ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 282

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
28 ta' Ottubru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera mal-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1930 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjonijiet finanzjarji u għall-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji b'rata fissa, u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1931 tat-23 ta' Ottubru 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Huile d'olive de Nice (DOP))

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1932 tas-26 ta' Ottubru 2015 li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija sa tmiem is-sena tal-kwota 2015

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1933 tas-27 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fil-fibra tal-kawkaw, fiċ-ċipps tal-banana, fis-supplimenti tal-ikel, fil-ħxejjex aromatiċi mnixxfin u fil-ħwawar imnixxfin ( 1 )

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1934 tas-27 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

14

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1935 tas-27 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

32

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1936 tat-8 ta' Lulju 2015 dwar sistemi applikabbli għall-evalwazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' tubi u pajpijiet għall-ventilazzjoni tal-ajra skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1937 tal-21 ta' Ottubru 2015 li tistabbilixxi Bord Fiskali Ewropew konsultattiv indipendenti

37

 

 

LINJI GWIDA

 

*

Linja gwida (UE) 2015/1938 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta' Awwissu 2015 li temenda l-Linja gwida (UE) Nru 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/27)

41

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera mal-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija

Il-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera mal-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (1), iffirmat fil-5 ta' Diċembru 2014, f'konformità mal-Artikolu 15.1 tiegħu, daħal fis-seħħ fit-8 ta' Ottubru 2015.


(1)  ĠU L 370, 30.12.2014, p. 3.


REGOLAMENTI

28.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/2


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1930

tat-28 ta' Lulju 2015

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjonijiet finanzjarji u għall-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji b'rata fissa, u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 105(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kisba tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) ma għandhiex tiddgħajjef mill-Istati Membri li jiksru r-regoli tal-PKS. Skont l-Artikolu 41(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-għajnuna (assistenza) finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) hija marbuta kondizzjonalment mal-konformità tal-Istati Membri mar-regoli tal-PKS u n-nuqqas ta' konformità jista' jwassal għall-interruzzjoni jew għas-sospensjoni tal-pagamenti jew għall-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna (assistenza) finanzjarja tal-Unjoni skont il-PKS.

(2)

L-Artikolu 22(7), l-Artikolu 85 u l-Artikolu 144(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistipulaw il-każijiet u l-kundizzjonijiet li skonthom korrezzjonijiet finanzjarji jistgħu jew għandhom jiġu applikati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 144(7) ta' dak ir-Regolament ir-regoli speċifiċi għall-fondi għall-FEMS jistgħu jistabbilixxu bażijiet speċifiċi għal korrezzjonijiet finanzjarji marbuta man-nuqqas ta' konformità mar-regoli applikabbli skont il-PKS.

(3)

Sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-kontribwenti tagħha, il-Kummissjoni tista' tapplika korrezzjonijiet finanzjarji billi tikkanċella l-kontribuzzjoni tal-Unjoni lil programm operazzjonali jew parti minnha, f'konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 skont wieħed minn dawn iż-żewġ ipotesi: (a) fejn Stat Membru ma kienx ikkorega n-nefqa inkluża f'dikjarazzjoni tan-nefqa ċċertifikata affettwata minn każijiet li fihom il-benefiċjarju ma kkonformax mal-obbligi kif stipulati fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; jew (b) fejn fir-rigward tan-nefqa inkluża f'dikjarazzjoni tan-nefqa ċċertifikata affettwata minn każijiet serji ta' nuqqas ta' konformità li rriżultaw fis-sospensjoni ta' pagamenti skont l-Artikolu 101 tal-istess regolament, l-Istat Membru jkun naqas milli juri li hu kien ħa l-azzjonijiet ta' rimedju meħtieġa li jiżguraw il-konformità ma' u l-infurzar tar-regoli applikabbli tal-PKS fil-futur.

(4)

Meta ma jkunx possibbli li jiġi kkwantifikat preċiżament l-ammont ta' nefqa marbuta man-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS mill-Istati Membri, għandha tiġi applikata korrezzjoni finanzjarja b'rata fissa skont l-Artikolu 105(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

(5)

L-Artikolu 105(4) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta' delega li jiddeterminaw il-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjonijiet finanzjarji li għandu jiġi applikat u l-kriterji għall-applikazzjoni ta' rati fissi jew ta' korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati. L-Artikolu 105(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 jinkludi l-lista ta' każijiet fejn il-Kummissjoni tkun tista' timponi korrezzjonijiet finanzjarji fuq programm operazzjonali sħiħ jew parti minnu. F'każijiet koperti bil-punt (a) tal-Artikolu 105(1), kwantifikazzjoni tal-impatt finanzjarju tan-nuqqas ta' konformità mill-benefiċjarju hija bbażata fuq il-ftehim ta' finanzjament bejn il-benefiċjarju u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm tal-FEMS. Konsegwentement, l-applikazzjoni ta' rati fissi għal korrezzjonijiet finanzjarji jistgħu jikkonċernaw biss każijiet imsemmija fl-Artikolu 105(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

(6)

Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-proporzjonalità ta' korrezzjonijiet finanzjarji b'rata fissa, u ċ-ċertezza legali u t-trattament ugwali tal-Istati Membri li jimplimentaw programmi tal-FEMS, huwa meħtieġ illi jiġu ddefiniti l-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjonijiet finanzjarji li għandu jiġi applikat u l-kriterji għall-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji b'rata fissa.

(7)

Il-livell ta' korrezzjonijiet finanzjarji deċiżi mill-Kummissjoni meta l-Istati Membri ma jikkonformawx mar-regoli tal-PKS għandhom ikunu proporzjonati, b'kunsiderazzjoni tan-natura, il-gravità, it-tul ta' żmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas serju ta' konformità mar-regoli tal-PKS.

(8)

Huwa xieraq li jiġu definiti mill-Kummissjoni l-livelli ta' korrezzjonijiet finanzjarji b'rata fissa fuq il-bażi tar-rati ta' korrezzjonijiet finanzjarji li diġà jeżistu għal ċerti tipi ta' nuqqasijiet ta' konformità fi ħdan il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Huwa wkoll xieraq li jkun żgurat li jkun hemm mekkaniżmu gradwali adegwat sabiex il-prinċipju ta' proporzjonalità jkun jista' jiġi applikat b'mod xieraq.

(9)

Fil-qasam tal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data, id-dispożizzjonijiet dwar korrezzjonijiet finanzjarji b'rata fissa stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jissostitwixxu dawk stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 (4). Bħala konsegwenza, dak l-Artikolu għandu jitħassar.

(10)

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-assistenza approvata mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 (5).

(11)

L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (6) jipprovdi li t-tnaqqis tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandu jammonta għal mhux aktar minn 25 % tal-ammont totali annwali tal-programm nazzjonali. Bħala konsegwenza fil-qasam tal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data, l-ogħla rata fissa ta' korrezzjonijiet finanzjarji stabbilita f'dan ir-Regolament għandha tiġi applikata biss wara t-tħassir tal-Artikolu 8 ta' dak ir-Regolament.

(12)

Minħabba l-importanza li jiġi żgurat li jkun hemm trattament armonizzat u ugwali tal-Istati Membri fl-Unjoni kollha mill-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġgett

Dan ir-Regolament jistipula l-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjonijiet finanzjarji u l-kriterji għall-applikazzjoni ta' rati fissi kif imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

Artikolu 2

Kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjonijiet finanzjarji

Il-livell ta' korrezzjoni finanzjarja f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 105(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 għandhom jiġu stabbiliti skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-grad ta' ħsara potenzjali għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar li tirriżulta min-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS;

(b)

il-frekwenza tan-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS;

(c)

it-tul ta' żmien tan-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS;

(d)

azzjonijiet ta' rimedju meħuda mill-Istat Membru.

Artikolu 3

Kriterji għall-applikazzjoni tar-rati fissi

1.   Ir-rati fissi tal-korrezzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 għandhom ikunu ta' 2 %, 5 %, 10 %, 25 %, 50 % jew 100 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni allokata għall-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni, jew il-parti rilevanti ta' dawk il-prijoritajiet, fi ħdan il-programm operazzjonali tal-Istat Membru.

2.   Il-firxa ta' rati fissi li huma applikati f'każijiet individwali ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS hija mniżżla fl-Anness.

3.   Fejn, f'dak li għandu x'jaqsam mal-istess prijorità tal-Unjoni, diversi każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS jiġu identifikati mill-Kummissjoni fl-istess att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, ir-rati fissi ma jiġux akkumulati, iżda l-korrezzjoni finanzjarja għandha tkun stabbilita fl-ogħla skala tal-firxiet applikabbli għal dawk il-każijiet.

4.   Wara li tkun ġiet implimentata korrezzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni għal każ partikolari ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS u l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa azzjoni ta' rimedju xierqa, ir-rata fissa tista' tiżdied għal-livell ogħla li jkun imiss fl-iskala applikabbli għal dak il-każ ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS.

5.   Minbarra l-każijiet li għalihom hija espliċitament imniżżla fl-Anness, rata fissa ta' 100 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni allokata għall-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni, jew il-parti rilevanti ta' dawk il-prijoritajiet, fi ħdan il-programm operazzjonali tal-Istat Membru tista' tiġi applikata jekk:

(a)

in-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS tant ikun fundamentali, frekwenti jew mifrux li jirrappreżenta falliment assolut tas-sistema konċernata u jpoġġi f'riskju l-legalità tal-azzjonijiet tal-Istat Membru jew ir-regolarità tal-iffinanzjar tal-Politika Komuni tas-Sajd; jew

(b)

ikun hemm evidenza ta' negliġenza intenzjonata min-naħa tal-Istat Membru biex jirrimedja n-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-kontinwazzjoni jew il-modifika, inkluża l-kanċellazzjoni totali jew parzjali, ta' assistenza approvata mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2006.

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 665/2008

Fir-Regolament (KE) Nru 665/2008, l-Artikolu 6 huwa mħassar.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, fir-rigward ta' każijiet ta' nuqqas ta' konformità fil-qasam tal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data inkluża fil-kategorija 4 tal-Anness, l-Artikolu 3(5) ta' dan ir-Regolament japplika mid-data tat-tħassir tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 tal-14 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 186, 15.7.2008, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta' Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta' Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1).


ANNESS

Każijiet ta' nuqqas ta' konformità (1)

Firxa ta' rati fissi

Kategorija 1: In-nuqqas ta' kontribut favur l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd kif stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li huma essenzjali għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

1.1

In-nuqqas li jiġi żgurat li huma rispettati l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istat Membru skont l-Artikoli 16-17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013

25–100 %

1.2

In-nuqqas li jintlaħqu r-rekwiżiti stabbiliti fit-tipi differenti ta' miżuri ta' konservazzjoni elenkati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013

10–100 %

Kategorija 2: In-nuqqas li jintlaħqu l-obbligi internazzjonali dwar il-konservazzjoni

2.1

In-nuqqas li jintlaħqu l-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013

10–100 %

Kategorija 3: In-nuqqas li jiġi żgurat li l-flotta hija f'bilanċ mar-riżorsi naturali

3.1

In-nuqqas li jiġi sottomess ir-rapport dwar il-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd tal-flotta u l-opportunitajiet tas-sajd li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

2–25 %

3.2

In-nuqqas li jiġi implimentat il-pjan ta' azzjoni skont l-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jekk pjan bħal dan ikun inkluż fir-rapport sottomess kull sena;

5–25 %

3.3

In-nuqqas li jiġi żgurat li f'każ ta' kapaċità tas-sajd irtirata mill-finanzi pubbliċi, ikunu rtirati minn qabel il-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd rispettivi u ma tkunx sostitwita l-kapaċità kif imsemmi fl-Artikoli 22(5) u 22(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

10–50 %

3.4

In-nuqqas li jiġi żgurat li l-kapaċità tas-sajd ma taqbiżx, fi kwalunkwe ħin, il-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 22(7) u fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

10–50 %

3.5

In-nuqqas li tiġi implimentata skema ta' dħul/ħruġ skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

10–25 %

3.6

In-nuqqas li jiġi ġestit ir-reġistru tal-flotta tas-sajd f'konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 (2);

10–50 %

Kategorija 4: In-nuqqas li jiġi implimentat qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data f'konformita mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 kif speċifikat aktar fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 li jirriżulta fin-nuqqas ta' informazzjoni dwar riżorsi naturali

4.1

In-nuqqas li tinġabar u tiġi ġestita data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika meħtieġa għal ġestjoni tas-sajd kif stabbilit fl-Artikoli 4, 13 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008;

2–25 %

4.2

In-nuqqas li kull sena jiġi sottomess ir-rapport dwar l-eżekuzzjoni ta' programmi ta' ġbir ta' data nazzjonali u biex dan ir-rapport isir disponibbli pubblikament kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008;

2–10 %

4.3

In-nuqqas li tiġi żgurata koordinazzjoni nazzjonali tal-ġbir u l-ġestjoni ta' data xjentifika għall-ġestjoni tas-sajd kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008;

2–5 %

4.4

In-nuqqas li jiġu kkoordinati l-attivitajiet ta' ġbir ta' data ma' Stati Membri oħra fl-istess reġjun kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008;

2–25 %

4.5

In-nuqqas li tiġi pprovduta data lill-utenti finali fil-waqt f'konformità mal-Artikoli 18 sa 20 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008;

2–25 %

Kategorija 5: In-nuqqas li titħaddem sistema effikaċi ta' kontroll u ta' infurzar

5.1

In-nuqqas li jiġu rispettati l-prinċipji ġenerali ta' kontroll u ta' infurzar skont it-Titolu II tar Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3);

10–50 %

5.2

In-nuqqas li jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet ġenerali għall-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi skont it-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 huma rispettati;

10–50 %

5.3

In-nuqqas ta' kontroll effettiv tal-kummerċjalizzazzjoni sabiex tkun żgurata t-traċċabblità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwaultura, skont it-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

10–50 %

5.4

In-nuqqas li jitwettqu sorveljanza u spezzjonijiet effettivi, u biex tiġi żgurata azzjoni ta' infurzar sistematika u adegwata fir-rigward ta' kwalunkwe ksur tar-regoli tal-PKS, skont it-Titoli VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

10–50 %

5.5

In-nuqqas li jiġu stabbiliti u implimentati programmi ta' azzjoni ta' kontroll nazzjonali skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u, meta rilevanti, biex jitwettqu programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni skont it-Titolu IX ta' dak ir-Regolament;

10–50 %

5.6

In-nuqqas ta' kooperazzjoni mal-Kummissjoni sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kompiti tal-uffiċjali tal-Kummissjoni waqt il-missjonijiet tagħhom ta' verifikazzjoni, spezzjonijiet awtonomi u verifiki skont it-Titolu X tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

2–50 %

5.7

In-nuqqas li jiġu implimentati l-miżuri li ġew deċiżi mill-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-konformità mill-Istati Membri mal-objettivi tal-PKS, bħal pjanijiet ta' azzjoni u ta' kull miżura oħra b'konformità mat-Titolu XI tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

10–50 %

5.8

In-nuqqas li jintlaħqu r-rekwiżiti fir-rigward tal-analiżi, il-validazzjoni, l-aċċess u l-iskambju ta' data u tal-informazzjoni, skont it-Titolu XII tar-Regolament 1224/2009;

2–25 %

5.9

In-nuqqas li tiġi kkontrollata l-implimentazzjoni ta' skema effettiva ta' ċertifikazzjoni tal-qabda stipulata wkoll fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (4);

10–50 %

5.10

In-nuqqas ta' azzjoni dwar attivitajiet tas-sajd illegali allegati mhux rapportati u mhux regolati (IUU) skont l-Artikolu 26(3), 39 u 40 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

5–50 %

Kategorija 6: In-nuqqas li tiġi stabbilita u titħaddem sistema funzjonali ta' pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi

6.1

F'każ ta' ksur, in-nuqqas li jiġu nnotifikati l-Istat Membru tal-bandiera, l-Istat Membru li t-trasgressur hu ċittadin tiegħu u kull Stat Membru ieħor interessat fis-segwitu tal-miżuri meħuda biex tiġi żgurata l-konformità skont l-Artikolu 89(4) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

2–10 %

6.2

In-nuqqas li jittieħdu miżuri immedjati f'konformità mal-Artikolu 91 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 biex jevitaw li kaptani ta' bastimenti tas-sajd jew persuni legali jew fiżiċi oħra li jkunu nqabdu fit-twettiq ta' ksur serju, milli jkomplu jagħmlu dan;

10–50 %

6.3

In-nuqqas li jiġu stabbiliti l-kriterji li jiddeterminaw il-karattru serju tal-ksur tar-regoli tal-PKS skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;

10–50 %

6.4

In-nuqqas li jiġi żgurat li jiġu applikati sistematikament sanzjonijiet effettivi għal każijiet ta' ksur tar-regoli tal-PKS u li l-livell ta' dawn is-sanzjonijiet ikun adegwat fil-gravità u proporzjonati mas-serjetà ta' tali ksur, sabiex tiġi żgurata d-deterrenza u, bħala minimu, effettivament iċaħħad lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi miksuba mill-ksur tagħhom skont it-Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

10–50 %

6.5

In-nuqqas li tiġi applikata sistema ta' punti għal ksur serju għad-detenturi ta' liċenzji tas-sajd kif ukoll għall-kaptani skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

10–50 %

6.6

In-nuqqas li jiġi stabbilit u ġestit b'mod xieraq ir-reġistru nazzjonali tal-ksur skont l-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

10–50 %


(1)  Kif definiti skont l-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).


28.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1931

tat-23 ta' Ottubru 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Huile d'olive de Nice (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Huile d'olive de Nice”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (2) (KE) Nru 2400/96 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2006 (3).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda fl-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Huile d'olive de Nice” (DOP) huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar l-iskrizzjoni ta' ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta u indikazzjonijiet geografiċi protetti” li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet geografiċi u denominazzjoni ta' oriġini għal prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel (ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2006 tal-10 ta' Marzu 2006 li jikkompleta l-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 rigward ir-reġistrazzjoni ta' ċerti denominazzjonijiet fir-Reġistru ta' denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pimiento Asado del Bierzo — (IGP), Fico bianco del Cilento — (AOP), Melannurca Campana — (IGP), Montes de Granada — (AOP), Huile d'olive de Nice — (AOP), Aceite de la Rioja — (AOP), Antequera — (AOP)) (ĠU L 72, 11.3.2006, p. 8).

(4)  ĠU C 204, 20.6.2015, p. 24.


28.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1932

tas-26 ta' Ottubru 2015

li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija sa tmiem is-sena tal-kwota 2015

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188, il-paragrafi 1 u 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa verġni bil-kodiċijiet NM 1509 10 10 u NM 1509 10 90, li kien oriġina kollu kemm hu mit-Tuneżija u li ġie ttrasportat minn hemmhekk direttament lejn l-Unjoni.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 ta' Jannar 2015 sal-4 ta' Awwissu 2015 jaqbżu l-kwantità annwali ta' 56 700 tunnellata stabbilita fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1371 (3) stabbilixxa koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill- applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mit-3 sal-4 ta' Awwissu 2015, u ssospenda t-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għax-xahar ta' Awwissu 2015. Jixraq li t-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda jkun sospiż sa tmiem is-sena tal-kwota attwali.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għal liċenzji tal-importazzjoni fil-qafas tal-kwota msemmija fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006 huwa sospiż mit-28 ta' Ottubru 2015 sa tmiem is-sena tal-kwota attwali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1371 tas-7 ta' Awwissu 2015 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mit-3 sal-4 ta' Awwissu 2015 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija u li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal tali liċenzji għax-xahar ta' Awwissu 2015 (ĠU L 211, 8.8.2015, p. 32).


28.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1933

tas-27 ta' Ottubru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fil-fibra tal-kawkaw, fiċ-ċipps tal-banana, fis-supplimenti tal-ikel, fil-ħxejjex aromatiċi mnixxfin u fil-ħwawar imnixxfin

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel.

(2)

Skont dak ir-Regolament, il-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) għandhom ikunu sikuri u l-aktar baxx li jista' raġonevolment jintlaħaq, ibbażati fuq manifattura tajba, tnixxif u prattiċi tajba ta' agrikoltura u sajd.

(3)

Il-fibra tal-kawkaw hija prodott speċifiku tal-kawkaw magħmul mill-qoxra tal-fażola tal-kawkaw u li fih livelli ogħla ta' PAHs minn prodotti tal-kawkaw magħmula miż-żerriegħa tal-kawkaw imneħħija minn ġol-qoxra. Il-fibra tal-kawkaw u l-prodotti derivati huma prodotti intermedjarji fil-katina alimentari u użati bħala ingredjent fit-tħejjija ta' ikel b'ammont baxx ta' kaloriji u kontenut għoli ta' fibra. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli speċifiċi ta' PAHs għall-fibra tal-kawkaw u l-prodotti derivati. Minħabba li dawn il-prodotti għandhom kontenut baxx ta' xaħam, huwa xieraq li l-livelli massimi jiġu stabbiliti abbażi tal-piż imxarrab.

(4)

Iċ-ċipps tal-banana jintużaw fiċ-ċereali tal-kolazzjon u fil-ħelu, kif ukoll jittieklu bħala ikla ħafifa. Reċentement instabu livelli għoljin ta' PAHs fiċ-ċipps tal-banana. Dawk is-sejbiet huma relatati mal-qali taċ-ċipps tal-banana fiż-żejt tal-ġewż tal-Indi. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi ta' PAHs għaċ-ċipps tal-banana. Bħala l-ewwel pass, minħabba n-nuqqas ta' dejta suffiċjenti dwar l-okkorrenza, dawn il-livelli massimi jikkorrispondu għal-livelli massimi taż-żejt tal-ġewż tal-Indi maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-ikel. Il-livelli massimi għandhom jiġu riveduti fi żmien sentejn u jittieħed kont tad-dejta disponibbli dwar l-okkorrenza.

(5)

Instabu livelli għoljin ta' PAHs f'ċerti supplimenti tal-ikel li fihom jew huma derivati minn ingredjenti botaniċi. Il-preżenza ta' livelli għoljin f'dawn is-supplimenti tal-ikel ġiet marbuta ma' prattiki ħżiena ta' tnixxif applikati għal dawn l-ingredjenti botaniċi. Dawn il-livelli għoljin jistgħu jkunu evitati billi jiġu applikati prattiki tajbin. Għaldaqstant jixraq li jiġu stabbiliti livelli massimi għall-PAHs f'dawn il-prodotti li jistgħu jinkisbu billi jiġu applikati prattiki tajbin u li xorta jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem.

(6)

Instab ukoll li f'ċerti każijiet anki supplimenti tal-ikel li fihom jew huma derivati miż-żaftur, mill-ħalib tan-naħal u mill-ispirulina fihom livelli għoljin ta' PAHs li ġew marbuta mal-applikazzjoni ta' prattiki ħżiena. Billi livelli aktar baxxi jistgħu jinkisbu bl-applikazzjoni ta' prattiki tajbin, huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi ta' PAHs f'dawn il-prodotti.

(7)

Livelli għoljin ta' PAHs instabu wkoll fi ħxejjex aromatiċi mnixxfin u ħwawar imnixxfin li huma wkoll marbuta mal-applikazzjoni ta' prattiki ħżiena ta' tnixxif. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi ta' PAHs fil-ħxejjex aromatiċi mnixxfin u fil-ħwawar imnixxfin. Il-metodi tradizzjonali ta' affumikar u ta' ipproċessar applikati għall-paprika u għall-kardamomu affumikati jirriżultaw f'livelli għolja ta' PAHs. Minħabba li l-konsum ta' dawn il-ħwawar huwa baxx u biex dawn il-prodotti affumikati jibqgħu fis-suq, huwa xieraq li dawn il-ħwawar jiġu eżentati mil-livelli massimi.

(8)

Għandu jiġi pprovdut perjodu ta' żmien raġonevoli li jippermetti lill-Istati Membri u lill-operaturi tan-negozji tal-ikel biex jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(9)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-prodotti alimentari, elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fil-punt 6.1.11, imqiegħda legalment fis-suq qabel l-1 ta' April 2016, jistgħu jibqgħu fis-suq wara dik id-data sad-data minima ta' durabbiltà jew sad-data ta' skadenza tagħhom.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' April 2016 bl-eċċezzjoni tal-ikel imsemmi fil-punt 6.1.11 li għalih il-livell massimu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).


ANNESS

It-Taqsima 6: “Idrokarbur aromatiku poliċikliku” tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 hija emendata kif ġej:

(1)

Il-punt 6.1.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.1.2

Żerriegħa tal-kawkaw u prodotti dderivati bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt 6.1.11

5,0 μg/kg xaħam mill-1.4.2013

35,0 μg/kg xaħam mill-1.4.2013 sal-31.3.2015

30,0 μg/kg xaħam mill-1.4.2015”

(2)

Jiżdiedu l-punti 6.1.11, 6.1.12, 6.1.13, 6.1.14 u 6.1.15 li ġejjin:

“6.1.11

Fibra tal-kawkaw u prodotti derivati mill-fibra tal-kawkaw, maħsuba għall-użu bħala ingredjent fl-ikel

3.0

15.0

6.1.12

Ċipps tal-banana

2.0

20.0

6.1.13

Supplimenti tal-ikel li fihom materjali botaniċi u l-preparati tagħhom (39) (*)  (**)

Supplimenti tal-ikel li fihom iż-żaftur, il-ħalib tan-naħal, l-ispirulina jew il-preparati tagħhom (39)

10,0

50,0

6.1.14

Ħxejjex aromatiċi mnixxfin

10,0

50,0

6.1.15

Ħwawar imnixxfin bl-eċċezzjoni tal-kardamomu u tal-Capsicumaffumikat spp.

10,0

50,0


(*)  Il-preparati botaniċi huma preparati miksuba minn materjali botaniċi (eż. partijiet sħaħ ta' pjanti, pjanti frammentati jew maqtugħa) b'diversi modi (eż. l-ippressar, l-għasir, l-estrazzjoni, l-frazzjonament, id-distillazzjoni, il-konċentrazzjoni, it-tnixxif u l-fermentazzjoni). Din id-definizzjoni tinkludi pjanti imfarrka jew mitħuna, partijiet ta' pjanti, alka, faqqiegħ, likeni, tinturi, estratti, żjut essenzali (minbarra ż-żjut veġetali msemmija fil-punt 6.1.1), sugi espressi u efużjonijiet proċessati.

(**)  Il-livell massimu ma japplikax għal supplimenti tal-ikel li fihom żjut veġetali. Iż-żjut veġetali użati bħala ingredjent fis-supplimenti tal-ikel għandhom jikkonformaw mal-livell massimu stabbilit fil-punt 6.1.1.”


28.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1934

tas-27 ta' Ottubru 2015

li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet (“ATP” jew “il-prodott ikkonċernat”) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “iċ-Ċina”) u t-Tajlandja kienu oriġinarjament imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 584/96 (2) (il-“miżuri oriġinali”) u estiżi l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 803/2009 (3) (il-“miżuri fis-seħħ”).

(2)

Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, il-miżuri oriġinali kienu estiżi għal importazzjonijiet ikkonsenjati mit-Tajwan, l-Indonesja, is-Sri Lanka u l-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw rispettivament fit-Tajwan, l-Indoneżja, is-Sri Lanka u l-Filippini kif ukoll jekk le, bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 (4), (KE) Nru 2052/2004 (5), (KE) Nru 2053/2004 (6) u (KE) Nru 655/2006 (7).

(3)

Id-dazji antidumping fis-seħħ huma 58,6 % għall-kumpaniji kollha.

1.2.   Miżuri fis-seħħ fir-rigward ta' pajjiżi terzi oħra

(4)

Bħalissa hemm fis-seħħ miżuri antidumping fuq importazzjonijiet ta' ATP li joriġinaw fir-Russja u t-Turkija (8) u fuq importazzjonijiet ta' ATP li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja (9). Il-miżuri kontra t-Tajlandja skadew fl-4 ta' Settembru 2014 (10).

1.3.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(5)

Fl-14 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) ippubblikat avviż tal-iskadenza imminenti (11) ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja, u dawk ikkunsinnati mit-Tajwan, l-Indonesja, is-Sri Lanka u l-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw rispettivament fit-Tajwan, l-Indoneżja, is-Sri Lanka u l-Filippini, kif ukoll jekk le.

(6)

Fit-2 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(7)

It-talba saret mid-Defence Committee of the Steel Butt-Welding Fittings Industry of the European Union (“l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. It-talba hi bbażata fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx tirriżulta f'issoktar ta' dumping u dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(8)

Fit-3 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (12).

1.4.   Il-partijiet interessati

(9)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Minbarra dan, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lil produtturi, utenti u importaturi oħra magħrufa fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, u lill-awtoritajiet Ċiniżi dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza u stednithom biex jikkooperaw.

(10)

Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ.

1.4.1.   Teħid tal-ampjun

(11)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista' tieħu kampjuni minn partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(a)   It-teħid ta' kampjun tal-produtturi tal-Unjoni

(12)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. Il-kampjun intgħażel abbażi tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami fl-Unjoni filwaqt li ġiet żgurata firxa ġeografika u kien jikkonsisti fi tliet kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji b'faċilitajiet ta' produzzjoni fl-Awstrija, Franza, il-Ġermanja u l-Italja. Ma waslu l-ebda kummenti u għalhekk il-kumpaniji magħżula b'mod proviżorju nżammew fil-kampjun finali.

(13)

Sussegwentement, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma kienx f'pożizzjoni li jipprovdi risposta sħiħa għall-kwestjonarju u għalhekk ġie sostitwit minn produttur ieħor tal-Unjoni. Il-kampjun finali kien jikkonsisti fi tliet kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji li jirrappreżentaw 57 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u 58 % tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, u b'faċilitajiet ta' produzzjoni f'erba' Stati Membri differenti (l-Awstrija, Franza, il-Ġermanja u l-Italja). Il-partijiet interessati ġew infurmati b'dan. Il-kampjun tqies bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

(b)   Teħid tal-kampjun tal-importaturi

(14)

Biex tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjun kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Minn 12-il impotatur li pprovdew l-informazzjoni, sitta biss kienu qed jimpurtaw il-prodott ikkonċernat miċ-Ċina. Minn dawn is-sitt kumpaniji, intgħażel kampjun abbażi tal-volum tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami filwaqt li ġiet żgurata firxa ġeografika, u dan kien jikkonsisti fi tliet importaturi li jinsabu fil-Ġermanja, il-Greċja u l-Italja.

(15)

L-importaturi kollha li ppreżentaw ruħhom kienu infurmati dwar il-kampjun propost. Ma waslu l-ebda kummenti. Il-kampjun kien jirrappreżenta 15 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat.

(c)   It-teħid ta' kampjun tal-produtturi esportaturi fiċ-Ċina

(16)

Biex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjun kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm minnhom, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(17)

Produttur esportatur Ċiniż wieħed biss inizjalment resaq biex jipprovdi l-informazzjoni mitluba fil-formola tal-kampjunar. Għalhekk, ma kienx meħtieġ kampjun. Sussegwentement, kif imsemmi fil-premessa (20), dan il-produttur esportatur waqaf jikkoopera.

1.4.2.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(18)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi u l-importatur tal-Unjoni fil-kampjun u lill-produttur esportatur Ċiniż imsemmi hawn fuq.

(19)

Tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mingħand it-tliet produtturi/grupp ta' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u tliet importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun.

(20)

Il-produttur esportatur Ċiniż ma ppreżentax tweġiba għall-kwestjonarju.

1.4.3.   Żjarat ta' verifika

(21)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset bżonnjuża għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara u għad-determinazzjoni ta' jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi fl-Unjoni:

Erne Fittings GmbH u l-kumpanija relatata Siekmann Fittings GmbH, Schlins, l-Awstrija,

Vallourec Fittings S.A., Maubeuge, Franza,

Virgilio Cena & Figli S.P.A., Brescia, l-Italja.

(b)

Importaturi

Biagini Piero & C., Altedo di Malalbergo, l-Italja,

General Commercial & Industrial S.A., Ateni, il-Greċja,

Manfred Geldbach Flansch und Fitting GmbH, Gelsenkirchen, il-Ġermanja.

1.5.   Perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(22)

L-investigazzjoni tal-probabbilità tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami” jew il-“PIR”).

(23)

L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' ssoktar jew rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.6.   Żvelar

(24)

Il-Kummissjoni żvelat lill-partijiet interessati kollha l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kienet beħsiebha żżomm fis-seħħ il-miżuri ta' antidumping u stiednet lill-partijiet interessati kollha sabiex jikkummentaw. Ma ġew ippreżentati l-ebda kummenti.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-Prodott ikkonċernat

(25)

Il-prodott rieżaminat huwa l-istess bħal dak fir-rieżami ta' skadenza konkluż f'Awwissu 2009 (13), jiġifieri huwa tagħmir ta' tubi u pajpijiet (minbarra tagħmir tal-ħadid fondut, flanġijiet u tagħmir bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (ma jinkludix l-azzar inossidabbli) bl-akbar dijametru ta' barra li ma jaqbiżx is-609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew finijiet oħra, li joriġina fiċ-Ċina li bħalissa huwa klassifikat fil-kodiċijiet NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80.

2.2.   Il-prodott simili

(26)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku fl-Arabja Sawdija, li serviet bħala pajjiż analogu; kif ukoll

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(27)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   IL-PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(28)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dumping kienx qed iseħħ u jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti kellhiex il-probabbiltà li twassal għall-kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping.

(29)

Kif imsemmi fil-premessi (18) u (19), filwaqt li ntbagħat kwestjonarju lill-produttur esportatur Ċiniż li ppreżenta ruħu matul l-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjun, dan il-produttur esportatur sussegwentement ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju. Konsegwentement, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoopera fl-investigazzjoni attwali u għalhekk kellu jsir użu mill-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(30)

F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Ċiniżi u l-produttur esportatur Ċiniż imsemmi hawn fuq li ppreżenta ruħu matul l-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjun ġew debitament innotifikati li n-nuqqas ta' risposta għall-kwestjonarju jkun meqjus mill-Kummissjoni bħala nuqqas ta' kooperazzjoni, u li għalhekk, il-Kummissjoni setgħet tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward taċ-Ċina. Kif imsemmi fil-premessa (20) hawn fuq, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda risposta għall-kwestjonarju.

(31)

Fuq din il-bażi, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq fatti disponibbli, b'mod partikolari fuq informazzjoni fit-talba għal rieżami ta' skadenza u l-istatistika disponibbli tal-Eurostat, li ġew iċċekkjati mill-ġdid mal-istatistika tal-importazzjoni miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6)”) u mal-informazzjoni miġbura matul il-verifiki fil-post tal-importaturi mhux relatati. Il-Bażi tad-Dejta tal-Istatistika Ċiniża dwar l-Esportazzjoni ġiet analizzata wkoll. Madankollu, l-analiżi wriet li d-dejta tagħha dwar il-volumi tal-importazzjoni qabżet sewwa l-volumi rreġistrati f'sorsi oħra disponibbli, b'mod partikolari fil-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6). Bl-istess mod, il-prezzijiet medji rrapportati tagħha kienu fil-biċċa l-kbira fuq il-prezzijiet medji ta' sorsi oħra, inkluż il-prezz medju rapportat minn importaturi mhux relatati li kkooperaw. Għalhekk, għalkemm id-differenzi bejn id-dejta rappurtata minn kull sors ieħor disponibbli kienu negliġibbli, ġie stabbilit li d-dejta rrappurtata skont il-bażi tad-dejta Ċiniża kienet differenti b'mod sinifikanti mid-dejta rrapportata mis-sorsi l-oħrajn kollha analizzati mill-Kummissjoni. Għalhekk id-dejta rrapportata fil-Bażi tad-Dejta tal-Istatistika tal-Esportazzjoni Ċiniża kienet meqjusa mhux kredibbli f'dan il-każ.

3.2.   Dumping ta' importazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami

(a)   Il-pajjiż analogu

(32)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali jiġi determinat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur kostrutt f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. Għal dan l-għan, kellu jintagħżel pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“il-pajjiż analogu”).

(33)

It-Tajlandja ntużat bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali. Matul ir-rieżami ta' skadenza preċedenti l-Istati Uniti tal-Amerika ntużat bħala l-pajjiż analogu minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni minn produtturi Tajlandiżi.

(34)

Għall-fini ta' din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati fin-Notifika ta' Bidu li hi kienet qed tikkunsidra lir-Repubblika tal-Korea bħala pajjiż analogu possibbli peress li r-Repubblika tal-Korea, kuntrarjament għall-Istati Uniti, ma kellhiex miżuri tad-difiża tal-kummerċ fis-seħħ u produttur esportatur Korean kien ikkoopera fir-rieżami ta' skadenza li tikkonċerna l-miżuri fis-seħħ fuq importazzjonijiet tal-ATP mill-Malasja u r-Repubblika tal-Korea msemmija fil-premessa (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet biex jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla iżda l-ebda waħda mill-partijiet ma pprovdiet kummenti.

(35)

Il-Kummissjoni fittxet informazzjoni dwar produtturi ta' ATP f'pajjiżi oħrajn potenzjalment analogi, jiġifieri l-Bożnija-Ħerzegovina, l-Indja, l-Iżrael, il-Ġappun, l-Arabja Sawdija, it-Tajwan u t-Tajlandja u stiednet lill-produtturi magħrufa kollha tal-ATP f'dawn il-pajjiżi, inkluż il-produttur fir-Repubblika tal-Korea, biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa. Produttur wieħed biss fl-Arabja Sawdija kkoopera u ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju.

(36)

Kif stabbilit fil-premessa (26), l-investigazzjoni wriet li l-ATP prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku fl-Arabja Sawdija kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użijiet finali bħall-prodott immanifatturat u esportat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn l-Unjoni.

(37)

L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda distorsjoni fis-suq domestiku tal-Arabja Sawdija. Għalkemm kien hemm produttur wieħed biss, ma kienx hemm miżuri tad-difiża tal-kummerċ fis-seħħ u l-produttur domestiku kien f'kompetizzjoni mal-importazzjonijiet miċ-Ċina, il-Korea t'Isfel, it-Tajlandja u l-Ġappun. Fuq din il-bażi ġie konkluż li l-livell ta' kompetizzjoni fis-suq tal-Arabja Sawdija kien sodisfaċenti

(38)

L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li l-kwantitajiet prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku Sawdi kienu rappreżentattivi meta mqabbla mal-esportazzjonijiet totali miċ-Ċina lejn l-Unjoni, skont il-Eurostat.

(39)

Kif imsemmi fil-premessa (45), l-investigazzjoni wriet li l-bejgħ domestiku tal-produttur tal-Arabja Sawdija tal-ATP kien, bħala medja, bit-telf. Madankollu, l-ispiża medja tal-produzzjoni nstab li kienet fl-istess livell bħal dik tal-industrija tal-Unjoni u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tħejjew fuq il-bażi ta' “negozju avvjat”. Fuq din il-bażi, tqies li l-kumpanija se tibqa' vijabbli fil-futur prevedibbli.

(40)

Meta jitqies dan ta' hawn fuq, l-Arabja Sawdija tqieset bħala pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(b)   Valur normali

(41)

L-informazzjoni li waslet mingħand il-produttur li kkoopera fl-Arabja Sawdija ġiet użata bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali applikabbli għal produtturi esportaturi fiċ-Ċina.

(42)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għall-produttur li kkoopera fl-Arabja Sawdija kienx rappreżentattiv matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(43)

Il-bejgħ domestiku tqies bħala rappreżentattiv jekk il-volum tal-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Il-volum tal-bejgħ totali tal-esportazzjoni kien stabbilit fuq il-bażi tal-istatistika tal-Eurostat, kif spjegat fil-premessa (31). Abbażi ta' dan, il-bejgħ domestiku fl-Arabja Sawdija tqies li huwa rappreżentattiv.

(44)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies bħala li sar fil-perkors normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(45)

L-investigazzjoni stabbiliet li matul perjodu ta' żmien estiż il-prezz tal-bejgħ domestiku medju peżat kien taħt l-ispiża medja peżata tal-produzzjoni. Għalhekk ma setax jitqies bħala li sar fil-perkors normali tal-kummerċ. Konsegwentement, il-valur normali nħadem fuq il-bażi tal-ispiża tal-manifattura li magħha ġie miżjud ammont raġonevoli ta' spejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (selling, general and administrative, “SG&A”) u l-profitt ġie miżjud f'konformità mal-Artikoli 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku.

(46)

Skont l-introduzzjoni tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku l-ispejjeż SG&A ġew stabbiliti abbażi ta' dejta mingħand il-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu. Fin-nuqqas ta' kull informazzjoni fir-rigward tal-profitt attwali tal-produttur esportatur, livell raġonevoli ta' profitt kien użat f'konformità mal-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. Marġini ta' profitt ta' 5 % kien meqjus bħala raġonevoli fl-industrija tax-xogħol tal-metall. Il-marġni ta' dumping ammonta għal 136 %.

(c)   Prezz tal-esportazzjoni

(47)

Il-prezz tal-esportazzjoni ġie bbażat fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq l-istatistika tal-Eurostat kontroverifikata mal-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba, il-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6) u dejta miksuba minn importaturi mhux relatati li kkooperaw.

(d)   Tqabbil

(48)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika. Fejn dan kien iġġustifikat għall-iskop ta' paragun ġust, il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport (trasport bil-baħar), l-ispejjeż tal-assigurazzjoni u l-ħlasijiet tal-approvazzjoni doganali, ibbażat fuq informazzjoni vverifikata provduta minn importaturi mhux relatati.

(e)   Marġini tad-dumping

(49)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju peżat mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat skont l-Artikolu 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, it-tipi ta' prodotti esportati miċ-Ċina ma setgħux jiġu determinati. Għalhekk, ma kienx possibbli paragun skont it-tip ta' prodott.

(50)

Fuq il-bażi ta' dan, il-marġni tad-dumping medju peżat espress bħala perċentwali tal-prezz fil-fruntiera tal-Unjoni fuq bażi tal-kost, l-assigurazzjoni u t-trasport (cost, insurance, freight, “CIF”), bid-dazju mhux imħallas, kien ta' aktar minn 136 %.

3.3.   Żvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jiġu revokati l-miżuri

(a)   Kumment preliminari

(51)

Wara s-sejbiet ta' dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping fin-nuqqas ta' miżuri. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità libera fiċ-Ċina, l-imġiba tal-esportaturi Ċiniżi f'pajjiżi terzi oħra u kemm hu attraenti s-suq tal-Unjoni.

(b)   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità libera fiċ-Ċina

(52)

Il-produzzjoni Ċiniża, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità libera ġew stabbiliti fuq l-istimi pprovduti mill-applikant. Fuq din il-bażi, il-volum totali tal-produzzjoni fiċ-Ċina ġie stmat li hu ta' 435 000 tunnellata u l-kapaċità totali ta' produzzjoni ġiet stmata li hi ta' 612 000 tunnellata. B'hekk, il-kapaċità libera totali fiċ-Ċina kienet stmata li hi ta' 177 000 tunnellata, li jirrappreżentaw kważi tliet darbiet il-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Kif spjegat fil-premessi minn (53) sa (56), huwa probabbli li partijiet kbar ta' din il-kapaċità libera jiġu diretti mill-ġdid lejn l-Unjoni.

(c)   L-imġiba tal-esportazzjoni Ċiniża f'pajjiżi terzi oħra

(53)

Fin-nuqqas ta' informazzjoni disponibbli pubblikament u minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-livell tal-prezzijiet medji tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn swieq oħra ta' pajjiżi terzi ma setgħux jiġu stabbiliti. Madankollu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu involuti fi prattiki kummerċjali inġusti fis-suq tal-Istati Uniti fejn miżuri antidumping kontra ATP ilhom fis-seħħ mill-1992. Fuq din il-bażi, u filwaqt li jitqiesu l-prattiki ta' dumping tal-imgħoddi u dawk attwali fis-suq tal-Unjoni, ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li l-esportaturi Ċiniżi se jbiddlu l-imġiba tal-prezzijiet tal-esportazzjoni fil-futur qrib.

(d)   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(54)

Anki bid-dazji fis-seħħ, il-produtturi esportaturi Ċiniżi żiedu l-volumi tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni u s-sehem mis-suq tagħhom fl-Unjoni, li jindika li qed ikompli l-interess tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni. Dan huwa kkonfermat ukoll minn prattiki preċedenti ta' evażjoni permezz tat-trasbord ta' ATPs mit-Tajwan, l-Indoneżja, is-Sri Lanka u l-Filippini (ara l-premessa (2)).

(55)

Anki jekk jitqies li l-konsum domestiku fiċ-Ċina u f'pajjiżi terzi oħra jista' jiżdied, il-livell għoli ta' kapaċità żejda tal-produzzjoni fiċ-Ċina li jaqbeż bil-kbir il-konsum totali tal-Unjoni jissuġġerixxi li l-produtturi esportaturi Ċiniżi xorta se jkollhom kwantitajiet sinifikattivi disponibbli għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Meta wieħed iqis li l-Istati Uniti, suq kbir ieħor tal-ATP, għandu miżuri ta' kontra d-dumping għolja fis-seħħ fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ATP miċ-Ċina, huwa probabbli li kwantitajiet kbar ta' dawn il-kapaċitajiet żejda se jiġu diretti mill-ġdid lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(56)

Meta jitqiesu prattiċi ta' dumping tal-passat u l-preżent mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, kif spjegat fil-premessa (50) hawn fuq, u l-fatt li ATP miċ-Ċina huma soġġetti għal miżuri antidumping meta jiġu importati fis-suq tal-Istati Uniti, huwa kkunsidrat li s-suq tal-Unjoni se jibqa' attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi.

3.4.   Il-konklużjoni dwar il-probabilità tat-tkomplija tad-dumping

(57)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet suġġetti għal dumping sinifikanti matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Minħabba l-kapaċità libera sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina (kważi tliet darbiet il-konsum tal-Unjoni), l-imġiba fl-esportazzjoni lejn is-suq tal-Istati Uniti u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta' tkomplija ta' dumping jekk il-miżuri jitneħħew.

4.   IL-PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAL-ĦSARA

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(58)

L-industrija tal-Unjoni ma kenitx suġġetta għal bidliet strutturali kbar meta mqabbla mal-perjodu tal-investigazzjoni tal-aħħar rieżami ta' skadenza msemmija fil-premessa (1) hawn fuq. Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn 22 produttur magħruf fl-Unjoni matul il-PIR. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(59)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR ġiet stabbilita fil-livell ta' 48 868 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbilixxiet din iċ-ċifra fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-applikant, li ġiet verifikata għal darb'oħra mad-dejta verifikata tal-kumpaniji fil-kampjun.

(60)

Kif indikat fil-premessa (11), tliet produtturi/gruppi ta' produtturi tal-Unjoni ġew magħżula fil-kampjun finali. Il-kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji kienu jirrappreżentaw 57 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u 58 % tal-bejgħ tal-Unjoni (ara l-premessa (13) hawn fuq). Għalhekk, il-kampjun tqies rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(61)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum apparenti tal-Unjoni fuq il-bażi ta' (i) il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-applikant u (ii) l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi bbażati fuq il-Eurostat. Kif spjegat fil-premessa (31) id-dejta rrappurtata fil-Bażi tad-Dejta tal-Istatistika tal-Esportazzjoni Ċiniża nstabet li ma kenitx kredibbli u b'hekk, ma ġietx użata sabiex jiġu stabbiliti l-volumi tal-esportazzjoni miċ-Ċina.

(62)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2011

2012

2013

PIR

Konsum totali tal-Unjoni

57 897

59 916

60 503

58 113

Indiċi

100

103

104

100

Sors: Dejta pprovduta mill-applikant u mill-Eurostat.

(63)

Fl-2012 u fl-2013, il-konsum żdied kemxejn bi 3 % u 4 % rispettivament meta mqabbel mal-livell fl-2011 u laħaq 59 916-il tunnellata fl-2012 u 60 503 tunnellati fl-2013. Matul il-PIR naqas għal-livell kemxejn ogħla milli fl-2011, jiġifieri 58 113-il tunnellata. Il-konsum globali tal-Unjoni għalhekk baqa' stabbli matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(64)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum ta' importazzjonijiet fuq il-bażi tal-Eurostat. Il-volum totali ta' importazzjonijiet miċ-Ċina, kif muri fit-tabella ta' hawn taħt jinkludi l-importazzjonijiet ta' ATP li joriġinaw fiċ-Ċina u ATP ikkunsinnati mit-Tajwan, l-Indonesja, is-Sri Lanka u l-Filippini, minħabba l-estensjoni tal-miżuri fuq importazzjonijiet ikkunsinnati minn dawn il-pajjiżi kif imsemmi fil-premessa (2).

(65)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni miċ-Ċina żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Il-volum tal-importazzjoni (tunnellati) u s-sehem mis-suq

 

2011

2012

2013

PIR

ATP li joriġinaw fiċ-Ċina

3 739

6 789

7 091

8 058

ATP ikkunsinnati mit-Tajwan, l-Indonesja, is-Sri Lanka u l-Filippini

1 051

1 168

1 342

1 377

Il-volum totali tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

4 790

7 957

8 433

9 435

Indiċi

100

166

176

197

Sehem mis-suq

8 %

13 %

14 %

16 %

Sors: Il-Eurostat.

(66)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum totali tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied b'mod kontinwu u kważi rdoppja minn 4 790 tunnellata fl-2011 għal 9 435 tunnellata fil-PIR. Is-sehem mis-suq Ċiniż segwa l-istess tendenza u rdoppja matul il-perjodu kkunsidrat, minn 8 % fl-2011 għal 16 % fil-PIR.

4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(67)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-Eurostat. Il-prezz medju tal-importazzjoni kif muri fit-tabella ta' hawn taħt jinkludi ATP li joriġinaw fiċ-Ċina u ATP ikkunsinnati mit-Tajwan, l-Indonesja, is-Sri Lanka u l-Filippini għall-istess raġunijiet stipulati fil-premessa (64). Fuq din il-bażi, il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-Importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2011

2012

2013

PIR

ATP li joriġinaw fiċ-Ċina

1 347

1 646

1 299

1 179

ATP kkunsinnati mit-Tajwan, l-Indonesja, is-Sri Lanka u l-Filippini

2 200

2 700

2 633

2 623

Medja taċ-Ċina

1 534

1 801

1 511

1 388

Indiċi

100

117

98

90

Sors: Il-Eurostat.

(68)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-prezz medju tal-importazzjoni kien suġġett għal ċaqliq konsiderevoli. L-ewwel nett, il-prezz tela' bi 17 % minn EUR 1 534/tunnellata fl-2011 għal EUR 1 801/tunnellata fl-2012. Il-prezz tal-importazzjoni naqas fl-2013 għal EUR 1 511/tunnellata u għal EUR 1 388/tunnellata fil-PIR. B'mod globali, il-prezz tal-importazzjoni naqas b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(69)

Il-Kummissjoni ddeterminat li kien hemm twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta' investigazzjoni billi qabblet il-prezz tal-bejgħ medju peżat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li huma żammew lil konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustat għal-livell tal-prezz mill-fabbrika u l-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat għall-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq il-bażi ta' spiża, assigurazzjoni u trasport (CIF) abbażi tal-Eurostat, b'aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni.

(70)

Kif imsemmi fil-premessa (49), minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, it-tipi ta' prodotti esportati miċ-Ċina ma setgħux jiġu determinati. Għalhekk, ma kienx possibbli paragun fuq il-bażi tat-tip. It-tqabbil tal-prezzijiet sar għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, aġġustati kif dovut fejn neċessarju, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan wera marġni ta' twaqqigħ tal-prezz b'medja peżata ta' 20,5 %.

4.3.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(71)

It-tabella li ġejja turi l-iżvilupp tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu meqjusa f'termini ta' volumi u sehem mis-suq, kif ukoll il-prezz medju ta' dawk l-importazzjonijiet.

Tabella 4

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

 

 

2011

2012

2013

PIR

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Volum f'tunnellati

9 078

11 560

11 273

11 556

Indiċi

100

127

124

127

Sehem mis-suq

16 %

19 %

19 %

20 %

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 596

2 473

2 584

2 442

Indiċi

100

95

100

94

Sors: Il-Eurostat.

(72)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kiber minn madwar 9 078 tunnellata fl-2011 għal madwar 11 556 tunnellata fil-PIR, jiġifieri b'27 %. Din iż-żieda seħħet prinċipalment bejn l-2011 u l-2012, filwaqt li l-volumi tal-importazzjoni wara baqgħu relattivament stabbli sa tmiem il-PIR. Din iż-żieda hija riflessa fis-sehem mis-suq ta' dawn l-importazzjonijiet li żdiedu minn 16 % fl-2011 għal 19 % fl-2012 u mbagħad baqgħu relattivament stabbli b'żieda żgħira ta' 20 % fil-PIR. Il-medja tal-prezz tal-importazzjoni naqset b'5 % fl-2012 u mbagħad żdiedet b'5 % fl-2013. Fil-PIR reġgħet naqset b'6 %. Bħala medja, dawn il-prezzijiet kienu iktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(73)

Matul il-PIR, l-importazzjonijiet ġew prinċipalment mill-Vjetnam, il-Kambodja, it-Tajlandja, u l-Iżrael. Huma żviluppaw kif muri hawn taħt.

Tabella 5

Volum ta' importazzjoni (tunnellati) minn pajjiżi terzi ewlenin oħra

Volum ta' importazzjonijiet għal kull pajjiż

2011

2012

2013

RIP

Il-Vjetnam

1 158

1 602

2 635

2 562

Indiċi

100

138

228

221

Il-Kambodja

0

0

365

1 368

Indiċi

100

100

365

1 368

It-Tajlandja

2 520

2 559

1 974

1 357

Indiċi

100

102

78

54

L-Iżrael

128

547

745

973

Indiċi

100

427

582

760

Sors: Il-Eurostat.

(74)

L-importazzjonijiet mill-Vjetnam irduppjaw matul il-perjodu kkunsidrat u laħqu madwar 2 562 tunnellata fil-PIR. L-importazzjonijiet mit-Tajwan naqsu b'mod sinifikanti (b'47 %) sa mill-2011 u fil-PIR laħqu l-livell ta' 1 357 tunnellata. Fl-aħħar nett, l-importazzjonijiet mill-Kambodja u l-Iżrael żdiedu b'mod sinifikanti fil-perjodu kkunsidrat sa livell ta' 1 368 tunnellata u 973 tunnellata, rispettivament, fil-PIR.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Rimarki ġenerali

(75)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminar tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping fl-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(76)

Għall-iskop tal-analiżi tal-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tal-ħsara makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta li tinsab fit-talba għal rieżami; id-dejta tirrigwarda l-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta li tinsab fit-tweġibiet mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u d-dejta relatata mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' dejta ġew misjuba li huma rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(77)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġini ta' dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti.

(78)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-unità, il-kost tal-unità, il-kost lavorattiv, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-abbiltà li jinġabar il-kapital. Iċ-ċifri relatati mal-indikaturi mikroekonomiċi huma bbażati fuq dejta vverifikata mill-kumpaniji jew gruppi ta' kumpaniji fil-kampjun biss.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(79)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 6

Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità

 

2011

2012

2013

PIR

Volum tal-produzzjoni (tunnellati metriċi)

53 797

54 951

54 572

48 868

Indiċi

100

102

101

90

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati metriċi)

184 220

164 220

164 220

164 220

Indiċi

100

89

89

89

Użu tal-kapaċità

29 %

33 %

33 %

29 %

Sors: It-talba.

(80)

Il-volum ta' produzzjoni baqa' relattivament stabbli bejn l-2011 u l-2013, iżda naqas fil-PIR b'10 % għal-livell ta' 48 868 tunnellata.

(81)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni baqgħet fil-livell ta' 164 220 tunnellata mill-2012 wara tnaqqis ta' kapaċità ta' 11 % fl-2011. Il-kapaċità rapportata murija fit-tabella ta' hawn fuq kienet ibbażata, skont il-prassi standard ta' din l-industrija partikolari u l-metodu użat fil-proċedimenti ta' qabel imsemmija fil-premessa (4), fuq il-kapaċità massima teoretika fuq il-bażi ta' tliet xiftijiet kuljum, sitt ijiem fil-ġimgħa, 48 ġimgħa fis-sena. Madankollu, fir-realtà, l-industrija qed topera biss fuq il-bażi ta' żewġ xifts kuljum, ħamest ijiem fil-ġimgħa, 48 ġimgħa fis-sena. Il-kapaċità rrapportata għalhekk mhux neċessarjament tirrifletti b'mod preċiż il-kapaċità attwali matul il-PIR.

(82)

L-użu tal-kapaċità matul il-PIR baqa' f'livell baxx ta' 29 %. Il-kapaċità ta' utilizzazzjoni żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat biex laħqet il-livell ta' 33 % fl-2012 u l-2013. Dan jirrifletti żieda żgħira fil-volum tal-produzzjoni f'dawn is-snin. Kif spjegat fil-premessa (81), il-livell baxx ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità huwa parzjalment minħabba l-metodu għall-kalkolu tal-kapaċità totali.

4.4.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(83)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 7

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2011

2012

2013

PIR

Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

44 030

40 399

40 797

37 121

Indiċi

100

92

93

84

Sehem mis-suq

76 %

67 %

67 %

64 %

Sors: It-talba.

(84)

Il-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqsu bi 8 % fl-2012 meta mqabbla mal-volumi mibjugħa fl-2011. Żdiedu biss ftit fl-2013 u reġgħu naqsu fil-PIR għal-livell ta' 37 121 tunnellata, jiġifieri l-volum tal-bejgħ totali naqas b'16 % meta mqabbel mal-2011.

(85)

It-tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien rifless fis-sehem mis-suq tagħhom, li naqas bi 12-il punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri minn 76 % fl-2011 għal 64 % fil-PIR.

4.4.2.3.   L-impjiegi u l-produttività

(86)

L-impjieg u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

L-impjiegi u l-produttività

 

2011

2012

2013

PIR

Għadd ta' impjegati

1 092

1 006

962

947

Indiċi

100

92

88

86

Produttività (unità/impjegat)

49

55

57

52

Indiċi

100

112

116

106

Sors: It-talba.

(87)

Matul il-perjodu kkunsidrat in-numru ta' impjegati naqas progressivament b'14 %, minn 1 092 impjegat fl-2011 għal 947 impjegat fil-PIR. Billi l-produzzjoni baqgħet fl-istess livell fl-2012 u l-2013, il-produttività tal-ħaddiema tal-produtturi tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni (f'tunnellati) għal kull persuna impjegata, għal kull sena, żdiedet bi 12 % u b'16 % rispettivament f'dawn is-snin meta mqabbla mal-2011. Fil-PIR, il-produttività naqset minħabba tnaqqis fil-produzzjoni iżda qabżet il-livell tal-2011 b'6 %.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(88)

Il-prezzijiet medji peżati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Prezzijiet ta' bejgħ fl-Unjoni u spiża għal kull unità

 

2011

2012

2013

PIR

Prezz medju ta' bejgħ għal kull unità fl-Unjoni fis-suq totali (EUR/tunnellati)

2 774

2 902

2 808

2 892

Indiċi

100

105

101

104

Spiża tal-produzzjoni għal kull unità (EUR/tunnellata)

3 081

3 100

3 042

3 118

Indiċi

100

101

99

101

Sors: Dejta verifikata tal-kumpaniji fil-kampjun.

(89)

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni baqgħu relattivament stabbli u wrew varjazzjonijiet minuri biss. Għalhekk dawn żdiedu b'5 % fl-2012, naqsu b'4 % fl-2013 u reġgħu żdiedu fil-PIR bi 3 %. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet żdiedu b'kollox b'4 %. L-ispiża tal-produzzjoni għal kull unità segwa l-istess xejra, jiġifieri l-ewwel żdied fl-2012, u wara naqas fl-2013 u reġa' żdied fil-PIR. Madankollu, dan iċ-ċaqliq kien minuri u biss bejn 1 % u 2 %. B'mod ġenerali, il-prezz tal-produzzjoni għal kull unità żdied b'1 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, iż-żieda kemxejn ogħla tal-prezzijiet tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat ippermettiet titjib tal-profitabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni, li madankollu baqgħet negattiva matul il-perjodu kkunsidrat kif muri fil-premessa (94).

4.4.3.2.   Il-kost lavorattiv

(90)

Il-kost lavorattiv medju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Kost lavorattiv medju għal kull impjegat

 

2011

2012

2013

PIR

Kost lavorattiv medju għal kull impjegat (EUR)

53 347

54 409

55 868

55 715

Indiċi

100

102

105

104

Sors: Dejta verifikata tal-kumpaniji fil-kampjun.

(91)

Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat kellu xejra kemxejn 'il fuq matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2011 u l-PIR, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied b'4 % għal EUR 55 715. It-tnaqqis tal-persunal b'14 % fil-perjodu kkunsidrat ma ġabx ekonomiji immedjati għall-kumpaniji minħabba spejjeż li rriżultaw mit-terminazzjoni tal-kuntratti.

4.4.3.3.   Inventarji

(92)

Il-livelli tal-ħażna tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Inventarji

 

2011

2012

2013

PIR

Ħażniet tal-għeluq (tunnellati)

6 657

6 851

6 807

5 749

Indiċi

100

103

102

86

L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

22 %

21 %

29 %

21 %

Sors: Dejta verifikata tal-kumpaniji fil-kampjun.

(93)

L-istokk tal-għeluq l-ewwel żdied bi ftit fl-2012 u mbagħad naqas għal darb' oħra, b'1 % bejn l-2012 u l-2013 u b'16 % mill-2013 sal-PIR. B'kollox, l-istokks naqsu b'14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Meta mqabbel mal-livell tal-produzzjoni, l-istokk tal-għeluq naqas b'punt perċentwali bejn l-2011 u l-PIR.

4.4.3.4.   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiġi ġġenerat il-kapital

(94)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redittu fuq l-investimenti

 

2011

2012

2013

RIP

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

– 11,2 %

– 5,5 %

– 8,3 %

– 9,1 %

Fluss tal-flus (EUR)

– 7 791 330

– 518 192

– 2 540 656

– 1 790 761

Indiċi

100

1 504

307

435

Investimenti (EUR)

2 388 945

3 111 518

4 339 627

3 362 845

Indiċi

100

130

182

141

Redditu fuq l-investimenti

– 21,4 %

– 18,8 %

– 13,6 %

– 15,3 %

Sors: Dejta verifikata tal-kumpaniji fil-kampjun.

(95)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ.

(96)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni sofriet telf sinifikanti. Fl-2011 l-industrija rreġistrat telf ta' – 11,2 %, li naqas għal – 5,5 % fl-2012 u li reġa' żdied fl-2013 u fil-PIR għal – 8,3 % u – 9,1 %, rispettivament.

(97)

Il-fluss tal-flus nett jirrappreżenta l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw huma stess l-attivitajiet tagħhom. Il-fluss tal-flus baqa' negattiv matul il-perjodu kkunsidrat minkejja titjib, b'mod partikolari fl-2012.

(98)

L-investimenti segwew tendenza ta' żieda u kienu relatati ma' titjib fis-sigurtà tal-proċess ta' produzzjoni, tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u żieda fil-kompetittività u l-kwalità tal-ATP. L-investimenti żdiedu fl-2012 u għal darb'oħra fl-2013 iżda naqsu fil-PIR. Meta mqabbla mal-2011, l-investimenti żdiedu bi 30 % fl-2012, bi 82 % fl-2013 u b'41 % fir-RIP. Din iż-żieda fl-investimenti madankollu ma ssarfitx f'redditu pożittiv fuq l-investimenti, li huwa l-profitt f'perċentwali tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan kien ivarja bejn – 21,4 % fl-2011 u – 15,3 % fil-PIR.

4.4.3.5.   Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti

(99)

Il-marġni ta' dumping stabbilit mill-investigazzjoni huwa ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġini attwali ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni huwa sostanzjali, minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(100)

L-industrija tal-Unjoni kienet għadha fi proċess ta' rkupru mill-effetti ta' dumping dannuż fil-passat minn importazzjonijiet ta' ATP li joriġinaw fir-Russja, it-Turkija, ir-Repubblika tal-Korea u l-Malasja.

4.5.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(101)

Kważi l-indikaturi tad-dannu ewlenin kollha wrew xejra negattiva. Il-volum tal-produzzjoni naqas b'9 % u l-kapaċità tal-produzzjoni bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni baqgħet b'telf importanti matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Għalkemm tjieb ftit, it-telf tal-industrija tal-Unjoni kien jammonta għal – 9,1 % fil-PIR. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni kellha fluss ta' flus kontinwament negattiv u tnaqqis fl-impjieg ta' madwar 11 % fil-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, il-bejgħ naqas b'16 % u s-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas bi 12-il punt perċentwali.

(102)

L-inventarji tjiebu ftit billi naqsu b'14 % u l-investimenti żdiedu b'41 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn tal-aħħar madankollu kienu neċessarji għall-produtturi tal-Unjoni, fost l-oħrajn, biex ikunu jistgħu jikkompetu fis-suq. Dan it-tkabbir biss, madankollu, ma jipprekludix l-eżistenza ta' dannu u għandu jidher aktar bħala parti mill-proċess ta' ristrutturar kontinwu tal-industrija tal-Unjoni.

(103)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAD-DANNU

5.1.   L-impatt tal-volum proġettat tal-importazzjonijiet u l-effetti fuq il-prezzijiet f'każ ta' tħassir tal-miżuri

(104)

Fil-premessa (57), il-Kummissjoni kkonkludiet li r-revoka tal-miżuri probabbilment twassal għal tkomplija ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat.

(105)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, li wassal, fost l-oħrajn, għal tnaqqis fil-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi u nuqqas kontinwu ta' profitt kif imsemmi fil-premessa (101).

(106)

Minkejja l-livell għoli ta' dazji fis-seħħ, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u konsegwentement is-sehem mis-suq Ċiniż irdoppja (ara l-premessa (65)). Il-pressjoni tal-prezz fis-suq tal-Unjoni baqgħet għolja ħafna fid-dawl tal-marġini sinifikanti ta' twaqqigħ tal-prezz misjub matul il-PIR.

(107)

Barra minn hekk, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (52), il-kapaċità ta' produzzjoni żejda disponibbli fiċ-Ċina kienet tirrappreżenta kważi tliet darbiet il-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, jekk il-miżuri jitneħħew, huwa probabbli li volumi kbar tal-prodott ikkonċernat se jippenetraw is-suq tal-Unjoni.

(108)

Fid-dawl tal-imġiba tal-imgħoddi u dik attwali tal-prezz tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat huwa mistenni li l-importazzjonijiet se jkomplu jkunu bi prezzijiet ta' dumping u b'hekk iwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping ċertament iħallu impatt negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni. Dawn jeżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet saħansitra aktar b'saħħitha fuq l-industrija tal-Unjoni u għalhekk jikkontribwixxu għal aktar deterjorament fir-riżultati finanzjarji tal-industrija tal-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet ikomplu jieħdu sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni b'dannu għall-industrija tal-Unjoni. Dan jirriżulta f'utilizzazzjoni tal-kapaċità saħansitra aktar baxxa mill-industrija tal-Unjoni li huwa wieħed mill-elementi kruċjali li jikkontribwixxu għar-riżultati negattivi tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(109)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li r-revoka tal-miżuri fis-seħħ x'aktarx li tirriżulta f'kontinwazzjoni ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(110)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra ċ-Ċina tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

(111)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(112)

Fuq din il-bażi ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' tkomplija ta' dumping u dwar il-probabbiltà ta' tkomplija ta' ħsara, kinux jeżistu raġunijiet b'saħħithom li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(113)

Il-miżuri antidumping fis-seħħ ma waqqfux lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping milli jidħlu fis-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali matul il-perjodu kkunsidrat.

(114)

L-industrija tal-Unjoni wriet li hija industrija strutturalment vijabbli. L-isforzi bl-għan li jkun hemm razzjonalizzazzjoni tal-proċess tal-produzzjoni u titjib tal-kompetittività u l-kwalità rriżultaw matul il-PIR f'żieda fil-produttività (b'6 %) u fi tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni (bi 11 %). Huma kienu wkoll viżibbli permezz ta' investimenti (ara l-premessa (98)). Fl-aħħar nett, l-attività profittabbli ta' esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni żviluppat b'mod pożittiv li juri li kienet kompetittiva fi swieq ta' pajjiżi terzi (l-esportazzjonijiet tal-produtturi meħuda bħala kampjun żdiedu b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat).

(115)

Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-influss probabbli ta' volumi sostanzjali ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat jikkawża aktar deterjorament għas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Huwa probabbli li dan l-influss jikkawża, fost l-oħrajn, tnaqqis ulterjuri fis-sehem mis-suq, tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ, tnaqqis fl-użu tal-kapaċità u b'mod ġenerali deterjorament ulterjuri serju tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

(116)

Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri antidumping kontra ċ-Ċina tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.2.   L-interess tal-importaturi u l-utenti mhux relatati

(117)

Tnax-il importatur ikkooperaw fl-investigazzjoni attwali iżda sitta biss irrappurtaw importazzjonijiet ta' ATP mill-pajjiż ikkonċernat. Intgħażel kampjun ta' tliet importaturi mhux relatati li jirrappreżentaw 15 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina matul il-PIR. Il-prodott ikkonċernat kien jikkostitwixxi biss medja ta' madwar 10 % tal-bejgħ totali tagħhom. L-attività tan-negozju tagħhom li hija relatata mal-prodott ikkonċernat kienet profittabbli. Fuq din il-bażi, il-miżuri fis-seħħ ma affettwawx b'mod sinifikanti lill-importaturi vverifikati.

(118)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-importaturi ssoktaw jimportaw il-prodott ikkonċernat f'volumi sinfikanti, u saħansitra żiduhom matul il-perjodu kkunsidrat. Għall-istess raġunijiet, huwa improbabbli li l-kontinwazzjoni tal-miżuri twassal għal deterjorament fil-qagħda ekonomika tagħhom fil-ġejjieni.

(119)

L-ebda wieħed mill-utenti ma kkoopera jew ippreżenta ruħu fl-investigazzjoni attwali. In-nuqqas ta' kooperazzjoni tagħhom jidher li jikkonferma l-konklużjonijiet li ntlaħqu fl-investigazzjoni oriġinali li l-ATP jirrappreżentaw parti żgħira ħafna mill-ispejjeż totali tal-produzzjoni tagħhom u li l-miżuri fis-seħħ ma jidhrux li kkawżaw xi telf ta' kompetittività għalihom.

6.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(120)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti kontra l-estensjoni tal-miżuri antidumping fis-seħħ.

7.   MIŻURI ANTIDUMPING

(121)

Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti fittings ta' tubi u pajpijiet li joriġinaw fiċ-Ċina għandhom jinżammu.

(122)

B'konsegwenza ta' dan, l-estensjoni tal-miżuri għall-prodott ikkonċernat li joriġina fiċ-Ċina għal importazzjonijiet ikkunsinjati mit-Tajwan (14), l-Indonesja (15), is-Sri Lanka (16) u l-Filippini (17), kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan, l-Indonesja, is-Sri Lanka u l-Filippini kif ukoll jekk le għandha wkoll tkompli.

(123)

Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv tal-antidumping huwa impost fuq importazzjonijiet ta' aċċessorji ta' tubi u pajpijiet (għajr għall-aċċessorji fonduti, il-flanġijiet u l-aċċessorji bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (eskluż l-azzar inossidabbli), b'dijametru estern massimu ta' 609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-iwweldjar tat-truf (butt-welding) jew xi użi oħra, li bħalissa jaqgħu fil-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80 (kodiċi TARIC 7307931191, 7307931193, 7307931194, 7307931195, 7307931199, 7307931991, 7307931993, 7307931994, 7307931995, 7307931999, 7307998092, 7307998093, 7307998094, 7307998095 u 7307998098) u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiva applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt tkun kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Rata tad-dazju (%)

Kodiċijiet addizzjonali TARIC

Iċ-Ċina

Il-kumpaniji kollha

58,6

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 584/96 tal-11 ta' Marzu 1996 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew l-azzar, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Kroazja u t-Tajlandja, u li tiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost (ĠU L 84, 3.4.1996, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 803/2009 tas-27 ta' Awwissu 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti fittings ta' tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja, u dawk kunsinjati mit-Tajwan, kemm jekk dikjarati bħala oriġinarji mit-Tajwan, kif ukoll jekk mhumiex, u li jirrevoka l-eżenzjoni mogħtija lil Chup Hsin Enterprise Co. Ltd u Nian Hong Pipe Fittings Co. Ltd. (ĠU L 233, 4.9.2009, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 tat-2 ta' Ġunju 2003 li jimponi dazji definittivi ta' kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti tubi jew pajpijiet aċċessorji, tal-ħadid u l-azzar, li joriġinaw mir-Repubbliki tal-Popli taċ-Ċina u t-Tajlandja, u dawk ikkunsinnati mit-Tajwan, sewwa jekk le, iddikjarati bħala oriġinarji mit-Tajwan (ĠU L 139, 6.6.2003, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2052/2004 tat-22 ta' Novembru 2004 li jestendi d-dazju definittiv kontra d-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 964/2003 fuq l-importazzjonijiet ta' tagħmir ta' tubi jew ta' pajpijiet, tal-ħadid jew l-azzar, li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għall-importazzjonijiet ta' tagħmir ta' tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li jkunu ġew kunsinnjati mill-Indoneżja, kemm jekk ikunu ddikjarati li ġejjin mill-Indoneżja u kemm jekk le (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 4).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2053/2004 tat-22 ta' Novembru 2004 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 964/2003 fuq l-importazzjonijiet ta' tagħmir ta' tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew l-azzar, ġejjin mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għall-importazzjonijiet ta' tagħmir ta' tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew l-azzar, li jkunu ġew ikkunsinnati mis-Sri Lanka, kemm jekk ikunu dikjarati li ġejjin mis-Sri Lanka kif ukoll jekk le (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 9).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 655/2006 tas-27 ta' April 2006 li jestendi d-dazji antidumping definittivi imposti bir-Regolament (KE) Nru 964/2003 dwar l-importazzjonjiet ta' fittings ta' tubi jew papjijiet, tal-ħadid jew l-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għall-importazzjonijiet ta' fittings ta' tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew l-azzar, ikkunsinnati mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Filippini kemm jekk le (ĠU L 116, 29.4.2006, p. 1).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 78/2013 tas-17 ta' Jannar 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Russja u mit-Turkija (ĠU L 27, 29.1.2013, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1283/2014 tat-2 ta' Diċembru 2014 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 347, 3.12.2014, p. 17).

(10)  ĠU C 297, 4.9.2014, p. 12.

(11)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 35.

(12)  ĠU C 295, 3.9.2014, p. 6.

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 803/2009 tas-27 ta' Awwissu 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti fittings ta' tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja, u dawk kunsinjati mit-Tajwan, kemm jekk dikjarati bħala oriġinarji mit-Tajwan, kif ukoll jekk mhumiex, u li jirrevoka l-eżenzjoni mogħtija lil Chup Hsin Enterprise Co. Ltd u Nian Hong Pipe Fittings Co. Ltd. (ĠU L 233, 4.9.2009, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 964/2003.

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 2052/2004.

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 2053/2004.

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 655/2006.


28.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1935

tas-27 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

43,6

MA

95,1

MK

86,8

TR

112,1

ZZ

84,4

0707 00 05

AL

32,3

TR

112,1

ZZ

72,2

0709 93 10

MA

116,3

TR

144,3

ZZ

130,3

0805 50 10

AR

130,2

TR

107,0

UY

83,2

ZA

133,8

ZZ

113,6

0806 10 10

BR

251,7

EG

210,4

LB

234,5

MK

88,0

PE

75,0

TR

177,3

ZZ

172,8

0808 10 80

AL

23,1

CL

85,3

NZ

143,1

ZA

138,5

ZZ

97,5

0808 30 90

TR

135,8

ZZ

135,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

28.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/34


DEĊIŻJONI TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1936

tat-8 ta' Lulju 2015

dwar sistemi applikabbli għall-evalwazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' tubi u pajpijiet għall-ventilazzjoni tal-ajra skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 60(h) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' tubi u pajpijiet tal-ventilazzjoni maħsuba biex jintużaw għall-ventilazzjoni tal-arja għandhom jitwettqu skont is-sistemi stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

(2)

Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit liema sistemi ta' valutazzjoni u verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni huma applikabbli għal tubi u pajpijiet tal-ventilazzjoni maħsuba biex jintużaw għall-ventilazzjoni tal-arja. Din għandha tippermetti lill-manifatturi li jkollhom aċċess għas-suq intern b'mod aktar effiċjenti, u b'hekk jikkontribwixxu għal kompetittività akbar tal-industrija tal-bini kumplessivament

(3)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika biss għall-prodotti li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' atti oħra korrispondenti tal-liġi tal-Unjoni. B'hekk, din ma għandhiex tapplika għal tubi u pajpijiet użati għal sistemi fissi tat-tifi tan-nar billi huma diġà koperti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/577/KE (2) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/472/KE (3),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tapplika għal tubi u pajpijiet ta' ventilazzjoni maħsuba biex jintużaw f'xogħlijiet ta' bini għall-ventilazzjoni tal-arja, kif stipulat fl-Anness I.

Artikolu 2

Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jiġu evalwati u vverifikati għall-kostanza tal-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom f'konformità mas-sistemi speċifikati fl-Anness II.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/577/KE tal-24 ta' Ġunju, 1996, dwar il-proċedura ta' attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar dak li għandu x'jaqsam ma' sistemi fissi għat-tifi tan-nar (ĠU L 254, 8.10.1996, p. 44)

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/472/KE tal-1 ta' Lulju 1999 dwar il-proċedura ta' attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini permezz ta' Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-pajpijiet, it-tankijiet, u oġġetti anċillari li mhumiex f'kuntatt ma' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 42)


ANNESS I

PRODOTTI KOPERTI

Din id-Deċiżjoni tapplika għal:

1.

Tubi u pajpijiet ta' ventilazzjoni maħsuba biex jintużaw f'xogħlijiet ta' kostruzzjoni għall-ventilazzjoni tal-arja.


ANNESS II

SISTEMI TAL-VALUTAZZJONI U L-VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI

Filwaqt li jitieqsu l-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti koperti minn din id-Deċiżjoni, is-sistemi tagħhom tal-Valutazzjoni u l-Verifika tal-Kostanza tal-Prestazzjoni japplikaw kif ġej:

Tabella 1

Għall-karatteristiċi essenzjali kollha ħlief għal reazzjoni għan-nar

Prodotti

Il-Karatteristiċi Essenzjali

Is-sistema applikabbli għall-Valutazzjoni u l-Verifika tal-Kostanza tal-Prestazzjoni kif stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011

Tubi u pajpijiet ta' ventilazzjoni maħsuba biex jintużaw f'xogħlijiet ta' kostruzzjoni għall-ventilazzjoni tal-arja.

Għall-karatteristiċi essenzjali kollha ħlief għar-reazzjoni għan-nar

3


Tabella 2

Għar-reazzjoni għan-nar biss

Għall-prodotti kollha indikati fl-ewwel kolonna tat-Tabella 1, is-sistemi għall-Valutazzjoni u l-Verifika tal-Kostanza tal-Prestazzjoni huma stabbiliti, skont is-subfamilji tagħhom, kif ġej:


Is-subfamilji tal-prodott

Is-sistema applikabbli għall-Valutazzjoni u l-Verifika tal-Kostanza tal-Prestazzjoni kif stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011

Prodotti li għalihom stadju li huwa identifikabbli biċ-ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib tar-reazzjoni tagħhom għan-nar (eż. żieda ta' prodotti ta' trażżin tan-nar jew limitu tal-materjal organiku).

1

Prodotti li għalihom teżisti bażi legali Ewropea applikabbli biex tiġi kklassifikata l-prestazzjoni tar-reazzjoni tagħhom għan-nar mingħajr ittestjar

4

Prodotti li ma jppartjenux għas-subfamilji indikati fir-ringieli 1 u 2

3


28.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1937

tal-21 ta' Ottubru 2015

li tistabbilixxi Bord Fiskali Ewropew konsultattiv indipendenti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għandu l-għan li jiżgura d-dixxiplina baġitarja madwar l-Unjoni u jfassal il-qafas għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' defiċits eċċessivi tal-gvern, filwaqt li s-sorveljanza msaħħa tal-politiki baġitarji tapplika għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Il-kompetenzi relatati konferiti fuq il-Kummissjoni u l-Kunsill rigward il-qafas ta' sorveljanza multilaterali għandhom l-għeruq tagħhom fit-Trattati u l-leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni.

(3)

Ir-Rapport tal-Ħames Presidenti “Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa” jipproponi li jissaħħaħ il-qafas ta' governanza ekonomika attwali permezz tal-ħolqien ta' Bord Fiskali Ewropew konsultattiv. Huwa għandu jikkontribwixxi f'kapaċità konsultattiva għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tal-Kummissjoni fis-sorveljanza multilaterali fiż-żona tal-euro. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Kummissjoni bażati fuq it-Trattat.

(4)

Il-Bord għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-qafas fiskali tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-konsistenza orizzontali tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni tas-sorveljanza baġitarja, każijiet partikolarment serji ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli, u l-adegwatezza attwali tal-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro u fuq livell nazzjonali.

(5)

Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir jiffoka fuq il-baġits nazzjonali u ma jispeċifikax il-pożizzjoni fiskali aggregata, il-Bord għandu jikkontribwixxi wkoll għal diskussjoni aktar infurmata fi ħdan il-Kummissjoni dwar l-implikazzjonijiet ġenerali tal-politiki baġitarji fiż-żona tal-euro u fil-livell nazzjonali, bil-ħsieb li tinkiseb pożizzjoni fiskali xierqa għaż-żona tal-euro, fi ħdan ir-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.

(6)

Il-Bord Fiskali Ewropew għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod indipendenti u jipprepara l-opinjonijiet tiegħu b'mod awtonomu minn kull istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija nazzjonali jew Ewropea. Is-Segretarjat tiegħu għandu jkun amministrattivament assoċjat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni.

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Stabbiliment

Bord Fiskali Ewropew indipendenti (“il-Bord”) huwa stabbilit.

Artikolu 2

Missjoni u kompiti

1.   Il-Bord għandu jikkontribwixxi f'kapaċità konsultattiva gaħll-eżerċitar tal-funzjonijiet tal-Kummissjoni fis-sorveljanza fiskali multilaterali kif stabbilita fl-Artikoli 121, 126 u 136 tat-TFUE sa fejn tkun ikkonċernata ż-żona tal-euro.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Bord għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

Il-Bord għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-qafas fiskali tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-konsistenza orizzontali tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni tas-sorveljanza baġitarja, każijiet partikolarment serji ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli, u l-adegwatezza tal-pożizzjoni fiskali reali fil-livell taż-żona tal-euro u fuq livell nazzjonali. F'din l-evalwazzjoni, il-Bord jista' wkoll jagħmel suġġerimenti għall-iżvilupp futur tal-qafas fiskali tal-Unjoni;

(b)

Il-Bord għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni fiskali prospettiva xierqa għaż-żona tal-euro kollha kemm hi bbażata fuq ġudizzju ekonomiku. Huwa jista' jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-pożizzjonijiet fiskali nazzjonali xierqa li huma konsistenti mal-parir tiegħu dwar il-pożizzjoni fiskali aggregata taż-żona tal-euro fi ħdan ir-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Fil-fatt, meta jidentifika r-riskji li jipperikolaw il-funzjonament xieraq tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-Bord għandu jakkumpanja l-parir tiegħu b'konsiderazzjoni speċifika tal-għażliet ta' politika disponibbli taħt il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.

(c)

Il-Bord għandu jikkoopera mal-kunsilli fiskali nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE (1). Il-kooperazzjoni bejn il-Bord u l-kunsilli fiskali nazzjonali għandha b'mod partikolari tkun mmirata lejn l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-faċilitar ta' fehim komuni dwar materji relatati mal-qafas fiskali tal-Unjoni.

(d)

Fuq talba tal-President, il-Bord għandu jipprovdi parir ad hoc.

Artikolu 3

Kompożizzjoni

1.   Il-Bord għandu jkun magħmul minn President tal-Bord u erba' membri.

2.   Il-President tal-Bord għandu jkun responsabbli biex jissorvelja l-prestazzjoni tal-kompiti fdati lill-Bord u jiżgura l-funzjonament tajjeb tiegħu. Huwa/hija għandu jsejjaħ u jippresiedi l-laqgħat tal-Bord. Il-President tal-Bord u membru wieħed għandhom jinħatru mill-Kummissjoni fuq proposta tal-President, wara li jkun ikkonsulta l-Viċi President għall-Euro u d-Djalogu Soċjali u l-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana. It-tliet membri l-oħra għandhom jinħatru mill-Kummissjoni fuq proposta tal-President, wara li jikkonsulta, il-kunsilli fiskali nazzjonali, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro. Għall-membri kollha tal-Bord, inkluż il-President tal-Bord, għandha tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.

3.   Il-President u l-membri tal-Bord għandhom ikunu esperti internazzjonali rinomati maħtura fuq il-bażi ta' mertu, ħiliet, għarfien tal-makroekonomija u l-finanzi pubbliċi, u esperjenza relevanti tal-politika fiskali u tal-ġestjoni baġitarja.

4.   Il-membri tal-Bord għandhom jinħatru għal perjodu ta' tliet snin, li jista' jiġġedded darba.

5.   Il-President tal-Bord u l-membri tal-Bord għandhom jinħatru bħala Konsulenti Speċjali, li l-istatus u r-remunerazzjoni tagħhom huma definiti skont l-Artikoli 5, 123 u 124 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħrajn.

6.   L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u s-sussistenza li jagħmlu l-President tal-Bord u l-Membri jitħallsu lura mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni. Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimburżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

7.   Il-Bord għandu jkun appoġġat minn segretarjat li jkun jikkonsisti f'Kap tas-Segretarjat u membri tal-persunal ta' sostenn dedikati. Is-Segretarjat huwa marbut, għal għanijiet amministrattivi, mas-Segretarjat Ġenerali u għandu jkun responsabbli għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)

jassisti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord billi jħejji l-laqgħat tal-Bord, jeżamina d-dokumenti li għandhom jiġu diskussi u jimmonitorja l-progress tax-xogħol fl-isfond tal-prijoritajiet stabbiliti mill-Bord;

(b)

jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku ta' kwalità għolja lill-Bord taħt id-direzzjoni tal-President tal-Bord;

(c)

jiżgura kooperazzjoni mal-kunsilli fiskali nazzjonali kif meħtieġ biex jappoġġa l-missjoni u l-kompiti tal-Bord f'konformità mal-Artikolu 2.

8.   L-Analist Prinċipali tal-Ekonomija stabbilit bid-Deċiżjoni C(2015) 2665 għandu jeżerċita l-funzjoni ta' Kap tas-Segretarjat. Il-kompiti tiegħu/tagħha jinkludu t-tħejjija tat-twaqqif tal-Bord. Il-membri l-oħra tas-Segretarjat għandhom ikunu uffiċjali, aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati, magħżula mill-Kap tas-Segretarjat bi ftehim mal-President tal-Bord. Il-membri kollha tas-Segretarjat għandhom ikunu magħżula fuq il-bażi ta' livelli għoljin ta' kwalifiki u esperjenza f'oqsma rilevanti għall-attività tal-Bord u jiġu assenjati jew marbuta (mis à disposition).

Artikolu 4

Indipendenza

1.   Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, il-membri tal-Bord għandhom jaġixxu indipendentement u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, jew minn xi gvern ta' Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra. Il-membri tas-segretarjat għandhom jieħdu biss struzzjonijiet mill-Bord.

2.   Il-membri tal-Bord għandhom jiddivulgaw kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali fir-rigward ta' valutazzjoni jew opinjoni partikolari lill-President tal-Bord, li għandu jieħu kull miżura xierqa, u jista' jiddeċiedi li l-membru konċernat m'għandux jieħu sehem fit-tħejjija u l-adozzjoni ta' dik il-valutazzjoni jew opinjoni. Rigward il-President tal-Bord, kwalunkwe diffikultà bħal din għandha tkun deċiża permezz ta' deċiżjoni tal-Bord.

Artikolu 5

Funzjonament

1.   Il-Bord għandu jadotta l-opinjoni tiegħu biss meta tal-anqas tliet membri, inkluż il-President tal-Bord, ikunu preżenti. Il-Bord għandu jfittex li jadotta pariri kemm jista' jkun b'kunsens. Jekk ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, huwa għandu jiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu preżenti fil-laqgħa inkluż il-President tal-Bord, fejn l-astensjonijiet ma jingħaddux bħala vot. F'każ li l-voti jkunu ndaqs, il-President tal-Bord ikollu l-vot deċiżiv.

2.   Il-Bord għandu jistabbilixxi r-Regoli ta' Proċedura tiegħu stess.

3.   Il-Bord għandu jopera skont ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu stess. Il-laqgħat tal-Bord m'għandhomx ikunu miftuħa għall-pubbliku.

4.   Memorandum ta' Qbil li jistabbilixxi l-modalitajiet prattiċi rigward l-ambitu u l-mezzi ta' kooperazzjoni, inkluż b'mod partikolari l-aċċess għal informazzjoni relevanti, għandu jiġi konkluż bejn il-Bord u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni.

Artikolu 6

Trasparenza

Il-Bord għandu jippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu, li għandu jinkludi sommarji tal-pariri tiegħu u l-evalwazzjonijiet mogħtija lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet finali

Din id-Deċiżjoni hija effettiva mill-1 ta' Novembru 2015.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Id- Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41).


LINJI GWIDA

28.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/41


LINJA GWIDA (UE) 2015/1938 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-27 ta' Awwissu 2015

li temenda l-Linja gwida (UE) Nru 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/27)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Centrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kisba ta' politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”), sabiex dik il-politika tiġi implimentata b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

L-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema għandha tiżgura li firxa wiesgħa ta' kontrapartijiet jipparteċipaw taħt kriterji ta' eliġibbiltà uniformi. Dawn il-kriterji huma speċifikati sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-kontropartijiet bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u sabiex jiġi żgurat li l-kontrapartijiet jissodisfaw ċerti rekwiżiti prudenzjali u operazzjonali.

(3)

Fid-dawl ta' żviluppi leġiżlattivi reċenti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-unjoni bankarja, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jkompli jirfina r-regoli applikabbli għall-kontropartijiet fl-operazzjonijiet ta' politika monetarja tal-Eurosistema.

(4)

Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jintroduċi kategorija ġdida ta' assi eliġibbli mhux negozjabbli fil-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema, jiġifieri strumenti ta' dejn mhux negozjabbli sostnuti minn pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli.

(5)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida BĊE/2014/60 (1) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Il-Linja Gwida BĊE/2014/60 hija emendata skont kif ġej:

1.

it-titolu għal-Linja Gwida BĊE/2014/60 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Linja Gwida (UE) Nru 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60)”;

2.

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 10 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(10)

‘awtorità kompetenti’ tfisser awtorità pubblika jew korp rikonoxxut uffiċjalment mil-liġi nazzjonali li jkollu s-setgħa taħt id-dritt nazzjonali li jagħmel superviżjoni tal-istituzzjonijiet bħala parti mis-sistema superviżorja fl-Istat Membru relevanti, inkluż il-BĊE fir-rigward tal-kompiti mogħtija lilu mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (*);

(*)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).”;"

3.

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 23 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(23)

‘użu domestiku’ tfisser is-sottomissjoni, bħala kollateral, minn kontroparti stabbilita fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, ta':

(a)

assi negozjabbli maħruġa u miżmuma fl-istess Stat Membru bħal dak tal-BĊN domestiku tiegħu;

(b)

pretensjonijiet ta' kreditu fejn il-ftehim dwar il-pretensjoni ta' kreditu jkun irregolat mil-liġijiet tal-Istat Membru tal-BĊN domestiku tiegħu;

(c)

RMBDs maħruġa minn entitajiet stabbiliti fl-Istat Membru tal-BĊN domestiku tiegħu;

(d)

strumenti ta' dejn mhux negozjabbli ggarantiti bi pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli maħruġa u miżmuma fl-istess Stat Membru bħal dak tal-BĊN domestiku tiegħu;”;

4.

fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-paragrafu 42a li ġej:

“(42a)

‘rikapitalizzazzjoni in natura bi strumenti ta' dejn pubbliku’ tfisser kwalunkwe forma ta' żieda fil-kapital sottoskritt ta' istituzzjoni ta' kreditu fejn il-kunsiderazzjoni kollha jew parti minnha tkun ipprovduta permezz ta' pjazzament dirett mal-istituzzjoni ta' kreditu ta' sovran jew strumenti ta' dejn tas-settur pubbliku li jkunu nħarġu mill-istat sovran jew l-entità tas-settur pubbliku li tipprovdi l-kapital il-ġdid lill-istituzzjoni ta' kreditu;”;

5.

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 70 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(70)

‘assi mhux negozjabbli’ tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn l-assi: depożiti għal perijodu fiss, pretensjonijiet ta' kreditu, RMBDs u strumenti ta' dejn mhux negozjabbli ggarantiti bi pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli;”;

6.

fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-paragrafu 70a li ġej:

“(70a)

‘strumenti ta' dejn mhux negozjabbli ggarantiti bi pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli’ (iktar 'il quddiem ‘DECCs’) tfisser strumenti ta' dejn:

(a)

li huma ggarantiti, direttament jew indirettament, bi pretensjonijiet ta' kreditu li jissodisfaw il-kriterji kollha ta' eliġibbiltà tal-Eurosistema għal pretensjonijiet ta' kreditu skont it-Taqsima 1, Kapitolu 1 tat-Titolu III tal-Parti Erbgħa, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107f;

(b)

li joffru rikors doppju għal: (i) istituzzjoni ta' kreditu li tkun l-oriġinatriċi tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti; u (ii) l-aggregazzjoni ta' kopertura dinamika ta' pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti msemmija fil-punt (a);

(c)

li għalihom ma jkun hemm ebda segmentazzjoni tar-riskju;”;

7.

L-Artikolu 8(3) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-BĊE jista' jwettaq operazzjonijiet ta' rfinar fi kwalunkwe jum ta' negozju tal-Eurosistema sabiex jindirizza żbilanċi tal-likwidità fil-perijodu ta' żamma tar-riżervi. Jekk il-jum tal-kummerċ, il-jum tas-saldu jew il-jum tar-rimborż ma jkunux jiem ta' negozju tal-BĊN, il-BĊN relevanti mhuwiex meħtieġ iwettaq dawk l-operazzjonijiet.”;

8.

L-Artikolu 55 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 55

Kriterji ta' eliġibbiltà għal parteċipazzjoni fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal- Eurosistema

Fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal- Eurosistema, soġġett għall-Artikolu 57, l-Eurosistema għandha tippermetti biss parteċipazzjoni minn istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

għandhom ikunu soġġetti għas-sistema ta' riżervi minimi tal-Eurosistema skont l-Artikolu 19.1 tal-Istatut tas-SEBĊ u ma għandhomx ikunu ngħataw eżenzjoni mill-obbligi tagħhom taħt is-sistema ta' riżervi minimi tal-Eurosistema skont ir-Regolament (KE) Nru 2531/98 u r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9);

(b)

għandhom ikunu waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

soġġetti għal ta' mill-inqas forma waħda ta' superviżjoni armonizzata tal-Unjoni/ŻEE mill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

istituzzjonijiet ta' kreditu li huma proprjetà pubblika, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat, soġġett għal superviżjoni ta' standard kumparabbli għal superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii)

istituzzjonijiet soġġetti għal superviżjoni mhux armonizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta' standard kumparabbli għal superviżjoni armonizzata tal-Unjoni/ŻEE minn awtoritajiet kompetenti taħt id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, eż. fergħat stabbiliti fi Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ta' istituzzjonijiet inkorporati barra miż-ŻEE.

(c)

għandhom ikunu finanzjarjament sodi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 55a;

(d)

għandhom jissodisfaw kwalunkwe rekwiżiti operazzjonali speċifikati fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN domestiku jew mill-BĊE fir-rigward tal-istrument jew operazzjoni speċifiċi.”;

9.

qiegħed jiżdied l-Artikolu 55a li ġej:

“Artikolu 55a

Valutazzjoni tas-sodezza finanzjarja tal-istituzzjonijiet

1.   FIl-valutazzjoni tagħha tas-sodezza finanzjarja ta' istituzzjonijiet individwali għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Eurosistema tista' tqis l-informazzjoni prudenzjali li ġejja:

(a)

informazzjoni trimestrali dwar il-kapital, l-ingranaġġ u l-proporzjonijiet ta' likwidità rrapportati taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali u kkonsolidata, skont ir-rekwiżiti superviżorji; jew

(b)

fejn applikabbli, informazzjoni prudenzjali ta' standard paragunabbli għall-informazzjoni taħt il-punt (a).

2.   Jekk dik l-informazzjoni prudenzjali ma titpoġġiex għad-dispożizzjoni tal-BĊN domestiku ta' istituzzjoni u tal-BĊE mis-superviżur tal-istituzzjoni, il-BĊN domestiku jew inkella il-BĊE jistgħu jeħtieġu lill-istituzzjoni biex tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli. Meta dik l-informazzjoni tiġi pprovduta direttament minn istituzzjoni, l-istituzzjoni għandha tissottometti wkoll valutazzjoni tal-informazzjoni mwettqa mis-superviżur relevanti. Tista' tkun meħtieġa wkoll ċertifikazzjoni addizzjonali minn awditur estern.

3.   Il-friegħi għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar il-kapital, l-ingranaġġ u l-proporzjonijiet ta' likwidità kif meħtieġ taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew, meta applikabbli, informazzjoni ta' standard kumparabbli, fir-rigward tal-istituzzjoni li għaliha tappartjeni l-fergħa, fuq bażi individwali jew ikkonsolidata skont ir-rekwiżiti superviżorji.

4.   Fir-rigward tal-valutazzjoni tas-sodezza finanzjarja ta' istituzzjonijiet li kienu soġġetti għal rikapitalizzazzjoni in natura bi strumenti ta' dejn pubbliku, l-Eurosistema tista' tqis il-metodi użati għal dawk ir-rikapitalizzazzjonijiet in natura, u l-irwol li dawn jiżvolġu, inklużi t-tip u l-likwidità ta' dawk l-istrumenti u l-aċċess għas-suq mill-emittent ta' dawk l-istrumenti, sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-proporzjonijiet ta' kapital irrapportati taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.   Veikoli ta' ġestjoni tal-assi li jirriżultaw minn azzjoni ta' riżoluzzjoni fil-forma tal-applikazzjoni ta' għodda ta' separazzjoni tal-assi skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) jew leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***) m'għandhomx ikunu eliġibbli biex jaċċessaw operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(**)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1)"

(***)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190);”"

10.

L-Artikolu 96(3) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“3.   Għal debituri jew garanti li huma banek multilaterali tal-iżvilupp jew organizzazzjonijiet internazzjonali, ir-regoli fil-paragrafi 1 u 2, rispettivament, m'għandhomx japplikaw u għandhom ikunu eliġibbli irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tagħhom.”;

11.

L-Artikolu 99 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 99

Rekwiżiti addizzjonali legali għal pretensjonijiet ta' kreditu

1.   Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm garanzija valida fuq it-talbiet ta' kreditu u li t-talba ta' kreditu tista' titwettaq malajr fil-każ ta' inadempjenza tal-kontroparti, għandhom jiġu sodisfatti ħtiġijiet legali addizzjonali. Dawn il-ħtiġijiet legali jirrigwardaw:

(a)

verifika tal-eżistenza tat-talbiet ta' kreditu;

(b)

il-validità tal-ftehim għall-immobilizzar ta' pretensjonijiet ta' kreditu;

(c)

effett sħiħ tal-immobilizzar fil-konfront ta' terzi;

(d)

nuqqas ta' restrizzjonijiet li jikkonċernaw l-immobilizzar u r-realizzazzjoni tal-pretensjonijiet ta' kreditu;

(e)

nuqqas ta' restrizzjonijiet marbutin mas-segretezza bankarja u l-kunfidenzjalità.

2.   Il-kontenut ta' dawn il-ħtiġijiet legali huwa stabbilit fl-Artikoli 100 sa 105. Aktar dettalji tal-karatteristiċi speċifiċi tal-ġurisdizzjonijiet nazzjonali huma pprovduti fid-dokumentazzjoni nazzjonali relevanti tal-BĊNi.”;

12.

fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tal-Parti Erbgħa, hija miżjuda t-Taqsima li ġejja:

“Taqsima 4

Kriterji ta' eliġibbiltà għad-DECCs

Artikolu 107a

Tip ta' assi eliġibbli

1.   It-tip ta' assi eliġibbli għandhom ikunu strumenti ta' dejn fi ħdan id-definizzjoni ta' DECCs mogħtija fl-Artikolu 2(70a).

2.   Id-DECCs għandu jkollhom ammont prinċipali fiss u mingħajr kundizzjoni u struttura ta' kupuni li tikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 63. L-aggregazzjoni tal-kopertura għandha tinkludi biss pretensjonijiet ta' kreditu li għalihom ikun hemm disponibbli jew:

(a)

mudell tad-dejta speċifiku tad-DECC fil-livell tas-self; jew inkella

(b)

mudell tad-dejta ta' ABS fil-livell tas-self skont l-Artikolu 73;.

3.   Il-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti għandhom ikunu dawk mogħtija lil debituri stabbiliti fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro. L-oriġinatur għandu jkun kontroparti tal-Eurosistema stabbilita fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro u l-emittent għandu jkun akkwista l-pretensjoni ta' kreditu mingħand l-oriġinatur.

4.   L-emittent tad-DECC għandu jkun SPV stabbilit fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro. Il-partijiet involuti fit-tranżazzjoni, minbarra l-emittent, id-debituri tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti, u l-oriġingatur, għandhom ikunu stabbiliti fiż-ŻEE.

5.   Id-DECCs għandhom ikunu ddenominati f'euro jew f'waħda mill-muniti ta' qabel tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

6.   Wara li tkun wettqet valutazzjoni pożittiva, l-Eurosistema għandha tapprova l-istruttura tad-DECC bħala li hija eliġibbli biex tintuża bħala kollateral fl-Eurosistema.

7.   Il-liġi li tirregola d-DECC, l-oriġinatur, id-debituri u, fejn relevanti, il-garanti tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti, il-ftehimiet ta' pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti u kwalunkwe ftehim li jiżgura t-trasferiment dirett jew indirett tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti mill-oriġinatur lill-emittent għandha tkun il-liġi tal-ġurisdizzjoni fejn ikun stabbilit l-emittent.

8.   Id-DECCs għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar il-post tal-ħruġ u l-proċeduri ta' saldu kif stipulati fl-Artikoli 66 u 67.

Artikolu 107b

Non-subordinazzjoni fir-rigward ta' DECCs

Id-DECCs m'għandhomx jirriżultaw fi drittijiet għall-kapital u/jew l-imgħax li jkunu subordinati għad-drittijiet ta' detenturi ta' strumenti ta' dejn oħrajn tal-istess emittent.

Artikolu 107c

Rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu

Id-DECCs għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema kif stipulati fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III ta' din il-Parti Erbgħa.

Artikolu 107d

Akkwist tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti mill-emittent

L-aggregazzjoni ta' pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti għandha tkun ġiet akkwista mill-emittenti mingħand l-oriġinatur b'mod li l-Eurosistema tqis li huwa ‘bejgħ veru’ jew ekwivalenti għal ‘bejgħ veru’ li jkun infurzabbli kontra kwalunkwe terza persuna, u ma tistax tintlaħaq mill-oriġinatur u l-kredituri tiegħu, inkluż f'każ ta' insolvenza tal-oriġinatur.

Artikolu 107e

Rekwiżiti ta' trasparenza għad-DECCs

1.   Id-DECCs għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' trasparenza fil-livell tal-istruttura tad-DECCs u fil-livell tal-pretensjonijiet ta' kreditu individwali sottostanti.

2.   Fil-livell tal-istruttura tad-DECCs, informazzjoni ddettaljata dwar id-dejta importanti dwar it-tranżazzjonijiet tad-DECCs, bħall-identifikazzjoni tal-partijiet involuti fit-tranżazzjoni, sommarju tal-karatteristiċi strutturali ewlenin tad-DECCs, deskrizzjoni fil-qosor tal-kollateral u t-termini u l-kundizzjonijiet tad-DECCs għandhom ikunu disponibbli pubblikament. L-Eurosistema tista', fl-andament tal-valutazzjoni tagħha, teħtieġ kwalunkwe dokumentazzjoni dwar tranżazzjonijiet u opinjonijiet legali meqjusa bħala neċessarji mingħand kwalunkwe terza persuna li jidhrilha li hija relevanti, inkluż, iżda mhux ristrett għal, l-emittent u/jew l-oriġinatur.

3.   Fil-livell tal-pretensjonijiet ta' kreditu individwali sottostanti, dejta komprensiva u standardizzata fil-livell tas-self dwar l-aggregazzjoni ta' pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti għandha tkun disponibbli skont il-proċeduri stipulati fl-Anness VIII, ħlief fir-rigward tal-frekwenza tar-rapportar u l-perijodu tranżitorju. Sabiex id-DECCs ikunu eliġibbli, il-pretensjonijiet ta' kreditu kollha għandhom ikunu omoġenji, jiġifieri għandu jkun possibbli li jiġu rrapportati permezz ta' mudell individwali ta' dejta fil-livell tas-self. L-Eurosistema tista' tiddetermina li DECC ma hijiex omoġenja wara li tevalwa d-dejta relevanti.

4.   Dejta fil-livell ta' self għandha tiġi rrapportata fuq bażi ta' mill-inqas darba fix-xahar, sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data limitu. Id-data limitu li għaliha għandha tiġi rrapportata dejt fil-livell ta' -self għandha hija l-aħħar ġurnata tal-kalendarju tax-xahar. Jekk dejta dwar il-livell ta' self ma tiġix irrappurtata jew aġġornata fi żmien xahar wara id-data tal-ħlas tar-rata ta' imgħax relevanti, allura d-DECC ma jibqax eliġibbli.

5.   Rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta applikati għal ABS għandhom japplikaw għal DECCs, inklużi l-mudelli speċifiċi tad-DECC dwar id-dejta fil-livell ta' self. M'għandu jiġi applikat ebda perijodu ta' tranżizzjoni għal DECC sabiex jinkiseb il-punteġġ ta' kwalità minimu aċċettabbli tad-dejta dwar il-livell ta' self.

6.   Fil-valutazzjoni tagħha tal-eliġibbiltà, l-Eurosistema għandha tqis: (a) kull nuqqas li tingħata d-dejta obbligatorja; u (b) il-frekwenza li biha jinstab li l-oqsma ta' dejta individwali dwar il-livell ta' self ma fihom ebda dejta sinifikanti.

Artikolu 107f

It-tipi ta' pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti eliġibbli

1.   Kull pretensjoni ta' kreditu sottostanti għandha tikkonforma mal-kriterji ta' eliġibbiltà għal pretensjonijiet ta' kreditu pprovduti fit-Taqsima 1, Kapitolu 1 tat-Titolu III tal-Parti Erbgħa, soġġett għall-modifiki stipulati f'dan l- Artikolu.

2.   Sabiex jiġi żgurat li tinħoloq sigurtà valida fuq il-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti, li tippermetti lill-emittent u lid-detenturi tad-DECCs li jirrealizzaw b'ħeffa dawk il-pretensjonijiet f'każ ta' inadempjenza tal-oriġinatur, ir-rekwiżiti legali addizzjonali li ġejjin kif speċifikat fil-paragrafi 3 sa 9 għandhom jiġu sodisfatti:

(a)

il-verifika tal-eżistenza tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti;

(b)

il-validità tal-ftehim għall-immobilizzar tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti;

(c)

l-effett sħiħ tal-immobilizzar fil-konfront ta' terzi persuni;

(d)

nuqqas ta' restrizzjonijiet fuq l-immobilizzar tal-pretensjoni ta' kreditu sottostanti;

(e)

nuqqas ta' restrizzjonijiet fuq ir-realizzazzjoni tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti;

(f)

nuqqas ta' restrizzjonijiet marbuta mas-segretezza bankarja u l-kunfidenzjalità;

Aktar dettalji dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-ġurisdizzjonijiet nazzjonali huma pprovduti fid-dokumentazzjoni nazzjonali relevanti tal-BĊNi.

3.   Il-BĊN tal-pajjiż fejn ikun stabbilit l-oriġinatur, jew superviżuri jew awdituri esterni, għandhom iwettqu verifika ta' darba tal-proċeduri użati mill-kontroparti biex jissottomettu l-informazzjoni dwar l-eżistenza ta' pretensjonijiet ta' kreditu lill-Eurosistema.

4.   Il-BĊN tal-pajjiż fejn ikun stabbilit l-oriġinatur għandu, bħala minimu, jieħu l-passi kollha li ġejjin sabiex jivverifika l-eżistenza tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti:

(a)

Għandu jikseb konferma bil-miktub mingħand l-oriġinatur, ta' mill-inqas fuq bażi trimestrali, sa meta l-oriġinaturi għandhom jikkonfermaw:

(i)

l-eżistenza tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti: din il-konferma tista' tiġi ssostitwita b'kontroverifiki ta' informazzjoni miżmuma f'reġistri ta' kreditu ċentrali, meta dawn ikunu jeżistu;

(ii)

il-konformità tal-pretensjonijiet ta' kreditu mal-kriterji tal-eliġibbiltà applikati mill-Eurosistema;

(iii)

li l-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti ma jintużawx simultanjament bħala kollateral għall-benefiċċju ta' xi terza persuna u li l-oriġinatur m'għandux jimmobilizza dawk il-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti bħala kollateral għall-Eurosistema jew għal xi terza persuna;

(iv)

li l-oriġinatur jimpenja ruħu li jikkomunika lill-BĊN relevanti sa mhux iktar tard minn matul il-jum ta' negozju li jmiss, kull avveniment li jaffettwa b'mod materjali l-valur tal-kollateral tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti, b'mod partikolari ħlasijiet lura bikrin, parzjali jew totali, tniżżil fil-valur u bidliet materjali fil-kundizzjonijiet tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti.

(b)

Il-BĊN tal-pajjiż fejn ikun jinsab l-oriġinatur jew ir-reġistri ta' kreditu ċentrali relevanti, l-awtoritajiet kompetenti tas-superviżjoni bankarja jew awdituri esterni, għandhom iwettqu verifiki għall-għarrieda fir-rigward tal-kwalità u l-preċiżjoni tal-konferma bil-miktub tal-oriġinaturi, permezz tal-konsenja ta' dokumentazzjoni fiżika jew permezz ta' żjarat fuq il-post. L-informazzjoni vverifikata fir-rigward ta' kull talba ta' kreditu sottostanti għandha tkopri bħala minimu l-karatteristiċi li jiddeterminaw l-eżistenza u l-eliġibbiltà tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti. Għal oriġinaturi b'sistemi interni bbażati fuq il-klassifikazzjoni (IRB) li huma approvati mill-ECAF, verifiki addizzjonali fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti għandhom jitwettqu li jinvolvu verifiki ta' PDs fir-rigward ta' debituri tat-talbiet ta' kreditu li jintużaw bħala kollateral fl-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema.

(c)

Għall-verifiki li jsiru skont l-Artikolu 107f(3), (4)(a) jew (4)(b) minn BĊN tal-pajjiż fejn ikun jinsab l-oriġinatur, superviżuri, awdituri esterni jew reġistri tal-kreditu ċentrali, dawk li jwettqu l-verifiki għandhom ikunu awtorizzati li jwettqu dawn l-investigazzjonijiet, b'mod kuntrattwali jekk meħtieġ jew skont ir-rekwiżiti nazzjonali applikabbli.

5.   Il-ftehim għat-trasferiment tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti lill-emittent jew sabiex jiġu mmobilizzati permezz ta' trasferiment, ċessjoni jew rahan għandu jkun validu bejn l-emittent u l-oriġinatur u/jew min jirċievi t-trasferiment/ċessjoni/rahan, kif xieraq, taħt il-liġi nazzjonali applikabbli. Il-formalitajiet legali meħtieġa kollha biex tiġi żgurata l-validità tal-ftehim u biex jiġi żgurat it-trasferiment validu indirett jew dirett tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti bħala kollateral għandhom jiġu sodisfatti mill-oriġinatur u/jew iċ-ċessjonarju, kif xieraq. Fir-rigward tan-notifika tad-debitur, għandu japplika dan li ġej, skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

(a)

F'xi waqtiet jista' jkun meħtieġ li jkun hemm notifika tad-debitur jew reġistrazzjoni pubblika ta': (i) it-trasferiment (dirett jew indirett) tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti lill-emittenti; jew (ii) meta l-kontropartijiet jimmobilizzaw DECCs bħala kollateral lill-BĊN domestiku sabiex tiġi żgurata l-effettività sħiħa ta' dak it-trasferiment jew mobilizzar fil-konfront ta' terzi; u b'mod partikolari (iii) sabiex tiġi żgurata l-prijorità tal-interess ta' sigurtà tal-emittent (fir-rigward tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti) u/jew l-interess ta' sigurtà tal-BĊN domestiku (fir-rigward tad-DECCs bħala kollateral) fil-konfront ta' kredituri oħrajn. F'każijiet bħal dawn, dawn ir-rekwiżiti ta' notifika jew reġistrazzjoni għandhom jitlestew: (i) bil-quddiem jew fiż-żmien tat-trasferiment attwali tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti (diretti jew indiretti) lill-emittent; jew (ii) fiż-żmien meta l-kontropartijiet jimmobilizzaw id-DECCs bħala kollateral lill-BĊN domestiku.

(b)

Jekk notifika ex ante tad-debitur jew reġistrazzjoni pubblika ma tkunx meħtieġa skont il-punt (a), kif speċifikat fid-dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli, tkun meħtieġa notifika ex-post tad-debitur. Notifika ex-post tfisser li d-debitur għandu jiġi nnotifikat, kif speċifikat fid-dokumentazzjoni nazzjonali, dwar il-fatt li l-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti jkunu qegħdin jiġu ttrasferiti jew immobilizzati immedjatament wara avveniment ta' inadempjenza jew avveniment ta' kreditu simili kif speċifikat ulterjorment fid-dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli.

(c)

Il-punti (a) u (b) huma rekwiżiti minimi. L-Eurosistema tista' tiddeċiedi li teħtieġ notifika ex-ante jew reġistrazzjoni minbarra s-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq, inkluż fil-każ ta' strumenti bearer.

6.   Il-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti għandhom ikunu trasferibbli bis-sħiħ u jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti lill-emittent mingħajr restrizzjoni. Il-ftehimiet dwar pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti jew arranġamenti kuntrattwali oħrajn bejn l-oriġinatur u d-debitur m'għandhom jinkludu ebda dispożizzjoni restrittiva dwar it-trasferiment ta' kollateral. Il-ftehimiet dwar pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti jew arranġamenti kuntrattwali oħrajn bejn l-oriġinatur u d-debitur m'għandhomx jinkludu dispożizzjonijiet restrittivi dwar ir-realizzazzjoni tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti, inkluż kwalunkwe restrizzjonijiet li jirrigwardaw il-forma, il-ħin jew rekwiżit ieħor fir-rigward tar-realizzazzjoni, sabiex b'hekk l-Eurosistema tkun tista' tirrealizza l-kollateral tad-DECCs.

7.   Minkejja l-paragrafu 6, id-dispożizzjonijiet li jirrestrinġu l-assenjazzjoni tal-ishma ta' self sindakat lill-banek, lill-istituzzjonijiet finanzjarji u l-entitajiet li huma involuti jew stabbiliti b'mod regolari għall-finijiet tal-ħolqien, l-akkwist jew l-investiment fis-self, fit-titoli jew fl-assi finanzjarji oħra m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala restrizzjoni fuq r-realizzazzjoni tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti.

8.   Minkejja l-paragrafi 6 u 7, aġent tal-faċilità għall-ġbir u d-distribuzzjoni tal-ħlas u l-amministrazzjoni tas-self m'għandux jiġi kkunsidrat bħala restrizzjoni fuq it-trasferiment u r-realizzazzjoni ta' sehem ta' self sindikat, sakemm:

(a)

l-aġent tal-faċilità jkun istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru; u

(b)

ir-relazzjoni ta' servizz bejn membru ta' sindikat relevanti u l-aġent tal-faċilità tista' tiġi ttrasferita flimkien ma' jew parti ta' sehem ta' self sindikat.

9.   L-oriġinatur u d-debitur għandhom ikunu qablu b'mod kuntrattwali li d-debitur jaċċetta mingħajr ebda kundizzjoni l-iżvelar mill-oriġinatur, emittent u kwalunkwe kontroparti li jimmobilizza d-DECC lill-Eurosistema tad-dettalji fir-rigward tal-pretensjoni ta' kreditu sottostanti u fuq id-debitur li huma meħtieġa mill-BĊN domestiku għall-finijiet li jiġi żgurat illi jinħoloq titolu validu fuq talbiet ta' kreditu u li t-talbiet ta' kreditu jistgħu jiġu rrealizzati malajr fil-każ ta' inadempjenza tal-oriġinatur/emittent.”

13.

fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tal-Parti Erbgħa, hija miżjuda t-Taqsima li ġejja:

“Taqsima 3

Rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema għad-DECCs

Artikolu 112a

Rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema għad-DECCs

1.   M'għandux ikun meħtieġ li d-DECCs jiġu vvalutati minn wieħed mill-erba' sorsi ta' valutazzjoni tal-kreditu aċċettati mill-Eurosistema skont il-kriterji ta' aċċettazzjoni ġenerali fit-Titolu V tal-Parti Erbgħa.

2.   Kull pretensjoni ta' kreditu sottostanti fl-aggregazzjoni ta' kopertura tad-DECCs għandha jkollha valutazzjoni ta' kreditu pprovduta minn wieħed mill-erba' sorsi ta' valutazzjoni tal-kreditu aċċettati mill-Eurosistema skont il-kriterji ta' aċċettazzjoni ġenerali fit-Titolu V tal-Parti Erbgħa. Barra minn hekk, is-sistema jew sors ta' valutazzjoni tal-kreditu użata għandha tkun l-istess sistema jew sors magħżula mill-oriġinatur skont l-Artikolu 110. Ir-regoli dwar ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema għall-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti stipulati fit-Taqsima 1 għandhom ikunu applikabbli.

3.   Il-kwalità tal-kreditu ta' kull pretensjoni ta' kreditu sottostanti fl-aggregazzjoni ta' kopertura tad-DECCs għandha tiġi evalwata fuq il-bażi tal-kwalità tal-kreditu tad-debitur jew garanti, li għandha tikkonforma, bħala minimu, mal-pass 3 tal-kwalità tal-kreditu, kif speċifikat fl-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema.”;

14.

fil-Kapitolu 2 tat-Titolu VI tal-Parti Erbgħa, l-Artikolu li ġej huwa miżjud:

“Artikolu 133a

Stabbiliment ta' miżuri ta' kontroll tar-riskju għad-DECCs

Kull pretensjoni ta' kreditu sottostanti inkluża fl-aggregazzjoni ta' kopertura għandha tkun soġġetta għal haircut ta' valutazzjoni applikata f'livell individwali skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 131. Il-valur aggregat tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti inklużi fl-aggregazzjoni ta' kopertura wara l-applikazzjoni ta' haircuts ta' valutazzjoni għandu, f'kull mument, jibqa' ekwivalenti għal jew 'il fuq mill-valur tal-ammont prinċipali pendenti tad-DECC. Jekk il-valur aggregat jaqa' taħt il-livell minimu msemmi fis-sentenza preċedenti, id-DECC għandu jiġi evalwat bħala żero.”;

15.

fit-Titolu VIII tal-Parti Erbgħa, l-Artikolu 138a li ġej huwa miżjud:

“Artikolu 138a

Użu ta' strumenti ta' dejn b'rabta ma' rikapitalizzazzjoni in natura bi strumenti ta' dejn pubbliku

Strumenti ta' dejn pubbliku użati f'rikapitalizzazzjoni in natura ta' kontroparti jistgħu jintużaw bħala kollateral biss minn dik il-kontroparti jew minn kwalunkwe kontroparti oħra li jkollha ‘rabtiet mill-qrib’, kif iddefinit fl-Artikolu 138(2), ma' dik il-kontroparti jekk l-Eurosistema jidhrilha li l-livell ta' aċċess għas-suq tal-emittent tagħhom ikun adegwat, ukoll billi jitqies l-irwol ta' dawk l-istrumenti fir-rikapitalizzazzjoni.”;

16.

L-Artikolu 148 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 148

Prinċipji ġenerali

1.   Il-kontropartijiet jistgħu jużaw assi eliġibbli fuq bażi transkonfinali fiż-żona tal-euro kollha għal kull tip ta' operazzjoni ta' kreditu tal-Eurosistema.

2.   Il-kontropartijiet jistgħu jimmobilizzaw assi eleġibbli minnbarra depożiti għal terminu fiss u DECCs, għal użu transkonfinali skont dawn li ġejjin.

(a)

Assi negozjabbli għandhom jiġu mmobilizzati permezz ta': (i) konnessjonijiet eliġibbli bejn SSSs taż-ŻEE li jkunu ġew ivvalutati b'mod pożittiv skont il-Qafas ta' Valutazzjoni tal-Utenti tal- Eurosistema; (ii) proċeduri CCBM applikabbli; (iii) konnessjonijiet eliġibbli b'rabta mas-CCBM; u

(b)

Pretensjonijiet ta' kreditu u RMBDs għandhom jiġu mobilizzati skont il-proċeduri applikabbli tas-CCBM billi ma jistgħux jiġu ttrasferiti permezz ta' SSSs.

3.   Assi negozjabbli jistgħu jintużaw permezz ta' kont ta' BĊN f'SSS li jkun jinsab f'pajjiż li ma jkunx dak tal-BĊN in kwistjoni jekk l-Eurosistema tkun approvat l-użu ta' dak il-kont.

4.   De Nederlandsche Bank għandu jkun awtorizzat li juża l-kont tiegħu ma' Euroclear Bank biex jirregola tranżazzjonijiet ta' kollateral f'Eurobonds maħruġin f'dik l-ICSD. Il-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għandu jiġi awtorizzat biex jiftaħ kont simili mal-Euroclear Bank. Dan il-kont jista' jintuża għall-assi eliġibbli kollha miżmuma fil-Euroclear Bank, jiġifieri inkluż l-assi eliġibbli ttrasferiti lill-Euroclear Bank permezz ta' rabtiet eliġibbli.

5.   Il-kontropartijiet għandhom jeżegwixxu t-trasferiment tal-assi eliġibbli permezz tal-kontijiet ta' saldu ta' titoli ma' SSSs li ġew evalwati b'mod pożittiv skont il-Qafas tal-Valutazzjoni tal-Utenti tal-Eurosistema.

6.   Kontroparti li ma jkollhiex kont ta' kustodja sigur ma' BĊN jew kont ta' saldu tat-titoli ma' SSS li jkun ġie evalwat b'mod pożittiv skont il-Qafas tal-Valutazzjoni tal-Utenti tal-Eurosistema tista' tħallas għal tranżazzjonijiet permezz tal-kont ta' saldu ta' titoli jew il-kont ta' kustodja sigura ta' istituzzjoni ta' kreditu korrispondenti.”

17.

L-Artikolu 158 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 158

Miżuri diskrezzjonali fuq il-bażi ta' prudenza jew wara każ ta' inadempjenza

1.   Fuq il-bażi ta' prudenza, l-Eurosistema tista' tieħu kwalunkwe miżura minn dawn li ġejjin:

(a)

tissospendi, tillimita jew teskludi l-aċċess ta' kontroparti għal operazzjonijiet tal-politika monetarja, skont kwalunkwe arranġament kuntrattwali jew regolatorju applikat mill-BĊN domestiku tagħha jew mill-BĊE;

(b)

tiċħad, tillimita l-użu ta' jew tapplika haircuts supplimentari għal assi mobilizzati bħala kollateral fl-operazzjonijiet ta' kreditu minn kontroparti speċifika fuq il-bażi ta' kwalunkwe informazzjoni li l-Eurosistema tqis relevanti, b'mod partikolari jekk il-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti tidher li turi korrelazzjoni għolja mal-kwalità tal-kreditu tal-assi mobilizzati bħala kollateral.

2.   Il-kontropartijiet li huma soġġetti għal superviżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 55(b)(i) iżda li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq bażi individwali u/jew ikkonsolidata, skont ir-rekwiżiti superviżorji, u l-kontropartijiet li huma soġġetti għal superviżjoni ta' standard kumparabbli kif imsemmi fl-Artikolu 55(b)(iii) iżda li ma jissodisfawx rekwiżiti kumparabbli għar-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq bażi individwali u/jew ikkonsolidata, għandhom jiġu sospiżi, limitati jew esklużi milli jaċċessaw operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema għal raġunijiet ta' prudenza. Hemm eċċezzjoni għal każijiet fejn l-Eurosistema tikkunsidra li l-konformità tista' tiġi rrestawrata permezz ta' miżuri ta' rikapitalizzazzjoni adegwati u f'waqthom, kif stabbilit mill-Kunsill Governattiv.

3.   Fil-kuntest tal-valutazzjoni tagħha tas-sodezza finanzjarja ta' kontroparti skont l-Artikolu 55(c) u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura diskrezzjonarja oħra, l-Eurosistema tista' tissospendi, tillimita jew teskludi, għal raġunijiet ta' prudenza, l-aċċess għal operazzjonijiiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema minn dawn il-kontropartijiet:

(a)

kontropartijiet li għalihom l-informazzjoni dwar proporzjonijiet kapitali taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma tkunx disponibbli għall-BĊN relevanti u l-BĊE b'mod tempestiv u sa mhux aktar tard minn 14-il ġimgħa mit-tmiem tat-trimestru relevanti;

(b)

kontropartijiet li ma jkunux meħtieġa jirrapportaw proporzjonijiet ta' kapital taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 iżda li għalihom informazzjoni ta' standard kumparabbli kif imsemmi fl- Artikolu 55(b)(iii) ma tkunx disponibbli għall-BĊN relevanti u l-BĊE b'mod tempestiv u sa mhux aktar tard minn 14-il ġimgħa mit-tmiem tat-trimestru relevanti;

F'każ li l-aċċess għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema jkun ġie sospiż, limitat jew eskluż, l-aċċess jista' jiġi rrestawrat malli l-informazzjoni relevanti tkun disponibbli għall-BĊN relevanti u l-BĊE u l-Eurosistema tiddetermina li l-kontroparti tissodisfa l-kriterju ta' sodezza finanzjarja skont l-Artikolu 55(c).

4.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura diskrezzjonarja oħra, l-Eurosistema għandha, għal raġunijiet ta' prudenza, tillimita l-aċċess għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema minn kontropartijiet li jitqiesu li jkunu ‘qegħdin ifallu jew aktarx li ser ifallu’ mill-awtoritajiet relevanti fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18(4)(a) sa (d) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jew stipulati f'leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 32(4)(a) sa (d) tad-Direttiva 2014/59/UE. Il-limitazzjoni għandha tikkorrispondi għal-livell ta' aċċess għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema prevalenti fiż-żmien meta dawk il-kontropartijiet jitqiesu li ‘qegħdin ifallu jew aktarx li ser ifallu’.

5.   Minbarra li tillimita l-aċċess għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema taħt il-paragrafu 4, l-Eurosistema tista', għal raġunijiet ta' prudenza, tissospendi, tkompli tillimita jew teskludi kontropartijiet milli jaċċessaw operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema jekk jitqiesu li ‘qegħdin ifallu jew aktarx li ser ifallu’ taħt il-paragrafu 4 u jissodisfaw xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ma jkunux soġġetti għal azzjoni ta' riżoluzzjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni għaliex ikun hemm prospetti raġonevoli li miżura alternattiva tas-settur privat jew azzjoni superviżorja, kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u l-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 32(1)(b) tad-Direttiva 2014/59/UE, ser tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni fi żmien raġonevoli, fid-dawl tal-iżvilupp tal-miżura alternattiva tas-settur privat jew azzjoni superviżorja;

(b)

jiġu vvalutati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jew leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, fid-dawl tal-iżvilupp tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(c)

jirriżultaw minn azzjoni ta' riżoluzzjoni kif iddefinita taħt l-Artikolu 3(10) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 2(40) tad-Direttiva 2014/59/UE jew minn miżura alternattiva tas-settur privat jew azzjoni superviżorja kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u l-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 32(1)(b) tad-Direttiva 2014/59/UE.

6.   lil hinn minn limitazzjoni ta' aċċess għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema skont il-paragrafu 4, l-Eurosistema għandha tissospendi, tkompli tillimita jew teskludi mill-aċċess għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema għal raġunijiet ta' prudenza lil dawk il-kontropartijiet li jkunu ġew meqjusa li ‘qegħdin ifallu jew aktarx li ser ifallu’ iżda li għalihom la tkun ġie ipprovduta azzjoni ta' riżoluzzjoni, u lanqas ma jkun hemm prospetti raġonevoli li miżura alternattiva tas-settur privat jew azzjoni superviżorja ser tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni fi żmien raġonevoli kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 32(1)(b) tad-Direttiva 2014/59/UE.

7.   F'każ li miżura diskrezzjonali tkun ibbażata fuq informazzjoni prudenzjali, l-Eurosistema għandha tuża din l-informazzjoni, li tkun ipprovduta jew minn superviżuri jew inkella minn kontropartijiet, b'mod li jkun strettament skont, u meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Eurosistema fit-tħaddim tal-politika monetarja.

8.   Fil-każ li jseħħ avveniment ta' inadempjenza,l -Eurosistema tista' tissospendi, tillimita jew teskludi aċċess għal operazzjonijiet tal-politika monetarja fir-rigward ta' kontropartijiet li jkunu inadempjenti skont arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-Eurosistema.

9.   Il-miżuri diskrezzjonarji kollha tal-Eurosistema għandhom jiġu applikati b'mod proporzjonat u mhux diskriminatorju u għandhom jiġu ġġustifikati debitament mill-Eurosistema.”;

18.

L-Artikolu 170(2) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-post tar-riżoluzzjoni tat-tilwim għandu, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ikun il-qrati uffiċjali ta' dak l-Istat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lill-BĊNi.

2.   Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u għandhom japplikawhom mit-2 ta' Novembru 2015. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mis-6 ta' Ottubru 2015.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida (UE) Nru 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).