|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
27.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1919
tas-26 ta' Ottubru 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (1) jimplimenta diversi miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2), inkluż l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi. |
|
(2) |
Fis-26 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1924 (3), li tneħħi persuna deċeduta mill-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK. |
|
(3) |
Dik il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat, u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
|
(4) |
Fis-26 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni adotatt ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1921 (4), li neħħa persuna deċeduta mill-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 314/2004. |
|
(5) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Barra minn hekk, huwa xieraq li tiddaħħal dispożizzjoni ġdida sabiex jiġu osservati r-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-data personali. |
|
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jinħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-Regolament (KE) Nru 314/2004, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 11a
1. L-Anness III għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkonċernati.
2. L-Anness III għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.”.
Artikolu 2
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1)
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6)
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1924 tas-26 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ara l-paġna 10 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1921 tas-26 ta' Ottubru 2015. li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ara l-paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
Fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 314/2004, l-entrata għall-persuna fiżika li ġejja titneħħa mit-taqsima “I. Persuni”:
I. Persuni
|
|
Isem (u psewdonomi possibbli) |
|
44. |
MIDZI, Amos Bernard (Mugenva) |
|
27.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1920
tas-26 ta' Ottubru 2015
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 1352/2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Frar 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (“UNSCR”) 2140 (2014), li teħtieġ li r-restrizzjonijiet ta' vvjaġġar jiġu applikati lill-persuni li għandhom jiġu nnominati mill-Kumitat stabbilit taħt il-paragrafu 19 tal-UNSCR 2140 (2014) (“il-Kumitat”) u li jiġu ffriżati l-fondi u l-assi tal-persuni nnominati mill-Kumitat. |
|
(2) |
Fis-7 ta' Novembru 2014, il-Kumitat innomina tliet individwi abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 17 tal-UNSCR 2140 (2014). |
|
(3) |
Fit-18 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1352/2014. |
|
(4) |
Fis-16 ta' Settembru 2015, il-Kumitat emenda l-informazzjoni għal persuna waħda. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1352/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1352/2014 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
Fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi, li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1352/2014, l-entrata Nru 5 taħt it-Taqsima A “Persuni” hija sostitwita bis-segwenti:.
|
“5. |
Ahmed Ali Abdullah Saleh (magħruf ukoll bħala: Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar)
Titlu: Ex ambaxxatur, ex Brigadier Ġeneral, Data tat-twelid: 25 ta' Lulju 1972, Nazzjonalità: Jemenita, Nru tal-passaport: a) Passaport Jemenit numru 17979 maħruġ taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Saleh (imsemmi fil-karta tal-identità diplomatika nru: 31/2013/20/003140 t'hawn taħt) b) Passaport Jemenit numru 02117777 maħruġ fit-8.11.2005 taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar c) Passaport Jemenit numru 06070777 maħruġ fit-3.12.2014 taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar, Indirizz: l-Emirati Għarab Magħquda, Informazzjoni oħra: Kellu rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen. Ahmed Saleh huwa iben l-ex President tar-Repubblika tal-Jemen, Ali Abdullah Saleh. Ahmed Ali Abdullah Saleh ġej minn żona magħrufa bħala Bayt Al-Ahmar, li tinsab madwar 20 km Xlokk tal-belt kapitali, Sana'a. Karta tal-identità diplomatika nru: 31/2013/20/003140, maħruġa fis-7.7.2013 mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Saleh; stat attwali: ikkanċellat. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 14.4.2015. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Ahmed Ali Saleh ilu jaħdem biex jimmina l-awtorità tal-President Hadi, ixekkel it-tentattivi ta' Hadi li jirriforma l-militar, u jtellef it-transizzjoni paċifika tal-Jemen għad-demokrazija. Saleh qeda rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Sa minn nofs Frar 2013, Ahmed Ali Saleh kien ta eluf ta' azzarini ġodda lill-brigati tal-Gwardja Repubblikana u shaykhs tribali mhux identifikati. L-armi oriġinarjament ġew akkwistati fl-2010 u miżmuma biex tinxtara l-lealtà ta' min jirċevihom għal gwadann politiku aktar 'il quddiem. Wara li missier Saleh, l-ex President tar-Repubblika tal-Jemen Ali Abdullah Saleh, irreżenja minn President tal-Jemen fl-2011, Ahmed Ali Saleh żamm postu bħala kmandant tal-Gwardja Repubblikana tal-Jemen. Ftit aktar minn sena wara, Saleh kien tkeċċa mill-President Hadi iżda żamm influwenza sinifikanti fil-militar tal-Jemen, anke wara li tneħħa mill-kmand. Ali Abdullah Saleh ġie ddeżinjat min-NU skont il-UNSCR 2140 f'Novembru 2014.”. |
|
27.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1921
tas-26 ta' Ottubru 2015
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni u l-entitatjiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2) tidentifika l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet kif ipprovdut fl-Artikolu 5 ta' dik id-Deċiżjoni, u r-Regolament (KE) Nru 314/2004 idaħħal fis-seħħ dik id-Deċiżjoni sa fejn l-azzjoni fil-livell ta' Unjoni tkun meħtieġa. |
|
(3) |
Fis-26 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill iddeċieda li jneħħi l-isem tal-persuna deċeduta li għaliha għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi emendat sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' dik id-deċiżjoni tal-Kunsill. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija Strumenti
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).
ANNESS
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 il-persuni fiżiċi li ġejjin għandhom jitneħħew mit-taqsima “I. Persuni”.
I. Persuni
“Amos Bernard MIDZI (Mugenva). Data tat-twelid: 4.7.1952. informazzjoni oħra: (a) Eks Ministru Għall-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri; (b) Eks Ministru għall-Enerġija u l-Iżvilupp tal-Enerġija; (c) Chairman tal-partit ZANU-PF f'Harare, (d) Eks membru tal-Gvern assoċjat mal-fazzjoni ZANU-PF tal-gvern. (e) Organizza konvoj ta' partitarji ZANU-PF u suldati li ħebbu fuq in-nies u qerdu djar f'Ġunju 2008. (f) Kellu rabta mal-vjolenza li seħħet f'Epworth, appoġġja bażijiet militari fl-2008 kif ukoll fl-2011.”
|
27.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1922
tas-26 ta' Ottubru 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
44,1 |
|
MA |
99,4 |
|
|
MK |
61,4 |
|
|
TR |
105,8 |
|
|
ZZ |
77,7 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
35,9 |
|
MK |
46,1 |
|
|
TR |
112,1 |
|
|
ZZ |
64,7 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
112,1 |
|
TR |
142,2 |
|
|
ZZ |
127,2 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
152,4 |
|
TR |
108,3 |
|
|
UY |
78,3 |
|
|
ZA |
133,8 |
|
|
ZZ |
118,2 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
257,0 |
|
EG |
209,0 |
|
|
LB |
234,5 |
|
|
MK |
88,0 |
|
|
PE |
75,0 |
|
|
TR |
159,0 |
|
|
ZZ |
170,4 |
|
|
0808 10 80 |
AL |
23,1 |
|
AR |
124,2 |
|
|
CL |
104,6 |
|
|
NZ |
134,1 |
|
|
ZA |
158,7 |
|
|
ZZ |
108,9 |
|
|
0808 30 90 |
TR |
133,8 |
|
ZZ |
133,8 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
27.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1923
tas-26 ta' Ottubru 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea. |
|
(2) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, dawk il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sas-27 ta' Ottubru 2016. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta' Ottubru 2016. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, skont kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).
|
27.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1924
tas-26 ta' Ottubru 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK (1). |
|
(2) |
Persuna deċeduta għandha titneħħa mill-Annessi I u II għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).
ANNESS
I.
Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, l-entrata għall-persuna fiżika li ġejja titneħħa mit-taqsima “I. Persuni”:|
Isem (u psewdonomi possibbli)
|
II.
Fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, l-entrata għall-persuna fiżika li ġejja titneħħa mit-taqsima “I. Persuni”:|
Isem (u psewdonomi)
|
|
27.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1925
tas-26 ta' Ottubru 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1). |
|
(2) |
Abbażi ta' reviżjoni tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova għandhom jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2016. Il-Kunsill ser jirrevedi s-sitwazzjoni fir-rigward tal-miżuri restrittivi sitt xhur wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2010/573/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK huwa b'dan sostitwit b'dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2016. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif ikun adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas-27 ta' Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54).
|
27.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1926
tas-26 ta' Ottubru 2015
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) (1). |
|
(2) |
Fl-24 ta' Settembru 2015, il-Kmandant tal-Operazzjoni ppropona li l-operazzjoni tissemma SOPHIA. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-isem tal-operazzjoni
Fit-titolu u fit-test kollu tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, l-isem “EUNAVFOR MED” għandu minn hawn 'il quddiem jiġi sostitwit f'kull ċirkostanza bl-isem “EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA” u għandha ssir kull bidla grammatikali neċessarja.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) (ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31).
|
27.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/14 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1927
tas-26 ta' Ottubru 2015
li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta' Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Frar 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (“UNSCR”) 2140 (2014), li teħtieġ li r-restrizzjonijiet ta' vvjaġġar jiġu applikati lill-persuni li għandhom jiġu nnominati mill-Kumitat stabbilit taħt il-paragrafu 19 tal-UNSCR 2140 (2014) (“il-Kumitat”) u li jiġu ffriżati l-fondi u l-assi tal-persuni nnominati mill-Kumitat. |
|
(2) |
Fis-7 ta' Novembru 2014, il-Kumitat innomina tliet individwi abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 17 tal-UNSCR 2140 (2014). |
|
(3) |
Fit-18 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/932/PESK. |
|
(4) |
Fis-16 ta' Settembru 2015, il-Kumitat emenda l-informazzjoni għal persuna waħda. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2014/932/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
Fil-lista ta' persuni u entitajiet, li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/932/PESK, l-entrata Nru 5 taħt it-taqsima “Persuni” hija sostitwita bis-segwenti:
|
“5. |
Ahmed Ali Abdullah Saleh (magħruf ukoll bħala: Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar)
Titlu: Ex ambaxxatur, ex Brigadier Ġeneral, Data tat-twelid: 25 ta' Lulju 1972, Nazzjonalità: Jemenita, Nru tal-passaport: a) Passaport Jemenit numru 17979 maħruġ taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Saleh (imsemmi fil-karta tal-identità diplomatika nru: 31/2013/20/003140 t'hawn taħt) b) Passaport Jemenit numru 02117777 maħruġ fit-8.11.2005 taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar c) Passaport Jemenit numru 06070777 maħruġ fit-3.12.2014 taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar, Indirizz: l-Emirati Għarab Magħquda, Informazzjoni oħra: Kellu rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen. Ahmed Saleh huwa iben l-ex President tar-Repubblika tal-Jemen, Ali Abdullah Saleh. Ahmed Ali Abdullah Saleh ġej minn żona magħrufa bħala Bayt Al-Ahmar, li tinsab madwar 20 km Xlokk tal-belt kapitali, Sana'a. Karta tal-identità diplomatika nru: 31/2013/20/003140, maħruġa fis-7.7.2013 mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Saleh; stat attwali: ikkanċellat. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 14.4.2015. Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Ahmed Ali Saleh ilu jaħdem biex jimmina l-awtorità tal-President Hadi, ixekkel it-tentattivi ta' Hadi li jirriforma l-militar, u jtellef it-transizzjoni paċifika tal-Jemen għad-demokrazija. Saleh qeda rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Sa minn nofs Frar 2013, Ahmed Ali Saleh kien ta eluf ta' azzarini ġodda lill-brigati tal-Gwardja Repubblikana u shaykhs tribali mhux identifikati. L-armi oriġinarjament ġew akkwistati fl-2010 u miżmuma biex tinxtara l-lealtà ta' min jirċevihom għal gwadann politiku aktar 'il quddiem. Wara li missier Saleh, l-ex President tar-Repubblika tal-Jemen Ali Abdullah Saleh, irreżenja minn President tal-Jemen fl-2011, Ahmed Ali Saleh żamm postu bħala kmandant tal-Gwardja Repubblikana tal-Jemen. Ftit aktar minn sena wara, Saleh kien tkeċċa mill-President Hadi iżda żamm influwenza sinifikanti fil-militar tal-Jemen, anke wara li tneħħa mill-kmand. Ali Abdullah Saleh ġie ddeżinjat min-NU skont il-UNSCR 2140 f'Novembru 2014.”. |
|
27.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/16 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1928
tat-23 ta' Ottubru 2015
li ttemm il-proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,
Billi:
A. BIDU
|
(1) |
Fit-12 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) tat bidu għal proċediment anti-dumping rigward l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ċertu fojl tal-aluminju bi ħxuna ta' inqas minn 0,021 mm, mingħajr qoxra, mhux maħduma aktar milli rrumblati, f'rollijiet ta' piż li jaqbżu l-10 kg, u għajr fojl tal-aluminju ta' ħxuna ta' mhux inqas minn 0,008 mm u ta' mhux aktar minn 0,018 mm f'rollijiet ta' wisa' ta' mhux aktar minn 650 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ”) u ppubblikat Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffuċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
L-investigazzjoni bdiet wara li tressaq ilment minn sitt produtturi tal-Unjoni (“l-ilmentatur”), li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni sħiħa tal-Unjoni tal-prodott li huwa taħt investigazzjoni. L-ilment kellu evidenza prima facie ta' dumping dannuż li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni avżat lill-ilmentatur, produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ, il-produtturi possibbli fil-pajjiż analogu, l-importaturi magħrufa, id-distributuri, u partijiet oħrajn magħrufa li huma kkonċernati, u r-rappreżentanti tar-RPĊ dwar il-bidu tal-investigazzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jispjegaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika ta' Bidu. |
|
(4) |
L-ilmentatur, il-produtturi l-oħra tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-importaturi u d-distributuri taw il-fehmiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ. |
B. IRTIRAR TAL-ILMENT U TMIEM TAL-PROĊEDIMENT
|
(5) |
Permezz ta' ittra tal-20 ta' Awwissu 2015 lill-Kummissjoni, l-ilmentatur irtira l-ilment tiegħu. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċedimenti jista' jintemm meta jiġi rtirat l-ilment, sakemm dan it-tmiem ma jkunx imur kontra l-interess tal-Unjoni. |
|
(7) |
L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda kunsiderazzjoni li turi li dan it-twaqqif imur kontra l-interess tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-investigazzjoni preżenti għandha tintemm. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b'dan u ngħataw opportunità li jikkummentaw. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kummenti li jiġġustifikaw li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. |
|
(8) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment ta' antidumping rigward l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ċertu fojl tal-aluminju bi ħxuna ta' inqas minn 0,021 mm, mingħajr qoxra, mhux maħduma aktar milli rrumblati, f'rollijiet ta' piż li jaqbżu l-10 kg, u għajr fojl tal-aluminju ta' ħxuna ta' mhux inqas minn 0,008 mm u ta' mhux aktar minn 0,018 mm f'rollijiet ta' wisa' ta' mhux aktar minn 650 mm, li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jintemmu mingħajr l-impożizzjoni ta' miżuri. |
|
(9) |
Din id-Deċiżjoni hija konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċediment ta' antidumping rigward l-importazzjoni fl-Unjoni ta' ċertu fojl tal-aluminju bi ħxuna ta' inqas minn 0,021 mm, mingħajr qoxra, mhux maħduma aktar milli rrumblati, f'rollijiet ta' piż li jaqbżu l-10 kg, u għajr fojl tal-aluminju ta' ħxuna ta' mhux inqas minn 0,008 mm u ta' mhux aktar minn 0,018 mm f'rollijiet ta' wisa' ta' mhux aktar minn 650 mm, li joriġinaw mir-RPĊ, li bħalissa jaqgħu fil-kodiċi NM ex 7607 11 19 , b'dan jitwaqqaf.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER