kkonsultat mal-partijiet interessati rilevanti fl-industrija tal-minjieri. Il-konsultazzjoni indikat li ċ-ċineg tal-konvejers li fihom l-SCCPs m'għadhomx jintużaw mill-industrija għal finijiet minerarji. |
|
(9) |
Fir-rigward tas-siġillanti tad-digi li fihom l-SCCPs, dawn ma jidhrux li jiġu manifatturati, impoġġija fis-suq jew inkella użati fl-Unjoni. Fil-fatt, diġà fl-2008, il-partijiet ikkonċernati rilevanti indikaw lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (7) li l-SCCPs ma jidhrux li qed jintużaw jew qed jiġu mneħħija b'mod gradwali fis-siġillanti (inklużi s-siġillanti tad-digi) fl-Ewropa. |
|
(10) |
F'Ġunju 2012, l-unika entità magħrufa li rreġistrat il-manifattura tal-SCCPs skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) iddikjarat li kienet waqqfet u ma għandhiex l-intenzjoni li terġa' tibda mill-ġdid il-manifattura tas-sustanza. |
|
(11) |
Hemm alternattivi xierqa għall-użu tal-SCCPs fiċ-ċineg tal-konvejer fl-industrija tal-minjieri u fis-siġillanti tad-digi. Konsegwentement, il-Kummissjoni hija obbligata mid-Deċiżjoni 2009/2 u l-klawżola ta' reviżjoni fl-entrata tal-SCCPs fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 li telimina dawn iż-żewġ użi. Għalkemm l-industrija tidher li b'mod volontarju qed tneħħi gradwalment dawn iż-żewġ użi, l-eżenzjonijiet fl-entrata għandhom jitħassru sabiex tiġi żgurata l-konformità sħiħa mal-ispinta tal-ftehim internazzjonali li jiġi eliminat l-użu ta' pollutanti organiċi persistenti. |
|
(12) |
Huwa meħtieġ ukoll li, fir-rigward tal-SCCPs, jiġi ċċarat li l-projbizzjoni fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 ma tapplikax għal ċineg tal-konvejers fl-industrija tal-minjieri u siġillanti tad-digi li diġà kienu qed jintużaw qabel jew fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(13) |
Minn barra hekk, jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-artikli li fihom SCCP f'konċentrazzjonijiet anqas minn 0,15 % bil-piż jitħallew jitpoġġew fis-suq u jintużaw, peress li dan huwa l-ammont ta' SCCP li jaf ikun preżenti bħala impurità f'artiklu prodott bl-MCCP. |
|
(14) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (9), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE tad-19 ta' Frar 2004 li għandha x'taqsam mal-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġiż Transkonfini ta' l-Arja Li Jwassal Ħafna dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (ĠU L 81, 19.3.2004, p. 35).
(4) C.N.556.2010.TREATIES-4.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2012 tad-19 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Anness I (ĠU L 159, 20.6.2012, p. 1).
(6) Evaluation of Possible Restrictions on Short Chain Chlorinated Paraffins (SCCPs), imħejji għall-Istitut Nazzjonali għas-Saħħa Pubblika u l-Ambjent (RIVM), in-Netherlands, RPA Lulju 2010.
(7) http://echa.europa.eu/documents/10162/13640/tech_rep_alkanes_chloro_en.pdf
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).
ANNESS
Fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, l-entrata għal Alkani C10-C13, kloro (paraffini ta' katina qasira klorinati) (SCCPs) hija sostitwita b'dan li ġej:
|
“Alkani, C10-C13, kloro (paraffini klorinati b'katina qasira) (SCCPs) |
85535-84-8 |
287-476-5 |
|
|
14.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2031
tat-13 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 187 tiegħu
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa verġni li jaqa' fil-kodiċijiet NM 1509 10 10 u 1509 10 90 , miksub kollu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż. L-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi limiti fix-xahar għall-kwantità ta' żejt taż-żebbuġa li għalih jistgħu jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni bħala parti mill-volum globali tal-kwota stipulata fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu. Minħabba l-ħtieġa li jittieħdu miżuri biex tittaffa s-sitwazzjoni ekonomika tat-Tuneżija, huwa xieraq li jitħaffef il-kummerċ fiż-żejt taż-żebbuġa bejn l-Unjoni u t-Tuneżija billi jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-amministrazzjoni tal-kwota miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1918/2006. Jeħtieġ għalhekk jitrażżnu l-limiti ta' kull xahar stipulati fl-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
L-ammont ta' garanzija stabbilit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006 għandu jiżdied sabiex jiggarantixxi li l-impenn għall-importazzjoni jkun issodisfat matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzji tal-importazzjoni. |
|
(3) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan japplika għall-perjodi tal-kwota li jibdew fl-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).
|
14.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2032
tat-13 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1089 rigward il-limiti massimi baġitarji għall-2015 applikabbli għal ċerti skemi ta' appoġġ dirett għar-Renju Unit
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 22(1), 42(2) u 51(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1089 (2) stabilixxa limiti massimi nazzjonali annwali għall-miżuri rilevanti tal-pagamenti diretti fl-2015. |
|
(2) |
Fir-Renju Unit, il-leġiżlazzjoni li timplimenta r-regoli tal-Unjoni dwar il-pagamenti diretti f'Wales ġiet annullata permezz ta' ordni ta' qorti nazzjonali. Bħala konsegwenza, ittieħdu deċiżjonijiet ġodda mir-Renju Unit għall-implimentazzjoni ta' pagamenti diretti f'Wales u dawn ġew innotifikati lill-Kummissjoni. Filwaqt li r-Renju Unit għandu jiżgura li dawk id-deċiżjonijiet il-ġodda jirrispettaw il-qafas legali applikabbli u l-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, jixraq li dawk id-deċiżjonijiet il-ġodda jiġu kkunsidrati. Preċiżament, minħabba li dawk id-deċiżjonijiet jaffettwaw il-kalkolu tal-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 għall-iskema bażika tal-pagamenti u l-pagament lill-bdiewa żgħażagħ għar-Renju Unit, huwa xieraq li dawk il-limiti massimi jiġu emendati kif xieraq. Barra minn hekk, fuq il-bażi ta' dawn id-deċiżjonijiet, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-limiti massimi għall-pagament ta' ridistribuzzjoni għar-Renju Unit għall-2015. |
|
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1089 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Fir-rigward tas-sena 2015, l-implimentazzjoni tal-iskemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bdiet fl-1 ta' Jannar 2015. Għal raġunijiet ta' konsistenza bejn l-applikabbiltà ta' dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2015 u l-applikabbiltà tal-limiti massimi baġitarji korrispondenti, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendar tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1089.
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1089 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1089 tas-6 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2015 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jistipulaw is-sehem speċjali għat-tneħħija tal-mini fil-Kroazja (ĠU L 176, 6.7.2015, p. 29)
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1089 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-punt I, l-annotazzjoni tar-Renju Unit tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fil-punt III, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja għar-Renju Unit:
|
|
(3) |
Fil-punt VI, l-annotazzjoni tar-Renju Unit tinbidel b'dan li ġej:
|
|
14.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2033
tat-13 ta' Novembru 2015
li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva 2,4-D, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva 2,4-D, kif stipulata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2), tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015. |
|
(2) |
Bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (3), fil-perjodu stipulat fl-istess Artikolu, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-inklużjoni tal-2,4-D fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4). |
|
(3) |
L-applikant ressaq il-fajls supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1141/2010. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta. |
|
(4) |
L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem: “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-4 ta' Marzu 2013. |
|
(5) |
L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll is-sommarju tad-dossier supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
|
(6) |
Fis-7 ta' Awwissu 2014 u fil-11 ta' Marzu 2015 (5), l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar jekk il-2,4-D tistax tiġi mistennija li tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fit-28 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport tal-evalwazzjoni għall-2,4-D lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
|
(7) |
Rigward użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta' mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva inkwistjoni, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 huma sodisfati. Għaldaqstant, dawk il-kriterji għall-approvazzjoni jitqiesu li ntlaħqu. |
|
(8) |
Jixraq għalhekk li tiġġedded l-approvazzjoni tal-2,4-D. |
|
(9) |
Madankollu, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jinħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma. |
|
(10) |
Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-2,4-D hija msejsa fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom 2,4-D. Għaldaqstant, jixraq li r-restrizzjoni għall-użi bħala erbiċida ma tibqax fis-seħħ. |
|
(11) |
Skont l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 13(4) tiegħu, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
|
(12) |
Dan ir-Regolament japplika mill-għada tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva 2,4-D, kif imsemmi fil-premessa 1. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva 2,4-D, kif speċifikata fl-Anness I, hija b'dan imġedda skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-istess Anness.
Artikolu 2
Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(5) The EFSA Journal 2014; 12(9): 3812. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.
ANNESS I
|
L-Isem Komuni, In-Numri ta' Identifikazzjoni |
L-Isem tal-IUPAC |
Il-Purità (1) |
Id-data tal-approvazzjoni |
L-iskadenza tal-approvazzjoni |
Id-dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||
|
2,4-D In-Nru tal-CAS: 94-75-7 In-Nru CIPAC: 1 |
(2,4-diklorofenossi) aċidu aċetiku |
≥ 960 g/kg Impuritajiet:
|
L-1 ta' Jannar 2016 |
Il-31 ta' Diċembru 2030 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' eżami dwar il-2,4-D, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din l-evalwazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lir-riskju lill-organiżmi akkwatiċi, lill-organiżimi terrestri u lill-konsumaturi f'każijiet ta' aktar minn 750 g/ha. Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju. L-applikant għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità:
L-informazzjoni stabbilita fil-punt (1) għandha tiġi ppreżentata sal-4 ta' Ġunju 2016 u l-informazzjoni stipulata fil-punt (2) sal-4 ta' Diċembru 2017. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' eżami.
(2) Dijossini (l-għadd ta' dibenżo-para-dijossini poliklorinati (PCDDs) u dibenżofurani poliklorinati (PCDFs), espressi bħala l-ekwivalent tossiku (TEQ) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bl-użu tal-fatturi ta' ekwivalenza tossika tal-WHO (WHO–TEFs)).
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Parti A, titħassar l-entrata 27 dwar il-2,4-D; |
|
(2) |
fil-Parti B, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
(*1) Dijossini (l-għadd ta' dibenżo-para-dijossini poliklorinati (PCDDs) u dibenżofurani poliklorinati (PCDFs), espressi bħala l-ekwivalent tossiku (TEQ) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)) bl-użu tal-fatturi ta' ekwivalenza tossika tal-WHO (WHO–TEFs)).”
|
14.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2034
tat-13 ta' Novembru 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
50,7 |
|
MA |
82,7 |
|
|
MK |
43,3 |
|
|
ZZ |
58,9 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
78,9 |
|
TR |
147,0 |
|
|
ZZ |
113,0 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
81,2 |
|
TR |
168,9 |
|
|
ZZ |
125,1 |
|
|
0805 20 10 |
CL |
185,6 |
|
MA |
91,0 |
|
|
PE |
166,7 |
|
|
TR |
83,5 |
|
|
ZZ |
131,7 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
TR |
69,1 |
|
ZA |
95,1 |
|
|
ZZ |
82,1 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
99,6 |
|
ZZ |
99,6 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
289,3 |
|
EG |
231,3 |
|
|
PE |
253,2 |
|
|
TR |
173,2 |
|
|
ZZ |
236,8 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
151,8 |
|
CA |
163,3 |
|
|
CL |
84,7 |
|
|
MK |
29,8 |
|
|
NZ |
136,8 |
|
|
US |
150,6 |
|
|
ZA |
214,0 |
|
|
ZZ |
133,0 |
|
|
0808 30 90 |
BA |
86,2 |
|
CN |
64,9 |
|
|
TR |
131,0 |
|
|
ZZ |
94,0 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
14.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2035
tas-26 ta' Ottubru 2015
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli u fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, rigward l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, l-istabbiliment tal-lista ta' esperti tal-Kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli mis-Sottokumitat, u l-istabbiliment ta' lista ta' arbitri mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 431 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) jipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja ta' parti mill-Ftehim. |
|
(2) |
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE (2) jispeċifika liema partijiet tal-Ftehim iridu jiġu applikati b'mod provviżorju, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli u tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”), id-dispożizzjonijiet rigward il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli u dawk dwar is-soluzzjoni tat-tilwim. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 240(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 243(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jistabbilixxi fl-ewwel laqgħa tiegħu lista ta' mill-inqas 15-il individwu li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti fi proċeduri tal-bord dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 268(1) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandu jistabbilixxi lista ta' mill-inqas 15-ilindividwu s li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri fil-proċeduri ta' soluzzjoni tat-tilwim fi żmien sitt xhur mill-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim. |
|
(6) |
Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tar-regoli ta' proċedura li għandhom jiġu adottati mis-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, il-lista ta' esperti tal-Kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli li għandha tiġi stabbilita minn dak is-Sottokumitat, u fir-rigward il-lista ta' arbitri li għandha tiġi stabbilita mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fis-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli stabbilit permezz tal-Artikolu 240 tal-Ftehim, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura ta' dak is-Sottokumitat u l-istabbiliment tal-lista ta' esperti dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjonijiet ta' dak is-Sottokumitat mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.
2. Korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjonijiet jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
1. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, fir-rigward tal-istabbiliment tal-lista ta' arbitri għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' dan is-Sottokumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
2. Korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz ta' Deċiżjoni jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U L-ĠEORĠJA
ta' …
li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu
IS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U l-ĠEORĠJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 240 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 431 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ilhom japplikaw provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 240 tal-Ftehim, is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, irid jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Kapitolu 13 (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli) tat-Titolu IV (Kummerċ u materji relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 240(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli jrid jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, kif stipulati fl-Anness, huma b'dan adottati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli
Il-Presidenza
ANNESS
Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u l-Ġeorġja
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli stabbilit skont l-Artikolu 240 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Ġeorġja fuq in-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandu jassisti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”), fit-twettiq ta' dmirijietu.
2. Is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jwettaq il-funzjonijiet stipulati fil-Kapitolu 13 (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli) tat-Titolu IV (Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ) tal-Ftehim.
3. Is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Ġeorġja, responsabbli għall-affarijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.
4. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Ġeorġja li jkun responsabbli għal affarijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għandu jaġixxi bħala President tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli skont l-Artikolu 2.
5. It-terminu “il-Partijiet” f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandu jiġi definit kif previst fl-Artikolu 428 tal-Ftehim.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet speċifiċi
1. L-Artikoli 2 sa 14 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ġeorġja għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura.
2. Ir-referenzi għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ. Ir-referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jew il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandhom jinqraw bħala referenzi għas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli.
Artikolu 3
Laqgħat
Is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jiltaqa' kif meħtieġ. Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jiltaqgħu darba fis-sena.
Artikolu 4
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura
Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u l-Ġeorġja skont l-Artikolu 240 tal-Ftehim.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 2/2015 TAS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U L-ĠEORĠJA
ta' …
li tistabbilixxi l-lista ta' esperti dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli
IS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U l-ĠEORĠJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 243 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 431 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ilhom japplikaw provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 243(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli jrid jistabbilixxi lista ta' mill-inqas 15-il individwu li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti fi proċeduri tal-bord, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta'esperti dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għall-finijiet tal-Artikolu 243 tal-Ftehim hija stabbilita kif previst fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli
Il-Presidenza
ANNESS
LISTA TA' ESPERTI DWAR IL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI
|
I. |
Esperti proposti mill-Ġeorġja
|
|
II. |
Esperti proposti mill-UE
|
|
III. |
Presidenti
|
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 3/2015 IL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ BEJN L-UE U L-ĠEORĠJA
ta'
li tistabbilixxi l-lista ta' arbitri msemmija fl-Artikolu 268(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra
IL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”),, u b'mod partikolari l-Artikolu 268(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 431 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ilhom japplikaw provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 408(3) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet kif previst f'dan il-Ftehim. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 268(1) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim, irid jistabbilixxi lista ta' mill-inqas 15-il individwu li huma lesti u jservu bħala arbitri, fil-proċeduri ta' soluzzjoni tat-tilwim fi żmien sitt xhur mill-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-listi ta' arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 268(1) ta' dan il-Ftehim hija stabbilita kif stipulat fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli
Il-Presidenza
ANNESS
LISTA TA' ARBITRI
|
I. |
Arbitri proposti mill-Ġeorġja
|
|
II. |
Arbitri proposti mill-UE
|
|
III. |
Presidenti
|
|
14.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2036
tas-26 ta' Ottubru 2015
li taħtar erba' membri supplenti Taljani fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Bianca Maria D'ANGELO, is-Sinjura Paola GIORGI, is-Sinjura Carmen MURATORE u s-Sur Nicola VENDOLA, saru vakanti s-siġġijiet ta' erba' membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020, bħala membri supplenti:
|
— |
Sig.ra Manuela BORA, Consigliere regionale e Assessore della Regione Marche, |
|
— |
Sig.ra Ilaria CAVO, Consigliere regionale e Assessore della Regione Liguria, |
|
— |
Sig. Vincenzo de Luca, Presidente della Regione Campania, |
|
— |
Sig. Michele Emiliano, Presidente della Regione Puglia. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
C. DIESCHBOURG
|
14.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2037
tal-10 ta' Novembru 2015
li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-politika soċjali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 153(2), flimkien mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 153(1) u l-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni qed tħeġġeġ ir-ratifika tal-konvenzjonijiet internazzjonali tax-xogħol, ikklassifikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) bħala aġġornati, biex jingħata kontribut lill-isforzi tal-Unjoni biex tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u xogħol diċenti għal kulħadd u biex jinqered it-traffikar tal-bnedmin kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha. Il-ħarsien tal-prinċipji fundamentali u d-drittijiet fil-post tax-xogħol huwa aspett ewlieni ta' dik il-promozzjoni. |
|
(2) |
Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, li l-Protokoll tal-2014 jissupplimenta, hija Konvenzjoni tal-ILO fundamentali u għandha effett fuq ir-regoli li jirreferu għall-istandards ewlenin tax-xogħol. |
|
(3) |
Partijiet mir-regoli previsti fil-Protokoll tal-2014 tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“il-Protokoll”), jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Unjoni skont l-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). B'mod partikolari, xi regoli tal-Protokoll diġà huma koperti mill-acquis tal-UE fil-qasam tal-politika soċjali. F'dak ir-rigward, l-Artikoli 1(1), 2(a) u 2(d) tal-Protokoll, b'mod partikolari, jikkonċernaw kwistjonijiet koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE (1), id-Direttiva 2008/104/KE tal-Paralament Ewropew u tal-Kunsill (2), kif ukoll id-Direttivi dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol, inkluża d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE (3), id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), id-Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE (5) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE (6). |
|
(4) |
L-Artikolu 19(4) tal-Kostituzzjoni tal-ILO, dwar l-adozzjoni u r-ratifika ta' Konvenzjonijiet, japplika bl-istess mod għal Protokolli, li huma ftehimiet internazzjonali li jorbtu, soġġetti għal ratifika u marbutin ma' Konvenzjonijiet. |
|
(5) |
L-Unjoni ma tistax tirratifika l-Protokoll billi l-Istati biss jistgħu jkunu Partijiet fih. |
|
(6) |
Għalhekk l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jirratifikaw il-Protokoll, filwaqt li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni, fir-rigward ta' dawk il-partijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni skont l-Artikolu 153(2) tat-TFUE. |
|
(7) |
Il-partijiet tal-Protokoll li jaqgħu taħt il-kompetenza mogħtija lill-Unjoni, għajr il-partijiet relatati mal-politika soċjali ser ikunu soġġetti għal Deċiżjoni adottata b'mod parallel ma' din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri huma b'dan awtorizzati li jirratifikaw, għall-partijiet li jaqgħu fil-kompetenza mogħtija lill-Unjoni taħt l-Artikolu 153(2) tat-TFUE, il-Protokoll tal-2014 tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' ratifika tal-Protokoll mad-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol kemm jista' jkun malajr, preferibbilment sal-31 ta' Diċembru 2016.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GRAMEGNA
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).
(2) Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE tat-22 ta' Ġunju 1994 dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 12).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1).
|
14.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/25 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2038
tat-13 ta' Novembru 2015
dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tar-Repubblika tal-Korea għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 25(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-proċedura għar-rikonoxximent ta' kontropartijiet ċentrali (“CCPs”) stabbiliti f'pajjiżi terzi, stipulata fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandha l-għan li tippermetti lis-CCPs stabbiliti u awtorizzati f'pajjiżi terzi li għandhom standards regolatorji ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dak ir-Regolament, li jipprovdu servizzi ta' kklirjar lill-membri tal-ikklirjar jew liċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni. Il-proċedura ta' rikonoxximent u d-deċiżjoni ta' ekwivalenza prevista fiha għalhekk jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jitnaqqas ir-riskju sistemiku billi jiġi estiż l-użu ta' CCPs sikuri u sodi biex jikklerjaw il-kuntratti tad-derivattivi barra l-borża (“OTC”), inkluż fejn dawk is-CCPs ikunu stabbiliti u awtorizzati f'pajjiż terz. |
|
(2) |
Sabiex reġim legali ta' pajjiż terz jitqies bħala ekwivalenti għar-reġim legali tal-Unjoni fir-rigward ta' CCPs, l-eżitu sostanzjali tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għandu jkun ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-Unjoni rigward l-objettivi regolatorji li jiksbu. Għalhekk l-għan ta' din il-valutazzjoni ta' ekwivalenza huwa li jiġi verifikat li l-arranġamenti legali u superviżorji tar-Repubblika tal-Korea (minn hawn 'il quddiem “il-Korea t'Isfel”) jiżguraw li s-CCPs stabbiliti u awtorizzati hemm ma jesponux lil membri tal-ikklirjar jew lil ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal livell ogħla ta' riskju milli dawn tal-aħħar jistgħu jkunu esposti għalih minn CCPs awtorizzati fl-Unjoni u li, konsegwentement, ma joħolqux livelli inaċċettabbli ta' riskju sistemiku fl-Unjoni. |
|
(3) |
Fl-1 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni rċeviet il-parir tekniku tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”) dwar l-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs awtorizzati fil-Korea t'Isfel. Dan il-parir tekniku identifika għadd ta' differenzi bejn ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli, fuq livell ġuriżdizzjonali, għal CCPs fil-Korea t'Isfel u r-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għas-CCPs skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Madankollu, din id-Deċiżjoni mhijiex ibbażata biss fuq analiżi komparattiva tar-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għas-CCPs fil-Korea t'Isfel, iżda wkoll fuq valutazzjoni tal-eżitu ta' dawk ir-rekwiżiti, u fuq l-adegwatezza tagħhom biex inaqqsu r-riskji li l-membri tal-ikklirjar u ċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jkunu esposti għalihom, b'mod meqjus ekwivalenti għall-eżitu tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għalhekk, ir-riskji ferm aktar baxxi inerenti f'attivitajiet ta' kklirjar imwettqa fis-swieq finanzjarji li huma iżgħar mis-suq finanzjarju tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati b'mod partikolari. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, iridu jintlaħqu tliet kundizzjonijiet sabiex jiġi determinat li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' pajjiż terz rigward is-CCPs awtorizzati hemmhekk huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, is-CCPs awtorizzati f'pajjiż terz iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(6) |
Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-Korea t'Isfel għas-CCPs awtorizzati hemmhekk jikkonsistu fl-Att 2013 dwar is-Servizzi ta' Investiment Finanzjarju u s-Swieq Kapitali (“FSCMA”), inkluż għadd ta' regolamenti subordinati li jimplimentaw l-FCSMA. |
|
(7) |
Is-CCPs huma awtorizzati mill-Kummissjoni ta' Servizzi Finanzjarji (“FSC”). Sabiex tagħti l-awtorizzazzjoni għall-ikklirjar, l-FSC trid taċċerta ruħha li fost affarijiet oħra, is-CCP għandha kapital azzjonarju ekwivalenti għall-minimu regolatorju stabbilit, li għandha pjan tan-negozju sod u xieraq, li għandha riżorsi umani, tagħmir tal-ipproċessar tad-dejta u faċilitajiet oħra fiżiċi li huma suffiċjenti biex tipproteġi lill-investituri u twettaq negozju tal-ikklirjar, li m'għandha l-ebda uffiċjal li huwa skwalifikat skont l-FSCMA, li għandha fis-seħħ sistema biex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess, u li l-azzjonisti tagħha għandhom kapaċitajiet finanzjarji adegwati, huma f'qagħda finanzjarja tajba u huma soċjalment kredibbli. Meta tagħti awtorizzazzjoni, l-FSC tista tehmeż kondizzjonijiet li jistgħu jkunu meħtieġa biex tiġi żgurata l-integrità tal-maniġment tas-CCP u ż-żamma tal-ordni tajba tas-suq. Is-CCPs awtorizzati jkunu mbagħad soġġetti għal superviżjoni kontinwa mill-FSC, kif ukoll għal sorveljanza mill-Bank tal-Korea skont l-Att tal-Bank tal-Korea. |
|
(8) |
L-FSC esprimiet l-intenzjoni tagħha li tevalwa l-infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju tagħha (“FMIs”) billi tqabbel mal-istandards internazzjonali stabbiliti skont il-Prinċipji għall-Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju (“PFMIs”) maħruġa f'April 2012 mill-Kumitat dwar is-Sistemi tal-Pagament u tas-Saldu (2) (“CPSS”) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (“IOSCO”). F'Marzu 2015 l-FSC ħarġet il-Linja Gwida tan-Negozju għall-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji, li tipprovdi standards speċifiċi li l-FMIs għandhom jimxu magħhom fit-twettiq tan-negozju skont l-FSCMA u r-regolamenti subordinati tiegħu. Il-Linja Gwida organizzat mill-ġdid l-24 prinċipju ewlieni tal-PFMIs f'14-il prinċipju skont ċirkostanzi domestiċi, u tipprovdi standards dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom. F'Diċembru 2012, il-Bank tal-Korea emenda r-“Regolament dwar l-Operazzjoni u l-Ġestjoni tas-Sistemi tal-Pagamenti u tas-Saldu” tiegħu biex jadotta l-PFMIs bħala l-istandards ta' sorveljanza tiegħu. |
|
(9) |
L-FSCMA u r-regolamenti subordinati tiegħu jeħtieġu wkoll li s-CCPs jadottaw regoli u proċeduri interni li huma meħtieġa għar-regolamentazzjoni xierqa tal-faċilitajiet tal-ikklirjar u s-saldu tagħha. Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-FSCMA, ir-regolamenti subordinati tiegħu, il-Linja Gwida u r-Regolament dwar l-Operazzjoni u l-Ġestjoni tas-Sistemi tal-Pagamenti u tas-Saldu huma implimentati fir-regoli u l-proċeduri interni tal-kmamar tal-ikklirjar. Taħt l-FSCMA, kull reviżjoni li ssir lill-artikoli ta' inkorporazzjoni jew lir-regoli u proċeduri interni tas-CCPs trid tiġi approvata mill-FSC. |
|
(10) |
Għalhekk, ir-rekwiżiti legalment vinkolanti fil-Korea t'Isfel għandhom struttura fuq żewġ saffi. L-FSCMA u r-regolamenti subordinati tiegħu jistabbilixxu l-istandards ta' livell għoli li s-CCPs għandhom jikkonformaw magħhom sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jipprovdu servizzi ta' kklirjar fil-Korea t'Isfel. Dawn ir-regoli primarji jinkludu l-ewwel saff ta' rekwiżiti legalment vinkolanti fil-Korea t'Isfel. Sabiex jagħtu prova ta' konformità mar-regoli primarji, is-CCPs iridu jissottomettu r-regoli u l-proċeduri interni tagħhom lill-FSC għall-approvazzjoni b'konformità mal-Linja Gwida tan-Negozju għall-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji. Dawn ir-regoli u proċeduri interni jinkludu t-tieni saff ta' rekwiżiti fil-Korea t'Isfel. |
|
(11) |
Il-valutazzjoni ta' ekwivalenza tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs fil-Korea t'Isfel għandha tqis ukoll l-eżitu tal-mitigazzjoni tar-riskju li huma jiżguraw f'termini tal-livell ta' riskju li l-membri tal-ikklirjar u ċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni jkunu esposti għalih minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom f'dawn l-entitajiet. L-eżitu tal-mitigazzjoni tar-riskju huwa determinat kemm mill-livell ta' riskju inerenti fl-attivitajiet ta' kklirjar imwettqa mis-CCP ikkonċernata, li jiddependi mid-daqs tas-suq finanzjarju li topera fih, kif ukoll minn kemm huma xierqa l-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs biex inaqqsu dak il-livell ta' riskju. Sabiex jinkiseb l-istess eżitu ta' mitigazzjoni tar-riskju, huma meħtieġa rekwiżiti ta' mitigazzjoni tar-riskju aktar stretti għas-CCPs li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fi swieq finanzjarji ikbar li għandhom livell ta' riskju inerenti ogħla, minn dawk ta' CCPs li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fi swieq finanzjarji iżgħar li għandhom livell ta' riskju inerenti iktar baxx. |
|
(12) |
Id-daqs tas-suq finanzjarju fejn is-CCPs awtorizzati fil-Korea t'Isfel iwettqu l-attivitajiet tal-ikklirjar tagħhom huwa ferm iżgħar minn dak fejn iwettqu l-attivitajiet tagħhom is-CCPs stabbiliti fl-Unjoni. B'mod partikolari, tul l-aħħar tliet snin, il-valur totali tat-tranżazzjonijiet ikklerjati fil-Korea t'Isfel irrappreżenta inqas minn 1 % tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi kklerjati fl-Unjoni. Għalhekk, il-parteċipazzjoni tas-CCPs awtorizzati fil-Korea t'Isfel tesponi lill-membri tal-ikklirjar u liċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal riskji ferm iktar baxxi mill-parteċipazzjoni tagħhom f'CCPs awtorizzati fl-Unjoni. |
|
(13) |
L-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs awtorizzati fil-Korea t'Isfel jistgħu għalhekk jitqiesu bħala ekwivalenti meta dawn ikunu xierqa biex itaffu dak il-livell iktar baxx ta' riskju. Ir-regoli primarji applikabbli għal dawn is-CCPs, flimkien mar-regoli u l-proċeduri interni tagħhom li jimplimentaw il-PFMIs, itaffu l-livell aktar baxx ta' riskju li jeżisti fil-Korea t'Isfel u jiksbu eżitu ta' mitigazzjoni tar-riskju ekwivalenti għal dak li jipprova jikseb ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Korea t'Isfel jiżguraw li s-CCPs awtorizzati hemm jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(15) |
Skont it-tieni kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Korea t'Isfel fir-rigward ta' CCPs awtorizzati hemm iridu jipprovdu għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi ta' dawn is-CCPs fuq bażi kontinwa. |
|
(16) |
L-FSC hija responsabbli għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tar-regoli superviżorji u għall-ispezzjoni u l-eżaminar tal-istituzzjonijiet finanzjarji. L-FSC, bħala s-superviżur ewlieni tas-CCPs, għandha s-setgħa sħiħa li tikkontrollahom u tippenalizzahom, inkluż fost affarijiet oħra, il-poter li tirrevoka l-liċenzja tas-CCPs, is-setgħa li tissospendi u titrasferixxi n-negozju tas-CCPs, u s-setgħa li timponi sanzjonijiet fuq is-CCPs. Is-superviżjoni ta' kuljum hija mwettqa mis-Servizz Finanzjarju Superviżorju (“FSS”) li jaġixxi taħt is-sorveljanza tal-FSC. Is-CCPs huma soġġetti għal spezzjoni kull sentejn, kull waħda b'tul ta' erba' ġimgħat, u għal spezzjonijiet mhux perjodiċi fuq talba tal-kontrollur. L-FSS iwettaq monitoraġġ kontinwu tal-konformità tas-CCPs mar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju permezz ta' sorveljanza u proċeduri ta' eżaminar ibbażati fuq ir-riskju, inkluż l-ittestjar tar-rekwiżiti prudenzjali. Barra minn hekk, wieħed mill-għanijiet prinċipali tas-sorveljanza tas-CCPs awtorizzati fil-Korea t'Isfel mill-Bank tal-Korea hu li jiżgura s-sikurezza u l-effiċjenza tagħhom. Hu jwettaq sorveljanza billi jevalwa informazzjoni dwar CCPs, iwettaq valutazzjonijiet tagħhom kull sentejn billi jqabbel mal-PFMIs, u jitlob titjib jekk ikun meħtieġ. Il-Bank tal-Korea għandu l-awtorità li jitlob li jsir dan it-titjib, bil-qbil tal-Kumitat għall-Politika Monetarja jekk huwa titjib maġġuri. |
|
(17) |
Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Korea t'Isfel fir-rigward ta' CCPs awtorizzati hemm jipprovdu għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa. |
|
(18) |
Skont it-tielet kundizzjoni tal-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Korea t'Isfel iridu jinkludu sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' CCPs awtorizzati skont reġimi legali ta' pajjiżi terzi (“CCPs ta' pajjiżi terzi”). |
|
(19) |
CCPs ta' pajjiżi terzi li jixtiequ jikklerjaw id-derivattivi OTC fil-Korea t'Isfel iridu japplikaw għall-approvazzjoni mal-FSC. |
|
(20) |
Sabiex tingħata l-approvazzjoni, il-ġuriżdizzjoni fejn hi stabbilita s-CCP għandu jkollha reġim regolatorju b'saħħtu biżżejjed li hu simili għall-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli fil-Korea t'Isfel. Il-konklużjoni tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Korea t'Isfel u dawk kompetenti tal-pajjiż terz hija meħtieġa wkoll qabel ma tiġi approvata l-applikazzjoni tas-CCP tal-pajjiż terz. |
|
(21) |
Il-proċedura ta' rikonoxximent tar-reġim legali tal-Korea t'Isfel applikabbli għal CCPs ta' pajjiżi terzi li jixtiequ jikklerjaw id-derivattivi OTC hemmhekk għandha għalhekk tiġi kkunsidrata bħala waħda li tipprovdi sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi. |
|
(22) |
Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistgħu għalhekk jitqiesu milħuqa mill-arranġamenti legali u superviżorji tal-Korea t'Isfel rigward CCPs awtorizzati bihom, u dawn l-arranġamenti legali u superviżorji għandhom jitqiesu li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja fuq bażi regolari l-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju għas-CCPs fil-Korea t'Isfel u t-twettiq tal-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni. |
|
(23) |
Ir-reviżjoni regolari tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli fil-Korea t'Isfel għas-CCPs awtorizzati bihom għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq rieżami speċifiku fi kwalunkwe ħin barra l-ambitu tal-analiżi ġenerali, fejn l-iżviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja għall-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid l-ekwivalenza mogħtija b'din id-deċiżjoni. Tali valutazzjoni mill-ġdid tista' twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza. |
|
(24) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Korea t'Isfel li jikkonsistu fl-Att 2013 dwar is-Servizzi ta' Investiment Finanzjarju u s-Swieq Kapitali u r-regolamenti subordinati tiegħu kif inhuma kkomplementati mil-Linji Gwida ta' Negozju għall-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji u r-Regolament dwar l-Operazzjoni u l-Ġestjoni tas-Sistemi tal-Pagamenti u tas-Saldu, u applikabbli għas-CCPs awtorizzati bihom għandhom jitqiesu li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Mill-1 ta' Settembru 2014, il-Kumitat dwar is-Sistemi tal-Pagament u tas-Saldu biddel ismu għal Kumitat dwar is-Sistemi ta' Pagament u l-Infrastrutturi tas-Suq “CPMI”.
|
14.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/29 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2039
tat-13 ta' Novembru 2015
dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Afrika t'Isfel għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 25(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-proċedura għar-rikonoxximent ta' kontropartijiet ċentrali (“CCPs”) stabbiliti f'pajjiżi terzi, stipulata fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandha l-għan li tippermetti lis-CCPs stabbiliti u awtorizzati f'pajjiżi terzi li għandhom standards regolatorji ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dak ir-Regolament, li jipprovdu servizzi tal-ikklirjar lill-membri tal-ikklirjar jew lil ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni. Għalhekk, din il-proċedura ta' rikonoxximent u d-deċiżjoni tal-ekwivalenza prevista fiha jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, li jitnaqqas ir-riskju sistemiku billi jiġi estiż l-użu ta' CCPs sikuri u sodi biex jikklerjaw il-kuntratti tad-derivattivi barra l-borża (“OTC”), inkluż fejn dawk is-CCPs ikunu stabbiliti u awtorizzati f'pajjiż terz. |
|
(2) |
Sabiex reġim legali ta' pajjiż terz jitqies bħala ekwivalenti għar-reġim legali tal-Unjoni fir-rigward ta' CCPs, l-eżitu sostanzjali tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għandu jkun ekwivalenti għall-objettivi regolatorji tar-rekwiżiti tal-Unjoni. Għalhekk, l-għan ta' din il-valutazzjoni ta' ekwivalenza huwa li tivverifika li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Afrika t-Isfel jiżguraw li s-CCPs stabbiliti u awtorizzati hemmhekk ma jesponux lill-membri tal-ikklirjar u liċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal livell ogħla ta' riskju milli dawn jistgħu jkunu esposti għalih minn CCPs awtorizzati fl-Unjoni u, konsegwentement, ma joħolqux livelli inaċċettabbli ta' riskju sistemiku fl-Unjoni. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq l-eżitu tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli fl-Afrika t'Isfel, u fuq kemm dawn huma adegwati biex inaqqsu r-riskji li l-membri tal-ikklirjar u ċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jkunu esposti għalihom, b'mod li jista' jitqies ekwivalenti għall-effetti tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għalhekk, ir-riskji ferm aktar baxxi inerenti f'attivitajiet ta' kklirjar imwettqa fis-swieq finanzjarji li huma iżgħar mis-suq finanzjarju tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati b'mod partikolari. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, iridu jintlaħqu tliet kundizzjonijiet sabiex jiġi determinat li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' pajjiż terz rigward is-CCPs awtorizzati hemmhekk huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, is-CCPs awtorizzati f'pajjiż terz iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(6) |
Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-Afrika t'Isfel għas-CCPs awtorizzati hemmhekk jikkonsistu fl-Att tas-Swieq Finanzjarji, l-Att Nru 19 tal-2012 (“FMA”). Ir-Reġistratur tas-Servizzi tat-Titoli (“Reġistratur”) għandu sett komprensiv ta' setgħat biex jissorvelja, jimmonitorja u jinvestiga kmamar tal-ikklirjar awtorizzati biex joperaw fl-Afrika t'Isfel (“kmamar tal-ikklirjar liċenzjati”). |
|
(7) |
L-FMA jistabbilixxi d-dazji u r-rekwiżiti li l-kmamar tal-ikklirjar iridu jikkonformaw magħhom. B'mod partikolari, skont l-FMA, ir-Reġistratur jagħti l-awtorizzazzjoni sabiex kamra tal-ikklirjar topera bħala entità liċenzjata, sakemm l-applikant jikkonforma ma' dawn ir-rekwiżiti u jikkontribwixxi biex jiġu milħuqa l-għanijiet stabbiliti fl-FMA, inklużi l-mitigazzjoni tar-riskju sistemiku u l-assigurazzjoni li s-swieq finanzjarji tal-Afrika t'Isfel huma ġusti, effiċjenti u trasparenti. Sabiex jassigura li dawn ir-rekwiżiti huma osservati, ir-Reġistratur jista' jimponi l-kundizzjonijiet li jqis xierqa meta jagħti awtorizzazzjoni. Kmamar tal-ikklirjar liċenzjati għandhom iwettqu l-operat tagħhom b'mod ġust u trasparenti u b'rispett dovut lejn id-drittijiet tal-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom. Barra minn hekk, skont l-FMA, kmamar tal-ikklirjar liċenzjati għandhom jikkonformaw ma' standards internazzjonali ta' sorveljanza, inklużi l-Prinċipji għall-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji (“il-PFMIs”) maħruġa f'April 2012 mill-Kumitat dwar is-Sistemi tal-Pagamenti u s-Saldu (2) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (“IOSCO”). |
|
(8) |
L-FMA jagħti l-poter lill-Ministru tal-Finanzi li jagħmel regolamenti fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni oħra meħtieġa mill-FMA jew permessa li tiġi preskritta minnu, jew kwalunkwe kwistjoni oħra meħtieġa sabiex ikun hemm amministrazzjoni u implimentazzjoni aħjar tal-FMA. Barra minn hekk, ir-Reġistratur għandu s-setgħa skont l-FMA, li joħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-FMA u li jieħu kull miżura li jqis neċessarja għat-twettiq xieraq u l-eżerċizzju tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-FMA, jew għall-implimentazzjoni tiegħu. |
|
(9) |
Il-valutazzjoni ta' ekwivalenza tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għall-kmamar tal-ikklirjar liċenzjati għandha tqis ukoll l-eżitu tal-mitigazzjoni tar-riskju żgurat minn dawn l-arranġamenti, f'termini tal-livell ta' riskju li l-membri tal-ikklirjar u ċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni jkunu esposti għalih minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fi kmamar tal-ikklirjar liċenzjati. L-eżitu tal-mitigazzjoni tar-riskju huwa determinat kemm mill-livell ta' riskju inerenti fl-attivitajiet ta' kklirjar imwettqa mis-CCP kkonċernata, li jiddependi mid-daqs tas-suq finanzjarju li topera fih, u minn kemm huma xierqa l-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs biex inaqqsu dak il-livell ta' riskju. Sabiex jinkiseb l-istess eżitu ta' mitigazzjoni tar-riskju, huwa meħtieġ li jkun hemm rekwiżiti ta' mitigazzjoni tar-riskju aktar stretti għas-CCPs li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fi swieq finanzjarji ikbar li għandhom livell ta' riskju inerenti ogħla, minn dawk ta' CCPs li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fi swieq finanzjarji iżgħar, li għandhom livell ta' riskju inerenti iktar baxx. |
|
(10) |
Id-daqs tas-suq finanzjarju fejn il-kmamar tal-ikklirjar liċenzjati jwettqu l-attivitajiet tal-ikklirjar tagħhom huwa ferm iżgħar minn ta' dak fejn iwettqu l-attivitajiet tagħhom is-CCPs stabbiliti fl-Unjoni. B'mod partikolari, tul l-aħħar tliet snin, il-valur totali tat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi kklerjati fl-Afrikja t'Isfel irrappreżentaw inqas minn 1 % tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi kklerjati fl-Unjoni. Għalhekk, il-parteċipazzjoni fi kmamar tal-ikklirjar liċenzjati tesponi lill-membri tal-ikklirjar u liċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal riskji ferm iktar baxxi mill-parteċipazzjoni tagħhom f'CCPs awtorizzati fl-Unjoni. |
|
(11) |
L-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għal kmamar tal-ikklirjar liċenzjati jistgħu għalhekk jitqiesu bħala ekwivalenti meta dawn ikunu xierqa biex itaffu dak il-livell iktar baxx ta' riskju. Ir-regoli primarji applikabbli għall-kmamar tal-ikklirjar liċenzjati, li jirrikjedu konformità mal-PFMIs, itaffu l-livell aktar baxx ta' riskju li jeżisti fl-Afrika t'Isfel u jiksbu eżitu ta' mitigazzjoni tar-riskju ekwivalenti għal dak mixtieq fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Afrika t'Isfel jiżguraw li l-kmamar tal-ikklirjar liċenzjati awtorizzati hemm jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(13) |
Skont it-tieni kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Afrika t'Isfel fir-rigward ta' CCPs awtorizzati hemm iridu jipprevedu għas-sorveljanza u l-infurzar effettivi ta' dawn is-CCPs fuq bażi kontinwa. |
|
(14) |
Ir-Reġistratur jissorvelja u jinforza l-konformità mal-FMA. B'mod partikolari, ir-Reġistratur jevalwa kull sena jekk il-kmamar tal-ikklerjajr liċenzjati jikkonformawx mal-FMA u mar-regoli u l-proċeduri interni tagħhom, kif ukoll mad-direttivi, talbiet, kundizzjonijiet jew rekwiżiti tar-Reġistratur magħmula skont l-FMA. Ir-Reġistratur għandu wkoll is-setgħa li jirrevoka jew jissospendi l-awtorizzazzjoni ta' kamra tal-ikklirjar liċenzjata, jekk din tal-aħħar tonqos milli tikkonforma mal-FMA, mar-regoli u l-proċeduri interni tagħha jew ma' direttiva, talba, kundizzjoni jew rekwiżit magħmula mir-Reġistratur skont l-FMA, fost oħrajn. |
|
(15) |
Ir-Reġistratur għandu s-setgħa li jitlob informazzjoni jew dokumenti minn kmamar tal-ikklirjar liċenzjati u li jwettaq spezzjonijiet fuq il-post. Wara li tkun seħħet spezzjoni fuq il-post, ir-Reġistratur jista', fost affarijiet oħra, jitlob lil kamra tal-ikklirjar reġistrata biex tieħu kwalunkwe pass jew li toqgħod lura milli twettaq kwalunkwe azzjoni, sabiex tintemm jew tiġi rrimedjata xi irregolarità. Jistgħu jiġu imposti pieni mir-Reġistratur f'kas li kamra tal-ikklirjar liċenzjata tonqos milli tissottometti kwalunkwe informazzjoni skont l-FMA. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-FMA, ir-Reġistratur jista' joħroġ direttivi ġenerali jew direttivi indirizzati lil entità speċifika. |
|
(16) |
Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Afrika t'Isfel fir-rigward ta' CCPs awtorizzati minnhom jipprovdu superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa. |
|
(17) |
Skont it-tielet kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Afrika t'Isfel iridu jinkludu sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent tas-CCPs awtorizzati skont ir-reġimi legali ta' pajjiż terz (“CCPs ta' pajjiż terz”). |
|
(18) |
Is-CCPs awtorizzati f'pajjiż terz fejn l-arranġamenti legali u superviżorji huma ekwivalenti għal dawk tal-qafas regolatorju tal-Afrika t'Isfel, li għandhom regolament ekwivalenti dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra t-terroriżmu finanzjarju, u fejn is-CCPs ikunu soġġetti għal sorveljanza effettiva, jistgħu jipprovdu servizzi fl-Afrika t'Isfel, sakemm dawn ikunu awtorizzati mir-Reġistratur. Sabiex jagħti awtorizzazzjoni, ir-Reġistratur għandu jivvaluta l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, filwaqt li jqis il-qafas regolatorju tal-pajjiż terz, u jista' wkoll jieħu kont tal-informazzjoni mogħtija minn kull awtorità superviżorja oħra, inklużi awtoritajiet superviżorji ta' pajjiż terz. Barra minn hekk, ir-Reġistratur jista' jeżenta lis-CCPs ta' pajjiż terz minn uħud mir-rekwiżiti meħtieġa skont l-FMA, jew minnhom kollha. Ir-Reġistratur jista' jidħol f'arranġamenti ta' kooperazzjoni ma' awtoritajiet regolatorji jew superviżorji ta' pajjiżi terzi, bil-għan li s-superviżjoni tiġi koordinata fuq bażi kontinwa, u li jsir skambju ta' informazzjoni rigward CCPs ta' pajjiżi terzi awtorizzati f'pajjiż terz fejn l-arranġamenti legali u superviżorji huma ekwivalenti għal dawk tal-qafas regolatorju tal-Afrika t'Isfel, u li huma soġġetti għal superviżjoni effettiva fil-pajjiż terz li fih huma awtorizzati. |
|
(19) |
Filwaqt li ta' min jinnota li l-istruttura tal-proċedura ta' rikonoxximent tar-reġim legali tal-Afrika t'Isfel applikabbli għal CCPs ta' pajjiżi terzi hija differenti mill-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, din għandha madankollu tiġi kkunsidrata bħala waħda li tipprovdi sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi. |
|
(20) |
Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistgħu għalhekk jitqiesu milħuqa mill-arranġamenti legali u superviżorji tal-Afrika t'Isfel rigward kmamar tal-ikklirjar liċenzjati, u dawn l-arranġamenti legali u superviżorji għandhom jitqiesu li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-Kummissjoni għandha tkompli tagħmel monitoraġġ fuq bażi kontinwa tal-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju tas-CCPs fl-Afrika t'Isfel, u tkompli tara li qed jitwettqu l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni. |
|
(21) |
Ir-reviżjoni regolari tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli fl-Afrika t'Isfel għas-CCPs awtorizzati hemmhekk għandha tkun mingħajr preġudizzju lejn il-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq rieżami speċifiku fi kwalunkwe ħin barra l-ambitu tal-analiżi ġenerali, fejn l-iżviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja għall-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid l-ekwivalenza mogħtija b'din id-deċiżjoni. Tali valutazzjoni mill-ġdid tista' twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza. |
|
(22) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Afrika t'Isfel li jikkonsistu fl-Att tas-Swieqi Finanzjarji (FMA) u li huma applikabbli għall-kmamar tal-ikklirjar liċenzjati awtorizzati hemmhekk, jitqiesu li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Mill-1 ta' Settembru 2014, il-Kumitat dwar is-Sistemi ta' Pagamenti u s-Saldu biddel ismu għal Kumitat dwar is-Sistemi ta' Pagament u l-Infrastrutturi tas-Suq.
|
14.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/32 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2040
tat-13 ta' Novembru 2015
dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju ta' numru ta' provinċji tal-Kanada għal kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-proċedura għar-rikonoxximent ta' kontropartijiet ċentrali (“CCPs”) stabbiliti f'pajjiżi terzi, stipulata fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha l-għan li tippermetti lis-CCPs stabbiliti u awtorizzati f'pajjiżi terzi li għandhom standards regolatorji ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dak ir-Regolament li jipprovdu servizzi ta' kklerjar lill-membri tal-ikklerjar jew ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni. Għalhekk, din il-proċedura ta' rikonoxximent u d-deċiżjoni ta' ekwivalenza prevista minnha jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jitnaqqas ir-riskju sistemiku billi jiġi estiż l-użu ta' CCPs sikuri u sodi biex jikklerjaw il-kuntratti tad-derivattivi barra l-borża (“OTC”), inkluż fejn dawk is-CCPs ikunu stabbiliti u awtorizzati f'pajjiż terz. |
|
(2) |
Sabiex reġim legali ta' pajjiż terz jitqies bħala ekwivalenti għar-reġim legali tal-Unjoni fir-rigward ta' CCPs, l-eżitu sostanzjali tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għandu jkun ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-Unjoni rigward l-objettivi regolatorji li jiksbu. L-għan ta' din il-valutazzjoni ta' ekwivalenza huwa għalhekk li tivverifika li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-provinċji ta' Alberta, British Columbia, Manitoba, Ontario u Québec (minn hawn' il quddiem imsejħa “l-provinċji rilevanti”) fil-Kanada jiżguraw li s-CCPs stabiliti u awtorizzati hemmhekk ma jesponux lill-membri tal-ikklerjar u liċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal livell ogħla ta' riskju milli dawn jistgħu jkunu esposti għalih minn CCPs awtorizzati fl-Unjoni u, konsegwentement, ma joħolqux livelli inaċċettabbli ta' riskju sistemiku fl-Unjoni. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq valutazzjoni tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli fil-provinċji rilevanti, u fuq kemm dawn huma adegwati biex inaqqsu r-riskji li l-membri tal-ikklerjar u ċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jkunu esposti għalihom b'mod li jista' jitqies ekwivalenti għall-effett tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għalhekk, ir-riskji ferm aktar baxxi inerenti f'attivitajiet ta' kklerjar imwettqa fis-swieq finanzjarji li huma iżgħar mis-suq finanzjarju tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati b'mod partikolari. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, iridu jintlaħqu tliet kundizzjonijiet sabiex jiġi determinat li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' pajjiż terz rigward is-CCPs awtorizzati hemmhekk huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, is-CCPs awtorizzati f'pajjiż terz iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(6) |
Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-Kanada għas-CCPs awtorizzati fil-provinċji rilevanti jikkonsistu fl-atti tat-titoli rispettivi u r-regoli u regolamenti skont dawk l-atti adottati mir-regolaturi tat-titoli ta' kull provinċja, kif ukoll kull deċiżjoni, direzzjoni jew ordni magħmula jew maħruġa minn dawn ir-regolaturi tat-titoli (ir-reġim ta' titoli provinċjali) u li huma applikabbli għal CCPs li joperaw f'dawn il-provinċji. |
|
(7) |
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-regolaturi tat-titoli huma l-Alberta Securities Commission (ASC) f'Alberta; l-Autorité des marchés financiers (AMF) fil-Québec; Il-British Columbia Securities Commission (BCSC) fil-British Columbia; Il-Manitoba Securities Commission (MSC) f'Manitoba u l-Kummissjoni ta' Ontario dwar it-Titoli (OSC) f'Ontario. Ir-regolaturi tat-titoli jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw u jimplimentaw il-liġijiet u r-regolamenti tat-titoli u biex jamministraw, jissorveljaw u jinfurzaw il-liġijiet eżistenti b'mod konsistenti u kkoordinat. |
|
(8) |
CCP li tfittex li tikkonduċi negozju fi provinċja rilevanti trid tkun awtorizzata mir-regolatur tat-titoli rilevanti. Din l-awtorizzazzjoni tista' tieħu l-forma ta' rikonoxximent jew ta' eżenzjoni mir-rikonoxximent. Ir-rikonoxximent jimplika l-applikazzjoni sħiħa tar-reġim tat-titoli provinċjali rispettiv. Is-CCPs li joperaw f'diversi provinċji rilevanti għandhom jiġu awtorizzati bħala CCP rikonoxxuta minn tal-inqas provinċja waħda u huma soġġetti għall-iktar rekwiżiti stretti fost dawk applikabbli fil-provinċji fejn joperaw. Eżenzjoni mir-rikonoxximent hija ġeneralment provduta lil CCPs rikonoxxuti fi provinċja oħra, u għalhekk soġġetti għal superviżjoni diretta mir-regolatur tat-titoli tal-provinċja fejn is-CCP hi rikonoxxuta, sakemm dawn ma jkunux meqjusa sistemikament importanti jew li joħolqu riskju sinifikanti għas-swieq kapitali mir-regolatur tat-titoli rilevanti. Ir-regolaturi tat-titoli jimponu kundizzjonijiet fuq is-CCPs eżentati minn rikonoxximent, meta dawn is-CCPs ikunu soġġetti ghal rekwiżiti inqas ikkumplikati fil-provinċji fejn huma rikonoxxuti milli fil-provinċji fejn huma eżentati minn rikonoxximent. Il-Bank tal-Kanada jista' wkoll jindika CCPs bħala sistemikament importanti meta jkollhom potenzjal li jippreżentaw riskju sistemiku għas-sistema finanzjarja Kanadiża. |
|
(9) |
Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għal CCPs awtorizzati f'Alberta jikkonsistu fl-Att dwar it-Titoli (Alberta), ir-regoli u r-regolamenti adottati skont dan l-Att, u kull deċiżjoni, direzzjoni jew ordni magħmula jew maħruġa mill-ASC (minn hawn 'il quddiem “il-liġijiet tat-titoli ta' Alberta”). Sabiex tipprovdi servizzi ta' kklerjar f'Alberta, CCP għandha tkun awtorizzata mill-ASC bħala aġenzija tal-ikklerjar rikonoxxuta jew bħala aġenzija tal-ikklerjar eżentata minn rikonoxximent (aġenzija tal-ikklerjar eżentata). Is-CCPs awtorizzati f'Alberta għandhom iħarsu il-liġijiet tat-titoli ta' Alberta. B'mod ġenerali, l-ASC tawtorizza lis-CCPs bħala aġenziji tal-ikklerjar rikonoxxuti, fejn jidhrilha li jkun xieraq li jiġu soġġetti għas-sorveljanza tagħha. Madankollu, l-ASC tista' wkoll isserraħ fuq is-superviżjoni tar-regolaturi tat-titoli għal xi kmamar tal-ikklerjar rikonoxxuti fi provinċji oħra. L-ASC tista' timponi termini u kundizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjoni ta' aġenzija tal-ikklerjar, bħala aġenzija tal-ikklerjar rikonoxxuta jew bħala aġenzija tal-ikklerjar eżentata. L-ASC ħarġet ordnijiet ta' rikonoxximent fir-rigward tal-aġenziji tal-ikklerjar kollha awtorizzati minnha bħala aġenziji tal-ikklerjar rikonoxxuti, li jeżiġu li dawn jikkonformaw mal-Prinċipji għall-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji (il-PFMIs) maħruġa f'April 2012 mill-Kumitat dwar is-Sistemi tal-Pagamenti u s-Saldu (2), u mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli. |
|
(10) |
Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għas-CCPs awtorizzati fil-British Columbia jikkonsistu fl-Att dwar it-Titoli (British Columbia), ir-regoli u r-regolamenti maħruġa skont dan l-Att u l-ordnijiet maħruġa mill-BCSC. Sabiex tipprovdi servizzi ta' kklerjar fil-British Columbia, CCP għandha tkun awtorizzata mill-BCSC jew bħala aġenzija tal-ikklerjar rikonoxxuta jew bħala aġenzija tal-ikklerjar eżentata minn rikonoxximent (aġenzija tal-ikklerjar eżentata), li jiddependi minn għadd ta' fatturi, inkluż l-impatt tal-operazzjonijiet tal-aġenzija tal-ikklerjar fil-British Columbia. Il-BCSC tista' timponi termini u kundizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjoni ta' aġenzija tal-ikklerjar, jew bħala aġenzija tal-ikklerjar rikonoxxuta jew bħala aġenzija tal-ikklerjar eżentata. Il-BCSC ħarġet ordnijiet ta' rikonoxximent fir-rigward tal-aġenziji tal-ikklerjar kollha awtorizzati minnha bħala aġenziji tal-ikklerjar rikonoxxuti, li jeżiġu li dawn l-aġenziji jikkonformaw mal-PFMIs. |
|
(11) |
Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għal CCPs awtorizzati f'Manitoba jikkonsistu fil-Commodity Futures Act (Manitoba), fl-Att dwar it-Titoli (Manitoba) u fir-regoli u l-ordnijiet maħruġa skonthom mill-MSC. Sabiex tkun tista' tipprovdi servizzi ta' kklerjar f'Manitoba, CCP għandha tkun awtorizzata mill-MSC jew bħala kamra tal-ikklerjar rikonoxxuta fir-rigward tal-futuri tal-komoditajiet, jew bħala aġenzija tal-ikklerjar rikonoxxuta fir-rigward ta' titoli oħra, jew bħala kamra jew aġenzija tal-ikklerjar, rispettivament, eżentata minn rikonoxximent (aġenzija jew kamra tal-ikklerjar eżentata). L-MSC tista' timponi termini u kundizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjoni ta' aġenzija jew kamra tal-ikklerjar, jew bħala aġenzija jew kamra tal-ikklerjar rikonoxxuta jew bħala aġenzija jew kamra tal-ikklerjar eżentata. L-MSC ħarġet ordnijiet ta' rikonoxximent fir-rigward tal-aġenziji u l-kmamar tal-ikklerjar kollha awtorizzati minnha bħala aġenziji jew kmamar tal-ikklerjar rikonoxxuti, li jeżiġu li jikkonformaw mal-PFMIs. |
|
(12) |
Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għal CCPs awtorizzati f'Ontario jikkonsistu fl-Att dwar it-Titoli (Ontario), ir-regolamenti u r-regoli maħruġa skont l-Att dwar it-Titoli (Ontario), u d-direzzjonijiet, deċiżjonijiet, ordnijiet, sentenzi jew rekwiżiti oħra skont dan l-Att. Sabiex tkun tista' tipprovdi servizzi ta' kklerjar f'Ontario, CCP għandha tkun awtorizzata mill-OSC bħala aġenzija tal-ikklerjar rikonoxxuta jew bħala aġenzija tal-ikklerjar eżentatata minn rikonoxximent (aġenzija tal-ikklerjar eżentata). L-OSC tista' timponi termini u kundizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjoni ta' aġenzija tal-ikklerjar, jew bħala aġenzija tal-ikklerjar rikonoxxuta jew bħala aġenzija tal-ikklerjar eżentata. L-OSC ħarġet ordnijiet ta' rikonoxximent fir-rigward tal-aġenziji tal-ikklerjar kollha awtorizzati minnha bħala aġenziji tal-ikklerjar rikonoxxuti, li jeżiġu li jikkonformaw mal-PFMIs. |
|
(13) |
Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għal CCPs awtorizzati fil-Québec jikkonsistu fl-Att dwar it-Titoli (Québec), l-Att dwar id-Derivattivi (Québec) u l-Att li jirrigwarda l-Autorité des marchés financiers (AAMF); ir-regolamenti adottati skont l-Att dwar it-Titoli (Québec) u l-Att dwar id-Derivattivi (Québec) u d-deċiżjonijiet u l-ordnijiet maħruġa mill-AMF. Sabiex tkun tista' tipprovdi servizzi ta' kklerjar fil-Québec, CCP għandha tkun awtorizzata mill-AMF jew bħala kamra tal-ikklerjar rikonoxxuta jew bħala kamra tal-ikklerjar eżentata minn rikonoxximent (kamra tal-ikklerjar eżentata). L-AMF tista' timponi termini u kundizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjoni ta' kamra tal-ikklerjar, jew bħala kamra tal-ikklerjar rikonoxxuta jew bħala kamra tal-ikklerjar eżentata. L-AMF ħarġet ordnijiet ta' rikonoxximent fir-rigward tal-kmamar tal-ikklerjar kollha awtorizzati minnha bħala kmamar tal-ikklerjar rikonoxxuti, li jeżiġu li jikkonformaw mal-PFMIs. |
|
(14) |
Il-valutazzjoni ta' ekwivalenza tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs awtorizzati mill-provinċji rilevanti għandha tqis ukoll l-eżitu tal-mitigazzjoni tar-riskju żgurat minnhom f'termini tal-livell ta' riskju li l-membri tal-ikklerjar u ċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni jkunu esposti għalih minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fis-CCPs awtorizzati minnhom. L-eżitu tal-mitigazzjoni tar-riskju huwa determinat kemm mill-livell ta' riskju inerenti fl-attivitajiet ta' kklerjar imwettqa mis-CCP ikkonċernata, li jiddependi mid-daqs tas-suq finanzjarju li topera fih, u minn kemm huma xierqa l-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs biex inaqqsu dak il-livell ta' riskju. Sabiex jinkiseb l-istess eżitu ta' mitigazzjoni tar-riskju, huma meħtieġa rekwiżiti ta' mitigazzjoni tar-riskju aktar stretti għas-CCPs li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fi swieq finanzjarji ikbar li għandhom livell ta' riskju inerenti ogħla, minn dawk ta' CCPs li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fi swieq finanzjarji iżgħar li għandhom livell ta' riskju inerenti iktar baxx. |
|
(15) |
Id-daqs tas-suq finanzjarju fejn is-CCPs awtorizzati fil-provinċji rilevanti jwettqu l-attivitajiet tal-ikklerjar tagħhom huwa ferm iżgħar minn dak fejn iwettqu l-attivitajiet tagħhom is-CCPs stabbiliti fl-Unjoni. B'mod partikolari, tul l-aħħar tliet snin, il-valur totali tat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi kklerjati fil-Kanada rrappreżentaw inqas minn 3 % tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi kklerjati fl-Unjoni. Għalhekk, il-parteċipazzjoni tas-CCPs awtorizzati fil-provinċji rilevanti tesponi lill-membri tal-ikklerjar u liċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal riskji ferm iktar baxxi mill-parteċipazzjoni tagħhom f'CCPs awtorizzati fl-Unjoni. |
|
(16) |
L-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs awtorizzati fil-provinċji rilevanti jistgħu għalhekk jitqiesu bħala ekwivalenti meta dawn ikunu adattati biex itaffu dak il-livell iktar baxx ta' riskju. Ir-regoli applikabbli għal CCPs awtorizzati fil-provinċji rilevanti, inkluż l-ordnijiet ta' rikonoxximent maħruġa mir-regolaturi tat-titoli li jeħtieġu jkunu konformi mal-PFMIs, jimmitigaw il-livell aktar baxx ta' riskju li jeżisti fil-provinċji rilevanti u jiksbu eżitu ta' mitigazzjoni tar-riskju ekwivalenti għal dak mixtieq mir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(17) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-provinċji rilevanti jiżguraw li s-CCPs awtorizzati minnhom jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(18) |
Skont it-tieni kundizzjoni fl-Artikolu 25(6), l-arranġamenti legali u superviżorji fir-rigward tas-CCPs awtorizzati fil-provinċji rilevanti jridu jipprevedu superviżjoni u infurzar effettivi għal dawn is-CCPs fuq bażi kontinwa. |
|
(19) |
Is-superviżjoni tas-CCPs li jkunu awtorizzati f'diversi provinċji għandha ssir b'kooperazzjoni bejn ir-regolaturi tat-titoli tal-provinċji rilevanti. Għal CCPs indikati mill-Bank tal-Kanada li huma kapaċi jippreżentaw riskju sistemiku, is-superviżjoni tas-CCPs issir b'kooperazzjoni bejn ir-regolaturi tat-titoli tal-provinċji rilevanti u l-Bank tal-Kanada. |
|
(20) |
F'Alberta, l-ASC għandha setgħat wiesgħin biex tieħu kull azzjoni rimedjali jew disswassiva kontra aġenzija tal-ikklerjar awtorizzata, kemm jekk tkun rikonoxxuta kif ukoll jekk tkun eżentata minn rikonoxximent, fl-interess pubbliku jew meta aġenzija tal-ikklerjar tkun kisret il-liġijiet tat-titoli ta' Alberta. Kemm l-aġenziji tal-ikklerjar rikonoxxuti kif ukoll dawk eżentati għandhom jipprovdu informazzjoni, dokumenti jew reġistri sabiex tkun żgurata l-konformità mar-regoli applikabbli. L-ASC tista', kemm fir-rigward ta' aġenziji tal-ikklerjar rikonoxxuti kif ukoll fir-rigward ta' dawk eżentati, timponi penali amministrattivi u tissospendi, tibdel it-termini jew tirrevoka r-rikonoxximent ta' aġenzija tal-ikklerjar jew l-ordni li teżenta lil aġenzija tal-ikklerjar minn rikonoxximent. L-ASC tista' wkoll titlob dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' konformità mill-qrati, tibda proċeduri ġudizzjarji oħra u twettaq investigazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw fl-impożizzjoni ta' varjetà ta' sanzjonijiet. Xi penali jistgħu wkoll jiġu imposti fuq diretturi u uffiċjali ta' persuni jew kumpaniji, jew fuq persuni oħra li jawtorizzaw, jippermettu jew jikkonsentu li jsir ksur tal-liġijiet tat-titoli ta' Alberta. Barra minn hekk, fir-rigward ta' aġenziji tal-ikklerjar rikonoxxuti, l-ASC twettaq verifiki fuq il-post, konsultazzjonijiet regolari u eżami u analiżi tal-preżentati, u tista' tieħu deċiżjonijiet fir-rigward ta' kull regola, proċedura jew prattika interna ta' kull aġenzija tal-ikklerjar rikonoxxuta jekk l-ASC tqis li jkun fl-interess pubbliku li dan isir. |
|
(21) |
Fil-British Columbia, il-BCSC twettaq sorveljanza kontinwa tal-aġenziji tal-ikklerjar rikonoxxuti, permezz ta' spezzjonijiet perjodiċi fuq il-post u komunikazzjoni regolari mal-maniġment għoli tal-aġenzija tal-ikklerjar, kif ukoll permezz ta' reviżjoni tal-informazzjoni rrappurtata mill-aġenzija tal-ikklerjar u konformità mar-rekwiżiti tal-aġenzija tal-ikklerjar rigward ġestjoni tar-riskji, fost oħrajn. Il-BCSC għandha setgħat wiesgħin biex tieħu kull azzjoni rimedjali jew dissważiva kontra aġenzija tal-ikklerjar rikonoxxuta, fl-interess pubbliku jew meta l-aġenzija tal-ikklerjar tkun kisret l-Att dwar it-Titoli (British Columbia). Dawn l-azzjonijiet jinkludu t-teħid ta' kull deċiżjoni dwar ordinamenti, regoli, proċeduri jew prattiki, jew dwar il-mod li bih l-aġenzija tal-ikklerjar rikonoxxuta tikkonduċi in-negozju, u jistgħu jagħtu ordnijiet fir-rigward tal-aġenzija tal-ikklerjar rikonoxxuta, inklużi s-sospensjoni jew ir-revoka tar-rikonoxximent tal-aġenziji tal-ikklerjar, kif ukoll jistgħu jikkonduċu investigazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw fl-impożizzjoni ta' sanzjonijiet. |
|
(22) |
F'Manitoba, l-MSC twettaq sorveljanza kontinwa ta' aġenziji tal-ikklerjar awtorizzati, li huma rikonoxxuti jew eżentati minn rikonoxximent. Madankollu, l-aġenziji tal-ikklerjar eżentati huma soġġetti għal sorveljanza iktar limitata mill-MSC. Għal aġenziji jew kmamar tal-ikklerjar rikonoxxuti, is-sorveljanza ssir permezz ta' analiżijiet tar-rapporti perjodiċi, spezzjonijiet perjodiċi fuq il-post, komunikazzjoni regolari mal-maniġment għoli tal-aġenzija jew kamra tal-ikklerjar u valutazzjoni annwali ta' riskji u kontrolli. L-MSC għandha diversi għodod disponibbli sabiex tirrimedja għall-ksur ta' ċerti rekwiżiti minn aġenzija jew kamra awtorizzata, li tkun rikonoxxuta jew eżentata, inklużi li timponi termini jew kundizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjoni tal-aġenzija tal-ikklerjar, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-ordnijiet ta' awtorizzazzjoni tal-aġenzija jew il-kamra tal-ikklerjar, jew li tikkonduċi investigazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw fl-impożizzjoni ta' multi u sanzjonijiet oħra. |
|
(23) |
F'Ontario, l-OSC twettaq sorveljanza kontinwa tas-CCPs awtorizzati bħala aġenziji tal-ikklerjar rikonoxxuti, permezz ta' spezzjonijiet perjodiċi fuq il-post u komunikazzjoni regolari mal-maniġment għoli tal-aġenzija tal-ikklerjar, eżami regolari tar-riski u l-kontrolli, kif ukoll permezz ta' reviżjoni tal-informazzjoni rrappurtata mill-aġenzija tal-ikklerjar u tal-konformità mar-rekwiżiti tal-aġenzija tal-ikklerjar rigward ġestjoni tar-riskji, fost oħrajn. Madankollu, l-aġenziji tal-ikklerjar eżentati huma soġġetti għal sorveljanza iktar limitata mill-OSC. L-OSC għandha setgħat wiesgħin biex tieħu kull deċiżjoni dwar kull ordinament, regola u proċedura ta' aġenzija tal-ikklerjar rikonoxxuta, u fir-rigward tal-mod li bih l-aġenzija tal-ikklerjar rikonoxxuta tikkonduċi n-negozju tagħha, u biex tieħu kull azzjoni rimedjali jew disswassiva kontra aġenzija tal-ikklerjar awtorizzata, li tkun rikonoxxuta jew eżentata minn rikonoxximent, fejn dan ikun fl-interess pubbliku jew meta aġenzija tal-ikklerjar tkun kisret l-Att dwar it-Titoli (Ontario). Dawn l-azzjonijiet jinkludu l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet jew ta' ordnijiet rigward l-aġenzija tal-ikklerjar, l-impożizzjoni ta' termini, kundizzjonijiet, restrizzjonijiet jew rekwiżiti dwar l-aġenzija tal-ikklerjar, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-awtorizzazzjoni tal-aġenzija tal-ikklerjar, kif ukoll it-twettiq ta' investigazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw fl-impożizzjoni ta' multi u penali. |
|
(24) |
Fil-Québec, l-AMF hija vestita b'awtorità sħiħa ta' sorveljanza fuq l-attivitajiet kollha tal-kmamar tal-ikklerjar awtorizzati, u tissorvelja l-konformità tas-CCPs mal-Att dwar it-Titoli (Québec), mal-Att dwar id-Derivattivi (Québec) u mal-AAMF. Dawn l-atti jistabbilixxu l-qafas legali ġenerali applikabbli għall-kontroll finanzjarju li l-AMF teżerċita' fuq l-entitajiet finanzjarji li tissupervizza jew tissorvelja, bħalma huma il-kmamar tal-ikklerjar awtorizzati. L-AMF għandha l-poter, fuq kull kamra tal-ikklerjar awtorizzata, li titlob informazzjoni, li titlob is-sottomissjoni għal eżaminazzjoni taħt ġurament, li twettaq investigazzjoni u li tikkonduċi spezzjonijiet fuq il-post. L-AMF għandha diversi għodod disponibbli sabiex tirrimedja ksur tar-rekwiżiti minn kmamar tal-ikklerjar. Dawn jinkludu s-setgħa li tissospendi l-applikazzjoni tar-regoli interni u l-proċeduri ta' kamra tal-ikklerjar rikonoxxuta, li tordna emenda għal dispożizzjoni jew prattika ta' kamra tal-ikklerjar rikonoxxuta sabiex tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi applikabbli, li tieħu azzjoni kontra kamra tal-ikklerjar awtorizzata biex tiżgura l-konformità mal-impriżi mogħtija lill-AMF jew mar-rekwiżiti legali applikabbli, li timponi multi lil kamra tal-ikklerjar awtorizzata, u li timmodifika, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjonijiet jew l-eżenzjonijiet kollha, jew parti minnhom, mogħtija lil kamra tal-ikklerjar. |
|
(25) |
Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-provinċji rilevanti fir-rigward ta' CCPs awtorizzati minnhom jipprovdu superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa. |
|
(26) |
Skont it-tielet kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-provinċji rilevanti jridu jinkludu sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' CCPs awtorizzati skont ir-reġimi legali ta' pajjiż terz (“CCPs ta' pajjiż terz”). |
|
(27) |
CCPs ta' pajjiżi terzi li qed ifittxu li jkomplu jagħmlu n-negozju bħala aġenzija jew kamra tal-ikklerjar fil-British Columbia u f'Manitoba jistgħu japplikaw, u f'Alberta, Ontario u Québec għandhom japplikaw għal rikonoxximent jew għal eżenzjoni mir-rikonoxximent fil-provinċja rilevanti, li jippermettulhom li jipprovdu l-istess servizzi tal-ikklerjar fil-Kanada bħalma' huma awtorizzati jipprovdu fil-pajjiż terz, suġġetti għat-termini u kundizzjonijiet adegwati tar-rikonoxximent jew tal-ordni ta' eżenzjoni. L-eżenzjoni tista' tkun disponibbli fejn is-CCP tal-pajjiż terz mhijiex sistemikament importanti għas-suq provinċjali, jew inkella meta ma tirrappreżentax b'xi mod ieħor riskju sinifikanti għas-swieq kapitali, sakemm tkun soġġetta għal reġim regolatorju komparabbli. Madankollu, anke fil-każ li s-CCP tal-pajjiż terz hija mitluba li tikseb rikonoxximent, l-awtoritajiet jistgħu jiddependu fuq is-sorveljanza tar-regolaturi tal-pajjiżi terz, fejn ir-regolament applikabbli għas-CCP tal-pajjiż terz ikun komparabbli mar-regolament applikabbli skont ir-reġim provinċjali rilevanti. |
|
(28) |
Filwaqt li ta' min jinnota li l-istruttura tal-proċedura ta' rikonoxximent tar-reġim legali tal-provinċji rilevanti fil-Kanada applikabbli għal CCPs ta' pajjiżi terzi hija differenti mill-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandha madankollu tiġi kkunsidrata bħala waħda li tipprovdi sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi. |
|
(29) |
Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistgħu għalhekk jiġu kkunsidrati milħuqa mill-arranġamenti legali u superviżorji tal-provinċji rilevanti fil-Kanada, u dawn l-arranġamenti legali u superviżorji għandhom jitqiesu ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja fuq bażi regolari l-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju għas-CCPs fil-provinċji rilevanti, u tara li qed jitwettqu l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni. |
|
(30) |
Ir-reviżjoni regolari tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli fil-Kanada għas-CCPs awtorizzati hemmhekk għandha tkun mingħajr preġidizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq eżami speċifiku fi kwalunkwe ħin barra l-ambitu tal-analiżi ġenerali, fejn l-iżviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja għall-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid l-ekwivalenza mogħtija b'din id-deċiżjoni. Tali valutazzjoni mill-ġdid tista' twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza. |
|
(31) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-provinċji Kanadiżi ta' Alberta, il-British Columbia, Manitoba, Ontario u Québec, li jikkonsistu fl-Att dwar it-Titoli (Alberta), l-Att dwar it-Titoli (British Columbia), l-Att dwar il-Futur tal-Komoditajiet (Manitoba), l-Att dwar it-Titoli (Manitoba), l-Att dwar it-Titoli (Ontario), l-Att dwar it-Titoli (Québec), l-Att dwar id-Derivattivi (Québec), l-Att rigward l-Autorité des marchés financiers, u r-regoli, regolamenti, deċiżjonijiet, struzzjonijiet u ordnijiet adottati skonthom, inklużi l-ordnijiet ta' rikonoxximent applikabbli għas-CCPs awtorizzati minnhom, għandhom jitqiesu li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Mill-1 ta' Settembru 2014, il-Kumitat dwar is-Sistemi ta' Pagament u s-Saldu biddel ismu għal Kumitat dwar l-Infrastrutturi tal-Pagament u tas-Suq (“CPMI”).
|
14.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/38 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2041
tat-13 ta' Novembru 2015
dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Messiku dwar il-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-proċedura għar-rikonoxximent ta' kontropartijiet ċentrali (“CCPs”) stabbiliti f'pajjiżi terzi stipulata fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandha l-għan li tippermetti lis-CCPs stabbiliti u awtorizzati f'pajjiżi terzi li għandhom standards regolatorji ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dak ir-Regolament, li jipprovdu servizzi ta' kklerjar lill-membri tal-ikklerjar jew liċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni. Għalhekk, din il-proċedura ta' rikonoxximent u d-deċiżjonijiet ta' ekwivalenza previsti fiha jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jitnaqqas ir-riskju sistemiku billi jiġi estiż l-użu ta' CCPs sikuri u sodi biex jikklerjaw il-kuntratti tad-derivattivi barra l-borża (“OTC”), inkluż fejn dawk is-CCPs ikunu stabbiliti u awtorizzati f'pajjiż terz. |
|
(2) |
Sabiex reġim legali ta' pajjiż terz jitqies bħala ekwivalenti għar-reġim legali tal-Unjoni fir-rigward ta' CCPs, l-eżitu sostanzjali tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għandu jkun ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-Unjoni rigward l-objettivi regolatorji li jiksbu. L-għan ta' din il-valutazzjoni ta' ekwivalenza huwa għalaqstant biex jiġi vverifikat li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Messiku jiżguraw li s-CCPs stabbiliti u awtorizzati hemmhekk ma jesponux lil membri tal-ikklerjar u liċ-ċentri ta' negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal livell ogħla ta' riskju milli dawn tal-aħħar kieku jkunu esposti għalih minn CCPs awtorizzati fl-Unjoni u, bħala konsegwenza, ma joħolqux livelli ta' riskju sistemiku li mhumiex aċċettabli fl-Unjoni. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni mhijiex ibbażata biss fuq analiżi komparattiva tar-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għas-CCPs fil-Messiku, iżda bbażata wkoll fuq il-valutazzjoni tal-eżitu ta' dawn ir-rekwiżiti, u fuq l-adegwatezza tagħhom biex inaqqsu r-riskji li l-membri tal-ikklerjar u ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jkunu esposti għalihom b'mod li jista' jitqies ekwivalenti għall-effetti tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għalhekk, ir-riskji ferm aktar baxxi inerenti f'attivitajiet ta' kklerjar imwettqa fis-swieq finanzjarji li huma iżgħar mis-suq finanzjarju tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati b'mod partikolari. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, iridu jintlaħqu tliet kundizzjonijiet sabiex jiġi determinat li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' pajjiż terz rigward is-CCPs awtorizzati hemmhekk huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, is-CCPs awtorizzati f'pajjiż terz iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(6) |
Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-Messiku għas-CCPs awtorizzati hemmhekk jikkonsistu fir-regoli applikabbli għall-parteċipanti fis-suq ta' kuntratti tad-derivattivi maħruġa mill-Bank tal-Messiku, mill-Comisión Nacional Bancaria y de Valores (CNBV) u mis-Secretaría de Hacienda y Crédito Público (SHCP) u mir-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-parteċipanti fis-suq tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati u maħruġa mis-CNBV (minn hawn' il quddiem imsemmija flimkien bħala “ir-regoli primarji”). Ir-regoli primarji jistabbilixxu r-rekwiżiti li s-CCPs iridu jikkonformaw magħhom fuq bażi kontinwa biex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi ta' kklerjar fil-Messiku. CCPs stabbiliti fil-Messiku għandhom jiġu awtorizzati mill-SHCP, abbażi tal-opinjoni tas-CNBV u tal-Bank tal-Messiku. |
|
(7) |
Kemm is-CNBV kif ukoll il-Bank tal-Messiku ħarġu stqarrijiet ta' politika li jispjegaw li s-CCPs awtorizzati fil-Messiku huma mitluba jirrispettaw il-Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji (“il-PFMIs”) maħruġa f'April 2012 mill-Kumitat dwar is-Sistemi tal-Pagamenti u s-Saldu (2) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli. |
|
(8) |
Skont ir-regoli primarji, is-CCPs għandhom jadottaw regoli u proċeduri interni li jinkludu l-aspetti rilevanti kollha relatati mal-funzjoni tagħhom, inklużi s-salvagwardji biex jimmaniġġjaw il-kreditu, il-likwidità u r-riskju operazzjonali. Dawn ir-regoli u l-proċeduri interni jeħtieġu li jiġu approvati mill-SHCP, abbażi tal-opinjoni tal-Bank tal-Messiku u s-CNBV. Barra minn hekk, dawn ir-regoli u proċeduri interni ma jistgħux jiġu emendati jekk is-SHCP, is-CNBV jew il-Bank tal-Messiku joġġezzjonaw għal dan l-amendar. Il-proċeduri u r-regoli interni tas-CCPs jew l-emendi tagħhom jistgħu wkoll jiġu approvati soġġetti għal ċerti emendi. L-istess proċedura tapplika għall-approvazzjoni u l-modifikazzjoni tad-dokumentazzjoni korporattiva. Barra minn hekk, il-metodoloġiji għall-kalkolu tar-riżorsi finanzjarji u l-pjan ta' likwidità tas-CCP huma suġġetti għall-approvazzjoni tal-Bank tal-Messiku u għall-opinjoni tas-CNBV. |
|
(9) |
Għaldaqstant, ir-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-Messiku jinkludu struttura fuq żewġ livelli. Il-prinċipji ewlenin għas-CCPs stabbiliti fir-regoli primarji, jistabbilixxu l-istandards ta' livell għoli li s-CCPs iridu jikkonformaw magħhom sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jipprovdu servizzi ta' kklerjar fil-Messiku. Dawn ir-regoli primarji jinkludu l-ewwel livell tar-rekwiżiti legalment vinkolanti fil-Messiku. Sabiex jagħtu prova li huma konformi mar-regoli primarji, is-CCPs iridu jressqu r-regoli u l-proċeduri interni tagħhom, id-dokumentazzjoni korporattiva tagħhom, il-metodoloġiji tagħhom għall-kalkolu tar-riżorsi finanzjarji u l-pjan ta' likwidità tas-CCP sabiex jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn ir-regoli u proċeduri interni, id-dokumentazzjoni korporattiva, il-pjan ta' likwidità u l-metodoloġiji għall-kalkolu tar-riżorsi finanzjarji tas-CCP jinkludu t-tieni livell ta' rekwiżiti legalment vinkolanti fil-Messiku, li jridu jippreskrivu fid-dettall il-mod li bih is-CCP se tissodisfa dawk l-istandards. Is-CNBV u l-Bank tal-Messiku jivvalutaw il-konformità tas-CCP ma' dawk l-istandards u dawk tal-PFMIs. Ladarba jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti, ir-regoli u proċeduri interni, id-dokumentazzjoni korporattiva, il-pjan ta' likwidità u l-metodoloġiji għall-kalkolu tar-riżorsi finanzjarji tas-CCP jsiru legalment vinkolanti fuq is-CCP. |
|
(10) |
Il-valutazzjoni ta' ekwivalenza tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs stabbiliti fil-Messiku għandha tqis ukoll l-eżitu tat-tnaqqis tar-riskju li huma jiżguraw f'termini tal-livell ta' riskju li l-membri tal-ikklerjar u ċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni jkunu esposti għalih minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fis-CCPs stabbiliti fil-Messiku. L-eżitu tal-mitigazzjoni tar-riskju huwa determinat kemm mil-livell ta' riskju inerenti fl-attivitajiet ta' kklerjar imwettqa mis-CCP kkonċernata, li jiddependi mid-daqs tas-suq finanzjarju li topera fih, u minn kemm huma xierqa l-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs biex inaqqsu dak il-livell ta' riskju. Sabiex jinkiseb l-istess eżitu tal-mitigazzjoni tar-riskju, huma meħtieġa rekwiżiti ta' mitigazzjoni tar-riskji aktar stretti għas-CCPs li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fi swieq finanzjarji ikbar, li għandhom livell ta' riskju inerenti ogħla minn dak ta' CCPs li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fi swieq finanzjarji iżgħar, li għandhom livell ta' riskju inerenti iktar baxx. |
|
(11) |
Id-daqs tas-suq finanzjarju li fih is-CCPs awtorizzati mill-Messiku jwettqu l-attivitajiet tal-ikklerjar tagħhom huwa ferm iżgħar minn dak fejn iwettqu l-attivitajiet tagħhom is-CCPs stabbiliti fl-Unjoni. B'mod partikolari, tul l-aħħar tliet snin, il-valur totali tat-tranżazzjonijiet derivattivi kklerjati fil-Messiku rrappreżentaw inqas minn 1 % tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet ikklerjati fl-Unjoni. Għalhekk, il-parteċipazzjoni f'CCPs stabbiliti fil-Messiku tesponi lill-membri tal-ikklerjar u liċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal riskji ferm iktar baxxi mill-parteċipazzjoni tagħhom f'CCPs awtorizzati fl-Unjoni. |
|
(12) |
L-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs stabbiliti fil-Messiku jistgħu għalhekk jitqiesu bħala ekwivalenti meta dawn ikunu addattati biex itaffu dak il-livell iktar baxx ta' riskju. Ir-regoli primarji applikabbli għas-CCPs awtorizzati fil-Messiku, ikkumplimentati mir-regoli u l-proċeduri interni, mid-dokumentazzjoni korporattiva, mill-pjan ta' likwidità u mill-metodoloġiji għall-kalkolu tar-riżorsi finanzjarji tas-CCPs, li jimplimentaw il-PFMIs, inaqqsu l-livell aktar baxx ta' riskju li jeżisti fil-Messiku, u jiksbu eżitu tal-mitigazzjoni tar-riskju li huwa ekwivalenti għal dak imfittex mir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Messiku jiżguraw li s-CCPs awtorizzati hemmhekk jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(14) |
Skont it-tieni kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Messiku fir-rigward ta' CCPs awtorizzati hemmhekk iridu jipprovdu superviżjoni u infurzar effettivi ta' dawn is-CCPs fuq bażi kontinwa. |
|
(15) |
Is-superviżjoni ta' CCPs awtorizzati fil-Messiku hija mwettqa mis-CNBV u mill-Bank tal-Messiku fl-ambitu tal-kamp ta' applikazzjoni tas-setgħat ta' kull awtorità. Is-CNBV u l-Bank tal-Messiku għandhom is-setgħa li jagħmlu monitoraġġ kontinwu tal-konformità tas-CCPs mar-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għalihom. F'dan is-sens, is-CNBV u l-Bank tal-Messiku jistgħu jitolbu informazzjoni minn CCPs, iwettqu verifiki fuq il-post, joħorġu istruzzjonijiet biex jiġi rimedjat kull ksur jew ksur potenzjali tar-rekwiżiti prudenzjali jew prattiki li huwa kontra l-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji, u jistgħu jordnaw lis-CCPs biex joħolqu miżuri ta' kontroll intern u ta' kontroll tar-riskju. Is-CNBV tista' wkoll tneħħi l-maniġment, xi membri ta' kumitati speċifiċi u aġenti oħra tas-CCP. Barra minn hekk, is-SHCP, abbażi tal-opinjoni tas-CNBV u tal-Bank tal-Messiku, għandha s-setgħa li tirtira l-awtorizzazzjoni tas-CCP. Is-CNBV u l-Bank tal-Messiku jistgħu wkoll jimponu miżuri ta' dixxiplina, kif ukoll multi, lil CCPs għal nuqqas ta' konformità mal-provvedimenti applikabbli. |
|
(16) |
Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Messiku fir-rigward ta' CCPs awtorizzati hemmhekk jipprovdu għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa. |
|
(17) |
Skont it-tielet kundizzjoni tal-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Messiku jridu jinkludu sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' CCPs awtorizzati skont reġimi legali ta' pajjiżi terzi (“CCPs ta' pajjiżi terzi”). |
|
(18) |
Il-Bank tal-Messiku jista' jirrikonoxxi d-derivattivi tal-ikklerjar tas-CCPs ta' pajjiżi terzi li huma awtorizzati f'pajjiżi terzi fejn l-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs awtorizzati minnhom jiżguraw riżultati simili għal dawk garantiti mill-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli fil-Messiku u li jikkonformaw mal-PFMIs. Barra minn hekk, is-CCPs ta' pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni effettiva li tiżgura konformità mal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli. Il-konklużjoni ta' memorandum ta' qbil bejn il-Bank tal-Messiku jew is-CNBV u l-awtorità superviżorja kompetenti tal-pajjiż terz tas-CCP li qed tapplika hija meħtieġa wkoll sabiex jingħata rikonoxximent. |
|
(19) |
Il-proċedura ta' rikonoxximent tar-reġim legali tal-Messiku applikabbli għal CCPs ta' pajjiżi terzi għandha għalhekk tiġi meqjusa bħala mezz biex tipprovdi sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi. |
|
(20) |
Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 huma għalhekk ikkunsidrati milħuqa mill-arranġamenti legali u superviżorji tal-Messiku rigward CCPs awtorizzati hemmhekk, u dawn l-arranġamenti legali u superviżorji għandhom jitqiesu ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-Kummissjoni għandha tkompli ssegwi fuq bażi kontinwa l-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju għas-CCPs fil-Messiku u t-twettiq tal-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni. |
|
(21) |
Ir-reviżjoni regolari tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli fil-Messiku għas-CCPs awtorizzati hemmhekk għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq eżami speċifiku fi kwalunkwe ħin barra mill-ambitu tal-analiżi ġenerali, fejn l-iżviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja għall-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid l-ekwivalenza mogħtija minn din id-deċiżjoni. Tali valutazzjoni mill-ġdid tista' twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza. |
|
(22) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Messiku li jikkonsistu f'regoli applikabbli għal parteċipanti fis-suq ta' kuntratti tad-derivattivi, u r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għal parteċipanti fis-suq ta' kuntratti tad-derivattivi elenkati, flimkien mad-dikjarazzjonijiet ta' politika maħruġa mis-CNBV u mill-Bank tal-Messiku dwar l-applikazzjoni tal-Prinċipji għall-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji, u li huma applikabbli għas-CCPs awtorizzati minnhom għandhom jitqiesu ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir- Regolament (UE) Nru 648/2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Mill-1 ta' Settembru 2014, il-Kumitat dwar is-Sistemi ta' Pagament u s-Saldu biddel ismu għal Kumitat dwar is-Sistemi ta' Pagament u tal-Infrastrutturi tas-Suq.
|
14.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/42 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2042
tat-13 ta' Novembru 2015
dwar l-ekwivalenza bejn il-qafas regolatorju tal-Iżvizzera għall-kontropartijiet ċentrali u r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-proċedura għar-rikonoxximent tal-kontropartijiet ċentrali (“CCPs”) stabbiliti f'pajjiżi terzi stipulata fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha l-għan li tippermetti lis-CCPs stabbiliti u awtorizzati f'pajjiżi terzi li l-istandards regolatorji tagħhom huma ekwivalenti għal dawk stipulati f'dan ir-Regolament li jipprovdu servizzi tal-ikklirjar lill-membri tal-ikklirjar jew lil ċentri ta' negozjar stabbiliti fl-Unjoni. Għalhekk, din il-proċedura ta' rikonoxximent u d-deċiżjoni ta' ekwivalenza prevista fiha jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex jitnaqqas ir-riskju sistemiku billi jiġi estiż l-użu ta' CCPs sikuri u sodi sabiex jikklerjaw il-kuntratti tad-derivattivi barra mill-borża (“OTC”), anke meta dawn is-CCPs ikunu stabbiliti u awtorizzati f'pajjiż terz. |
|
(2) |
Sabiex reġim legali ta' pajjiż terz jitqies bħala ekwivalenti għar-reġim legali tal-Unjoni fir-rigward ta' CCPs, l-eżitu sostanzjali tal-arranġamenti applikabbli legali u superviżorji għandu jkun ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-Unjoni rigward l-objettivi regolatorji li jiksbu. L-għan ta' din il-valutazzjoni ta' ekwivalenza huwa għalaqstant sabiex jiġi vverifikat li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Iżvizzera jiżguraw li s-CCPs stabbiliti u awtorizzati hemm ma jesponux lil membri tal-ikklirjar u liċ-ċentri ta' negozjar stabbiliti fl-Unjoni għal livell ogħla ta' riskju milli dawn tal-aħħar jistgħu jkunu esposti għalih minn CCPs awtorizzati fl-Unjoni u, bħala konsegwenza, ma joħolqux livelli sistemiċi ta' riskju li mhumiex aċċettabli fl-Unjoni. |
|
(3) |
Fl-1 ta' Settembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet il-parir tekniku tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”) dwar l-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli għas-CCPs awtorizzati fl-Iżvizzera. Dan il-parir tekniku jikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli, fuq livell ġuridizzjonali, jiżguraw li s-CCPs awtorizzati fl-Iżvizzera jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, iridu jintlaħqu tliet kundizzjonijiet sabiex jiġi determinat li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' pajjiż terz rigward is-CCPs awtorizzati hemmhekk huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, is-CCPs awtorizzati f'pajjiż terz iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(6) |
Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-Iżvizzera għal kontropartijiet ċentrali awtorizzati hemmhekk jikkonsistu fl-Ordinanza tal-Bank Nazzjonali tat-18 ta' Marzu 2004 (“l-Ordinanza tal-Bank Nazzjonali”) u r-regolamenti adottati skontha mill-Bank Nazzjonali Żvizzeru (“SNB”), flimkien mal-Att Federali dwar Banek u Banek tat-Tfaddil (“l-Att dwar il-Banek”) u l-ordinanzi u ċ-ċirkolari maħruġa mill-Awtorità Superviżjorja tas-Suq Finanzjarju Żvizzeru (“FINMA”). L-Ordinanza tal-Bank Nazzjonali ġiet riveduta riċentement bl-għan li timplimenta l-Prinċipji għall-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji (“il-PFMIs”) maħruġa mis-CPSS-IOSCO u li tikseb ekwivalenza mar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-qafas regulatorju rivedut identifika għadd ta' differenzi bejn ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli, f'livell ġuridiku, għas-CCPs fl-Iżvizzera, u r-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għas-CCPs skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Madankollu, l-SNB ħareġ Rapport ta' Spjegazzjoni dwar ir-reviżjoni parzjali tal-Ordinanza tal-Bank Nazzjonali li jipprovdi gwida interpretattiva dwar l-Ordinanza tal-Bank Nazzjonali, u li fih spjega, b'mod partikulari, li l-Ordinanza tal-Bank Nazzjonali riveduta timplimenta l-PFMIs u li l-Ordinanza tal-Bank Nazzjonali għandha tiġi interpretata b'kont meħud tal-PFMIs u t-Titoli IV u V tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(7) |
Barra minn hekk, is-CCPs awtorizzati fl-Iżvizzera għandhom jadottaw statuti, regolamenti tal-organizzazzjoni u r-regolament tal-kompetenzi u ċertu politiki organizzazzjonali (regolamenti u politiki organizzazzjonali), li jridu jippreskrivu fid-dettall il-mod li bih dawk is-CCP ser jissodisfaw dawk l-istandards b'konformità ma', kif spjegat fir-Rapport ta' Spjegazzjoni dwar ir-reviżjoni parzjali tal-Ordinanza tal-Bank Nazzjonali, l-PFMIs u r-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(8) |
Kemm l-SNB kif ukoll il-FINMA jikkondividu funzjonijiet regolatorji u superviżorji rigward is-CCPs u jikkoperaw fl-eżerċizzju ta' dawk il-funzjonijiet. Is-CCPs stabbiliti fl-Iżvizzera huma awtorizzati bħala banek mill-FINMA. Il-FINMA tista' teżenta lis-CCPs mill-konformità ma' ċerti dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Banek u tadatta d-dispożizzjonijiet tagħha biex tieħu in kunsiderazzjoni l-attivitajiet tal-ikklirjar u l-profil tar-riskju tas-CCPs. Iċ-ċirkolarijiet tal-FINMA jindirizzaw, fost affarijiet oħra, is-solvenza, il-governanza, l-immaniġġjar tar-riskju, l-awditjar u r-rappurtaġġ. |
|
(9) |
Għaldaqstant, ir-rekwiżiti legalment vinkolanti tal-Iżvizzera għandhom struttura fuq żewġ livelli. Il-prinċipji ewlenin għas-CCPs stabbiliti fl-Att dwar il-Banek u l-Ordinanza tal-Bank Nazzjonali u r-regolamenti, l-ordnijiet u ċ-ċirkolari maħruġa skont dawn (“ir-regoli primarji”), jistabbilixxu l-istandards ta' livell għoli li s-CCPs iridu jkunu konformi magħhom sabiex jakkwistaw il-liċenzja biex jipprovdu sevizzi tal-ikklirjar fl-Iżvizzera. Dawn ir-regoli primarji jikkostitwixxu l-ewwel livell ta' rekwiżiti legalment vinkolanti fl-Iżvizzera. Sabiex jagħtu prova tal-konformità mar-regoli primarji, is-CCPs awtorizzati fl-Iżvizzera jridu jissottomettu r-regolamenti u l-politiki organizzazzjonali tagħhom lill-FINMA għall-approvazzjoni. Dawn ir-regolamenti u politiki organizzazzjonali jikkostitwixxu t-tieni livell ta' rekwiżiti legalment vinkolanti fl-Iżvizzera. Ladarba jiġu approvati mill-FINMA, dawn ir-regolamenti u politiki organizzazzjonali jsiru legalment vinkolanti fuq is-CCP. Dawk ir-regolamenti u l-politiki għalhekk jiffurmaw parti integrali mill-arranġamenti legali u superviżorji li s-CCP awtorizzata fl-Iżvizzera trid tikkonforma magħhom. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli primarji jew mar-regolamenti u politiki organizzazzjonali tas-CCP, il-FINMA għandha s-setgħa li tieħu azzjonijiet amministrattivi kontra s-CCP, inkluż ir-revoka tal-liċenzja bankarja tas-CCP kkonċernata. |
|
(10) |
Ir-regoli primarji applikabbli għas-CCPs, ikkumplimentati mir-regolamenti u l-politiki organizzazzjonali tagħhom, jagħtu riżultati sostanzjali ekwivalenti għall-effetti tar-regoli li jinsabu fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. B'mod partikolari, ir-rekwiżiti legalment vinkolanti applikabbli għas-CCPs attwalment awtorizzati fl-Iżvizzera rigward in-numru ta' inadempjenzi koperti mir-riżorsi finanzjarji totali, ir-riskju tal-likwidità, il-kontinwità tan-negozju, ir-rekwiżiti tal-kollateral, il-politika ta' investiment, ir-riskju tas-saldu, is-segregazzjoni u l-portabilità, il-kalkolu ta' marġni inizjali u l-governanza, inklużi r-rekwiżiti organizzazzjonali, ir-rekwiżiti relatati mal-maniġment għoli, il-kumitat tar-riskju, iż-żamma tar-rekords, il-parteċipazzjonijiet kwalifikanti, l-informazzjoni trażmessa lill-awtorità kompetenti, il-kunflitt ta' interess, l-esternalizzazzjoni u t-tmexxija tan-negozju, jagħtu riżultati sostanzjali ekwivalenti għal dawk stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, u għalhekk għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Iżvizzera jiżguraw li s-CCPs awtorizzati hemmhekk jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(12) |
Skont it-tieni kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Iżvizzera fir-rigward ta' CCPs awtorizzati hemmhekk iridu jipprovdu għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi ta' dawn is-CCPs fuq bażi kontinwa. |
|
(13) |
Is-CCPs awtorizzati fl-Iżvizzera huma soġġetti għal superviżjoni kontinwa mill-FINMA u sorveljanza kontinwa mill-SNB, bl-għan li jimmonitorjaw it-tkomplija tal-konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti regolatorji applikabbli l-oħra. Is-CCPs awtorizzati fl-Iżvizzera huma soġġetti għal awditu annwali. Is-CCPs għandhom jipprovdu lill-entità tal-awditjar bl-informazzjoni mitluba għat-twettiq tal-awditu. Jekk l-entità tal-awditjar tidentifika ksur tad-dispożizzjonijiet superviżorji jew irregolaritajiet oħra, din tagħti lis-CCP kkonċernata perjodu biex terġa' tistabbilixxi l-konformità u tinforma lill-FINMA jekk il-konformità ma tiġix restawrata. F'każ ta' ksur serju tad-dispożizzjonijiet ta' superviżjoni jew ta' irregolaritajiet serji, l-entità tal-awditjar tinnotifika lill-FINMA direttament. Barra minn hekk, kemm is-CCPs kif ukoll l-entitajiet tal-awditjar jridu jipprovdu lill-FINMA bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti tagħha u għandhom jirrappurtaw minnufih lilha kull inċident li huwa ta' importanza sostanzjali għas-superviżjoni. Barra minn hekk, il-FINMA twettaq ukoll analiżijiet fuq il-post immirati, tirrevedi rapporti perjodiċi u tiltaqa' regolarment mal-amministrazzjoni u l-persunal tas-CCP. |
|
(14) |
Il-FINMA tista' tadotta miżuri speċifiċi meta tikkonkludi li jkun sar ksur tal-arranġamenti legali u superviżorji. B'mod partikolari, il-FINMA tista' timponi projbizzjoni fuq persuna milli taġixxi f'pożizzjoni maniġerjali jew tikkonfiska l-profitti magħmula bħala riżultat ta' ksur. Il-FINMA tista' wkoll taħtar aġent ta' investigazzjoni biex jinvestiga ċ-ċirkostanzi speċifiċi rigward il-ksur tal-arranġamenti legali u superviżorji jew biex jimplimenta l-miżuri ta' superviżjoni li tkun ordnat. Is-CCP taħt investigazzjoni għandha tagħti lill-aġent ta' investigazzjoni aċċess għall-kwartieri tagħha u tipprovdi l-informazzjoni u d-dokumenti kollha lill-uffiċjal ta' investigazzjoni li jkun qed iwettaq l-investigazzjoni. Fl-aħħar nett, il-FINMA tista' wkoll tirrevoka l-liċenzja bankarja ta' CCP jew tikkanċella r-reġistrazzjoni tagħha f'każ li ma tibqax tikkonforma mal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli u tista' toħroġ direttivi lill-korpi governattivi tas-CCP. |
|
(15) |
L-SNB jissorvelja s-CCPs b'kooperazzjoni mal-FINMA. B'mod partikolari, l-SNB huwa responsabbli għall-ivvalutar tal-konformità tas-CCPs mar-rekwiżiti minimi stipulati fl-Ordinanza tal-Bank Nazzjonali. Is-CCPs għandhom jipprovdu lis-SNB bl-informazzjoni meħtieġa biex jivvaluta l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti minimi u jissottomettu ruħhom għal spezzjonijiet fuq il-post. B'mod partikolari, is-CCPs għandhom jissottomettu rapporti perjodiċi u ad hoc lill-SNB u jinfurmawh minn qabel bi kwistjonijiet jew tibdil speċifiċi. L-SNB jista' wkoll jimponi penali u sanzjonijiet oħra f'każ li l-informazzjoni jew provi mitluba mill-SNB ma jingħatawx, ma jirrispettawx ir-rekwiżiti formali, ma jkunux kompluti jew ma jkunux preċiżi. Sabiex iwettaq il-valutazzjonijiet tiegħu, l-SNB jistrieħ fuq firxa wiesgħa ta' informazzjoni, inklużi awtovalutazzjoni u dokumentazzjoni interna tas-CCP, rapporti ta' awditu, kif ukoll rapporti regolari u laqgħat mal-maniġment u l-persunal tas-CCP. L-SNB joħroġ rakkomandazzjonijiet għal CCPs li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti minimi stipulati fl-Ordinanza tal-Bank Nazzjonali. Jekk is-CCP kkonċernata tonqos milli tikkonforma mar-rakkomandazzjoni, l-SNB joħroġ ordni. Jekk is-CCP ma tikkonformax mal-ordni, l-SNB jista' jinforma lill-FINMA bis-sejbiet tiegħu, u din tista' tieħu azzjonijiet superviżorji u ta' infurzar addizzjonali fil-konfront ta' CCP. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Iżvizzera rigward is-CCPs awtorizzati hemmhekk jipprovdu għal superviżjoni u infurzar effettivi tas-CCPs fuq bażi kontinwa. |
|
(17) |
Skont it-tielet kundizzjoni tal-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Iżvizzera jridu jinkludu sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent tas-CCPs awtorizzati skont reġimi legali ta' pajjiżi terzi (“is-CCPs ta' pajjiżi terzi”). |
|
(18) |
Is-CCPs ta' pajjiż terz jistgħu japplikaw għal rikonoxximent mal-FINMA, li jippermettilhom li jipprovdu servizzi fl-Iżvizzera. Ir-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi fl-Iżvizzera huwa bbażat fuq l-eżistenza fil-pajjiż terz ikkonċernat ta' sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi. L-SNB jista' wkoll jindika CCP ta' pajjiż terz bħala sistemikament importanti għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji Żvizzeri u jista' jirrilaxxaha mill-konformità mar-rekwiżiti minimi stipulati mill-Ordinanza tal-Bank Nazzjonali, sakemm ir-reġim legali u superviżorju ta' pajjiż terz jitqies bħala ekwivalenti u l-arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz għas-superviżjoni tas-CCPs ikunu ġew konklużi. Is-CCPs rikonoxxuti għandhom ukoll jirrapportaw u jinformaw lill-FINMA dwar kwistjonijiet speċifiċi. Madankollu, ir-rekwiżiti ta' rrappurtar u ta' informazzjoni li għandhom jingħataw lill-FINMA mis-CCPs rikonoxxuti ma jaffettwawx il-funzjonijiet superviżorji li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz huma responsabbli għalihom. |
|
(19) |
Għalhekk, għandu jitqies li l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Iżvizzera jipprovdu għal sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiż terz. |
|
(20) |
Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistgħu għalhekk jitqiesu milħuqa mill-arranġamenti legali u superviżorji tal-Iżvizzera rigward CCPs awtorizzati hemmhekk u dawn l-arranġamenti legali u superviżorji għandhom jitqiesu li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-Kummissjoni għandha tkompli tagħmel monitoraġġ fuq bażi regolari tal-evoluzzjoni tal-qafas legali u superviżorju għas-CCPs fl-Iżvizzera, u tara li qed jitwettqu l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom ittieħdet din id-deċiżjoni. |
|
(21) |
Ir-reviżjoni regolari tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli fl-Iżvizzera għas-CCPs awtorizzati hemmhekk għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq rieżami speċifiku fi kwalunkwe ħin barra l-ambitu tal-analiżi ġenerali, fejn l-iżviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja għall-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid l-ekwivalenza mogħtija b'din id-deċiżjoni. Tali valutazzjoni mill-ġdid tista' twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza. |
|
(22) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-arranġamenti legali u superviżorji tal-Iżvizzera li jikkonsistu fl-Ordinanza tal-Bank Nazzjonali u r-regolamenti adottati skontha, l-Att Federali dwar il-Banek u l-Banek tat-Tfaddil u l-ordinanzi u ċ-ċirkolari maħruġa skont dan l-Att, kif ikkomplimentati mir-Rapport ta' Spjegazzjoni dwar ir-reviżjoni parzjali tal-Ordinanza tal-Bank Nazzjonali li jipprovdi gwida interpretattiva dwar l-Ordinanza tal-Bank Nazzjonali u applikabbli għas-CCPs awtorizzati bihom jitqiesu li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER