ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 293

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
10 ta' Novembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet, fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

1

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1971 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet li jikkonċernaw il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006

6

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1972 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn

11

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1973 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet

15

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1974 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

20

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1975 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

23

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1976 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn fir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

26

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1977 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u ġestjoni tal-kriżijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

29

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

10.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1970

tat-8 ta' Lulju 2015

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet, fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew, u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), b'mod partikolari l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 122(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiddetermina liema irregolaritajiet l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha marbuta mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari sabiex il-Kummissjoni tkun tista' twettaq analiżi tar-riskju, għandu jiġi stabbilit ukoll liema dejta għandha tiġi pprovduta.

(2)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti bl-istess mod irrispettivament mill-fond użat biex jintlaħqu l-objettivi li għalihom ikun ie stabbilit. Għal dak l-għan ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, kif ukoll ir-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 (2), (UE) Nru 223/2014 (3) u (UE) Nru 514/2014 (4), jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta regoli dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet. Sabiex jiġi żgurat li regoli identiċi japplikaw fir-rigward tal-fondi kollha regolati minn dawk ir-Regolamenti, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament ikun fih dispożizzjonijiet identiċi għal dawk fir-Regolamenti ta' Delegai tal-Kummissjoni (UE) 2015/1971 (5), (UE) 2015/1972 (6) u (UE) 2015/1973 (7).

(3)

Biex tkun possibbli applikazzjoni koerenti tar-rekwiżiti tal- irrappurtar fl-Istati Membri kollha huwa meħtieġ li jiġi definit it-terminu “suspett ta' frodi”, billi titqies id-definizzjoni ta' frodi fil-Konvenzjoni mfassla fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropewa, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (8), u t-terminu “konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja”.

(4)

Ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014, jiddeterminaw il-limitu ta' rappurtar li, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor, irregolaritajiet li jaqgħu taħt dak il-limitu ma jkunux jeħtieġu li jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni u l-każijiet li għalihom ma hemmx bżonn isir rappurtar. Sabiex jiġu ssimplifikati u allinjati d-dispożizzjonijiet u jinstab bilanċ bejn il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u l-interess komuni li tingħata dejta preċiża għall-finijiet ta' analiżi fil-ġlieda tal-Unjoni Ewropea kontra l-frodi, huwa meħtieġ li jiġu applikati l-istess limitu tar-rappurtar u l-istess derogi għar-rapportar ta' irregolaritajiet imsemmija fir-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 514/2014.

(5)

Huwa neċessarju li jiġi determinat liema Stat Membru għandu jirrapporta irregolaritajiet b'rabta mal-għan ta' Kooperazzjoni territorjali Ewropea skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tar-rappurtar huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji biex jiġi ddeterminat meta għandhom jiġu inizjalment irrappurtati l-irregolaritajiet u d-dejta li għandha tiġi pprovduta f'dawk ir-rapporti inizjali.

(7)

Sabiex id-dejta pprovduta lill-Kummissjoni tkun preċiża, huwa meħtieġ li jsir rappurtar ta' segwitu. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, jagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata dwar kull progress sinifikanti fil-proċeduri jew fil-proċedimenti amministrattivi u ġuridiċi relatati ma' kull rapport inizjali.

(8)

Fid-dawl tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni pprovduta skont dan ir-Regolament, jipprevjenu kwalunkwe divulgazzjoni mhux awtorizzata ta' dejta personali, jew aċċess mhux awtorizzat għaliha. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika għal liema skopijiet il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jipproċessaw dik id-dejta.

(9)

Minħabba li diġà saru pagamenti għall-Fondi kkonċernati u jistgħu jseħħu l-irregolaritajiet, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw immedjatament. Dan ir-Regolament għaldaqstant għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiddetermina liema irregolaritajiet għandhom jiġu rrappurtati u jistabbilixxi liema dejta għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Japplikaw id-definizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Barra minn hekk, għall-fini ta' dan ir-Regolament:

(a)

“suspett ta' frodi” tfisser irregolarità li tagħti lok għall-bidu ta' proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji fuq livell nazzjonali sabiex jiġi stabbilit li hemm mġiba intenzjonata, b'mod partikolari frodi, kif jissemma fl-Artikolu 1(1)(a) tal-Konvenzjoni mfassal fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej;

(b)

“konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja” tfisser l-ewwel valutazzjoni bil-miktub minn awtorità kompetenti, amministrattiva jew ġudizzjarja, li fuq il-bażi ta' fatti speċifiċi tikkonkludi li twettqet irregolarità, mingħajr preġudizzju għall-possibilità li dik il-konklużjoni sussegwentement jista' jkollha tiġi riveduta jew irtirata minħabba żviluppi matul il-proċediment amministrattiv jew ġudizzjarju;

Artikolu 3

Rappurtar inizjali

1.   L-Istati Membri jirrappurtaw l-irregolaritajiet lill-Kummissjonili:

(a)

jaffettwaw ammont ta' iktar minn EUR 10 000 f'kontribuzzjoni mill-Fondi;

(b)

kienu s-suġġett ta' konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja.

2.   Fir-rapport inizjali l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-fond, l-għan, il-kategorija jew reġjun fejn xieraq, l-isem u n-numru tal-Kodiċi Komuni ta' Identifikazzjoni (“CCI”) tal-prijorità, il-programm operattiv u tal-operazzjoni kkonċernati;

(b)

l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti, jew tat-tnejn li huma, jew ta' kull entità oħra li kellha rwol fit-twettiq tal-irregolarità, minbarra fejn dik l-informazzjoni ma tkunx rilevanti għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-irregolaritajiet, minħabba n-natura tal-irregolarità kkonċernata;

(c)

ir-reġjun jew iż-żona fejn tkun seħħet l-operazzjoni, identifikati bl-użu ta' informazzjoni xierqa, bħalma hu l-livell NUTS;

(d)

id-dispożizzjoni jew id-dispożizzjonijiet li ġew miksura;

(e)

id-data u s-sors tal-ewwel informazzjoni li wasslet biex ikun hemm is-suspett li saret irregolarità;

(f)

il-prattiki użati biex titwettaq l-irregolarità;

(g)

fejn xieraq, jekk il-prassi twassalx għal suspett ta' frodi;

(h)

il-mod li bih ġiet magħrufa l-irregolarità;

(i)

fejn xieraq, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi involuti;

(j)

il-perjodu li matulu twettqet l-irregolarità, jew id-data tta' meta twettqet l-irregolarità;

(k)

id-data li fiha kienet stabbilita l-konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja;

(l)

l-ammont totali tan-nefqa tal-operazzjoni kkonċernata, espress f'termini tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, ta' dik nazzjonali u ta' dik privata;

(m)

l-ammont milqut mill-irregolarità espress f'termini tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u ta' dik nazzjonali;

(n)

f'każ ta' suspett ta' frodi u fejn ma sar ebda ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju, l-ammont li kien se jitħallas indebitament kieku l-irregolarità ma ġietx identifikata espress f'termini tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u tal-kontribuzzjoni nazzjonali;

(o)

in-natura tan-nefqa irregolari;

(p)

is-sospensjoni tal-pagamenti, fejn applikabbli, u l-possibbiltà tal-irkuprar ta' ammonti mħallsa.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri ma jirrappurtawx lill-Kummissjoni dawk l-irregolaritajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 122(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Fil-każijiet l-oħra kollha, b'mod partikolari dawk li jippreċedu l-falliment jew fil-każijiet ta' suspett ta' frodi, l-irregolaritajiet li jiġu magħrufa u l-miżuri preventivi u korrettivi marbuta magħhom għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni.

4.   L-irregolaritajiet relatati mal-programmi operattivi fil-qafas tal-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom jiġu rrappurtati mill-Istat Membru fejn il-benefiċjarju jagħmel in-nefqa sabiex tkun implimentata l-operazzjoni. L-Istat Membru jinforma lill-awtorità ta' ġestjoni, lill-awtorità ta' ċertifikazzjoni għall-programm u lill-awtorità ta' verifika.

5.   Jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali jipprovdu għall-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet, il-komunikazzjoni tal-informazzjoni tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tat-tribunal, qorti jew korp ieħor kompetenti skont ir-regoli nazzjonali.

Artikolu 4

Rappurtar ta' segwitu

1.   Fejn parti mill-informazzjoni li tissemma fl-Artikolu 3(2), b'mod partikolari l-informazzjoni li tikkonċerna l-prattiki użati biex titwettaq l-irregolarità u l-mod li bih tkun ġiet skoperta, ma tkunx disponibbli jew tkun teħtieġ rettifika, l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni nieqsa jew korretta fir-rapporti ta' segwitu tal-irregolaritajiet li jippreżentaw lill-Kummissjoni.

2.   L-Istati Membri jżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-bidu, il-konklużjoni jew l-abbandun ta' kull proċeduri jew proċedimenti, għall-impożizzjoni ta' miżuri amministrattivi, pieni amministrattivi jew sanzjonijiet kriminali fir-rigward tal-irregolaritajiet irrappurtati, kif ukoll l-eżitu ta' dawk il-proċeduri jew il-proċedimenti. Fir-rigward tal-irregolaritajiet li għalihom ikunu ġew imposti pieni, l-Istati Membri jindikaw ukoll dan li ġej:

(a)

jekk il-penali humiex ta' natura amministrattiva jew kriminali;

(b)

jekk il-penali jirriżultawx minn ksur tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali u dettalji dwar il-penali;

(c)

jekk ġiex stabbilit li kien hemm frodi.

3.   Fuq talba bil-miktub tal-Kummissjoni, l-Istat Membru jipprovdi informazzjoni fir-rigward ta' irregolarità speċifika jew grupp ta' irregolaritajiet.

Artikolu 5

Użu u pproċessar ta' informazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista' tuża kull informazzjoni ta' natura ġenerali jew operattiva pprovduta mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament biex tagħmel analiżi tar-riskju, bl-appoġġ tat-teknoloġija informatika, u tista', fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba, tipproduċi rapporti u tiżviluppa sistemi li jservu biex jidentifikaw ir-riskji b'mod iktar effettiv.

2.   L-informazzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament tiġi koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u tkun protetta bl-istess mod bħalma tkun protetta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li pprovdiha u mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jiżguraw li l-informazzjoni tibqa' kunfidenzjali.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tistax, b'mod partikolari, tintbagħat lill-persuni ħlief dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni li d-dmirijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom aċċess għaliha, sakemm l-Istat Membru li jkun qed jipprovdiha ma jkunx ta l-kunsens speċifiku tiegħu.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tista' tintuża għall-ebda skop ieħor għajr il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni sakemm l-awtoritajiet li pprovdew l-informazzjoni ma jagħtux il-kunsens speċifiku tagħhom.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1971 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet li jikkonċernaw il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 (ara l-paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1972 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ara l-paġna 11 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1973 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ara l-paġna 15 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259).

(10)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Volum 15, p. 355).

(11)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Volum 26, p. 102).


10.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/6


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1971

tat-8 ta' Lulju 2015

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet li jikkonċernaw il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 50(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiddetermina liema irregolaritajiet l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha marbuta mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari sabiex il-Kummissjoni tkun tista' twettaq analiżi tar-riskju, għandu jiġi stabbilit ukoll liema dejta għandha tiġi pprovduta.

(2)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti bl-istess mod irrispettivament mill-fond użat biex jintlaħqu l-objettivi li għalihom ikun ġie stabbilit. Għal dak l-għan ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kif ukoll ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 (2), (UE) Nru 223/2014 (3) u (UE) Nru 514/2014 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta regoli dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet. Sabiex jiġi żgurat li japplikaw regoli identiċi fir-rigward tal-fondi kollha rregolati minn dawn ir-Regolamenti, huwa neċessarju li dan ir-Regolament ikun fih dispożizzjonijiet identiċi għal dawk fir-Regolamenti ta' Delegai tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970 (5), (UE) 2015/1972 (6) u (UE) 2015/1973 (7).

(3)

Biex tkun possibbli applikazzjoni koerenti tar-rekwiżiti tal-irrappurtar fl-Istati Membri kollha huwa meħtieġ li jiġu definiti t-terminu “suspett ta' frodi”, billi titqies id-definizzjoni ta' frodi fil-Konvenzjoni imfassla fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (8), u t-terminu “konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja”. Fil-każ tal-Fond Ewropew Agrikolu ta' Garanzija “operatur ekonomiku” għandu jfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità oħra involuta fl-implimentazzjoni tal-assistenza mill-fond jew li għandha tħallas xi assenjazzjoni tad-dħul fit-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, bl-eċċeżżjoni ta' Stat Membru li jeżerċita l-prerogattivi tiegħu bħala awtorità pubblika.

(4)

Ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014, jiddeterminaw il-limitu ta' rappurtar li, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor, irregolaritajiet li jaqgħu taħt dak il-limitu ma jkunux jeħtieġu li jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni u l-każijiet li għalihom ma hemmx bżonn isir rappurtar. Sabiex jiġu ssimplifikati u allinjati d-dispożizzjonijiet u jinstab bilanċ bejn il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u l-interess komuni li tingħata dejta preċiża għall-finijiet ta' analiżi fil-ġlieda tal-Unjoni Ewropea kontra l-frodi, huwa meħtieġ li jiġu applikati l-istess limitu tar-rappurtar u l-istess derogi għar-rapportar ta' irregolaritajiet imsemmija fir-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 514/2014.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tar-rappurtar huwa meħtieġ li l-ewwel jiġu stabbiliti l-kriterji biex jiġi ddeterminat meta għandhom jiġu inizjalment irrappurtati l-irregolaritajiet u d-dejta li għandha tiġi pprovduta f'dawk ir-rapporti inizjali.

(6)

Sabiex id-dejta pprovduta lill-Kummissjoni tkun preċiża, huwa meħtieġ li jsir rappurtar ta' segwitu. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, jagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata dwar kull progress sinifikanti fil-proċeduri, jew fil-proċedimenti, amministrattivi u ġuridiċi relatati ma' kull rapport inizjali.

(7)

Fid-dawl tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni pprovduta skont dan ir-Regolament, jipprevjenu kwalunkwe divulgazzjoni mhux awtorizzata ta' dejta personali, jew aċċess mhux awtorizzat għaliha. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika għal liema skopijiet il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jipproċessaw dik id-dejta.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 (11), li stabbilixxa regoli li japplikaw għall-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (12) għandu jitħassar. Madankollu, għandu jibqa' japplika għal-irrappurtar ta' irregolaritajiet li jirrigwardaw l-assistenza mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(9)

Minħabba li diġà saru pagamenti għall-Fondi kkonċernati u jistgħu jseħħu xi irregolaritajiet, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw immedjatament. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiddetermina liema irregolaritajiet għandhom jiġu rrappurtati u jistabbilixxi liema dejta għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Id-definizzjonijiet fir-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1303/2013 japplikaw. Barra minn hekk, għall-fini ta' dan ir-Regolament:

(a)

“suspett ta' frodi” tfisser irregolarità li tagħti lok għall-bidu ta' proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji fuq livell nazzjonali sabiex jiġi stabbilit li hemm mġiba intenzjonata, b'mod partikolari frodi, kif jissemma fl-Artikolu 1(1)(a) tal-Konvenzjoni mfassla fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej;

(b)

“konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja” tfisser l-ewwel valutazzjoni bil-miktub minn awtorità kompetenti, amministrattiva jew ġudizzjarja, li fuq il-bażi ta' fatti speċifiċi tikkonkludi li twettqet irregolarità, mingħajr preġudizzju għall-possibilità li dik il-konklużjoni sussegwentement jista' jkollha tiġi riveduta jew irtirata minħabba żviluppi matul il-proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji.

Artikolu 3

Rappurtar inizjali

1.   L-Istati Membri jirrapportaw irregolaritajiet lill-Kummissjoni li:

(a)

jaffettwaw ammont ta' iktar minn EUR 10 000 f'kontribuzzjoni mill-fondi;

(b)

kienu s-suġġett ta' konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja.

2.   Fir-rapport inizjali l-Istati Membri jagħtu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-fond, l-iskema ta' sostenn, il-miżura, l-operazzjoni kkonċernata u fejn xieraq, l-isem u n-numru tal-Kodiċi ta' Identifikazzjoni Komuni (“CCI”) tal-programm operazzjonali, l-organizzazzjonijiet komuni għal swieq agrikoli affettwati, is-setturi u l-prodotti kkonċernati u l-linja baġitarja;

(b)

l-identità tal-persuni fiżiċijew ġuridiċi involuti, jew tat-tnejn li huma, jew ta' kull entità oħra li kellha rwol fit-twettiq tal-irregolarità u dettalji dwar x'kien ir-rwol tagħha, minbarra fejn dik l-informazzjoni ma tkunx rilevanti għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-irregolaritajiet, minħabba n-natura tal-irregolarità kkonċernata;

(c)

ir-reġjun jew iż-żona fejn tkun seħħet l-operazzjoni, identifikati bl-użu ta' informazzjoni xierqa, bħalma hu l-livell NUTS;

(d)

id-dispożizzjoni, jew id-dispożizzjonijiet, li jkunu ġew miksura;

(e)

id-data u s-sors tal-ewwel informazzjoni li wasslet għas-suspett li twettqet irregolarità;

(f)

il-prattkċi użati biex titwettaq l-irregolarità;

(g)

fejn xieraq, jekk il-prattika twassalx għal suspett ta' frodi;

(h)

il-mod li bih tkun ġiet magħrufa l-irregolarità;

(i)

fejn xieraq, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi involuti;

(j)

il-perjodu li matulu, jew id-data ta' meta twettqet l-irregolarità;

(k)

id-data li fiha ġiet stabbilita l-konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja;

(l)

l-ammont totali tan-nefqa espress f'termini tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, ta' dik nazzjonali u ta' dik privata;

(m)

l-ammont affettwat mill-irregolarità espress f'termini tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u ta' dik nazzjonali;

(n)

f'każ ta' suspett ta' frodi u fejn ma sar ebda ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju, l-ammont li kien se jitħallas indebitament kieku l-irregolarità ma tkunx ġiet identifikata, espress f'termini tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u tal-kontribuzzjoni nazzjonali;

(o)

in-natura tan-nefqa irregolari;

(p)

is-sospensjoni tal-pagamenti, fejn applikabbli, u l-possibbiltà tal-irkuprar tal-ammonti mħallsa.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri ma jirrapportawx lill-Kummissjoni irregolaritajiet marbuta ma' li ġej:

(a)

il-każijiet fejn l-irregolarità tikkonsisti biss fin-nuqqas li jiġu eżegwiti, b'mod parzjali jew sħiħ, operazzjoni inkluża fil-programm kofinanzjat jew pagament dirett minħabba l-falliment tal-benefiċjarju;

(b)

il-każijiet li jinġiebu b'mod volontarju mill-benefiċjarju għall-attenzjoni tal-awtorità ta' ġestjoni, tal-aġenzija tal-pagamenti jew tal-awtorità kompetenti oħra, u qabel ma jiġu skoperti minn kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet, kemm qabel jew wara l-pagament tal-kontribuzzjoni pubblika;

(c)

il-każijiet skoperti u korretti mill-awtorità ta' ġestjoni, mill-aġenzija tal-pagamenti jew minn awtorità kompetenti oħra qabel l-inklużjoni tan-nefqa kkonċernata f'dikjarazzjoni tan-nefqa ppreżentata lill-Kummissjoni.

Fil-każijiet l-oħra kollha, b'mod partikolari dawk li jippreċedu falliment jew f'każijiet ta' suspett ta' frodi, l-irregolaritajiet skoperti u l-miżuri ta' prevenzjoni u korrettivi marbuta magħhom għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni.

4.   Fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali jipprovdu għall-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet, il-komunikazzjoni tal-informazzjoni tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tat-tribunal, qorti jew korp ieħor kompetenti skont ir-regoli nazzjonali.

Artikolu 4

Rappurtar ta' segwitu

1.   Fejn parti mill-informazzjoni li tissemma fl-Artikolu 3(2), b'mod partikolari l-informazzjoni li tikkonċerna l-prattiki użati biex titwettaq l-irregolarità u l-mod li bih tkun ġiet skoperta, ma tkunx disponibbli jew ikun jeħtieġ li tiġi rettifikata, l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni nieqsa jew korretta fir-rapporti ta' segwitu dwar l-irregolaritajiet li jippreżentaw lill-Kummissjoni.

2.   L-Istati Membri jżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-bidu, il-konklużjoni jew l-abbandun ta' kull proċeduri jew proċedimenti għall-impożizzjoni ta' miżuri amministrattivi, penali amministrattivi jew penali kriminali fir-rigward tal-irregolaritajiet irrappurtati, kif ukoll dwar l-eżitu ta' dawk il-proċeduri jew il-proċedimenti. Fir-rigward tal-irregolaritajiet li għalihom ikunu ġew imposti penali, l-Istati Membri jindikaw ukoll dan li ġej:

(a)

jekk il-penali hix ta' natura amministrattiva jew kriminali;

(b)

jekk il-penali jirriżultawx minn ksur tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali u dettalji dwar il-penali;

(c)

jekk ġiex stabbilit li kien hemm frodi.

3.   Fuq talba bil-miktub tal-Kummissjoni, l-Istat Membru jipprovdi informazzjoni fir-rigward ta' irregolarità speċifika jew grupp ta' irregolaritajiet speċifiċi.

Artikolu 5

Użu u pproċessar ta' informazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista' tuża kull informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament biex tagħmel analiżi tar-riskju, bl-appoġġ tat-teknoloġija informatika, u tista', fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba, tipproduċi rapporti u tiżviluppa sistemi li jservu biex jidentifikaw ir-riskji b'mod iktar effettiv.

2.   L-informazzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament hija koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u protetta bl-istess mod bħalma tkun protetta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jkun pprovdiha u mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jiżguraw li l-informazzjoni tibqa' kunfidenzjali.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tistax, b'mod partikolari, tintbagħat lill-persuni ħlief dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni li d-dmirijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom aċċess għaliha, sakemm l-Istat Membru li jkun qed jipprovdiha ma jkunx ta l-kunsens speċifiku tiegħu.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tista' tintuża għall-ebda skop ieħor għajr il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni sakemm l-awtoritajiet li jkunu ipprovdew l-informazzjoni ma jagħtux il-kunsens speċifiku tagħhom.

Artikolu 6

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji

Ir-Regolament (KE) Nru 1848/2006 huwa mħassar.

Madankollu jibqa' japplika fir-rigward tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet li jirrigwardaw l-assistenza mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(3)  Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).

(4)  Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).

(5)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi għar-rappurtar ta' irregolaritajiet, dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1972 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi għall-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ara l-paġna 11 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1973 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ara l-paġna 15 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.

(9)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Volum 015, p. 355).

(10)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Volum 26, p. 102).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 tal-14 ta' Diċembru 2006 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta' somom ta' flus imħallsa bi żball b'konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni kif ukoll l-organizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 56).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).


10.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/11


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1972

tat-8 ta' Lulju 2015

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (1), u b'mod partikolari l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa jiġi ddeterminat liema irregolaritajiet l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha rigward il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari sabiex il-Kummissjoni tkun tista' twettaq analiżi tar-riskju, għandu jiġi stabbilit ukoll liema dejta għandha tiġi pprovduta.

(2)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti bl-istess mod irrispettivament mill-fond użat biex jintlaħqu l-objettivi li għalih ikun ġie stabbilit. Għal dak l-għan ir Regolament (UE) Nru 223/2014, kif ukoll ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 (2), (UE) Nru 1306/2013 (3) u (UE) Nru 514/2014 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta regoli dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet. Sabiex jiġi żgurat li japplikaw regoli identiċi fir-rigward tal-fondi kollha rregolati minn dawn ir-Regolamenti, huwa neċessarju li dan ir-Regolament ikun fih dispożizzjonijiet identiċi għar-Regolamenti ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970 (5), (UE) 2015/1971 (6) u (UE) 2015/1973 (7).

(3)

Biex ikun possibbli li ssir applikazzjoni koerenti tar-rekwiżiti ta' rappurtar fl-Istati Membri kollha, huwa meħtieġ li jiġu definiti t-terminu “suspett ta' frodi”, billi titqies id-definizzjoni ta' frodi fil-Konvenzjoni mfassla fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (8), u t-terminu “konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja”.

(4)

Ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 jiddeterminaw il-limitu ta' rappurtar li, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor, irregolaritajiet li jaqgħu taħtu ma jkunux jeħtieġu li jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni u l-każijiet li għalihom ma hemmx bżonn isir rappurtar. Sabiex jiġu ssimplifikati u allinjati d-dispożizzjonijiet u jinstab bilanċ bejn il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u l-interess komuni fl-għoti ta' dejta preċiża għall-finijiet ta' analiżi fil-ġlieda tal-Unjoni kontra l-frodi, huwa meħtieġ li jiġu applikati l-istess limitu ta' rappurtar u l-istess derogi għar-rapportar ta' irregolaritajiet li jinsabu fir-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 514/2014.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza fir-rappurtar huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji biex jiġi ddeterminat meta irregolaritajiet għandhom jiġu inizjalment irrappurtati u d-dejta li għandha tiġi pprovduta f'dawk ir-rapporti inizjali.

(6)

Sabiex id-dejta pprovduta lill-Kummissjoni tkun preċiża, huwa meħtieġ rappurtar ta' segwitu. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni aġġornata dwar kull progress sinifikanti fil-proċeduri, jew il-proċedimenti, amministrattivi u ġuridiċi relatati ma' kull rapport inizjali.

(7)

Fid-dawl tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni pprovduta skont dan ir-Regolament, jipprevjenu kwalunkwe divulgazzjoni mhux awtorizzata ta' dejta personali, jew aċċess mhux awtorizzat għaliha. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika għal liema skopijiet il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jipproċessaw dik id-dejta.

(8)

Billi diġà saru pagamenti għall-Fond u jistgħu jseħħu irregolaritajiet, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw immedjatament, għalhekk, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiddetermina liema irregolaritajiet għandhom jiġu rrappurtati u jistabbilixxi liema dejta għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Id-definizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 223/2014 japplikaw. Barra minn hekk, għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

“suspett ta' frodi” tfisser irregolarità li tagħti lok għall-bidu ta' proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji fuq livell nazzjonali sabiex jiġi stabbilit li kien hemm mġiba intenzjonata, b'mod partikolari frodi, kif jissemma fl-Artikolu 1(1)(a) tal-Konvenzjoni mfassla fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej;

(b)

“konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja” tfisser l-ewwel valutazzjoni bil-miktub minn awtorità kompetenti, amministrattiva jew ġudizzjarja, li fuq il-bażi ta' fatti speċifiċi tikkonkludi li twettqet irregolarità, mingħajr preġudizzju għall-possibilità li dik il-konklużjoni sussegwentement jista' jkollha tiġi riveduta jew irtirata minħabba żviluppi matul il-proċediment amministrattiv jew ġudizzjarju.

Artikolu 3

Rappurtar inizjali

1.   L-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni l-irregolaritajiet li:

(a)

jaffettwaw ammont ta' iktar minn EUR 10 000 f'kontribuzzjoni mill-Fond;

(b)

kienu s-suġġett ta' konklużjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja.

2.   Fir-rapport inizjali l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u n-numru tal-Kodiċi Komuni ta' Identifikazzjoni (“CCI”) tal-programm operattiv u tal-operazzjoni kkonċernati;

(b)

l-identitajiet tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti, jew tat-tnejn li huma, jew ta' kull entità oħra li kellha rwol fit-twettiq tal-irregolarità u dettalji dwar x'kien dak ir-rwol, minbarra fejn dik l-informazzjoni ma tkunx rilevanti għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-irregolaritajiet, minħabba n-natura tal-irregolarità kkonċernata;

(c)

id-dispożizzjoni jew id-dispożizzjonijiet li jkun ġew miksura;

(d)

id-data u s-sors tal-ewwel informazzjoni li wasslet biex jiġi suspettat li twettqet irregolarità;

(e)

il-prattiki użati biex titwettaq l-irregolarità;

(f)

fejn xieraq, jekk il-prattika twassalx għal suspett ta' frodi;

(g)

il-mod li bih tkun ġiet magħrufa l-irregolarità;

(h)

fejn xieraq, l-Istati Membri u l-pajjizi terzi involuti;

(i)

il-perjodu li matulu twettqet l-irregolarità, jew id-data ta' meta twettqet;

(j)

id-data li fiha ġiet stabbilit l-konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja dwar l-irregolarità;

(k)

l-ammont totali tan-nefqa tal-operazzjoni kkonċernata espress f'termini tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u tal-kontribuzzjoni nazzjonali;

(l)

l-ammont affettwat mill-irregolarità espress f'termini tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u ta' dik nazzjonali;

(m)

f'każijiet ta' suspett ta' frodi, u fil-każ li l-ebda ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika ma jkun sar lill-benefiċjarju, l-ammont li kien se jitħallas indebitament kieku l-irregolarità ma ġietx identifikata, espress f'termini tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u tal-kontribuzzjoni nazzjonali;

(n)

in-natura tan-nefqa irregolari;

(o)

is-sospensjoni tal-pagamenti, fejn applikabbli, u l-possibbiltà tal-irkuprar tal-ammonti mħallsa.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri m'għandhomx jirrappurtaw lill-Kummissjoni dawk l-irregolaritajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

Fil-każijiet l-oħrajn kollha, b'mod partikolari f'dawk li jippreċedu falliment jew f'każijiet ta' suspett ta' frodi, l-irregolaritajiet skoperti u l-miżuri preventivi u korrettivi marbuta magħhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni.

4.   Fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali jipprovdu għall-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet, il-komunikazzjoni tal-informazzjoni tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tat-tribunal, qorti jew korp ieħor kompetenti skont ir-regoli nazzjonali.

Artikolu 4

Rappurtar ta' segwitu

1.   Fejn parti mill-informazzjoni li tissemma fl-Artikolu 3(2), b'mod partikolari l-informazzjoni li tikkonċerna l-prattiki użati biex titwettaq l-irregolarità u l-mod li bih tkun ġiet skoperta, ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni nieqsa jew korretta fir-rapporti ta' segwitu dwar l-irregolaritajiet li jippreżentaw lill-Kummissjoni.

2.   L-Istati Membri jżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-bidu, il-konklużjoni jew l-abbandun ta' kull proċeduri jew proċedimenti, għall-impożizzjoni ta' miżuri amministrattivi, penali amministrattivi jew sanzjonijiet kriminali fir-rigward tal-irregolaritajiet irrappurtati, kif ukoll l-eżitu ta' dawk il-proċeduri jew il-proċedimenti. Fir-rigward tal-irregolaritajiet li għalihom ikunu ġew imposti penali, l-Istati Membri jindikaw ukoll dan li ġej:

(a)

jekk il-penali humiex ta' natura amministrattiva jew kriminali;

(b)

jekk il-penali jirriżultawx minn ksur tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali u dettalji dwar il-penali;

(c)

jekk ġiex stabbilit li kien hemm frodi.

3.   Fuq talba bil-miktub tal-Kummissjoni l-Istat Membru jipprovdi informazzjoni fir-rigward ta' irregolarità speċifika jew grupp ta' irregolaritajiet.

Artikolu 5

Użu u pproċessar ta' informazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista' tuża kull informazzjoni ta' natura ġenerali jew operattiva kkomunikata mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament biex tagħmel analiżijiet tar-riskju, bl-appoġġ tat-teknoloġija informatika, u tista', fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba, tipproduċi rapporti u tiżviluppa sistemi li jservu biex jidentifikaw ir-riskji b'mod iktar effettiv.

2.   L-informazzjoni pprovduta skont dan ir-Regolament tiġi koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u protetta bl-istess mod bħal ma tkun protetta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jkun pprovdia u mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jiżguraw li l-informazzjoni tibqa' kunfidenzjali.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tistax, b'mod partikolari, tintbagħat lill-persuni ħlief dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni li d-dmirijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom aċċess għaliha, sakemm l-Istat Membru li jkun qed jipprovdiha ma jkunx ta l-kunsens speċifiku tiegħu.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tista' tintuża għall-ebda skop ieħor għajr il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni sakemm l-awtoritajiet li pprovdew l-informazzjoni ma jagħtux il-kunsens speċifiku tagħhom.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1.

(2)  Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(3)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(4)  Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).

(5)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi għar-rappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1971 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet li jikkonċernaw il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u li jħassar ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1848/2006 (ara l-paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1973 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ara l-paġna 15 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.

(9)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


10.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/15


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1973

tat-8 ta' Lulju 2015

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiddetermina liema irregolaritajiet l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha marbuta mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari biex il-Kummissjoni tkun tista' twettaq analiżi tar-riskju, għandu jiġi stabbilit ukoll liema dejta trid tiġi pprovduta.

(2)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti bl-istess mod irrispettivament mill-fond użat biex jintlaħqu l-objettivi li għalihom ikun ġie stabbilit. Għal dak l-għan ir-Regolament (UE) Nru 514/2014, kif ukoll ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 (2), (UE) Nru 1306/2013 (3), u (UE) Nru 223/2014 (4), jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta regoli dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet. Sabiex jiġi żgurat li regoli identiċi japplikaw fir-rigward tal-fondi kollha rregolati minn dawk ir-Regolamenti, huwa neċessarju li dan ir-Regolament ikun fih dispożizzjonijiet identiċi għal dawk fir-Regolamenti ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970 (5), (UE) 2015/1971 (6) u (UE) 2015/1972 (7).

(3)

Id-definizzjoni ta' “irregolarità” użata għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament għandha tkun dik li tinsab fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (8). Għal fini ta' dik id-definizzjoni, “operatur ekonomiku” għandha tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità oħra involuta fl-implimentazzjoni tal-assisstenza mogħtija mill-fond, minbarra Stat Membru li jkun qed jeżerċita l-prerogattivi tiegħu bħala awtorità pubblika.

(4)

Biex tkun possibbli l-applikazzjoni koerenti tal-obbligi tal-irrappurtar fl-Istati Membri kollha huwa meħtieġ li jiġu definiti t-terminu “suspett ta' frodi”, billi titqies id-definizzjoni ta' frodi fil-Konvenzjoni mfassla fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (9), u t-terminu “konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja”.

(5)

Ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 jiddeterminaw il-limitu ta' rappurtar li irregolaritajiet li jaqgħu taħt dak il-limitu ma jkunux jeħtieġu li jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni u każijiet li għalihom ma hemmx bżonn isir rappurtar. Sabiex jiġu ssimplifikati u allinjati d-dispożizzjonijiet u jinstab bilanċ bejn il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u l-interess komuni li tingħata dejta preċiża għall-finijiet ta' analiżi fil-ġlieda tal-Unjoni Ewropea kontra l-frodi, huwa meħtieġ li jiġu applikati l-istess limitu tar-rappurtar u l-istess derogi għar-rappurtar ta' irregolaritajiet li jinsabu fir-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 514/2014.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tar-rappurtar huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji biex jiġi determinat meta irregolaritajiet għandhom jiġu inizjalment irrappurtati u d-dejta li għandha tiġi pprovduta f'dan ir-rapport inizjali.

(7)

Sabiex id-dejta pprovduta lill-Kummissjoni tkun preċiża, huwa meħtieġ rappurtar ta' segwitu. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, jagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata dwar kull progress sinifikanti fil-proċeduri, jew il-proċedimenti, amministrattivi u ġuridiċi relatati ma' kull rapport inizjali.

(8)

Fid-dawl tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni pprovduta skont dan ir-Regolament, jipprevjenu kwalunkwe divulgazzjoni mhux awtorizzata ta' dejta personali, jew aċċess mhux awtorizzat għaliha. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika għal liema skopijiet il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jipproċessaw dik id-dejta.

(9)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u konsegwentement huma marbuta b'dan ir-Regolament.

(10)

Id-Danimarka mhijiex marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014, jew b'dan ir-Regolament.

(11)

Billi diġà saru pagamenti għall-Fondi kkonċernati u jistgħu jseħħu irregolaritajiet, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw immedjatamentDan ir-Regolament għandu għaldaqstant jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiddetermina liema irregolaritajiet għandhom jiġu rrappurtati u jistabbilixxi liema dejta għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“suspett ta' frodi” tfisser irregolarità li tagħti lok għall-bidu ta' proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji fuq livell nazzjonali sabiex jiġi stabbilit li hemm mġiba intenzjonata, b'mod partikolari frodi, kif jissemma fl-Artikolu 1(1)(a) tal-Konvenzjoni mfassla fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej;

(b)

“konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja” tfisser l-ewwel valutazzjoni bil-miktub minn awtorità kompetenti, jew amministrattiva jew ġudizzjarja, li fuq il-bażi ta' fatti speċifiċi tikkonkludi li twettqet irregolarità, mingħajr preġudizzju għall-possibilità li dik il-konklużjoni sussegwentement jista' jkollha tiġi riveduta jew irtirata minħabba żviluppi matul il-proċediment amministrattiv jew ġudizzjarju;

Artikolu 3

Rappurtar inizjali

1.   L-Istati Membri jirrappurtaw irregolaritajiet lill-Kummissjoni li:

(a)

jaffettwaw ammont ta' iktar minn EUR 10 000 f'kontribuzzjoni mill-fondi;

(b)

kienu s-suġġett ta' konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja.

2.   Fir-rapport inizjali l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u n-numru tal-Kodiċi Komuni ta' Identifikazzjoni (“CCI”) tal-programm operattiv u r-referenza tal-proġett.

(b)

l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti, jew tat-tnejn li huma, jew ta' kull entità oħra li kellha rwol fit-twettiq tal-irregolarità, minbarra fejn dik l-informazzjoni ma tkunx rilevanti għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-irregolaritajiet, minħabba n-natura tal-irregolarità kkonċernata;

(c)

ir-reġjun jew iż-żona fejn seħħ il-proġett, identifikat bl-użu ta' informazzjoni xierqa, bħalma hu l-livell NUTS;

(d)

id-dispożizzjoni jew id-dispożizzjonijiet li ġew miksura;

(e)

id-data u s-sors tal-ewwel informazzjoni li wasslet biex jiġi suspettat li twettqet irregolarità;

(f)

il-prattiki użati biex titwettaq l-irregolarità;

(g)

fejn xieraq, jekk il-prattika twassalx għal suspett ta' frodi;

(h)

il-mod li bih ġiet magħrufa l-irregolarità;

(i)

fejn xieraq, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi involuti;

(j)

il-perjodu li matulu, jew id-data ta' meta twettqet l-irregolarità;

(k)

id-data li fiha ġiet stabbilita l-konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja;

(l)

l-ammont totali tan-nefqa tal-proġett espress f'termini tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, ta' dik nazzjonali u ta' dik privata;

(m)

l-ammont milqut mill-irregolarità espress f'termini tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u tal-kontribuzzjoni nazzjonali;

(n)

f'każ ta' suspett ta' frodi u fejn ma sar l-ebda ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju, l-ammont li kien se jitħallas indebitament kieku l-irregolarità ma ġietx identifikata espress f'termini tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u tal-kontribuzzjoni nazzjonali;

(o)

in-natura tan-nefqa irregolari;

(p)

is-sospensjoni tal-pagamenti, fejn applikabbli, u l-possibbiltà tal-irkuprar tal-ammonti mħallsa.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri ma jirrappurtawx lill-Kummissjoni irregolaritajiet b'rabta ma' li ġej:

(a)

każijiet fejn l-irregolarità tikkonsisti biss fin-nuqqas li jiġi eżegwit, b'mod parzjali jew sħiħ, proġett minħabba l-falliment tal-benefiċjarju;

(b)

każijiet li b'mod volontarju jinġiebu għall-attenzjoni tal-awtorità responsabbli jew tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni mill-benefiċjarju u qabel ma' tiġi individwata minn kwalunkwe waħda miż-żewġawtoritajiet, kemm qabel jew wara l-pagament tal-kontribuzzjoni pubblika;

(c)

każijiet skoperti u korretti mill-awtorità responsabbli jew l-awtorità ta' ċertifikazzjoni qabel l-inklużjoni tan-nefqa kkonċernata f'dikjarazzjoni tan-nefqa ppreżentata lill-Kummissjoni.

Fil-każijiet l-oħra kollha, b'mod partikolari dawk li jippreċedu falliment jew f'każijiet ta' suspett ta' frodi, l-irregolaritajiet skoperti u l-miżuri ta' prevenzjoni u korrettivi marbuta magħhom għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni.

4.   Jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali jipprovdu għall-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet, il-komunikazzjoni tal-informazzjoni tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tat-tribunal, tal-qorti jew ta' korp ieħor kompetenti skont ir-regoli nazzjonali.

Artikolu 4

Rappurtar ta' segwitu

1.   Fejn parti mill-informazzjoni li tissemma fl-Artikolu 3(2), b'mod partikolari l-informazzjoni li tikkonċerna l-prattiki użati biex titwettaq l-irregolarità u l-mod li bih tkun ġiet skoperta, ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni nieqsa jew korretta fir-rapporti ta' segwitu tal-irregolaritajiet li jippreżentaw lill-Kummissjoni.

2.   L-Istati Membri jżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-bidu, il-konklużjoni jew l-abbandun ta' kull proċeduri jew proċedimenti għall-impożizzjoni ta' miżuri amministrattivi, pieni amministrattivi jew sanzjonijiet kriminali fir-rigward tal-irregolaritajiet irrappurtati, kif ukoll l-eżitu ta' dawk il-proċeduri jew il-proċedimenti. Fir-rigward tal-irregolaritajiet li għalihom ikunu ġew imposti penali, l-Istati Membri jindikaw ukoll dan li ġej:

(a)

jekk il-penali humiex ta' natura amministrattiva jew kriminali;

(b)

jekk il-penali jirriżultawx minn ksur tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali u dettalji dwar il-penali;

(c)

jekk ġiex stabbilit li kien hemm frodi.

3.   Fuq talba bil-miktub tal-Kummissjoni, l-Istat Membru jipprovdi informazzjoni fir-rigward ta' irregolarità speċifika jew grupp ta' irregolaritajiet speċifiċi.

Artikolu 5

Użu u pproċessar ta' informazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista' tuża kull informazzjoni ta' natura ġenerali jew operattiva pprovduta mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament biex tagħmel analiżi tar-riskju, bl-appoġġ tat-teknoloġija informatika, u tista', fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba, tipproduċi rapporti u tiżviluppa sistemi li jservu biex jidentifikaw ir-riskji b'mod iktar effettiv.

2.   L-informazzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament tiġi koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u tkun protetta bl-istess mod bħalma tkun protetta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li pprovdiha u mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jiżguraw li l-informazzjoni tibqa' kunfidenzjali.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tistax, b'mod partikolari, tintbagħat lill-persuni ħlief dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni li d-dmirijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom aċċess għaliha, sakemm l-Istat Membru li jkun qed jipprovdiha ma jkunx ta l-kunsens speċifiku tiegħu.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tista' tintuża għall-ebda skop ieħor għajr il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni sakemm l-awtoritajiet li pprovdew l-informazzjoni ma jagħtux il-kunsens speċifiku tagħhom.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi għar-rappurtar ta' irregolaritajiet, dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1971 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet li jikkonċernaw il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 (ara l-paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1972 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dawr l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ara l-paġna 11 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(9)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.

(10)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


10.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1974

tat-8 ta' Lulju 2015

li jistabblixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew, u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), b'mod partikolari s-sitt subparagrafu tal-Artikolu 122(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Membri huma meħtieġa jirrappurtaw l-irregolaritajiet skont l-Artikolu 122(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970 (2).

(2)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti bl-istess mod irrispettivament mill-fond użat biex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom ikun ġie stabbilit. Għal dak l-għan ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, kif ukoll ir-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 (3), (UE) Nru 223/2014 (4) u (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta regoli dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet. Biex jiġi żgurat li r-regoli identiċi japplikaw fir-rigward tal-fondi kollha regolati skont dawk ir-Regolamenti, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament ikun fih dispożizzjonijiet identiċi għal dawk fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1975 (6), (UE) 2015/1976 (7) u (UE) 2015/1977 (8).

(3)

Sabiex ikun żgurat li ssir analiżi effiċjenti u jkun hemm ġestjoni kumplessiva ta' każijiet ta' irregolarità, l-Istati Membri huma meħtieġa jippreżentaw lill-Kummissjoni, fuq bażi regolari u f'waqtha, l-informazzjoni rilevanti dwar l-irregolaritajiet misjuba. Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-preżentazzjoni ta' dik l-informazzjoni, b'mod partikolari dwar l-frekwenza u l-għamla tagħha.

(4)

Sabiex jiġi evitat li rregolarità ikollha riperkussjonijiet barra t-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jirrapporta, dak l-Istat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni kwalunkwe irregolarità ta' dak it-tip mingħajr dewmien.

(5)

Sabiex jiġu sfruttati bis-sħiħ il-vantaġġi li jirriżultaw mill-użu ta' mezzi elettroniċi għall-iskambju ta' informazzjoni filwaqt li l-iskambji jibqgħu jsiru b'sigurtà, l-Istati Membri għandhom jużaw is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (“IMS”) maħsuba apposta u prevista mill-pjattaforma tas-Sistema ta' Informazzjoni Kontra l-Frodi stabbilita mill-Kummissjoni.

(6)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li t-trasferiment tal-informazzjoni permezz tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet jitwettaq b'mod sigur li jiżgura d-disponibbiltà, l-integrità, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni.

(7)

L-użu tal-euro bħala l-unika munita għall-irrappurtar ta' irregolaritajiet huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-informazzjoni rrappurtata. Fil-każ tal-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro bħala l-munita tagħhom huwa meħtieġ li tiġi speċifikata r-rata tal-kambju li għandha tintuża biex l-ammonti kkonċernati jinqalbu f'euro u r-rata tal-kambju li għandha tintuża għall-qlib tan-nefqa li ma tkunx ġiet irreġistrata fil-kontijiet tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Koordinament għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, stabbilit mill-Artikolu 150(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(9)

Minħabba li diġà saru pagamenti għall-fondi kkonċernati u jistgħu jseħħu irregolaritajiet, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw immedjatament. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet imsemmija fis-sitt subparagrafu tal-Artikolu 122(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 2

Il-frekwenza tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet

1.   Fi żmien xahrejn wara t-tmiem ta' kull perjodu ta' tliet xhur, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni rapport inizjali dwar l-irregolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1970.

2.   l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni rapport ta' segwitu msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1970 mill-aktar fis possibbli wara li jkunu kisbu l-informazzjoni rilevanti.

3.   Stat Membru jirrapporta minnufih lill-Kummissjoni l-irregolaritajiet misjuba jew li suppost seħħew u jindika kull Stat Membru ieħor kkonċernat, fejn l-irregolaritajiet jista' jkollhom riperkussjonijiet barra t-territorju tiegħu.

Artikolu 3

Għamla tar-rapport

L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1970 tintbagħat b'mezzi elettroniċi, bl-użu tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet stabbilita mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Użu tal-euro

1.   L-ammonti rrapportati mill-Istati Membri jiġu indikati f'euro.

2.   Stati Membri li ma jkunux adottaw l-euro bħala l-munita tagħhom sad-data li fiha jkun ippreżentat ir-rapport skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1970 jikkonvertu l-ammonti fil-munita nazzjonali għall-euro f'konformità mal-Artikolu 133 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew, fejn xieraq, l-Artikolu 28 tar- Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Fejn in-nefqa ma tkunx ġiet irreġistrata fil-kontijiet tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni, tintuża l-aktar rata ta' skambju riċenti tal-kontabbiltà ta' kull xahar ippubblikata elettronikament mill-Kummissjoni fil-mument tal-irrapportar inizjali.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi għar-rappurtar ta' irregolaritajiet, dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(4)  Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).

(5)  Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1975 tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-istabbiliment tal-frekwenza u l-format ta' rappurtar ta' irregolaritajiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ara l-paġna 23 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1976 tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-istabbiliment tal-frekwenza u l-format ta' rappurtar ta' irregolaritajiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ara l-paġna 26 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1977 tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-istabbiliment tal-frekwenza u l-format ta' rappurtar ta' irregolaritajiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ara l-paġna 29 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259).


10.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1975

tat-8 ta' Lulju 2015

li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 50(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Membri huma meħtieġa jirrappurtaw l-irregolaritajiet skont l-Artikolu 48(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1971 (2).

(2)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti bl-istess mod irrispettivament mill-fond użat biex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom ikun ġie stabbilit. Għal dak l-għan ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kif ukoll ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 (3), (UE) Nru 223/2014 (4) u (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta regoli dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet. Biex jiġi żgurat li r-regoli identiċi japplikaw fir-rigward tal-fondi kollha regolati skont dawk ir-Regolamenti, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament ikun fih dispożizzjonijiet identiċi għal dawk fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1974 (6), (UE) 2015/1976 (7) u (UE) 2015/1977 (8).

(3)

Sabiex ikun żgurat li ssir analiżi effiċjenti u jkun hemm ġestjoni kumplessiva ta' każijiet ta' irregolarità, l-Istati Membri huma meħtieġa jippreżentaw lill-Kummissjoni, fuq bażi regolari u f'waqtha, l-informazzjoni rilevanti dwar l-irregolaritajiet misjuba. Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-preżentazzjoni ta' dik l-informazzjoni, b'mod partikolari dwar il-frekwenza u l-għamla tagħha.

(4)

Sabiex jiġi evitat li irregolarità jkollha riperkussjonijiet barra t-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jirrapporta, dak l-Istat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni kwalunkwe irregolarità ta' dak it-tip mingħajr dewmien.

(5)

Sabiex jiġu sfruttati bis-sħiħ il-vantaġġi li jirriżultaw mill-użu ta' mezzi elettroniċi għall-iskambju ta' informazzjoni filwaqt li l-iskambji jibqgħu jsiru b'sigurtà, l-Istati Membri għandhom jużaw is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (“IMS”) maħsuba apposta u prevista mill-pjattaforma tas-Sistema ta' Informazzjoni Kontra l-Frodi stabbilita mill-Kummissjoni.

(6)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li t-trasferiment tal-informazzjoni permezz tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet jitwettaq b'mod sigur li jiżgura d-disponibbiltà, l-integrità u l-awtentiċità tal-informazzjoni.

(7)

L-użu tal-euro bħala l-unika munita għar-rappurtar ta' irregolaritajiet huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-informazzjoni irrappurtata. Għall-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom huwa meħtieġ li tiġi speċifikata r-rata tal-kambju li għandha tintuża biex l-ammonti kkonċernati jinqalbu f'euro u r-rata tal-kambju li għandha tintuża għall-qlib tan-nefqa li ma tkunx ġiet irreġistrata fil-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti.

(8)

Il-miżuri previsti f 'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli li ġie stabbilit bl-Artikolu 116 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1306/2013.

(9)

Minħabba li diġà saru l-pagamenti għall-fondi kkonċernati u jistgħu jseħħu l-irregolaritajiet, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw immedjatament. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-ir-rappurtar ta' irregolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 48(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 2

Il-frekwenza tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet

1.   Fi żmien xahrejn wara t-tmiem ta' kull perjodu ta' tliet xhur, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni rapport inizjali dwar l-irregolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1971.

2.   L-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni ir-rapport ta' segwitu msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1971 mill-aktar fis possibbli wara li jkunu kisbu l-informazzjoni rilevanti.

3.   Stat Membru jirrapporta minnufih lill-Kummissjoni l-irregolaritajiet misjuba jew li suppost seħħew u jindika, fejn ikun meħtieġ, kull Stat Membru ieħor ikkonċernat, fejn l-irregolaritajiet jista' jkollhom riperkussjonijiet barra t-territorju tiegħu.

Artikolu 3

L-għamla tar-rapport

L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1971 tintbagħat b'mezzi elettroniċi, bl-użu tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet.

Artikolu 4

Użu tal-euro

1.   L-ammonti rrapportati mill-Istati Membri jiġu indikati f'euro.

2.   L-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro bħala l-munita tagħhom sad-data li fiha jkun ippreżentat ir-rapport skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1971, jikkonvertu l-ammonti fil-munita nazzjonali għall-euro f'konformità mal-Artikolu 105 u l-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Fejn in-nefqa ma tkunx ġiet irreġistrata fil-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti, tintuża l-aktar rata ta' skambju riċenti tal-kontabbiltà ta' kull xahar ippubblikata elettronikament mill-Kummissjoni fil-mument tal-irrappurtar inizjali.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1971 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rappurtar ta' irregolaritajiet li jikkonċernaw il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 (ara l-paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(4)  Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).

(5)  Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).

(6)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1974 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi ll-frekwenza u l-format tar-rappurtar ta' irregolaritajiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta' pagamenti mill--Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ara l-paġna 20 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1976 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-format ta' rappurtar ta' irregolaritajiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta' pagamenti mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ara l-paġna 26 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1977 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-format ta' rappurtar ta' irregolaritajiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta' pagamenti mill-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-kriżijiet (ara l-paġna 29 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


10.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1976

tat-8 ta' Lulju 2015

li jistabblixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn fir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (1) u b'mod partikolari s-sitt subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Membri huma meħtieġa jirrappurtaw l-irregolaritajiet skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1972 (2).

(2)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti bl-istess mod irrispettivament mill-fond użat biex jintlaħqu l-objettivi li għalihom ikun ġie stabbilit. Għal dak l-għan ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 kif ukoll ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 (3), (UE) Nru 1306/2013 (4) u (UE) Nru 514/2014 (5), jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta regoli dwar ir-rappurtar ta' irregolaritajiet. Biex jiġi żgurat li r-regoli identiċi japplikaw fir-rigward tal-fondi kollha regolati skont dawk ir-Regolamenti, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament ikun fih dispożizzjonijiet identiċi għal dawk fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1974 (6), (UE) 2015/1975 (7) u (UE) 2015/1977 (8).

(3)

Sabiex ikun żgurat li ssir analiżi effiċjenti u jkun hemm ġestjoni kumplessiva ta' każijiet ta' irregolarità, l-Istati Membri huma meħtieġa jippreżentaw lill-Kummissjoni, fuq bażi regolari u f'waqtha, l-informazzjoni rilevanti dwar l-irregolaritajiet misjuba. Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-preżentazzjoni ta' dik l-informazzjoni, b'mod partikolari dwar il-frekwenza u l-għamla tagħha.

(4)

Sabiex jiġi evitat li irregolarità jkollha riperkussjonijiet barra t-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jirrapporta, dak l-Istat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni kwalunkwe irregolarità ta' dak it-tip mingħajr dewmien.

(5)

Sabiex jisfruttaw bis-sħiħ il-vantaġġi li jirriżultaw mill-użu ta' mezzi elettroniċi għall-iskambju ta' informazzjoni filwaqt li l-iskambji jibqgħu jsiru b'sigurtà, l-Istati Membri għandhom jużaw is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (“IMS”) maħsuba apposta u prevista mill-pjattaforma tas-Sistema ta' Informazzjoni Kontra l-Frodi stabbilita mill-Kummissjoni.

(6)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li t-trasferiment tal-informazzjoni permezz tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet jitwettaq b'mod sigur li jiżgura d-disponibbiltà, l-integrità, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni.

(7)

L-użu tal-euro bħala l-unika munita għar-rappurtar ta' irregolaritajiet huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-informazzjoni rrappurtata. Fil-każ tal-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom huwa meħtieġ li tiġi speċifikata r-rata tal-kambju li għandha tintuża biex jinqalbu l-ammonti kkonċernati f'euro u r-rata tal-kambju li għandha tintuża għall-qlib tan-nefqa li ma tkunx ġiet irreġistrata fil-kontijiet tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

(9)

Minħabba li diġà saru l-pagamenti għall-fond ikkonċernat u jistgħu jseħħu irregolaritajiet, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli immedjatament Dan ir-Regolament għalhekk għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet imsemmija fis-sitt subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

Artikolu 2

Il-frekwenza tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet

1.   Fi żmien xahrejn wara t-tmiem ta' kull perjodu ta' tliet xhur, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni rapport inizjali dwar l-irregolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1972.

2.   L-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni rapport ta' segwitu msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1972 mill-aktar fis possibbli wara li jkunu kisbu l-informazzjoni rilevanti.

3.   Stat Membru jirrapporta minnufih lill-Kummissjoni l-irregolaritajiet misjuba jew li suppost seħħew u jindika kull Stat Membru kkonċernat fejn l-irregolaritajiet jista' jkollhom riperkussjonijiet barra t-territorju tiegħu.

Artikolu 3

L-għamla tar-rapport

L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1972 tintbagħat b'mezzi elettroniċi, bl-użu tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet.

Artikolu 4

Użu tal-euro

1.   L-ammonti rrapportati mill-Istati Membri jiġu indikati f'euro.

2.   L-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro bħala l-munita tagħhom sad-data li fiha jkun ippreżentat ir-rapport skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1972, jikkonvertu l-ammonti fil-munita nazzjonali għall-euro f'konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014. Fejn in-nefqa ma tkunx ġiet irreġistrata fil-kontijiet tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni, tintuża l-aktar rata tal-kambju riċenti tal-kontabbiltà ta' kull xahar ippubblikata elettronikament mill-Kummissjoni fil-mument tal-irrappurtar inizjali.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1972 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rappurtar ta' irregolaritajiet li jikkonċernaw il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ara l-paġna 11 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-istabbiliment tad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1974 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi ltal-frekwenza u l-format tar-rappurtar ta' irregolaritajiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta' pagamenti mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ara l-paġna 20 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1975 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi ltal-frekwenza u l-format ta' rappurtar ta' irregolaritajiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta' pagamenti mill-Fond Agrikolu Ewropew ta ' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ara l-paġna 23 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1977 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi ltal-frekwenza u l-format ta' rappurtar ta' irregolaritajiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta' pagamenti mill-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-kriżijiet (ara l-paġna 29 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


10.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1977

tat-8 ta' Lulju 2015

li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u ġestjoni tal-kriżijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (1) b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Membri huma meħtieġa jirrappurtaw l-irregolaritajiet skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1973 (2).

(2)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti bl-istess mod irrispettivament mill-fond użat biex jintlaħqu l-objettivi li għalihom ikun ġie stabbilit. Għal dak l-għan ir-Regolament (UE) Nru 514/2014, kif ukoll ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 (3), (UE) Nru 1306/2013 (4) u (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta regoli dwar ir-rappurtar ta' irregolaritajiet. Biex jiġi żgurat li r-regoli identiċi japplikaw fir-rigward tal-fondi kollha regolati skont dawk ir-Regolamenti, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament ikun fih dispożizzjonijiet identiċi għal dawk fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1974 (6), (UE) 2015/1975 (7) u (UE) 2015/1976 (8).

(3)

Sabiex ikun żgurat li ssir analiżi effiċjenti u jkun hemm ġestjoni kumplessiva tal-każijiet ta' irregolarità, l-Istati Membri huma meħtieġa jippreżentaw lill-Kummissjoni, fuq bażi regolari u f'waqtha, l-informazzjoni rilevanti dwar l-irregolaritajiet misjuba. Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-preżentazzjoni ta' dik l-informazzjoni, b'mod partikolari dwar il-frekwenza u l-għamla tagħha.

(4)

Sabiex jiġi evitat li irregolarità jkollha riperkussjonijiet barra t-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jirrapporta, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kwalunkwe irregolarità ta' dak it-tip mingħajr dewmien.

(5)

Sabiex jiġu sfruttati bis-sħiħ il-vantaġġi li jirriżultaw mill-użu ta' mezzi elettroniċi għall-iskambju ta' informazzjoni, filwaqt li l-iskambji jibqgħu jsiru b'sigurtà, l-Istati Membri għandhom jużaw is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (“IMS”) maħsuba apposta u prevista mill-pjattaforma tas-Sistema ta' Informazzjoni Kontra l-Frodi stabbilita mill-Kummissjoni.

(6)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li t-trasferiment tal-informazzjoni permezz tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet jitwettaq b'mod sigur li jiżgura d-disponibbiltà, l-integrità, l-awtentiċità, u l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni.

(7)

L-użu tal-euro bħala l-unika munita għall-irrappurtar ta' irregolaritajiet huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-informazzjoni rrappurtata. Fil każ tal-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom huwa meħtieġ li tiġi speċifikata r-rata tal-kambju li għandha tintuża biex l-ammonti kkonċernati jinqalbu f'euro u r-rata tal-kambju li għandha tintuża fil-qlib tan-nefqa li ma tkunx ġiet irreġistrata fil-kontijiet tal-awtorità responsabbli.

(8)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u b'hekk huma marbuta b'dan ir-Regolament.

(9)

Id-Danimarka mhijiex marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014, jew b'dan ir-Regolament.

(10)

Il-miżuri previsti f 'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna stabbilit mill-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

(11)

Minħabba li diġà saru pagamenti għall-fond ikkonċernat u jistgħu jseħħu irregolaritajiet, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw immedjatament. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

Artikolu 2

Il-frekwenza tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet

1.   Fi żmien xahrejn wara t-tmiem ta' kull perjodu ta' tliet xhur, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni rapport inizjali dwar l-irregolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1973.

2.   L-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni r-rapport ta' segwitu msemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1973 mill-aktar fis possibbli wara li jkunu kisbu l-informazzjoni rilevanti.

3.   Stat Membru jirrapporta minnufih lill-Kummissjoni l-irregolaritajiet misjuba jew li suppost seħħew u jindika kull Stat Membru ieħor ikkonċernat fejn l-irregolaritajiet jista' jkollhom riperkussjonijiet barra t-territorju tiegħu.

Artikolu 3

L-għamla tar-rapport

L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1973 tintbagħat b'mezzi elettroniċi, bl-użu tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet.

Artikolu 4

Użu tal-euro

1.   L-ammonti rrapportati mill-Istati Membri jiġu indikati f'euro.

2.   L-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro bħala l-munita tagħhom sad-data li fiha jkun ippreżentat ir-rapport skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1973, jikkonvertu l-ammonti fil-munita nazzjonali għall-euro f'konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. Fejn in-nefqa ma tkunx ġiet irreġistrata fil-kontijiet tal-awtorità responsabbli, tintuża l-aktar rata ta' kambju riċenti tal-kontabbiltà ta' kull xahar, ippubblikata elettronikament mill-Kummissjoni fil-mument tal-irrapportar inizjali.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1973 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rappurtar ta' irregolaritajiet dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ara l-paġna 15 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78 (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1974 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-format tar-rappurtar ta' irregolaritajiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta' pagamenti mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ara l-paġna 20 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1975 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-format ta' rappurtar ta' irregolaritajiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta' pagamenti mill-Fond Agrikolu Ewropew ta ' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ara l-paġna 23 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1976 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-format ta' rappurtar ta' irregolaritajiet, skont ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta' pagamenti mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ara l-paġna 26 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).