ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 280

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
24 ta' Ottubru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar l-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910 tal-21 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-gważatina f'ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 )

2

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1911 tat-23 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

16

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1912 tat-23 ta' Ottubru 2015 dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Ottubru 2015 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

18

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1913 tat-18 ta' Settembru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (CETS Nru 196)

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1914 tat-18 ta' Settembru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (CETS Nru 196)

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1915 tad-9 ta' Ottubru 2015 li taħtar żewġ membri Spanjoli u tliet membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/1916 tal-20 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/3/2015)

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/1917 tal-20 ta' Ottubru 2015 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut tal-Iżvizzera għall-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/4/2015)

30

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1918 tat-22 ta' Ottubru 2015 li tistabbilixxi sistema ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva (sistema AAC) skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (notifikata bid-dokument C(2015) 7132)  ( 1 )

31

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/845 tas-27 ta' Mejju 2015 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għall-azoksistrobina, klorantraniliprol, ċjantraniliprol, dikamba, difenokonażol, fenpiroksimat, fludioksonil, glufosinat tal-ammonju, imażapik, imażapir, indoksakarb, isoksaflutol, mandipropammid, pentijopirad, propikonażol, pirimetanil, spirotetramat u trineksapak f'ċerti prodotti jew fuqhom ( ĠU L 138, 4.6.2015 )

38

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1514 tal-14 ta' Settembru 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna ( ĠU L 239, 15.9.2015 )

38

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1524 tal-14 ta' Settembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna ( ĠU L 239, 15.9.2015 )

39

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

24.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/1


Informazzjoni dwar l-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija

Il-Protokoll imsemmi hawn fuq bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fl-14 ta' April 2014.


REGOLAMENTI

24.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1910

tal-21 ta' Ottubru 2015

li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-gważatina f'ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 18(1)(b) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi ta' residwi (MRL) għall-gważatina ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, ressqet opinjoni motivata dwar l-MRL eżistenti għall-gważatina f'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). L-awtorizzazzjonijiet kollha eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva gważatina ġew irrevokati. It-tolleranzi tal-importazzjonijiet ma ġewx irrapportati fil-livell tal-Unjoni u lanqas ma kienu disponibbli l-MRL tal-Codex. Ladarba ma kienx hemm tagħrif dwar prattiki agrikoli speċifiċi tajbin li setgħu jintużaw f'valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur, l-Awtorità kkonkludiet li valur ta' 0,05 mg/kg jipprovdi livell sodisfaċenti ta' protezzjoni għall-konsumaturi Ewropej. Għalhekk huwa xieraq li l-MRL jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. Huwa xieraq ukoll li d-definizzjoni tar-residwu tinbidel.

(3)

Barra minn hekk, il-Belġju indika li l-MRL eżistenti għall-gważatina fit-tronġiet (grejpfrut) u fil-larinġ jistgħu jqajmu tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi. B'mod partikolari, ma setax jiġi eskluż riskju akut għall-konsumaturi, saħansitra permezz ta' valutazzjoni mirquma tar-riskju, li jqis fattur tal-ipproċessar għall-frott taċ-ċitru. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri rrappreżentati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf qiesu li hija deċiżjoni xierqa ta' ġestjoni tar-riskju li l-MRL jitnaqqsu għal livell li jkun intwera li huwa sikur għall-konsumaturi Ewropej.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tressqet applikazzjoni għall-użu tal-gważatina fuq il-frott taċ-ċitru. Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 din l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Istat Membru kkonċernat u r-rapport ta' evalwazzjoni ntbagħat lill-Kummissjoni. L-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u r-rapport ta' evalwazzjoni, u eżaminat b'mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali u tat opinjoni motivata dwar l-MRL proposti (3). L-Awtorità bagħtet din l-opinjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlitha disponibbli għall-pubbliku. L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni li ma tirrakkomandax li jiġu stabbiliti l-MRL proposti peress li d-dejta disponibbli ma kinitx biżżejjed sabiex jiġi eskluż riskju għall-konsumaturi Ewropej.

(5)

L-applikant talab rieżami amministrattiv tal-opinjoni motivata tal-Awtorità skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Dan ir-rieżami wassal għall-konklużjoni li ma ġew identifikati l-ebda difetti u żbalji sostanzjali ta' valutazzjoni min-naħa tal-Awtorità.

(6)

Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li ġew meqjusal-fatturi rilevanti f'dan ir-rigward, il-modifiki xierqa għall-MRL jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Sabiex jippermetti t-tqegħid fis-suq, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu jistipula arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li ġew prodotti legalment qabel il-modifika tal-MRL u li għalihom it-tagħrif juri li qiegħed jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi.

(9)

L-arranġament tranżizzjonali previst minn dan ir-Regolament għandu jqis it-tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi bl-MRL eżistenti għall-gważatina fit-tronġiet u fil-larinġ.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma l-MRL modifikati jsiru applikabbli, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi fin-negozju tal-ikel ikunu jistgħu iħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRL.

(11)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRL il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u ġew meqjusal-kummenti tagħhom.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fir-rigward tal-gważatina, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b'dan ir-Regolament jibqa' japplika għall-prodotti li ġew prodotti legalment qabel it-13 ta' Mejju 2016 ħlief għat-tronġiet u għal-larinġ.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu jibda japplika mit-13 ta' Mejju 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels (MRLs) for guazatine according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005 (Opinjoni motivata dwar ir-rieżami tal-limiti massimi tar-residwi (MRL) eżistenti għall-gważatina f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005). EFSA Journal 2013;11(5):3239. [20 pp.].

(3)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the modification of the existing MRL for guazatine in citrus fruits. (Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRL eżistenti għall-gważatina fil-frott taċ-ċitru). EFSA Journal 2014;12(8):3818. [29 pp.].


ANNESS

L-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness III, il-kolonna għall-gważatina titħassar.

(2)

Fl-Anness V, tiżdied il-kolonna li ġejja għall-gważatina:

“Ir-residwi ta' pestiċidi u l-livelli massimi ta' residwi (mg/kg)

In-numru tal-kodiċi

Il-gruppi u l-eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRL (1)

Gważatina (aċetat tal-gważatina, it-total tal-komponenti)

(1)

(2)

(3)

0100000

FROTT, FRISK JEW IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

0,05  (*)

0110000

Frott taċ-ċitru

 

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn

 

0120000

Ġewż tas-siġar

 

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż/ġellewż Ewropew

 

0120070

Makadamja

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn

 

0130000

Pomu

 

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn

 

0140000

Frott tal-għadma

 

0140010

Berquq

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

0140030

Ħawħ

 

0140040

Għanbaqar

 

0140990

Oħrajn

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

 

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb tal-inbid

 

0152000

(b)

frawli

 

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

 

0153020

Ċawsli iswed [Dewberries]

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn

 

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

0154010

Mirtill

 

0154020

Cranberries

 

0154030

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

 

0154040

Ribes (ħodor, ħomor u sofor)

 

0154050

Warda Skoċċiża

 

0154060

Ċawsli (suwed u bojod)

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

0154990

Oħrajn

 

0160000

Frott — diversi bi

 

0161000

(a)

qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

 

0161070

Jambolan

 

0161990

Oħrajn

 

0162000

(b)

qoxra li ma tittikilx, żgħar

 

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar u isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frotta tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk/frotta tal-kaktus

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Kaki Amerikan/Kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn

 

0163000

(c)

qoxra li ma tittikilx, kbar

 

0163010

Avokado

 

0163020

Banana

 

0163030

Mango

 

0163040

Papaja

 

0163050

Rummien

 

0163060

Ċerimoja

 

0163070

Gwava

 

0163080

Ananas

 

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

0163100

Durian

 

0163110

Il-frotta tal-annona

 

0163990

Oħrajn

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

0,05  (*)

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tuberi

 

0211000

(a)

patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali mill-għeruq u t-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għerq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin tuberuż

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Sassefrika

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift/nevew

 

0213990

Oħrajn

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

 

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Shallots

 

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta' Wales

 

0220990

Oħrajn

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

solanacea

 

0231010

Tadam

 

0231020

Bżar ħelu

 

0231030

Brunġiel

 

0231040

Okra

 

0231990

Oħrajn

 

0232000

(b)

kukurbiti tal-qoxra kommestibbli

 

0232010

Ħjar

 

0232020

Gherkins (ħjar żgħir)

 

0232030

Zukkini

 

0232990

Oħrajn

 

0233000

(c)

cucurbits tal-qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

 

0233020

Qara' aħmar

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn

 

0234000

(d)

qamħirrum

 

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

 

0240000

Ħxejjex tal-ġenus Brassica (minbarra l-għeruq tal-brassica u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

 

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

 

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn

 

0242000

(b)

brassika bir-ras

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell

 

0242020

Kaboċċa bir-ras

 

0242990

Oħrajn

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kale

 

0243990

Oħrajn

 

0244000

(d)

ġdur

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

 

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Escaroles/Indivja tal-weraq wiesa'

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom speċijiet ta' Brassica)

 

0251990

Oħrajn

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

 

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tal-pitravi

 

0252990

Oħrajn

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u u ta' speċijiet simili

 

0254000

(d)

krexxuni

 

0255000

(e)

witloof/indivja tal-Belġju

 

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Sagħtar

 

0256080

Ħabaq u l-fjuri tiegħu kommestibbli

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stragun

 

0256990

Oħrajn

 

0260000

Legumi

 

0260010

Fażola (bil-miżwed)

 

0260020

Fażola (bla miżwed)

 

0260030

Piżelli (bil-miżwed)

 

0260040

Piżelli (bla miżwed)

 

0260050

Għads

 

0260990

Oħrajn

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

 

0270010

Spraġ

 

0270020

Kardun

 

0270030

Krafes

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

0270090

Qlub tal-palm

 

0270990

Oħrajn

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

 

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

 

0300000

ŻRIERAGĦ IMNIXXFIN TAL-LEGUMI

0,05  (*)

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini

 

0300990

Oħrajn

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

0,05  (*)

0401000

Żrieragħ żejtnija

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

 

0401020

Karawett

 

0401030

Żerriegħa tal-peprin

 

0401040

Ġulġlien

 

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

 

0401060

Żerriegħa tal-lift

 

0401070

Fażola tas-sojja

 

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

 

0401090

Żerriegħa tal-qoton

 

0401100

Żerriegħa tal-qara' ħamra

 

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

 

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

 

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

 

0401140

Qannebusa

 

0401150

Żerriegħa tar-riġnuwa

 

0401990

Oħrajn

 

0402000

Frott taż-żejt

 

0402010

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Il-qlub taż-żerriegħa tal-palm taż-żejt

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn

 

0500000

ĊEREALI

0,05  (*)

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

0500030

Qamħirrum

 

0500040

Millieġ komuni

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ

 

0500990

Oħrajn

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,05  (*)

0610000

Tejiet

 

0620000

Żrieragħ tal-kafè

 

0630000

Infużjonijiet erbali minn

 

0631000

(a)

fjuri

 

0631010

Kamomilla

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn

 

0632000

(b)

weraq u ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Maté

 

0632990

Oħrajn

 

0633000

(c)

għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn

 

0639000

(d)

kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

 

0650000

Ħarrub

 

0700000

ĦOPS

0,05  (*)

0800000

ĦWAWAR

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05  (*)

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Ħlewwa sewda/kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05  (*)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Bżar (iswed, aħdar u abjad)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja

 

0820990

Oħrajn

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05  (*)

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

0,05  (*)

0840020

Ġinġer

0,05  (*)

0840030

Żagħfran tal-Indja

0,05  (*)

0840040

Għerq tal-mustarda

(+)

0840990

Oħrajn

0,05  (*)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05  (*)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,05  (*)

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05  (*)

0870010

Qoxra ta' barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,05  (*)

0900010

Pitravi taz-zokkor

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI — ANNIMALI TAL-ART

 

1010000

Tessuti minn

0,05  (*)

1011000

(a)

ħnieżer

 

1011010

Muskoli

 

1011020

Tessut xaħmi

 

1011030

Fwied

 

1011040

Kliewi

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1011990

Oħrajn

 

1012000

(b)

bovini

 

1012010

Muskoli

 

1012020

Tessut xaħmi

 

1012030

Fwied

 

1012040

Kliewi

 

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1012990

Oħrajn

 

1013000

(c)

nagħaġ

 

1013010

Muskoli

 

1013020

Tessut xaħmi

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1013990

Oħrajn

 

1014000

(d)

mogħoż

 

1014010

Muskoli

 

1014020

Tessut xaħmi

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1014990

Oħrajn

 

1015000

(e)

ekwini

 

1015010

Muskoli

 

1015020

Tessut xaħmi

 

1015030

Fwied

 

1015040

Kliewi

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1015990

Oħrajn

 

1016000

(f)

tjur

 

1016010

Muskoli

 

1016020

Tessut xaħmi

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1016990

Oħrajn

 

1017000

(g)

annimali terrestri mrobbija oħrajn

 

1017010

Muskoli

 

1017020

Tessut xaħmi

 

1017030

Fwied

 

1017040

Kliewi

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1017990

Oħrajn

 

1020000

Ħalib

0,02  (*)

1020010

Frat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn

 

1030000

Bajd tat-tjur

0,05  (*)

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura

0,05  (*)

1050000

Amfibji u Rettili

0,05  (*)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,05  (*)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,05  (*)


(*)  Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika

(1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRL, għandha ssir referenza għall-Anness I.

Gważatina (aċetat tal-gważatina, it-total tal-komponenti)

(+)

Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-Ħxejjex, fil-grupp tal-ħxejjex mill-għeruq u mit-tuberi (kodiċi 0213040) filwaqt li jitqiesu l-bidliet li jkun hemm fil-livelli minħabba l-ipproċessar (tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

0840040

Għerq tal-mustarda”


24.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1911

tat-23 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

49,7

MA

105,3

MK

50,7

TR

112,8

ZZ

79,6

0707 00 05

AL

39,0

MK

46,1

TR

112,1

ZZ

65,7

0709 93 10

MA

107,9

TR

141,3

ZZ

124,6

0805 50 10

AR

152,4

TR

109,4

UY

74,0

ZA

133,8

ZZ

117,4

0806 10 10

BR

260,9

EG

211,9

LB

236,1

MK

97,7

PE

75,0

TR

156,6

ZZ

173,0

0808 10 80

AL

23,1

AR

124,2

CL

113,2

NZ

135,0

ZA

160,0

ZZ

111,1

0808 30 90

TR

129,9

XS

96,6

ZZ

113,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


24.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1912

tat-23 ta' Ottubru 2015

dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Ottubru 2015 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 tal-Kummissjoni (2) fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(2)

Ottubru huwa l-uniku subperjodu għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138 ipprovdut skont l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011. Din il-kwota tikkonsisti fil-bilanċ tal-kwantitajiet mhux użati mill-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4127, 09.4128, 09.4129 u 09.4130 fis-subperjodu preċedenti. Ix-xahar ta' Ottubru huwa l-aħħar subperjodu għall-kwoti pprovduti fl-Artikolu 1(1)(b) u (e) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, li jinkludu l-bilanċ tal-kwantitajiet mhux użati fis-subperjodu preċedenti.

(3)

In-notifiki li ntbagħtu skont il-punt (a) tal-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2015 skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità akbar minn dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġu stabbiliti l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati b'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(4)

In-notifiki juru wkoll li, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4148, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2015, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija anqas dik disponibbli.

(5)

Jeħtieġ ukoll li jkun magħruf il-perċentwal finali ta' użu ta' kull kwota pprovduta fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 tul is-sena 2015.

(6)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-applikazzjonijiet tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li jaqgħu taħt il-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138 imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, imressqa matul l-ewwel 10 ijiem ta' ħidma ta' Ottubru 2015, il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-kwantità mitluba, immultiplikata bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-perċentwal finali ta' użu ta' kull kwota pprovduta fir-Regolament (UE) Nru 1273/2011 tul is-sena 2015 jingħata fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta' Ottubru 2015 skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 u l-perċentwal finali tal-użu għas-sena 2015

a)

Kwota ta' ross mitħun għalkollox jew mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi NM 1006 30 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2015

Perċentwal finali tal-użu tal-kwota għas-sena 2015

L-Istati Uniti

09.4127

 

97,03 %

It-Tajlandja

09.4128

 

98,57 %

L-Awstralja

09.4129

 

99,24 %

Oriġini oħra

09.4130

 

100 %

Il-pajjiżi kollha

09.4138

0,809052 %

100 %

b)

Kwota ta' ross bil-ħliefa kopert bil-kodiċi NM 1006 20 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2015

Perċentwal finali tal-użu tal-kwota għas-sena 2015

Il-pajjiżi kollha

09.4148

 (1)

1,35 %

c)

Kwota ta' ross miksur kopert bil-kodiċi NM 1006 40 00 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tas-serje

Perċentwal finali tal-użu tal-kwota għas-sena 2015

It-Tajlandja

09.4149

6,75 %

L-Awstralja

09.4150

0 %

Il-Gujana

09.4152

0 %

L-Istati Uniti

09.4153

0 %

Oriġini oħra

09.4154

62,54 %

d)

Kwota ta' ross mitħun għalkollox jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi NM 1006 30 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tas-serje

Perċentwal finali tal-użu tal-kwota għas-sena 2015

It-Tajlandja

09.4112

100 %

L-Istati Uniti

09.4116

100 %

L-Indja

09.4117

100 %

Il-Pakistan

09.4118

100 %

Oriġini oħra

09.4119

100 %

Il-pajjiżi kollha

09.4166

100 %

e)

Kwota ta' ross miksur kopert bil-kodiċi NM 1006 40 00 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2015

Perċentwal finali tal-użu tal-kwota għas-sena 2015

Il-pajjiżi kollha

09.4168

 (2)

100 %


(1)  L-ebda koeffiċjent tal-allokazzjoni applikat għal dan is-subperjodu: l-ebda applikazzjoni għal liċenzja ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni.

(2)  L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.


DEĊIŻJONIJIET

24.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1913

tat-18 ta' Settembru 2015

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (CETS Nru 196)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 83(1), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (CTS Nru 196; “il-Konvenzjoni”) jipprovdi li dik il-Konvenzjoni għandha tinfetaħ għall-iffirmar mill-Unjoni Ewropea.

(2)

Fl-1 ta' April 2015, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati dwar il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni (“il-Protokoll Addizzjonali”).

(3)

Fid-19 ta' Mejju 2015, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa adotta l-Protokoll Addizzjonali. Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-iffirmar tal-Protokoll Addizzjonali f'isem l-Unjoni Ewropea.

(4)

L-Artikolu 10 tal-Protokoll Addizzjonali jipprovdi li l-Protokoll Addizzjonali għandu jkun miftuħ għall-iffirmar mill-Firmatarji tal-Konvenzjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (1) stabbilixxiet regoli komuni tal-Unjoni dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu. Il-Konvenzjoni tista' taffettwa dawk ir-regoli komuni jew tbiddel il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom.

(6)

Il-Konvenzjoni għandha għaldaqstant tiġi ffirmata f'isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni sa fejn il-Konvenzjoni tista' taffettwa dawk ir-regoli komuni jew tbiddel il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom sa fejn il-Konvenzjoni ma taffettwax ir-regoli komuni jew ma tbiddilx il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom.

(7)

L-Irlanda hija marbuta mid-Deċiżjoni Qafas 2002/475/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(8)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(9)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (CETS Nru 196), fir-rigward ta' materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tagħha (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Konvenzjoni f'isem l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tapplika skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. DIESCHBOURG


(1)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

(2)  It-test tal-Konvenzjoni ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tagħha.


24.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1914

tat-18 ta' Settembru 2015

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (CETS Nru 196)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 83(1), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' April 2015, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati għall-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (CETS Nru 196), minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll Addizzjonali”.

(2)

Fid-19 ta' Mejju 2015, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa adotta l-Protokoll Addizzjonali. Il-Protokoll Addizzjonali għandu l-għan li jiffaċilita l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 2178(2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġellieda Terroristi Barranin u, b'mod partikolari, li jistabbilixxi reati kriminali għal ċerti atti identifikati fil-paragrafu operattiv 6 ta' dik ir-Riżoluzzjoni.

(3)

Fehma komuni tar-reati relatati mal-ġellieda terroristi barranin u tar-reati kriminali ta' natura preparatorja bil-potenzjal li jwasslu għat-twettiq ta' atti terroristiċi tikkontribwixxi biex tissaħħaħ aktar l-effikaċja tal-istrumenti tal-ġustizzja kriminali u tal-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali.

(4)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (1) stabbilixxiet regoli komuni tal-Unjoni dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu. Il-Protokoll Addizzjonali jista' jaffettwa dawk ir-regoli komuni jew ibiddel il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom.

(5)

Il-Protokoll Addizzjonali għandu għaldaqstant jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni sa fejn il-Protokoll Addizzjonali jista' jaffettwa dawk ir-regoli komuni jew ibiddel il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom sa fejn il-Protokoll ma jaffettwax ir-regoli komuni jew ma jbiddilx il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom.

(6)

L-Irlanda hija marbuta bid-Deċiżjoni Qafas 2002/475/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(7)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu (CETS Nru 196), fir-rigward ta' materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll Addizzjonali f'isem l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tapplika skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. DIESCHBOURG


(1)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

(2)  It-test tal-Protokoll ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


24.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1915

tad-9 ta' Ottubru 2015

li taħtar żewġ membri Spanjoli u tliet membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur José Ramón BAUZÁ DÍAZ u tas-Sinjura Cristina MAZAS PÉREZ-OLEAGA, saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni,

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sinjura María DE DIEGO DURÁNTEZ, tas-Sur Esteban MAS PORTELL u tas-Sinjura Inmaculada VALENCIA BAYÓN, saru vakanti s-siġġijiet ta' tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

Da. Francina ARMENGOL I SOCIAS, Presidenta del Gobierno de las Islas Baleares

Da. Rosa Eva DÍAZ TEZANOS, Vicepresidenta y Consejera de Universidades e Investigación, Medio Ambiente y Politica Social de la Comunidad de Cantabria

Artikolu 2

Huma b'dan maħturin bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

Da. María DE DIEGO DURÁNTEZ, Viceconsejera de Ordenación del Territorio y Relaciones Institucionales de la Comunidad de Castilla y León

D. Marc PONS I PONS, Consejero de Presidencia del Gobierno de la Islas Baleares

D. Juan José SOTA VERDIÓN, Consejero de Economía, Hacienda y Empleo de Cantabria.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

(2)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.

(3)  ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70.


24.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/1916

tal-20 ta' Ottubru 2015

dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/3/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (1),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (“KPS”) sabiex jieħu deċiżjonijiet rilevanti għall-istabbiliment ta' Kumitat ta' Kontributuri (“KtK”) għal EUCAP Sahel Mali.

(2)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Göteborg tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2001 stabbilixxew prinċipji gwida u arranġamenti għall-kontributi minn Stati terzi għall-missjonijiet tal-pulizija. Fl-10 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill approva d-dokument intitolat “Konsultazzjonijiet u Modalitajiet għall-Kontribut ta' Stati mhux fl-UE għall-operazzjonijiet ċivili tal-UE ta' maniġġar ta' kriżijiet” li kompla jiżviluppa l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta' Stati terzi fl-operazzjonijiet ċivili ta' maniġġar ta' kriżijiet, inkluż l-istabbiliment ta' KtK.

(3)

Il-KtK għandu jkun forum għad-diskussjoni tal-problemi kollha relatati mal-ġestjoni ta' kuljum ta' EUCAP Sahel Mali mal-Istati Terzi li jikkontribwixxu. Il-KPS, li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' EUCAP Sahel Mali, għandu jieħu kont tal-fehmiet espressi mill-KtK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment

1.   B'dan huwa stabbilit Kumitat ta' Kontributuri (“il-KtK”) għall-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali).

2.   It-termini ta' referenza tal-KtK huma stabbiliti fid-dokument intitolat “Konsultazzjonijiet u Modalitajiet għall-Kontribut ta' Stati mhux fl-UE għall-operazzjonijiet ċivili tal-UE ta' maniġġar ta' kriżijiet”.

Artikolu 2

Kompożizzjoni

1.   Il-membri tal-KtK għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

rappreżentanti tal-Istati Membri kollha, u

(b)

rappreżentanti ta' Stati terzi li jipparteċipaw fil- EUCAP Sahel Mali u li jipprovdu kontributi.

2.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jista' wkoll jattendi għal-laqgħat tal-KtK.

Artikolu 3

Informazzjoni mill-Kap tal-Missjoni

Il-Kap tal-Missjoni għandu jirċievi regolarment informazzjoni mill-KtK.

Artikolu 4

Presidenza

Il-KtK għandu jkun ippresedut mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jew ir-rappreżentant tiegħu jew tagħha.

Artikolu 5

Laqgħat

1.   Il-KtK għandu jitlaqqa' mill-President fuq bażi regolari. Meta ċ-ċirkostanzi jitolbu dan, jistgħu jissejħu laqgħat ta' emerġenza fuq inizjattiva tal-President, jew fuq talba ta' membru.

2.   Il-President għandu jiċċirkola minn qabel aġenda proviżorja u dokumenti relatati mal-laqgħa. Il-President għandu jkun responsabbli biex iwassal lill-KPS l-eżitu tad-diskussjonijiet tal-KtK.

Artikolu 6

Kunfidenzjalità

1.   F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2), ir-regoli ta' sigurtà tal-Kunsill għandhom japplikaw għal-laqgħat u l-proċedimenti tal-KtK. B'mod partikolari, ir-rappreżentanti fil-KtK għandhom ikunu fil-pussess ta' awtorizzazzjoni adegwata ta' sigurtà.

2.   Id-deliberazzjonijiet fil-KtK għandhom ikunu koperti bl-obbligu ta' segretezza professjonali, sakemm il-KtK ma jiddeċidix unanimament mod ieħor.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


24.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/1917

tal-20 ta' Ottubru 2015

dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut tal-Iżvizzera għall-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/4/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (1),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (“KPS”) biex jieħu deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti għal EUCAP Sahel Mali minn Stati terzi.

(2)

Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili, il-KPS għandu jaċċetta l-kontribut propost mill-Iżvizzera għal EUCAP Sahel Mali u għandu jqis il-kontribut bħala sinifikanti.

(3)

Għalhekk, l-Iżvizzera għandha tkun eżentata minn kontributi finanzjarji għall-baġit operazzjonali ta' EUCAP Sahel Mali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontributi ta' Stati Terzi

1.   Il-kontribut tal-Iżvizzera għal EUCAP Sahel Mali huwa aċċettat u meqjus bħala sinifikanti.

2.   L-Iżvizzera hija eżentata minn kontributi finanzjarji għall-baġit operazzjonali ta' EUCAP Sahel Mali.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21.


24.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/31


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1918

tat-22 ta' Ottubru 2015

li tistabbilixxi sistema ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva (sistema “AAC”) skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali

(notifikata bid-dokument C(2015) 7132)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi qafas armonizzat għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-ikel u l-għalf, u r-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. It-Titolu IV tiegħu jiffissa r-regoli ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf.

(2)

B'mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jeżiġi li l-Istati Membri jipprovdu lil xulxin assistenza amministrattiva, jikkoperaw u jiskambjaw l-informazzjoni sabiex jiżguraw li każijiet ta' nuqqas ta' konformità bejn pajjiż u ieħor jiġu segwiti b'mod effettiv.

(3)

Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi l-obbligi ta' assistenza amministrattiva u ta' koperazzjoni tal-Istati Membri li għandhom jiġu kkumplimentati minn obbligu tal-Kummissjoni li tikkoordina l-azzjoni meħuda mill-Istati Membri fejn każijiet ta' nuqqas ta' konformità huma mifruxa jew rikorrenti, jew fejn l-Istati Membri jonqsu milli jilħqu ftehim dwar kif għandu jiġi indirzzat in-nuqqas ta' konformità.

(4)

Biex jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru huma meħtieġa jiskambjaw l-informazzjoni neċessarja biex tippermetti l-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-ikel u l-għalf mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħrajn, u f'ċerti każijiet, mal-Kummissjoni, fejn ir-riżultati ta' kontrolli uffiċjali jeħtieġu azzjoni f'aktar minn Stat Membru wieħed.

(5)

Għall-iskambju ta' informazzjoni li għandu jitwettaq kemm jista' jkun b'mod effiċjenti, għandha tiġi stabbilita sistema tal-IT, jiġifieri s-Sistema tal-Koperazzjoni u l-Assistenza Amministrattiva (is-“sistema AAC”), li tipprovdu korpi ta' kollegament maħtura minn kull Stat Membru skont l- Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, bl-għodda meħtieġa biex tiffaċilita l-implimentazzjoni prattika tal-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament. Is-sistema AAC għandha toffri metodu aktar effiċjenti ta' komunikazzjoni u format strutturat għall-iskambju ta' informazzjoni.

(6)

Għall-iżvilupp, l-użu u l-manutenzjoni tas-sistema AAC, japplikaw il-prinċipji tal-politika tal-Kummissjoni tar-razzjonalizzazzjoni tat-teknoloġija tal-informatika (IT), jiġifieri l-użu mill-ġdid tas-sistemi eżistenti, f'dan il-każ, u fejn possibbli l-użu mill-ġdid ta' sistemi ta' skambju ta' dejta eżistenti, biex tinstab l-aktar soluzzjoni effiċjenti possibbli u tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn ta' sistemi tal-IT.

(7)

L-aċċess għas-istema AAC għandu jingħata biss lill-korpi ta' kollegament maħtura f'kull Stat Membru skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u lill-persunal maħtur tal-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jindikaw, fost il-korpi ta' kollegament innominati, ċerti korpi ta' kollegament li nħatru speċifikament biex jużaw is-sistema AAC b'rabta ma' każijiet ta' possibilità ta' nuqqas ta' konformità mwettqa permezz ta' prattiki frawdolenti qarrieqa.

(8)

Sabiex jipprovdu aktar appoġġ tekniku u jiffaċilitaw it-tħejjija tal-proċeduri ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva, fuq talba ta' korp ta' kollegament, l-awtoritajiet kompetenti f'livell ċentrali jew reġjonali, fi Stat Membru, ikunu jistgħu jingħataw aċċess għal numru ta' funzjonalitajiet tekniċi tas-sistema AAC. Tali aċċess jista' jingħata biss għall-funzjonalitajiet neċessarji biex jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni, relatati ma' talbiet għal assistenza jew notifika ta' nuqqas ta' konformità, bejn dawk l-awtoritajiet u l-korp ta' kollegament li jittratta dik it-talba jew in-notifika.

(9)

F'ċerti każijiet, tinfirex informazzjoni dwar nuqqas ta' konformità mal-liġi tal-ikel jew tal-għalf minn u fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF), stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u permezz tas-Sistema Esperta u ta' Kontroll tal-Kummerċ (TRACES), stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE (3). Sabiex ma jkunx hemm duplikazzjoni żejda, dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tas-sistema AAC għall-korpi ta' kollegament maħturin b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 882/2004, b'tali mod li l-Istat Membru li jinnotifika dik l-informazzjoni lil TRACES jew RASFF ma jkunx meħtieġ li jtella' l-istess informazzjoni fis-sistema AAC tas-sistema għall-għanijiet ta' assistenza amministrattiva u koperazzjoni. Għaldaqstant, l-applikazzjonijiet ta' RASFF u TRACES għandhom ikunu jistgħu jipprovdu dejta lis-sistema AAC sabiex il-proċess jiġi standardizzat.

(10)

Informazzjoni li tiġi skambjata dwar l-għajnuna u l-koperazzjoni amministrattiva skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tista' tinkludi r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-operaturi tan-negozju u fuq proprjetà immobbli u merkanzija taħt il-kontroll tagħhom, u informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta' dawn l-operaturi, bini jew oġġetti. L-aċċess għal tali informazzjoni għandu jkun limitat għal dawk l-uffiċjali li, minħabba l-funzjoni tagħhom fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti, jeħtieġu l-informazzjoni għall-fini ta' verifika tal-konformità jew infurzar tal-liġi dwar l-ikel jew l-għalf.

(11)

Is-sistema AAC għandha tippermetti l-għeluq ta' proċedura ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva permezz tal-korp ta' kollegament li bagħat talba għal assistenza jew notifika dwar il-possibbiltà jew il-konferma ta' nuqqas ta' konformità bejn pajjiż u ieħor, ladarba l-assistenza jew ir-rispons għan-notifika jkun ġie pprovdut permezz tal-korp ta' kollegament li jkun irċieva t-talba jew in-notifika. Għandhom jiddaħħlu fis-seħħ arranġamenti biex jiġi evitat li l-proċeduri jsiru inattivi jew jibqgħu miftuħin bla bżonn u li jippermettu lis-sistema tgħalaq awtomatikament proċedura li fiha ma sseħħ l-ebda attività jew skambju ta' informazzjoni tul perjodu ta' sitt xhur.

(12)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji li huma rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Deċiżjoni tfittex li tiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali.

(13)

Meta l-iskambju ta' informazzjoni previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u f'din id-Deċiżjoni jinvolvi l-ipproċessar ta' dejta personali, għandha ssir valutazzjoni bir-reqqa biex jiġi żgurat li l-ipproċessar ikun strettament meħtieġ biex jinkisbu l-finijiet ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva b'mod effiċjenti, u li dan l-ipproċessar ikun konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Meta eżenzjonijiet u restrizzjonijiet fuq ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-obbligi tal-kontrollur tad-dejta stabbiliti bid-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 ikunu kkunsidrati sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi msemmija fl-Artikolu 13(1)(d) u (f) tad-Direttiva 95/46/KE u fl-Artikolu 20(1)(a) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, dawk l-eżenzjonijiet u r-restrizzjonijiet jistgħu jiġu adottati biss jekk ikunu neċessarji u proporzjonati mal-għan imfittex. Restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta għandhom jikkostitwixxu miżura neċessarja biex tiġi evitata interferenza mal-kompiti tal-kontroll uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti u mal-valutazzjoni tal-konformità mal-liġi dwar l-ikel u l-liġi dwar l-għalf. B'mod partikolari, id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta jistgħu jkunu ristretti, skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001, matul il-perjodu li fih jitwettqu l-azzjonijiet għall-finijiet ta' osservazzjoni jew sorveljanza diskreta, fejn l-għoti ta' dawn ikun jipperikola jew jippreġudika l-iskop ta' kontrolli jew investigazzjonijiet uffiċjali. Sabiex jiġi ggarantit livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta, huwa xieraq li jiġi stabbilit tul ta' żmien massimu biex ikun żgurat li d-dejta personali ma tibqax fis-sistema AAC aktar milli jkun meħtieġ biex tinkiseb il-konformità mar-regoli stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. B'mod partikolari, għandu jiġi stabbilit perjodu ta' żamma tad-dejta ta' ħames snin, li jibda mid-data tal-għeluq tal-proċedura ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva, u wara li jgħaddi dak iż-żmien id-dejta personali għandha titneħħa mis-sistema AAC. It-tul ta' dan il-perjodu taż- żamma tad-dejta huwa neċessarju ħalli tingħata l-possibbiltà li l-korpi ta' kollegament u l-Kummissjoni jikkonsultaw l-informazzjoni fuq perjodu suffiċjenti ta' żmien wara li tkun ingħalqet il-proċedura tal-għajnuna amministrattiva u koperazzjoni, sabiex tiġi aċċertata l-identifikazzjoni f'waqtha ta' nuqqas ta' konformità rikorrenti, konness jew mifrux tal-liġi tal-ikel jew tal-għalf.

(14)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar ir-rettifika ta' informazzjoni skambjata permezz tas-sistam AAC sabiex jiżguraw li l-informazzjoni maħżuna f'dik is-sistema hija eżatta. Huwa wkoll xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għas-sigurtà tad-dejta biex jiġi evitat kull użu jew aċċess mhux awtorizzat.

(15)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli dwar l-istabbiliment u l-użu ta' sistema ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva (is-“sistema AAC”) biex tappoġġa l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u bejn dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni, skont it-Titolu IV tar- Regolament (KE) Nru 882/2004.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“proċedura ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva” tfisser fluss tax-xogħol stabbilit previst fis-sistema AAC li jippermetti korpi ta' kollegament u l-Kummissjoni sabiex jiskambjaw informazzjoni dwar każijiet possibbli ta' nuqqas ta' konformità skont l-Artikoli 36, 37 u 38 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(2)

“proċedura ta' għeluq ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva” tfisser l-applikazzjoni tal-faċilità teknika prevista mis-sistema AAC li tagħlaq l-assistenza u l-koperazzjoni amministrattiva;

(3)

“proċedura ta' rtirar ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva” tfisser l-irtirar mis-sistema AAC ta' proċedura ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva li tkun ittellgħet fuqha bi żball.

TAQSIMA II

IL-FUNZJONAMENT TAS-SISTEMA AAC

Artikolu 3

L-istabbiliment u l-immaniġġjar tas-sistema AAC

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, timmaniġġja u taġġorna, kif meħtieġ is-sistema AAC.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess għas-sistema AAC lill-korpi ta' kollegament maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (“il-korpi ta' kollegament”).

3.   Fuq talba ta' wieħed mill-korpi ta' kollegament imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess għas-sistema AAC lill-persunal maħtur li jappartjeni għall-awtoritajiet kompetenti f'livell ċentrali jew reġjonali fi ħdan l-istess Stat Membru. Tali aċċess għandu jkun limitat għall-funzjonalitajiet tekniċi tas-sistema AAC għall-iskambju ta' informazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-korp ta' kollegament li jkunu talbu l-aċċess, fir-rigward tat-tħejjija ta' proċeduri ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva ġestiti mill-korp ta' kollegament.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) imwaqqfa skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u s-Sistema Esperta u ta' Kontroll tal-Kummerċ (TRACES), stabbilita b'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2004/292/KE huma kapaċi jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lis-sistema AAC u b'hekk lill-korpi ta' kollegament.

Artikolu 4

Il-korpi ta' kollegament responsabbli mill-iskambju ta' informazzjoni dwar nuqqas ta' konformità possibbli mwettaq permezz ta' prattiki frawdolenti qarrieqa

L-Istati Membri għandhom jindikaw espliċitament liema korpi ta' kollegament imsemmija fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 nħatru għall-fini ta' skambju ta' informazzjoni rigward nuqqas possibbli ta' konformità mwettaq permezz ta' prattiki frawdolenti qarrieqa.

Artikolu 5

Ir-responsabiltajiet tal-korpi ta' kollegament fir-rigward tas-sistema AAC

1.   Il-korpi ta' kollegament għandhom ikunu responsabbli milli:

(a)

jiżguraw li l-persunal tagħhom jikkonforma mar-regoli dwar il-kunfidenzjalità previsti fl-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(b)

itellgħu fis-sistema AAC it-talbiet għal assistenza skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (“talbiet għal assistenza”), notifiki ta' nuqqas ta' konformità skont l-Artikoli 37 u 38 ta' dak ir-Regolament (“notifiki ta' nuqqas ta' konformità”) u tweġibiet għal tali talbiet għal assistenza jew notifiki ta' nuqqas ta' konformità, kif xieraq;

(c)

jiżguraw li l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lil korp ta' kollegament fi Stat Membru ieħor, skont l-Artikoli 36, 37 u 38 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, tittella' mingħajr dewmien żejjed fis-sistema AAC;

(d)

jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw li l-informazzjoni mtella' fis-sistema AAC tkun preċiża u, fejn ikun meħtieġ, titranġa u tinżamm aġġornata;

(e)

jirtiraw mis-sistema AAC, sa mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data li tkun ittellgħet, kull informazzjoni mtella' bi żball jew li ma għadhiex neċessarja biex tinbeda proċedura ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva.

2.   Ir-rekwiżiti fil-paragrafu 1(a), (d) u (e) għandhom japplikaw ukoll għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti fil-livell ċentrali jew reġjonali msemmi fl-Artikolu 3(3). Jekk korp ta' kollegament għandu provi li jindikaw li xi element ta' informazzjoni mhix preċiża jew ġiet inkluża bi żball fis-sistema AAC, huwa għandu jinforma malajr kemm jista' jkun lill-korp ta' kollegament li kien inkluda dik l-entrata fis-sistema AAC.

Artikolu 6

Għeluq ta' proċedura ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva

1.   Il-proċedura ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva għandha tingħalaq permezz tal-korp ta' kollegament li tella' t-talba għal assistenza jew in-notifika ta' nuqqas ta' konformità skont l-Artikolu 5(1)(b) wara l-irċevuta ta' rispons xieraq għal tali talba għal assistenza jew notifika ta' nuqqas ta' konformità, mill-korp ta' kollegament li jkun irċeviha.

2.   Jekk, wara perjodu ta' sitt xhur mid-data li fiha t-talba għal assistenza jew notifika ta' nuqqas ta' konformità kienet ittellgħet fis-sistema AAC kif stipulat fl-Artikolu 5(1)(b), il-proċedura ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva ma tkunx ingħalqet, is-sistema AAC għandha titlob lill-korp ta' kollegament rikjedenti jew il-korp ta' kollegament notifikatur biex jikkonferma li l-proċedura ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva għadha għaddejja.

Il-korp ta' kollegament rikjedenti jew il-korp ta' kollegament notifikatur għandu, fi żmien ħmistax-il jum tax-xogħol jew jikkonferma li l-proċedura ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva għadha għaddejja jew jagħlaq il-proċedura jekk din ma tkunx meħtieġa aktar. Jekk ma tingħatax konferma jew il-proċedura ma tingħalaqx mill-korp ta' kollegament, is-sistema AAC tagħlaq il-proċedura b'mod awtomatiku.

3.   Meta, skont il-paragrafu 2, tasal konferma li l-proċedura ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva għadha għaddejja, din għandha tibqa' miftuħa fis-sistema AAC.

B'bidu mid-data ta' tali konferma, kull perjodu ta' sitt xhur ta' nuqqas ta' skambju ta' informazzjoni jirriżulta fl-għeluq awtomatiku tal-proċedura ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva.

Artikolu 7

Ir-responsabiltajiet tal-Kummissjoni fir-rigward tas-sistema AAC

Il-Kummissjoni għandha:

(a)

tiżgura l-iżvilupp, il-manutenzjoni, l-appoġġ u kwalunkwe aġġornament tas-softwer u l-infrastruttura tal-IT għas-sistema AAC;

(b)

tissorvelja l-iskambju tal-informazzjoni permezz tas-sistema AAC għall-fini ta' identifikazzjoni ta' attivitajiet li huma, jew li jidhru li huma, kuntrarji għal liġi tal-ikel jew il-liġi tal-għalf u li huma ta' interess partikolari fil-livell tal-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(c)

taanalizza l-informazzjoni skambjata permezz tas-sistema AAC għal ħidmiet ta' koordinazzjoni, kif previst fl-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, u fid-dawl ta' produzzjoni ta' rapporti sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament;

(d)

tipprovdi l-formati u l-gwida neċessarji għall-użu tas-sistema AAC.

Artikolu 8

Skambju ta' informazzjoni permezz tas-sistema AAC

1.   L-informazzjoni għandha tiġi skambjata permezz tas-sistema AAC billi jintuża l-format impoġġi għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni skont il-punt (d) tal- Artikolu 7.

2.   Fir-rigward ta' kull każ, l-informazzjoni skambjata permezz tas-sistema AAC għandha mill-inqas tinkludi:

(a)

id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti u tal-uffiċjali li jittrattaw il-każ;

(b)

deskrizzjoni tan-nuqqas ta' konformità possibbli;

(c)

l-identifikazzjoni, fejn huwa possibbli, tal-operaturi tan-negozju assoċjati miegħu;

(d)

dettalji ta' annimali jew prodotti assoċjati ma' każ possibbli ta' nuqqas ta' konformità mal-liġi tal-ikel jew tal-għalf;

(e)

indikazzjoni ta' jekk l-informazzjoni hix skambjata għall-fini ta':

(i)

formulazzjoni ta' talba għall-assistenza jew bi tweġiba għaliha; jew

(ii)

introduzzjoni ta' notifika ta' nuqqas ta' konformità jew tweġiba għaliha;

(f)

indikazzjoni tal-korp ta' kollegament li lilu hija indirizzata t-talba għal assistenza jew notifika ta' nuqqas ta' konformità;

(g)

indikazzjoni ta' jekk it-talba għal assistenza jew in-notifika ta' nuqqas ta' konformità għandhiex x'taqsam ma' każ possibbli ta' nuqqas ta' konformità mwettaq permezz ta' prattiki frawdolenti qarrieqa u jekk l-aċċess għaliha għandhux ikun limitat għall-korpi ta' kollegament imsemmija fl-Artikolu 4.

TAQSIMA III

L-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA PERSONALI U S-SIGURTÀ

Artikolu 9

Limitazzjoni tal-għan

1.   Il-korpi ta' kollegament u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw u jipproċessaw id-dejta personali permezz tas-sistema AAC għall-finijiet biss ta' implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-assistenza u l-koperazzjoni amministrattiva stabbiliti fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

2.   Fl-ebda każ ma għandhom jinkludu fl-iskambju tad-dejta informazzjoni personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trejdjunjin u t-tagħrif dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali ta' xi individwu.

Artikolu 10

Protezzjoni tad-dejta

1.   Id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplikaw sal-punt li l-informazzjoni skambjata permezz tas-sistema AAC tinkludi dejta personali kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE u fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.   Fir-rigward tar-responsabbiltajiet tagħhom li jittrażmettu l-informazzjoni rilevanti lis-sistema AAC u l-ipproċessar ta' kwalunkwe dejta personali li tista' tirriżulta minn din l-attività kif ukoll l-iskambji msemmija fl-Artikolu 3(3), l-awtoritajiet kompetenti u korpi ta' kollegament tal-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala kontrolluri, kif definit fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE.

3.   F'dak li għandu x'jaqsam mar-responsabbiltà għall-ġestjoni tas-sistema AAC, fil-każ tal-pproċessar ta' kwalunkwe dejta personali li tista' tirriżulta mill-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni titqies bħala kontrollur kif definit fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

4.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-drittijiet u l-obbligi skont l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 10, l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE kif meħtieġ sabiex jitħarsu l-interessi msemmija fl-Artikolu 13(1)(d) u (f) ta' din id-Direttiva.

5.   Il-Kummissjoni tista' tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi skont l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(1), u l-Artikoli minn 13 sa 17 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, meta tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura meħtieġa biex jitħarsu l-interessi msemmija fl-Artikolu 20(1)(a) u (e) tiegħu matul il-perjodu li fih jiġu ppjanati jew jitwettqu azzjonijiet biex jivverifikaw il-konformità mal-liġi tal-ikel jew tal-għalf jew biex jiġi żgurat l-infurzar tal-liġi tal-ikel jew għalf fil-każ speċifiku li għalih tirrelata l-informazzjoni.

Artikolu 11

Iż-żamma tad-dejta personali

Il-Kummissjoni għandha tneħħi d-dejta personali pproċessata fis-sistema AAC hekk kif ma tkunx aktar meħtieġa għall-fini li għaliha kienet inġabret u ġiet ipproċessata u, bħala regola ġenerali, mhux aktar tard minn ħames snin wara l-għeluq tal-proċedura ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva.

Artikolu 12

Is-sigurtà tad-dejta

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema AAC tkun konformi mar-regoli dwar is-sigurtà tad-dejta adottati skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 95/46/KE rispettivament.

Artikolu 13

Data tal-applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ għoxrin jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni 2004/292/KE tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63).

(4)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


Rettifika

24.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/38


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/845 tas-27 ta' Mejju 2015 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għall-azoksistrobina, klorantraniliprol, ċjantraniliprol, dikamba, difenokonażol, fenpiroksimat, fludioksonil, glufosinat tal-ammonju, imażapik, imażapir, indoksakarb, isoksaflutol, mandipropammid, pentijopirad, propikonażol, pirimetanil, spirotetramat u trineksapak f'ċerti prodotti jew fuqhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 138 tal-4 ta' Ġunju 2015 )

F'paġna 27, fil-paragrafu 2(a):

minflok:

“Fil-Parti A, il-kolonni għal klorantraniliprol, dikamba, difenokonażol, glufosinat tal-ammonju, imażapik, imażapir, mandipropammid, pentijopirad u spirotetramat huma sostitwiti b'dan li ġej:”,

aqra:

“Fil-Parti A, il-kolonni għal klorantraniliprol, dikamba, difenokonażol, fenpiroksimat, glufosinat tal-ammonju, imażapik, imażapir, mandipropammid, pentijopirad u spirotetramat huma sostitwiti b'dan li ġej:”.


24.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/38


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1514 tal-14 ta' Settembru 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 239 tal-15 ta' Settembru 2015 )

F'paġna 31, Anness (emenda fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014), sezzjoni II, Persuni, entrata Nru 1, kolonna “Isem”

flok:

“Sergei Valerievich AKSENOV(Сер Валерьевич AKCëHOB)”,

aqra:

“Sergei Valerievich AKSENOV(Сергей Валерьевич AKCëHOB)”.

F'paġna 53, Anness (emenda fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014), section II, sezzjoni II, Persuni, entrata 114, kolonna “Isem”

flok:

“Oleg Vladimirovich LEBEDEV (Олег Владимирович Лебедев)”,

aqra:

“Igor Vladimirovich LEBEDEV (Игорь Владимирович Лебедев)”.


24.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/39


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1524 tal-14 ta' Settembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 239 tal-15 ta' Settembru 2015 )

F'paġna 158, l-Anness (emenda fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK), sezzjoni II, Persuni, entrata Nru 1, kolonna “Isem”,

minflok:

“Sergei Valerievich AKSENOV(Сер Валерьевич AKCëHOB)”,

aqra:

“Sergei Valerievich AKSENOV(Сергей Валерьевич AKCëHOB)”.