ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 269

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
15 ta' Ottubru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1824 tat-23 ta' Lulju 2014 dwar il-miżuri meħudin mill-Ġermanja fir-rigward tal-Ajruport Niederrhein (Weeze) und Flughafen Niederrhein GmbH SA.19880 u SA.32576 (ex NN/2011, ex CP/2011) (notifikata bid-dokument C(2014) 5084)  ( 1 )

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1825 tal-31 ta' Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat mhux notifikata SA.34791 (2013/C) (ex 2012/NN) — Il-Belġju — Għajnuna għas-salvataġġ ta' Val Saint-Lambert SA (notifikata bid-dokument C(2014) 5402)  ( 1 )

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1826 tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar għajnuna mill-Istat SA.33797 — (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2011/CP) implimentat mis-Slovakkja għall-NCHZ (notifikata bid-dokument numru C(2014) 7359)  ( 1 )

71

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1827 tat-23 ta' Marzu 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA 28876 (12/C) (ex CP 202/09) implimentata mill-Greċja għal Piraeus Container Terminal S.A. u Cosco Pacific Limited (notifikata bid-dokument C(2015) 66)  ( 1 )

93

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

15.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1824

tat-23 ta' Lulju 2014

dwar il-miżuri meħudin mill-Ġermanja fir-rigward tal-Ajruport Niederrhein (Weeze) und Flughafen Niederrhein GmbH SA.19880 u SA.32576 (ex NN/2011, ex CP/2011)

(notifikata bid-dokument C(2014) 5084)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija qabel (2) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Bejn l-2003 u l-2006, il-Kummissjoni rċiviet bosta lmenti li jallegaw li l-awtoritajiet reġjonali kienu taw għajnuna illegali mill-Istat lill-ajruport ta' Niederrhein-Weeze (minn hawn 'il quddiem “l-ajruport”).

(2)

Permezz tal-ittri datati t-13 ta' Ottubru 2005, it-2 ta' Marzu 2007, it-3 ta' Awwissu 2007, id-19 ta' Ottubru 2010 u l-1 ta' April 2011, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand il-Ġermanja b'rabta ma' dawn l-ilmenti.

(3)

Il-Ġermanja wieġbet għat-talbiet ta' informazzjoni tal-Kummissjoni permezz tal-ittri datati l-21 ta' Diċembru 2005, it-2 ta' Frar 2006, l-14 ta' Ġunju 2007, it-18 ta' Ottubru 2007, il-11 ta' Novembru 2010 u t-30 ta' Mejju 2011. Madankollu, it-tweġiba tal-Ġermanja fit-30 ta' Mejju 2011 ma kinitx sħiħa peress li ma kinitx tindirizza l-mistoqsijiet li jirreferu għall-kwistjonijiet li kienu marbutin ma' perjodi qabel Lulju 2009. Il-Ġermanja indikat li kienet qed tirrifjuta milli twieġeb għal kwistjonijiet bħal dawn peress li dawk il-kwistjonijiet diġà kienu soġġetti għal investigazzjoni li l-Kummissjoni allegatament kienet għalqet f'Lulju 2009.

(4)

Fl-24 ta' Awwissu 2011, il-Kummissjoni ħarġet tfakkira lill-Ġermanja b'konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (3) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ: “Regolament Proċedurali”) lill-Ġermanja biex tagħtiha l-possibbiltà li tipprovdi informazzjoni sad-19 ta' Settembru 2011. Il-Kummissjoni żiedet li tikkunsidra l-ħruġ ta' inibizzjoni fuq l-informazzjoni fin-nuqqas ta' tweġiba sa' dik l-iskadenza.

(5)

Permezz ta' ittra elettronika datata t-13 ta' Settembru 2011, il-Ġermanja talbet li l-iskadenza tiġi estiża sad-19 ta' Ottubru 2011. Il-Kummissjoni qablet fuq l-estensjoni mitluba.

(6)

Il-Ġermanja ssottomettiet it-tweġiba tagħha fid-19 ta' Ottubru 2011. Madankollu, kienet għadha mhijiex kompluta peress li l-Ġermanja baqgħet tirrifjuta milli twieġeb għal kwistjonijiet li jikkonċernaw il-perjodi ta' qabel Lulju 2009.

(7)

Permezz ta' ittra datata l-25 ta' Jannar 2012, il-Kummissjoni għarrfet lill-Ġermanja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tal-għajnuna illegali msemmija hawn fuq (“id-deċiżjoni ta' ftuħ”).

(8)

Permezz ta' ittra elettronika datata l-1 ta' Frar 2012, il-Ġermanja talbet li tiġi estiża l-iskadenza li sa din trid tissottometti l-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ. Din l-estensjoni ngħatat mis-servizzi tal-Kummissjoni permezz tal-ittra elettronika datata l-10 ta' Frar 2012.

(9)

Il-Ġermanja ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni fit-13 ta' Marzu 2012 u ssupplimentathom b'dokumenti oħrajn fl-4 ta' Marzu 2013.

(10)

Fit-13 ta' Lulju 2012 ġiet adottata rettifika tad-deċiżjoni ta' ftuħ.

(11)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-14 ta' Settembru 2012 (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex fi żmien xahar minn wara din il-pubblikazzjoni jressqu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-miżuri.

(12)

Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand l-ajruport ta' Düsseldorf, id-distrett ta' Kleve, FN GmbH, u bosta partijiet interessati oħrajn, b'mod partikolari kumpaniji, li l-operazzjonijiet tagħhom jiddependu mill-eżistenza tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze. Fit-18 ta' April 2013, it-3 ta' Mejju 2013 u d-19 ta' Ġunju 2014, il-Kumissjoni għaddiet dawn il-kummenti lill-Ġermanja. Permezz tal-ittra datata d-19 ta' Awwissu 2013 u t-3 ta' Lulju 2014, il-Ġermanja bagħtet l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kummenti tal-partijiet interessati.

(13)

Permezz tal-ittri datati t-18 ta' April 2013, id-29 ta' Ottubru 2013, is-17 ta' Marzu 2014 u s-16 ta' Mejju 2014, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni. Il-Ġermanja wieġbet permezz tal-ittri datati d-19 ta' Awwissu 2013, is-17 ta' Diċembru 2013, il-15 ta' Jannar 2014, is-16 ta' April 2014, it-8 ta' Mejju 2014 u l-25 ta' Mejju 2014.

(14)

Permezz tal-ittra tat-18 ta' Ġunju 2014, il-Ġermanja aċċettat li din id-Deċiżjoni tiġi adottata bl-Ingliż. Għaldaqstant, il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.

2.   KUNTEST ĠENERALI

2.1.   Preżentazzjoni ġenerali tal-ajruport

(15)

L-ajruport jinsab fil-Ġermanja fil-Land Nordrhein-Westfalen fil-Landkreis (distrett amministrattiv) Kleve bejn il-muniċipalitajiet ta' Weeze u Kevelaer biswit il-fruntiera bejn il-Ġermanja u l-Pajjiżi l-Baxxi. Lejn in-nofsinhar, l-ikbar belt li jmiss hija Duisburg, madwar 60 km 'il bogħod. Lejn it-tramuntana, il-belt ta' Nijmegen (il-Pajjiżi l-Baxxi) hija madwar 50 km 'il bogħod.

(16)

L-eqreb għaxar ajruporti huma:

Düsseldorf (distanza ta' 51 minuta vjaġġar bil-karozza jew 76 km),

Eindhoven, NL (siegħa (1) u 12-il minuta jew 88 km),

Maastricht, NL (siegħa (1) u 14-il minuta jew 98 km),

Köln-Bonn (siegħa (1) u 23 minuta jew 133 km),

Dortmund (siegħa (1) u 25 minuta jew 120 km),

Liege, BE (siegħa (1) u 41 minuta jew 152 km),

Antwerp, BE (siegħa (1) u 54 minuta jew 153 km),

Rotterdam, NL (siegħa (1) u 44 minuta jew 172 km),

Münster-Osnabrück (siegħa (1) u 46 minuta jew 175 km) u

Brussels, BE (sagħtejn (2) u 10 minuti jew 200 km).

(17)

Bejn l-1954 u l-1999, l-ajruport intuża mill-Forza tal-Ajru Rjali tar-Renju Unit bħala ajruport militari. Wara l-bidla tiegħu f'ajruport ċivili, fl-2003 bdew isiru titjiriet għall-passiġġieri.

(18)

L-ajruport għandu runway twila 2 440 metru. It-terminal tiegħu jiflaħ 3,5 miljun passiġġier. Maż-żmien, in-numru ta' passiġġiera nbidel kif ġej:

Tabella 1

Traffiku fl-ajruport ta' Niederrhein-Weeze bejn l-2003 u l-2012

Sena

Numru ta' Passiġġiera (Total)

Indiċi tat-tkabbir

2003

207 992

100

2004

796 745

383

2005

591 744

285

2006

585 403

281

2007

848 852

408

2008

1 524 955

733

2009

2 403 115

1 155

2010

2 896 999

1 392

2011

2 421 720

1 164

2012

2 200 000

1 058

Sors: L-osservazzjonijiet tal-Ġermanja għad-deċiżjoni ta' ftuħ għas-snin 2003-2011, u http://unternehmen.airport-weeze.com/de/historie.html għall-2012.

(19)

Bħalissal-ajruport huwa servut minn Ryanair u Transavia (5). Il-linji tal-ajru jkopru iktar minn 50 destinazzjoni internazzjonali. Bħalissa, il-volum sħiħ ta' passiġġieri fl-ajruport huwa ġġenerat minn Operaturi Low Cost (minn hawn 'il quddiem imsejħin “LCCs”). Is-sehem tal-passiġġiera ta' Ryanair mill-passiġġiera kollha fl-ajruport huwa ta' [80-99] (*) %. Ryanair ilu preżenti fl-ajruport mindu fetaħ u, fil-perjodu tal-intervent, għamel l-ajruport waħda mill-bażijiet tiegħu fil-Ġermanja billi stazzjona disa' inġenji tal-ajru b'mod permanenti hemmhekk (mis-sajf tal-2003).

(20)

Sal-2010, iktar minn nofs il-passiġġiera tal-ajruport kienu jiġu mill-Pajjiżi l-Baxxi, bil-bqija li fil-parti l-kbira jiġu mir-reġjuni tal-madwar tal-Ġermanja u partijiet mill-Belġju. Skont l-aħħar informazzjoni pubblika (6), is-sehem ta' passiġġiera mill-Olanda niżel għal madwar 40 %.

2.2.   Żvilupp tal-ajruport

2.2.1.   Żvilupp tas-Sjieda tal-ajruport

(21)

Il-mitjar ġie stabbilit fl-1954 mill-Forza tal-Ajru Rjali għal skopijiet militari. Kmieni fis-snin disgħin, il-Forza tal-Ajru Rjali ħabbret li kien biħsiebha titlaq mill-mitjar sal-1999. Is-sjieda tal-ajruport kellha tiġi ttrasferita lill-Gvern Federali tal-Ġermanja. Peress li kienu qed jistennew li ser jintilfu madwar 400 impjieg ċivili, fl-1993 id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze ppjanaw li joħolqu ajruport ċivili (Euroregionales Zentrum für Luftverkehr, Logistik und Gewerbe, “EuZZLG”) fejn kien hemm il-mitjar militari. Għalhekk, waqqfu kumpanija, Flughafen Niederrhein GmbH (minn hawn 'il quddiem “FN GmbH”), biex tieħu ħsieb tibdel dak li kien mitjar militari sabiex jibda jintuża għal skopijiet ċivili.

(22)

FN GmbH ġiet irreġistrata fl-1993 bħala kumpanija privata b'responsabbiltà limitata, b'kapital ta' ekwità ta' DM 50 000 (= 25 564 EUR). L-azzjonisti fundaturi kienu d-distrett ta' Kleve (52 %) u l-muniċipalità ta' Weeze (48 %).

(23)

Sa mill-bidu nett, il-muniċipalità u d-distrett ta' Kleve kellhom it-tir li l-ajruport ikun operat minn kumpanija privata. Biex jaslu għal dan l-objettiv, identifikaw erba' stadji:

(a)

Is-sejbien tal-investitur privat li għandu jkun responsabbli mit-tħejjija u l-operat tal-ajruport;

(b)

Il-kisba tal-permess meħtieġ sabiex jibdlu l-mitjar militari f'ajruport ċivili;

(c)

Il-konklużjoni ta' trattat mal-Pajjiżi l-Baxxi rigward l-użu tal-ispazju tal-ajru tagħhom;

(d)

Ix-xiri ta' żona mingħand il-Gvern Federali.

(24)

Il-Forza tal-Ajru Rjali ttrasferixxiet is-sjieda tal-ajruport fit-30 ta' Novembru 1999 lill-Gvern Federali tal-Ġermanja.

(25)

Fis-16 ta' Diċembru 1999, id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze inkorporaw kumpanija oħra, Entwicklungs- und Erschließungsgesellschaft Laarbruch GmbH (“EEL GmbH”). 52 % tal-ishma f'EEL GmbH huma tad-distrett ta' Kleve u 48 % tal-muniċipalità ta' Weeze.

(26)

Il-kompiti ta' dak iż-żmien ta' EEL GmbH kienu differenti minn dawk tal-FN GmbH. Filwaqt li GN GmbH kienet inħolqot biex tieħu ħsieb il-bidla tal-ajruport li kien militari, EEL GmbH kienet inkarigata b'mod partikolari mill-amministrazzjoni tal-faċilitajiet bejn l-għeluq tal-ajruport militari fl-1999 u x-xiri tiegħu minn investitur privat.

(27)

F'dan ir-rigward, EEL GmbH kellha taqleb l-infrastrutturi u l-faċilitajiet tal-art tal-ajruport li kien militari sabiex jibdew jintużaw għal skopijiet kummerċjali.

(28)

Wara li fit-23 ta' Awwissu 2000 il-Land Nordrhein-Westfalen awtorizza l-pjan ta' konverżjoni tal-mitjar militari sottomess mid-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze u Bezirksregierung Düsseldorf ta liċenzja sabiex jiġi operat ajruport ċivili lil GN GmbH fl-20 ta' Ġunju 2001 (7), il-privatizzazzjoni tal-art u l-operat tal-ajruport seħħet f'żewġ stadji:

(a)

Stadju Nru 1: Fl-1 ta' Lulju 2001, id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze rtiraw mill-GN GmbH billi biegħu 99,261 % tal-ishma fil-kumpanija għal EUR [0,5-3] miljun lil investitur privat, l-Airport Niederrhein Holding GmbH, (“ANH GmbH”). ANH GmbH hija sussidjarja 100 % tal-kumpanija Olandiża Airport Network B.V. Sal-31 ta' Diċembru 2011, id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze kellhom 0,0459 % u 0,0279 % mill-ishma rispettivament. Fi żmien il-bejgħ tal-FN GmbH mill-awtoritajiet pubbliċi lil ANH GmbH, prattikament FN GmbH ma kellha ebda assi fiżiku […].

(b)

Stadju Nru 2: Fl-14 ta' Marzu 2002, il-Gvern Federali tal-Ġermanja biegħ l-art fejn kien mibni l-ajruport għal EUR [5-15] miljun lil FN GmbH. Qabel biegħ din l-art lil GN GmbH, il-Gvern Federali kien daħal f'kuntatt ma' xerrejja potenzjali oħrajn fuq bażi informali. Investitur ieħor wieħed biss kien wera interess, u offra prezz ta' EUR […] miljun u EUR […] miljun oħrajn, f'każ li jinkisbu ċerti miri marbutin mal-profitt sal-2009.

(29)

Il-Gvern Federali tal-Ġermanja stabbilixxa l-prezz tal-bejgħ tal-art fejn kien mibni l-ajruport b'konformità mal-Artikolu 63(3) tal-Bundeshaushaltsordnung u l-Wertermittlungsverordnung. Din id-dispożizzjoni tobbliga lill-gvern federali sabiex ibigħ il-proprjetà bil-valur attwali tagħha, jiġifieri l-prezz tas-suq tagħha kif stabbilit min espert indipendenti skont ir-regoli stabbiliti fil-Wertermittlungsverordnung. Fil-każ inkwistjoni, l-art ġiet stmata minn espert indipendenti għal EUR [11-20] miljun filwaqt li l-bini fuq l-art ġie stmat għal EUR [4-10] miljun fuq il-bażi tal-kunċett propost ta' żvilupp u użu tal-art. Minn dawn il-valuri, l-espert naqqas EUR [4-10] miljun li jirrappreżentaw l-ispiża għat-twaqqigħ tal-barracks li jagħmel parti mix-xogħlijiet ta' konverżjoni, u EUR [2-5] miljun oħrajn li jirrappreżentaw l-ispejjeż ta' adozzjoni tal-miżuri meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ambjentali u ta' ppjanar applikabbli. Sa mill-2001 ġew implimentati l-ewwel miżuri ta' bini (twaqqigħ tal-bunkers, infrastruttura għal impjanti ta' trattament tal-ilma mormi, eċċ.) sabiex l-ajruport jitħejja għal użu ċivili

2.2.2.   L-iżvilupp ekonomiku ta' EEL GmbH u GN GmbH

(30)

Eżatt wara li ġiet stabbilita fl-1999, EEL GmbH ħadet f'idejha t-tmexxija tal-art tal-ajruport permezz ta' kuntratt ta' lokazzjoni. L-ewwel miżuri ta' żvilupp u l-ewwel miżuri ta' bini ttieħdu bejn is-sena 2000 u l-2001.

(31)

Wara li l-Bezirksregierung Düsseldorf ta lill-FN GmbH il-liċenzja sabiex topera ajruport ċivili skont il-liġi tal-Ġermanja dwar l-avjazzjoni u malli tlestiet it-tranżazzjoni ta' xiri tal-FN GmbH mill-grupp ta' investituri privati ANH fl-1 ta' Lulju 2001, il-grupp ANH radd lura lill-EEL GmbH l-ispejjeż li din tal-aħħar ġarrbet biex ħadet ħsieb l-infrastruttura tal-ajruport, inkluż xi xogħol ta' konverżjoni.

(32)

Matul l-2002, EEL GmbH għaddiet l-inkarigu ta' tmexxija tal-infrastruttura tal-ajruport f'idejn FN GmbH. Fl-2002, FN GmbH għamlet telf ta' EUR 0,3 miljun. Mill-2003, EEL GmbH ma baqgħetx twettaq impenji marbutin mat-tmexxija tal-art tal-ajruport. Minkejja dan, id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze ma llikwidawx l-EEL GmbH fl-2003.

(33)

Għall-ewwel, FN GmbH ġarrbet telf finanzjarju qabel ma bdiet tagħmel il-profitt, kif muri fit-Tabella li ġejja:

Tabella 2

Riżultati annwali u EBITDA 2003-2011

(f'eluf ta' EURO)

Sena

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

Profitt annwali

– 6 960

– 8 336

– 7 914

– 4 822

663

707

426

34

EBITDA

– 4 805

– 4 718

– 4 399

– 1 172

4 372

5 508

6 108

6 286

Sors: Il-Ġermanja

3.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI INVESTIGATI U L-KUNTEST TAGĦHOM

3.1.   Miżura 1: Self mingħand EEL GmbH lil FN GmbH

(34)

Fil-bidu tal-2003, FN GmbH kellha diffikultajiet finanzjarji li heddew it-tnedija ta' titjiriet kummerċjali (mistennijin fl-1 ta' Mejju 2003) u b'hekk anki l-proġett sħiħ ta' konverżjoni u żvilupp tal-ajruport. Għaldaqstant, is-sidien pubbliċi ta' EEL GmbH iddeċidew li jkomplu bl-attivitajiet tal-kumpanija tagħhom. Fil-11 ta' April 2003, EEL GmbH tat l-ewwel selfa (“Selfa 1”) ta' EUR [11-20] miljun, b'rata tal-imgħax [1-5] % ogħla mir-rata bażi lil FN GmbH. Skont il-Ġermanja, ir-rata bażi tal-imgħax applikata għal din is-selfa kienet ir-rata ordinarja pprovduta fl-Artikolu 247 tal-Kodiċi Ċivili tal-Ġermana (Bürgerliches Gesetzbuch or“BGB”), li fid-data relevanti kienet ta' 1,97 % (8). Il-maturità tas-selfa ġiet stabbilita għat-30 ta' Ġunju 2005. Bħala kollateral, ġiet imposta miżata fuq l-art u l-bini tal-ajruport (Grundschuld) favur EEL GmbH għall-ammont tas-selfa, jiġifieri EUR [11-20] miljun. Minbarra dik il-figura, l-imgħax ta' [15-23] % kellu jiżdied ta' kull sena, jekk il-kollateral jintuża fil-każ ta' nuqqas ta' pagament. Barra minn hekk, […] ta garanzija personali għas-selfa (selbstschuldnerische Bürgschaft) għal ammont massimu ta' [5-15] miljun. Il-Ġermanja ma pprovdietx id-dettalji fir-rigward tal-valur ta' din il-garanzija personali. FIt-8 ta' Ġunju 2003, din il-garanzija personali ttiħdilha postha minn garanzija personali pprovduta mill-[…] għall-ammont ta' EUR [5-15] miljun. Barra minn hekk, l-azzjonisti privati ta' FN GmbH rahnu l-ishma tagħhom it-tnejn mill-ishma ta' ANH GmbH f'kapital ta' FN GmbH (stmat għal EUR [20-30] miljun) u l-ishma ta' Airport Network BV f'kapital ta' ANH GmbH. Il-Ġermanja ma pprovdietx id-dettalji kollha fir-rigward tal-valur tal-kollateral ipprovdut.

(35)

Skont il-Ġermanja, b'din is-selfa, is-sidien pubbliċi ta' EEL GmbH riedu jipprovdu lil GN GmbH b'finanzjament transitorju li jkopri n-nuqqasijiet fil-likwidità operazzjonali sabiex tkun tista' tlesti l-akkwiżizzjoni u l-installazzjoni tal-assi meħtieġa bil-għan li l-operazzjonijiet tal-ajruport jibdew fil-ħin.

(36)

Fl-2003 bdew l-operazzjonijiet tal-ajruport u FN GmbH ġarrbet telf ta' EUR 7 miljun. Sena biss wara li l-ajruport beda bl-operazzjonijiet ta' titjiriet kummerċjali tiegħu, jiġifieri fl-2004, l-iktar linja tal-ajru importanti għall-ajruport, il-kumpanija Olandiża V-Bird, temmet l-operazzjonijiet tagħha minħabba insolvenza. Fid-dawl tal-problemi finanzjarji kurrenti li rriżultaw ta' GN GmbH, EEL GmbH baqgħet tagħti self lil FN GmbH matul l-2004:

(a)

Fis-17 ta' Ġunju 2004, EEL GmbH tat lil FN GmbH it-tieni selfa (“Selfa 2”) li kienet tammonta għal EUR [2-5] miljun bl-istess data ta' maturità bħall-ewwel selfa mogħtija fl-2003 (jiġifieri sat-30 ta' Ġunju 2005). Ir-rata tal-imgħax ġiet stabbilita għal [1-5] % ogħla mir-rata bażi applikabbli. Skont il-Ġermanja, ir-rata bażi tal-imgħax applikata għal din is-selfa kienet dik stabbilita fl-Artikolu 247 BGB dakinhar, jiġifieri 1,14 %. Bħala kollateral, ġiet imposta miżata fuq l-art u l-binjiet tal-ajruport (Grundschuld) favur EEL GmbH li tkopri l-ammont tas-selfa ta' EUR [2-5] miljun. Barra minn hekk, kull sena kellu jiżdied imgħax ta' [15-23] %, jekk jintuża l-kollateral fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas. Barra minn hekk, ġew stabbiliti rahan fuq l-ishma tal-Airport Network BV fil-kapital ta' ANH GmbH u rahan fuq l-ishma ta' ANH GmbH fil-kapital ta' FN GmbH. Il-Ġermanja ma pprovdietx id-dettalji kollha fir-rigward tal-valur tal-kollateral ipprovdut.

(b)

Xahar wara, fit-28 ta' Lulju 2004, EEL GmbH tat it-tielet selfa (“Selfa 3”) lil FN GmbH li kienet tammonta għal EUR [2-5] miljun. Il-maturità tat-tielet selfa ġiet stabbilita għall-31 ta' Diċembru 2007 u ġiet stabbilita rata tal-imgħax ta' [3-8] % ogħla mir-rata bażi. Skont il-Ġermanja, ir-rata bażi tal-imgħax applikata għal din is-selfa kienet dik stabbilita fl-Artikolu 247 BGB dakinhar, jiġifieri 1,13 %. Bħala kollateral, ġiet imposta miżata fuq l-art u l-binjiet tal-ajruport (Grundschuld) favur EEL GmbH li tkopri l-ammont tas-selfa ta' EUR [2-5] miljun. Barra minn hekk, kull sena kellu jiżdied imgħax ta' [15-23] %, jekk jintuża l-kollateral fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas. (9). Barra minn hekk, ġie stabbilit rahan fuq l-ishma tal-Airport Network BV fil-kapital ta' ANH GmbH u tal-ishma ta' ANH GmbH fil-kapital ta' FN GmbH. Barra minn hekk, ġie stabbilit rahan tal-impriża ta' FN GmbH ukoll. Il-Ġermanja ma pprovdietx id-dettalji sħaħ dwar il-valur tal-kollateral ipprovdut.

(37)

Kollox ma' kollox, fl-2004 biss, FN GmbH irċiviet EUR [4-10] miljun f'self mogħti minn EEL GmbH (minbarra t-tieni sensiela ta' miżuri investigati mogħtijin direttament mid-distrett ta' Kleve — ara s-sezzjoni 3.2). Skont il-Ġermanja, dan is-self ingħata għall-finijiet tal-iżvilupp u l-konverżjoni tal-ajruport li qabel kien militari, u mhux għall-ispejjeż operatorji.

(38)

Fi tmiem l-2004, FN GmbH reġgħet ġarrbet it-telf, din id-darba fl-ammont ta' EUR 8,3 miljun. Mill-ġdid, kien jidher li FN GmbH kienet teħtieġ iktar likwidità. Ir-ripagament tas-Selfa 1 u s-Selfa 2 (li f'daqqa jammontaw għal EUR [10-20] miljun) mogħtijin minn EEL GmbH kien ikun dovut sat-30 ta' Ġunju 2005. Sa dak iż-żmien, FN GmbH kienet raddet lura parti mill-imgħaxijiet mis-self preċedenti. Madankollu, skont il-Ġermanja, it-telf imġarrab minn FN GmbH bejn l-2002 u l-2006 iġġarrab mis-sidien privati tagħha.

(39)

F'dak il-kuntest, fl-1 ta' Lulju 2005, EEL GmbH tat ir-raba' selfa (“Selfa 4”) lil FN GmbH, din id-darba fl-ammont ta' EUR [4-10] miljun b'data ta' maturità tal-31 ta' Diċembru 2010. Il-paragrafu 1, punt 2 tal-ftehim tas-selfa kien jistipula li s-selfa ġiet allokata biss għal investimenti. Barra minn hekk, il-paragrafu 2 kien jeħtieġ li FN GmbH (u EEL GmbH li kieku talbet hekk) tivverifika li l-fatturi kienu strettament marbutin mat-tlestija tal-ajruport u li EEL GmbH (u mhux FN GmbH) kienu ħallsu l-fatturi mis-selfa. Barra minn hekk, is-Selfa 1, is-Selfa 2 u s-Selfa 3 li f'daqqa kienu jammontaw għal EUR [15-30] miljun (mingħajr imgħax) ġew riportati (“Estensjoni 1”). Il-maturità ta' dan is-self ġie armonizzat u estiż għall-31 ta' Diċembru 2010. Ġiet stabbilita rata tal-imgħax fissa ta' [1-5] % għal dan is-self kollu applikabbli mill-1 ta' Lulju 2005. B'hekk, tnaqqset ir-rata tal-imgħax għas-Selfa 1, is-Selfa 2 u s-Selfa 3. Bħala kolletaral, ġiet imposta miżata fuq l-art u l-binjiet tal-ajruport (Grundschuld) favur EEL GmbH għall-ammont tar-raba' selfa (EUR [4-10] miljun) minbarra l-Estensjoni ta' kull rahan preċedenti għas-Selfa 1, is-Selfa 2 u s-Selfa 3 (li magħhom kull sena kellu jiżdied imgħax ta' [15-23] %, jekk jintuża l-kollateral fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas). Barra minn hekk, biex ikunu koperti l-pretensjonijiet kollha ta' EEL GmbH minn kull self, fl-1 ta' Lulju 2005 […] ta garanzija personali. (selbstschuldnerische Bürgschafte) għal ammont massimu ta' EUR [20-30] miljun (flimkien mal-imgħax u l-imgħax kompostat). Din il-garanzija estendiet il-garanzija ta' qabel ipprovduta minn […] fit-8 ta' Ġunju 2003 b'rabta mas-Selfa 1. Fl-aħħar, ġew stabbiliti rahan fuq l-ishma tal-Airport Network BV fil-kapital ta' ANH GmbH u rahan tal-ishma ta' ANH GmbH fil-kapital ta' FN GmbH. Il-Ġermanja ma pprovdietx id-dettalji sħaħ fir-rigward tal-valur tal-kollateral ipprovdut.

(40)

Barra minn hekk, EEL GmbH u FN GmbH qablu li FN GmbH kellha tħallas l-imgħax dakinhar tal-maturità, jiġifieri mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010 u li f'każ li FN GmbH tilħaq il-punt ta' ekwilibriju u ssir profittabbli qabel dik id-data, FN GmbH tkun obbligata tibda tħallas l-imgħax mid-data li fiha ma baqgħetx tagħmel it-telf. Fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikabbli għall-ewwel tliet selfiet sakemm ġew armonizzati bil-ftehim ta' self tal-1 ta' Lulju 2005, fil-premessa 5 (5.4.), il-kuntratt ta' riportament (Darlehensverlängerungsvertrag) tad-29 ta' Novembru 2010 isemmi li kull waħda mill-erba' selfiet iġġarrab imgħax annwali ta' [15-23] % fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas (10).

(41)

Il-Ġermanja ddikjarat li EEL GmbH qablet li tniżżel il-klassifikazzjoni tal-kreditur tagħha (Rangrücktritterklärung) fir-rigward tal-aċċess għall-kollateral tal-miżati fuq l-art bejn Marzu tal-2009 u l-31 ta' Diċembru 2010 sabiex FN GmbH tkun tista' tirċievi selfa ta' terminu qasir mingħand [bank] (ara l-Premessa 73).

(42)

FN GmbH bdiet tagħmel il-profitt fl-2007. Minkejja dan, u għall-kuntrarju tal-ftehimiet kuntrattwali preċedenti, FN GmbH la bdiet trodd lura s-self u lanqas l-imgħax. Kif ikkalkolati sal-31 ta' Diċembru 2010, id-data ta' maturità miftiehma bil-kuntratt bejn il-partijiet, FN GmbH kellha tagħti lura lil EEL GmbH EUR [20-30] miljun f'self flimkien ma' EUR [7-10] miljun f'imgħaxijiet, jiġifieri total ta' EUR [24-40] miljun. EEL GmbH qablet għat-tieni darba li tirriporta l-erba' selfiet kollha kemm huma u l-pagamenti tal-imgħax akkumulati (it-tieni estensjoni). Fid-29 ta' Novembru 2010, FN GmbH u EEL GmbH iffirmaw ir-raba' ftehim ta' self u b'hekk tawlu l-maturità tas-selfiet kollha sal-31 ta' Diċembru 2016.

(43)

Ir-rata tal-imgħax għal din it-tieni Estensjoni tas-selfiet ġiet stabbilita għal [1-5] % fis-sena. Il-Ġermanja ddikjarat li r-rata tal-imgħax għall-ftehim ta' self tad-29 ta' Novembru 2010 ġiet stabbilita billi żdiedu […] punti bażi mar-rata ta' referenza ta' 1,24 %. (11) EEL GmbH u FN GmbH qablu li l-imgħaxijiet dovuti sal-31 ta' Diċembru 2010 żdiedu mal-kapital tas-self u b'hekk żiduh għal EUR [24-40] miljun. Barra minn hekk, FN GmbH kienet obbligata tħallas l-imgħax fuq bażi trimestrali u li l-ewwel pagament tal-imgħax kellu jkun dovut sa tmiem l-ewwel trimestru tal-2011.

(44)

It-Tabella li ġejja tiġbor fil-qosor il-karatteristiċi ewlenin tal-ħames ftehimiet ta' self investigati:

Tabella 3

Sjieda tal-miżuri ta' appoġġ pubbliku mingħand EEL GmbH favur FN GmbH

Volum (f'Miljuni ta' EUR)

Data tal-ftehim ta' self

Rata tal-imgħax

Maturità/riportament tas-selfa

Kollateral

Mod ta' finanzjament (EEL)

[11-20]

11.4.2003

[1-5] % ogħla mir- rata bażi (1,97 %).

L-ewwel maturità: 30.6.2005, riportata għall-ewwel darba għall-31.12.2010, riportata għat-tieni darba għall-31.12.2016

Addebitament fuq l-art u l-bini (Grundschulden)

Garanzija personali ta' […] (selbstschuldnerische Bürgschaft)

Rahan fuq ishma ta' ANH GmbH u fuq ishma ta' FN GmbH

Selfa mogħtija mid-distrett ta' Kleve: (EUR [5-15] Miljun b'[1-5] %); EUR [2-5] Miljun selfa motgħtija minn [bank], (garanti pubbliku: muniċipalità ta' Weeze). Is-selfa ta' EUR [2-5] Miljun hija maqluba fit-30.6.2005, u l-[bank] isir il-kreditur il-ġdid.

[2-5]

17.6.2004

[1-5] % above base rate (1,14 %).

L-ewwel maturità 30.6.2005, riportata għall-ewwel darba għall-31.12.2010, riportata għat-tieni darba għall- 31.12.2016

Addebitament fuq l-art u l-bini (Grundschulden)

Ishma ta' ANH GmbH u ishma ta' FN GmbH

Selfa lil EEL GmbH mogħtija mid-distrett ta' Kleve (“Kassenkredite”)

[2-5]

28.7.2004

[3-8] % above base rate (1,13 %).

L-ewwel maturità 31.12.2007, riportata għall-ewwel darba għall-31.12.2010, riportata għat-tieni darba għall- 31.12.2016

Addebitament fuq l-art u l-bini (Grundschulden)

Rahan fuq ishma ta' ANH GmbH u fuq ishma ta' FN GmbH

Rahan tal-intrapriża ta' FN GmbH

Selfa lil EEL GmbH mogħtija mid-distrett ta' Kleve (“Kassenkredite”). Id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze jinjettaw EUR [0,4-1] miljun ta' kapital f'EEL GmbH.

[4-10]

1.7.2005

[1-5] %

L-ewwel maturità 31.12.2010, riportata għal 31.12.2016

Addebitament fuq l-art u l-bini (Grundschulden)

Garanzija personali ta' […] (selbstschuldnerische Bürgschaft) Rahan fuq ishma ta' ANH GmbH u fuq ishma ta' FN GmbH

Id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze jinjettaw EUR [0,4-1] miljun ta' kapital f'EEL GmbH.

[24-40] (= [20-30] (total tal-erba' selfiet kollha) flimkien mal-imgħax akkumulat ta' (= [4-10])

29.11.2010

[1-5] %

31.12.2016

Addebitament fuq l-art u l-bini (Grundschulden)

Garanzija personali minn […] (selbstschuldnerische Bürgschaft)

Rahan fuq ishma ta' ANH GmbH u fuq ishma ta' FN GmbH

Prolongament tas-selfiet preċedenti kollha lil EEL mogħtija mid-distrett ta' Kleve (“Kassenkredite”) u s-selfa mogħtija minn [bank] possibbilment b'garanzija pubblika kontinwata tal-muniċipalità ta' Weeze.

(45)

Fl-ewwel trimestru tal-2011, FN GmbH reġgħet ma kinitx f'pożizzjoni li tħallas l-ewwel pagament tal-imgħax kif miftiehem fit-titwil tal-ftehimiet ta' self (Darlehensverlängerungsvetrag) tad-29 ta' Novembru 2010. Id-distrett ta' Kleve aċċetta l-offerta tal-azzjonist ta' FN GmbH sabiex jirċievi l-ishma ta' FN GmbH f'Marzu 2011 fi skambju ta' dejn ma' ekwità għad-differiment issoktat tal-pagamenti tal-imgħax u l-kapital (12). Madankollu, dan l-iskambju ta' dejn ma' ekwità ġie ffirmat legalment biss fi tmiem l-2012. Bħalissa, id-distrett ta' Kleve għandu 1,88 % mill-kapital azzjonarju ta' FN GmbH (13).

3.2.   Miżura 2: Appoġġ mil-Land Nordrhein Westfalen

(46)

Fil-15 ta' Ottubru 2002, FN GmbH ingħatat appoġġ pubbliku ta' EUR 3,525 miljun mil-Land Nordrhein Westfalen għall-finanzjament ta' 50 % tal-ispejjeż li ġejjin: ġestjoni tar-rampa tal-ajruport, żonata' għoti ta' fjuwil, twessigħ ta' taxiways u riabilitazzjoni ta' żoni ta' ġestjoni tar-ramba tal-ajruport eżistenti, sistema ta' tidwil ta' avviċinament ta' preċiżjoni, tidwil tat-truf, tidwil tal-bidu u tar-runway.

(47)

Il-bażi legali għal dan l-appoġġ kien id-digriet tal-Ministeru għat-Trasport, l-Enerġija u l-ġestjoni tat-territorju tal-Land Nordrhein-Westfalen dwar l-appoġġ pubbliku għall-miżuri ta' bini u tiġdid (investimenti infrastrutturali) għal ajruporti f'Nordrhein-Westfalen (Richtlinien über die Gewährung von Zuwendungen für Ausbau- und Erneuerungsmaßnahmen auf Flugplätzen RdErl.MBl.NRW.1993 S. 617) (“id-Digriet tal-1993”). Maż-żmien, dawn il-linji gwida ġew sostitwiti mil-Linji Gwida b'referenza (VA 51060/195- v. 25 ta' Novembru 2002), (14) li kienu fis-seħħ bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-1 ta' Jannar 2008.

(48)

Skont id-Digriet tal-1993 ipprovdut għall-għoti ta' appoġġ finanzjarju biex jiġu koperti l-kostijiet ta' investiment għal ċerti tipi ta' infrastruttura tal-ajruport bħal runways, taxiways, rampi tal-ajruport, strippi ta' protezzjoni, infrastruttura għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru (sistemi ta' torrijiet, radar, ta' twissija ottika), tidwil għan-navigazzjoni, apparati ottiċi ta' appoġġ għal-inżul, binjiet għoljin (terminali, hangars eċċ.), faċilitajiet ta' parkeġġ, bini ta' ċnut, infrastruttura għas-sikurezza tat-titjiriet, il-forniment u t-tneħħija, protezzjoni mill-istorbju, protezzjoni min-nirien, servizzi tax-xitwa u salvataġġ kif ukoll kostijiet ta' investiment għal miżuri ta' kumpens għall-preservazzjoni tal-pajsaġġ u l-ħarsien tal-ambjent. Permezz tad-Digriet tal-1993, il-Land Nordrhein-Westfalen ta appoġġ sa 40 % tal-ispejjeż eliġibbli għat-tipi ta' infrastruttura tal-ajruport imsemmijin hawn fuq. L-ajruporti internazzjonali u l-ajruporti reġjonali jistgħu jirċievu appoġġ li jilħaq 65 % tal-ispejjeż eliġibbli. Għal faċiliatjiet ta' parkeġġ, ċnut u infrastruttura tas-sikurezza tat-titjiriet, sa 80 % tal-ispejjeż eliġibbli jistgħu jingħataw bħala appoġġ mal-applikazzjoni mill-ajruport.

3.3.   Miżura 3: Appoġġ mogħti mid-distrett ta' Kleve direttament lil FN GmbH dwar l-akkwiżizzjoni tal-art tal-ajruport

(49)

Kif spjegat fil-Premessa 28, il-Gvern Federali tal-Ġermanja biegħ l-art tal-ajruport fl-14 ta' Marzu 2002 għal EUR [5-15] miljun lil FN GmbH. Dakinhar stess, id-distrett ta' Kleve daħal fi ftehim ma' FN GmbH fir-rigward tal-forniment ta' finanzjament tranżitorju ta' sehem mill-ispejjeż ta' akkwiżizzjoni tal-art tal-ajruport. Il-finanzjament tranżitorju ngħata permezz ta' selfa bla mgħax, kompletament kollateralizzata bil-proprjetajiet fuq l-art tal-ajruport (għalhekk tiswa EUR [5-15] miljun fid-data tal-għoti tas-selfa). Intlaħaq qbil sabiex ammont ta' EUR [4-10] miljun mill-EUR [5-15] miljun jiġi prefinanzjat mid-distrett ta' Kleve. Airport Network B.V., il-kumpanija prinċipali ta' ANH GmbH, kellha trodd lura l-ewwel segment li kien jammonta għal EUR [2-5] miljun ta' din is-selfa bla mgħax lid-distrett ta' Kleve sat-30 ta' Diċembru 2003 (xi ħaġa li fil-fatt għamlet). It-tieni segment ta' EUR [2-5] miljun kien pagabbli ħames snin wara d-data tal-bidu tal-operazzjonijiet ta' titjiriet fl-ajruport, mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007, sakemm ma tkunx issodisfata klawżola ta' ħolqien tal-impjiegi tal-ftehim (350 impjieg) bejn id-distrett ta' Kleve u FN GmbH.

(50)

Fit-8 ta' Lulju 2004, id-distrett ta' Kleve ddeċieda li FN GmbH ma kienx ikollu jrodd lura t-tieni segment ta' EUR [2-5] miljun peress li diġà kienu nħolqu iktar minn 350 impjieg.

3.4.   Miżura 4: Appoġġ pubbliku lil EEL GmbH

(51)

Sabiex tkun tista' tislef lil FN GmbH, EEL GmbH stess kienet teħtieġ li tiġi ffinanzjata. EEL GmbH irrifinanzjat lilha nfisha billi kisbet self ta':

(a)

EUR [5-15] miljun u EUR [2-5] miljun b'rata tal-imgħax ta' [1-5] % fis-sena b'maturità fit-30 ta' Ġunju 2005. Dawn iż-żewġ selfiet ingħataw mid-distrett ta' Kleve fil-11 ta' April 2003 u s-16 ta' Ġunju 2004 rispettivament.

(b)

EUR [1-5 miljun] b'rata tal-imgħax ta' [2-5] % fis-sena b'maturità fit-30 ta' Diċembru 2007. Din is-selfa ngħatat mid-distrett ta' Kleve fit-28 ta' Lulju 2004 (15).

(52)

F'Lulju 2005, l-istruttura kapitali ta' EEL GmbH ġiet ittrasformata mill-azzjonisti tagħha li ddeċidew li jagħmlu injezzjoni ta' EUR [5-15] miljun f'kapital u skambju ta' EUR [1-4] miljun ta' dejn ma' ekwità, li naqqsu d-dejn tal-ewwel selfa għal EUR [3-13] miljun. EEL GmbH raddet lura t-tieni selfa li kienet tammonta għal EUR [2-5] miljun. Fl-aħħar, il-kuntratti tas-self li kien fadal ta' EUR [3-13] miljun u EUR [2-5] miljun ġew estiżi sal-31 ta' Diċembru 2010. Imbagħad, ir-rata tal-imgħax ġiet stabbilita għal [3-8] % fl-1 ta' Lulju 2005 u [3-8] % mill-1 ta' Novembru 2005. Fid-29 ta' Novembru 2010, dawn iż-żewġ selfiet reġgħu ġew estiżi sal-31 ta' Diċembru 2016, b'rata tal-imgħax ta' [3-8] %.

(53)

Id-distrett ta' Kleve kompla jinjetta kapital f'EEL GmbH fl-2006 (EUR [1-5] miljun) u fl-2007 (EUR: [2-6] miljun). Dawn l-ammonti ġew irreġistrati bħala riżerva ta' kapital fis-soċjetà u għandhom jitħallsu lura flimkien mar-ripagamenti tas-self fi tmiem l-2016. Flimkien, iż-żewġ azzjonisti pubbliċi taw lil EEL GmbH EUR [24-40] miljun ([15-25] miljun f'injezzjonijiet ta' kapital inkluża l-miżura ta' skambju ta' dejn ma' ekwità u EUR [10-20] miljun f'self).

(54)

B'mod parallel, fit-2 ta' Mejju 2003 EEL GmbH irċiviet selfa ta' EUR [2-5] miljun mill-[bank] bi sjieda privata. Is-self kellu jimmatura fit-30 ta' Ġunju 2005 b'rata tal-imgħax ta' [1-5] %. Il-muniċipalità ta' Weeze tat garanzija pubblika ta' 100 % għal din is-selfa favur EEL GmbH u l-[bank], rispettivament. Fit-30 ta' Ġunju 2005, din is-selfa ġiet ikkonvertita u l-[bank] bi sjieda pubblika (sussidjarja tal-[bank]) ħadet post il-[bank]bħala kreditur. Il-maturità ġiet estiża l-ewwel darba sat-30 ta' Diċembru 2010 bir-rata tal-imgħax stabbilita għal [1-5] %, u t-tieni darba fl-2010 sal-31 ta' Diċembru 2016 b'rata tal-imgħax ta' [1-5] %.

4.   RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

4.1.   Miżura 1: Self mogħti minn EEL GmbH lil FN GmbH

(55)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni xeħtet dubji fuq kemm is-self ipprovdut minn EEL GmbH lil FN GmbH kien ingħata u ġie riportat skont it-termini tas-suq. L-ewwel nett il-Kummissjoni osservat li l-Ġermanja ma kinitx ipprovdiet informazzjoni fuq l-imgħoddi kredizju tar-riċevitur tas-self. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li FN GmbH kienet kumpanija f'diffikultà finanzjarja. Il-Kummissjoni indikat ukoll li l-Ġermanja ma kinitx tat xi spjegazzjoni dwar ir-rati tal-imgħax applikati għas-selfiet individwali jew il-kollateral riċevut. Il-Kummissjoni osservat ukoll in-nuqqas ta' spjegazzjonijiet dwar għaliex il-konċedent tas-self bi sjieda pubblika qabel għal darba, tnejn sabiex jirriporta s-self, billi baqa' dejjem jestendi l-maturità tiegħu u għaliex ir-rimborż tal-kapital u l-imgħaxijiet tas-self dovuti kien għadu qatt ma ġie infurzat.

(56)

Fuq il-bażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni ħadet il-pożizzjoni preliminari li bl-għoti u r-riportament tas-self lil FN GmbH, EEL GmbH ma aġixxietx bħala investitur li jopera f'ekonomija tas-suq jew kreditur tas-suq. Peress li kien jidher li FN GmbH kienet kumpanija f'diffikultà matul il-perjodu sħiħ, li ma setgħetx tikseb finanzjament mingħand banek kummerċjali tal-inqas sa tmiem l-2010, il-Kummissjoni ħadet il-pożizzjoni preliminari li l-ammont sħiħ ta' self, kif ukoll l-imgħax pendenti, għandu jiġi kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat.

(57)

Peress li dawn il-miżuri daħlu fis-seħħ bla ma ġew innotifikati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li kienu jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat.

(58)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-ftehimiet ikkonċernati mas-suq intern, jekk jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari fid-dawl tar-regoli stabbiliti fil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. (16).

4.2.   Miżura 2 — Appoġġ mil-Land Nordrhein-Westfalen lil FN GmbH

(59)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni indikat li l-appoġġ ipprovdut mil-Land Nordrhein-Westfalen lil FN GmbH kien miżura selettiva peress li mhux l-ajruporti kollha fil-Land kienu eliġibbli għat-tali appoġġ. Peress li l-appoġġ kien ġej minn fondi pubbliċi u ta vantaġġ lill-ajruport billi ta appoġġ ta' investiment, ma setax jiġi eskluż li l-appoġġ kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(60)

Peress li dawn il-miżuri kienu ddaħħlu fis-seħħ bla ma ġew innotifikati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li kienu jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat.

(61)

Finalment, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura kkonċernata mas-suq intern, jekk tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari fid-dawl tar-regoli stabbiliti fil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. (17).

4.3.   Miżura 3 — Appoġġ dirett mid-distrett ta' Kleve lil FN GmbH

(62)

Fir-rigward tal-appoġġ dirett mid-distrett ta' Kleve lil FN GmbH, il-Kummissjoni ħadet il-pożizzjoni preliminari li ebda investitur tas-suq ma kien jipprovdi għotja bħal din mingħajr ebda remunerazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar ir-rieda ta' investitur li jopera f'ekonomija tas-suq li jirrinunzja għal parti mir-ripagament ta' għotja pendenti fuq il-bażi ta' kunsiderazzjonijiet ta' ħolqien tax-xogħol fir-reġjun.

(63)

Peress li dawn il-miżuri ġew implimentati bla ma ġew notifikati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li kienu jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat.

(64)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni mas-suq intern, jekk tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari fid-dawl tar-regoli stabbiliti fil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. (17).

4.4.   Miżura 4 — Injezzjonijiet ta' kapital u selfiet għall-benefiċċju ta' EEL GmbH

(65)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-finanzjament ipprovdut lil EEL GmbH mill-azzjonisti pubbliċi tagħha ngħatax u ġiex riportat skont termini tas-suq.

(66)

Peress li dawn il-miżuri ddaħħlu fis-seħħ bla ma ġew notifikati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li kienu jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat.

(67)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mas-suq intern, jekk jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat.

5.   KUMMENTI MILL-ĠERMANJA

5.1.   Kummenti ġenerali

5.1.1.   Sfond tal-Proġett

(68)

Il-Ġermanja tfakkar l-isfond tal-proġett kif spjegat fis-sezzjoni 2.1 u 2.2 iktar 'il fuq. Il-pedament tal-“Euroregionales Zentrum für Luftverkehr, Logistik und Gewerbe” kien l-iżvilupp ta' ajruport ċivili bi sjieda u tmexxija privati fuq il-mitjar li kien militari.

(69)

Il-Ġermanja targumenta li l-iżvilupp tat-tkabbir tat-traffiku kien imxekkel minn fatturi esterni. L-ewwel nett, il-falliment ta' V-bird f'Ottburu 2004, li kienet għażlet lil Niederrhein-Weeze bħala l-bażi tal-operazzjonijiet ewlenija tagħha, ikkaġuna telf qawwi ta' traffiku, li ma setax jiġi kompletament ikkumpensat mit-titjiriet addizzjonali ta' Ryanair u Hapagfly qabel l-2008, meta t-traffiku laħaq il-livell tal-2004. It-tieni, sensiela ta' kawżi miftuħin quddiem il-Qrati nazzjonali komplew joħolqu inċertezza legali għal-linji tal-ajru (18) u kienu jimplikaw spejjeż żejda imprevisti għal FN GmbH. Qabel ma setgħet tikseb il-liċenzja operatorja finali fl-2009, FN GmbH ma setgħetx timplimenta l-istrateġija tagħha minħabba l-kawżi li kienu għaddejjin u għażlet li ssolvi l-kawżi barra l-qorti. Madankollu, l-eżitu ta' suċċess kien jeħtieġ li FN GmbH tħallas kumpensi lill-partijiet għal dawn il-proċedimenti li laħqu l-EUR [5-10] miljun. It-tielet, it-traffiku tal-ajruport ġie ppenalizzat fl-2010 mix-xekkil tat-traffiku tal-ajru kkaġunat mill-iżbroff tal-vulkan Eyjafjallajokull tal-Islanda. Ir-raba', il-Ġermanja tosserva li f'Settembru 2010, daħħlet taxxa fuq il-passiġġieri, li xekklet il-kompetittività ta' Niederrhein-Weeze vis-à-vis ajruporti Ewropej oħrajn mhux soġġetti għal dik it-taxxa. Skont il-Ġermanja, dan sarraf fi tnaqqis fl-operazzjonijiet ta' Ryanair minn Niederrhein-Weeze, li ġarrab telf fil-volum tal-passiġġieri kemm fl-2011 kif ukoll fl-2012.

(70)

Il-Ġermanja tiddikjara li minkejja dawn l-avvenimenti avversi li mhumiex fil-kontroll ta' FN GmbH, EEL GmbH jew l-azzjonisti tagħhom, is-suċċess tal-proġett huwa muri mit-traffiku li żdied b'konsistenza tul il-perjodu investigat (ara l-Premessa 18), li laħaq jew saħansitra qabeż it-traffiku mbassar mid-diversi studji ta' esperti (ħlief fl-2011). Barra minn hekk, il-Ġermanja tindika li FN GmbH tista' żżid id-dħul mhux mill-avjazzjoni u ttejjeb il-profittabilità tagħha maż-żmien ukoll.

5.1.2.   Il-loġika wara l-finanzjament privat tal-ajruport

(71)

Il-Ġermanja tindika li Niederrhein-Weeze huwa ajruport bi “storja ta' suċċess”, peress li llum mhux talli huwa t-tielet l-ikbar ajruport f'Nordrhein-Westfalen, iżda huwa eżempju uniku ta' infrastruttura privatizzata mibjugħa bi prezz tas-suq. Il-Ġermanja żżid ukoll li l-investimenti fl-ajruport dejjem inżammu f'livell għoli ħafna. Fil-perjodu bejn l-2002 u l-2011, l-investimenti totali ta' FN GmbH ammontaw għal EUR [60-90] miljun, li EUR [20-30] miljun minnhom ġew applikati għall-iżvilupp ta' bini kummerċjali, EUR [10-20] miljun f'faċilitajiet tat-titjiriet u r-rampa tal-ajruport u EUR [5-10] miljun għat-tnedija u l-espansjoni ta' proġetti. Il-Ġermanja tiddikjara li mill-privatizzazzjoni tagħha, FN GmbH kontinwament setgħet tiddependi fuq riżorsi privati biex tiffinanzja dawn l-investimenti kbar, jiġifieri: (i) injezzjonijiet ta' kapital u self mingħand azzjonisti, (ii) self mingħand banek kummerċjali u (iii) il-profitti operatorji ta' FN GmbH stess.

(72)

Fir-rigward tal-appoġġ tal-azzjonisti ta' maġġoranza, il-Ġermanja tqis li ANH GmbH u l-azzjonisti tagħha stess kemm-il darba sostnew lis-sussidjarja tagħhom, FN GmbH, biex ikopru t-telf operatorju inizjali tagħha kif ukoll l-investimenti tagħha fl-infrastruttura tal-ajruport. Dan l-appoġġ ħa l-forma ta' injezzjonijiet ta' kapital u selfiet, li għalihom l-azzjonist ta' maġġoranza aċċetta li jniżżel il-klassifikazzjoni tal-kreditur tiegħu (Rangrücktritterklärung). B'dan il-mod, l-azzjonist ta' maġġoranza bidel ir-riċevibbli tad-dejn f'ekwità li ma setgħetx tibqa' parti mill-massa ta' insolvenza. Madankollu, il-Ġermanja tindika li l-azzjonisti privati waħedhom ma setgħux isostnu l-piż finanzjarju sħiħ għal investiment li jiswa daqstant, u kienu jeħtieġu sorsi addizzjonali ta' finanzjament, li l-awtoritajiet pubbliċi biss setgħu jipprovdu b'termini tas-suq. Dan l-appoġġ estern diġà kien ingħata kunsiderazzjoni fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-2003 (ara l-Premessa 95).

(73)

Fir-rigward tas-self mingħand banek kummerċjali, il-Ġermanja tiddikjara li FN GmbH setgħet tikseb kreditu mingħand banek kummerċjali ferm malajr bis-saħħa tas-suċċess kummerċjali tagħha. Skont il-Ġermanja, l-aċċess għall-banek kien ikun prova tas-sostenibbiltà ta' mudell tan-negozju li jiddependi fuq finanzjament privat. Fl-ewwel nofs tal-2009, FN GmbH setgħet tiffirma ftehim ta' self għal selfa għal investiment li kienet tammonta għal EUR [0-10] miljun mal-[bank]. Ir-rata tal-imgħax ta' din is-selfa kienet ta' [2-6] %, iżda soġġetta għas-subordinazzjoni tal-pretensjonijiet ta' EEL GmbH b'rabta mas-selfiet li din tal-aħħar kienet tat lil FN GmbH (b'hekk il-ħtieġa li EEL GmbH tniżżel il-klassifikazzjoni ta' kreditur tagħha). Il-maturità tas-self kienet stabbilita għall-31 ta' Diċembru 2010. Għaldaqstant, skont il-Ġermanja, meta mqabblin, il-kundizzjonijiet ta' kollateralizzazzjoni u r-rati tal-imgħax tal-kuntratti kienu favorevoli għal FN GmbH. FN GmbH raddet lura s-selfa tal-[bank] fid-data meta kienet dovuta. Il-Ġermanja żżid li l-[bank] offra lil FN GmbH żewġ faċilitajiet ta' kreditu (EUR [8-15] miljun u EUR [1-5] miljun) b'rata tal-imgħax indikattiva ta' [1-5] % (19) u li finanzjament b'lokazzjoni għal madwar EUR [0-3] miljun seta' jiġi ffirmat mal-[bank].

(74)

Fir-rigward tal-awtofinanzjament, il-Ġermanja tindika li FN GmbH setgħet tiffinanzja b'mod progressiv l-investimenti tagħha stess permezz tal-flussi tal-flus operattivi pożittivi. L-ewwel EBITDA pożittiv tagħha (qligħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-ammortizzament ġie osservat fl-2006 u l-ewwel profitt nett fl-2007, jiġifieri ftit snin biss wara li bdew l-operazzjonijiet. Barra minn hekk, il-Ġermanja tmaqdar il-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-figuri relatati mal-fatturat u l-kostijiet ta' FN GmbH fid-deċiżjoni ta' ftuħ għaliex din kienet żbaljata u qarrieqa. Għalhekk, il-Ġermanja pprovdiet l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-evoluzzjoni paragunata tal-fatturat u l-kostijiet tul il-perjodu bejn l-2003 u l-2010:

Tabella 4

Dħul u Spejjeż ta' FN GmbH matul il-perjodu bejn l-2003 u l-2010

(f'eluf ta' EURO)

f'TSena

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

Fatturat (Umsatz)

2 225

7 968

7 364

7 136

8 281

13 338

19 900

23 759

Dħul minn operazzjonijiet oħrajn (Sonstigebetriebliche Erträge)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

inkluża t-tranżazzjoni tal-art marbuta mat-taxxa (Grundstückstransaktion)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Xirjiet (Materialaufwand)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż tal-Persunal (Personalaufwand)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż fuq operazzjonijiet oħrajn (Sonstiger betrieblicher Aufwand)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(75)

Il-Ġermanja targumenta li, b'mod partikolari, il-Kummissjoni ma kinitx tagħti kont lill-kostijiet kollha marbutin mal-mandat pubbliku (kostijiet ta' attivitajiet mhux ekonomiċi) li mhumiex imputabbli għall-operazzjonijiet ta' kuljum tal-ajruport, u b'hekk tnaqqis il-profitt operatorju b'mod artifiċjali. Il-Ġermanja tqis li t-Tabella li ġejja tirrifletti l-profittabilità operatorja vera ta' FN GmbH:

Tabella 5

Struttura tal-kostijiet aġġustata ta' FN GmbH (ikklirjati minn spejjeż marbutin mal-mandat pubbliku)

(f'eluf ta' EURO)

Sena

2002

2003

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

Profitt skont ir-Rapport annwali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Mandat pubbliku

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(a)

Sigurtà u Sikurezza, li minnhom:

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Protezzjoni kontra n-nirien (persunal)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Amortizzament tal-kostijiet ta' investiment (Protezzjoni kontra n-nirien)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Kost ta' amortizzament (sorveljanza bil-vidjo)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Pattulja

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Persunal tas-Sigurtà

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(b)

Protezzjoni għall-passiġġiera u l-inġenji tal-ajru

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Apparati ta' kontroll (persuni u oġġetti)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Sigurtà tat-Titjiriet DFS TTC

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Amortizzament (Torri ta' Kontroll)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Profitt annwali aġġustat

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

EBITDA aġġustat

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

5.1.3.   Notifika tal-għajnuna — Il-kostruzzjoni tal-ajruport meqjusa bħala attività mhux ekonomika

(76)

Il-Ġermanja qieset li l-kostruzzjoni ta' ajruport mhijiex attività ekonomika li l-investituri privati jkunu lesti jwettqu waħedhom u li ma hemm ebda eżempju bħal dan fl-Ewropa (ara s-sezzjoni li jmiss). Skont il-Ġermanja, l-investituri privati jkunu ferm iktar interessati li joperaw infrastruttura tal-ajruport, li diġà teżisti, għaliex ir-riskji huma inqas u kontrollabbli.

(77)

Il-Ġermanja ssuġġerixxiet li l-kostruzzjoni tal-infrastruttura ta' ajruport ma għandhiex tibqa' parti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat sabiex jiġi rkuprat in-nuqqas ta' investiment privat f'dik iż-żona. Il-Ġermana targumenta li l-kostruzzjoni ta' infrastruttura bħal din tikkostitwixxi għodda li biha l-Istat jista' jixpruna żvilupp ekonomiku u ppjanar tal-art u l-istrutturi permezz tal-politika dwar it-trasport.

(78)

Barra minn hekk, il-Ġermana tqis li l-appoġġ pubbliku fil-każ ikkonċernat kien immirat l-iktar lejn attivitajiet ta' mandat pubbliku, li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat tal-Kummissjoni. Mill-[20-30] miljun [20-30] miljun minnhom kienu jkunu investiti fil-protezzjoni min-nirien u sistemi tas-sigurtà. Il-Ġermanja żiedet li l-EUR [2-5] miljun pendenti kienu ntużaw kollha sabiex jiffinanzjaw attivitajiet oħrajn fl-2011.

5.1.4.   Kunċett ta' għajnuna — Nuqqas ta' eżistenza ta' investitur ta' referenza ipotetiku

(79)

Il-Ġermanja hija tal-fehma li ma hemmx suq għall-iffinanzjar tal-infrastruttura ta' ajruport reġjonali bi sjieda privata fl-Ewropa. Skont il-Ġermanja, ftit biss huma l-ajruporti kompletament privatizzati fl-Ewropa. Glasgow-Prestwick jew Luton huma eżempji ta' ajruporti bħal dawn. Għad li ma kienet infetħet ebda investigazzjoni fl-għajnuna mill-Istat dwar ajruporti kompletament privati bħal dawn, il-Ġermanja xeħtet dubju fuq in-nuqqas ta' appoġġ pubbliku lil dawk l-ajruporti. Il-Ġermanja saħqet li anki fl-eżempju tal-ajruport Lübeck-Blankensee, il-muniċipalità pubblika ta' Lübeck reġgħet saret sid il-pjattaforma fl-2009. Din l-iskarsezza tas-sjieda privata tkun tappartjeni għal-livell għoli ta' spejjeż fissi li bilfors iridu jiġġarrbu fil-bini tal-infrastruttura ta' ajruport, rikonoxxuti mill-Kummissjoni fl-abbozz tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, li kienu qed jitħejjew matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali (20). Barra minn hekk, il-Ġermanja tosserva li l-inċertezzi legali maħluqin mill-proċess obbligatorju ta' ċertifikazzjoni tal-ajruport, is-sentenza konkomitanti tal-kawża Aéroports de Paris u l-iffirmar ta' trattat internazzjonali bejn il-Ġermanja u l-Pajjiżi l-Baxxi qatgħu qalb l-investituri privati milli jidħlu f'dan it-tip ta' proġett. Skont il-Ġermanja, il-valutazzjoni inizjali tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta' ftuħ għamlet ħażin li injorat il-fatt li l-banek kummerċjali kienu ovvjament kontra finanzjament tal-kostruzzjoni tal-ajruporti privati, u li ma kien hemm ebda suq funzjonanti f'dik iż-żona.

(80)

Il-Ġermanja tieħu l-pożizzjoni li l-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni ma kinitx imsejsa fuq kriterji ċari biex tivvaluta l-konformità mas-suq tal-miżuri investigati. Skont il-Ġermanja, għall-kuntrarju, il-Kummissjoni missha bbażat fuq il-ġurisprudenza stabbilita (21) fil-kuntest tas-servizzi postali universali, li jkunu jikkonfermaw li l-ħolqien u l-manutenzjoni ta' netwerk mhumiex konformi ma' approċċ purament kummerċjali. Il-Ġermanja tissuġġerixxi wkoll li bħala bażi tintuża l-prattika eżistenti tal-Kummissjoni, li biha l-Kummissjoni allegatament approvat miżuri ta' appoġġ simili. Biex issostni l-fehmiet tagħha, il-Ġermanja użat l-eżempju tal-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport Kassel-Calden.

(81)

Il-Ġermanja kkonkludiet li, fid-dawl tal-iżvilupp b'suċċess tal-ajruport, kwalunkwe investitur privat kien jinvesti fl-ajruport ta' Niederrhein-Weeze bħalma għamlet il-Ġermanja.

5.1.5.   FM GmbH ma tikkwalifikax bħala kumpanija f'diffikultà

(82)

Il-Ġermanja tiċħad il-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni li FN GmbH tista' tikkwalifika bħala kumpanija f'diffikultà skont it-tifsira tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tad-ditti f'diffikultà (“il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar”) (22),

(83)

Il-Ġermanja tibbaża dik id-dikjarazzjoni fuq ħames motivi. L-ewwel nett, FN GmbH kienet diġà tkun għamlet gwadanji wara fażi ta' bidu ferm qasira (l-ewwel EBITDA pożittiv fl-2006 — esklużi spejjeż ta' mandat pubbliku — u l-ewwel profitt nett fl-2007). Il-Ġermanja tosserva li fil-valutazzjoni tagħha tal-miżuri ta' finanzjament favur ajruporti reġjonali, il-Kummissjoni qatt ma kienet ikkwalifikat lil benefiċjarju li jkun qed jagħmel it-telf bħala kumpanija f'diffikultà matul il-fażi ta' bidu. Skont il-Ġermanja, jekk il-Kummissjoni tinsisti fuq dan ir-raġunament, ma jibqax ikun possibbli li jiġu ffinanzjati iktar infrastrutturi tal-ajruport.

(84)

It-tieni, il-Ġermanja targumenta li qatt ma kien ssodisfati l-kriterji “ibsin” għal ditta f'diffikultà. Il-Ġermanja topponi l-kummenti li saru fid-deċiżjoni ta' ftuħ dwar l-ekwità negattiva u żżid li l-azzjonist ta' maġġoranza żamm il-kumpanija finanzjarjament fuq saqajha — permezz ta' selfa, injezzjoni ġdida ta' kapital u l-ftehim li jnaqqas il-klassifikazzjoni tal-kreditur tiegħu (Rangrücktritterklärung). Barra minn hekk, il-Ġermanja tikkontesta l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi T-102/07 u T-120/07 Freistaat Sachsen/Il-Kummissjoni għaliex timplika awtomatiċità bejn l-eżistenza ta' ekwità negattiva u kwalifikazzjoni bħala kumpanija f'diffikultà. Skont il-Ġermanja, il-kriterju ta' ekwità negattiva huwa l-uniku wieħed minn bosta kriterji identifikati mill-Qorti Ġenerali sabiex jiġi stabbilit jekk ditta hijiex f'diffikultà.

(85)

It-tielet, il-Ġermanja tiddikjara li FN GmbH ma turi ebda sintomu li jissuġġerixxi li l-kumpanija hija f'diffikultà, peress li l-iżvilupp tan-negozju ta' FN GmbH kien pożittiv mindu fetħet. B'mod partikolari, il-fatt li t-tariffi tal-imgħax ta' FN GmbH jiżdiedu ma jurix diffikultajiet finanzjarji bħal djun esaġerati, iżda tirrifletti l-investiment ripetut tal-azzjonist ta' maġġoranza f'FN GmbH.

(86)

Ir-raba', il-Ġermanja targumenta li FN GmbH tista' ssolvi d-diffikultajiet finanzjarji tagħha bis-saħħa tal-profitti operatorji tagħha stess, self mingħand banek kummerċjali kif ukoll self u finanzjamenti riċevuti mingħand l-azzjonist ta' maġġoranza tagħha.

(87)

Fl-aħħar, il-Ġermanja tiddikjara li FN GmbH ma tistax titqies bħala kumpanija f'diffikultà skont il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, li jeskludu lil kumpaniji maħluqin inqas minn tliet snin mindu nħolqu (bħal FN GmbH GmbH) minn dik il-kwalifikazzjoni.

5.1.6.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni

(88)

Il-Ġermanja targumenta li, fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni naqset milli turi l-effetti tal-miżuri ta' appoġġ fuq il-kompetizzjoni fis-suq relevanti, li naqset milli tiddefinixxi.

(89)

Wara li għamlet dawn il-kummenti ġenerali, il-Ġermanja ħadet pożizzjoni dwar id-diversi miżuri investigati:

5.2.   Miżura 1: L-appoġġ ta' EEL GmbH lil FN GmbH

5.2.1.   Il-kontroll ta' EEL GmbH fuq FN GmbH

(90)

Il-Ġermanja ddikjarat li l-pagamenti kollha ffinanzjati mis-selfiet mogħtijin minn EEL GmbH lil FN GmbH kienu strettament ikkontrollati minn EEL GmbH, li ssorveljat it-trasferiment dirett tagħhom lill-kredituri f'isem (treuhänderisch) FN GmbH.

(91)

Skont il-Ġermanja, billi għamlet hekk, EEL GmbH setgħet tiżgura li r-riżorsi tagħha jkunu allokati b'mod esklussiv għal investimenti, u mhux għal operazzjonijiet ta' kuljum.

(92)

Barra minn hekk, il-Ġermanja tosserva li bħala azzjonisti ta' EEL GmbH, id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze ngħataw diversi drittijiet esklussivi fl-att ta' twaqqif ta' FN GmbH (Geschäftsvertrag) bħas-setgħa li jaħtru s-CEO ta' FN GmbH (użata fl-2004) u bosta drittijiet ta' veto rigward miżuri ta' ġestjoni individwali, kif ukoll il-modifiki jew il-bejgħ tal-kapital ta' FN GmbH. Dawn id-drittijiet ser jibqgħu validi sakemm FN GmbH tkun ħallset lura d-djun tagħha lil dawn iż-żewġ azzjonisti.

5.2.2.   Valutazzjoni ex ante tal-kundizzjonijiet tas-suq u l-investimenti meħtieġa

(93)

Il-Ġermanja argumentat li matul il-perjodu investigat, id-deċiżjonijiet kollha ta' investiment kienu msejsin fuq studji tas-suq li l-konklużjonijiet tagħhom kienu jindikaw b'mod sistematiku lejn il-ħtieġa tal-investiment.

(94)

F'dak ir-rigward, l-ewwel il-Ġermanja ssemmi studju tal-1998 (li sar minn […]) li, skont dan, il-proġett ta' Niederrhein-Weeze deher li kien ekonomikament solidu u sostenibbli. Il-Ġermanja semmiet studji oħrajn li saru ftit wara, li kienu jirrakkomandaw l-ispeċjalizzazzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport il-ġdid għas-segment tal-LCCs, li dak iż-żmien kien identifikat bħala l-iktar sors ta' tkabbir promettenti fl-aħħar tas-snin disgħin. Dak iż-żmien, il-kostruzzjoni ta' infrastruttura mfassla b'mod espliċitu għat-traffiku tal-LCCs, is-sitwazzjoni ġeografika tal-ajruport (li jilħaq madwar 35 miljun abitant), is-saturazzjoni tal-ajruporti ta' Amsterdam u Dusseldorf fl-inħawi tqiesu bħala vantaġġi kompetittivi.

(95)

Il-Ġermanja tirreferi wkoll għall-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju li kienu jiddependu mit-tkabbir mistenni tat-traffiku ta' LCCs, is-saturazzjoni tal-pjattaformi ta' ajruporti fl-inħawi, l-iffirmar ta' ftehimiet ma' Ryanair, biex jitbassar is-suċċess finanzjarju tal-ajruport. Minħabba l-ħtieġa li jiġu infurzati regoli dwar il-ħarsien ambjentali, fl-istess ħin FN GmbH ikkummissjonat tbassir tat-traffiku tal-ajru mingħand […] (“l-istudju […]”), li għall-2010 antiċipa traffiku ta' 2,88 miljun passiġġier, u għall-2020 traffiku li jvarja bejn 3,1 u 4.,85 miljun passiġġier. Il-Ġermanja tosserva li r-rekords tat-traffiku juru li l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju kien irrispettat bl-eżatt sal-2010, minkejja l-avvenimenti avversi deskritti hawn fuq.

(96)

Il-Ġermanja tkompli tispjega li fl-2009, fid-dawl tal-kamp ta' applikazzjoni mwessa' tal-attivitajiet ta' Ryanair fl-ajruport, FN GmbH ikkummissjonat pjan ta' direzzjoni tan-negozju ieħor li kopra s-snin 2009-2020 (“il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-2009”). Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ntbagħat lill-[bank], li seta' jieħu dan l-istudju f'kunsiderazzjoni meta jieħu d-deċiżjoni li jagħti selfa kummerċjali lil FN GmbH.

(97)

Fid-dawl ta' dawk l-elementi, il-Ġermanja kkontestat il-fehmiet preliminari tal-Kummissjoni li l-mudell tan-negozju ta' FN GmbH ma kienx sostenibbli u li l-proċess ta' privatizzazzjoni sar fuq kunsiderazzjonijiet politiċi u mhux fuq termini purament kummerċjali.

5.2.3.   Konformità mas-suq tas-selfiet ta' EEL Gmb lil FN GmbH

(98)

Il-Ġermanja ddikjarat li d-deċiżjoni ta' ftuħ tuża bażi legali żbaljata biex tivvaluta l-konformità mas-suq tar-rati tal-imgħax tas-selfiet mogħtijin minn EEL GmbH. Skont il-Ġermanja, il-Kummissjoni użat il-Komunikazzjoni tal-2008 mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (“il-komunikazzjoni tal-2008 dwar ir-Rata ta' Referenza”) (23) fil-valutazzjoni tagħha. Il-Ġermanja targumenta li peress li ħafna mill-miżuri investigati ngħataw bejn l-2003 u l-2005, il-Kummissjoni missha applikat l-avviż tagħha tal-1997 dwar il-metodu għad-determinazzjoni tar-rati ta' referenza u ta' skont (“il-komunikazzjoni tal-1997 dwar ir-Rati ta' Referenza”) (24).

(99)

Barra minn hekk, hi liema hi l-komunikazzjoni li hija applikabbli ratione temporis, il-Ġermanja xeħtet dubju fuq l-applikabbiltà ta' kwalunkwe rata ta' referenza tal-Kummissjoni għal dan il-każ għaliex allegatament ma hemm ebda suq finanzjarju funzjonanti għall-kostruzzjoni tal-infrastruttura ta' ajruport.

(100)

Il-Ġermanja żiedet li s-selfiet mogħtijin mill-awtoritajiet pubbliċi kienu totalment konformi mas-suq minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

(a)

il-ftehimiet kollha tas-selfiet kienu jipprovdu għar-ripagament tal-kapital dovut b'interessi legalment applikabbli u/jew konformi mas-suq;

(b)

is-selfiet kollha mogħtijin lil FN GmbH kienu kompletament u konsistentement iggarantiti minn (i) imposti fuq l-art tal-ewwel klassi (Grundschuld auf sämtliche Grundstücke), (ii) l-ishma tal-Airport Network BV fil-kapital ta' ANH GmbH u (iii) l-ishma ta' ANH GmbH fil-kapital ta' FN;

(c)

ir-rati tal-imgħax mogħtijin lil FN GmbH, li varjaw minn [1-8] %, il-ħin kollu kienu konformi mas-suq meta wieħed iqis il-kontribuzzjoni inizjali sinifikanti tal-injezzjonijiet ta' kapital privat (madwar [20-50] %) fil-finanzjament tal-proġett sħiħ u l-livell għoli ta' kollateralizzazzjoni;

(d)

dawk ir-rati tal-imgħax huma ekwivalenti għall-imgħaxijiet mogħtijin għas-selfiet ta' maturità ta' 10 snin li huma kollateralizzati għal 80 % bi proprjetajiet immobbli.

(101)

Fir-rigward tat-test tal-investitur privat, il-Ġermanja rreferiet għall-ġurisprudenza fil-kawża Ir-Repubblika Taljana v il-Kummissjoni. (25) li fiha l-Qorti ddikjarat li “Sabiex jiġi stabbilit jekk it-tali miżuri humiex għajnuna mill-Istat, hemm bżonn li jitqies jekk f'ċirkustanzi simili investitur privat ta' daqs paragunabbli għal dak tal-korpi li jamministraw is-settur pubbliku kienx jipprovdi kapital fit-tali ammont”. Il-Ġermanja argumentat li investitur privat minflok EEL kien jieħu f'kunsiderazzjoni l-obbligu ta' konformità legali u kien jaċċetta li l-profittabilità tal-investiment seta' jittardja minħabba l-ispejjeż ta' konformità, kif il-Kummissjoni diġà għarfet fil-kawża dwar l-għajnuna individwali preċedenti Einzelbeihilfe für Wasserwerke  (26). Il-Ġermanja żiedet ukoll li investitur privat jista' jieħu f'kunsiderazzjoni wkoll l-għamla/objettiv strateiċi tal-mudell tan-negozju sabiex jadatta l-projjezzjonijiet tal-profittabilità tiegħu. Skont il-punt 3.2 (v) tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 1984 dwar il-parteċipazzjonijiet ta' awtoritajiet Pubbliċi fil-kapital tal-kumpaniji (27), “l-għamla strateġika tal-investiment f'termini tas-swieq jew il-provvisti hija tali li l-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjoni azzjonarja tista' titqies bħala l-imġiba normali ta' fornitur ta' kapital, għad li l-profittabilità tkun ittardjata”. Il-Ġermanja kkonkludiet li din id-dispożizzjoni telimina l-possibbiltà li jeżisti vantaġġ ekonomiku li jinvolvi għajnuna mill-Istat.

5.3.   Miżura 2: Il-miżura ta' appoġġ tal-Land NordRhein Westfalen favur FN GmbH

(102)

Skont il-Ġermanja, il-miżura ta' appoġġ mogħtija permezz ta' deċiżjoni tal-Land Nordrhein Westfalen lil FN GmbH fil-15 ta' Ottubru 2002 għal ammont ta' EUR 3,525 miljun fil-fatt ma tikkostitwixxi ebda għajnuna jew tal-inqas għajnuna eżistenti skont it-tifsira tar-Regolament Proċedurali. Il-Ġermanja argumentat li l-miżura kienet ġiet adottata fuq il-bażi tad-Digriet tal-1993. Skont il-Ġermanja, id-digriet kien ġie adottat qabel l-avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE għal għajnuniet mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (“il-Linji Gwida tal-1994 dwar l-Avjazzjoni”) (28).

(103)

Il-Ġermanja żiedet li l-finanzjament tal-infrastrutturi tal-ajruport kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u ġew soġġetti għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni iktar tard biss, wara: (a) l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-linji gwida tal-Komunità dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna ta' bidu għal linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (“il-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni”) fl-2005 u (b) l-adozzjoni tas-sentenzi storiċi f'dak is-settur mill-Qorti Ġenerali u l-Qorit tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (29).

(104)

F'dan ir-rigward il-Ġermanja argumentat ukoll li l-Kummissjoni użat bażi legali żbaljata fid-deċiżjoni ta' ftuħ sabiex tivvaluta b'mod preliminari l-Miżura 2. Tabilħaqq, id-deċiżjoni ta' ftuħ (30) kienet ibbażata fuq il-verżjoni l-ġdida tad-Digriet tal-1993, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003, wara li ngħatat il-miżura.

(105)

Fl-aħħar, il-Ġermanja tqis li, peress li d-Digriet tal-1993, li fuq il-bażi tiegħu ġiet adottata l-miżura ta' għajnuna investigata, kien ġie rrevokat, il-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn tuża d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Proċedurali marbutin mal-għajnuna eżistenti.

5.4.   Miżura 3: Appoġġ dirett mid-distrett ta' Kleve lil FN GmbH

(106)

Il-Ġermanja tqis li l-għoti tal-finanzjament transitorju kien meħtieġ sabiex l-investiment privat ikun akkumpanjat fl-ajruport fil-fażi tal-bidu. Fir-rigward tar-rinunzja tal-obbligu ta' FN GmbH milli tħallas lura t-tieni segment tas-selfa, il-Ġermanja tiddikjara li d-distrett ta' Kleve ħa dik id-deċiżjoni b'mod deliberat peress li FN GmbH kienet issodisfat l-obbligu legali tagħha li toħloq tal-inqas 350 impjieg.

5.5.   Miżura 4: rifinanzjament pubbliku ta' EEL GmbH

(107)

Il-Ġermanja tikkontesta li r-rifinanzjament ta' EEL GmbH jikkostitwixxi operazzjoni li tinvolvi lill-Istat, peress li huwa sempliċi injezzjoni kapitali mwettqa minn azzjonisti ta' EEL GmbH. Il-Ġermanja tindika li r-rifinanzjament ta' EEL GmbH sar mis-sidien pubbliċi u banek privati.

(108)

Il-Ġermanja tiddikjara li d-deċiżjoni ta' ftuħ tgħodd l-għajnuna mill-Istat allegata darbtejn (rifinanzjament ta' FN GmbH minn EEL GmbH, u rifinanzjament ta' EEL GmbH mill-azzjonisti pubbliċi tagħha) għad li jifformaw miżura waħda biss. Il-Ġermanja tfakkar li l-Kummissoni kienet irrifjutat milli tipproċedi b'valutazzjoni doppja fil-każ Leipzig/Halle simili (31).

(109)

Il-Ġermanja tiċħad li EEL GmbH kienet involuta f'xi attività ekonomika u targumenta li, minflok, EEL GmbH għandha titqies bħala Veikolu bi Skop Speċjali (“SPV”) temporanju mwaqqaf sabiex jieħu ħsieb u jiżviluppa l-infrastruttura tal-ajruport. Il-Ġermanja tieħu l-pożizzjoni li EEL GmbH twaqqfet sabiex tkun iktar effiċjenti fil-ġestjoni tal-proġett miż-żewġ azzjonisti separati tagħha (id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze) u sabiex talloka l-appoġġ tal-bidu pprovdut minn dawn tal-aħħar b'mod iktar trasparenti. Skont il-Ġermanja, ebda investitur privat ma kien iwettaq l-istess attivitajiet bħal dawk ta' EEL GmbH.

(110)

Fl-aħħar, il-Ġermanja żiedet li EEL GmbH kienet qed tagħmel marġni ta' qligħ bis-saħħa tad-differenza bejn ir-rati tal-imgħax tas-selfiet riċevuti mill-azzjonisti tagħha u dawk mogħtijin lil FN GmbH.

5.6.   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà

(111)

Il-Ġermanja tiddubita kemm il-Kummissjoni vvalutat fil-fond il-kompatibbiltà tal-miżuri ta' appoġġ fid-deċiżjoni ta' ftuħ. Iżżid li, fid-dawl tal-kwistjoni marbuta mal-aspettattivi leġittimi spjegati hawn taħt, il-Kummissjoni la għandha tkompli għaddejja bl-investigazzjoni u lanqas ma għandha tikkunsidra xi rkupru tal-miżura ta' appoġġ. Fl-aħħar, il-Ġermanja tosserva li l-Kummissjoni diġà kienet approvat il-miżuri ta' appoġġ mogħtijin lill-ajruport ta' Kassel-Calden, li jixbhu lil dawk mogħtija lill-ajruport ta' Niederrhein-Weeze. Minn dan il-Ġermanja tikkonkludi li l-Kummissjoni għandha tiddikjara dawn tal-aħħar bħala kompatibbli mas-suq intern.

5.7.   Aspettattivi leġittimi

(112)

Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Ġermanja tenniet l-argumenti ta' qabel fir-rigward tal-aspettattivi leġittimi. Skont il-Ġermanja, il-Kummissjoni kienet tinformaha f'Lulju 2009 (32) li ma kellha ebda intenzjoni li tkompli tinvestiga l-każ u, b'hekk, kienet toħloq aspettattivi leġittimi. Il-Ġermanja kkonkludiet li mbagħad il-Kummissjoni kienet marbuta bil-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u missha għalqet l-investigazzjoni preliminari. Biex issostni l-fehmiet tagħha, il-Ġermanja ddikjarat li, fil-kawża Salzgitter, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kienet stabbilixxiet (33) li dewmien min-naħa tal-Kummissjoni sabiex teżerċita s-setgħat superviżorji tagħha u l-ordni tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat ma jrendix id-deċiżjoni ta' rkupru irregolari, ħlief f'każijiet eċċezzjonali (bħal din) li fihom ikun jidher ċar li l-Kummissjoni naqset milli taġixxi u jkun ovvju li tkun kisret id-dmir ta' diliġenza tagħha.

(113)

Il-Ġermanja argumentat li l-investigazzjoni formali tal-Kummissjoni injorat atti oħrajn tal-Kummissjoni bħad-Deċiżjoni Konver II tal-2005 (l-għoti ta' 14,9 miljun ECU għall-konverżjoni tal-eks ajruporti militari f'Nordrhein Westfalen) u l-Pjan ta' azzjoni għall-kapaċità, l-effiċjenza u s-sikurezza tal-ajruporti fl-Ewropa (34), li b'mod espliċitu jsejħu għall-ħolqien ta' infrastruttura ta' ajruport ġdid.

6.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

6.1.   Flughafen Düsseldorf GmbH

(114)

Flughafen Düsseldorf Gmbh (“Flughafen Düsseldorf”), l-operatur tal-ajruport ta' Düsseldorf, kien tal-fehma li l-erba' miżuri investigati affettwaw il-kompetizzjoni fis-Suq uniku u għandhom jiġu ddikjarati inkompatibbli. Skont Flughafen Düsseldorf, it-traffiku f'Niederrhein-Weeze kiber b'għaxar darbiet f'inqas minn għaxar snin sempliċiment għaliex l-istruttura tal-ispejjeż tal-ajruport tnaqqsu b'mod artifiċjali minħabba l-appoġġ pubbliku. Bil-bidu tal-operazzjonijiet ta' titjiriet f'Niederrhein-Weeze, Ryanair kienet użat b'mod abbużiv il-marka “Düsseldorf” fil-kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni tagħha, li qarrqu u ġibdu klijenti potenzjali lejn Niederrhein-Weeze a skapitu ta' Flughafen Düsseldorf.

6.2.   Niederrheinische Industrie— und Handelskammer Duisburg Wesel Kleve zu Duisburg

(115)

Niederrheinische Industrie— und Handelskammer Duisburg Wesel Kleve zu Duisburg (“Niederrheinische IHK”), il-kamra tal-kummerċ u l-industrija lokali, tindika li l-għeluq tal-ajruport militari wassal għal telf ta' 400 impjieg u madwar EUR 100 miljun dħul fis-sena għad-distrett filwaqt li, għall-kuntrarju, l-iżvilupp kummerċjali tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze kien ferm pożittiv u ħoloq iktar minn 1 200 impjieg fir-reġjun. Niederrheinische IHK tinnota wkoll li l-ajruport kiber skont il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-2003 u sar it-tielet l-ikbar ajruport reġjonali fil-Land. It-tnaqqis riċenti fit-traffiku tal-passiġġieri jkun fil-parti l-kbira dovut għall-introduzzjoni tat-taxxa fuq il-passiġġieri tal-ajru fil-Ġermanja.

6.3.   Erlebe-Fernreisen u Atlasreisen

(116)

Erlebe-Fernreisen GmbH (“Erlebe-Fernreisen”) u Atlasreisen Partnerunternehmen (“Atlasreisen”), żewġ aġenziji lokali tal-ivvjaġġar, appoġġjaw il-pożizzjoni tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze fil-proċedura. Erlebe-Fernreisen hija tal-fehma li t-tiġdid tal-ajruport militari u l-kooperazzjoni mal-maniġment tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze saħħew it-tkabbir tal-kumpanija. Atlasreisen tfakar il-ħila tal-ajruport meta għadda mill-proċess diffiċli ta' ċertifikazzjoni u l-introduzzjoni tat-taxxa fuq il-passiġġieri tal-ajru fil-Ġermanja.

6.4.   Agello

(117)

Agello Service GmbH (“Agello”), fornitur tas-servizzi tal-ajruporti, iqis li l-iżvilupp kummerċjali pożittiv tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze biddlu fit-tielet l-ikbar ajruport reġjonali fil-Land u jqisu bħala proġett Ewropew ta' suċċess. Fil-fehma tiegħu, it-tnaqqis riċenti fit-traffiku tal-passiġġieri huwa fil-parti l-kbira dovut għall-introduzzjoni tat-taxxa fuq il-passiġġieri tal-ajru fil-Ġermanja.

6.5.   Pro:niederrhein

(118)

Pro: niederrhein, grupp ta' ċittadini lokali li jappoġġjaw l-ajruport ta' Niederrhein-Weeze jqisu li l-miżuri vvalutati mhumiex illegali u li l-ajruport huwa importanti għar-reġjun, kif enfasizzat minn petizzjoni ffirmata minn iktar minn 20 000 persuna fl-2006.

6.6.   Tower Company u STI

(119)

Tower Company GmbH (“Tower Company”), il-fornitur tas-servizzi tal-ajruport inkarigata mis-sigurtà tat-titjiriet, u STI Security Training International GmbH (“STI”), il-fornitur tas-servizzi ta' kontroll tal-passiġġieri, iqisu li l-attivitajiet ta' mandat pubbliku li jwettqu ma jistgħux jiġu rilokati f'każ li jagħlaq l-ajruport. Jistiednu lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-impjiegi f'kunsiderazzjoni meta tagħmel il-valutazzjoni tagħha.

6.7.   Serve2fly u I-Punkt

(120)

Serve2fly Heico Losch Airport Service GmbH (“Serve2fly”), il-fornitur tal-groundhandling tal-ajruport, u I-Punkt GmbH (“I-Punkt”), kumpanija lokali tal-kostruzzjoni, iqisu li l-iżvilupp kummerċjali tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze kien ferm pożittiv u ħoloq iktar minn 1 000 impjieg f'din l-inqas parti żviluppata tar-reġjun ta' Nordrhein Westfalen. Serve2fly jargumenta li l-fehmiet spjegati fid-deċiżjoni ta' ftuħ imorru kontra l-linji gwida tal-Kummissjoni stess għaliex jipprevjenu lill-ajruporti lokali milli jikkompetu fis-suq. Serve2fly ifakkar li l-avvenimenti avversi esterni li l-ajruport kellu jkampa fihom u jistieden lill-Kummissjoni sabiex teħodhom f'kunsiderazzjoni.

6.8.   Gaetan Data

(121)

Gaetan Data GmbH (“Gaetan Data”), kumpanija lokali tat-taħriġ targumenta li l-ajruport jikkostitwixxi riżorsa unika f'termini ta' taħriġ tal-ajruport, u tqis li l-Kummissjoni għandha tlesti l-każ malajr.

6.9.   Van Boekel, RAS u SOV

(122)

Van Boekel GmbH (“Van Boekel”), kumpanija lokali attiva inter alia f'xogħlijiet ta' bini ta' toroq u disinjar tal-pajsaġġ, Rheinland Air Service Werft & Handel GmbH (“RAS”), il-fornitur tas-servizzi ta' riforniment tal-fjuwil tal-inġenji tal-ajru, u Schilling Omnibusverkehr GmbH (“SOV”), il-kumpanija tat-trasport bil-karozzi tal-linja li sservi lil Niederrhein-Weeze minn Kolonja u Düsseldorf, jargumentaw li llum l-ajruport huwa ajurport privat profittabbli b'dimensjoni verament Ewropea.

6.10.   NRN Energie

(123)

NRN Energie GmbH (“NRN Energie”) tiddikjara li l-ajruport kien iffinanzjat minn investitur privat, għall-kuntrarju tal-ajruport ta' Eindhoven, li seta' jisfrutta l-finanzjament addizzjonali tal-operazzjonijiet militari tal-Pajjiżi l-Baxxi. Fir-rigward tal-involviment pubbliku, NRN Energie tqis li s-selfiet pubbliċi ngħataw skont it-termini tas-suq. NRN Energie kellha l-istess tħassib bħall-Ġermanja dwar il-ksur tal-aspettattivi leġittimi.

6.11.   KPP

(124)

KPP Steuerberatungsgesellschaft mbH (“KPP”), kumpanija tas-servizzi ta' konsulenza dwar it-taxxi, tirreferi għar-redditu sinifikanti ([10-20] %) fuq il-kapital ta' FN GmbH fl-2010. KPP targumenta li s-selfiet riċevuti minn FN GmbH għandhom jitqiesu bħala kważi ekwità fil-parti l-kbira tagħhom u li, xorta waħda, dawn kienu kompletament kollateralizzati.

6.12.   Id-distrett ta' Kleve

(125)

Id-distrett ta' Kleve jappoġġja l-kummenti kollha li saru mill-Ġermanja, b'mod partikolari dawk marbutin mal-ksur tal-aspettattivi leġittimi. Jisħaq ukoll fuq id-domanda li dejjem qed tikber għal ajruporti reġjonali f'Nordrhein Westfalen, waħda mill-iktar żoni b'popolazzjoni densa fl-Ewropa, li ma tistax tiġi ssodisfata kompletament mill-ajruport fl-inħawi kważi saturat ta' Düsseldorf. Id-distrett ta' Kleve jżid li l-finanzjament tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze kien strettament konformi mal-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni, peress li dan tal-aħħar kien jikkwalifika bħala ajruport tal-kategorija D (sa, u inkluża, l-2007).

6.13.   FN GmbH

(126)

FN GmbH tappoġġja l-kummenit kollha li saru mill-Ġermanja fid-deċiżjoni ta' ftuħ, li tat is-sehem tagħha għalihom. FM GmbH tisħaq li l-miżuri investigati ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari s-selfiet mogħtijin minn EEL GmbH, li ngħataw bit-termini tas-suq. Skont FN GmbH, minkejja livell ferm sinifikanti ta' investiment fl-infrastruttura tal-ajruport (EUR [50-100] miljun), FN GmbH irnexxielha żżomm proporzjon għoli ta' ekwità (iktar minn [20-50] %) u tillimita s-sehem tal-miżuri ta' finanzjament investigati għal inqas minn [20-50] % fil-finanzjament globali. FN GmbH iżżid li kemm ir-rekords tat-traffiku kif ukoll il-profitti operatorji baqgħu jiżdiedu minn mindu bdew l-operazzjonijiet fl-2003 b'tali mod li FN GmbH beda jagħmel profitti annwali mill-2007. FN GmbH tosserva wkoll li d-dħul operatorju baqa' jiżdied u qabeż sew l-ispejjeż operatorji, li baqgħu stabbli. Skont FN GmbH, din il-prestazzjoni operazzjonali solida tkun saħansitra aħjar, li kieku l-kostijiet marbutin mal-ispejjeż ta' mandat pubbliku tnaqqsu mir-rapporti tal-introjtu.

(127)

FN GmbH tisħaq li mhijiex kumpanija f'diffikultà u li s-selfiet kollha ngħataw skont it-termini tas-suq. FN GmbH tiddikjara li, għal din il-klassi ta' kreditu, ir-rati tal-imgħax stabbiliti fis-selfiet mogħtijin minn EEL GmbH huma ogħla mir-rati tal-Bundesbank għal krediti kollateralizzati ġodda jew Pfandbriefindex (35) (flimkien ma' marġni normali ta' 80 sa 120 punt bażi)

6.14.   Partijiet terzi oħrajn

(128)

Ħames individwi jiddubitaw li:

(a)

l-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja kienet tirrifletti l-ammonti veri mogħtijin lil EEL GmbH u FN GmbH;

(b)

l-ajruport irnexxielu jibqa' miftuħ mingħajr selfiet pubbliċi;

(c)

ma kien hemm ebda suq finanzjarju funzjonanti li seta' jiffinanzja proġetti bħall-proġett tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze;

(d)

FN GmbH tkun f'pożizzjoni li tħallas lura s-selfiet u l-imgħaxijiet kollha fid-dati ta' ripagament fl-2016; f'dak ir-rigward il-partijiet terzi kkonċernati jargumentaw li l-Ġermanja kienet tkun imġiegħla taċċetta s-swap ta' dejn ma' ekwità kkontemplata fl-2011, li tkun tikkostitwixxi għajnuna illegali kif ukoll operazzjoni li ebda investitur privat ma kien iwettaq;

(e)

l-imgħax mitlub mill-Ġermanja lil FN GmbH jikkorrispondi għar-realtajiet tas-suq;

(f)

FN GmbH ħolqot 350 impjieg (li kienet prekundizzjoni imposta mill-Ġermanja fuq GmbH biex tirrinunzja għar-ripagament tat-tieni segment ta' EUR [2-5] miljun fl-2004);

(g)

il-valur reali tal-kollaterali pprovdut minn Airport Network B.V għas-selfiet mogħtijin lil FN GmbH huwa għoli (36);

(h)

investitur kien jieħu r-riskju li jagħti selfiet lil ajruport li ma kienx kiseb il-liċenza operatorja tiegħu mill-bidu nett.

7.   KUMMENTI TAL-ĠERMANJA DWAR IL-POŻIZZJONI TA' PARTIJIET TERZI

(129)

Il-Ġermanja ma kkunsidratx li l-elementi pprovduti mis-Sur Kleinschnittger jistgħu jintużaw b'mod validu fil-proċedura peress li jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali li d-deliberazzjonijiet tal-assemblea tad-distrett ta' Kleve, li kienet inġabret u ntbagħtet b'mod illegali lill-Kummissjoni.

(130)

Fir-rigward tal-kummenti li saru minn ċerti individwi, il-Ġermanja rreferiet għas-sottomissjonijiet tagħha tat-18 ta' Marzu 2013 u d-19 ta' Awwissu 2013, miġburin fil-qosor fis-Sezzjoni 5.

8.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

(131)

B'konformità mal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma tkun xi tkun u thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti hija inkompatibbli mas-suq intern, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(132)

Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma kumulattivi. Għaldaqstant, sabiex miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, trid tiġi ssodisfata kull waħda mill-erba' kundizzjonijiet. L-għajnuna finanzjarja trid:

tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat;

tiffavorixxi lil ċerti kumpaniji jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti;

toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni; u

taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(133)

F'dan il-każ, il-Ġermanja argumentat li EEL GmbH u l-azzjonisti tagħha aġixxew b'mod konsistenti bħala operaturi prudenti f'ekonomija tas-suq iggwidati minn skopijiet ta' profittabilità, u li l-miżuri vvalutati ma kienu jagħtu ebda vantaġġ ekonomiku li l-kumpanija ma kinitx tikseb fil-kundizzjonijiet normali tas-suq. Jekk tabilħaqq dan huwa l-każ, il-miżuri implimentati mill-Ġermanja ma jkunux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

8.1.   Aspettattivi leġittimi

(134)

Għall-kuntrarju ta' dak li targumenta l-Ġermanja, il-Kummissjoni ma ħolqot ebda aspettattiva leġittima fir-rigward tal-għeluq tal-investigazzjoni preliminari. L-ewwel nett, l-argument li l-Kummissjoni baqgħet inattiva huwa irrelevanti. Fil-Każijiet Magħquda Demesa u Territorio Histórico de Álava v Il-Kummissjoni  (37), il-Qorti kkonfermat li kwalunkwe nuqqas ta' azzjoni apparenti huwa irrelevanti meta miżura ta' għajnuna ma tkunx ġiet innotifikata lilha. Peress li l-Ġermanja naqset milli tinnotifika l-għajnuna (ara l-Premessa 247), il-Ġermanja ma tistax tinvoka aspettattiva leġittima. Il-Kummissjoni tosserva li r-referenza għall-ġurisprudenza ta' Salzgitter hija irrelevanti peress li din is-sentenza tikkonċerna biss il-perjodu ta' rkupru fil-każ ta' għajnuna ddikjarata inkompatibbli permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni u mhux il-perjodu ta' investigazzjoni preliminari kopert mill-kummenti tal-Ġermanja. Fl-aħħar, il-Kummissjoni tosserva li, peress li qatt ma kienet informat lill-Ġermanja dwar l-għeluq tal-każ inkwistjoni, hija intitolata tkompli bl-investigazzjoni formali tagħha.

8.2.   Kumpanija f'diffikultà

(135)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni sabet li ma setgħetx teskludi li FN GmbH kienet kumpanija f'diffikultà finanzjarja. Madankollu, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja, il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-sitwazzjoni finanzjarja ta' FN GmbH tjiebet maż-żmien:

(a)

il-kumpanija rnexxielha tiġġenera flussi tal-flus pożittivi f'inqas minn 5 snin mindu bdiet bl-operazzjonijiet (ara t-Tabella 5) u għamlet il-profitt sa tmiem l-2010, is-sena tal-aħħar miżura investigata,

(b)

il-kumpanija dejjem ibbenefikat mill-appoġġ tal-azzjonisti privati tagħha (ara l-Premessa 72 u eventwalment setgħet tikseb kreditu mingħand bank kummerċjali (ara l-Premessa 73),

(c)

Il-maniġment ta' FN GmbH qatt ma kkontempla li jiddikjara falliment matul dak il-perjodu.

(136)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li l-kumpanija qatt ma kienet fis-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 9 tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar li fiha l-kumpanija ma “kinitx tkun kapaċi, la bir-riżorsi tagħha stess u lanqas bil-fondi li kapaċi tikseb mis-sid/azzjonisti jew kredituri tagħha, iġġarrab telf li, migħajr intervent estern tal-awtoritajiet pubbliċi, kważi żgur jikkundannaha għal falliment fit-terminu qasir jew medju.”. Il-Kummissjoni tikkonkludi li FN GmbH ma għandhiex tikkwalifika bħala kumpanija f'diffikultà.

8.3.   L-Eżistenza ta' Għajnuna li Tikkonċerna s-Selfiet Mogħtijin lil FN GmbH (Miżura 1)

8.3.1.   Il-Kunċetti ta' Impriża u Attività Ekonomika

(137)

Sa dan l-aħħar, l-iżvilupp tal-ajruporti kien spiss determinat minn kunsiderazzjonijiet purament territorjali jew, f'xi każijiet, minn rekwiżiti militari. L-operat tal-ajruporti kien organizzat bħala parti mill-amministrazzjoni aktar milli bħala intrapriża kummerċjali. Il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti u l-operaturi tal-ajruporti ġiet limitata wkoll u żviluppat gradwalment.

(138)

Madankollu, dik is-sitwazzjoni inbidlet tul dawn l-aħħar snin. Għalkemm dawk il-kunsiderazzjonijiet dwar l-ippjanar tal-użu tal-art u l-istrutturi amministrattivi jistgħu jippersistu f'xi każijiet, il-maġġoranza tal-ajruporti ġew inkorporati taħt il-liġi kummerċjali sabiex ikunu jistgħu jaħdmu f'termini tas-suq f'ambjent dejjem aktar kompetittiv. Il-proċess tat-trasferiment għas-settur privat normalment ħa l-forma ta' privatizzazzjoni jew ta' ftuħ progressiv ta' kapital. F'dawn l-aħħar snin, id-ditti tal-ekwità privata u tal-fondi ta' investiment u tal-pensjoni urew interess kbir fl-akkwist tal-ajruporti, kif muri fil-każ inkwistjoni.

(139)

Kif indikat fil-paragrafu 44 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (“Il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni”) (38), l-iżvilupp gradwali tas-setgħat tas-suq fis-settur tal-ajruport ma jippermettix li tiġi stabbilita data preċiża li minnha l-operazzjoni ta' ajruport għandha titqies mingħajr ebda dubju bħala attività ekonomika. Madankollu, il-Qrati tal-Unjoni rrikonoxxew l-evoluzzjoni fl-għamla tal-attivitajiet tal-ajruport. F“Ajruport ta' Leipzig/Halle (39), il-Qorti Ġenerali ddikjarat li, mid-data li fiha nqatgħet is-sentenza f“Aéroports de Paris”, l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport ma setgħetx tibqa' tiġi eskluża. Konsegwentement, mid-data tas-sentenza f“Aéroports de Paris” (it-12 ta' Diċembru 2000), l-operazzjoni u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport iridu jitqiesu li jaqgħu taħt l-ambitu tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

(140)

Fir-rigward ta' dan il-każ, is-selfiet varji mogħtija lil FN GmbH minn EEL GmbH, soġġetti għal proċedura ta' investigazzjoni formali, sabiex jiffinanzjaw il-bini tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze, ingħataw mill-2003, jiġifieri wara s-sentenza ta' Aéroports de Paris. B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li hija intitolata teżamina s-selfiet kollha mogħtija lil FN GmbH minn EEL GmbH.

8.3.2.   Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat

(141)

Il-kunċett ta' għajnuna jinkludi kull benefiċċju li direttament jew indirettament huwa ffinanzjat minn mezzi statali u li jingħata mill-Istat stess jew minn istituzzjonijiet li huma attivi fuq il-bażi ta' mandat pubbliku.

(142)

F'dan il-każ, il-konċedent tal-għajnuna, EEL GmbH, huwa proprjetà ta' korpi pubbliċi biss, jiġifieri tad-distrett ta' Kleve minn naħa u l-muniċipalità ta' Weeze min-naħa l-oħra. Għal din ir-raġuni, hija impriża pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE (40) dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi.

(143)

L-influwenza predominanti tad-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze f'dan iż-żmien jidher biċ-ċar fl-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja peress li d-distrett ta' Kleve (52 %) u l-muniċipalità ta' Weeze (48 %) huma l-uniċi azzjonisti ta' EEL GmbH. Barra minn hekk, il-bord maniġerjali ta' EEL GmbH jikkonsisti f'żewġ rappreżentanti ta' korpi pubbliċi, jiġifieri s-sindku tal-muniċipalità ta' Weeze u l-Landrat tad-distrett ta' Kleve.

(144)

L-influwenza deċiżiva tal-awtoritajiet pubbliċi fuq EEL GmbH hija finanzjarja wkoll minħabba l-fatt imsemmi hawn fuq li matul is-snin 2004-2005, EEL GmbH irċiviet mingħand l-azzjonisti tagħha bosta sussidji (“benefiċċji likwidi” u injezzjonijiet ta' kapital). B'hekk, kien hemm appoġġ finanzjarju dirett mogħti lil EEL GmbH mill-amministrazzjoni pubblika.

(145)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li EEL GmbH hija impriża pubblika u li r-riżorsi tagħha jridu jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat.

(146)

Madankollu, il-Qorti ddikjarat ukoll li, anki jekk l-Istat huwa f'pożizzjoni li jikkontrolla impriża pubblika u jeżerċita influwenza dominanti fuq l-operazzjonijiet tagħha, l-eżerċizzju propju ta' dak il-kontroll f'każ partikolari ma jistax jiġi supponut b'mod awtomatiku. Impriża pubblika tista' taġixxi b'aktar jew anqas indipendenza, skont il-grad ta' awtonomija mogħtija lilha mill-Istat. Għalhekk, is-sempliċi fatt li impriża pubblika tkun taħt il-kontroll tal-Istat mhuwiex biżżejjed sabiex il-miżuri meħudin minn dik l-impriża, bħas-selfiet inkwistjoni, ikunu imputabbli lill-Istat. Il-Qorti indikat li l-imputabbiltà lill-Istat ta' miżura ta' għajnuna meħuda minn impriża pubblika tista' tinstab b'sett ta' indikaturi.

(147)

Dawn l-indikaturi jistgħu jinkludu l-integrazzjoni tal-impriża fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika, l-għamla tal-attivitajiet tagħha u l-eżerċizzju ta' dawn tal-aħħar fis-suq f'kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni ma' operaturi privati, l-istatus legali tal-impriża (jiġifieri hijiex soġġetta għal-liġi pubblika jew id-dritt soċjetarju ordinarju), l-intensità tas-superviżjoni eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-maniġment tal-impriża, jew kwalunkwe indikatur ieħor li, fil-każ partikolari, juri involviment mill-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni ta' miżura jew l-improbabbiltà li ma jkunux involuti, filwaqt li jitqies il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżura wkoll, il-kontenut tagħha jew il-kundizzjonijiet li fiha.

(148)

L-ewwel nett ta' min jinnota li proġetti ta' investimenti kbar li jaffettwaw ajruport huma ta' interess għall-awtoritajiet lokali, li spiss ikunu involuti sa ċertu livell fi proġetti bħal dawn. Dan għaliex ajruport jista' jkollu rwol fundamentali f'bosta politiki: il-politika ta' trasparenza, il-politika ta' żvilupp ekonomiku reġjonali jew nazzjonali jew il-politika ta' ppjanar tal-belt żgħira jew tal-pajjiż. Fil-każ inkwistjoni, fil-fatt, l-ajruport huwa operat minn kumpanija privata. Minkejja dan, id-deċiżjoni li dak li kien ajruport militari jinbidel f'ajruport ċivili u jinbiegħ lil investitur privat kienet waħda politika. Barra minn hekk, id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze kellhom rwol fundamentali f'din il-konverżjoni.

(149)

Il-Kummissjoni tosserva li EEL GmbH twaqqfet miż-żewġ korpi pubbliċi reġjonali sabiex tħejji l-proprjetà immobbli tal-ajruport għal użu kummerċjali usa' bħala ajruport ċivili u sabiex tieħu ħsieb il-proprjetà immobbli sakemm investitur privat jieħu kollox f'idejh, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tal-att li waqqafha (Gesellschaftsvertrag) (41) tas-16 ta' Diċembru 1999. Kif spjegat fil-Premessa 32, din l-attività waqfet sakemm l-attività tal-kumpanija reġgħet qabdet f'April 2003. Minn dak iż-żmien, l-għamla tal-attivitajiet ta' EEL GmbH baqgħet limitata għall-allokazzjoni ta' investimenti ġodda fl-ajruport ta' Niederrhein-Weeze, li għadha konsistenti mal-missjoni oriġinali tagħha.

(150)

Barra minn hekk, bejn l-1999 u l-2001, l-ajruport ġie operat mid-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze (permezz tal-FN GmbH li hija proprjetà pubblika) u EEL GmbH inħolqot apposta sabiex tiżgura l-funzjonament tal-ajruport ċivili fil-ġejjieni.

(151)

Minn dan li ntqal hawn fuq jirriżulta li EEL GmbH għandha titqies bħala veikolu mwaqqaf, kif diġà ġie spjegat fil-Premessa 109, mid-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze sabiex tilħaq l-objettivi tal-politika pubblika tagħhom fir-rigward tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze u, b'mod partikolari, il-bidla minn użu militari għal ċivili, li l-miżuri inkwistjoni kellhom l-għan li jiffinanzjaw u jakkumpanjaw. Dawn huma indikazzjoni ċarissima li l-miżuri inkwistjoni huma imputabbli lid-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze.

(152)

Barra minn hekk, id-deċiżjoni li jingħataw selfiet u estensjonijiet ta' dawn is-selfiet lil FN GmbH permezz ta' EEL GmbH ittieħdet mill-azzjonisti ta' EEL GmbH, li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet pubbliċi. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li ż-żewġ azzjonisti pubbliċi stabbilixxew il-kamp ta' applikazzjoni, il-kontenut u l-kundizzjonijiet għal kull selfa mogħtija minn EEL GmbH lil FN GmbH, kif enfasizzat fil-minuti tal-assemblea ġenerali ta' EEL GmbH.

(153)

Barra minn hekk, is-selfiet kollha mogħtijin minn EEL GmbH lill-kumpanija li topera l-ajruport, FN GmbH, ġew iffinanzjati mid-distrett ta' Kleve (42). Din hija indikazzjoni oħra li d-deċiżjonijiet sabiex jingħataw selfiet u riportamenti lil FN GmbH fil-fatt ittieħdu mill-awtoritajiet pubbliċi.

(154)

Barra minn hekk, EEL GmbH ma kellha ebda bord tad-diretturi. Iż-żewġ diretturi maniġerjali huma rappreżentanti tal-azzjonisti pubbliċi. Direttur maniġerjali minnhom tal-kumpanija huwa l-Landrat, jiġifieri l-kamp tad-distrett ta' Kleve u d-direttur maniġerjali l-ieħor huwa s-sindiku tal-muniċipalità ta' Weeze. Barra minn hekk, EEL GmbH ma għandha ebda persunal permanenti u hija mmexxija minn uffiċjal pubbliku wieħed mid-distrett ta' Kleve. Minn dawn l-elementi jidher li kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn EEL GmbH fil-fatt hija adottata minn rappreżentanti mill-azzjonisti pubbliċi, li jmexxuha fuq bażi ta' kuljum minbarra li għandhom kariga fil-korpi governattivi tagħha. Dan jikkonferma li l-miżuri inkwistjoni huma imputabbli lill-azzjonisti pubbliċi.

(155)

Barra minn hekk, minkejja li għandha l-forma legali ta' kumpanija privata, EEL GmbH hija soġġetta għar-regoli kontabilisti pubbliċi (43).

(156)

Fl-aħħar, hemm il-pjan li EEL GmbH tiġi dissolta ladarba FN GmbH tkun ħallset lura s-selfiet u l-imgħaxijiet kollha dovuti lilha. Għalhekk, kif argumentat il-Ġermanja, EEL GmbH għandha tiqties bħala veikolu maħluq miż-żewġ azzjonisti pubbliċi, li l-unika funzjoni tagħhom hija li jiġbru riżorsi li jiġu allokati lil FN GmbH għal skopijiet ta' investiment. Dan jikkonferma wkoll li l-miżuri jistgħu jiġu imputati lil dawn l-azzjonisti pubbliċi.

(157)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-deċiżjonijiet meħudin minn EEL GmbH sabiex tagħti s-selfiet u l-estensjonijiet tal-iskadenzi tar-ripagamenti li jifformaw il-Miżura 1 lil FN GmbH jikkostitwixxu trasferiment ta' riżorsi tal-Istat u huma imputabbli lill-Istat.

8.3.3.   Vantaġġ ekonomiku selettiv — Il-prinċipju ta' kreditur/investitur f'ekonomija tas-suq

(158)

Sabiex tivverifika jekk impriża bbenefikatx minn vantaġġ ekonomika li rriżulta mill-għoti ta' selfa b'termini vantaġġjużi, il-Kummissjoni tapplika l-kriterju tal-“prinipju tal-operatur ekonomiku fis-suq”. Skont dan il-prinċipju, kapital imqiegħed għad-dispożizzjoni ta' kumpanija mill-Istat, b'mod dirett jew indirett, f'ċirkustanzi li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq, ma għandux jikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. (44)

(159)

Għalhekk, il-Kummissjoni l-ewwel trid tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tal-erba' selfiet u ż-żewġ estensjonijiet tas-selfiet ipprovduti minn EEL GmbH lil FN GmbH jagħtux vantaġġ ekonomiku lil din tal-aħħar, li ma kinitx tikseb fil-kundizzjonijiet normali tas-suq. F'dan il-każ, il-Ġermanja spjegat li, fir-rigward tal-erba' selfiet, l-impenji ta' self favur FN GmbH minn banek kummerċjali kienu ferm improbabbli dak iż-żmien (2003-2005), kif spjegat iktar 'il fuq.

(160)

Id-determinazzjoni tal-element ta' għajnuna tal-miżuri tirreferi għall-kunċett ta' għajnuna mill-Istat u, kif iddikjarat b'mod konsistenti l-Qorti tal-Ġustizzja, “il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat irid jiġi applikat għal sitwazzjoni oġġettiva, li trid tiġi vvalutata dakinhar li fiha l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha”. Sabiex tivvaluta jekk is-selfiet minn sorsi publiċi ngħatawx skont it-termini tas-suq u jekk jinvolvux vantaġġ mingħand il-mutwanti, il-Kummissjoni, fin-nuqqas ta' rata tas-suq paragunabbli, tista' tibbaża fuq indikaturi tar-rata ta' referenza. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-metodu xieraq biex tistabbilixxi l-element tal-għajnuna huwa l-metodu ddikjarat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (“il-Komunikazzjoni tal-2008 dwar ir-Rati ta' Referenza”) (45), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2008. Il-Kummissjoni tipproponi li teżamina l-miżuri inkwistjoni fid-dawl ta' dik il-komunikazzjoni (46).

(161)

Skont il-komunikazzjoni tal-2008 dwar ir-Rata ta' Referenza, il-marġni tar-rata tal-imgħax ta' selfa jiddependi mil-livell ta' kollateralizzazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-mutwatarju. Konsegwentement, sabiex tistabbilixxi r-rata tal-imgħax xierqa li tikkonforma mas-suq, il-Kummissjoni trid tieħu f'kunsiderazzjoni l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' FN GmbH u l-valur tal-kollateral li bih ġiet koperta s-selfa.

Il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' FN GmbH

(162)

Matul il-perjodu li fih ingħataw l-ewwel erba' selfiet, FN GmbH ma kinitx ġiet ikklassifikata minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u lanqas ma kien hemm klassifikazzjoni interna ta' bank disponibbli. Għalhekk, il-Ġermanja kkummissjonat il-kumpanija konsulenti […] (“il-Konsulent”) sabiex tagħti stima tal-klassifikazzjoni ta' FN GmbH għal kull waħda mis-snin li fihom ingħataw is-selfiet 1 sa 4. Il-Konsulent ipprova stima tal-probabbiltà tal-inadempjenza (PD) ta' sena u l-klassifikazzjoni. Imbagħad, dawn l-istimi ġew ivverifikati u kkonfermati mill-kumpanija tal-awditjar […].

(163)

L-istimi tal-Konsulent saru fuq il-bażi tar-Regolament tal-2006 dwar is-Solvabilità. (47) li jimplimenta r-regoli ta' Basel II fil-Ġermanja. Skont ir-Regolament dwar is-Solvabilità, il-banek iridu jikkalkolaw il-probabilità tal-inadempjenza ta' sena fil-kuntest tal-hekk imsejjaħ Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni (IRBA). Madankollu, ċerti tipi ta' finanzjament, imsejħin Spezialfinanzierungen, huma esklużi mill-obbligu li tiġi kkalkolata PD. Għal dawn it-tipi ta' finanzjament, ir-Regolament dwar is-Solvabilità jistabbilixxi sempliċi ponderazzjoni tar-riskju minflok. Il-Konsulent ibbaża l-istima tiegħu tal-PD u l-klassifikazzjoni fuq il-metodu ssimplifikat ta' valutazzjoni. Skont dak il-metodu, huma vvalutati l-ħames fatturi li ġejjin: is-saħħa finanzjarja tal-Mutwatarju; l-ambjent politiku u legali; il-karatteristiċi tan-negozju; is-saħħa tas-sid; il-kollateralizzazzjoni.

(164)

Il-PD għal kull waħda mis-selfiet hija vvalutata bejn [0,5-3] % u [1-5] %. Skont il-Konsulent, din il-PD tikkorrispondi għal klassifikazzjoni ta' […]. Ta' min jinnota li din l-evalwazzjoni tal-klassifikazzjoni tinkludi stima tal-livell ta' kollateral u b'hekk it-telf fil-każ ta' inadempjenza (LGD) assoċjat ma' kull waħda mis-selfiet. Dan ifisser li l-klassifikazzjoni pprovduta mill-Konsulent diġà tinkludi fiha żieda potenzjali għall-forniment ta' kollateral u tirrappreżenta l-klassifikazzjoni tal-ħarġa (għall-kuntrarju ta' klassifikazzjoni tal-emittent). Madankollu, ir-rapport tal-Konsulent ma jinkludix informazzjoni dwar il-valur tal-kollateral ipprovdut għas-selfiet inkwistjoni u ma jipprovdix informazzjoni dwar il-livell propju ta' LGD assoċjat ma' kull selfa.

(165)

Jekk jiġu kkunsidrati biss l-ewwel erba' fatturi vvalutati mill-Konsulent (u jiġi eskluż l-aħħar wieħed, il-“Kollateralizzazzjoni”), l-istimi tal-Konsulent għandhom ipprovdu klassifikazzjoni li tqarreb il-klassifikazzjoni tal-emittent. Pereżempju, il-medja tal-punteġġi tal-ewwel erba' fatturi hija ta' [1-5] li tista' tiġi interpretata li hija qrib klassifikazzjoni ta' […]. Il-klassifikazzjoni tal-emittent tapplika għas-selfiet 1, 2 u 3. Għas-Selfa 4, il-klassifikazzjoni tal-emittent stmata skont dan l-approċċ hija […].

(166)

Il-Kummissjoni tosserva li r-rapport li sar mill-Konsulent iħalli xi dubji dwar il-kwalità tal-valutazzjoni tal-klassifikazzjoni. Barra minn hekk, l-istima tal-klassifikazzjoni trid titqies b'ċerta kawtela għaliex il-Konsulent ma għandu ebda relazzjoni kredizja mal-Mutwatarju. Madankollu, l-istima tal-klassifikazzjoni hija kemxejn baxxa fl-iskala tal-klassifikazzjoni użata mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u ma tidhirx li hija inkonsistenti mal-istima tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li saret minn [bank] għal iktar tard.

(167)

Barra minn hekk, il-Ġermanja pprovdiet l-istima tal-probabilità ta' inadempjenza (PD) ta' sena ta' FN GmbH użata mill-[bank] għall-2009 u l-2010. [bank] ipprovda selfa ta' sentejn ta' EUR [4-10] miljun lil FN GmbH fl-2009. [bank] stima l-PD ta' sena bħala [1-5] % fl-2009 u anki fl-2010. Skont l-istimi tal-probabilitajiet medji ta' inadempjenza ppubblikati mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni (48), PD ta' sena ta' [1-5] % tikkorrispondi għal klassifikazzjoni ta' bejn […] u […].

Kollateral u Telf fil-Każ ta' Inadempjenza  (49)

(168)

L-ewwel selfa hija ggarnatita mill-kollateral li ġej fi żmien meta ngħatat is-selfa (11 ta' April 2003):

(a)

Tariffa fuq l-art u l-binjiet tal-ajruport (madwar 6,2 miljun M. kw.). FN GmbH xtrat l-art mingħand l-Istat Ġermaniż fl-2002 għall-prezz ta' EUR [5-20] M. Rapport ta' evalwatur indipendenti li sar f'Settembru 2002 jindika li l-valur tas-suq tal-art huwa ta' madwar EUR [5-20]M. Il-valur kontabilistiku tal-assi fit-tul tal-Ajruport fi tmiem l-2002 (inklużi l-investimenti fl-art u l-binjiet) kien ta' madwar EUR [5-20] M. Fi żmien meta ngħatat l-ewwel Selfa, fuq l-art kien hemm ipoteka ta' prijorità favur […] li kienet tiswa EUR [1-6] M.

(b)

Garanzija personali tas-Sur […]; il-Ġermanja ma pprovdietx informazzjoni dwar il-valur tal-proprjetà personali tal-garanti.

(c)

Rahan tal-ishma ta' Airport Network (AV) B.V. f'Airport Niederrhein Holding (ANH) GmbH; il-Ġermanja ma pprovdietx informazzjoni dwar il-valur ta' dawn l-ishma.

(d)

Rahan tal-ishma ta' ANH GmbH in FN GmbH; il-Ġermanja ma pprovdietx informazzjoni dwar il-valur ta' dawn l-ishma.

(169)

Jekk jiġi kkunsidrat il-valur kontabilistiku tal-assi fit-tul tal-Ajruport (EUR [5-20] M) u titnaqqas il-pretensjoni prijoritarja ta' […] (EUR [1-6] M), jifdal madwar EUR [5-15] M sabiex ikopru l-pretensjonijiet tal-Mutwanti (EUR [5-15] M). B'hekk, l-LGD huwa stmat għal madwar […] % (50). Aktarx li din hija l-iktar stima konservattiva tal-LGD peress li hemm ċertu valur addizzjonali li jista' jiġi attribwit għall-garanzija personali u r-rahan tal-ishma li dwaru hemm informazzjoni nieqsa wkoll.

(170)

It-tieni selfa kienet iggarantita bil-kollateral li ġej fiż-żmien li ngħatat is-selfa (17 ta' Ġunju 2004).

(a)

Rahan fuq l-art u l-binjiet tal-ajruport. Il-valur kontabilistiku tal-assi fit-tul tal-Ajruport fi tmiem l-2003 (inklużi l-investimenti fl-art u l-binjiet) kien ta' madwar EUR [20-40]miljun. Meta ngħatat is-Selfa 2 kien hemm ipoteka prijoritarja favur […] li tiswa EUR [1-6] miljun u ipoteka prijoritarja favur EEL GmbH għall-ewwel selfa li tiswa EUR [11-20] M (ara s-Selfa 1 iktar 'il fuq).

(b)

Rahan tal-ishma ta' Airport Network (AV) B.V. f'Airport Niederrhein Holding (ANH) GmbH. Il-Ġermanja ma pprovdietx informazzjoni dwar il-valur ta' dawn l-ishma.

(c)

Rahan tal-ishma ta' ANH GmbH f'FN GmbH. Il-Ġermanja ma pprovdietx informazzjoni dwar il-valur ta' dawn l-ishma.

(171)

Jekk jiġi kkunsidrat il-valur kontabilistiku tal-assi fit-tul tal-ajruport (EUR [20-40] miljun) u jitnaqqsu ż-żewġ pretensjonijiet prijoritarji ta' […] u EEL GmbH (EUR [1-6] M u EUR [11-20] M) jifdal madwar EUR [10-25] M biex ikopru l-pretensjonijiet ta' EEL GmbH mis-Selfa 2 (EUR [1-5] miljun). F'dan il-każ, ir-rata ta' rkupru stmata hija qrib […] %. B'hekk, l-LGD huwa stmat għal […].

(172)

It-tielet selfa kienet iggarnatita mill-kollateral li ġej meta ngħatat is-selfa (28 ta' Lulju 2004).

(a)

Rahan fuq l-art u l-binjiet tal-ajruport. Il-valur kontabilistiku tal-assi fit-tul tal-Ajruport fi tmiem l-2003 (inklużi l-investimenti fl-art u l-binjiet) kien ta' madwar EUR [20-40] M. Meta ngħatat is-Selfa 3, fuq l-art kien hemm ipoteka prijoritarja favur […] li tiswa EUR [1-6] M u ipoteka prijoritarja favur il-Mutwanti għall-ewwel u t-tieni selfiet li b'kollox jiswew EUR [10-20] M.

(b)

Rahan tal-ishma ta' Airport Network (AV) B.V. f'Airport Niederrhein Holding (ANH) GmbH. Il-Ġermanja ma pprovdietx informazzjoni dwar il-valur ta' dawn l-ishma.

(c)

Rahan tal-ishma ta' ANH GmbH f'FN GmbH. Il-Ġermanja ma pprovdietx informazzjoni dwar il-valur ta' dawn l-ishma.

(d)

Rahan tal-impriża ta' FN GmbH. Ma hemm ebda informazzjoni dwar il-valur ta' dan il-kollateral.

(173)

Jekk jittieħed f'kunsiderazzjoni l-valur kontabilistiku tal-assi fit-tul tal-Ajruport (EUR [20-40] M) u jitnaqqsu ż-żewġ pretensjonijiet prijoritarji ta' […] u EEL GmbH (EUR [1-6] M u EUR [10-20] M) jifdal madwar EUR [10-20] M biex ikopru l-pretensjonijiet tal-Mutwanti mis-Selfa 3 (EUR [2-5] M). F'dan il-każ, ir-rata ta' rkupru hija ta' madwar […] %. B'hekk, l-LGD huwa stmat għal […].

(174)

Meta ngħatat is-Selfa 4 (l-1 ta' Lulju 2005), is-selfiet kollha li ngħataw qabel flimkien mal-imgħax mhux imħallas li kien għadu dovut ta' madwar EUR [0,5-3] M ġew estiżi bl-istess maturità (31 ta' Diċembru 2010). L-ammont totali tas-selfa tela' għal EUR [20-30] M flimkien ma' EUR [0,5-3] M għall-imgħax mhux imħallas. Il-kollateral maqbul biex jiġu ggarantiti dawn il-pretensjonijiet ta' EEL GmbH kien dan li ġej:

(a)

Rahan fuq l-art u l-binjiet tal-ajruport. Il-valur kontabilistku tal-assi fit-tul tal-Ajruport fi tmiem l-2004 (inklużi l-investimenti fl-art u l-binjiet) kien ta' madwar EUR [20-40] M. Meta ngħatat is-Selfa 4 kien hemm pretensjoni prijoritarja favur il-Mutwanti għall-ewwel, it-tieni u t-tielet selfiet li b'kollox kienet tiswa EUR [10-25] M. Ma kien fadal ebda pretensjoni prijoritarja oħra fuq is-selfa mogħtija minn […] (51).

(b)

Rahan tal-ishma ta' Airport Network (AV) B.V. f'Airport Niederrhein Holding (ANH) GmbH; il-Ġermanja ma pprovdietx informazzjoni dwar il-valur ta' dawn l-ishma.

(c)

Rahan tal-ishma ta' ANH GmbH f'FN GmbH; il-Ġermanja ma pprovdietx informazzjoni dwar il-valur ta' dawn l-ishma.

(d)

Barra minn hekk, biex ikopri l-pretensjonijiet kollha ta' EEL GmbH mis-selfiet kollha, […] ta garanzija personali fl-1 ta' Lulju 2005. Il-garanzija estendiet garanzija preċedenti pprovduta minn […] marbuta mal-ewwel selfa tat-8 ta' Ġunju 2003. Il-Ġermanja tat stima tal-valur tal-ġid personali ta' […] eskluż il-valur tal-ishma tiegħu f'Airport Niederrhein Holding GmbH u FN GmbH sabiex tevita milli tgħodd il-kollateral darbtejn. Fi tmiem l-2004, il-valur tal-ġid personali tal-garanti kien stmat għal madwar EUR [20-40] miljun (52).

(175)

Il-valur kontabilistiku tal-assi fit-tul tal-ajruport (EUR [20-40] miljun) u l-garanzija personali ta' […] (EUR [20-40] miljun) ikopru iktar minn 100 % tal-ammont totali tas-selfa u l-imgħax dovut (EUR [20-30] miljun flimkien ma' EUR [0,5-3] miljun). B'hekk, ir-rata ta' rkupru hija ta' […] % u l-LGD huwa ta' […].

(176)

Fid-29 ta' Novembru 2010, is-selfiet kollha li ngħataw bl-ammont totali ta' EUR [20-30] miljun flimkien mal-imgħax akkumulat u dovut ta' [5-10] miljun ġew estiżi għal 6 snin oħra sal-31 ta' Diċembru 2016. L-ammont dovut kien iggarantit bil-kollateral li ġej:

(a)

Rahan fuq l-art u l-binjiet tal-ajruport. Il-valur kontabilistiku tal-assi fit-tul tal-ajruport fi tmiem l-2009 (inklużi l-investimenti fl-art u l-binjiet) mhuwiex magħruf għall-Kummissjoni. L-aħħar valur kontabilistiku magħruf tal-assi fit-tul huwa ta' EUR [20-40] miljun fi tmiem l-2005. Il-Ġermanja rrapportat li l-valur kontabilistiku tal-art u l-binjiet fi tmiem l-2010 kien ta' madwar EUR [30-70] miljun. (53). Peress li dan il-valur kien irrapportat fil-kotba ftit wara li ġiet estiża t-tieni selfa, jista' jkun aċċettat bħala l-valur tal-kollateral disponibbli. Dak iż-żmien kien hemm l-ewwel ipoteka fuq l-art u l-binjiet biex tiggarantixxi l-pretensjonijiet ta' [bank] għal EUR [0,5-3] miljun.

(b)

Rahan tal-ishma ta' Airport Network B.V. f'Airport Niederrhein Holding (ANH) GmbH; il-Ġermanja ma pprovdietx informazzjoni dwar il-valur ta' dawn l-ishma fi żmien it-tieni estensjoni;

(c)

Rahan tal-ishma ta' ANH GmbH f'FN GmbH; il-Ġermanja ma pprovdietx informazzjoni dwar il-valur ta' dawn l-ishma fi żmien it-tieni estensjoni;

(d)

Rahan tal-ishma ta' FN GmbH f'FN Gewerbe GmbH u FN Grundbesitzgesellschaft; il-Ġermanja ma pprovdietx informazzjoni dwar il-valur ta' dawn l-ishma fi żmien it-tieni estensjoni;

(e)

Garanzija personali pprovduta mid- […] b'valur stmat ta' madwar EUR [30-70] miljun (54).

(177)

Il-valur kontabilistiku tal-assi fit-tul tal-ajruport (EUR [30-70] miljun) u l-garanzija personali b'valur stmat ta' madwar EUR [30-70] miljun neqes l-ewwel rahan għal [bank] (EUR [0,5-3]) ikopru madwar […] % tal-ammont tas-selfa totali u l-imgħax dovut (EUR [20-30] miljun flimkien ma' EUR [5-10] miljun), u dan ifisser LGD ta' […].

(178)

It-Tabella ta' hawn taħt tiġbor l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni u l-kollateral għal kull waħda mis-selfiet:

Tabella 6

Klassifikazzjoni u kollateral għal kull selfa

Selfa

Data

Ammont f'miljuni ta' EUR (Selfa + imgħax dovut)

Klassifikazzjoni tal-Emittent

Valur tal-kollateral (art u binjiet u garanzija personali)

Pretensjoni prijoritarja […]

Pretensjoni prijoritarja [bank]

Rata ta' rkupru

LGD

Selfa 1

11.4.2003

[11-20]

(…)

[5-20]

[1-6]

(…)

(…)

(…)

Selfa 2

17.6.2004

[2-5]

(…)

[20-40]

[1-6]

(…)

(…)

(…)

Selfa 3

28.7.2004

[2-5]

(…)

[20-40]

[1-6]

(…)

(…)

(…)

Selfa 4 u Estensjoni 1

1.7.2005

[20-33]

(…)

[40-100]

(…)

(…)

(…)

(…)

Estensjoni 2

29.11.2010

[24-40]

(…)

[70-120]

(…)

[1-3]

(…)

(…)

(179)

Skont l-RRC tal-2008, ir-rati ta' mgħax normattivi huma stabbiliti billi jiżdied primjum xieraq tar-riskju mar-rata bażi ta' sena. Il-primjums xierqa ta' riskju huma stabbiliti fil-grilja fl-RRC tal-2008 u jieħdu f'kunsiderazzjoni l-klassifikazzjoni tal-mutwatarju u l-livell ta' kollateralizzazzjoni tas-selfa. Pereżempju, l-Estensjoni tat-tieni selfa ngħatat b'kollateralizzazzjoni għolja u l-klassifikazzjoni ta' FN GmbH hija ta' bejn […] and […]. Sabiex tkun konservattiva, il-Kummissjoni tikkunsidra klassifikazzjoni ta' […]. Konsegwentement, FN GmbH hija fil-grupp ta' klassifikazzjoni ta' “([…]) dgħajfin” (55) fil-grilja stabbilita fil-Komunikazzjoni tar-Rata ta' Referenza tal-2008. Il-marġni ta' riskju, li jikkorrispondi għal dan il-grupp ta' klassifikazzjoni u għall-kollateralizzazzjoni għolja, huwa ta' […] bps. Ir-rata bażi li kienet applikabbli meta ngħatat l-Estensjoni tas-selfa (fid-29 ta' Novembru 2010) hija ta' 1,24 % (56).

(180)

It-Tabella li ġejja tiġbor fil-qosor l-informazzjoni dwar ir-rati ta' self propji u r-rati ta' referenza normattivi applikabbli fil-waqt li ngħataw is-self skont il-Komunikazzjoni tal-2008 dwar ir-Rati ta' Referenza:

Tabella 7

Rati ta' mgħax normattivi vs ir-rati tal-imgħax mitlubin

Selfa

Data

Durata

Klassifikazzjoni tal-emittent

LGD

Rata bażi ta' sena EURIBOR (medji ta' 3 xhur) %

RRC tal-marġni ta' riskju

Rata ta' mgħax normattiva totali

Rata tal-imgħax mitluba

Selfa 1

11.4.2003

(…)

(…)

(…)

2,50

(…)

[1-6]

[3-7]

Selfa 2

17.6.2004

(…)

(…)

(…)

2,30

(…)

[1-6]

[3-7]

Selfa 3

28.7.2004

(…)

(…)

(…)

2,35

(…)

[1-6

[6-9]

Selfa 4 u Estensjoni 1

1.7.2005

(…)

(…)

(…)

2,20

(…)

[1-6]

[1-5]

Estensjoni 2

29.11.2010

(…)

(…)

(…)

2,20

(…)

[1-6]

[1-5]

(181)

Skont l-istimi ta' hawn fuq, is-selfiet 1, 2 u 3 jingħataw b'rati ferm ogħla mir-rati normattivi applikabbli. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li FN GmbH ma rċiviet ebda vantaġġ ekonomiku permezz ta' dawk ir-riżorsi.

(182)

Fir-rigward tal-Estensjoni 2, id-dejta ta' hawn fuq tissuġġerixxi wkoll li ngħataw skont it-termini tas-suq, peress li r-rata tal-imgħax ta' din l-Estensjoni hija ogħla mir-rata ta' mgħax normattiva stmata. Madankollu, hemm bosta elementi li jixħtu dubju fuq in-nuqqas ta' għajnuna mill-Istat fl-Estensjoni 2, bħall-fatt li l-benefiċjarju ma kienx għadu ħallas is-selfiet ta' qabel, l-eżistenza ta' għajnuna fis-Selfa 4 u l-Estensjoni 1 u d-durata qasira tal-perjodu bejn l-għoti tal-Estensjoni 2 u l-ftehim preliminari konkluż mill-awtoritajiet pubbliċi u FN GmbH dwar l-iskambju ta' dejn ma' ekwità msemmi fil-Premessa 45. Il-Kummissjoni xorta waħda tqis li, minħabba l-istess raġunijiet bħal dawk spjegati fis-Sezzjoni 9.4 rigward il-kompatibbiltà tal-għajnuna involuta fl-Estensjoni 1 mas-suq intern, jekk l-Estensjoni 2 tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, it-tali għajnuna tista' titqies li hija kompatibbli mas-suq intern.

(183)

Is-Selfa 4 u l-Estensjoni 1 jingħataw b'rata li hija inqas mir-rata normattiva b'differenza ta' […] bps. Għalhekk, il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li fir-rigward tas-Selfa 4 u l-Estensjoni 1, FN GmbH irċiviet vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi f'kundizzjonijiet normali tas-suq. (57).

8.3.4.   Selettività

(184)

Għall-każ ikkonċernat, il-Kummissjoni tosserva li l-Miżura 1 (Selfa 4, Estensjoni 1 u possibilment l-Estensjoni 2) hija miżura ta' għajnuna individwali, li ngħatat lil FN GmbH biss, u mhijiex miżura ġenerali.

(185)

Għalhekk, il-vantaġġ mogħti lil FN GmbH mill-Miżura 1 (Selfa 4, Estensjoni 1 u possibilment l-Estensjoni 2) huwa selettiv.

8.3.5.   Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(186)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-appoġġ finanzjarju joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni għaliex isaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn (58). B'mod ġenerali, meta vantaġġ mogħti minn Stat Membru jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jikkompetu f'suq partikolari tal-Unjoni, il-kummerċ bejn l-Istati Membri jridu jitqiesu li huma affettwati minn dak il-vantaġġ (59).

(187)

Il-maniġers tal-ajruport jikkompetu f'livell Ewropew biex jattiraw linji tal-ajru sabiex jiftħu rotot ġodda mill-ajruporti tagħhom, jew iżidu frekwenzi ġodda fuq it-tali rotot. Meta jagħżlu l-ajruporti mnejn jiftuħ rotot, jew fejn iżidu frekwenzi ġodda fuq ir-rotot eżistenti, il-linji tal-ajru jqabblu l-ajruporti, fuq il-bażi ta' fatturi bħat-tip ta' servizzi tal-ajruport ipprovduti u l-klijenti kkonċernati, il-popolazzjoni jew l-attività ekonomika, il-konġestjoni, jekk hemmx aċċess fuq l-art, u l-livell ta' tariffi u l-kundizzjonijiet kummerċjali ġenerali għall-użu tal-infrastruttura u s-servizzi tal-ajruport (60). Billi pprovdiet lil FN GmbH b'finanzjament b'termini iktar vantaġġużi mill-kundizzjonijiet normali tas-suq, il-Ġermanja ppermettitilha tikkompeti b'mod iktar aggressiv kontra maniġers ta' ajruporti oħrajn sabiex tattira linji tal-ajru milli setgħet tagħmel li kieku ħallset kost tal-kapital skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq.

(188)

Għalhekk, il-Miżura 1 (Selfa 4 u l-Estensjoni 1 u possibilment 2) kellha l-potenzjal li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ intra-UE.

8.3.6.   Konklużjoni

(189)

It-tqabbil tar-rati tas-self propji mar-rati normattivi miġjubin mill-komunikazzjoni tal-2008 dwar ir-Rata ta' Referenza juri li s-selfiet u l-estensjonijiet tas-self kollha minbarra s-Selfa 4 u l-Estensjoni 1 ingħataw b'rati ogħla mir-rati normattivi.

(190)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li s-selfiet 1, 2 u 3 ingħataw skont il-kundizzjonijiet tas-suq, filwaqt li s-Selfa 4 u l-Estensjoni 1 le. Il-Kummissjoni tħalli miftuħa l-kwistjoni ta' jekk l-Estensjoni 2 ingħatatx skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(191)

Peress li l-kriterji kumulattivi skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma ssodisfati, il-Kummissjoni tqis li s-Selfa 4, l-Estensjoni 1 u, possibilment, l-Estensjoni 2 fil-Miżura 1 jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

8.4.   L-eżistenza ta' għajnuna li tikkonċerna l-appoġġ riċevut mil-Land Nordrhein-Westfalen (Miżura 2)

8.4.1.   Il-Kunċetti ta' Impriża u Attività Ekonomika

(192)

Japplika l-istess raġunament bħal dak tal-għamla ta' għajnuna tal-Miżura 1 (ara s-sezzjoni 8.3.1 iktar 'il fuq), għad li l-Ġermanja argumentat li tikkostitwixxi għajnuna eżistenti (ara l-Premessa 102). Fis-sentenza Leipzig Halle, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport għandha taqa' taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ukoll mis-sena 2000, jiġifieri qabel id-data li fiha ngħatat il-miżura 2 fil-15 ta' Ottubru 2002. Il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li, għalhekk, il-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna meta ddaħħlet fis-seħħ. Għall-kuntrarju ta' dak li qalet il-Ġermanja, il-fatt li l-miżura ġiet adottata skont id-Digriet tal-1993 ma jaffettwax dik il-valutazzjoni. Id-Digriet tal-1993 pprovda biss bażi legali biex ikunu jistgħu jingħataw miżuri ta' appoġġ lil ajruporti reġjonali li l-Land Nordrhein Westfalen jista' jikkunsidra mill-1993 'il quddiem. Iżda ma pprovdiex għal impenn irrevokabbli fir-rigward ta' FN GmbH sabiex tagħti l-Miżura 2 u lanqas ma ħoloq xi impenn legali minnu nnifsu għall-benefiċjarju (kif stipulat b'mod espliċitu fl-Artikolu 1 tad-Digriet tal-1993). Fil-fatt, il-Miżura 2 tikkostitwixxi applikazzjoni individwali tal-iskema stabbilita mid-Digriet tal-1993.

(193)

Bħala riżultat ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li hija intitolata li teżamina l-Miżura 2 involuta taħt ir-regoli tal-għajnuna Statali minħabba li fiż-żmien meta ngħatat, kien evidenti li FN GmbH kienet involuta f'attività ekonomika.

8.4.2.   Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat

(194)

Kif imsemmi fil-paragrafu 111 tad-deċiżjoni ta' ftuħ, l-appoġġ pubbliku tħallas direttament mill-baġit tal-Land Nordrhein-Westfalen bħala għotja diretta favur FN GmbH. B'hekk, il-finanzjament ipprovdut mil-Land Nordrhein-Westfalen ġie ffinanzjat bir-riżorsi tal-Istat u huwa imputabbli lill-Istat.

8.4.3.   Vantaġġ ekonomiku

(195)

Sabiex jiġi evalwat jekk miżura tal-Istat tikkostitwixxix għajnuna, irid jiġi stabbilit jekk l-impriża benefiċjarja rċivietx vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi fil-kundizzjonijiet normali tas-suq.

(196)

Fil-każ investigat, il-Land ta' Nordrhein-Westfalen ta fondi pubbliċi fil-forma ta' għotja diretta biex isostni l-investimenti infrastrutturali fl-ajruport. Dawn il-fondi ġew riċevuti minn FN GmbH bħala maniġer tal-ajruport biex tiffinanzja investimenti fl-ajruport. Il-Kummissjoni tindika li ebda investitur tas-suq ma kien jipprovdi għotja bħal din bla ebda remunerazzjoni u mingħajr ebda possibbiltà ta' redditu.

(197)

Għalhekk, l-għotja ta' investiment tnaqqas il-kostijiet ta' investiment li l-operatur tal-ajruport normalment ikollu jġarrab, bla ebda remunerazzjoni, u għalhekk tagħti vantaġġ ekonomiku lil FN GmbH.

8.4.4.   Selettività

(198)

Għall-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni tindika li l-Miżura 2 hija applikazzjoni individwali ta' skema li fuq il-bażi tagħha mhux talli ngħataw vantaġġi lill-Ajruport ta' Niederrhein-Weeze, iżda lil bosta ajruporti oħrajn li jinsabu fil-Land Nordrhein-Westfalen ukoll. Madankollu, l-iskema inkwistjoni mhijiex miżura ġenerali għall-ajruporti kollha f'Nordrhein-Westfalen, peress li l-ajruporti l-kbar ta' Düsseldorf u Köln/Bonn mhumiex eliġibbli għal din il-miżura ta' appoġġ mingħand il-Land. Xorta waħda, anki li kieku l-ajruporti kollha f'Nordrhein-Westfalen kienu eliġibbli, miżura settorjali bħal din kienet titqies li hija selettiva, peress li kienet tibbenefika biss lil ċertu settur f'ċertu reġjun.

(199)

Għalhekk, il-vantaġġ mogħti lil FN GmbH mill-Miżura 2 huwa selettiv.

8.4.5.   Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(200)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-appoġġ finanzjarju joħloq distorsjoni fuq il-kompetizzjoni peress li jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn (61). B'mod ġenerali, meta vantaġġ mogħti minn Stat Membru jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jikkompetu f'suq partikolari tal-Unjoni, il-kummerċ bejn l-Istati Membri jrid jitqies li kien affettwat minn dak il-vantaġġ (62).

(201)

Il-maniġers tal-ajruport jikkompetu f'livell Ewropew biex jattiraw linji tal-ajru sabiex jiftħu rotot ġodda mill-ajruporti tagħhom, jew iżidu frekwenzi ġodda fuq it-tali rotot. Meta jagħżlu l-ajruporti mnejn iridu jiftħu rotot, jew fejn iridu jżidu frekwenzi ġodda fuq ir-rotot eżistenti, il-linji tal-ajru jqabblu l-ajruporti, fuq il-bażi ta' fatturi bħat-tip ta' servizzi tal-ajruport ipprovduti u l-klijenti kkonċernati, il-popolazzjoni jew l-attività ekonomika, il-konġestjoni, jekk hemmx aċċess fuq l-art, u l-livell tat-tariffi u l-kundizzjonijiet kummerċjali ġenerali għall-użu tal-infrastrutturi u s-servizzi tal-ajruport (63). Billi pprovdiet lil FN GmbH b'finanzjament b'termini iktar favorevoli mill-kundizzjonijiet normali tas-suq, il-Ġermanja ppermettitilha tikkompeti b'mod iktar aggressiv kontra maniġiers ta' ajruporti oħrajn sabiex tattira linji tal-ajru milli setgħet tagħmel li kieku ħallset il-kost tal-kapital skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq.

(202)

Għalhekk, il-Miżura 2 kellha l-potenzjal li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ intra-UE.

8.4.6.   Konklużjoni

(203)

Il-Miżura 2 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil FN GmbH skont it-tifsira tal-Artikolu 107 (1) TFUE.

8.5.   L-eżistenza ta' għajnuna li tikkonċerna l-appoġġ riċevut mid-distrett ta' Kleve (Miżura 3)

8.5.1.   Il-Kunċetti ta' Impriża u Attività Ekonomika

(204)

Japplika l-istess raġunament bħal dak tal-għamla tal-għajnuna tas-selfiet ipprovduti minn EEL GmbH bi sjieda pubblika (ara s-sezzjoni 8.3.1 iktar 'il fuq). Tabilħaqq, il-bosta miżursi li jikkostitwixxu l-Miżura 3 ingħataw fl-14 ta' Marzu 2002, jiġifieri wara li nqatgħet is-sentenza f'Aéroports de Paris. Skont il-paragrafu 1, punt 4 tal-ftehim tas-self, id-data tal-għoti tal-miżura hija d-data li fiha l-benefiċjarju kkonkluda x-xiri tal-infrastruttura tal-ajruport mal-gvern federali tal-Ġermanja, jiġifieri l-14 ta' Marzu 2002.

(205)

Bħala riżultat ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li hija intitolata teżamina l-Miżura 3 u li tassessja l-kompatibilità tagħha mar-regoli tal-għajnuna Statali minħabba li fiż-żmien meta ngħatat, kien ċar li FN GmbH kienet involuta f'attività ekonomika.

8.5.2.   Riżorsi tal-Istat u attribwibbiltà lill-Istat

(206)

L-appoġġ ingħata direttament mill-baġit tad-distrett ta' Kleve lil FN GmbH. B'hekk, il-Miżura 3 ġiet iffinanzjata permezz tar-riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lill-Istat.

8.5.3.   Vantaġġ Ekonomiku

(207)

Sabiex jiġi evalwat jekk miżura tal-Istat tikkostitwixxix għajnuna, irid jiġi stabbilit jekk l-impriża benefiċjarja tirċivix vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi fil-kundizzjonijiet normali tas-suq. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni trid tanalizza jekk id-distrett ta' Kleve aġixxiex bħala investitur f'ekonomija tas-suq meta rrinunzja għal segment tal-finanzjament transitorju li qabel kien ingħata lil FN GmbH.

(208)

Investitur li jinnegozja f'suq liberu jimxi fuq il-prinċipju ta' profitti mistennija. (64) Il-prinċipju ta' investitur li jinnegozja f'suq liberu normalment jgħodd bħala ssodisfat, jekk l-istruttura u l-prospetti tal-impriża huma ideali, biex ikun mistenni dħul normali fil-forma ta' ħlas ta' dividend jew żieda fil-kapital imkejjel skont dak mistenni minn impriża privata paragunabbli fuq perjodu adegwat ta' żmien.

(209)

Fil-każ inkwistjoni, id-distrett ta' Kleve ta selfa EUR [4-10] miljun bla mgħax lil FN GmbH u rrinunzja l-obbligu ta' FN GmbH li tħallas lura segment, li jammonta għal EUR [2-5] miljun, bla ma rċieva ebda remunerazzjoni oħra. Fil-fatt, din l-aħħar deċiżjoni kienet l-implimentazzjoni tal-klawżola stabbilita fil-paragrafu 4, punt 1 tal-ftehim ta' self innifsu, li bih is-segment inkwistjoni ma kienx jitħallas lura jekk jintlaħaq l-objettiv li jinħolqu 350 impjieg. B'hekk, il-Kummissjoni tosserva li ebda investitur fis-suq ma kien jagħti selfa bla mgħax u jirrinunzja għar-ripagament ta' sehem sinifikanti minnha bla ebda remunerazzjoni.

(210)

Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-investitur f'ekonomija tas-suq għandha tinjora kwalunkwe riperkussjoni pożittiva fuq l-ekonomija tar-reġjun li fih jinsab l-ajruport, inkluż f'termini tal-ħolqien tal-impjiegi, peress li l-Kummissjoni tivvaluta jekk il-miżura partikolari tikkostitwixxix għajnuna billi tqis jekk “f'ċirkustanzi simili, azzjonist privat, wara li jqis il-prevedibbiltà li jikseb redditu u wara li jinjora l-kunsiderazzjonijeit soċjali, reġjo-politiċi u settorjali kollha, kienx jissottoskrivi l-kapital inkwistjoni (65). Fil-każ inkwistjoni, l-unika kontroparti għar-rinunzja tal-obbligu ta' ripagament kienet ċertu livell ta' ħolqien tal-impjiegi. Madankollu, il-ħolqien tal-impjiegi għandu jiġi injorat fil-kuntest tal-prinċipju ta' operatur f'ekonomija tas-suq. Fi kliem ieħor, ebda investitur f'ekonomija tas-suq ma kien jaqbel li jirrinunzja għar-ripagament ta' EUR [2-5] miljun fuq il-bażi ta' kunsiderazzjonijiet marbutin mal-ħolqien tal-impjiegi fir-reġjun.

(211)

Għalhekk, l-għamla mingħajr imgħax tas-selfa u r-rinunzja mogħtija mid-distrett ta' Kleve jnaqqsu l-ispejjeż li l-operatur tal-ajruport normalment kien ikollu jġarrab u għalhekk jagħtu vantaġġ lil FN GmbH li ma kinitx tikseb fil-kundizzjonijiet normali tas-suq.

8.5.4.   Selettività

(212)

Il-vantaġġ inkwistjoni ngħata biss lil FN GmbH. Peress li l-finanzjament pubbliku kien allokat lil impriża waħda, huwa selettiv skont it-tifsira tal-Artikolu 107 (1) tat-TFUE.

8.5.5.   Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(213)

Japplika l-istess raġunament bħal dak tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ spjegat iktar 'il fuq (ara s-sezzjoni 8.4.5).

8.5.6.   Konklużjoni

(214)

Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li l-fondi pubbliċi pprovduti mid-distrett ta' Kleve u mogħtijin lil FN GmbH fir-rigward tal-ftehim li jikkonċerna l-finanzjament transitorju ta' sehem mill-ispejjeż tal-akkwiżizzjoni għall-proprjetà immobbli tal-ajruport jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 (1) TFUE.

8.6.   L-eżistenza tal-għajnuna li tikkonċerna l-appoġġ riċevut minn EEL GmbH mingħand id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze (Miżura 4)

8.6.1.   Il-Kunċett ta' Impriża u Attività Ekonomika

(215)

Il-Ġermanja targumenta li EEL GmbH hija veikolu li l-għan tiegħu huwa li jiffaċilita l-allokazzjoni tal-fondi lil FN GmbH b'mod effiċjenti u ekonomiku.

(216)

Kif ġie spjegat fil-Premessa 25, EEL GmbH twaqqfet mid-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze biex tieħu ħsieb il-proprjetà immobbli tal-ajruport qabel ma tiġi privatizzata. Għalhekk, EEL GmbH kienet attiva fl-għoti tas-selfiet lil FN GmbH. Minnu nnifsu, l-għoti tas-selfiet lil partijiet terzi huwa attività ekonomika. Għalhekk, meta d-diversi miżuri li jsawru l-Miżura 4 ingħataw lil EEL GmbH, din tal-aħħar kienet attiva f'attività ekonomika.

(217)

B'referenza għall-Artikolu 101 TFUE, il-kunċett ta' impriża jkopri kwalukwe entità impenjata f'attività ekonomika, ikun xi jkun l-istatus legali tagħha u l-mod li bih hija ffinanzjata. EEL GmbH qed taġixxi biss bħala veikolu tal-awtoritajiet pubbliċi, u, għalhekk, ma twettaqx attivitajiet ekonomiċi: l-iskop uniku tagħha huwa li tiġbor ir-riżorsi taż-żewġ awtoritajiet pubbliċi sabiex jiġi ffinanzjat l-iżvilupp tal-ajruporti.

(218)

Minħabba li l-kriterji kumulattivi skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE mhumiex sodisfatti, il-Kummissjoni tqis li l-Miżura 4 ma fiha ebda għajnuna Statali skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(219)

Anki li kieku EEL GmbH kellha titqies bħala impriża soġġetta għal-liġi tal-UE dwar il-kompetizzjoni matul il-perjodu li matulu ngħataw il-miżuri li jsawru l-Miżura 4 (li mhijiex), il-valutazzjoni tal-Kummissjoni kienet twassal għall-istess konklużjoni li l-Miżura 4 ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat kif muri fis-sezzjonijiet iktar 'il quddiem.

8.6.2.   Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà lill-Istat

(220)

EEL GmbH irċiviet il-kapital, il-benefiċċji tal-likwidità u l-injezzjonijiet ta' kapital kollha inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Miżura 4 mingħand l-azzjonisti tagħha, li ffinanzjaw dawn il-miżuri permezz tal-baġits rispettivi tagħhom. Il-Miżura 4 tinkludi wkoll garanzija ta' 100 % mogħtija mill-muniċipalità ta' Weeze, li esponiet il-baġit tal-muniċipalità. Għalhekk, il-miżuri kollha li sawru l-Miżura 4 ġew iffinanzjati permezz ta' riżorsi tal-baġit taż-żewġ awtoritajiet lokali, li, barra minn hekk, iddeċidew li jagħtu dawn id-diversi miżuri.

(221)

Għalhekk, il-Miżura 4 hija ffinanzjata bir-riżorsi tal-Istat u hija imputabbli lill-Istat.

8.6.3.   Vantaġġ Ekonomiku

(222)

Sabiex jiġi evalwat jekk miżura tal-Istat tikkostitwixxix għajnuna, irid jiġi stabbilit jekk l-impriża benefiċjarja tirċivix vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi fil-kundizzjonijiet normali tas-suq.

(223)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni trid tanalizza jekk id-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze aġixxewx bħal kif kienu jagħmlu operaturi prudenti f'ekonomija tas-suq iggwidati minn prospettivi ta' profittabilità (66) fl-istess ċirkustanzi meta taw lil EEL GmbH il-miżuri ta' kapital, il-garanziji, is-selfiet u l-estensjonijiet tal-iskadenzi tar-ripagament tas-self li kkostitwixxew il-Miżura 4.

(224)

L-ewwel nett importanti li wieħed ifakkar, kif konkluż fis-sezzjoni 8.3.2, li EEL GmbH tikkostitwixxi SPV maħluq miż-żewġ azzjonistji pubbliċi tagħha li għandu l-għan li jieħu ħsieb il-proprjetà immobbli tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze, u użat esklussivament mill-2003 sabiex jipprovdi finanzjament lill-istess ajruport. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li fil-Laqgħa Ġenerali (miktuba) tagħhom tal-10 u l-11 ta' April 2003, dawn iż-żewġ azzjonisti pubbliċi llimitaw strettament l-attività ta' finanzjament il-ġdida ta' EEL GmbH għal investimenti fl-ajruport ta' Niederrhein-Weeze. Dan l-objettiv huwa konformi mal-iskop ta' EEL GmbH stabbilit fl-Artikolu 2 tal-Att Fundatur tagħha (Gesellschaftsvertrag) tas-16 ta' Diċembru 1999 (67). Barra minn hekk, kif diġà ġie spjegat fil-Premessa (153), EEL GmbH ma għandhiex bord tad-diretturi. Iż-żewġ diretturi maniġerjali huma rappreżentanti tal-korpi pubbliċi. Direttur maniġerjali minnhom tal-kumpanija huwa l-Landrat, jiġifieri l-kap tad-distrett ta' Kleve u d-direttur maniġerjali l-ieħor huwa s-sindku tal-muniċipalità ta' Weeze. Barra minn hekk, EEL GmbH ma għandha ebda persunal permanenti u hija mmexxija minn uffiċjal pubbliku wieħed mid-distrett ta' Kleve. Minn dawn l-elementi jirriżulta li kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn EEL GmbH fil-fatt ittieħdet mir-rappreżentanti tal-azzjonisti pubbliċi, li jmexxuha ta' kuljum minbarra li għandhom kariga fil-korpi governattivi tagħha. Dan jikkonferma li l-miżuri inkwistjoni huma imputabbli lill-azzjonisti pubbliċi

(225)

Meta jiġi applikat il-prinċipju ta' operatur f'ekonomija tas-suq għall-Miżura 4, hemm bżonn li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-fatt li l-benefiċjarju ta' dawn il-miżuri ta' finanzjament huwa SPV maħluq u proprjetà tal-entitajiet li minnhom ġejja l-Miżura 4, u użat b'mod esklussiv għal objettiv iddefinit bl-eżatt fil-mira ta' dawn l-istess entitajiet. Barra minn hekk, f'dan il-kuntest hemm bżonn li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-objettiv propju li għalih qed jintuża u jitħaddem il-Veikolu bi Skop Speċjali.

(226)

L-SPVs spiss jinħolqu u jintużaw mill-impriżi pubbliċi f'firxa ta' ċirkustanzi. Sitwazzjoni possibbli li fiha jintużaw l-SPVs huma każijiet li fihom żewġ impriżi indipendenti jwaqqfu impriża konġunta sabiex jiżviluppaw proġett speċifiku jew iwettqu attività jew funzjoni speċifika (pereżempju r-riċerka u l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni) (68) għall-benefiċċju ta' kull impriża. Għalhekk, l-SPV huwa struttura legali li lilha ż-żewġ impriżi jallokaw ir-riżorsi (finanzjament, persunal, assi...) li huma meħtieġa biex jiġi implimentat il-proġett konġunt, il-funzjoni jew l-attività konġunta u li bihom jimplimentaw dan il-proġett konġunt jew iwettqu din il-funzjoni jew l-attività konġunta. F'ċerti sitwazzjonijiet, pereżempju meta l-SPV biss ikollha funzjoni ta' produzzjoni jew riċerka u żvilupp, tirċievi finanzjament min-naħa tal-kumpaniji prinċipali tagħha bla ma hi stess tkun qed tiġġenera profitt li jistgħu jiġi ridistribwiti lill-azzjonisti, pereżempju fil-forma ta' dividendi. Minflok ma tiġġenera profitt bħal dan, tikkontribwixxi għat-twettiq ta' operazzjonijiet li l-kumpaniji prinċipali tagħha jqisu li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tagħhom.

(227)

Għalhekk, huwa ċar li meta żewġ impriżi privati indipendenti joħolqu u jużaw SPV fid-dawl ta' objettiv iddefinit kif xieraq, u jipprovduh b'finanzjament, mhux bilfors jipprovdu dan il-finanzjament sabiex jiksbu redditu finanzjarju fil-forma ta' dividendi jew pagament tal-imgħaxijiet, bħalma kien jagħmel investitur jew bank. Minflok, jipprovdu dan il-finanzjament bil-għan li jiksbu objettiv li għalih jintuża l-SPV.

(228)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-imġiba tad-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze lejn EEL GmbH trid tiġi analizzata filwaqt li jiġi kkunsidrat il-fatt li dawn iż-żewġ awtoritajiet pubbliċi huma l-uniċi azzjonisti ta' EEL GmbH u filwaqt li jitqies l-objettiv esklussiv assenjat lil EEL GmbH mill-2003, jiġifieri l-għoti lil FN GmbH id-diversi selfiet u l-estensjonijiet tal-iskadenzi tar-ripagamenti li jsawru l-Miżura 1. F'dan ir-rigward ta' min ifakkar li l-bosta miżuri li jsawru l-Miżura 1 huma, kif indikat fis-sezzjoni 8.3.2, imputabbli biċ-ċar lid-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze. Fi kliem ieħor, iż-żewġ awtoritajiet pubbliċi fasslu u ddeċidew li jimplimentaw il-Miżura 1 u ddeċidew li jużaw EEL GmbH għal dan il-għan.

(229)

Għalhekk, meta jiġi applikat il-Prinċipju tal-Operatur f'Ekonomija tas-Suq għall-Miżura 4, il-fatt li d-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze ddeċidew li jimplimentaw il-Miżura 1 u jużaw EEL GmbH għal dak l-iskop irid jitqies bħala l-punt ta' tluq. Il-mistoqsija relevanti li l-Kummissjoni trid tindirizza hija din li ġejja: jekk żewġ operaturi ipotetiċi f'ekonomija tas-suq iddeċidew li jimplimentaw miżuri bħal dawk li jagħmlu parti mill-Miżura 1, kienu jużaw SPV bħal EEL GmbH u jipprovdulu finanzjament simili bħal dak li ġej mill-Miżura 4 sabiex jikseb dan l-objettiv?

(230)

F'dan l-isfond, il-fatt li ċerti selfiet setgħu ġew ipprovduti lil EEL GmbH mill-azzjonisti tiegħu b'rati inqas mir-rati normali tas-suq, li garanzija ġiet ipprovduta b'xejn, jew li l-kapital ġie injettat mingħajr ebda prospettiva ta' redditu finanzjarju mhux bilfors iwasslu għall-konklużjoni li d-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze ma aġixxewx fir-rigward ta' EEL GmbH bħalma kienu jaġixxu operaturi f'ekonomija tas-suq. Il-mistoqsija relevanti hija jekk il-finanzjament ipprovdut lil EEL GmbH bil-Miżura 4 huwiex raġonevoli, minn perspettiva ta' operatur f'ekonomija tas-suq, fid-dawl tal-objettiv fil-mira tal-azzjonisti ta' EEL GmbH, jiġifieri l-implimentazzjoni tal-Miżura 1.

(231)

Essenzjalment, żewġ operaturi prudenti f'ekonomija tas-suq li kellhom l-istess objettiv bħall-azzjonisti pubbliċi ta' EEL GmbH kien ikollom żewġ għażliet: joħolqu Veikolu bi Skop Speċjali li jixbah lil EEL GmbH (l-ewwel għażla) jew jagħtu s-selfiet direttament lil FN GmbH mingħajr korp iddedikat (it-tieni għażla). Operatur razzjonali f'ekonomija tas-suq ma kien jikkunsidra ebda għażla oħra, bħall-użu ta' intermedjarji finanzjarji privati, li kienu jitolbu tariffa sabiex jipprovdu servizz bħal dan. Din l-għażla kienet iżżid l-ispiża tal-allokazzjoni tal-fondi lil FN GmbH minħabba dawn it-tariffi.

(232)

Il-Kummissjoni tindika li, meta ħadu d-Deċiżjoni biex jiffinanzjaw lil EEL GmbH huma stess minflok ma jużaw intermedjarji finanzjarji, l-azzjonisti pubbliċi llimitaw l-iskopertura finanzjarja tagħhom għal kemm kien hemm strettament bżonn sabiex jiffinanzjaw lil FN GmbH bil-Miżura 1:

(a)

il-livell ta' finanzjament direttament ipprovdut mill-azzjonisti pubbliċi lil EEL GmbH sal-2010 (EUR [20-40] miljun (69)) kien proporzjonat għall-ammonti meħudin b'self minn FN GmbH mingħand EEL GmbH (EUR [20-40] miljun (70));

(b)

il-kundizzjonijiet tal-finanzjament ta' EEL GmbH (data, ammont u maturità) ġew allinjati għall-finanzjament ta' FN GmbH minn EEL GmbH:

Volum (f' Miljuni ta' EUR)

Data tal- ftehim tas-selfa mogħtija minn EEL GmbH lil FN GmbH

Data tal-miżuri pubbliċi mogħtijin mill-Ġermanja lil EEL GmbH

Volum (f' Miljni ta' EUR)

[11-20]

11.4.2003

11.4.2003

[5-15] (+ [2-5] riċevuta minn selfa tal-bank tat-2 ta' Mejju 2003)

[2-5]

17.6.2004

16.6.2004

[2-5]

[2-5]

28.7.2004

28.7.2004

[2-5]

Riportament tas-selfa għall-31.12.2010

1.7.2005

1.7.2005

Riportament tas-selfa għall-31.12.2010 u ristrutturar tad-dejn

Riportament tas-selfa għall-31.12.2016

29.11.2010

29.11.2010

Riportament tas-selfa għall-31.12.2016

(c)

EEL GmbH ma għandha ebda assi materjali fil-karta bilanċjali tagħha għajr il-pretensjonijiet tagħha fir-rigward ta' FN GmbH. Il-profitti (żgħar) li kisbet mill-attivitajiet finanzjarji għal FN GmbH jidhru biss fil-kontijiet ta' EEL GmbH, iżda ma jikkorrispondux għal xi flus jew likwidità peress li FN GmbH ma ħallsitx lura d-dejn tagħha lil EEL GmbH.

(d)

Tabilħaqq, fid-dawl tal-istrateġija ta' EEL GmbH biex tiffinanzja lil FN GmbH, dawn l-interessi huma maħsubin biss sabiex jippermettu lil EEL GmbH tilħaq punt ta' ekwilibriju u tħallas l-imgħaxijiet tas-selfiet riportati mogħtijin mill-azzjonisti pubbliċi u l-[bank], kif muri fil-minuti tal-assemblei ġenerali ta' EEL GmbH.

(e)

Għaldaqstant, EEL GmbH ma tistax tħallas lura liż-żewġ azzjonisti tagħha u l-[bank],sakemm FN GmbH tibqa' ma tħallasx lura s-selfiet u l-imgħaxijiet dovuti lil EEL GmbH. Dan ifisser li EEL GmbH ma tistax twettaq xi attività ekonomika oħra kif iddikjarat mill-Ġermanja.

(233)

Il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li, għalhekk, il-fatt li ż-żewġ azzjonisti rrikorrew għall-ewwel għażla kien konsistenti mal-objettiv iddikjarat minn dawn tal-aħħar li jiddedikaw ir-riżorsi ta' EEL GmbH għall-finanzjament ta' FN GmbH biss.

(234)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li bl-ewwel għażla l-ispejjeż ta' amministrazzjoni u ġestjoni ta' SPV bħal EEL GmbH ser jonqsu għall-minimu meħtieġ (ebda immobilizzazzjoni ta' assi ħlief il-pretensjonijiet fir-rigward ta' FN GmbH, ebda persunal permanenti u maniġment, kważi ebda spiża operattiva, ebda spiża finanzjarja ħlief ir-rimborż tas-selfa mogħtija mill-[bank]). Dan japplika iktar peress li meta ż-żewġ azzjonisti pubbliċi ddeċidew li jimplimentaw il-Miżura 1, EEL GmbH diġà kienet imwaqqfa, bħala struttura inattiva, u ma kellhiex għaliex tinħoloq ex nihilo. L-għażla ta' SPV tiffaċilita wkoll il-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji ma' partijiet terzi (bħal FN GmbH jew bank privat) filwaqt li tnaqqas kemm jista' jkun l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet bejn iż-żewġ azzjonisti. Għall-kuntrarju, it-tieni għażla ġġibb magħha mekkaniżmi doppji implimentati sabiex isostnu lil FN GmbH, xi ħaġa li żżid l-ispejjeż tal-amministrazzjoni u legali tal-allokazzjoni tal-fondi lil FN GmbH (eż. kuntratti legali doppji) u possibilment taffettwa l-kwalità tas-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-proġett.

(235)

Għalhekk, kien ikun razzjonali għal żewġ operaturi prudenti f'ekonomija tas-suq iggwidati minn prospettivi ta' profittabilità medja sa fit-tul u li jaġixxu minflok l-azzjonisti pubbliċi ta' EEL GmbH, li jagħżlu l-ewwel għażla minflok it-tieni. Il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li t-test tal-investitur fis-suq huwa ssodisfat u li ma hemm ebda vantaġġ ekonomiku mogħti lil EEL GmbH.

8.6.4.   Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(236)

Mill-2003, l-attività ta' EEL GmbH kienet strettament limitata għall-forniment ta' finanzjament lil FN GmbH. EEL GmbH ma setgħetx tidħol f'ebda attività oħra. Pereżempju, ma setgħetx tagħti self lil xi entità oħra.

(237)

Għalhekk, l-unika attività li għaliha l-Miżura 4 setgħet affettwat id-dinamika kompetittiva tkun il-forniment ta' finanzjament lil FN GmbH. Effett kompetittiv bħal dan kien jeżisti li kieku, fin-nuqqas tal-Miżura 4, il-fornituri tal-finanzjament għajr EEL GmbH, bħal banek jew investituri oħrajn, kien ikollhom opportunità ikbar li jipprovdu finanzjament lil FN GmbH bil-għan li jagħmlu l-qligħ.

(238)

Madankollu, kif indikat fis-sezzjoni 8.5.3, l-intenzjoni ċara tad-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze kienet li jimplimentaw il-Miżura 1 huma stess sabiex jipprovdu lil FN GmbH b'finanzjament. Tabilħaqq, l-unika raġuni wara l-Miżura 4 hija l-implimentazzjoni tal-Miżura 1.

(239)

Fin-nuqqas tal-Miżura 4, EEL GmbH ma kinitx tkun tista' timplimenta l-Miżura 1 hi stess. Madankollu, in-nuqqas tal-Miżura 4 ikun ifisser sempliċiment li d-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze kienu jiddeċiedu li jimplimentaw il-Miżura 1 bla ma jużaw lil EEL GmbH, pereżempju, permezz ta' relazzjoni legali diretta bejniethom u FN GmbH. Għalhekk, fin-nuqqas tal-Miżura 4, il-banek jew investituri oħrajn ma kinux igawdu opportunità ikbar li jipprovdu finanzjament lil FN GmbH bil-għan li jagħmlu qligħ għaliex il-finanzjament meħtieġ kien ikun ipprovdut mid-distrett ta' Kleve u l-muniċipalità ta' Weeze xorta waħda.

(240)

Għalhekk, jekk jiġi supponut li l-Miżura 4 kienet tinvolvi vantaġġ ekonomiku favur EEL GmbH (quod non), dan il-vantaġġ ma jkollu ebda effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, u għalhekk ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

8.6.5.   Konklużjoni

(241)

Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, il-Miżura 4 ma tinvolvix għajnuna mill-Istat lil EEL GmbH skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

8.7.   Għajnuna ġdida v. għajnuna eżistenti

(242)

Is-sitwazzjonijiet li fihom, miżura tikkostitwixxi għajnuna eżistenti huma nnumerati b'mod eżawrjenti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (71).

(243)

Mhemm ebda dubju li l-miżuri sfidati ma ġewx implimentati qabel l-adeżjoni tal-Ġermanja fl-UE (paragrafu (b)(i) tal-imsemmi Artikolu), mhumiex meqjusin li ġew awtorizzati minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu deċiżjoni fi żmien id-dati ta' skadenza proċedurali preskritti (paragrafu (b)(iii)) u ma jistgħux jitqiesu għajnuna eżistenti minħabba l-iskadenza tal-perjodu ta' limitazzjoni (paragrafu (b)(iv)). Ma sarux għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni u mingħajr ma nbidlu mill-Istat Membru (paragrafu (b)(v), l-ewwel sentenza) (72).

(244)

Din il-valutazzjoni hija valida b'mod partikolari għall-miżura 2, għad li l-Ġermanja argumentat li tikkostitwixxi għajnuna eżistenti (ara l-Premessa 102). Fis-sentenza Leipzig Halle, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat li anki l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport għandha taqa' taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat mis-sena 2000 (73), jiġifieri qabel id-data li fiha ngħatat il-miżura 2 fil-15 ta' Ottubru 2002 (ara l-Premessa 46). Il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li, għalhekk, il-miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna meta ddaħħlet fis-seħħ. Għall-kuntrarju ta' dak li qalet il-Ġermanja, il-fatt li l-miżura ġiet adottata skont id-digriet tal-1993 ma jaffettwax dik il-valutazzjoni. Id-digriet tal-1993 ipprovda biss bażi legali biex ikunu jistgħu jingħataw miżuri ta' appoġġ possibbli lil ajruporti reġjonali li l-Land Nordrhein Westfalen tista' tikkunsidra mill-1993 'il quddiem, iżda ma joħloq ebda intitolament legali għal dawk l-ajruporti, kif stipulat b'mod espliċitu fl-Artikolu 1 tad-Digriet tal-1993.

(245)

Għalhekk, id-data li fiha ngħatat il-Miżura 2 hija l-15 ta' Ottubru 2002, jiġifieri wara s-sentenza Aéroports de Paris. Għaldaqstant, il-Miżura 2 diġà kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat meta ngħatat, kif intwera fis-sezzjoni 8.4.6 u ma saritx għajnuna mill-Istat wara minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni. Barra minn hekk, il-Miżura 2 ingħatat inqas minn għaxar snin qabel ma l-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali dwarha u b'hekk ma saritx għajnuna eżistenti wara li skada l-perjodu ta' limitazzjoni. Bħala konsegwenza, il-Miżura 2 ma tikkwalifikax bħala għajnuna eżistenti.

8.8.   Legalità tal-għajnuna

(246)

Skont l-Artikolu 108(3) TFUE, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw kwalunkwe pjan li jagħtu jew jibdlu l-għajnuna, u ma jistgħux jimplimentaw il-miżuri proposti qabel ma l-proċedura ta' notifika tkun irriżultat f'deċiżjoni finali.

(247)

Peress li l-Ġermanja naqset milli tinnotifika l-miżuri pubbliċi kollha investigati, il-Miżuri 1, 2 u 3 jikkostitwixxu għajnuna illegali.

9.   KOMPATIBBILTÀ

9.1.   Applikabbiltà tal-Linji Gwida tal-2014 u l-2005 dwar l-Avjazzjoni

(248)

Il-miżuri inkwistjoni għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE, li jistipula li: “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għallinteress komuni”, tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern.

(249)

F'dan ir-rigward, il-Linji Gwida tal-2014 jipprovdu qafas għall-valutazzjoni ta' jekk l-għajnuna għall-ajruporti jistgħux jiġu ddikjarati kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE.

(250)

Skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet tal-avviż tagħha dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-Għajnuna illegali mill-Istat ma għandhomx japplikaw għal każijiet pendenti ta' għajnuna operatorja illegali lil ajruporti mogħtijin qabel l-4 ta' April 2014. Minflok, il-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-linji gwida tal-2014 għall-każijiet kollha li jikkonċernaw l-għajnuna operatorja (b'notifiki pendenti u għajnuna mhux notifikata illegali) lil ajruporti anki jekk l-għajnuna ngħatat qabel l-4 ta' April 2014 u l-bidu tal-perjodu transitorju (74).

(251)

Fir-rigward tal-għajnuna għall-investiment lil ajruporti, il-Kummissjoni, b'konformità mal-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta' għajnuna illegali mill-Istat, japplikaw għal għajnuna illegali ta' investiment lil ajruporti ir-regoli li jkunu fis-seħħ meta ngħatat l-għajnuna. Kif xieraq, ser tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-linji gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni fil-każ ta' għajnuna għall-investiment illegali lil ajruporti mogħtija qabel l-4 ta' April 2014 (75).

(252)

Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-Miżura 2 u 3 kienet tikkostitwixxi għajnuna illegali mill-Istat mogħtija qabel l-4 ta' April 2014, filwaqt li l-Miżura 1 u 4 ma jikkwalifikawx bħala għajnuna mill-Istat.

(253)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-2014 imsemmijin fil-Premessa 250 u 251, il-Kummissjoni mbagħad hija obbligata li tistabbilixxi jekk il-miżuri inkwistjoni jikkostitwixxux għajnuna operatorja illegali jew għajnuna għall-investiment.

9.2.   Għajnuna għall-investiment vs Għajnuna operatorja

9.2.1.   Miżura 1

(254)

Kif konkluż fis-sezzjoni 8.3.6, FN GmbH ibbenefikat mill-għajnuna mill-Istat li tinsab fis-Selfa 4 u l-Estensjoni 1 u possibilment mill-Estensjoni 2 li jsawru l-Miżura 1. Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-għamla ta' kull submiżura għaliha.

(255)

Il-Kummissjoni tosserva li s-Selfa 4 ingħatat sabiex jiġu ffinanzjati investimenti li saru minn FN GmbH: kif intqal fil-Premessa 39, il-paragrafu 1 punt 2 tal-ftehim tas-self iffirmat fl-1 ta' Lulju 2005 speċifika li s-selfa hija allokata għal investimenti biss. Il-Kummissjoni tindika li EEL GmbH implimentat il-mekkaniżmi ta' kontroll stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-ftehim tas-self, li kienu jeħtieġu li FN GmbH (u EEL GmbH fuq talba tagħha stess) tivverifika li l-fatturi kienu strettament marbutin mat-tlestija tal-ajruport u li EEL GmbH (u mhux FN GmbH) ħallset il-fatturi mis-selfa. Dawn il-mekkaniżmi ta' kontroll kienu effettivi peress li bihom il-Ġermanja setgħet turi li l-ħlasijiet parzjali mħallsin minn dik is-selfa għenu biss sabiex ikopru l-kostijiet ta' investiment. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li s-Selfa 4 tikkostitwixxi għajnuna illegali għall-investiment qabel l-4 ta' April 2014 u l-kompatibbiltà tagħha trid tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni.

(256)

Fir-rigward tal-Estensjoni 1, il-Kummissjoni tosserva li tikkostitwixxi riportament tas-selfiet 1, 2 u 3. B'hekk, din l-Estensjoni ma għandhiex l-għan li tiffinanzja investimenti ġodda, xi ħaġa li l-Ġermanja ma rnexxilhiex turi. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni tikkonkludi li din l-Estensjoni ngħatat biss sabiex teħles lil FN GmbH mill-obbligu ta' terminu qasir tagħha li trodd lura s-selfiet u l-imgħaxijiet kollha akkumulati. B'hekk, EEL GmbH u l-azzjonisti pubbliċi tagħha riedu jaraw li FN GmbH ma tispiċċax nieqsa mil-likwidità, sitwazzjoni li setgħet twassal sabiex il-benefiċjarju tal-għajnuna jwaqqaf l-investimenti tiegħu jew isir kumpanija f'diffikultà. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tieħu l-pożizzjoni li l-Estensjoni 1 tikkostitwixxi għajnuna operatorja illegali mogħtjia qabel l-4 ta' April 2014 u l-kompatibbiltà tagħha trid tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni

(257)

Kienu japplikaw kunsiderazzjonijiet simili għall-Estensjoni 2 li kieku din tqieset li hija għajnuna mill-Istat.

9.2.2.   Miżura 2

(258)

FN GmbH ibbenefikat mill-Miżura 2 sabiex tikkumpensal-ispejjeż ta' akkwiżizzjoni u installazzjoni ta' assi kapitali fissi deskritti fil-Premessa 46. Skont il-punt 25 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, “għajnuna għall-investiment” tfisser għajnuna sabiex jiġu ffinanzjati assi kapitali fissi u, b'mod speċifiku, sabiex tkun koperta d-diskrepanza fil-finanzjament tal-ispejjeż kapitali. Għaldaqstant, l-ispejjeż kollha sostnuti bil-Miżura 2 jikkostitwixxu kostijiet ta' investiment. B'hekk, il-Miżura 2 tikkostitwixxi għajnuna illegali għall-investiment mogħtjia qabel l-4 ta' April 2014 u l-kompatibbiltà tagħha trid tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni

9.2.3.   Miżura 3

(259)

Kif deskritt fis-Sezzjoni 3.3, il-Miżura 3 investigata ngħatat sabiex tipprovdi lil FN GmbH b'finanzjament transitorju ta' sehem mill-ispejjeż ta' akkwiżizzjoni tal-proprjetà immobbli tal-ajruport (615-il ettaru u madwar 650 binja ta' bosta tipi biex jinbidlu f'ajruport ċivili). Kif stipulat fil-punt 3 tal-perambolu u fil-paragrafu 1 tal-ftehim tas-self tal-14 ta' Marzu 2002, il-finanzjament transitorju ngħata permezz ta' selfa bla mgħax allokata b'mod espliċitu għall-finanzjament tal-ispejjeż ta' investiment meħtieġa għat-tlestija tal-EuZZLG (ara l-Premessa 21).

(260)

Għaldaqstant, dan il-finanzjament transitorju jikkostitwixxi għajnuna illegali mill-Istat għall-investiment mogħtija qabel l-4 ta' April 2014 u l-kompatibbiltà tagħha trid tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni.

9.2.4.   Konklużjoni

(261)

Kif spjegat iktar 'il fuq, il-Kummissjoni tqis li s-Selfa 4 tal-Miżura 1, il-Miżura 2 u l-Miżura 3 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għall-investiment, filwaqt li l-Estensjoni 1 u possibilment 2 tal-Miżura 1 iridu jitqiesu li huma għajnuna operatorja.

9.3.   Kompatibbiltà tal-miżuri ta' għajnuna għall-investiment

(262)

Skont il-paragrafu 61 tal-Linji Gwida tal-2005, il-Kummissjoni trid teżamina jekk

(a)

il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura jilħqux objettiv definit b'mod ċar fl-interess ġenerali (żvilupp reġjonali, aċċessibbiltà, eċċ.);

(b)

l-infrastruttura hijiex meħtieġa u proporzjonata għall-għan stabbilit,

(c)

l-infrastruttura għandhiex prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq terminu medju, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-infrastruttura eżistenti,

(d)

dawk kollha li jistgħu jużaw l-infrastruttura għandhomx aċċess għaliha b'mod indaqs u mhux diskriminatorju;

(e)

l-iżvilupp tal-kummerċ mhuwiex affettwat b'tali mod li jmur kontra l-interess Komunitarju.

(263)

Minbarra r-rekwiżiti li jiġu ssodisfati ċerti kriterji marbutin mal-kompatibbiltà speċifikati fil-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni, l-għajnuna mill-Istat lil ajruporti, bħal kwalunkwe miżura oħra ta' għajnuna mill-Istat, trid tkun neċessarja u proporzjonata b'rabta mal-objettiv leġittimu fil-mira sabiex tiġi approvata bħala għajnuna kompatibbli (76).

9.3.1.   Il-kostruzzjoni u l-operat tal-infrastruttura jilħqu għan definit b'mod ċar fl-interess ġenerali (żvilupp reġjonali, aċċessibbiltà, eċċ.)

(264)

Il-miżuri ta' għajnuna għall-investiment ivvalutati kellhom l-għan li jiffinanzjaw il-bidla ta' dik li kienet bażi militari Ingliża ta' Weeze f'ajruport ċivili, u sabiex jiżviluppaw l-ajruport b'mod sostanzjali. Dawn il-miżuri taw kontribuzzjoni sinifikanti għall-iżvilupp reġjonali u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda f'żona fejn l-ekonomija ntlaqtet sew mill-għeluq tal-bażi militari Ingliża. Kif indikat il-Ġermanja, l-għeluq tal-bażi militari Ingliża wasslet sabiex madwar 6 300 ruħ jitilqu miż-żona, u dan ġab miegħu telf ta' madwar 400 impjieg ċivili marbutin mal-operat tal-bażi militari, u t-telf ta' madwar EUR 102 miljun fi dħul għal madwar 80 kumpanija. Barra minn hekk, it-tluq tat-truppi Ingliża ħalla 1 600 unità residenzjali vojta, jiġifieri iktar minn 30 % tad-djar totali għall-komunità ta' Weeze waħedha.

(265)

Il-Kummissjoni tosserva li skont il-Ġermanja, il-ħolqien u l-iżvilupp tal-ajruport ċivili wasslu għall-ħolqien ta' iktar minn 1 200 impjieg fid-distrett taż-żona ta' Kleeve u għall-ġmigħ ta' kumpaniji tas-servizzi fiż-żona tal-park kummerċjali tal-ajruport.

(266)

Kif indikat il-Ġermanja, il-kontribuzzjoni ta' dan il-proġett għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali — u b'hekk għall-koeżjoni ekonomika, objettiv importanti għall-Unjoni — diġà ġie rikonoxxut f'parti minnu mill-Kummissjoni. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tat fondi strutturali lil Nordrhein-Westfalen mill-programm Konver II, li b'mod espliċitu pprovda għall-finanzjament tar-rikonverżjoni ta' dawk li kienu faċilitajiet militari fi Kleve.

(267)

Il-miżrui ta' għajnuna għall-investiment inkwistjoni kkontribwixxew ukoll sabiex titjieb l-aċċessibbiltà taż-żona. Tabilħaqq, l-eqreb ajruporti għall-ajruport Niederrhein-Weeze huma Düsseldorf (li jinsab 76 km mill-ajruport, 51 minuta ħin tal-ivvjaġġar bil-karozza) u Eindhoven, NL (88 km, siegħa u 12-il minuta ħin tal-ivvjaġġar bil-karozza) (77).

(268)

It-traffiku fl-ajruporti ta' Düsseldorf u Eindhoven żdied b'mod kontinwu mill-2003: it-traffiku f'Düsseldorf tela' minn 14,3 miljun passiġġier fl-2003 għal madwar 21 miljun fl-2013, filwaqt li t-traffiku fl-ajruport ta' Eindhoven tela' minn 0,4 miljun fl-2003 għal 3,4 miljun fl-2013. It-tkabbir kostanti tagħhom ġie affettwat biss matul dak il-perjodu minħabba l-problemi ta' konġestjoni tagħhom stess u r-restrizzjonijiet fil-kapaċità (b'mod partikolari n-numru insuffiċjenti ta' slots disponibbli f'Düsseldorf). Il-kapaċità tal-ajruport ta' Düsseldorf laħaq il-limitu ta' 22 miljun passiġġier tiegħu fl-2013, filwaqt li l-ajruport ta' Eindhoven seta' jaqdi biss lil 2,5 miljun passiġġier fl-2012. Minkejja t-tkabbir fit-traffiku fl-ajruport ta' Niederrhein-Weeze, il-Kummissjoni tosserva li x-xogħol ta' Estensjoni tlesta jew beda mill-2012 sabiex tikber il-kapaċità taż-żewġ ajruporti (78).

(269)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-investiment f'Niederrhein-Weeze ma jikkostitwixxix dupplikazzjoni tal-infrastruttura mhux profittabbli eżistenti. Għall-kuntrarju, l-ajruport ta' Niederrhein-Weeze kellu rwol importanti fid-dikonġestazzjoni ta' Düsseldorf mingħajr ma llimita l-pjanijiet sabiex l-ajruporti ta' Düsseldorf u Eindhoven jiġu espanduti. Mingħajr il-proġett involut, kien hemm riskju li r-reġjuni ma jkun moqdi biżżejjed.

(270)

Għalhekk, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-bini u l-operat tal-infrastruttura jissodisfaw objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni, jiġifieri l-iżvilupp ekonomiku reġjonali u t-titjib tal-aċċessibilità tar-reġjun.

9.3.2.   L-infrastruttura hija meħtieġa u proprozjonata biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit

(271)

Skont il-Ġermanja, il-modernizzazzjoni ppjanata tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze kienet meħtieġa biex titlesta l-konverżjoni ta' dik li kienet bażi tal-avjazzjoni militari f'ajruporti tal-avjazzjoni ċivili. Kien hemm bżonn tal-kostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tat-taxiways u r-rampi tal-ajruport biex jibdew isiru operazzjonijiet ta' titjiriet ċivili.

(272)

Kif argumentat il-Ġermanja, il-proġett infrastrutturali twettaq biss safejn kien meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti: filwaqt li l-infrastruttura nbniet għal traffiku massimu ta' 3,5 miljun passiġġier, l-istatistiki tat-traffiku murija fit-Tabella 1 juru li t-traffiku żdied b'mod konsistenti sal-2010 sabiex laħaq rekord ta' 2,9 miljun passiġġier, qabel ma reġa' naqas għal 2,2 miljun fl-2012. Dan ifisser li fil-parti l-kbira d-domanda mistennija tat-traffiku laħqet id-domanda propja u li l-proġett mhuwiex kbir jew elaborat wisq.

(273)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-infrastruttura inkwistjoni hija meħtieġa u proporzjonata għall-objettivi li ġew stabbiliti.

9.3.3.   L-infrastruttura għandha prospetti sodisfaċenti għall-użu fuq terminu medju, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tal-infrastruttura eżistenti

(274)

Kif spjegat qabel, l-ajruport ta' Niederrhein-Weeze fl-2010 laħaq numru ta' passiġġieri (2,9 miljun passiġġier) qrib il-limitu tal-kapaċità tiegħu (3,5 miljun passiġġier. Dan it-traffiku ntlaħaq fi żmien 6 snin ta' operat biss, li huwa ħafna aktar imħaffef minn ajruporti Ġermaniżi oħrajn li jsegwu l-istess strateġija tal-LCC (bħal Cassel jew Hahn). It-tkabbir sinifikanti tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze jirriżulta mill-irwol importanti tal-ajruport fid-dikonġestazzjoni tal-ajruporti ta' Düsseldorf u Eindhoven u d-densità tal-popolazzjoni fiż-żona ta' lħuq (aktar minn 35 miljun abitant).

(275)

Fuq il-bażi taċ-ċifri msemmija hawn fuq, fuq perjodu ta' żmien medju, il-proġett ta' żvilupp għall-ajruport ta' Niederrhein-Weeze offra perspettivi għall-użu tajbin, b'mod speċjali fir-rigward tal-infrastruttura militari inizjali fl-ajruport, li x-xogħol tal-investiment inizjali għen jaqleb fi pjattaforma ċivili.

9.3.4.   L-utenti potenzjali kollha tal-infrastruttura għandhom aċċess għalih b'mod indaqs u mhux diskriminatorju

(276)

Il-Kummissjoni tosserva li l-infrastrutturi ċivili fis-seħħ dejjem kienu miftuħin għall-utenti potenzjali kollha b'mod mhux diskriminatorju

9.3.5.   L-iżvilupp tal-kummerċ mhuwiex affettwat safejn imur kontra l-interess tal-UE

(277)

Fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna fil-15 ta' Ottubru 2002, l-ajruport ta' Niederrhein-Weeze qeda inqas minn 1 miljun passiġġier fis-sena, u b'hekk ġie kkwalifikat, skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni 2005 bħala ajruport reġjonali żgħir (kategorija D) (79).

(278)

Iż-żona fejn jilħaq l-ajruport Niederrhein-Weeze tinvolvi r-reġjuni tal-Punent tal-Ġermanja u r-reġjuni tal-Lvant tal-Pajjiżi l-Baxxi. Kif spjegat qabel, l-ajruport ta' Niederrhein-Weeze ma għamilx ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni f'din iż-żona ta' lħuq, jiġifieri lill-ajruporti ta' Düsseldorf u ta' Eindhoven, li sfaw vittma ta' problemi ta' konġestjoni severa u nuqqasijiet ta' slots (ara Premessa 268).

(279)

Barra minn hekk, l-ajruport ta' Niederrhein-Weeze la huwa moqdi minn konnessjoni ferrovjarja u lanqas minn konnessjoni bis-sistema awtostradali, għall-kuntrarju taż-żewġ kompetituri tiegħu.

(280)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tindika li s-segment tal-ivjaġġar għan-negozju għandu sehem mis-suq importanti ta' 40 % fl-ajruport ta' Düsseldorf, filwaqt li jirrappreżenta 7 % biss f'Niederrhein-Weeze.

(281)

Fir-rigward tal-ajruport ta' Eindhoven, il-Kummissjoni tindika li din il-faċilità sservi kemm operazzjonijiet ta' titjiriet ċivili kif ukoll militari u li l-finanzjament tal-ispejjeż infrastruturali huma maqsumin bejn il-maniġers tal-ajruport ċivili u l-militari Olandiża. Fl-2010 u l-2011, l-ajruport ta' Eindhoven ħallas madwar EUR 1 miljun fis-sena biex jikkumpensa lill-militar Olandiża għall-ispejjeż tal-manutenzjoni infrastrutturali, is-sigrutà, il-kontroll tal-ajru, iżda ma ġarrabx il-kostijiet tal-investiment inizjali li Niederrhein-Weeze kellu jġarrab (pazjalment).

(282)

Barra minn hekk, l-intensità tal-għajnuna tal-proġett ġenerali (ara sezzjoni dwar in-neċessità u l-proporzjonalità tal-għajnuna aktar 'l isfel) hija limitata għad-diskrepanza tal-finanzjament tagħha L-azzjonarji tal-operatur tal-ajruport sejrin jiffinanzjaw aktar minn 50 % tal-ispejjeż tal-investiment.

(283)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni, għaldaqstant, tista' tikkonkludi li l-iżvilupp tal-kummerċ mhuwiex affettwat b'tali mod li jmur kontra l-interess komuni.

9.3.6.   Il-ħtieġa għall-għajnuna u l-proporzjonalità tagħha

(284)

Il-Kummissjoni trid tistabbilixxi jekk l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil FN GmbH bidlitx l-imġiba tal-impriża benefiċjarja b'tali mod li twettaq attività li tikkontribwixxi għall-kisba ta' objettiv ta' interess pubbliku li (i) ma kinitx twettaq mingħajr l-għajnuna, jew (ii) kienet twettaq b'mod ristrett jew differenti. Barra minn hekk, l-għajnuna titqies li hija proporzjonata biss jekk l-istess riżultat ma setax jintlaħaq b'inqas għajnuna u inqas distorsjoni. Dan ifisser li l-ammont u l-intensità tal-għajnuna jridu jkunu limitati għall-minimu meħtieġ sabiex tibda ssir l-attività megħjuna.

(285)

Skont il-Ġermanja, l-għajnuna kienet meħtieġa għaliex l-iżvilupp tal-ajruport kien ikun imxekkel minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja iebsa ta' FN GmbH fi żmien l-għoti tal-għajnuna. Il-Ġermanja żżid ukoll li, li kieku l-proġett twettaq direttament minn awtoritajiet pubbliċi, dawn l-awtoritajiet kien ikollhom ikopru l-ispejjeż tal-bini kif ukoll it-telf operatorju inizjali. Il-Kummissjoni hija tal-istess fehma u tindika li l-appoġġ pubbliku ngħata f'perjodu li fih l-azzjonisti privati ta' FN GmbH għamlu investimenti tassew kbar fl-infrastruttura fil-fażi ta' bidu tal-proġett (EUR [20-60] miljun fl-2002-2003), filwaqt li ġarrbu t-telf operatorju inizjali tal-ajruport. Hemm dubji fuq kemm l-awtoritajiet lokali b'riżorsi finanzjarji limitati bħad-distrett ta' Kleve u l-komun ta' Weeze setgħu jġarrbu l-piż finanzjarju ta' proġett fuq skala kbira bħal dan waħedhom, filwaqt li setgħu jiksbu l-istess riżultat b'involviment limitat billi jsostnu inizjattiva privata. Fid-dawl tal-għamla riskjuża tal-proġett, li jikkostitwixxi wieħed mill-ftit każijiet ta' ajruporti privati fl-Ewropa, appoġġ pubbliku limitat jidher li għalhekk huwa ġġustifikat sew fil-fażi ta' bidu tiegħu.

(286)

Skont il-Ġermanja, mingħajr l-għajnuna, l-investiment ma setax jitwettaq bl-istess mod fin-nuqqas tal-miżuri 1, 2 u 3. Kif argumentat tajjeb il-Ġermanja, seta' jsir biss numru limitat ta' investimenti, bħat-twessigħ tar-runway. Kien ikun hemm bżonn li ċerti investimenti jsiru ferm iktar tard, u b'hekk l-ajruport kien iħabbat wiċċu ma' diffikultajiet operatorji serji jew ma jkunx jista' jlaħħaq mad-domanda mistennija ta' linji tal-ajru u passiġġieri fiż-żona ta' qbid. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li l-miżuri tal-għajnuna 1, 2 u 3 għandhom effett ta' inċentiv, peress li ppermettew lill-benefiċjarju jagħmel l-investiment.

(287)

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-Miżura 2, il-livell ta' finanzjament pubbliku li fil-fatt ingħata lill-ajruport kien jammonta għal EUR [2-5] miljun. Kif spjegat fil-Premessa (46), din il-miżura ta' appoġġ tikkorrispondi għall-finanzjament ta' 50 % tal-ispejjeż eliġibbli skont id-Digriet tal-1993. L-ammont li jifdal (EUR [2-5] miljun) ġie ffinanzjat minn FN GmbH. Konsegwentement, l-intensità tal-għajnuna tammonta għal 50 %.

(288)

Peress li l-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni jħallu l-kwistjoni tal-intensitajiet tal-għajnuna miftuħa, l-ammont massimu ta' għajnuna permissibbli jrid ikun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ. Il-Kummissjoni tosserva li l-investimenti sostnuti mill-Miżura 2 ġew iffinanzjati b'termini pari passu. Għalhekk, l-intensità tal-għajnuna ta' 50 % tidher iġġustifikata fil-każ ikkonċernat.

(289)

Fir-rigward tal-proporzjonalità tas-Selfa 4 tal-Miżura 1 u l-miżura 3, il-Kummissjoni tosserva li l-għoti ta' selfa b'imgħax baxx jew mingħajr imgħax tikkostitwixxi miżura inqas distorsiva meta mqabbla ma' għotja diretta. Barra minn hekk, peressli l-awtoritajiet pubbliċi kkollateralizzaw is-self kompletament, l-involviment finanzjarju tagħhom kien ferm limitat. Fir-rigward tal-proporzjonalità tar-rinunzja tal-obbligu ta' rimborż ta' nofs il-finanzjament transitorju, il-Kummissjoni taqbel mal-Ġermanja li l-kundizzjoni tal-ħolqien ta' 350 impjieg tikkostitwixxi inċentiv għas-sidien privati tal-ajruport sabiex ilestu l-kostruzzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-ajruport. Il-Kummissjoni tosserva li dan l-inċentiv kien effettiv peress li nħolqu 445 impjieg fi żmien ir-rinunzja (fl-2004), ferm qabel ma għaddiet l-iskadenza kuntrattwali (fi tmiem l-2007).

9.3.7.   Konklużjoni dwar il-Miżura 1 (Selfa 4), 2 u 3

(290)

Minħabba l-valutazzjoni ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura 1 (Selfa 4), 2 u 3 huma kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat.

9.4.   Kompatibbiltà tal-miżura ta' għajnuna operatorja

(291)

Is-sezzjoni 5.1.2 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni stabbilixxiet il-kriterji li l-Kummissjoni ser tapplika fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE. B'mod partikolari, skont il-paragrafu 172 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-Kummissjoni ser tapplika dawn il-kriterji għall-każijiet kollha dwar l-għajnuna operatorja lill-ajruport, inklużi notifiki pendenti u każijiet ta' għajnuna illegali mhux innotifikata, anki jekk l-għajnuna ngħatat qabel l-4 ta' April 2014, jiġifieri qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni. Il-kriterji ta' kompatibbiltà għall-għajnuna operatorja, li tista' tingħata għal perjodu tranżitorju ta' 10 snin mid-data ta' pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, huma:

(a)

Kontribuzzjoni għal objettiv definit sew ta' interess komuni: din il-kundizzjoni tkun issodisfata inter alia jekk l-għajnuna żżid il-mobilità taċ-ċittadini tal-UE u l-konnettività tar-reġjuni jew tiffaċilita l-iżvilupp reġjonali (80);

(b)

Il-bżonn ta' intervent mill-Istat: l-għajnuna għandha tkun immirata lejn sitwazzjonijiet li fihom it-tali għajnuna tista' ġġib titjib materjali magħha li s-suq waħdu ma jistax iġib (81);

(c)

L-eżistenza ta' effett ta' inċentiv: din il-kundizzjoni tkun issodisfata jekk ikun probabbli li, fin-nuqqas tal-għajnuna operatorja, u wara li titqies il-preżenza possibbli tal-għajnuna ta' investiment u l-livell ta' traffiku, il-livell ta' attività ekonomika tal-ajruport ikkonċernat jonqos b'mod sinifikanti (82);

(d)

Il-proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ): sabiex tkun proporzjonata, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti trid tkun limitata għall-minimu meħtieġ sabiex isseħħ l-attività megħjuna (83);

(e)

L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ  (84):

(292)

Peress li l-għajnuna operatorja mogħtija bl-Estensjoni 1 u possibilment l-Estensjoni 2 tal-Miżura 1 ingħatat, fis-sħuħija tagħha, qabel ma daħlu fis-seħħ il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, dawn il-kriterji ta' kompatibbiltà huma applikati fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 137 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni (jiġifieri ma japplikawx ċerti kundizzjonijiet).

9.4.1.   L-għajnuna operatorja tikkontribwixxi għal objettiv definit ċar ta' interess komuni

(293)

L-għajnuna operatorja vvalutata kellha l-għan li żżomm il-livell xieraq tal-operat tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze.

(294)

Skont il-punt 113 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti ser titqies li tikkontribwixxi għall-kisba ta' objettiv ta' interess komuni jekk iżżid il-mobilità taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni, tgħin kontra l-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru f'ajruporti ċentrali ewlenin tal-Unjoni jew tħaffef l-iżvilupp reġjonali.

(295)

Kif konkluż fil-Premessa 270, il-kostruzzjoni u l-operat tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze jissodisfaw objettivi definiti ċari ta' interess komuni, jiġifieri l-iżvilupp ekonomiku reġjonali u t-titjib tal-aċċessibbiltà tar-reġjun.

9.4.2.   Ħtieġa ta' intervent mill-Istat

(296)

Skont il-punt 116 et seq. tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti ser titqies neċessarja jekk iġġib titjib materjali li s-suq waħdu ma jistax iġib. Il-linji gwida jirrikonoxxu wkoll li l-ħtieġa ta' finanzjament pubbliku sabiex jiffinanzja l-ispejjeż operatorji normalment ser ikunu proporzjonalment ikbar għal ajruporti iżgħar minħabba l-ispejjeż fissi għoljin u li l-ajruporti bi traffiku ta' passiġġieri annwali ta' bejn 200 000 u 700 000 passiġġier jaf ma jkunux kapaċi jkopru l-ispejjeż operatorji tagħhom b'mod sostanzjali;

(297)

Mindu bdew l-operazzjonijiet tat-terminal il-ġdid fl-2003, in-numru ta' passiġġieri annwali tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze laħaq il-207 992 fl-2003, 796 745 fl-2004 u 591 744 fl-2005 (Ara t-Tabella 1). Il-Kummissjoni tosserva li t-traffiku tal-passiġġieri wera varjazzjonijiet qawwijin f'din il-fażi ta' bidu, b'mod partikolari tnaqqis ta' 34 % mill-2004 għall-2005. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li tul dawn it-tliet snin, it-traffiku tal-passiġġieri baqa' fil-medja ta' bejn 200 000 u 700 000 ruħ. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tosserva wkoll li FN GmbH dejjem kienet tagħmel it-telf (ara t-Tabella 5), u lanqas biss setgħet tkopri l-ispejjeż operatorji tagħha (l-EBITDA aġġustat huwa negattiv fl-2004 u l-2005), li l-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni jidentifikaw bħala sitwazzjoni tipika għal ajruporti ta' dan id-daqs.

(298)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna operatorja lill-Ajruport ta' Niederrhein-Weeze hija neċessarja.

9.4.3.   Adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta' politika

(299)

Skont il-punt 120 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, l-għajnuna operatorja għandha tkun strument ta' politika xieraq sabiex jintlaħaq l-għan maħsub jew tiġi solvuta l-problema li trid tiġi indirizzata. Peress li l-ajruport ta' Niederrhein-Weeze qiegħed jagħmel it-telf fil-livell operatorju, l-uniku strument xieraq huwa għajnuna operatorja li tippermetti lill-ajruport ikompli jopera sabiex tiġi żgurata l-konnettività taż-żona ta' Niederrhein. Strumenti oħrajn bħall-għajnuna għall-investiment jew miżuri regolatorji ma jidhrux li huma xierqa biex jindirizzaw il-problemi finanzjarji tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze fil-livell operatorju. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna operatorja mogħtija lill-ajruport ta' Niederrhein-Weeze hija strument xieraq.

9.4.4.   L-eżistenza ta' effett ta' inċentiv u l-proporzjonalità tal-ammont ta' għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ)

(300)

Skont il-punt 124 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, l-għajnuna operatorja għandha effett ta' inċentiv jekk ikun probabbli li fin-nuqqas tal-għajnuna operatorja u minħabba l-preżenza possibbli tal-għajnuna għall-investiment u l-livell ta' traffiku, il-livell tal-attività ekonomika tal-ajruport jonqos b'mod sinifikanti.

(301)

L-Ajruport ta' Niederrhein-Weeze rċieva għajnuna għall-investiment sabiex jinbena terminal ġdid u jiġu implimentati rekwiżiti ġodda tas-sikurezza u s-sigurtà. Din ippermettiet lill-ajruport sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet ta' konnettività u trasport tar-reġjun ta' Niederrhein, li tul l-aħħar snin deher fiż-żieda tan-numri ta' passiġġieri. Minkejja numri tal-passiġġieri li bdew jiżdiedu, l-ajruport mhuwiex kapaċi jkopri l-ispejjeż operatorji tiegħu. Mingħajr l-għajnuna operatorja mill-Istat, l-ajruport ma jistax iżomm il-livell attwali ta' traffiku u investiment u l-attività ekonomika tiegħu jkollha tonqos. Fl-istess ħin, l-għajnuna ma qabżitx l-ammont meħtieġ biex tkopri t-telf operatorju, u b'hekk l-ammont tal-għajnuna huwa limitat għall-minimu meħtieġ.

(302)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna operatorja lill-Ajurport ta' Niederrhein-Weeze għandha effett ta' inċentiv u hija proporzjonata.

9.4.5.   Evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

(303)

Skont il-punt 131 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, meta tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja lill-ajruport, il-Kummissjoni ser tieħu f'kunsiderazzjoni d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ. Indikazzjoni tad-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni jew l-effett fuq il-kummerċ tista' tkun il-fatt li l-ajruport jinsab fl-istess żona ta' qbid bħal ajruport ieħor b'kapaċità żejda.

(304)

Kif muri fil-Premessa 276 et seq iktar 'il fuq, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-iżvilupp tal-kummerċ mhuwiex affettwat sa punt li jmur kontra l-interess komuni.

9.5.   Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri ta' għajnuna

(305)

Il-miżuri kollha li huma soġġetti għal din l-investigazzjoni u jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. Din il-konklużjoni hija kompletament mingħajr ħsara għall-valutazzjoni ta' kwalunkwe miżura oħra ta' għajnuna mill-Istat li l-awtoritajiet pubbliċi setgħu taw lil FN GmbH, li l-Kummissjoni tista' tagħmel fil-ġejjieni.

10.   LINGWA

(306)

Permezz tal-ittra datata t-18 ta' Ġunju 2014, il-Ġermanja aċċettat li din id-Deċiżjoni tiġi adottata bl-Ingliż. Għaldaqstant, il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-selfiet mogħtijin minn EEL GmbH lil FN GmbH fil-11 ta' April 2004, is-17 ta' Ġunju 2004 u t-28 ta' Lulju 2004, u l-miżuri ta' appoġġ mogħtijin mid-Distrett ta' Kleve u l-Komun ta' Weeze lil EEL GmbH ma jikkostitwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

1.   Is-selfa mogħtija minn EEL GmbH lil FN GmbH fl-1 ta' Lulju 2005 kif ukoll ir-riportament tal-1 ta' Lulju 2005 tas-selfiet eżistenti kollha mogħtijin minn EEL GmbH lil FN GmbH, il-miżura ta' appoġġ mogħtija mil-Land Nordrhein-Westfalen lil FN GmbH u l-miżura ta' appoġġ mogħtija mid-distrett ta' Kleve direttament lil FN GmbH rigward l-akkwiżizzjoni tal-proprjetà immobbli tal-ajruport ta' Niederrhein-Weeze jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   Ir-riportament tas-selfiet eżistenti kollha mogħtijin minn EEL GmbH lil FN GmbH fid-29 ta' Novembru 2010, jekk jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE saru l-Artikoli 107 u 108,rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza, identiċi. Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 rispettivament, tat-Trattat tal-KE fejn xieraq. It-TFUE introduċa wkoll ċerti tibdiliet fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta' “Komunità” b'“Unjoni” u “suq komuni” b' “suq intern”. It-terminoloġija tat-TFUE sejra tintuża tul din id-Deċiżjoni kollha.

(2)  ĠU C 279, 14.9.2012, p. 1.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1), kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 734/2013 tat-22 ta' Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 204, 31.7.2013, p. 15).

(4)  ĠU C 279, 14.9.2012, p. 1.

(5)  Minbarra Ryanair u Transavia, qabel l-ajruport kien servut minn Air Berlin, Wizz Air, XL Airways, Sky Airlines, Corendon Airlines u Bulgaria Air kif ukoll il-kumpaniji charter Tailwind u Solid Executive (ara l-Premessa 11 tad-deċiżjoni ta' ftuħ).

(*)  Informazzjoni kunfidenzjali

(6)  Sors: http://unternehmen.airport-weeze.com/de/kurzportrait.html

(7)  Il-partijiet interessati daħħlu iktar minn 1 000 ilment kontra l-għoti tal-liċenzja operatorja lil FN GmbH qabel ma bdew l-operazzjonijiet, li skont din ma setgħux jibdew qabel l-1 ta' Mejju 2003. Fl-2006, il-liċenzja operatorja reġgħet ġiet ikkontestata legalment u b'hekk inħolqot inċertezza legali dwar l-operazzjonijiet tal-ajruport. Kien biss fl-1 ta' Frar 2007 li ġiet solvuta l-kwistjoni, meta l-Bundesverwaltungsgericht awtorizzat l-operazzjonijiet ta' titjiriet fl-ajruport. Permezz ta' emenda għal-liċenzja operatorja maħruġa mill-awtoritajiet reġjonali nhar l-1 ta' Mejju 2009 inkisbet konformità legali sħiħa.

(8)  Ir-rata bażika tal-imgħax tinbidel fl-1 ta' Jannar u l-1 ta' Lulju ta' kull sena bil-punti perċentwali li bihom tkun telgħet jew niżlet ir-rata ta' referenza mill-aħħar bidla fir-rata bażika tal-imgħax. Ir-rata ta' referenza hija r-rata tal-imgħax għall-iktar operazzjoni riċenti ewlenija ta' rifinanzjament tal-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tal-kalendarju tal-perjodu relevanti ta' sitt xhur. Id-Deutsche Bundesbank iħabbar ir-rata bażika effettiva tal-imgħax fil-Gazzetta Federali mingħajr dewmien żejjed wara l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Lulju.

(9)  Id-differenza ta' EUR [1-3] miljun bejn l-ammont tas-selfa u l-miżata fuq l-art ġejja mill-fatt li fl-14 ta' Lulju 2004 FN GmbH u EEL GmbH ikkonkludew ftehim ta' selfa tranżitorja li kien akkumpanjat minn miżata fuq l-art li tiswa EUR [1-3] miljun. Maż-żmien, il-kuntratt tas-selfa tranżitorja ttiħidlu postu mit-tielet ftehim ta' self tas-27 ta' Lulju 2004, iżda l-miżata fuq l-art ma tħassirtx u baqgħet valida, b'tali mod li l-ftehim tat-tielet selfa kien jeħtieġ kollateral ta' EUR [1-5] miljun biss.

(10)  L-ebda wieħed mill-kuntratti ma jinkludi dispożizzjoni speċifika marbuta mal-imgħaxijiet tard peress li dawn tal-aħħar huma koperti fl-Artikolu 288 BGB u għalhekk huma applikabbli għal kull ftehim ta' self.

(11)  http://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/reference_rates.html

(12)  Wara l-ftehim tal-31 ta' Marzu 2011, l-ishma ngħaddew lil EEL GmbH fil-31 ta' Diċembru 2011. Eventwalment ngħaddew lid-distrett ta' Kleve

(13)  Din id-deċiżjoni ma tkoprix l-iskambju ta' dejn ma' ekwità jew xi miżura oħra li setgħetingħatat mill-Ġermanja favur FN GmbH mill-2011 'l hemm.

(14)  https://recht.nrw.de/lmi/owa/br_bes_text?anw_nr=1&gld_nr=9&ugl_nr=96&bes_id=1284&val=1284&ver=7&sg=&aufgehoben=N&menu=1

(15)  Dan jimplika li, meta EEL GmbH irriportat is-self mogħti lil FN GmbH, is-self tagħha stess mogħti mid-distrett ta' Kleve u s-selfa mogħtija mill-[bank] lil EEL GmbH fl-ammont ta' EUR [1-5] miljun ġew riportati wkoll.

(16)  Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).

(17)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 16.

(18)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 7.

(19)  Madankollu, din l-offerta qatt ma mmaterjalizzat.

(20)  Ara l-Premessa 38 għal iktar żviluppi dwar il-Linji Gwida finali tal-2014 dwar l-Avjazzjoni

(21)  Ara l-każijiet magħquda Chronopost v Ufex u Oħrajn, C-83/01 P, C-93/01 P u C-94/01, EU:C:2003:388, paragrafu 37.

(22)  Il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tad-ditti f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).

(23)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta'skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).

(24)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodu għad-determinazzjoni tar-rati ta' referenza u ta' skont (ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3).

(25)  Ir-Repubblika Taljana v il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. C-305/89 EU:C:1991:142, paragrafu 19.

(26)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15.6.2011, N 322/10–, paragrafu 49. http://ec.europa.eu/competition/state_aid/cases/237041/237041_1243261_83_3.pdf

(27)  http://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/transparency_extract_en.pdf

(28)  Applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE għal għajnuniet mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5).

(29)  B'mod partikolari, 12 ta' Diċembru 2000, Aéroports de Paris v Il-Kummissjoni T-128/98 Ġabra II-3929 EU:T:2000:290, 17 ta' Diċembru 2008, Ryanair/Il-Kummissjoni, T-196/04, EU:T:2008:585, kif ukoll 24 ta' Marzu 2011, Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt/Il-Kummissjoni a.o., T-443/08, EU:T:2011:117.

(30)  Premessa 42.

(31)  SA.30743 — Finanzierung von Infrastrukturprojekten am Flughafen Leipzig/Halle (ĠU C 284, 28.9.2011, p. 6).

(32)  Ara l-premessa 54 tad-deċiżjoni ta' ftuħ.

(33)  Salzgitter/Il-Kummissjoni, C-408/04, EU:C:2008:236, paragrafu 106.

(34)  COM(2006) 819 finali.

(35)  L-indiċi jipprovdi r-rati tal-imgħax ta' dawk li ħafna minnhom huma rati obbligazzjonarji ta' banek Ġermaniżi bi klassifikazzjoni ta' A trippla

(36)  Il-partijiet terzi kkonċernati ġġustifikaw id-dubji tagħhom dwar dan il-punt billi ddikjaraw li Airport Network B.V kienqiegħed jagħmel it-telf kontinwament.

(37)  Demesa u Territorio Histórico de Álava v Il-Kummissjoni, Każijiet magħquda C-183/02 P u C-187/02 P, Ġabra, EU:C:2004:701, paragrafu 52.

(38)  Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).

(39)  L-24 ta' Marzu 2011, Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig Halle GmbH v il-Kummissjoni, Kawżi Magħqudin T-443/08 u T-455/08, Ġabra, EU:T:2011:117, b'mod partikolari l-paragrafi 93 u 94; ikkonfermata minn Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig-Halle v il-Kummissjoni, Kawża C-288/11 P, EU:C:2012:821.

(40)  Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f'ċerti intrapriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).

(41)  

L-iskop tal-kumpanija huwa l-iżvilupp u l-ftuħ ta' dak li kien il-mitjar tan-NATO Weeze-Laarbruch fir-rigward tal-faċilitajiet tekniċi u infrastrutturali meħtieġa u l-manutenzjoni u t-tiġdid tas-sit sabiex jitħejja għal użu kummerċjali sussegwenti”.

(42)  L-uniku appoġġ finanzjarju tal-Muniċipalità ta' Weeze kien jikkonsisti fl-injezzjoni inizjali ta' kapital meta nħolqot EEL GmbH, iżda din sostniet id-deċiżjonijiet kollha meħudin minn EEL GmbH u d-distrett ta' Kleve.

(43)  Permezz tal-paragrafu 53 tal-Haushaltsgrundsätzegesetz (HGrG), li jistabbilixxi l-prinċipji kontabilistiċi u baġitarjital-entitajiet pubbliċi fil-Ġermanja

(44)  Komunikazzjoni tal-Kumissjoni lill-Istati Membri: applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KEE u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE lil impriżi pubbliċi fis-settur tal-manifattura (ĠU C 307, 13.11.1993, p. 3, paragrafu 11). Din il-komunikazzjoni tindirizza s-settur tal-manifattura, iżda tista' tiġi applikata għas-setturi ekonomiċi l-oħrajn. Ara wkoll il-Kawża T-16/96 Cityflyer, [1998] Ġabra II-757, paragrafu 51.

(45)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).

(46)  Il-Komunikazzjoni tal-2008 dwar ir-Rati ta' Referenza tistabbilixxi metodu sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta' referenza u ta' skont li huma applikati bħala indikatur tar-rata ta' referenza. Minkejja l-fatt li r-rata ta' referenza tal-Kummissjoni hija biss indikatur, il-Kummissjoni mhijiex fil-pussess ta' dejta konklużiva oħra sabiex tistabbilixxi r-rata tal-imgħax li l-mutwatarju jista' jikseb fis-suq.

(47)  Solvabilitätsverordnung — SolvV of 14 ta' Diċembru 2006, ippubblikat fl-20 ta' Diċembru 2006 fil-Bundesgesetzblatt tal-Ġermanja (Parti I Nru 61, p. 2926).

(48)  Ara “2012 Annual Global Corporate Default Study and Rating Transitions” ta' Standard and Poor, 18 ta' Marzu 2013, p. 29, u “Corporate Default and Recovery Rates 1920 -2010” ta' Moody's, 28 ta' Frar 2011, p. 31.

(49)  Il-livell ta' kollaterali jista' jitkejjel bħala t-Telf fil-Każ ta' Inadempjenza (LGD), li huwa t-telf mistenni f'perċentwal tal-iskopertura tad-debitur filwaqt li jitqiesu l-ammonti rekuperabbli mill-kollateral u l-assi f'falliment; bħala konsegwenza, l-LGD huwa proprozjonali b'mod invers għall-validità tal-kollaterali.

(50)  LGD = 1 – rata ta' rkupru = 1 – EUR […] M/EUR […] M = […] %

(51)  Ara l-paġna 22 u 23 tal-Ftehim ta' Self mill-1 ta' Lulju 2005.

(52)  Ara l-paġna 2 tal-Anness għall-ittra tal-Ġermanja tat-23 ta' Mejju 2014.

(53)  Iż-żieda fil-valur bejn l-2005 u l-2010 hija dovuta l-iktar għal […].

(54)  Ara l-paġna 2 tal-Anness 2 għall-Mitteilung vom 23.5.2014.

(55)  Dan il-grupp fih il-klassifikazzjonijiet ta' […].

(56)  Lista tar-rati bażi applikabbli hija ppubblikata mill-Kummissjoni fuq is-sit web li ġej: http://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/base_rates_eu27_en.pdf

(57)  Id-differenza ta' […] bps fir-rati tal-imgħax tirrappreżenta vantaġġ ta' bejn wieħed u ieħor EUR […] għad-durata tas-Selfa 4 u l-Estensjoni 1.

(58)  L-Italja v Il-Kummissjoni, C-99/02, Ġabra, EU:C:2004:207, paragrafu 65.

(59)  Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH (is-sentenza “Altmark”), EU:C:2003:415, ECR

(60)  Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, paragrafu 43.

(61)  L-Italja v Il-Kummissjoni, EU:C:2004:207, paragrafu 65.

(62)  Sentenza “Altmark”, EU:C:2003:415

(63)  Il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, paragrafu 43.

(64)  12 ta' Diċembru 2000, Alitalia v Il-Kummissjoni, T-296/97, Ġabra, EU:T:2000:289, paragrafu 84; L-Italja v Il-Kummissjoni, C-305/89, Ġabra, EU:C:1991:142, paragrafu 20.

(65)  Ara l-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni, numru 46.

(66)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 65.

(67)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 49.

(68)  Ara l-Avviż Ġurisdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1, paragrafu 95).

(69)  Ara l-Premessa 53.

(70)  Ara t-Tabella 3.

(71)  L-Artikolu 1(b)(v), it-tieni sentenza, tar-Regolament Nru 659/1999 jgħid: “Billi ċerti miżuri jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni ta' attività mill-liġi tal-Komunità, dawn il-miżuri m'għandhomx ikunu kkunsidrati li huma għajnuna eżistenti wara d-data ffissata għall-liberalizzazzjoni”.

(72)  

L-għajnuna li tinftiehem li hi għajnuna eżisteni minħabba li jista' jitwaqqaf li meta daħlet fis-seħħ ma kkostitwietx għajnuna, u sussegwentement saret għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni u mingħajr ma nbidlet mill-Istat Memrbu. Billi ċerti miżuri jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni ta' attività mill-liġi tal-Komunità, dawn il-miżuri m'għandhomx ikunu kkunsidrati li huma għajnuna eżistenti wara d-data ffissata għall-liberalizzazzjoni”.

(73)  Il-Premessi 38 u 39.

(74)  Premessa 172 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.

(75)  Premessa 173 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.

(76)  Pereżempju, ara l-Kawża SA.34586 (12/N) — Il-GreċjaModernizzazzjoni tal-Ajruport ta' Chania, paragrafu 49.

(77)  Filwaqt li formalment id-distanza tiegħu minn Niederrhein-Weeze hija ta' inqas minn 100 km (98 km), l-ajruport ta' Maastricht jista' jintlaħaq biss bi vjaġġ ta' siegħa u 14-il minuta bil-karozza. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li dan l-ajruport ma għandux jitqies li huwa inkluż fiż-żona ta' qbid tal-Ajruport ta' Niederrhein-Weeze.

(78)  Wara l-Estensjoni tal-2012-2013, il-kapaċità tal-ajruport ta' Eindhoven żdiedet għal 5 miljun passiġġier; il-ħidma ta' Estensjoni fl-ajruport ta' Düsseldorf hija mistennija tibda fis-sajf tal-2014.

(79)  Ara l-paragrafu 15 tiegħu.

(80)  Paragrafi 137 u 113 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.

(81)  Paragrafi 137 u 116 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.

(82)  Paragrafi 137 u 124 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.

(83)  Paragrafi 137 u 125 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.

(84)  Paragrafi 137 u 131 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.


15.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1825

tal-31 ta' Lulju 2014

dwar l-għajnuna mill-Istat mhux notifikata SA.34791 (2013/C) (ex 2012/NN) — Il-Belġju — Għajnuna għas-salvataġġ ta' Val Saint-Lambert SA

(notifikata bid-dokument C(2014) 5402)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a)

Wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom skont l-Artikoli msemmija (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fil-11 ta' Mejju 2012, il-Belġju nnotifika minn qabel lill-Kummissjoni għajnuna għas-salvataġġ ta' Val Saint-Lambert SA (minn hawn 'il quddiem “VSL”) fil-forma ta' self issussidjat ta' EUR 1 miljun. Wara li osservat li parti mill-għajnuna għas-salvataġġ, jiġifieri EUR 400 000, kienet diġà ngħatat fit-3 ta' April 2012, il-Kummissjoni rreġistrat dan il-każ fir-reġistru tal-għajnuniet mhux innotifikati. Din l-għajnuna baqgħet ma ġietx innotifikata u sussegwentement ma kinitx soġġetta għal notifika.

(2)

Fit-3 ta' Ottubru 2012, l-awtoritajiet Belġjani nnotifikaw għajnuna għar-ristrutturar favur VSL. Din kienet tikkonsisti fl-estensjoni tas-self ta' EUR 1 miljun għal għaxar snin.

(3)

Permezz tal-ittra tal-1 ta' Frar 2013, il-Kummissjoni informat lill-Belġju bid-Deċiżjoni tagħha li tagħti bidu għall-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “TFUE”) fir-rigward ta' dawn iż-żewġ għajnuniet u miżuri oħrajn li ttieħdu favur VSL.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (minn hawn 'il quddiem “id-Deċiżjoni tal-Ftuħ”). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna u l-miżuri inkwistjoni.

(5)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar dan min-naħa ta' partijiet terzi.

(6)

Il-Belġju indirizza l-kummenti tiegħu dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ fil-21 ta' Marzu 2013.

(7)

Permezz tal-ittra tal-14 ta' Novembru 2013, l-awtoritajiet Belġjani informaw lill-Kummissjoni li huma xtaqu jirtiraw in-notifika dwar l-għajnuna għar-ristrutturar. Minħabba f'hekk, din il-miżura ma ġietx analizzata fil-kuntest ta' din id-Deċiżjoni.

(8)

Permezz tal-ittri tas-17 ta' Ottubru u l-14 ta' Novembru 2013 u l-ittra elettronika tal-10 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Belġjani biex jipprovdu aktar informazzjoni. L-awtoritajiet Belġjani wieġbu bl-ittra tat-12 ta' Diċembru 2013 u bl-ittra elettronika tal-11 ta' Diċembru 2013. Huma talbu aktar żmien sabiex iwieġbu għat-talba ta' informazzjoni tal-14 ta' Novembru 2013. Dan iż-żmien ingħatalhom permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2013. Fl-aħħar, it-tweġiba tal-awtoritajiet Belġjani waslet fis-6 ta' Jannar 2014. Il-Kummissjoni għamlet talba oħra għal aktar informazzjoni fis-7 ta' Frar 2014. L-awtoritajiet Belġjani u l-avukat ta' Société Wallonne de Gestion et de Participations (minn hawn 'il quddiem “SOGEPA”) wieġbu rispettivament fil-25 u fis-27 ta' Frar 2014. Talba oħra għal aktar informazzjoni ġiet indirizzata lill-awtoritajiet Belġjani fil-11 ta' April 2014. Permezz tal-ittra tat-30 ta' April 2014, il-Kummissjoni estendiet iż-żmien mogħti lill-awtoritajiet Belġjani sat-23 ta' Mejju 2014. Il-Kummissjoni effettivament irċeviet it-tweġiba tagħhom f'din id-data.

(9)

Permezz tal-ittra tat-18 ta' Ġunju 2014, l-awtoritajiet Belġjani awtorizzaw lill-Kummissjoni biex tadotta u tinnotifika din id-Deċiżjoni bil-lingwa Franċiża biss.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI U TAL-GĦAJNUNIET

2.1.   Il-benefiċjarju

(10)

VSL tipproduċi oġġetti tal-kristall ta' kwalità għolja jew ta' lussu. Hija bbażata f'Seraing f'Walloon, tħaddem 52 persuna u għandha fatturat annwali ta' madwar EUR 2 miljun. Il-prodotti tagħha għandhom reputazzjoni tajba iżda l-istorja tagħha hija mżewqa b'diversi fallimenti. B'mod partikolari, fl-2002 l-SA Cristallerie du Val Saint-Lambert falliet u l-attivitajiet tagħha waqgħu f'idejn SA La cristallerie du Val Saint-Lambert (minn hawn 'il quddiem “CVSL”) li ġiet imwaqqfa fid-19 ta' Diċembru 2002. Wara, il-Qorti tal-Kummerċ ta' Liège ħabbret il-falliment tas-CVSL bis-sentenza tal-11 ta' Awwissu 2008. L-attività waqgħet f'idejn żewġ azzjonisti privati: Châteaux Finances Corporation (minn hawn 'il quddiem “CFC”), kumpanija azzjonarja proprjetarja ta' diversi kumpaniji tal-proprjetà immobbli jew relatati mal-inbid u l-gastronomija u s-Société de Promotion d'Espaces Commerciaux et Industriels (minn hawn 'il quddiem “SPECI”), intrapriża ta' ġestjoni u ta' żvilupp tal-assi tal-proprjetà immobbli.

(11)

Għall-bidu, CFC u SPECI kellhom rispettivament 70 % u 30 % ta' VSL. F'Marzu 2011, CFC u r-Reġjun ta' Walloon għamlu żieda fil-kapital li ma kinitx tinvolvi lil SPECI. Illum 76 % ta' VSL hija proprjetà ta' CFC, 17 % proprjetà tar-Reġjun ta' Walloon u 7 % proprjetà ta' SPECI.

(12)

Mill-14 ta' Ottubru 2013, VSL tinsab mill-ġdid fi proċedura ta' falliment.

(13)

VSL tgawdi mill-użu ta' liċenzja esklussiva għall-użu tal-marki kummerċjali, disinni u tpinġijiet VSL. Din il-liċenzja ilha li ngħatatilha sa minn Jannar 2009, mir-Reġjun ta' Walloon, il-proprjetarja attwali tal-marki kummerċjali. Qabel, sa Ottubru 2005, il-marki kummerċjali VSL kienu proprjetà ta' Compagnie financière du Val (minn hawn 'il quddiem “CFV”), suċċessur ta' Société de Gestion des marques du Val Saint-Lambert, 100 % proprjetà ta' SOGEPA (li min-naħa tagħha hija 100 % proprjetà tar-Reġjun ta' Walloon).

(14)

Permezz tal-ftehim ta' ċessjoni tal-5 ta' Ottubru 2005, CFV biegħet il-marki kummerċjali tagħha lil SA Interagora, il-kumpanija prinċipali ta' CVSL, għal EUR [500 000-800 000] (*). Fil-11 ta' Awwissu 2008, SA Interagora, li saret SA Val Saint-Lambert International (minn hawn 'il quddiem “VSLI”), falliet u kien għad fadlilha tagħti bilanċ ta' EUR 280 000 lil CFV. Ir-reġjun ta' Walloon sussegwentement uża d-dritt preventiv tiegħu u sar proprjetarju tal-marki kummerċjali għal EUR [700 000-1 000 000] fl-2008.

2.2.   Deskrizzjoni tal-miżuri u tal-għajnuniet

2.2.1.   Miżura 1: l-għajnuna għas-salvataġġ ta' EUR 1 miljun tat-3 ta' April 2012

(15)

L-għajnuna għas-salvataġġ favur VSL tikkonsisti f'self issussidjat ta' EUR 1 miljun, mogħti fit-3 ta' April 2012 mir-Reġjun ta' Walloon, irrappreżentat minn SOGEPA (SOGEPA taġixxi f'isem ir-reġjun f'kull miżura li fiha trid tintervjeni SOGEPA), għal sitt xhur b'rata ta' 3,07 % (rata bażi ta' 2,07 + 100 punt). Ir-rata sussegwentement ġiet miżjuda b'marġni ta' 100 punt bażi bħala kumpens tal-ispejjeż lil SOGEPA, u għalhekk għal 4,07 %. Parti mis-self ta' EUR 1 miljun, jiġifieri EUR 400 000 ingħatat fl-istess jum li fih ġie konkluż il-ftehim ta' kreditu tat-3 ta' April 2012 mingħajr ma kienet ġiet innotifikata minn qabel lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Il-bilanċ tas-self, jiġifieri EUR 600 000, ingħata f'data oħra li ma ġietx mgħarrfa lill-Kummissjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li s-self sħiħ, jiġifieri EUR 1 miljun, ingħata kollu peress li dan kien inkluż fil-preżentazzjoni tat-talba indirizzata lill-Qorti tal-Kummerċ ta' Liège fil-kuntest tal-falliment ta' VSL imħabbar mill-istess qorti fl-14 ta' Ottubru 2013.

2.2.2.   Miżura 2: l-għajnuna għar-ristrutturar

(16)

Fit-3 ta' Ottubru 2012, l-awtoritajiet Belġjani nnotifikaw għajnuna għar-ristrutturar. Din kienet tikkonsisti fl-estensjoni tas-self ta' EUR 1 miljun (jiġifieri tal-Miżura 1) għal għaxar snin. Madankollu, permezz tal-ittra tal-14 ta' Novembru 2013, l-awtoritajiet Belġjani infurmaw lill-Kummissjoni li kienu sejrin jirtiraw in-notifika dwar l-għajnuna għar-ristrutturar. L-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw permezz tal-ittra tat-12 ta' Diċembru 2013 li din l-għajnuna ma ġietx implimentata. Għaldaqstant din l-għajnuna mhijiex analizzata f'din id-Deċiżjoni.

2.2.3.   Miżuri 3 sa 8

(17)

Qabel l-għajnuna għas-salvataġġ imsemmija hawn fuq (miżura 1), ir-Reġjun ta' Walloon rrappreżentat minn SOGEPA u korpi pubbliċi oħrajn li jappartjenu lir-Reġjun u li jaġixxu f'ismu bħal CFV, intervjena sitt darbiet favur VSL bejn l-2008 u l-2011, fil-forom li ġejjin: garanzija ta' EUR 150 000 (miżura 3), l-użu u ċ-ċessjoni tal-marki kummerċjali Val Saint-Lambert (miżura 4), self ta' EUR 1,5 miljun (miżura 5), żieda ta' EUR 1,5 miljun f'kapital (miżura 6), għajnuniet ta' ammont limitat (miżura 7) u l-finanzjament tax-xogħlijiet ta' dekontaminazzjoni bħala parti mill-proġett Cristal Park (miżura 8).

Miżura 3: Il-garanzija ta' EUR 150 000 ta' Settembru 2008

(18)

CVSL li kienet taħdem il-kristall qabel VSL ġiet iddikjarata falluta fil-11 ta' Awwissu 2008 mill-Qorti tal-Kummerċ ta' Liège. Bl-għan li jassigura l-kontinwità tal-attività minkejja s-sitwazzjoni ta' falliment sabiex isib xerrej, ir-Reġjun ta' Walloon inkariga lil SOGEPA permezz tad-Deċiżjoni tat-28 ta' Awwissu 2008, toħroġ garanzija ta' EUR 150 000 fuq self ING ta' EUR 300 000 lill-kuratur tal-falliment ta' CVSL. Din il-garanzija ngħatat fl-24 ta' Settembru 2008 lill-kuratur ta' CVSL, mingħajr kumpens.

Miżura 4: Iċ-ċessjoni u l-użu tal-marki kummerċjali Val Saint-Lambert f'Jannar 2009

(19)

Kif indikat, CFV kienet is-sid, sa Ottubru 2005, tal-marki kummerċjali ta' VSL.

(20)

Permezz tal-ftehim ta' ċessjoni tal-5 ta' Ottubru 2005, CFV biegħet il-marki kummerċjali tagħha lil SA Interagora għal EUR [500 000-800 000]. Is-saldu tal-ħlas ta' EUR 700 000 kellu jsir f'porzjon ta' EUR [100 000-500 000] u għaxar annwalitajiet ta' EUR [10 000-50 000]. L-Artikolu 7 ta' dan il-ftehim kien jagħti lir-Reġjun ta' Walloon dritt preventiv f'każ li, qabel il-5 ta' Ottubru 2010, SA Interagora jew il-kredituri tagħha jikkunsidraw li jbiegħu l-marki kummerċjali, id-disinni u l-mudelli taċ-ċessjoni.

(21)

Fil-11 ta' Awwissu 2008, SA Interagora, li saret VSLI, falliet u kien għad fadal bilanċ ta' EUR 280 000 x'jitħallas lil CFV.

(22)

Fl-1 ta' Ottubru 2008, il-kuratur ta' CVSL iffirma protokoll ta' ftehim ma' CFC u SPECI (xerrejja tal-attivitajiet ta' CVSL), li kien jinkludi wkoll ir-riakkwist tal-marki kummerċjali Val Saint-Lambert mingħand VSLI għall-prezz ta' EUR [700 000-1 000 000]. Ir-Reġjun ta' Walloon imbagħad uża d-dritt preventiv tiegħu (l-Artikolu 7 tal-ftehim tal-5 ta' Ottubru 2005) għall-istess prezz u avża b'dan lill-kuratur fis-7 ta' Novembru 2008. Dan imbagħad stipula l-kundizzjonijiet li ġejjin fil-ftehim tad-29 ta' Jannar 2009 konkluż bejn CFV u VSL:

huwa jagħti liċenzja esklussiva, dinjija u mingħajr restrizzjoni għall-użu minn VSL tad-drittijiet intellettwali marbuta esklussivament mal-marki kummerċjali, il-logos u l-ittri “Val Saint-Lambert” li tagħhom ir-Reġjun ta' Walloon jibqa' proprjetarju. Din il-liċenzja tingħata għal remunerazzjoni ekwivalenti għal 1,5 % tal-qligħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-amortizzament (Earnings Before Interest, Taxes, Depreciation and Amortization — EBITDA) fuq l-ewwel ħames snin finanzjarji u 5 % mis-sitt sena finanzjarja 'l quddiem. L-għoti tal-liċenzja jieqaf f'każ ta' falliment, likwidazzjoni jew ftehim ta' VSL jew f'każ ta' terminazzjoni tal-ftehim minħabba VSL.

huwa jagħti lil VSL opzjoni ta' xiri fuq id-drittijiet intellettwali. VSL tkun tista' teżerċita l-opzjoni mir-raba' sena wara l-iffirmar tal-ftehim u sal-aħħar jum tal-ħames sena għall-prezz ta' EUR [700 000-1 000 000] (prezz propost mix-xerrejja taħt il-protokoll ta' riakkwist tal-1 ta' Ottubru). VSL tkun tista' wkoll teżerċita din l-opzjoni għall-istess prezz ta' EUR 800 000 indiċjat fuq l-indiċi Belġjan tal-prezzijiet għall-konsumatur bejn is-sitt u l-għaxar sena. Mill-11-il sena, ir-Reġjun ta' Walloon ikun jista' jitlob lil VSL tixtri mill-ġdid id-drittijiet intellettwali għall-istess prezz ta' EUR [700 000-1 000 000] indiċjat.

F'każ li tiġi eżerċitata l-opzjoni tax-xiri, VSL ikollha tħallas il-bqija tas-somom kollha dovuti lil CFV (u msemmija fil-premessa 21).

(23)

Fil-kummenti tagħhom, l-awtoritajiet Belġjani informaw lill-Kummissjoni li, wara l-proċedura ta' riorganizzazzjoni ġudizzjarja (3) mibdija fit-28 ta' Frar 2012, il-bilanċ li kien għad fadal jitħallas ma kienx baqa' ta' EUR 280 000 iżda sar EUR 61 250, wara t-tnaqqis ta' EUR 43 750 deċiż taħt il-proċedura ta' riorganizzazzjoni ġudizzjarja u wara r-rimborż ta' EUR 105 000 li sar qabel l-implimentazzjoni ta' din il-proċedura.

Miżura 5: Is-self ta' EUR 1,5 miljun f'Awwissu 2009

(24)

Fil-31 ta' Awwissu 2009, ir-Reġjun ta' Walloon, irrappreżentat minn SOGEPA, ta self ta' EUR 1,5 miljun lil VSL bir-rata ta' 4,7 % għal seba' snin sabiex l-impriża tkun tista' tixtri fran ġodda. Dan is-self kien garantit minn ipoteka tal-ewwel grad fuq il-bini ta' VSL li, skont l-awtoritajiet Belġjani allegatament kellu valur ogħla mis-self.

Miżura 6: Iż-żieda ta' EUR 1,5 miljun f'kapital f'Marzu 2011

(25)

Fis-17 ta' Marzu 2011, ir-Reġjun ta' Walloon iddeċieda dwar injezzjoni ta' kapital ta' EUR 1,5 miljun lil VSL, bl-għan li jippermetti l-akkwist ta' forn ġdid. Bejn il-25 ta' Mejju 2009 u d-29 ta' Marzu 2011, CFC (azzjonista maġġoritarja ta' VSL) ipprovdiet lill- kumpanija msemmija self totali ta' EUR 5,2 miljun.

Miżura 7: Għajnuniet preċedenti ta' ammont limitat

(26)

Bejn Frar 2010 u Novembru 2012, VSL irċeviet EUR 197 503 permezz ta' diversi għajnuniet ta' ammont limitat. Fil-25 ta' Marzu 2011, SOGEPA tat għajnuna għal Interim Manager ta' EUR 97 785. Madankollu, fil-25 ta' Settembru 2012, SOGEPA talbet ir-rimborż ta' din l-għajnuna flimkien mal-imgħax, meta din indunat li l-limitu ta' EUR 200 000 previst mir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 (4) kien inqabeż.

Miżura 8: Id-dekontaminazzjoni tal-bini ta' VSL bħala parti mill-proġett Cristal Park u t-tqegħid għad-dispożizzjoni bla ħlas ta' ċertu bini minn SPAQUE lil VSL

(27)

Il-proġett Cristal Park kien jipprevedi d-dekontaminazzjoni tal-bini ta' VSL permezz ta' fondi pubbliċi.

(28)

Permezz tal-ittra tal-20 ta' Awwissu 2012, Spaque (kumpanija pubblika ta' għajnuna għall-kwalità tal-ambjent) bagħtet offerta kondizzjonali ta' akkwist tal-bini ta' VSL għal EUR 2 040 000, minbarra l-ispejjeż ta' dekontaminazzjoni li kienu għadhom iridu jiġu vvalutati. Il-prezz ta' EUR 2 040 000 kien iffissat minn espert indipendenti Cushman & Wakefield fid-29 ta' Marzu 2012, li kien speċifika li huwa stess ma kienx f'qagħda li jivvaluta l-ispiża ta' riabilitazzjoni. Permezz tal-ittra tal-5 ta' Settembru 2012, VSL għarrfet lil Spaque dwar l-ammont tal-ispiża ta' dekontaminazzjoni stabbilit għal EUR 219 470 mill-kumpanija GEOLYS f'Awwissu 2012. F'din l-istess ittra, VSL informat ukoll lil Spaque dwar il-qbil tagħha li tbiegħ il-bini għall-prezz ta' EUR 2 040 000 nieqes EUR 220 000. Fit-13 ta' Diċembru 2012, il-bini inkwistjoni nbiegħ lil Spaque għall-prezz ta' EUR 2 040 000 nieqes l-ispejjeż ta' dekontaminazzjoni stmati għal EUR 220 000 EUR, jiġifieri EUR 1 820 000. Sadanittant, nota tal-1 ta' Diċembru 2011, mibgħuta mill-awtoritajiet Belġjani, madankollu kienet ikkalkulat li l-ispejjeż ta' dekontaminazzjoni jammontaw għal diversi miljuni ta' Euro.

(29)

Qabel dan il-bejgħ tat-13 ta' Diċembru 2012, waqt il-laqgħa tal-kunsill komunali tal-10 ta' Settembru 2012, il-kunsill komunali tal-belt ta' Seraing approva żewġ abbozzi ta' ftehim ta' opzjonijiet, l-ewwel wieħed bejn Spaque u l-belt ta' Seraing u t-tieni wieħed bejn il-belt ta' Seraing u SPECI. Dawn l-abbozzi jiddeskrivu l-kundizzjonijiet tat-trasferiment futur tal-bini mibjugħ lil Spaque ladarba jkun dekontaminat, bejn dawn it-tliet entitajiet.

(30)

Sal-lum, sar biss il-bejgħ tat-13 ta' Diċembru 2012. L-operazzjonijiet previsti mill-abbozzi ta' ftehim approvati mill-kunsill komunali ta' Seraing u msemmija fil-premessi preċedenti 28 u 29 ma ġewx implimentati. Ix-xogħol ta' dekontaminazzjoni ma nbediex.

(31)

Barra minn hekk, fil-11 ta' Diċembru 2012 ġie ffirmat ftehim ta' tqegħid għad-dispożizzjoni prekarja ta' parti mis-sit tal-fabbriki tal-kristall ta' Val Saint-Lambert bejn Spaque u VSL. B'dan il-ftehim, Spaque tqiegħed għad-disponibbiltà ta' VSL għal żmien determinat u bla ħlas, ċertu numru ta' binjiet li tagħhom hija saret proprjetarja (ara l-premessa 27). Bi tpattija, VSL tintrabat li tikkollabora ma' Spaque sabiex tibgħat l-informazzjoni kollha utli u meħtieġa għax-xogħol ta' rinnovazzjoni u ta' rijabilitazzjoni li għandu jsir fuq il-post.

2.3.   Ir-raġunijiet li wasslu għall-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali

(32)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżuri kollha investigati kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Fil-każ tal-miżuri 1 (għajnuna għas-salvataġġ), 3 (garanzija mingħajr kumpens) u 4 (użu u bejgħ tal-marki kummerċjali), il-Kummissjoni kellha dubji dwar il-konformità ta' dawn il-miżuri mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq. Fir-rigward tal-miżura 5 (is-self ta' EUR 1,5 miljun), il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk ir-rata tas-self kinitx eżenti minn għajnuna. Il-Kummissjoni kellha dubji wkoll dwar in-natura pari passu tal-miżura 6 (żieda tal-kapital) u dwar il-konformità tagħha mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq. Rigward il-miżura 7 li tiġbor fiha l-miżuri ta' ammont limitat, il-Kummissjoni ma kinitx ċerta jekk kull waħda minnhom tirrispettax il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament imsemmi qabel (5). Fl-aħħar nett, f'dak li jirrigwarda l-miżura 8 (bejgħ tal-bini u disponibbiltà bla ħlas ta' ċertu bini), il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-prezz tal-bejgħ tal-artijiet mibjugħa lil Spaque minn VSL kienx eżenti minn għajnuna minħabba l-inċertezza relatata mal-valutazzjoni tal-ispejjeż ta' dekontaminazzjoni. Il-Kummissjoni kellha dubji wkoll dwar il-preżenza ta' għajnuna fl-operazzjoni ta' Spaque li tagħmel disponibbli bla ħlas xi bini għal VSL. Rigward il-miżura 3, il-Kummissjoni kellha dubji wkoll dwar jekk kienx hemm kontinwità ekonomika bejn CVSL u VSL. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kellha dubji fuq il-kompatibbiltà ta' dawn il-miżuri kollha mas-suq intern u b'mod aktar speċifiku mal-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà (6) (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar”) (il-miżuri 1, 2 u 3).

3.   IL-KUMMENTI TAL-BELĠJU DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

3.1.   Dwar il-klassifikazzjoni ta' VSL bħala impriża f'diffikultà

(33)

L-awtoritajiet Belġjani ma jikkontestawx il-kwalità ta' VSL bħala impriża f'diffikultà mit-8 ta' Frar 2012, data tal-preżentazzjoni tat-talba għar-riorganizzazzjoni ġudizzjarja (li, kif ser naraw, hija importanti għall-analiżi ta' ħafna mill-miżuri inkwistjoni). Madankollu, huma jqisu li qabel, VSL ma setgħetx tkun ikklassifikata bħala impriża f'diffikultà peress li, skont huma, VSL kienet impriża ġdida u kienet tgawdi mill-appoġġ inkondizzjonat tal-azzjonista maġġoritarja tagħha, jiġifieri CFC, skont il-paragrafi 10 u 11 tal-Linji Gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar u tal-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni (7).

3.2.   L-għajnuna għas-salvataġġ (miżura 1)

(34)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan is-self, mogħti mingħajr ebda kollateral lil impriża f'diffikultà, seta' jkun għajnuna peress li VSL ma setgħetx tikseb dan is-self f'kundizzjonijiet bħal dawn mingħand bank privat.

(35)

Fil-kummenti tagħhom, l-awtoritajiet Belġjani ma jikkontestawx li s-self issussidjat ta' EUR 1 miljun, mogħti fit-3 ta' April 2012 mir-Reġjun ta' Walloon jikkostitwixxi għajnuna. Madankollu, huma jqisu li din il-miżura tikkostitwixxi għajnuna għas-salvataġġ skont il-paragrafu 13 tal-Linji Gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar peress li d-diffikultajiet ta' VSL huma speċifiċi għaliha u mhumiex ir-riżultat ta' allokazzjoni arbitrarja tal-ispejjeż fi ħdan il-grupp u huma serji wisq biex ikunu solvuti mill-grupp innifsu. Huma jispjegaw fil-fatt li CFC, minħabba d-diversità tal-attivitajiet u l-investimenti tagħha, ma setgħetx tagħti lil VSL ir-riżorsi kollha tagħha. Il-likwidità ta' CFC kienet naqset b'mod konsiderevoli mill-għeluq tas-sena finanzjarja 2011 u ma kinitx tammonta għal aktar minn EUR 130 000 fid-19 ta' Ottubru 2012. L-awtoritajiet Belġjani jfakkru wkoll li minħabba l-frekwenza li biha CFC tat fondi lil VSL (EUR 9,5 miljun minn meta twaqqfet VSL) u l-persistenza tar-riżultati finanzjarji diżappuntanti ta' VSL, CFC ma setgħetx tkompli ssolvi d-diffikultajiet ta' VSL permezz tar-riżorsi tal-grupp.

(36)

Barra minn hekk, rigward il-prinċipju tal-“ewwel u l-aħħar darba” li bih il-miżura 1 hija inkompatibbli mal-paragrafu 72 et seq. tal-Linji Gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar peress li l-miżuri 3, 5, 6 u 7 huma għajnuniet għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw għall-kuntrarju li:

il-miżura 3 (il-garanzija ta' EUR 150 000) ingħatat lill-kuratur ta' CVSL f'Settembru 2008 u mhux lil VSL. L-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw ukoll li ma kienx hemm kontinwità ekonomika bejn VSL u CVSL.

il-miżura 5 (self ta' EUR 1,5 miljun) ma fiha l-ebda element ta' għajnuna jekk wieħed jikkunsidra r-rata tal-imgħax applikata u l-kwalità tal-kollateral.

il-miżura 6 (żieda ta' EUR 1,5 miljun f'kapital) ma fiha l-ebda element ta' għajnuna peress li saret fl-istess waqt ta' injezzjoni ta' kapital ta' EUR 5,2 miljun minn CFC fil-forma ta' konverżjoni tad-dejn.

l-għajnuniet ta' ammont limitat ma ngħatawx lil impriża f'diffikultà u ma għandhomx jittieħdu inkonsiderazzjoni fl-analiżi tal-prinċipju tal-“ewwel u l-aħħar darba”. Barra minn hekk, huma sinifikament aktar baxxi mill-iżborżi mogħtija mill-2009 'il quddiem minn CFC.

3.3.   L-għajnuna għar-ristrutturar (miżura 2)

(37)

Wara l-irtirar tan-notifika ta' din il-miżura u minħabba li ma ġietx implimentata mill-awtoritajiet Belġjani, din il-miżura mhijiex diskussa f'din id-Deċiżjoni u, għaldaqstant, il-kummenti tal-awtoritajiet Belġjani f'dan ir-rigward huma irrilevanti.

3.4.   Il-garanzija ta' EUR 150 000 (miżura 3)

(38)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni enfasizzat li l-garanzija ta' EUR 150 000 ingħatat mingħajr kumpens lil impriża f'diffikultà, billi dak iż-żmien CVSL kienet qiegħda tfalli. Minħabba dan, jidher li qiegħda tagħti vantaġġ lil CVSL peress li l-ebda operatur privat ma kien ser jagħti din il-garanzija mingħajr kumpens.

(39)

L-awtoritajiet Belġjani ma kkummentawx dwar jekk din il-miżura għandhiex tiġi kklassifikata bħala għajnuna jew le.

(40)

Barra minn hekk, huma speċifikaw li l-garanzija ngħatat lill-kuratur u mhux lil CVSL falluta. Huma jsostnu madankollu li ma kien hemm l-ebda kontinwità ekonomika bejn CVSL u VSL. Huma jqisu li wrew biżżejjed il-waqfien tal-kontinwità ekonomika bejn CVSL u VSL. Huma jinsistu fuq il-fatt li billi l-ambitu tal-assi trasferiti lil VSL huwa usa' minn dak li għandha CVSL u kompletament separat, kwalunkwe kontinwità għandha tkun eskluża.

(41)

L-awtoritajiet Belġjani jfakkru wkoll li l-azzjonisti l-ġodda ta' VSL dejjem xtaqu jgħaqqdu l-irkupru ta' CVSL ma' proġett immobiljari u turistiku kbir, il-Cristal Park. Għaldaqstant, il-loġika ekonomika tal-irkupru hija, fil-fehma tagħhom, waqfa ċara mill-operat tal-fabbrika tal-kristall minn CVSL, li kien jiddependi biss fuq il-produzzjoni tal-kristall.

3.5.   L-użu u l-bejgħ tal-marki kummerċjali Val Saint-Lambert (miżura 4)

(42)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni nnutat li l-mekkaniżmu ta' kumpens tal-konċessjoni mogħtija lil VSL, ibbażat fuq l-EBITDA futur ta' VSL deher li kien jagħti vantaġġ ekonomiku. Fil-fatt, ir-Reġjun ta' Walloon biegħ b'konċessjoni assi ta' valur mingħajr ebda garanzija ta' kumpens, billi l-EBITDA ta' VSL setgħu jkunu negattivi bħal fis-snin preċedenti, u mingħajr ma jistenna qligħ fl-aħħar tal-konċessjoni għajr adattament għall-inflazzjoni (indiċi), li barra minn hekk kellu jseħħ biss mis-sitt sena 'l quddiem. Operatur privat aktarx li kien imur għal kumpens li jinkludi mill-inqas bażi fissa u ċerta. Barra minn hekk, id-deċiżjoni tal-ftuħ kienet tipprevedi wkoll il-possibbiltà tal-preżenza ta' għajnuna fil-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċessjoni tal-marka kummerċjali.

(43)

L-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li l-fatt li wieħed jirreferi, kif tagħmel il-Kummissjoni, għar-riżultati ħżiena tal-predeċessuri ta' VSL sabiex jikkritika l-kalkolu tal-kumpens riċevut minn Walloon bi tpattija għall-għoti tal-liċenzja tal-marki kummerċjali, huwa infondat.

(44)

Għall-kuntrarju, huma jikkunsidraw li l-kalkolu tal-kumpens għall-użu tal-marki kummerċjali fuq il-bażi tal-EBITDA mhuwiex għażla nieqsa minn loġika kummerċjali. Din l-għażla hija ġġustifikata fil-fehma tagħhom peress li l-EBITDA huma wieħed mill-indiċijiet tal-kontabilità li jippermettu lill-awtoritajiet ta' Walloon ikejlu s-suċċess kummerċjali marbut mal-bejgħ tal-prodotti li tagħhom għandhom il-marki kummerċjali.

(45)

L-awtoritajiet Belġjani ma kkummentawx dwar il-kundizzjonijiet tal-bejgħ futur tal-marki kummerċjali lil VSL.

3.6.   Is-self ta' EUR 1,5 miljun (miżura 5)

(46)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-kwalità tal-kollateral. Fil-fatt, irriżulta mid-dokumenti mressqa lill-Kummissjoni li mill-inqas parti mill-ipoteka kienet tirrigwarda bini ta' VSL li kellu jkun riabilitat. Madankollu l-valur reali ta' din l-art ma kienx magħruf u jista' jkun li kien negattiv. Kien jidher għalhekk li r-rata tas-self iffissata għal 4,7 % kienet baxxa wisq. Fil-fatt, skont il-kwalità tal-kollateral, għandha tiżdied rata bażi ta' 1,778 % bejn 400 u 1 000 punt bażi.

(47)

L-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li l-valur tal-kollateral kien eċċellenti minħabba li kien jikkonċerna s-self sħiħ. Il-valutazzjoni tagħhom kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni esperta tad-ditta Marengo li saret f'Jannar u Frar 2009.

3.7.   Iż-żieda ta' EUR 1,5 miljun f'kapital (miżura 6)

(48)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni nnotat li ż-żieda f'kapital ma ġietx deċiża skont pjan tan-negozju iżda abbażi ta' sempliċi projezzjoni finanzjarja. Din ma tagħti l-ebda spjegazzjoni dwar il-mod kif l-impriża kien beħsiebha tirkupra u lanqas dwar il-kumpens li kien beħsiebha tiggarantixxi lill-fornitur tal-kapital, jiġifieri r-Reġjun ta' Walloon. Barra minn hekk, ma jidhirx li r-Reġjun ta' Walloon u CFC kienu jinsabu fl-istess sitwazzjoni u li kellhom l-istess riskji. Il-Reġjun ta' Walloon ma kienx azzjonist ta' VSL qabel din il-miżura u ma kellu l-ebda interess ekonomiku fiha. Għall-kuntrarju, CFC kienet azzjonista ta' VSL u kellha interess li tara l-impriża tirkupra jew, għall-inqas, li tillimta t-telf tagħha.

(49)

L-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li VSL ma kinitx f'diffikultà meta ngħatat din il-miżura peress li l-azzjonist maġġoritarju kellu fiduċja sħiħa fis-sussidjarja tiegħu u kien jagħtiha l-appoġġ finanzjarju tiegħu.

(50)

Huma jikkritikaw lill-Kummissjoni talli tistrieħ fuq il-profittabbiltà ex post ta' investiment sabiex tivvaluta jekk hemmx għajnuna mill-Istat jew le, minħabba li din il-prattika hija kuntrarja għall-ġurisprudenza Ewropea.

(51)

Huma jsostnu li l-injezzjoni ta' kapital kienet iżgħar u konkomitanti għal dik magħmula mill-azzjonisti ta' CFC. Barra minn hekk, anki jekk ir-Reġjun ta' Walloon ma kienx azzjonist ta' VSL, dan kellu vantaġġ ekonomiku rigward iż-żieda fil-kapital peress li, skont huma, dan kellu interess jappoġġja l-attività għall-fini tal-irkupru u tar-rimborż sussegwenti tas-self.

3.8.   L-għajnuniet de minimis (miżura 7)

(52)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat li VSL dehret li kienet ilha f'diffikultà mill-2009 sal-lum u għaldaqstant ma setgħetx tgawdi minn dan it-tip ta' għajnuna.

(53)

Skont l-awtoritajiet Belġjani, VSL ma għandhiex tkun ikklassifikata bħala impriża f'diffikultà peress li lanqas ilu tliet snin minn meta reġgħet inħolqot u bdiet tgawdi mill-fiduċja tal-azzjonist maġġoritarju tagħha sal-proċedura ta' riorganizzazzjoni ġudizzjarja. Konsegwentament, dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament de minimis u għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuniet.

3.9.   Id-dekontaminazzjoni tal-bini ta' VSL bħala parti mill-proġett Cristal Park u d-disponibbiltà bla ħlas ta' ċertu bini offruta minn Spaque lil VSL (miżura 8)

(54)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkunsidrat li Spaque kienet intrabtet li tixtri bini mingħajr ma kienet taf l-ispiża tar-riabilitazzjoni tiegħu.

(55)

L-awtoritajiet Belġjani jispjegaw li billi dawn kienu spejjeż ta' dekontaminazzjoni, il-leġiżlazzjoni ta' Walloon tillimita l-firxa tal-obbligazzjonijiet tal-proprjetarju ta' bini kkontaminat f'każ ta' kontaminazzjoni storika u skont l-użu maħsub taż-żoni fejn ikun jinsab il-bini kkontaminat fil-pjanijiet ta' żvilupp tat-territorju. Dejjem skont l-awtoritajiet Belġjani, jekk wieħed jikkunsidra li obbligu ta' responsabbiltà ta' kontaminazzjoni jaqa' fuq VSL, din tista' biss tintalab tirriabilita s-sit biex tagħmlu kompatibbli mal-użu tiegħu skont il-pjan ta' żvilupp tas-settur li fih tkun tinsab, jiġifieri l-użu industrijali. Għaldaqstant, l-ispejjeż ta' dekontaminazzjoni ta' sit għandhom ikunu vvalutati sabiex ikun konformi mal-allokazzjoni fis-seħħ fil-mument tal-bejgħ, jiġifieri f'dan il-każ, użu industrijali. L-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li l-valutazzjoni tal-ispejjeż saret mir-rapport GEOLYS. Dawn imbagħad ġew imnaqqsa mill-prezz tal-bejgħ.

(56)

L-awtoritajiet Belġjani mbagħad jispjegaw li wara x-xiri tal-bini minn SPAQUE, ix-xogħlijiet ta' dekontaminazzjoni tal-bini se jsiru bl-għajnuna tal-fondi pubbliċi minn awtorità pubblika, SPAQUE. Skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent, ix-xogħlijiet ta' tindif li jsiru minn awtorità pubblika fuq biċċa art jew artijiet li jkunu proprjetà tagħha ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.

(57)

Rigward it-tqegħid għad-dispożizzjoni bla ħlas tal-bini lil VSL, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li din id-disponibbiltà tirrigwarda bini li jappartjeni għal SPECI, kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata u b'kapital privat.

4.   IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET TERZI GĦAD-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

(58)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment.

5.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

5.1.   Valutazzjoni tal-preżenza ta' għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

(59)

L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jipprovdi li kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(60)

Skont din id-dispożizzjoni biex ikunu rikonoxxuti bħala għajnuna mill-Istat, il-miżuri eżaminati jridu (i) ikunu ġejjin mill-Istat, jiġifieri jinvolvu riżorsi tal-Istat u jkunu attribwibbli lill-Istat, (ii) jagħtu vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju tagħhom, (iii) ikunu selettivi u (iv) jheddu li joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni u jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(61)

Il-Belġju ma kkontestax il-klassifikazzjoni tal-għajnuna għas-salvataġġ (miżura 1) bħala għajnuna. Il-Kummissjoni kienet ħadet nota ta' dan sa mid-deċiżjoni tal-ftuħ. Rigward il-miżura 2, il-Belġju rtira n-notifika wara l-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali. Għaldaqstant din mhijiex analizzata f'din id-Deċiżjoni. Il-Belġju madankollu jikkontesta din il-klassifikazzjoni għall-miżuri Nri 3 sa 6, 7 u 8 fuq il-bażi li dawn il-miżuri ma jagħtux vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju tagħhom jew huma de minimis.

5.1.1.   Il-preżenza ta' riżorsi tal-Istat

Miżuri 1, 3 5 u 6

(62)

Il-miżura 1 (is-self ta' EUR 1 miljun), il-miżura 3 (il-garanzija ta' EUR 150 000), il-miżura 5 (is-self ta' EUR 1,5 miljun) u l-miżura 6 (iż-żieda tal-kapital b'EUR 1,5 miljun) ingħataw minn SOGEPA f'isem ir-Reġjun ta' Walloon. Billi din hija kumpanija għalkollox pubblika, ir-riżorsi tagħha jistgħu jiġu kkunsidrati bħala riżorsi pubbliċi skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE (8).

Miżura 4

(63)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ftehim li jagħti lil VSL konċessjoni esklussiva u mingħajr limitu għall-użu tal-marki kummerċjali Val Saint-Lambert u li jorganizza ċ-ċessjoni tagħhom kien konkluż bejn VSL u r-Reġjun ta' Walloon. Din il-miżura kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-bejgħ futur tal-marki kummerċjali jimplikaw il-preżenza ta' riżorsi pubbliċi.

Miżura 7

(64)

Skont l-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Belġjani, jidher ukoll li l-għajnuniet ikklassifikati minn dawn tal-aħħar bħala de minimis ukoll ingħataw minn awtorità jew kumpanija pubblika, iżda kull darba l-Belġju ma speċifikax jekk din kinitx ir-Reġjun ta' Walloon jew SOGEPA. Fi kwalunkwe każ, dawn huma riżorsi pubbliċi u barra minn hekk l-awtoritajiet Belġjani ma jikkontestawx li dawn il-miżuri oriġinaw mill-Istat.

Miżura 8

(65)

Il-Kummissjoni tinnota li Spaque hija impriża b'kapital pubbliku, sussidjarja tas-Société Régionale d'Investissement de Wallonne (Kumpanija Reġjonali tal-Investiment ta' Walloon — SRIW) u li l-fondi maħsuba għad-dekontaminazzjoni tal-bini ta' VSL diġà kienu ngħatawlha mill-Gvern ta' Walloon (9). Ix-xiri tal-art ta' VSL minn Spaque u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' parti minnha bla ħlas jimplika l-preżenza ta' riżorsi pubbliċi.

5.1.2.   Il-kriterju tal-imputabbiltà

(66)

Biex tiġġudika l-imputabbiltà, il-Qorti tal-Ġustizzja tibbaża fuq “sett ta' indikaturi li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi f'dan il-każ u mill-kuntest li fihom seħħet din il-miżura  (10)”.

(67)

Żewġ korpi pubbliċi tar-Reġjun ta' Walloon, li jaġixxu f'ismu, SOGEPA u Spaque, implimentaw il-miżuri elenkati fil-paragrafu 2.2. hawn fuq.

(68)

SOGEPA, Kumpanija ta' Walloon tal-Ġestjoni u l-Investimenti, hija kumpanija b'responsabbiltà limitata b'kapital pubbliku, 100 % proprjetà tar-Reġjun ta' Walloon. Hija responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Gvern ta' Walloon rigward l-interventi fil-kumpaniji kummerċjali u l-ġestjoni ta' dawn l-interventi. Hija nħolqot mill-amalgamazzjoni fl-1999 tas-Société Wallonne pour la Sidérurgie (SWS) u tas-Société pour la gestion de participations de la Région wallonne dans des sociétés commerciales (SOWAGEP).

(69)

SOGEPA taġixxi fuq talba tal-Gvern ta' Walloon. L-Artikolu 3§1 tal-istatuti tagħha jgħid li “Il-kumpanija għandha l-għan li twettaq il-kompiti kollha fdati lilha mill-Gvern ta' Walloon, (…). F'dan il-kuntest, hija tassigura b'mod partikolari l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' intervent fil-kumpaniji kummerċjali li jieħu l-Gvern ta' Walloon u l-ġestjoni tal-investimenti, l-obbligi, u l-ħlasijiet bil-quddiem jew l-imgħaxijiet li r-Reġjun ta' Walloon jew hija stess jista' jkollhom f'kumpaniji bħal dawn.”

(70)

Maħluqa fl-1991, Spaque tieħu ħsieb id-dekontaminazzjoni ta' barrieri u ta' art industrijali mitluqa u kkontaminati. Hija inkarigata li tagħmel inventorju tas-siti mniġġsa f'Walloon. Spaque hija sussidjarja tas-Société Régionale d'investissement de la Wallonie (SRIW), 98,66 % proprjetà tar-Reġjun ta' Walloon, u l-kompitu tagħha huwa li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ekonomija ta' Walloon billi ssostni finanzjarjament l-impriżi ta' Walloon jew stabbiliti fir-Reġjun ta' Walloon, li jwettqu proġetti industrijali jew servizzi li jiġġeneraw valur miżjud.

(71)

Skont il-kuntratt ta' ġestjoni li ġie ffirmat f'Lulju 2007 bejn il-gvern ta' Walloon u Spaque għall-perjodu 2008-2012 u li ġġedded f'Ottubru 2012 għal sitt xhur oħra, Spaque twettaq l-attivitajiet li jsiru fil-kuntest tal-kompiti ddelegati li jiġu fdati lilha mir-Reġjun ta' Walloon. F'dan il-kuntest, hija taġixxi taħt ordni tar-Reġjun. Ir-Reġjun jiddetermina b'mod partikolari l-lista tas-siti ta' prijorità u l-mandati speċifiċi ta' riabilitazzjoni.

(72)

Fid-dawl ta' din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Reġjun ta' Walloon jieħu d-deċiżjonijiet li wara jiġu implimentati minn SOGEPA. Fir-rigward ta' Spaque, jidher li r-Reġjun, permezz tal-kompiti ddelegati tiegħu, jista' jaġixxi direttament fuq l-azzjonijiet li tieħu Spaque.

(73)

Għaldaqstant, f'dan l-istadju tal-proċedura, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri eżaminati jinvolvu riżorsi tal-Istat u huma imputabbli lill-Istat.

5.1.3.   Il-kriterju tas-selettività

(74)

Il-kundizzjoni dwar is-selettività hija faċilment issodisfata. Il-Kummissjoni sabet fid-deċiżjoni tal-ftuħ li l-miżuri eżaminati kollha ngħataw favur kumpanija waħda, VSL jew lill-kuratur ta' CVSL għall-miżura Nru 3 (il-garanzija ta' EUR 150 000).

5.1.4.   Il-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku

(75)

Issa jaqbel li jiġi eżaminat il-kriterju tal-vantaġġ ekonomiku, kemm għall-għajnuna għas-salvataġġ kif ukoll għall-miżuri l-oħrajn li qed jiġu eżaminati skont il-kummenti mressqa mill-awtoritajiet Belġjani rigward id-deċiżjoni tal-ftuħ.

Miżura 1: L-għajnuna għas-salvataġġ ta' EUR 1 miljun

(76)

L-għajnuna għas-salvataġġ mogħtija fil-forma ta' self ta' EUR 1 miljun bir-rata ta' 3,07 % miżjuda b'100 punt bażi bħala kumpens lil SOGEPA jagħti vantaġġ ekonomiku lil VSL. Fil-fatt, dan is-self ingħata mingħajr ebda kollateral lil impriża f'diffikultà, li xahrejn qabel kienet ippreżentat petizzjoni għar-riorganizzazzjoni ġudizzjarja (ara l-paragrafu 5.2.1). Kif rikonoxxut mill-awtoritajiet Belġjani, billi VSL kienet impriża f'diffikultà, qatt ma setgħet tikseb self mingħand bank privat. Għaldaqstant, din il-miżura tat vantaġġ li jammonta għal EUR 1 miljun (il-valur tas-self) lil VSL.

Miżura 3: Il-garanzija ta' EUR 150 000

(77)

Id-dubji tal-Kummissjoni kienu jirrigwardaw il-konformità ta' dan l-intervent pubbliku mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq.

(78)

Fil-kummenti tagħhom, l-awtoritajiet Belġjani ma semmewx il-kriterju tal-vantaġġ ekonomiku u ddiskutew biss il-preżenza jew in-nuqqas ta' kontinwità ekonomika bejn CVSL u VSL

(79)

Skont l-informazzjoni li finalment għandha l-Kummissjoni, din il-garanzija kienet tirrigwarda self ta' EUR 300 000 mogħti minn ING lill-kuratur ta' CVSL. Din il-garanzija ngħatat għall-ammont ta' EUR 150 000, mingħajr kumpens. Dan is-self kellu jippermetti l-kontinwità tal-attività ta' CVSL sal-irkupru eventwali tal-kumpanija.

(80)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Belġjani informawha li ma kien ġie stabbilit u ffirmat ebda ftehim ta' garanzija bejn il-partijiet interessati meta din ingħatat. Minħabba f'hekk, l-uniku element li hija għandha huwa ittra ta' SOGEPA tal-24 ta' Settembru 2008 u indirizzata lil ING li fiha SOGEPA tikkonferma l-garanzija tagħha li tkopri t-telf eventwali li jirriżulta mill-kontinwità tal-attivitajiet sa EUR 150 000. Il-Kummissjoni tinnota għalhekk li SOGEPA tat garanzija lill-kuratur ta' impriża falluta, mingħajr kumpens. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani ddikjaraw li ING ikkundizzjona l-għoti tas-self mal-kisba tal-garanzija. Għaldaqstant, fid-dawl ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkunsidra li mingħajr l-intervent pubbliku, ma kienx jingħata s-self kollu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li r-Reġjun ta' Walloon ma kellu l-ebda rabta ġuridika jew kummerċjali diretta ma' CVSL. Ir-Reġjun ma kienx direttament, jew indirettament permezz ta' SOGEPA, azzjonist ta' CVSL. Għaldaqstant, ir-Reġjun ma kellu l-ebda interess kummerċjali li jagħti din il-garanzija bla kumpens lil CVSL.

(81)

Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għoti ta' din il-garanzija mingħajr kumpens kien ta' vantaġġ għal CVSL. Il-vantaġġ jikkorrispondi għall-primjum li kien ikollha bżonn impriża privata sabiex tagħti l-garanzija f'ċirkostanzi simili, u li SOGEPA irrinunzjat għalih.

(82)

L-awtoritajiet Belġjani indikaw li s-self ta' EUR 300 000 tħallas lura kollu fit-28 ta' Lulju 2009 mil-kuratur fuq il-fondi disponibbli u bis-sejħa għall-garanzija tal-ammont ta' EUR 150 000.

(83)

Konsegwentament, l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi għad-differenza bejn ir-rata tal-imgħax tas-self li l-kuratur ta' CVSL kien ikollu jħallas fuq is-suq fin-nuqqas tal-garanzija pubblika u r-rata tal-imgħax effettivament imħallsa bil-garanzija.

(84)

Dan l-approċċ huwa konformi mal-punt 4.2 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (11): “F'każ ta' garanzija individwali l-ekwivalenti fi flus ta' garanzija għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn il-prezz tas-suq tal-garanzija u l-prezz li fil-fatt tħallas. Fejn is-suq ma jipprovdix garanziji għat-tip ta' tranżazzjoni kkonċernata, ma jkun disponibbli l-ebda prezz tas-suq għall-garanzija. F'dak il-każ, l-element tal-għajnuna għandu jiġi kkalkulat bl-istess mod bħall-ekwivalenti ta' għotja ta' self b'kundizzjonijiet favorevoli (soft loan), jiġifieri bħad-differenza bejn ir-rata ta' imgħax speċifika tas-suq li din il-kumpanija kienet tassumi mingħajr il-garanzija u r-rata ta' imgħax miksuba permezz tal-għajnuna mill-Istat wara li jitqiesu kwalunkwe premiums imħallsa.

(85)

Dan l-ammont irid jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Ammont tal-għajnuna = (14,59 % – 10,75 %) × 300 000 × 343/365 = EUR 10 825,64

(86)

L-14,59 % jinkisbu b'dan il-mod: 4,59 % (rata bażi għall-Belġju f'Awwissu 2008 (12)) li magħha għandhom jiżdiedu 1 000 punt bażi minħabba s-sitwazzjoni ta' CVSL (impriża li l-klassifikazzjoni tagħha hija CCC b'livell baxx ta' kollateral (13)). 10,75 % jirrappreżentaw ir-rata tas-self ING u 343 jum huma l-perjodu li matulu ngħata s-self sakemm dan tħallas lura.

Miżura 4: Iċ-ċessjoni u l-użu tal-marki kummerċjali Val Saint-Lambert

(87)

Id-dubji tal-Kummissjoni kienu jirrigwardaw il-konformità mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq tal-kundizzjonijiet marbuta mal-bejgħ u mal-kumpens tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-marki kummerċjali minn VSL (kumpens ekwivalenti għal 1,5 % tal-EBITDA fuq l-ewwel ħames snin finanzjarji u 5 % mis-sitt sena finanzjarja 'l quddiem) (14).

(88)

Il-ftehim tad-29 ta' Jannar 2009 bejn il-Compagnie financière du Val, proprjetà tar-Reġjun ta' Walloon u VSL jipprovdi l-għoti ta' liċenzja esklussiva ta' użu tal-marki kummerċjali u l-kundizzjonijiet tar-riakkwist tal-marki kummerċjali minn VSL (ara l-premessa 19 et seq.).

(89)

Il-Kummissjoni tinnota li l-liċenzja esklussiva għall-użu tal-marki kummerċjali hija soġġetta għal kundizzjonijiet li ma kinux ikunu meħtieġa minn operatur privat. Fil-fatt, ir-Reġjun ta' Walloon talab mingħand VSL il-kontroparti li ġejja: “Din il-liċenzja għall-użu tista' tiġi tterminata, fi kwalunkwe ħin, b'kull dritt u mingħajr avviż minn qabel mir-Reġjun ta' Walloon f'każ li VSL (jew il-kredituri tagħha) ma jagħtux prova tal-produzzjoni tal-manifattura fuq is-sit ta' Val Saint-Lambert f'Seraing ta' oġġetti tal-kristall ta' valur għoli miżjud billi jżommu għaddej mill-inqas 60 % tal-impjiegi ekwivalenti full-time eskluż il-qgħad ekonomiku li jeżisti fil-jum tal-falliment ta' CVSL (…)”. Il-Kummissjoni tinnota li r-Reġjun jimponi fuq VSL bi tpattija għall-għoti tal-liċenzja esklussiva, l-obbligu li żżomm il-produzzjoni fuq is-sit ta' Seraing u l-obbligu li żżomm livell ta' xogħol determinat a priori. Dawn il-kundizzjonijiet kellhom impatt fuq il-kumpens għal-liċenzja u fuq il-prezz tal-bejgħ futur tal-marki kummerċjali.

(90)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li, il-kundizzjonijiet politiċi (iż-żamma tal-attività f'Seraing u ta' ċertu livell ta' impjieg) baxxew il-kumpens għall-użu tal-liċenzja u l-prezz tal-bejgħ. Għaldaqstant, il-kumpens ta' 1,5 % tal-EBITDA fuq l-ewwel ħames snin finanzjarji u 5 % mis-sitt sena finanzjarja ma jistax ikun ikkunsidrat bħala kumpens konformi ma' prezz tas-suq. Lanqas il-prezz ta' EUR [700 000-1 000 000] propost mix-xerrejja f'Ottubru 2008 bħala parti mill-proċedura ta' riakkwist, ma jista' jitqies bħala prezz tas-suq minħabba l-preżenza tal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, li investitur privat f'ekonomija tas-suq ma kienx jimponihom u li setgħu qatgħu qalb ċerti investituri milli jagħmlu offerta.

(91)

L-ammont tal-għajnuna li jirriżulta mill-użu tal-marki kummerċjali jikkorrispondi għad-differenza bejn il-kumpens li investitur privat kien jipproponi mingħajr il-kundizzjonijiet politiċi imposti mir-Reġjun ta' Walloon u l-kumpens effettivament mogħti. Fil-kuntest tal-proċedura ta' rkupru, l-awtoritajiet Belġjani għandhom jaħtru espert indipendenti, ikkwalifikat sabiex iwettaq dan it-tip ta' valutazzjoni, magħżul wara proċedura miftuħa u trasparenti u maħtur bi qbil mal-Kummissjoni. Dan l-espert għandu jagħmel studju biex jiġi ddeterminat il-kumpens skont il-metodi ġeneralment użati u aċċettati għall-ġestjoni tal-assi ta' proprjetà intellettwali.

(92)

Il-miżura li tirrigwarda ċ-ċessjoni qatt ma ġiet implimentata minħabba l-falliment ta' VSL. Iċ-ċessjoni tal-marki kummerċjali ma seħħx u r-Reġjun ta' Walloon baqa' l-proprjetarju tal-marki kummerċjali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li ma għandhiex għalfejn tordna l-irkupru tagħha peress li din qatt ma ġiet implimentata.

Miżura 5: is-self ta' EUR 1,5 miljun

(93)

Id-dubji tal-Kummissjoni kienu jirrigwardaw il-valur mogħti lill-kollateral tas-self u r-rata tal-imgħax. Fil-fatt, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-valur reali tal-artijiet li servew bħala kollateral, seta' kien aktar baxx jew saħansitra negattiv peress li dawn l-artijiet jew uħud minnhom kellhom ikunu dekontaminati.

(94)

Il-Kummissjoni tinnota fil-fatt li d-dokumenti ppreżentati lilha juru li parti mill-ipoteka kienet tikkonċerna bini ta' VSL li kellu jkun riabilitat u dekontaminat f'każ li jkun ser jinbiegħ. L-awtoritajiet Belġjani wieġbu li meta kien qed isir ir-rapport tal-espert, ma kien hemm ebda obbligu legali fuq sid il-bini kkonċernat. Għaldaqstant, il-valur tal-bini ma kellux jieħu inkonsiderazzjoni l-ispejjeż eventwali ta' dekontaminazzjoni.

(95)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Belġjani ppreżentaw valutazzjoni esperta li saret f'Jannar u fi Frar 2009 mid-ditta tal-esperti Marengo li tgħid li l-valur tas-suq tal-assi tal-proprjetà immobbli kopert mill-ipoteka kien stmat għal EUR 3 137 000. F'każ ta' bejgħ pubbliku volontarju, il-bejgħ ta' dawn l-assi jkun ta' EUR 2 871 000 u EUR 1 915 000 f'każ ta' bejgħ pubbliku aċċellerat. Minn dan, l-awtoritajiet Belġjani kkonkludew li l-valur tal-kollateral kien eċċellenti peress li kien jirrigwarda s-self ikkonċernat kollu.

(96)

Barra minn hekk, ir-rapport ta' ġestjoni tal-Bord tad-Diretturi flimkien mal-kontijiet finanzjarji annwali tas-sena fiskali magħluqa fil-31 ta' Diċembru 2009, jgħid li r-rapport tal-Istudju Marengo maħsub biex jagħti valur lill-assi tal-proprjetà immobbli ta' VSL fl-2009, jindika li l-valuri stabbiliti mhumiex eżatti ħlief jekk l-artijiet u l-bini huma dekontaminati li għadu mhux il-każ. Ir-rapport ikompli jinnota li VSL irċeviet offerta ta' xiri tal-artijiet u l-bini kollu “tale quale” għall-ammont ta' EUR 2 000 000 mill-kumpanija responsabbli mill-iżvilupp tal-proġett Cristal Park. Biex ikun aktar realistiku, il-Bord tad-Diretturi ddeċieda għalhekk li jinkludi biss fil-karta tal-bilanċ il-valur korrispondenti għall-offerta tax-xiri li kien jinsab fin-nofs bejn il-bejgħ pubbliku aċċellerat u l-bejgħ volontarju għall-artijiet u l-bini dekontaminat.

(97)

Il-Kummissjoni tikkunsidra għalhekk li, minħabba l-preżenza ta' valutazzjoni magħmula minn espert indipendenti u offerta ta' bejgħ, il-kollateral jista' jitqies għoli.

(98)

Barra minn hekk, il-Belġju ma setax jipprovdi lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tal-kontijiet tal-kumpanija fil-31 ta' Awwissu 2009, id-data li fiha ngħata s-self, minħabba ħsara li kellhom il-kompjuters fis-sajf tal-2009. Billi l-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża sal-31 ta' Awwissu 2009, hija użat dik sal-31 ta' Diċembru 2009. F'din id-data, VSL kienet qed turi telf ta' EUR 2 miljun b'kapital azzjonarju inizjali ta' EUR 2 miljun. L-impriża kellha wkoll stokk kbir ta' EUR 3 miljun u EUR 5,759 miljun f'dejn. L-EBITDA ta' VSL kienu negattivi. Għaldaqstant, mingħajr ebda element ieħor ippreżentat mill-Belġju, il-Kummissjoni tikkonkludi li VSL, kienet f'sitwazzjoni finanzjarja prekarja, minkejja l-injezzjonijiet regolari tal-azzjonist maġġoritarju tagħha. Il-Kummissjoni tikkunsidra li, fid-dawl tal-informazzjoni mill-kontijiet imsemmija hawn fuq, il-klassifikazzjoni ta' VSL meta ngħata s-self kienet CCC, skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (minn hawn 'il quddiem il-“Komunikazzjoni dwar ir-rati ta' referenza”) (15).

(99)

Il-Kummissjoni tinnota li r-rata tas-self mogħti fil-31 ta' Awwissu 2009 ġiet iffissata għal 4,7 % mill-awtoritajiet Belġjani. Il-Komunikazzjoni dwar ir-rati ta' referenza tipprovdi ż-żieda ta' 400 punt bażi mar-rata ta' 1,77 % (16) valida għall-Belġju meta ngħata s-self lil impriża li l-klassifikazzjoni tagħha tista' titqies bħala CCC u bl-għoti ta' livell għoli ta' kollateral, jiġifieri rata ta' 5,77 % (1,77 % + 400 punt bażi).

(100)

Il-Kummissjoni tinnota li r-rata tas-self mogħti fil-31 ta' Awwissu 2009, iffissata għal 4,7 % mir-Reġjun ta' Walloon irrappreżentat minn SOGEPA, għal seba' snin, hija taħt il-limitu ta' 5,77 % stabbilit mill-Komunikazzjoni u tikkonkludi li hemm element ta' għajnuna favur VSL.

(101)

Dan l-element ta' għajnuna huwa ta' 1,07 %, jiġifieri d-differenza bejn iż-żewġ rati (5,77 % – 4,7' %), jiġifieri EUR 16 050 fis-sena.

Miżura 6: Iż-żieda ta' EUR 1,5 miljun f'kapital

(102)

Id-dubji tal-Kummissjoni kienu jirrigwardaw l-allegata natura ta' pari passu tal-miżura u in fine l-konformità ta' din il-miżura mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq minħabba, min-naħa l-waħda, is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-kumpanija meta żdied il-kapital u, min-naħa l-oħra, minħabba n-natura ferm sommarja tad-dokumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Belġjani sabiex jiġġustifikaw il-merti ta' din il-miżura.

(103)

Fil-kummenti tagħhom, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li l-Kummissjoni ma tistax tibbaża fuq ir-redditu ex post ta' investiment sabiex tikklassifika miżura bħala għajnuna mill-Istat. Huma jikkunsidraw ukoll li anki kieku ma kienx azzjonarju, ir-Reġjun fir-rwol ta' kreditur importanti, kellu interess jappoġġja l-attività ta' VSL (ara l-miżura 4).

(104)

Il-Kummissjoni tinnota li r-Reġjun ta' Walloon injetta flejjes ġodda filwaqt li CFC ġabet pretensjoni, li hija għandha fir-rigward tas-sussidjarja tagħha stess. Għall-kuntrarju ta' dak li jsostnu l-awtoritajiet Belġjani, l-intervent tar-Reġjun tas-17 ta' Marzu 2011 mhuwiex konkomitanti ma' dak tal-azzjonista CFC. Fil-fatt, l-injezzjoni minn CFC ta' EUR 5,2 miljun saret fir-realtà mit-total ta' diversi ħlasijiet bil-quddiem li saru bejn il-25 ta' Mejju 2009 u d-29 ta' Marzu 2011. Barra minn hekk, ir-Reġjun ta' Walloon u CFC ma kinux fl-istess sitwazzjoni u ma kellhomx l-istess riskji. Ir-Reġjun ta' Walloon ma kienx azzjonist ta' VSL qabel din il-miżura. Għall-kuntrarju, CFC kienet azzjonista ta' VSL u kellha interess li tara lill-impriża tirkupra jew, għall-inqas, tnaqqas it-telf tagħha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li ż-żieda fil-kapital ma tistax titqies bħala pari passu.

(105)

Il-fatt li r-Reġjun ta' Walloon ta self sentejn qabel mhuwiex biżżejjed biex jiġġustifika n-natura prudenti taż-żieda fil-kapital. Barra minn hekk, il-fatt li r-Reġjun ta' Walloon kellu, min-naħa l-waħda, dejn ta' ammont inizjali ta' EUR 280 000, għalkemm bla dubju ta' ammont iżgħar fil-mument meta żdied il-kapital, peress li l-awtoritajiet Belġjani qalu li dan id-dejn tħallas lura minn VSL b'rata ta' EUR 35 000 fis-sena mill-5 ta' Ottubru 2008 'il quddiem u, min-naħa l-oħra, ta self ta' EUR 1,5 miljun fl-2009, ma jiġġustifikax in-natura prudenti ta' investiment addizzjonali ta' EUR 1,5 miljun f'kumpanija li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha kienet qed tkompli tmur għall-agħar (ara l-paragrafu 5.2.1.)

(106)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li ż-żieda fil-kapital ma ġietx deċiża abbażi ta' pjan tan-negozju iżda abbażi ta' sempliċi projezzjoni finanzjarja ta' paġna waħda. Din il-projezzjoni ma tagħti l-ebda spjegazzjoni fuq il-mod kif l-impriża kienet beħsiebha tirkupra u lanqas fuq il-kumpens li kienet beħsiebha tagħti lill-fornitur tal-kapital, jiġifieri ir-Reġjun ta' Walloon. Madankollu s-sena finanzjarja 2008-2009 kienet diġà qiegħda turi li l-impriża kienet f'sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja prekarja (ara l-miżura 4). Żieda sempliċi fil-fatturat ma tistax tiġġustifika waħedha żieda fil-kapital ta' EUR 1,5 miljun mingħajr ma jiġu kkunsidrati kriterji oħrajn bħall-EBITDA jew inkella l-livell tad-dejn tal-impriża.

(107)

Għaldaqstant, l-injezzjoni ta' kapital ma tistax tixxebbah mal-imġieba ta' investitur privat f'ekonomija tas-suq iżda ma' għajnuna ta' EUR 1,5 miljun li tikkorrispondi għaż-żieda totali fil-kapital.

Miżura 7: L-għajnuniet de minimis preċedenti

(108)

Il-miżura 7 tiġbor fiha vantaġġi mogħtija lil VSL għal ammont totali ta' EUR 197 503,04. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn għandhom jitqiesu li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha previsti mill-Artikolu 107(1) tat-Trattat u li għalhekk mhumiex għajnuna, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 1407/2013 (17). L-Artikolu 7 tiegħu jipprevedi li dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu jekk dawn ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(109)

Il-benefiċjarju mhuwiex impriża li s-settur tal-attività tiegħu jaqa' taħt l-eċċezzjonijiet elenkati fl-Artikolu 1 tal-qafas. Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament imsemmi qabel, l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li l-ammont totali tal-miżuri mogħtija mir-Reġjun, ma jaqbiżx il-EUR 200 000 fuq perjodu ta' tliet snin finanzjarji. Il-monitoraġġ previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament sar minn SOGEPA. Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri f'dan il-każ jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament. Barra minn hekk, minħabba l-forma tagħhom (sussidji), il-miżuri inkwistjoni jistgħu jitqiesu bħala trasparenti, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament. Fl-aħħar nett, għall-kuntrarju tar-Regolament preċedenti, ir-Regolament attwalment fis-seħħ ma jeskludix l-għajnuna de minimis lill-impriżi f'diffikultà.

(110)

Konsegwentament, il-miżuri f'dan il-każ huma meqjusa li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u mhumiex meqjusa bħala għajnuna.

Miżura 8: id-dekontaminazzjoni tal-bini ta' VSL bħala parti mill-proġett Cristal Park u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' ċertu bini bla ħlas minn Spaque lil VSL

(111)

Il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-prezz tal-bejgħ tal-artijiet u l-bini mixtrija minn Spaque, jiġifieri EUR 2 040 000, kienx prezz tas-suq minħabba l-inċertezzi dwar l-evalwazzjoni tal-ispejjeż ta' tindif attribwibbli lil VSL. Il-Kummissjoni kellha dubji wkoll dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni bla ħlas tal-bini li jappartjeni lil SPAQUE għal VSL.

(112)

Il-Kummissjoni nnotat il-kronoloġija tal-fatti li ġejjin:

April 2011: Antea Group iħejji abbozz ta' dokument intitolat: “l-investigazzjonijiet tal-karatterizzazzjonijiet ta' prijoritizzazzjoni, id-dokumentazzjoni teknika, il-manwal tekniku Nru 6: interpretazzjoni tar-riżultati” li jiddeskrivi u jindividwa b'mod dettaljat it-tniġġis tal-art.

Diċembru 2011: l-abbozzar tan-nota tal-2011 li l-għan tagħha huwa “li jinstabu soluzzjonijiet għat-tindif tal-art u ta' ċertu bini li attwalment huma proprjetà ta' Val Saint-Lambert (VSL SA).”. Il-valur tax-xogħlijiet ta' tindif u ta' dekontaminazzjoni huwa stmat għal madwar EUR 7,5 miljun.

Awwissu 2012: ir-rapport tal-espert approvat GEOLYS tat-23 ta' Awwissu 2012 jikkonsisti f'ittra ta' paġna li tagħti din l-informazzjoni: “Din l-evalwazzjoni hija bbażata biss fuq l-istudju preliminari ta'Antea (Marzu 2011) u fuq dawn l-ipoteżijiet: (…)”. L-ispejjeż tat-tindif huma stmati għal EUR 219 740.

Diċembru 2012: ix-xiri minn SPAQUE (kumpanija pubblika ta' għajnuna għall-kwalità tal-ambjent) tal-bini għal EUR 2 040 000 (evalwazzjoni stabbilita mid-ditta indipendenti Cushman &Wakefield) neqsin l-ispejjeż ta' dekontaminazzjoni stmati għal EUR 220 000, jiġifieri EUR 1 820 000. Fl-istess waqt SPAQUE tat lill-belt ta' Seraing, skont ftehim diġà abbozzat iżda li kien għadu jrid jiġi ffirmat, opzjoni ta' xiri fuq l-istess bini għal EUR 2 090 000. Il-belt ta' Seraing kienet marbuta bi ftehim ieħor, abbozzat iżda li kien għadu jrid jiġi ffirmat, li tittrasferixxi din l-opzjoni ta' xiri lil SPECI.

Jannar 2014: L-awtoritajiet Belġjani informaw lill-Kummissjoni li x-xogħlijiet ta' dekontaminazzjoni u ta' tindif ma bdewx u li attwalment SPAQUE għadha qiegħda taħdem biex tikkonkludi l-istudju tal-karatterizzazzjoni tat-tniġġis tas-sit.

(113)

F'dan il-każ, il-Kummissjoni kellha quddiemha żewġ dokumenti li jagħtu żewġ evalwazzjonijiet differenti tal-ispejjeż ta' dekontaminazzjoni.

(114)

L-awtoritajiet Belġjani invokaw ir-raġunijiet li ġejjin biex jeskludu n-nota ta' Diċembru 2011. Huma jikkunsidraw l-ewwel nett li din ma tagħmilx referenza għax-xogħlijiet ta' tindif u ta' dekontaminazzjoni sabiex tassigura s-sit għall-użu industrijali attwali tiegħu iżda għandha l-għan li tippermetti l-iżvilupp tal-villaġġ kummerċjali bit-tema ċċentrata fuq it-tagħmir tad-dar, it-tiżjin u r-rekreazzjoni li huwa l-użu proġettat għas-sit. Fil-fehma tagħhom, din in-nota hija biss nota interna li ma saritx minn espert approvat u parti minnha tirreferi għal artijiet li ma nbigħux lil SPAQUE. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Belġjani jindikaw li n-nota hija bbażata fuq studju ta' orjentazzjoni li kellu biss l-għan li jivverifika l-preżenza eventwali ta' tniġġis u jagħti deskrizzjoni tiegħu. In-nota tgħid ukoll li l-istudju tal-karatterizzazzjoni (18) kien għadu għaddej.

(115)

L-awtoritajiet Belġjani jsostnu mbagħad li l-bini msemmi fin-nota ta' Diċembru 2011 mhuwiex identifikabbli, u wara jispjegaw li billi l-erja totali tiegħu hija ta' +/– 67 000 m2, din hija akbar mill-erja totali (50 299 m2) tal-bini msemmi fil-kuntratt ta' bejgħ tat-13 ta' Diċembru 2012. Fil-fehma tagħhom, din id-differenza ta' 17 000 m2 tiġġustifika spejjeż ta' tindif inqas għoljin. L-awtoritajiet Belġjani ppreċiżaw ukoll li l-qalba tas-sit industrijali l-antik, jiġifieri l-bini nnumerat 18, 19, 22 u 22 A, ma ġietx inkluża fil-bejgħ lil Spaque u għaldaqstant baqgħet proprjetà ta' VSL. Dejjem fil-fehma tagħhom, it-tniġġis iġġenerat mill-attività industrijali huwa kkonċentrat f'dan il-bini.

(116)

Il-Kummissjoni tinnota l-ewwel nett li l-prezz tal-bejgħ ġie stmat minn ditta ta' esperti indipendenti f'Mejju 2012. Din l-istima tevalwa l-prezz tal-bejgħ għal EUR 2 090 000. Ir-rapport jgħid ukoll li l-ispejjeż ta' dekontaminazzjoni qegħdin jiġu evalwati minn kumpanija ta' riċerka speċjalizzata inkarigata mill-proprjetarju attwali tas-sit. Għaldaqstant l-ispejjeż ta' dekontaminazzjoni wkoll ġew evalwati minn espert indipendenti u speċjalizzat, id-ditta GEOLYS.

(117)

Fit-tweġiba tagħhom tat-23 ta' Mejju 2014, l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li l-artijiet u l-bini evalwati mir-rapport GEOLYS kienu effettivament l-istess artijiet u bini kkonċernati mill-bejgħ tat-13 ta' Diċembru 2012. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani speċifikaw li, f'każ ta' tniġġis storiku u skont iż-żoni affettwati fejn ikunu jinsabu l-artijiet u l-bini kkontaminati fir-rigward taż-żoni ta' żvilupp, il-leġiżlazzjoni applikabbli f'Walloon tillimita l-firxa tal-obbligi ta' proprjetarju ta' art jew bini kkontaminat. Għaldaqstant, huma biss l-ispejjeż ta' dekontaminazzjoni tas-sit biex jiġi konformi mal-allokazzjoni fis-seħħ fil-mument tal-bejgħ, jiġifieri l-użu industrijali, li jridu jiġu kkunsidrati u mnaqqsa mill-valur tal-artijiet u tal-bini. Il-Kummissjoni tinnota li l-ittra ta' GEOLYS tispeċifika b'mod ċar li l-ispejjeż ġew evalwati għal allokazzjoni industrijali tas-sit.

(118)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prezz tal-bejgħ li bih inbiegħ il-bini ta' VSL lil Spaque (li jikkorrispondi għall-prezz tal-bejgħ ivvalutat minn espert, neqsin l-ispejjeż ta' dekontaminazzjoni vvalutati minn Geolys) huwa prezz tas-suq u ma jinkludix elementi ta' għajnuna.

(119)

Rigward it-tqegħid għad-dispożizzjoni bla ħlas minn Spaque ta' ċertu bini, l-awtoritajiet Belġjani jiġġustifikawh bl-impenn ta' VSL li tikkollabora ma' SPAQUE sabiex tibgħat l-informazzjoni kollha utli u meħtieġa għax-xogħlijiet ta' rinnovazzjoni u ta' dekontaminazzjoni li jridu jsiru fuq il-post.

(120)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Belġjani semmew fil-kummenti tagħhom li l-bini jappartjeni għal SPECI. Madankollu, il-ftehim ta' tqegħid għad-dispożizzjoni bla ħlas ġie konkluż minn SPAQUE u VSL, u SPECI ma kinitx parti għal dan il-ftehim. L-awtoritajiet Belġjani ma pprovdewx prova li SPECI kienet proprjetarja ta' dan il-bini.

(121)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li din il-ġustifikazzjoni mhija akkumpanjata minn ebda prova maħsuba biex tivvaluta jekk l-ammont tal-kirjiet li għalihom SPAQUE rrinunzjat b'mod volontarju huwiex ekwivalenti għall-impenn ta' VSL. Fil-fatt l-awtoritajiet Belġjani ma taw l-ebda dettall dwar il-modi u dwar l-effikaċja tal-implimentazzjoni ta' dan l-impenn.

(122)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tqegħid għad-dispożizzjoni bla ħlas tal-artijiet imsemmija fil-ftehim ta' tqegħid għad-dispożizzjoni prekarja ta' parti mis-sit “Cristalleries du Val Saint-Lambert” tal-11 ta' Diċembru 2012 jagħti vantaġġ lil VSL.

(123)

L-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi għall-ammont tal-kirjiet li VSL kien ikollha tħallas f'kundizzjonijiet ta' kera tas-suq. Dan l-ammont għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tad-dħul katastali (indiċjat) iddefinit mill-awtoritajiet Belġjani kompetenti (Administration du Cadastre, de l'Enregistrement et des Domaines — ACED) ta' kull bini mikri u skont it-tul ta' żmien tal-kera tagħhom. Fil-fatt, id-dħul katastali (indiċjat) huwa ddeterminat b'mod li jirrifletti d-dħul nett medju li proprjetà immobiljari ġġib lill-proprjetarju tagħha f'sena, meta jitqies is-suq tal-kera u b'hekk huwa kkunsidrat mill-Kummissjoni bħala bażi raġonevoli għall-istima tal-valur tal-kera tal-beni inkwistjoni. Fil-kuntest tal-proċedura ta' rkupru, l-awtoritajiet Belġjani jistgħu, abbażi tal-opinjoni ta' espert indipendenti u approvat li jiġi aċċettat mill-Kummissjoni, iġibu prova li dan l-ammont jeħtieġ li jiġi kkoreġut biex jikkunsidra l-partikolaritajiet tal-beni inkwistjoni.

5.1.5.   L-effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri

(124)

Rigward il-kundizzjonijiet relatati mal-effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni tosserva li l-Unjoni Ewropea għandha għadd ta' produtturi tal-kristall u ta' oġġetti tal-kristall, li jintużaw bħala aċċessorji funzjonali, jew pjuttost bħala oġġetti artistiċi jew ta' lussu. Skont l-informazzjoni mibgħuta mill-Belġju, jidher li l-kumpaniji li ġejjin, pereżempju, għandhom produzzjoni, jew għall-inqas parti minnha, simili għal dik ta' VSL: Baccarat (Franza), Saint-Louis (Franza), Lalique (Franza), Daum (Franza), Arc International (Franza), Montbronn (Franza) u Bohemian glassworks (ir-Repubblika Ċeka). Il-Kummissjoni tinnota li l-produzzjoni ta' dawn il-kumpaniji u ta' atturi oħrajn tas-suq tiġi kkumerċjalizzata bejn l-Istati Membri.

(125)

Fir-rigward b'mod aktar partikolari tal-miżura 3 (il-garanzija ta' EUR 150 000) u tal-miżura 5 (is-self ta' EUR 1,5 miljun), l-ammont tal-għajnuna, anki jekk ma jistax ikun ikkalkulat eżatt minħabba n-nuqqas ta' ċerta dejta, huwa inqas mill-għajnuna de minimis. Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li din il-miżura ma tistax tkun ikklassifikata bħala għajnuna de minimis u taffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-miżuri mogħtija fl-2008 u fl-2009 ma jistgħux fil-fatt jiġu kklassifikati bħala għajnuna de minimis minħabba li skont ir-Regolament li qabel kien fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2013 (19) il-kumpaniji f'diffikultà ma setgħux jingħataw dan it-tip ta' għajnuna. CVSL kienet għaddejja minn proċeduri ta' falliment meta ngħatat il-garanzija. Barra minn hekk, skont ir-Regolament il-ġdid fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2014 (20), dan tal-aħħar, bħar-Regolament preċedenti, japplika biss għal għajnuna trasparenti. Madankollu l-garanzija f'dan il-każ ma tistax titqies bħala tali. Fil-fatt, l-Artikolu 4(6)(a) tar-Regolament jgħid li: “L-għajnuna li tikkonsisti f'garanziji għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċedimenti kollettivi ta' insolvenza (…)”. Kif diġà ġie stabbilit aktar 'il fuq, CVSL kienet għaddejja minn proċeduri ta' falliment meta ngħatat il-garanzija. Rigward is-self, il-punti a) u b) tal-Artikolu 4(3) jipprevedu li “L-għajnuna li tikkonsisti f'self titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta' insolvabbiltà (…) u jekk is-self ikun assigurat b'garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u s-self ikun jammonta għal EUR 1 000 000 (…) fuq perjodu ta' ħames snin jew EUR 500 000 (…) fuq perjodu ta' għaxar snin.” Din l-aħħar kundizzjoni mhijiex issodisfata mis-self inkwistjoni.

(126)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kunċett ta' għajnuna mill-Istat ma jitlobx li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni jew l-effet fuq il-kummerċ ikun notevoli jew konkret. Il-fatt li l-ammont tal-għajnuna huwa żgħir jew li l-impriża benefiċjarja hija pjuttost żgħira ma jeskludix fih innifsu distorsjoni tal-kompetizzjoni jew theddida ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni bil-kundizzjoni li, madankollu, il-probabbiltà ta' tali distorsjoni ma tkunx purament ipotetika. F'dan il-każ, minħabba t-tip ta' suq deskritt fil-premessa 124 aktar 'il fuq, din il-probabbiltà mhijiex ipotetika. Skont l-awtoritajiet Belġjani, jeżistu madwar erbgħin kristalleriji attivi fl-Ewropa u barra mill-Ewropa. Val Saint-Lambert hija attiva fis-suq tal-kristall ta' fuq il-mejda jew kristall dekorattiv. Mill-mument li konsumatur ikollu l-għażla bejn diversi prodotti simili, pereżempju buqar ta' VSL jew buqar ta' kristallerija oħra, ta' marka kummerċjali differenti, kull għajnuna riċevuta minn wieħed mill-produtturi preżenti f'dan is-settur toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni fost l-oħrajn.

(127)

Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri kollha eżaminati, minbarra l-miżura 7, jikkostitwixxu għajnuna li tista' taffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Konklużjoni rigward il-preżenza ta' għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE

(128)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri kollha eżaminati minbarra l-miżura 7 u l-bejgħ tal-bini ta' VSL lil Spaque (parti mill-miżura 8), jikkostitwixxu għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

5.2.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern

(129)

Il-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat prevista fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE la hija assoluta u lanqas bla kundizzjoni. B'mod partikolari, il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 107 tat-TFUE huma bażijiet legali li jippermettu li ċerta għajnuna titqies kompatibbli mas-suq intern. F'dan il-każ jeħtieġ fost l-oħrajn li jiġi analizzat jekk il-miżuri eżaminati jistgħux jitqiesu kompatibbli abbażi tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE, bl-applikazzjoni tal-kriterji indikati fil-Linji Gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar. Għal dan il-għan, jeħtieġ l-ewwel nett li jkun stabbilit f'liema perjodi, CVSL u VSL jistgħu jitqiesu bħala impriżi f'diffikultà.

(130)

Barra minn hekk, fil-każ tal-miżura 3, implimentata f'Settembru 2008, jeħtieġ ukoll li jkun stabbilit jekk kienx hemm kontinwità ekonomika bejn is-CVSL falluta u l-attivitajiet trasferiti lix-xerrejja li ffurmaw lil VSL, biex ikun iddeterminat jekk VSL gawdietx mill-vantaġġi marbuta mal-għoti ta' din il-miżura. Fil-fatt il-konklużjonijiet ta' din l-analiżi għandhom konsegwenzi fuq l-analiżi tal-kompatibbiltà tal-miżuri 3 u 1.

5.2.1.   L-eliġibbiltà ta' VSL u CVSL skont il-linji gwida

(131)

Jeħtieġ li jkun stabbilit f'liema perjodi, CVSL u VSL, setgħu jitqiesu bħala impriżi f'diffikultà.

(132)

Fil-kummenti tagħhom, l-awtoritajiet Belġjani ma jikkontestawx il-klassifikazzjoni ta' CVSL bħala impriża f'diffikultà meta ngħatat il-garanzija f'Settembru 2008 (miżura 3) iżda fil-fehma tagħhom, dan l-intervent gawdiet minnu CVSL u mhux VSL.

(133)

Barra minn hekk, huma jqisu li VSL tista' tkun ikklassifikata bħala impriża f'diffikultà biss mit-8 ta' Frar 2012, id-data meta ppreżentat it-talba għar-riorganizzazzjoni ġudizzjarja. Qabel, VSL ma kinitx tikklassifika bħala impriża f'diffikultà peress li, fil-fehma tagħhom, VSL kienet impriża ġdida u kellha l-appoġġ inkondizzjonat tal-azzjonista maġġoritarja ta' VSL, jiġifieri CFC, skont il-paragrafi 10 u 11 tal-Linji Gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar u l-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni.

(134)

Il-Kummissjoni ssib li meta ġiet implimentata l-miżura 3, CVSL kienet falluta sa mis-sentenza tal-11 ta' Awwissu 2008.

(135)

Rigward il-miżuri 5, 6 u 8, l-awtoritajiet Belġjani jibbażaw fuq id-Deċiżjoni Saab (21) biex jiġġustifikaw il-fatt li VSL ma kinitx f'diffikultà. B'mod partikolari, huma ppreżentaw rapport storiku tal-kontijiet ġenerali li jelenka l-flussi finanzjarji bejn VSL u l-azzjonista maġġoritarja tagħha CFC, biex juri li l-imġiba ta' CFC tista' fil-fatt titqabbel ma' dik ta' General Motors, li kompliet issostni lis-sussidjarja tagħha Saab permezz ta' injezzjonijiet ta' kapital u ta' likwidità biex tikkumpensa għat-telf tagħha, u dan kien wassal biex il-Kummissjoni teskludi li Saab kienet impriża f'diffikultà skont it-tifsira tal-Linji Gwida (ara l-premessa 59 tad-Deċiżjoni).

(136)

Fil-fatt mill-25 ta' Mejju 2009, CFC injettat b'mod regolari, minbarra l-kapital mogħti mal-irkupru, aktar minn EUR 8 miljun, li juri li VSL, fl-ewwel perjodu wara l-likwidazzjoni tal-assi ta' CVSL, ma tistax titqies bħala impriża f'diffikultà abbażi tal-paragrafi 12 u 13 tal-Linji Gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar. Fil-fatt, matul dan il-perjodu, l-azzjonista maġġoritarja ta' VSL setgħet issostniha permezz ta' injezzjonijiet regolari, li juri li l-azzjonista maġġoritarja tagħha setgħet tassumi r-responsabbiltà għad-diffikultajiet ta' VSL. Għaldaqstant, minn Jannar 2009 sa Frar 2012, il-Kummissjoni tikkunsidra li VSL ma kinitx tissodisfa l-kriterji ta' impriża f'diffikultà skont it-tifsira tal-Linji Gwida.

(137)

Min-naħa l-oħra, VSL reġgħet kienet fi proċedura ta' riorganizzazzjoni ġudizzjarja minn Frar 2012. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani wrew li CFC ma baqgħetx aktar kapaċi ssostni lis-sussidjarja tagħha kif kienet għamlet s'issa. Id-deċiżjoni tal-ftuħ speċifikat li l-livell ta' likwidità ta' CFC kien ta' EUR 1,26 miljun u, għalhekk, l-għoti lil VSL ta' ammont ekwivalenti (l-inqas ammont meħtieġ biex tiġi salvata) kien iħalliha mingħajr kważi l-flus kontanti kollha tagħha. Konsegwentament, VSL għandha titqies bħala impriża f'diffikultà skont it-tifsira tal-punt 10. c) tal-Linji Gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar meta ngħatat l-għajnuna għas-salvataġġ (miżura 1) f'April 2012.

(138)

Fi ftit kliem, il-Kummissjoni tikkunsidra li CVSL kienet tinsab f'diffikultà mill-11 ta' Awwissu 2008 (id-data tas-sentenza li ħabbret il-falliment tagħha) sal-aħħar ta' Novembru 2008 (l-att ta' kostituzzjoni ta' VSL). VSL kellha titqies bħala impriża f'diffikultà, mid-9 ta' Frar 2012 (id-data tal-proċedura ta' riorganizzazzjoni ġudizzjarja) sas-sentenza tal-14 ta' Ottubru 2013 (id-data tas-sentenza li ħabbret il-falliment tagħha).

(139)

Għaldaqstant, CVSL u VSL kienu impriżi f'diffikultà meta ġew implimentati l-miżuri 1 u 3. Għalhekk l-analiżi tal-kompatibbiltà tagħhom għandha ssir abbażi tal-Linji Gwida.

5.2.2.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna (miżuri 1 u 3)

Miżura 1: l-għajnuna għas-salvataġġ tat-3 ta' April 2012

(140)

Il-Belġju jqis li din l-għajnuna hija kompatibbli abbażi tal-Linji Gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar. Għall-kuntrarju l-Kummissjoni tqis li l-prinċipju tal-“ewwel u l-aħħar darba” previst fil-punti 72 et seq. tal-Linji Gwida ma ġiex irrispettat. Fil-fatt, VSL irċeviet għajnuna għas-salvataġġ inkompatibbli f'Settembru 2008 (ara l-premessa 141). Minħabba f'hekk, ma setgħetx tirċievi għajnuna ġdida għas-salvataġġ qabel l-2018. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li s-self ta' EUR 1 miljun kien suġġett għal dikjarazzjoni ta' pretensjoni lill-kuratur fil-5 ta' Novembru 2013 favur SOGEPA. Din il-pretensjoni ġiet irreġistrata fl-obbligazzjonijiet ta' VSL u sal-lum għadha ma tħallsetx lura. Għaldaqstant, is-self ma tħallasx lura fis-sitt xhur wara l-għoti tiegħu, skont il-punt 25 (a) tal-Linji Gwida. Il-Kummissjoni tikkunsidra għalhekk li l-għajnuna għas-salvataġġ tat-3 ta' April 2012 li tikkorrispondi għall-ammont tas-self, jiġifieri EUR 1 miljun, mhijiex kompatibbli mas-suq komuni.

Miżura 3: il-garanzija ta' EUR 150 000

(141)

Il-Kummissjoni kkunsidrat fil-paragrafu 5.2.1. li CVSL kienet impriża f'diffikultà meta ngħatat il-garanzija. L-għajnuna li rriżultat mill-għoti bla ħlas tal-garanzija tista' tkun iddikjarata kompatibbli biss jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar. Madankollu, kif rajna, din il-garanzija ngħatat mingħajr kumpens. Il-punt 25a) tal-Linji Gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar jgħid li l-għajnuna fi flus fil-forma ta' garanziji ta' kreditu għandha tkun soġġetta għal “rata mill-inqas komparabbli mar-rati osservati fis-self lill-impriżi b'saħħithom (…)”. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani, minkejja talba speċifika għal informazzjoni dwar dan il-punt, ma pprovdew l-ebda informazzjoni dwar il-konformità mal-obbligu li l-garanzija titwaqqaf wara sitt xhur (il-punt 25 a) tal-Linji Gwida). Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna li rriżultat mill-għoti bla ħlas tal-garanzija ma tistax titqies bħala għajnuna għas-salvataġġ kompatibbli mas-suq komuni, u lanqas ma tista' tiġi ddikjarata kompatibbli fuq xi bażi oħra.

(142)

Għaldaqstant, billi l-miżura 3 hija għajnuna għas-salvataġġ inkompatibbli mogħtija fl-2008 qabel l-irkupru ta' CVSL, jeħtieġ li jkun stabbilit jekk kienx hemm kontinwità ekonomika bejn is-CVSL falluta u l-attivitajiet ittrasferiti lix-xerrejja li ffurmaw VSL, biex ikun stabbilit jekk VSL gawdietx mill-vantaġġi marbuta mal-għoti ta' din il-miżura.

5.2.3.   Il-valutazzjoni tal-preżenza ta' kontinwità ekonomika bejn CVSL u VSL

(143)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kellha dubji rigward il-possibbiltà li tistabbilixxi kontinwità ekonomika bejn CVSL u VSL, fi kliem ieħor jekk il-vantaġġi kkawżati mill-għoti tal-garanzija ta' EUR 150 000 f'Settembru 2008 kinux ġew trażmessi lix-xerrejja ta' CVSL li ħolqu lil VSL. Il-konklużjonijiet ta' din l-analiżi jiddependu kemm fuq l-identifikazzjoni tal-entità li għandha tassumi l-obbligu ta' rimborż f'każ ta' għajnuna illegali inkompatibbli, kif ukoll fuq l-analiżi tal-kompatibbiltà tal-miżura 1 b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-prinċipju tal-“ewwel u l-aħħar darba”.

(144)

F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li din il-miżura kienet ta' benefiċċju għal CVSL u mhux għal VSL u li kien hemm waqfien mill-kontinwità ekonomika bejn CVSL u x-xerrejja.

(145)

Skont il-ġurisprudenza, l-obbligu tal-irkupru jista' jiġi estiż għal kumpanija ġdida li lilha l-kumpanija inkwistjoni tkun ittrasferixxiet parti mill-assi tagħha, fejn dan it-trasferiment jippermetti li tiġi kkonstatata kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpaniji (22). Fil-fatt, ma jistax ikun eskluż li l-obbligu tal-irkupru jiġi estiż għal entità oħra, ladarba jkun stabbilit li din tal-aħħar għandha t-tgawdija effettiva tal-għajnuna inkwistjoni minħabba kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ entitajiet.

(146)

Skont is-sentenza tal-Qorti tat-8 ta' Mejju 2003 fil-kawżi magħquda C-328/99 u C-399/00 L-Italja vs. Il-Kummissjoni (23), l-analiżi tal-kontinwità ekonomika bejn impriża antika u strutturi ġodda saret permezz ta' għadd ta' fatturi: fosthom l-għan tal-bejgħ (l-assi u l-obbligazzjonijiet, iż-żamma tal-ħaddiema, l-assi raggruppati), il-prezz tat-trasferiment, l-identità tal-azzjonisti jew tal-proprjetarji tal-impriża l-ġdida, meta sar it-trasferiment (wara li bdiet l-investigazzjoni, il-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali jew id-deċiżjoni finali) u fl-aħħar, il-loġika ekonomika tat-tranżazzjoni.

Il-valutazzjoni tal-kriterju tal-għan tal-bejgħ (l-assi u l-obligazzjonijiet, iż-żamma tal-forza tax-xogħol, l-assi raggruppati)

(147)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Belġjani speċifikaw li l-assi marbuta ma' CVSL tqassmu bejn diversi entitajiet (il-kumpanija prinċipali VSLI, is-SARL VSLI fi Franza u CVSL). Biex l-irkupru jiġi ffaċilitat, ir-riċeventi kkonkludew ftehim ta' tranżazzjoni fit-23 ta' Ottubru 2008 għat-trasferiment tal-assi li kellha l-kumpanija falluta mqassma f'dawn il-kumpaniji.

(148)

Skont il-Memorandum ta' Fehim tal-1 ta' Ottubru 2008 u l-ftehim dwar l-akkwist tal-31 ta' Awwissu 2009, VSL ħadet l-assi kollha li kellha CVSL minbarra l-assi kurrenti: il-bini li fih hemm l-impjanti ta' CVSL u l-imħażen, l-artijiet li fuqhom huma mibnija, il-materjal u l-avvjament ta' CVSL, jiġifieri l-għodda ta' produzzjoni, il-forom, il-privattivi u kwalunkwe sotto-marka li kellha CVSL dak iż-żmien, l-ordnijiet li kienu qegħdin isiru, l-istokks inklużi dawk li kienu nbiegħu lil SARL Val Saint-Lambert International, kumpanija Franċiża, li l-kuratur kien intrabat li jagħmel disponibbli għax-xerrejja.

(149)

Inbiegħet ukoll parti mill-assi ta' VSLI, jiġifieri l-marki kummerċjali, id-disinni u l-mudelli u proprjetà intellettwali oħra (l-elementi msemmija fil-ftehim sottoskritt fil-5 ta' Ottubru 2005 u wkoll il-pjanijiet, il-forom, it-tpinġijiet …), il-proprjetà immobbli mibnija u mhux mibnija, li kienet proprjetà ta' VSLI f'Seraing, l-istokks ta' prodotti ta' VSL, l-avvjament ta' Seraing (showroom), l-istokks tal-ħwienet ta' Seraing u Brussell (Sablon).

(150)

Ingħatat ukoll lil VSL, il-proprjetà sħiħa tal-għodda ta' produzzjoni (il-magna tal-qtugħ, il-forn u l-pajp tal-forn) li kienu nkrew.

(151)

VSL intrabtet li tkompli, maż-żarmar sħiħ ta' CVSL, il-kuntratti ta' xogħol u tal-impjiegi kollha sottoskritti minn VSL u fis-seħħ fit-30 ta' Settembru 2008. VSL intrabtet ukoll li tirrispetta l-protokolli korporattivi, kollettivi u individwali, konklużi filwaqt li żżomm biss il-possibbiltà li tinnegozja mill-ġdid b'mod konġunt ċerti termini, sabiex jekk ikun meħtieġ tadattahom għal realtà ġdida.

(152)

Fl-aħħar nett, VSL assumiet ukoll ir-responsabbiltà ta' EUR 280 000 f'obbligazzjonijiet li rriżultaw miċ-ċessjoni minn CFV tad-drittijiet intellettwali ta' CVSL. Skont il-Ftehim tad-29 ta' Jannar 2009 bejn SA Compagnie financière du Val u VSL, VSL ġiet issostitwita minn Interagora u assumiet l-obbligazzjonijiet sottoskritti minn SA Interagora fir-rigward ta' CFV permezz tal-Ftehim tal-5 ta' Ottubru 2005. Permezz ta' dan il-Ftehim, CFV biegħet lil SA Interagora l-marki kummerċjali kollha, id-disinni u l-mudelli relatati b'mod dirett jew indirett ma' CVSL. Il-prezz miftiehem u li baqa' ma tħallasx kien ta' EUR 280 000.

(153)

L-irkupru tal-assi ta' CVSL ġie approvat mill-Qorti Kummerċjali ta' Liège fl-20 ta' Ottubru 2009.

(154)

Fid-dawl ta' dawn il-fatti, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li ġejja rigward l-għan tal-bejgħ: l-irkupru jirrigwarda kważi l-assi kollha ta' CVSL (inklużi l-ordnijiet li kienu qegħdin jitwettqu), il-kuntratti kollha ta' xogħol u impjieg sottoskritti mill-kumpanija falluta u fis-seħħ fit-30 ta' Settembru 2008, kif ukoll l-użu tal-marki kummerċjali u tad-drittijiet intellettwali.

(155)

Konsegwentament, il-Kummissjoni tinnota li l-firxa ta' attivitajiet irkuprati kienet l-istess bħal dawk ta' CVSL u li l-ambitu tal-irkupru jmur saħansitra lil hinn minn CVSL u jinkludi l-assi ta' VSLI meħtieġa biex titkompla l-attività ta' produzzjoni tal-kristall.

Il-valutazzjoni tal-prezz tat-trasferiment

(156)

Biex ikun stabbilit jekk kienx hemm kontinwità ekonomika wara l-bejgħ tal-assi ta' CVSL, wieħed irid jeżamina wkoll jekk dan il-bejgħ sarx bi prezz tas-suq. Din il-kundizzjoni tapplika mingħajr distinzjoni għall-assi tanġibbli u intanġibbli.

(157)

L-awtoritajiet Belġjani speċifikaw li fil-liġi Belġjana dwar il-fallimenti, il-kriterju determinanti għar-realizzazzjoni tal-assi huwa dak tal-interessi tal-kredituri. L-Artikolu 75(3) tal-liġi dwar il-fallimenti, jippermetti lill-kredituri jew lil dawk li jkunu fallew, jopponu għal ċerti realizzazzjonijiet tal-assi jekk jaħsbu li r-realizzazzjoni maħsuba tista' tkun ta' ħsara għalihom. L-awtoritajiet Belġjani speċifikaw li l-għoti tal-garanzija pubblika ta' EUR 150 000 kien proprju motivat mix-xewqa li tinżamm il-kontinwità tal-attività u l-valwazzjoni tal-proċeduri ta' ċessjoni tal-assi.

(158)

Il-Kummissjoni tinnota li l-bejgħ tal-assi ta' CVSL sar permezz ta' proċedura miftuħa, immexxija mil-kuratur ta' din il-kumpanija f'likwidazzjoni. Il-kuraturi rċevew 36 offerta li minnhom għażlu 12 fl-ewwel fażi. Ġiet organizzata data room li fiha inġabret informazzjoni dwar CVSL. Jidher li r-reklamar kien jirrigwarda l-assi kollha mingħajr ma ġew definiti minn qabel il-gruppi tal-assi.

(159)

Il-Kummissjoni tinnota li din il-proċedura tippermetti a priori li l-prezz tal-bejgħ ta' kull assi ta' CVSL ikun massimizzat.

(160)

Madankollu, żewġ elementi jwasslu lill-Kummissjoni tikkunsidra li din il-proċedura, waħedha, mhijiex biżżejjed biex tiggarantixxi li l-prezz tal-assi offrut mix-xerrejja jikkorrispondi mal-prezz tas-suq.

(161)

Il-bejgħ tal-assi ta' CVSL kien ikkundizzjonat mill-irkupru tal-kuntratti kollha tax-xogħol. Dan juri li dan il-bejgħ ma kienx mingħajr kundizzjoni u dan l-obbligu seta' baxxa l-prezz tal-bejgħ.

(162)

Fl-aħħar nett, il-liċenzja esklussiva għall-użu tal-marki kummerċjali hija wkoll soġġetta għal kundizzjonijiet li ma kinux isiru minn operatur privat. Bi tpattija, ir-Reġjun ta' Walloon talab kontroparti mingħand VSL inkluża fil-ftehim ta' novazzjoni tad-29 ta' Jannar 2009 bejn ir-Reġjun ta' Walloon (irrappreżentat minn CFV) u VSL: “Din il-liċenzja għall-użu tista' tiġi tterminata, fi kwalunkwe ħin, b'kull dritt u mingħajr avviż minn qabel mir-Reġjun ta' Walloon f'każ li VSL (jew il-kredituri tagħha) ma jagħtux prova tal-produzzjoni fuq is-sit ta' Val Saint-Lambert f'Seraing ta' oġġetti tal-kristall ta' valur għoli miżjud, li attwalment tinsab f'attività ta' mill-inqas 60 % tal-impjiegi ekwivalenti full-time minbarra l-qgħad ekonomiku li jeżisti fil-jum tal-falliment ta' CVSL (…)”. Il-Kummissjoni tinnota li r-Reġjun ta' Walloon jimponi fuq VSL bi tpattija għall-għoti tal-liċenzja esklussiva, obbligu li żżomm il-produzzjoni fis-sit ta' Seraing u obbligu li żżomm livell ta' impjieg determinat a priori. Dawn il-kundizzjonijiet politiċi setgħu baxxew il-prezz tal-bejgħ u qatgħu qalb xerrejja potenzjali oħrajn, u b'hekk affettwaw il-kompetizzjoni fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti u wasslu sabiex l-offerta ppreżentata, li mil-lat finanzjarju setgħet kienet l-aħjar, ma kinitx tikkorrispondi għall-valur reali tas-suq (24).

(163)

Minħabba dawn il-fatti, il-Kummissjoni tqis li l-kriterju tal-prezz tat-trasferiment mhuwiex issodisfat.

Valutazzjoni tal-kriterju tal-loġika ekonomika tat-tranżazzjoni

(164)

Il-kriterju tal-loġika ekonomika tat-tranżazzjoni għandu l-għan li jivverifika jekk iċ-ċessjonarju tal-assi jużax l-assi mibjugħa bl-istess mod bħall-bejjiegħ, sabiex ikompli l-istess attività ekonomika.

(165)

L-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw li l-loġika segwita minn VSL kienet għal kollox differenti minn dik tal-predeċessuri tagħha b'mod partikolari bil-fatt li assoċjat il-proġett tal-proprjetà immobbli Cristal Park mal-issuktar tal-attivitajiet ta' produzzjoni tal-kristall.

(166)

F'dan il-każ, il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet Belġjani ma wrewx l-eżistenza ta' relazzjoni diretta, minn Ottubru 2008, bejn l-akkwist ta' CVSL u l-proġett Cristal Park. L-ewwel fost id-dokumenti li jirrigwardaw il-proġett Cristal Park, innotifikati mill-awtoritajiet Belġjani jmur lura għal Diċembru 2011.

(167)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota li x-xerrejja xtraw il-marka kummerċjali sabiex ikomplu jużawha kif ukoll l-assi kollha u l-mezzi ta' produzzjoni. L-għan korporattiv imsemmi fl-att ta' kostituzzjoni ta' VSL tal-20 ta' Novembru 2008 huwa fil-fatt simili ħafna għal dak ta' CVSL. L-għan ta' VSL huwa effettivament li tkompli l-attività ta' produzzjoni tal-kristall ta' CVSL bl-istess riżorsi umani u produttivi. Il-garanzija wkoll ingħatat bl-għan li tinżamm il-kontinwità tal-attività.

(168)

Għaldaqstant, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm kontinwità ekonomika bejn CVSL u VSL. L-akkwist tal-mezzi kollha ta' produzzjoni (bi prezz soġġett għal xi kundizzjonijiet, li ma jaqbilx mal-valur reali tas-suq), tal-kuntratti tax-xogħol u tal-użu esklussiv u mingħajr limiti tal-marki kummerċjali bl-għan li tissokta l-produzzjoni ta' oġġetti tal-kristall huwa prova determinanti biex wieħed jistabbilixxi l-kontinwità ekonomika. Il-vantaġġ li rriżulta mill-għoti tal-garanzija lil CVSL li dakinhar kienet falluta kompla għaddej wara l-irkupru u VSL żammet il-benefiċċju ta' dan il-vantaġġ.

5.2.4.   Il-kompatibbiltà tal-miżuri 4 (iċ-ċessjoni u l-użu tal-marki kummerċjali), 5 (is-self ta' EUR 1,5 miljun), 6 (iż-żieda ta' EUR 1,5 miljun f'kapital) u 8 (it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' ċertu bini minn SPAQUE lil VSL)

(169)

Il-Belġju ma invoka l-ebda raġuni rigward il-kompatibbiltà ta' dawn il-miżuri fil-kummenti tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ u l-Kummissjoni ma għandhiex evidenza sabiex tikkonkludi li l-ebda waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 107(2) u (3) ma tista' tapplika. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li din l-għajnuna mhijiex kompatibbli mas-suq komuni.

5.3.   L-irkupru

(170)

Il-Kummissjoni tfakkar li b'applikazzjoni tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (25), kwalunkwe għajnuna illegali li tkun inkompatibbli mas-suq komuni trid tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarju tagħha.

(171)

F'dan il-każ, jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti li l-miżuri li ġejjin jinkludu elementi ta' għajnuna, li din l-għajnuna hija illegali u inkompatibbli u, ladarba ngħataw lil VSL, għandhom jiġu rkuprati:

 

Miżura 1: is-self issussidjat ta' EUR 1 miljun, mogħti lil VSL fit-3 ta' April 2012 mir-Reġjun ta' Walloon, irrappreżentat mis-Société Wallonne de Gestion et de Participations (minn hawn 'il quddiem “SOGEPA”).

Is-self kollu jikkostitwixxi għajnuna. L-EUR 400 000 ingħataw fl-istess jum tal-konklużjoni tal-ftehim. Is-EUR 600 000 li kien fadal ingħataw f'data sussegwenti li ma ġietx innotifikata mill-awtoritajiet Belġjani.

 

Miżura 2: l-għajnuna għar-ristrutturar li tikkonsisti fl-estensjoni tat-telf ta' EUR 1 miljun.

Din il-miżura ma ġietx implimentata, u għalhekk ma hemmx lok li jiġi ordnat l-irkupru tagħha.

 

Miżura 3: Il-garanzija ta' EUR 150 000 mogħtija minn SOGEPA fl-24 ta' Settembru 2008 lill-kuratur ta' CVSL.

Din il-garanzija fiha element ta' għajnuna peress li ma tħallsitx lura bil-prezz tas-suq. L-element ta' għajnuna għandu jiġi kkalkulat skont il-metodu indikat f'din id-Deċiżjoni.

 

Miżura 4: Iċ-ċessjoni u l-użu tal-marki kummerċjali Val Saint-Lambert miftiehma fid-29 ta' Jannar 2009 bejn CFV u VSL.

Il-miżura li tikkonċerna ċ-ċessjoni tal-marki kummerċjali ma ġietx implimentata, u għalhekk ma hemmx lok li jiġi ordnat l-irkupru tagħha. L-element ta' għajnuna li jikkonċerna l-użu tal-marka kummerċjali għandu jiġi kkalkulat skont il-metodi ġeneralment użati u aċċettati għall-ġestjoni tal-assi ta' proprjetà intellettwali.

 

Miżura 5: Is-self ta' EUR 1,5 miljun mogħti minn SOGEPA lil VSL fil-31 ta' Awwissu 2009.

Dan is-self jinkludi element ta' għajnuna favur VSL, li jikkorrispondi għad-differenza bejn ir-rata tas-suq u r-rata li fiha ngħata l-prezz, jiġifieri għal 1,07 %, (5,77 % – 4,7' %), jew EUR 16 050 fis-sena. Din l-għajnuna ġiet implimentata b'mod illegali, u għaldaqstant trid titħallas lura.

 

Miżura 6: Iż-żieda ta' EUR 1,5 miljun f'kapital mir-Reġjun ta' Walloon f'VSL deċiża fis-17 ta' Marzu 2011.

Din iż-żieda ta' kapital kollha hija għajnuna peress li ma tistax titqabbel mal-imġiba ta' investitur privat. Din l-għajnuna ġiet implimentata b'mod illegali, u għaldaqstant trid titħallas lura.

 

Miżura 8: Il-parti li tirrigwarda t-tqegħid għad-dispożizzjoni bla ħlas ta' parti mis-sit “Cristalleries du Val Saint-Lambert”

Il-ftehim ta' tqegħid għad-dispożizzjoni prekarja ta' parti mis-sit “Cristalleries du Val Saint-Lambert” konkluż fil-11 ta' Diċembru 2012 bejn SPAQUE u VSL jagħti vantaġġ lil VSL li jikkonsisti fl-introjtu mill-kirjiet li għalihom SPAQUE rrinunzjat b'mod volontarju. L-ammont eżatt ta' din l-għajnuna ser ikun ikkalkulat kif indikat fil-premessa 123.

(172)

Għall-finijiet ta' dan l-irkupru, l-awtoritajiet Belġjani għandhom iżidu wkoll mal-ammont tal-għajnuna l-imgħaxijiet tal-irkupru kurrenti mid-data li fiha ngħatat l-għajnuna lill-impriża, sal-irkupru effettiv tagħha, f'konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (26).

6.   KONKLUŻJONIJIET

(173)

Il-Kummissjoni ssib li l-Belġju implimenta b'mod illegali għadd ta' miżuri bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-miżuri huma: l-għajnuna għas-salvataġġ ta' EUR 1 miljun (miżura 1), il-garanzija ta' EUR 150 000 (miżura 3), iċ-ċessjoni u l-użu tal-marki kummerċjali Val Saint-Lambert (miżura 4), is-self ta' EUR 1,5 miljun (miżura 5), iż-żieda ta' EUR 1,5 miljun f'kapital (miżura 6) u t-tqegħid għad-dispożizzjoni bla ħlas ta' ċertu bini minn SPAQUE lil VSL (parti mill-miżura 8).

(174)

Permezz tal-ittra tat-18 ta' Ġunju 2014, l-awtoritajiet Belġjani awtorizzaw lill-Kummissjoni tadotta u tinnotifika din id-Deċiżjoni bil-lingwa Franċiża biss.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri li ġejjin: l-għajnuna għas-salvataġġ ta' EUR 1 miljun (miżura 1), il-garanzija ta' EUR 150 000 (miżura 3), iċ-ċessjoni u l-użu tal-marki kummerċjali Val Saint-Lambert (miżura 4), is-self ta' EUR 1,5 miljun (miżura 5), iż-żieda ta' EUR 1,5 miljun f'kapital (miżura 6) u t-tqegħid għad-dispożizzjoni bla ħlas ta' ċertu bini minn SPAQUE lil VSL (parti mill-miżura 8) jinkludu elementi ta' għajnuniet li ġew implimentati b'mod illegali mill-Belġju, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li huma inkompatibbli mas-suq intern.

Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-Belġju rtira n-notifika tiegħu dwar il-miżura 2 (l-għajnuna għar-ristrutturar) wara d-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali.

Artikolu 2

1.   Il-Belġju huwa mistenni li jitħallas lura mill-benefiċjarju l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1.

2.   Is-somom li għandhom jiġu rkuprati jipproduċu imgħaxijiet mid-data li fiha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sal-irkupru effettiv tagħhom.

3.   L-imgħaxijiet huma kkalkulati fuq bażi magħmula skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 (27) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.

Artikolu 3

1.   L-irkupru tal-għajnuniet imsemmija fl-Artikolu 1 huwa immedjat u effettiv.

2.   Il-Belġju jara li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 4

1.   Fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Belġju jippreżenta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (kapital u imgħaxijiet) li għandhom jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarju;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex ikun konformi ma' din id-Deċiżjoni;

(c)

id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna.

2.   Il-Belġju għandu jżomm lill-Kummissjoni informata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li jittieħdu sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sal-irkupru sħiħ tal-għajnuniet imsemmija fl-Artikolu 1. Għandu jibgħat minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, kwalunkwe informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu u dawk ippjanati biex jikkonforma ma' din id-Deċiżjoni. Għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-imgħaxijiet diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarju.

Artikolu 5

Il-Belġju huwa r-riċevitur ta' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  Għajnuna mill-Istat SA.34791 20../C (ex 2012/NN) – il-Belġju – Għajnuna għas-salvataġġ ta' Val Saint-Lambert — u Għajnuna mill-Istat SA.35528 20../C (ex 2012/N) – il-Belġju – Għajnuna għar-ristrutturar ta' Val Saint-Lambert — Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 213, 26.7.2013, p. 38)

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1

(*)  Informazzjoni kunfidenzjali.

(3)  Il-proċedura tar-riorganizzazzjoni ġudizzjarja hija maħsuba sabiex tinżamm, taħt il-kontroll ġudizzjarju, il-kontinwità parzjali jew totali tal-impriża f'diffikultà jew tal-attivitajiet tagħha. Din seħħet qabel is-sentenza tal-falliment tal-14 ta' Ottubru 2013.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuniet de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5).

(5)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 4

(6)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2

(7)  Id-Deċiżjoni tat-8 ta' Frar 2010 N541/2009 — L-Isvezja — State guarantee in favour of Saab Automobile AB.

(8)  Ara s-sentenza tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs il-Kummissjoni, C-482/99, EU:C:2002:294, il-punt 38.

(9)  Permezz tad-Deċiżjoni tas-27 ta' April 2012 tal-Ministru inkarigat mill-iżvilupp tat-territorju

(10)  Il-Qorti tal-Ġustizzja, is-16 ta' Mejju 2002, ir-Repubblika Franċiża vs. il-Kummissjoni, kawża C-482/99.

(11)  ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.

(12)  http://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/base_rates_eu27_en.pdf

(13)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu ta' kalkolu tar-rati ta' referenza u ta' skont, (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6)

(14)  Ara l-premessi 21 sa 23

(15)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6

(16)  http://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/reference_rates.html

(17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(18)  L-istudju tal-karatterizzazzjoni jiddeskrivi u jindividwa fid-dettall it-tniġġis fl-art sabiex l-amministrazzjoni tkun tista' tiddeċiedi dwar il-ħtieġa u l-metodi tat-tindif, skont l-awtoritajiet Belġjani.

(19)  Ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006.

(20)  Ir-Regolament (UE) Nru 1407/2013.

(21)  SA N 541/09 — L-Isvezja — State guarantee in favour of Saab Automobile AB, 8 ta' Frar 2010

(22)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Marzu 2012 fil-kawża T-123/09, EU:T:2012:164, punt 155, ta' Ryanair Ltd v Il-Kummissjoni Ewropea.

(23)  Ġabra P. I-4035

(24)  Ara, b'analoġija, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/717/KE tas-27 ta' Frar 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 46/07 (ex NN 59/07) implimentata mir-Rumanija għal Automobile Craiova (ex Daewoo Romania) (ĠU L 239, 6.9.2008, p. 12).

(25)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(26)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat [tal-KE] ( ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(27)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).


ANNESS

Informazzjoni dwar l-ammonti riċevuti, l-ammonti li jridu jiġu rkuprati jew li diġà ġew irkuprati

(f'miljuni tal-munit anazzjonali)

Identità tal-benefiċjarju

Total tal-ammont ta' għajnuna riċevuta taħt l-iskema

Total tal-ammont ta' għajnuna li għandha tiġi rkuprata

(Kapital)

Total tal-ammont diġà rimborżat

Kapital

Imgħaxijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


15.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/71


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1826

tal-15 ta' Ottubru 2014

dwar għajnuna mill-Istat SA.33797 — (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2011/CP) implimentat mis-Slovakkja għall-NCHZ

(notifikata bid-dokument numru C(2014) 7359)

(Il-verżjoni Slovakka biss hija awtentika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikularment l-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u partikularment l-Artikolu 62(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni nediet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1),

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont il-proviżjoni msemmija hawn fuq, u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Filwaqt:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ittra elettronika tat-13 ta' Ottubru 2011 irċeviet ilment (2) li jallega li is-Slovakkja tat għajnuna illegali lil kumpanija jisimha Novácké chemické závody, a.s. v konkurze (“NCHZ”).

(2)

Il-Kummissjoni għaddiet l-ilment lis-Slovakkja fis-17 ta' Ottubru 2011 flimkien ma' talba għal informazzjoni. L-awtoritajiet Slovakki talbu verżjoni Slovakka tad-dokumenti, li ntbagħtet lilhom permezz ta' ittra elettronika fis-16 ta' Jannar 2012.

(3)

L-awtoritajiet Slovakki ssottomettew l-informazzjoni mitluba permezz ta' ittra datata s-17 ta' Frar 2012. Talbiet ulterjuri oħra għal informazzjoni ġew mibgħuta mill-Kummissjoni fit-22 ta' Marzu 2012 u fil-21 ta' Ġunju 2012. Is-Slovakkja rrispondiet fit-23 ta' April 2012 u fil-11 ta' Settembru 2012.

(4)

L-ilmentatur bagħat informazzjoni ulterjuri għall-ilment tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2012. Fuq talba tal-ilmentatur, il-Kummissjoni u l-ilmentatur iltaqgħu fl-24 ta' Jannar 2013. Informazzjoni addizzjonali kienet sottomessa mill-ilmentatur permezz tal-ittri elettroniċi tat-8 u t-22 ta' Marzu 2013.

(5)

B'ittra data t-2 ta' Lulju 2013 il-Kummissjoni għarrfet lis-Slovakkja li ddeċidiet li tniedi l-proċedura stabbilita fl-Arikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-għajnuna.

(6)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tniedi l-proċedura kienet ippubblikata f'Il-Ġurnal tal-Unjoni Ewropea  (3). Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-allegata miżura ta' għajnuna.

(7)

Is-Slovakkja pprovdiet kummenti dwar id-deċiżjoni biex tinfetaħ proċedura fit-3 ta' Settembru 2013 u fit-2 u t-30 ta' Diċembru 2013. Fuq talba tal-awtoritajiet Slovakki, is-Slovakkja u l-Kummissjoni ltaqgħu fis-7 ta' Ottubru 2013 u s-17 ta' Frar 2014.

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet żewġ kummenti minn partijiet interessati (it-tnejn li huma fit-12 ta' Novembru 2013). Bagħtithom lis-Slovakkja fit-2 ta' Diċembru 2014, flimkien ma' sett ta' mistoqsijiet addizzjonali. Is-Slovakkja ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi; il-kummenti tagħha ġew riċevuta b'ittra datata l-14 ta' Jannar 2014.

(9)

Il-Kummissjoni staqsiet iktar mistoqsijiet lis-Slovakkja fit-2 ta' Mejju 2014, li għalihom is-Slovakkja wieġbet fl-14 u t-30 ta' Mejju 2014. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll talba addizzjonali għal kjarifikazzjoni permezz tal-posta elettronika lil waħda mill-partijiet terzi interessati fl-20 ta' Marzu 2014, li għaliha l-parti terza eventwalment wieġbet fis-6 ta' Mejju 2014.

2.   SFOND GĦAL U DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

2.1.   Benefiċjarju

(10)

NCHZ (li l-attivitajiet tagħha huma bħalissa segwiti mill-kumpanija Fortischem, a.s.) kienet produttur tal-kimiki bi tlett diviżjonijiet. L-attivitajiet prinċipali tal-kumpanija kienu l-produzzjoni tal-karbur tal-kalċju u gassijiet tekniċi, il-produzzjoni tal-klorur tal-polivinil (PVC) u l-prodotti tal-iproċessar tiegħu u — f'ammonti dejjem jiżdiedu — kimiki bażiċi u speċjali b'tunnellaġġ baxx.

(11)

NCHZ operat impjant kimiku (imwaqqaf fl-1940) fir-reġjun Trenčín fil-punent tas-Slovakkja, li huwa reġjun eliġibbli għall-assistenza skont Artikolu 107(3)(a) TFUE. Il-kumpanija kienet propjetà privata (4).

2.2.   Proċedimenti ta' falliment ta' NCHZ

(12)

NCHZ fetħet proċediment ta' falliment fit-8 ta' Ottubru 2009, fejn iddikjarat li ma kinitx kapaċi ssostni l-operati tagħha minħabba multa ta' EUR 19.6 miljun imposta mill-Kummissjoni għall-parteċipazzjoni tagħha fil-kartell tal-karbur tal-kalċju (5). Il-Kummissjoni nnutat madankollu li l-multa ma kinitx l-unika obbligu maġġuri ta' NCHZ u li NCHZ iddikjarat falliment qabel ma saret dovuta l-multa tal-kartell.

2.2.1.   Att dwar Kumpaniji Strateġikament Importanti

(13)

Xahar wara li NCHZ fetħet proċediment ta' falliment, is-Slovakkja addottat Att Nru. 493 tal-5 ta' Novembru 2009 dwar ċerti miżuri li jirrigwardaw kumpaniji strateġikament importanti, li jagħti dritt ta' prelazzjoni lill-Istat li jixtri kumpaniji strateġiċi li jkunu fi proċedimenti ta' falliment u li jirrikjedi lill-amministratur tal-falliment jiżgura l-kontinwazzjoni tal-operat tal-kumpanija stateġika waqt il-proċedimenti. Il-Gvern iddikjara li NCHZ hija kumpanija strateġika taħt dak l-Att fit-2 ta' Diċembru 2009, jiġifieri ġurnata wara l-Att daħal fis-seħħ. L-Att skada fil-31 ta' Diċembru 2010. NCHZ kienet l-unika kumpanija li għaliha ġie applikat l-Att.

2.2.2.   Deċiżjoni li jitkompla l-operat waqt il-falliment

(14)

F'Jannar 2011, abbażi ta' deċiżjoni tal-kumitat ta' kredituri u l-kredituri garantiti, l-amministratur tal-falliment tal-kumpanija ngħata struzzjonijiet biex ikompli l-operat tal-NCHZ waqt il-falliment anki wara li l-Att skada. Din id-deċiżżjoni ttieħdet abbażi ta' rapport ekonomika li analizza s-sitwazzjoni tal-kumpanija u kkonkluda li l-eżitu tal-proċedimenti ta' falliment ikun iktar favorevoli għall-kredituri jekk il-kumpanija tkompli topera. Id-deċiżjoni li jitkompla l-operat kienet approvata wkoll mill-Qorti ta' Trenčín fi Frari 2011.

(15)

Kien hemm żewġ korpi ta' kredituri relevanti involuti fid-deċiżjoni jekk jitkompliex l-operat ta' NCHZ: il-Kumitat ta' Kredituri, li jikkonsisti f'ħames entitajiet (6), li erba' minnhom kienu propjetà privata. L-unika entità pubblika fil-Kumitat kienet il-Fond tal-Propjetà Nazzjonali Slovakka (Fond národného majetku Slovenskej Republiky). Barra min hekk, NCHZ kellha sitt kredituri garantiti. Minn dawn is-sitt kredituri garantiti, erba' kienu entitajiet pubbliċi — il-Fond tal-Propjetà Nazzjonali, il-Fond Ambjentali (Environmentálny fond), il-Bank Slovakk ta' Garanzija u l-Iżvilupp (Slovenská záručná a rozvojová banka, a. s.) u l-Belt ta' Nováky.

2.2.3.   Bejgħ tan-negozju ta' NCHZ

(16)

Waqt il-proċedimenti ta' falliment, kien hemm żewġ sejħiet għal offerti miftuħa organizzati mill-amministratur għall-bejgħ tan-negozju ta' NCHZ. L-ewwel waħda kienet bla suċċess peress li l-uniku offerent ipparteċipa fl-istadju finali, u offra EUR 2 miljuni. L-amministratur irrifjuta dik l-offerta u l-offerta tħassret b'deċiżjoni tal-Qorti ta' Trenčín. In-negozju nbiegħ wara t-tieni s-sejħa għall-offerti organizzata fl-2011. F'dik is-sejħa għall-offerti, żewġ offerenti kkwalifikaw għall-istadju finali, wieħed joffri EUR 2 046 000 u l-ieħor EUR 2 200 000. L-offerent bl-għola offerta ġie magħżul. L-offerent magħżul kien kumpanija Ċeka jisimha Via Chem Slovakia. Il-kuntratt ta' bejgħ ma' Via Chem Slovakia ġie konkluż fis-16 ta' Jannar 2012 u l-bejgħ ingħalaq fil-31 ta' Lulju 2012. NCHZ irċeviet […] (*), li kien inkluż fir-rikavat tal-bejgħ. Barra minn hekk, Via Chem Slovakia qablet li tieħu f'idejha l-impenji privati tan-negozju NCHZ imġarrbin waqt il-proċedimenti ta' falliment, li jammontaw għal EUR [10-13] miljun.

(17)

Skont il-kundizzjonijiet tat-tieni sejħa għall-offerti, l-offerenti potenzjali kellhom żewġ għażliet: setgħu jissottomettu offerta skont l-“Impenji taċ-Ċessjonarju” speċifikati fl-Artikolu 1.7 tal-kundizzjonijiet tas-sejħa għall-offerti jew inkella mingħajr ma jieħdu kont ta' dawk l-impenji. L-impenji kienu jinkludu l-kundizzjonijiet li:

tul perjodu ta' ħames snin wara l-akkwist tan-negozju NCHZ, il-produzzjoni tkun miżmuma f'livell ta' għallinqas 75 % tal-produzzjoni tal-2010;

investiment ta' mill-inqas EUR 11 miljun ikun magħmul f'miżuri ta' konformità ma' regola ambjentali neċessarji għall-kontinwazzjoni ta' produzzjoni kimika; kif ukoll

ix-xerrej ma jbigħx jew jitrasferixxi n-negozju NCHZ tul il-perjodu ta' ħames snin b'mod li jista' jipperikola l-kontinwazzjoni tal-operati tagħha.

(18)

Ir-regoli tas-sejħa għall-offerti kienu jistipulaw li, jekk l-ogħla offerta kienet minn offerent li ma jżommx ma' dawn l-impenji, l-ogħla offerent li jżommhom ikollu l-possibbiltà li jirrikonċilja mal-ogħla offerta. Skont l-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika Slovakka, ħadd mill-parteċipanti fit-tieni sejħa ma ssottometta offerta li żżomm mal-impenji. Għaldaqstant, in-negozju ta' NCHZ inbigħ lil offerent li ma kienx iżomm mal-impenji.

(19)

Fl-1 ta' Awwissu 2012, ġurnata wara l-konklużjoni tat-tranżazzjoni bejn NCHZ f'falliment u Via Chem Slovakia, in-negozju prinċipali ta' NCHZ — id-diviżjoni kimika — inbigħ minn Via Chem Slovakia lil Fortischem għal EUR […]. Fortischem ħadet f'idejha wkoll l-impenji u l-kuntratti kollha relatati mad-diviżjoni kimika. Ħafna mill-1 412-il impjegat ta' NCHZ kienu trasferiti wkoll lil Fortischem. Is-Slovakkja qalet ukoll li inqas minn 60 % tal-propjetà oriġinali ta' NCHZ ġiet trasferita, peress li ebda assi immobbli ma kien inkluż fit-trasferiment. Madankollu, abbażi tal-kuntratt, Fortischem jista' juża' l-propjetà immobbli li oriġinarjament kienet tan-negozju trasferit iżda li baqgħet fis-sjieda ta' Via Chem Slovakia.

(20)

Anki jekk l-assi kollha ta' NCHZ inbiegħu tul il-proċedimenti ta' falliment, il-proċedimenti għadhom ma ġewx finalizzati (raġuni minnhom għal dan hija l-kawżi pendenti fil-qorti fir-rigward ta' ċerti pretensjonijiet). Fl-2013, parti mill-pretensjonijiet tal-kredituri pubbliċi, ta' madwar EUR 4.0 miljuni, kien imħallsa lura mir-rikavati tal-bejgħ tan-negozju NCHZ. Madankollu, għad hemm rikavati mill-bejgħ tal-assi li għadhom ma ġewx imqassma.

2.3.   Valutazzjoni tal-miżuri

(21)

Il-miżuri taħt valutazzjoni huma n-nuqqas ta' ħlas ta' obbligazzjoniet lil varji entitajiet tal-istat tul il-proċedimenti ta' falliment ta' NCHZ.

(22)

L-obbligazzjonijiet pendenti ta' NCHZ lejn entitajiet pubbliċi jew kumpaniji tal-istat imġarrba waqt il-proċedimenti ta' falliment ammontaw għal EUR 13 353 877,46 fl-1 ta' Awwissu 2012, id-data tal-bejgħ tan-negozju ta' NCHZ. Dawn l-obbligazzjonijiet jirrappreżentaw biss l-obbligazzjonijiet imġarrba waqt il-proċedimenti ta' falliment (mhumiex l-obbligazzjonijiet totali dovuti lill-Istat). Tali obbligazzjonijiet huma definiti f'Taqsima 87 tal-Att Slovakk ta' Falliment (7) bħala “pretensjonijiet fuq il-patrimonju”. Pretensjonijiet fuq il-patrimonju jinkludu pretensjonijiet wara li jiġi ddikkjarat il-falliment fir-rigward tal-amministrazzjoni u l-likwidazzjoni ta' assi f'falliment u pretensjonijiet li jqumu wara d-dikjarazzjoni tal-falliment fir-rigward ta' taxxi, imposti, dazji, primjums tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa, u pagi jew salarji ta' impjegati tal-kumpanija falluta. Kwalunkwe obbligazzjoni mġarrba mill-kontinwazzjoni tal-operat tal-kumpanija waqt il-proċedimenti ta' falliment li ma jistgħux jitħallsu mid-dħul minn tali kontinwazzjoni tal-operat jiġu trattati bħala pretensjonijiet fuq il-patrimonju wkoll.

(23)

L-obbligazzjonijiet pubbliċi ta' NCHZ li qamu matul il-proċedimentiri ta' falliment huma stabbiliti fit-Tabella 1 hawn taħt.

Tabella 1

L-obbligazzjonijiet ta' NCHZ lejn l-Istat jew kumpaniji tal-Istat li jirriżultaw matul il-proċedimenti ta' falliment (hekk kif kienu fl-1 ta' Awwissu 2012)

Awtoritajiet pubbliċi/kumpanija tal-Istat

Ammont tal-obbligi f'EUR

L-Istitut ta' Assigurazzjoni Soċjali

(…)

Všeobecná zdravotná poisťovňa (Kumpanija tal-assigurazzjoni tas-saħħa proprjetà tal-Istat)

(…)

L-impriża statali tal-ġestjoni tal-ilma (Slovenský vodohospodársky podnik, š.p.)

(…)

Il-belt ta' Nováky (tariffa għall-iskart, taxxa fuq il-proprjetà immobbli)

(…)

Fond Ambjentali

(…)

RTVS, s.r.o.

(…)

Diversi muniċipalitajiet (tariffa għall-iskart, taxxa fuq il-proprjetà immobbli)

(…)

Kumpanija tal-assigurazzjoni tas-saħħa komuni (Spoločná zdravotná poisťovna)

(…)

Awtorità tat-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur (daň z motorových vozidiel)

(…)

TOTALI

13 353 877,46

(24)

Skont it-Taqsima 88(5) tal-Att Slovakk dwar il-Falliment, l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-operat tan-negozju jiġu saldati mill-amministratur mir-rikavati ta' dak l-operat skont l-ordni li jkunu dovuti fih.

(25)

Mill-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni jidher li tal-inqas ċerti istituzzjonijiet tal-Istat (eż. ill-Kumpanija ta' Assigurazzjoni Soċjali) ipprovaw jinforzaw ir-riċevibbli taħt il-proċedimenti a' falliment. Madankollu, l-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ ma daħħalx biżżejjed biex ikopri l-kostijiet operatorji kollha inklużi l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u riċevibbli oħra tal-istat iġġenerati matul il-proċedimenti ta' falliment. Id-dħul ta' NCHZ ġie użat primarjament biex ikopri kostijiet direttament relatati mal-operat tan-negozju (provvista ta' materja prima, enerġija, eċċ.) sabiex tinżamm l-attività kummerċjali tagħha, filwaqt li obbligazzjonijiet fil-konfront tal-Istat ma kinux imħallsa u komplew jikbru matul il-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ f'falliment.

(26)

Il-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ, li kien il-kawża ewlenija ta' dawn l-obbligazzjonijiet akkumulati, kien ibbażat fuq żewġ miżuri differenti matul il-proċedimenti ta' falliment: dwar l-Att — bejn Diċembru 2009 u Diċembru 2010 — u dwar id-deċiżjoni tal-kredituri sa minn Jannar 2011.

2.3.1.   L-operat skont l-Att

(27)

Mid-dħul fis-seħħ tal-Att fl-1 ta' Diċembru 2009 u d-Deċiżjoni tal-Gvern tat-2 ta' Diċembru 2009 sakemm jiskadi l-Att fil-31 ta' Diċembru 2010, NCHZ ibbenefikat mill-istatus ta' “kumpanija strateġika”. Skont l-Att, l-amministratur ta' falliment kien obbligat li: (i) jiżgura l-kontinwazzjoni tal-operat ta' kumpanija strateġika, anki jekk ir-rikavat tagħha ma kienx ikopri kompletament il-kostijiet operatorji tagħha inklużi t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali; u (ii) jevita t-tkeċċija kollettiva mhux ġustifikata tal-impjegati.

(28)

L-Att kellu japplika għal kumpaniji kummerċjali ta' importanza strateġika li kienu soġġetti għal proċedimenti ta' falliment. L-għan ta' dan l-Att kien li jżomm operattivi impriżi li kienu f'falliment iżda li ġew iddikjarati mill-Gvern Slovakk li huma strateġikament importanti. Barra minn hekk, l-Att ta lill-Gvern Slovakk dritt ta' prelazzjoni biex jixtri kumpaniji strateġiċi li fallew.

(29)

Sabiex kumpanija taqa' fi ħdan l-ambitu tal-Att, ir-rekwiżiti li ġejjin kollha kellhom jiġu ssodisfati:

il-kumpanija kellha tkun kumpanija kummerċjali li l-assi tagħha kienu s-suġġett ta' proċedimenti ta' falliment iddikjarat;

il-kumpanija kellha tkun importanti biex tipproteġi s-saħħa, is-sigurtà nazzjonali jew il-funzjonament korrett tal-ekonomija;

il-kumpanija kellu jkollha aktar minn 500 impjegat, jew b'mod sinifikanti tipprovdi enerġija, gass, sħana jew prodotti tal-industrija tar-raffineriji lill-pubbliku, industriji oħra u trasportazzjoni nazzjonali, jew topera infrastruttura tal-ilma, impjant pubbliku tat-trattament tal-ilma mormi, drenaġġ pubbliku jew provvista pubblika tal-ilma;

il-kumpanija kellha tiġi ddikjarata li hija ta' importanza strateġika mill-Gvern Slovakk.

(30)

NCHZ kienet l-unika kumpanija li bbenefikat minn dan l-Att. L-Att ġie adottat fil-5 ta' Novembru 2009 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009. Fit-2 ta' Diċembru 2009 il-Gvern Slovakk ipproklama NCHZ bħala kumpanija strateġika skont id-deċiżjoni Nru 534/2009.

(31)

Meta ddeċieda li NCHZ kienet ta' importanza strateġika, il-Gvern Slovakk enfasizza il-fatt li falliment tal-kumpanija jista' jwassal għal telf ta' aktar minn 1 700 impjieg dirett, u jipperikola 5 000 impjieg ieħor ma' fornituri ta' NCHZ fis-Slovakkja. Huwa ddikjara wkoll li l-waqfien tal-produzzjoni ta' NCHZ se jaffettwa b'mod negattiv il-prestazzjoni u l-kompetittività tal-industrija tal-kimika fis-Slovakkja u b'hekk jgħarraq ferm il-pożizzjoni tal-ekonomija Slovakka kollha (8).

2.3.2.   L-operat skont id-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri

(32)

Wara li l-Att skada fil-31 ta' Diċembru 2010, l-amministratur tal-falliment, li kien marbut mal-istruzzjonijiet tal-kumitat tal-kredituri, iddeċieda li jissokta l-operati ta' NCHZ f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att Slovakka dwar il-Falliment.

(33)

Skont l-Att Slovakk dwar il-Falliment, il-kredituri tar-riċevibbli mhux garantiti rreġistrati kollha fil-proċediment ta' falliment, iridu jeleġġu kumitat tal-kredituri sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom waqt il-falliment. Il-kumitat għandu s-setgħa li joħroġ struzzjonijiet lill-amministratur tal-falliment fiċ-ċirkustanzi espliċitament previsti fl-Att Slovakk dwar il-Falliment, inkluż fejn il-kostijiet tal-operat tan-negozju fallut jaqbeż id-dħul mill-operati tiegħu u l-kontinwazzjoni tal-operat tiegħu b'hekk iwassal għal akkumulazzjoni akbar ta' obbligazzjonijiet. F'sitwazzjoni bħal din, l-amministratur irid jikseb struzzjonijiet rigward sa liema punt għandha titkompla il-kontinwazzjoni tal-operat tal-kumpanija (l-Artikolu 88 tal-Att Slovakk dwar il-Falliment). Dawn l-istruzzjonijiet għandhom jittieħdu b'votazzjoni tal-kumitat tal-kredituri flimkien mal-kredituri garantiti u mbagħad approvati u magħmula vinkolanti minn qorti tal-fallimenti.

(34)

Fil-każ tal-proċedimenti ta' falliment tal-NCHZ il-kumitat kien jikkonsisti f'ħames entitajiet, li erba' minnhom kienu proprjetà privata (9). Il-membru pubbliku fil-kumitat kien il-Fond tal-Propjetà Nazzjonali Slovakka (Fond národného majetku Slovenskej Republiky). Barra minn hekk, skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, NCHZ kellha sitt kredituri garantiti. Erbgħa minn dawn il-kredituri garantiti kienu proprjetà tal-istat jew ta' impriżi pubbliċi: il-Fond tal-Propjetà Nazzjonali, il-Fond Ambjentali (Environmentálny fond), il-Bank Slovakk għall-Garanzija u l-Iżvilupp (Slovenská záručná a rozvojová banka, a. s.) u l-Belt ta' Nováky.

(35)

Kif meħtieġ skont l-Att Slovakk dwar il-Falliment l-amministratur informa kemm lill-kredituri garantiti u kemm li dawk li mhumiex (fil-laqgħa konġunta tagħhom tas-26 ta' Jannar 2011) li l-kostijiet tal-operat tan-negozju NCHZ kienu ogħla mid-dħul mill-operazzjoni. L-amministratur ipprovda wkoll lill-kredituri b'analiżi ekonomika datata t-23 ta' Diċembru 2010, li tidentifika diversi xenarji possibbli u tqabbel il-kostijiet u d-dħul mil-perspettiva tal-kredituri ta' NCHZ. L-analiżi kkonkludiet li kien fl-interess tal-kredituri li jkompli l-operat ta' NCHZ u li n-negozju jinbiegħ bħala negozju avvjat. L-analiżi tal-amministratur kienet issuplimentata minn preżentazzjoni tal-maniġment ta' NCHZ intitolata “NCHZ Nováky — Studju tal-Fattibbiltà ta' Ristrutturar”, li argumentat ukoll li l-aħjar soluzzjoni għall-kredituri tkun li NCHZ tinbiegħ bħala kumpanija li għadha topera. Filwaqt li jittieħed kont ta' dawn l-istudji, il-kredituri kollha fil-kumitat tal-kredituri u l-kredituri garantiti kollha qablu fis-26 ta' Jannar 2011 mal-kontinwazzjoni tal-operat tal-kumpanija. Dik id-deċiżjoni ġiet approvata u b'hekk saret vinkolanti għall-amministratur mill-Qorti ta' Trenčín f'deċiżjoni tat-23 ta' Frar 2011.

(36)

Wara l-approvazzjoni mill-kredituri u mill-Qorti ta' Trenčín, l-operat ta' NCHZ kompla mingħajr ebda interruzzjoni sal-bejgħ tagħha bħala negozju avvjat lil Via Chem Slovakia f'Lulju 2012.

2.3.3.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali

(37)

Id-deċiżjoni tal-ftuħ tat-2 ta' Lulju 2013 sabet li NCHZ ma ħallsitx għalkollox il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-impjegati tagħha jew kwalunkwe obbligazzjoni oħra lejn bosta entitajiet tal-istat matul il-proċedimenti ta' falliment. L-ammont ta' dejn pubbliku għall-perjodu bejn l-2009 u l-2011 ammontaw għal EUR 12,1 miljun. Minħabba d-diffikultajiet finanzjarji ta' NCHZ fil-perjodu qabel id-dikjarazzjoni ta' falliment, peress li ppermetta l-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ l-Istat kellu riskju kbir li NCHZ takkumula obbligazzjonijiet pubbliċi li imbagħad ma tkunx f'pożizzjoni li tonora. Id-dejn mhux imħallas għaldaqstant seta' jiġi evitat jew għall-inqas jitnaqqas b'mod sinifikanti billi jitwaqqfu l-operati ta' NCHZ matul il-proċedimenti ta' falliment.

(38)

Kien hemm ukoll indikazzjonijiet sodi li d-deċiżjoni tal-kredituri li jissoktaw joperaw NCHZ wara l-iskadenza tal-Att hija attribwita lill-Istat u pprovdiet lill-kumpanija b'vantaġġ mhux dovut, selettiv u ekonomiku.

(39)

Il-Kummissjoni għaldaqstant ikkonkludiet fuq bażi preliminari li billi tħalliet tissokta l-operati u l-attivitajiet tas-suq tagħha mingħajr ma kellha tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u obbligazzjonijiet pubbliċi oħrajn matul perjodu sinifikanti, NCHZ ingħatat vantaġġ fuq il-kompetituri tagħha li ma kinitx tirċievi f'kundizzjonijiet normali tas-suq.

(40)

Il-Kummissjoni kellha wkoll dubji dwar jekk is-sejħa għall-offerti li permezz tagħha nbiegħet NCHZ kinetx bla kundizzjonijiet peress li ċerti offerenti kellhom il-possibbiltà li jgħollu l-offerti tagħhom fi stadju aktar tard, meta l-offerti kollha kienu diġà tressqu. Il-Kummissjoni għalhekk kellha dubji dwar jekk il-prezz imħallas għall-assi tal-kumpanija mill-offerent rebbieħ kienx jirrappreżenta prezz tas-suq li żgura l-massimazzjoni tad-dħul biex jissodisfa l-kredituri, inkluż l-Istat. Barra minn hekk, hemm indikazzjonijiet sodi li l-kontinwità ekonomika bejn NCHZ u l-entità l-ġdida ma kinitx interrotta. Dan ikun ifisser li kwalunkwe għajnuna inkompatibbli mill-istat mogħtija lil NCHZ tista' tiġi rkuprata mis-sid il-ġdid tan-negozju tal-kumpanija.

(41)

Il-Kummissjoni għaldaqstant iddeċidiet li tniedi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

3.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(42)

Żewġ partijiet terzi kkummentaw dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ: l-ilmentatur u parti terza interessata oħra li xtaqet tibqa' anonima. Mill-partijiet interessati t-tnejn li huma approvaw il-fatti u r-raġunament ippreżentat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali.

(43)

Il-partijiet terzi enfasizzaw il-konnessjoni temporali evidenti bejn id-diffikultajiet ekonomiċi ta' NCHZ u l-introduzzjoni ta' Att dwar Kumpaniji Strateġiċi, li ġie adottat bi proċedura leġiżlattiva aċċellerata. Barra minn hekk, jum wieħed biss wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att, il-Gvern Slovakk addotta d-deċiżjoni li tiddikjara NCHZ kumpanija strateġika skont it-tifsira tal-Att. Il-partijiet interessati t-tnejn li huma sostnew li l-Istat seta' evita r-riskju prevedibbli ta' obbligazzjonijiet pubbliċi akkumulati mhux imħallsa billi ma jagħtix l-istatus ta' kumpanija strateġika lil NCHZ.

(44)

Barra minn hekk, NCHZ possibbilment ibbenefikat mill-vantaġġ li kellha l-istatus ta' kumpanija li ma setgħatx toħroġ mis-suq bil-liġi u għalhekk baqgħet sieħba tan-negozju affidabbli, mentri kumpaniji oħra fl-istess sitwazzjoni bħal ta' NCHZ, jiġifieri fi proċedimenti ta' falliment, x'aktarx li kellhom relazzjonijiet tan-negozju li marru għall-agħar, mal-fornituri u l-konsumaturi tagħhom minħabba l-possibbiltà tagħhom ta' ħruġ mis-suq.

(45)

Fejn għandu x'jaqsam l-operat ta' NCHZ wara d-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri, waħda mill-partijiet interessati targumenta li l-membru tal-istat fil-kumitat tal-kredituri seta' u kellu jipprova jilħaq riżultat differenti — billi jikkonvinċi lill-membri l-oħra tal-kumitat jew għall-inqas billi jivvota kontra l-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ. L-istess raġunament japplika għall-Istat bħala wieħed mill-kredituri garantiti, li skont il-partijiet interessati kellu d-dritt li jimponi veto fuq id-deċiżjoni li tawtorizza l-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ. Il-partijiet interessati huma tal-fehma li dan in-nuqqas ta' azzjoni kien ifisser li d-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri u l-kredituri garantiti jistgħu jiġu attribwiti lill-Istat.

(46)

Fi kwalunkwe każ, il-partijiet interessati argumentaw ukoll li d-deċiżjoni ta' Trenčín tal-Qorti tal-Ġustizzja li jippermettu ż-żamma tal-operat ta' NCHZ kienet ukoll attribwibbli lill-Istat.

(47)

Il-partijiet interessati t-tnejn li huma allegaw li t-tkomplija tal-operat ta' NCHZ fixklet il-kompetizzjoni, b'mod partikolari fis-suq tal-karbur tal-kalċju, u li NCHZ kellha politika ta' pprezzar aggressiva matul dak il-perjodu.

(48)

Fir-rigward il-bejgħ ta' NCHZ, waħda mill-partijiet interessati sostniet li l-impenji tas-sejħa għall-offerti għamlu l-eżitu tas-sejħa inċert u li din kienet ir-raġuni għaliex ma kinitx ipparteċipat fis-sejħa għall-offerti, għalkemm l-akkwist ta' negozju ta' NCHZ seta' kien jinteressaha.

(49)

Fl-aħħar nett, il-partijiet interessati ddikjaraw li l-operat u l-presenza kumplessiva ta' Fortischem fis-suq kienu bażikament identiċi ma' dawk tan-negozju NCHZ preċedenti. L-unika bidla osservabbli kienet bidla fl-isem u s-sid.

4.   KUMMENTI MIS-SLOVAKKJA

Eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku għal NCHZ

(50)

Is-Slovakkja stqarret li l-amministratur tal-proċedimenti ta' falliment ta' NCHZ kien obbligat li jkompli ħidmet il-kumpanija fuq il-bażi tal-Att sal-31 ta' Diċembru 2010. Fir-rigward tan-natura ta' dan l-Att, is-Slovakkja stqarret li din kienet tikkostitwixxi miżura ġenerali applikabbli għall-kumpaniji kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet.

(51)

Is-Slovakkja argumentat li, anki jekk l-ebda deċiżjoni ma ttieħdet mill-kredituri jew mill-qorti matul l-ewwel perjodu, x'aktarx li fin-nuqqas tal-Att il-kredituri fi kwalunkwe każ kienu se jiddeċiedu li jkomplu l-operat ta' NCHZ. Is-Slovakkja rreferiet għall-analiżi preliminari u dikjarazzjonijiet pubbliċi mill-amministratur ta' Ottubru 2009 (jiġifieri qabel id-dħul fis-seħħ tal-Att) li tindika preferenza għall-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ. Għaldaqstant l-Att ma kellu jkollu l-ebda effett materjali, peress li NCHZ kienet tkompli topera — anke kieku l-Att ma jiġix adottat — purament abbażi tar-regoli standard tal-falliment.

(52)

Sussegwentement, wara li l-Att skada f'Diċembru 2010, l-amministratur talab għal istruzzjonijiet rigward il-kontwinazzjoni tal-operat tal-kumpanija mill-kumitat tal-kredituri. Il-kumitat qabel u din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata mill-Qorti ta' Trenčín (10). Is-Slovakkja ressqet l-analiżi ekonomika li kienet tħejjiet bħala l-bażi għal kumitat tal-kredituri biex jieħu d-deċiżjoni tiegħu. Il-kumpanija kompliet topera sakemm inbiegħet fl-2012.

(53)

Is-Slovakkja pprovdiet ukoll analiżi ipotetika mill-amministratur ibbażata fuq il-metodoloġija użata għall-analiżi fit-tieni perjodu (il-kontinwazzjoni tal-operat ibbażat tad-deċiżjoni tal-kredituri u l-qorti), li turi li li kieku ġiet ikkunsidrata l-likwidazzjoni fil-bidu tal-ewwel perjodu (il-kontinwazzjoni tal-operat abbażi tal-Att), ir-riżultat tal-analiżi kien ikun l-istess. Minkejja livell aktar baxx ta' obbligazzjonijiet kurrenti li jammontaw għal EUR 8,5 miljun, ir-rikavati mil-likwidazzjoni ma kienx ikun akbar mill-kostijiet u l-obbligazzjonijiet kurrenti.

(54)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, is-Slovakkja argumentat li l-aġir tal-Istat matul il-proċedimenti ta' falliment kien f'konformità mal-prinċipju tal-kreditur f'ekonomija tas-suq. Għaldaqstant, ma pprovdiet ebda vantaġġ ekonomiku lil NCHZ u ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-istat.

L-irkupru tal-pretensjonijiet tas-Slovakkja minn NCHZ f'falliment

(55)

Is-Slovakkja stqarret li, meta amministra u rkupra l-pretensjonijiet kontra NCHZ, il-kreditur prinċipali, il-Kumpanija ta' Assigurazzjoni Soċjali (Sociálna poisťovňa), aġixxiet skont l-Att dwar l-Assigurazzjoni Soċjali Nru 461/2003, kif emendat, u f'konformità mal-Att Slovakk dwar il-Falliment. Sociálna poisťovňa eżawriet ir-rimedji kollha disponibbli skont il-liġi. Ma aċċettatx in-nuqqas ta' ħlas ta' primjums u rreġistrat minnufih il-pretensjoni tagħha mal-amministratur.

(56)

Il-Kumpanija ta' Assigurazzjoni Soċjali ma kellha ebda rekord ta' pretensjonijiet kontra NCHZ maħluqa qabel id-dikjarazzjoni ta' falliment li kien ikollhom bżonn jiddaħħlu fil-proċedimenti ta' falliment f'konformità ma' Taqsima 28 tal-Att Slovakk dwar il-Falliment (11). Hija għaldaqstant ma setgħetx issir membru tal-korpi ta' kredituri li ddeċiedew dwar il-kontwinazzjoni tal-operat ta' NCHZ.

(57)

Għaldaqstant, l-uniku mezz disponibbli biex jiġi żgurat il-ħlas tal-pretensjonijiet tagħha kien li jiġu rreġistrati fil-proċedimenti ta' falliment fis-seħħ bħala pretensjonijiet kontra l-patrimonju. Għalhekk dan huwa dak li Kumpanija tal-Assigurazzjoni Soċjali (permezz tal-fergħa tagħha fi Prievidza) għamlet fuq bażi kontinwa, f'konformità mat-Taqsimiet 87 u 88 tal-Att Slovakk dwar il-Fallimenti (għal iktar dettalji ara t-Tabella 2).

(58)

Skont it-Taqsima 87(3) tal-Att Slovakk dwar il-Falliment, pretensjonijiet kontra l-patrimonju għandhom jiġu ssodisfati mill-amministratur mir-rikavat tal-likwidazzjoni tal-assi tal-patrimonju inkwistjoni sad-data dovuta tal-pagament. L-amministratur ikun responsabbli lejn il-kredituri bi pretensjoni fuq il-patrimonju għal telf sostnut minnhom meta l-pretensjoni tagħhom fuq il-patrimonju ma tkunx ġiet issodisfata kif suppost u fil-pront skont din id-dispożizzjoni, sakemm ma jkunx jista' jagħti prova li huwa aġixxa b'diliġenza professjonali xierqa. Fl-24 ta' Awwissu 2011, iltaqgħu r-rappreżentanti tal-Kumpanija ta' Assigurazzjoni Soċjali u NCHZ fil-fergħa ta' Prievidza. Fil-laqgħa l-amministratur informa lir-rappreżentanti tal-Kumpanija tal-Assigurazzjoni Soċjali li huwa ma kienx f'pożizzjoni li jissodisfa il-pretensjonijiet kontra l-patrimonju minħabba li huwa kellu jipprijoritizza l-kontinwazzjoni tal-operat tan-negozju sabiex il-kumpanija tkun tista' tinbiegħ għall-aħjar prezz possibbli.

(59)

Skont it-Taqsima 47(1) tal-Att Slovakk dwar il-Falliment, dikjarazzjoni ta' falliment tissospendi l-proċedimenti ġudizzjarji u oħrajn kollha li jirrigwardaw l-assi li huma soġġetti għal proċedimenti ta' falliment u li jappartjenu lill-parti falluta. Il-limiti ta' żmien stabbiliti f'dawn il-proċedimenti ma jiskadux matul il-perjodu ta' sospensjoni.

(60)

Skont it-Taqsima 47 tal-Att Slovakk dwar il-Falliment, il-Kumpanija tal-Assigurazzjoni Soċjali ma tistax tasserixxi pretensjoni permezz ta' deċiżjoni skont l-Att dwar l-Assigurazzjoni Soċjali u lanqas ma tista' sussegwentement tirkupra pretensjoni billi tibda l-proċedimenti ta' infurzar (ara t-Taqsima 48 tal-Att Slovakk dwar il-Falliment). Tabella 2 hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn il-pretensjonijiet irreġistrati mill-Kumpanija tal-Assigurazzjoni Soċjali fil-perjodu minn Settembru 2009 sa Jannar 2012.

(61)

Madankollu, fil-15 ta' Novembru 2011, il-Kumpanija għall-Assigurazzjoni Soċjali — il-fergħa ta' Prievidza ressqet ilment kontra persuni awtorizzati biex jaġixxu f'isem NCHZ lill-Prosekutur Pubbliku Distrettwali fi Prievidza, b'allegazzjoni li matul il-perjodu minn Ġunju 2011 sa Settembru 2011 kienu wettqu r-reat kriminali li naqsu milli jimponu u jħallsu l-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni skont it-taqsimiet 277 u 278 tal-Att Nru 300/2005 (il-Kodiċi Kriminali), kif emendat. Fis-7 ta' Frar 2012, l-investigatur fid-Direttorat tal-Pulizija tad-Distrett ta' Prievidza ssospendew il-proċedimenti kriminali minħabba li ma kienx possibbli li jiġu stabbiliti l-fatti li jippermettu prosekuzzjoni kriminali tal-persuni kkonċernati.

Tabella 2

Il-pretensjonijiet irreġistrati fil-proċedimenti ta' falliment (f'eluf ta' EUR)  (12) mill-Kumpanija tal-Assigurazzjoni Soċjali bejn Settembru 2009 u Jannar 2012

Deskrizzjoni tal-pretensjoni

Data ta' reġistrazzjoni mal-amministratur tal-falliment

Ammont f'eluf ta' EUR

Assigurazzjoni tas-sigurtà soċjali u assigurazzjoni tal-pensjoni

11.10.2010

(…)

Assigurazzjoni tas-sigurtà soċjali u assigurazzjoni tal-pensjoni

24.6.2011

(…)

Assigurazzjoni tas-sigurtà soċjali u assigurazzjoni tal-pensjoni

Diċembru 2011

(…)

Assigurazzjoni ta' garanzija

11.10.2010

(…)

Assigurazzjoni ta' garanzija

24.6.2011

(…)

Assigurazzjoni ta' garanzija

18.1.2012

(…)

Ammont totali ta' pretensjonijiet rreġistrati sal-31 ta' Jannar 2012

 

(…)

Bejgħ ta' NCHZ

(62)

Fir-rigward tal-bejgħ ta' NCHZ, is-Slovakkja argumentat li l-bejgħ sar b'mod miftuħ, trasparenti u mingħajr kundizzjonijiet u l-ogħla offerent kien magħżul b'mod xieraq li permezz tas-sejħa għall-offerti. Fir-rigward tat-tip ta' bejgħ, is-Slovakkja argumentat li dan il-każ għandu jiġi kkunsidrat każ speċifiku ta' ftehim dwar l-assi fejn l-assi kollha huma trasferiti flimkien mad-drittijiet tagħhom u ċerti obbligazzjonijiet marbuta magħhom.

(63)

Is-Slovakkja argumentat ukoll li f'dan il-każ partikolari l-kundizzjonijiet marbuta mat-tieni sejħa għall-offerti x'aktarx ma kinux ta' influwenza fuq il-possibbiltà li jinkiseb l-ogħla prezz possibbli minħabba li l-ebda miż-żewġ offerenti li ħadu sehem fit-tieni sejħa ma kienu se jidħlu għall-obbligazzjonijiet. Barra minn hekk, il-prezz finalment miksub (EUR 2,2 miljun) kien viċin ħafna l-prezz tal-ewwel sejħa, li ġiet ikkanċellata (EUR 2 miljun). L-ewwel sejħa għall-offerti ma kienet tinkludi l-ebda impenn.

(64)

Peress li NCHZ kienet, fil-fehma tas-Slovakkja, mibjugħa f'sejħa suffiċjentement miftuħa, trasparenti u mingħajr kundizzjonijiet, inkiseb prezz tas-suq għall-assi ta' NCHZ. Is-Slovakkja hija tal-fehma li m'hemm l-ebda rabta ta' kontinwità ekonomika bejn NCHZ, Via Chem Slovakia u issa Fortischem. Is-Slovakkja argumentat li fit-transazzjoni bejn Via Chem Slovakia u Fortischem inqas minn 60 % tan-negozju ġie trasferit, b'mod partikolari għaliex l-ebda propjetà immobbli ma kienet inkluża fil-bejgħ. Fl-aħħar nett, is-Slovakkja stqarret li l-Kummissjoni ma kellha ebda prova li turi li NCHZ kien mibjugħ bħala negozju avvjat għall-fini li jiġi evitat l-irkupru ta' għajnuna mill-istat.

(65)

Is-Slovakkja kkonfermat li l-impenji mhux monetarji kollha li għandhom x'jaqsmu ma' kuntratti mal-impjegati kienu ġew ittrasferiti wkoll lix-xerrej il-ġdid — Via Chem Slovakia. Is-Slovakkja ċċarat ukoll li ma sar l-ebda rapport ta' evalwazzjoni li jevalwa l-assi totali jew il-kumpanija bħala negozju avvjat. Barra minn hekk, is-Slovakkja kkonfermat li l-obbligazzjonijiet kollha lejn l-Istat imġarrba matul il-proċedimenti tal-falliment baqgħu għand NCHZ u se jiġu saldati mir-rikavat tal-bejgħ.

5.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

5.1.   L-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat

(66)

Skont l-Artikolu 107(1) TFUE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-istat fi kwalunkwe forma, li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(67)

Sabiex jiġi konkluż jekk kienx hemm għajnuna mill-istat, irid jiġi għaldaqstant evalwat jekk il-kriterji kumulattivi elenkati fl-Artikolu 107(1) TFUE (jiġifieri it-trasferiment ta' riżorsi tal-istat, l-imputabbiltà lill-Istat, il-vantaġġ selettiv, it-tfixkil potenzjali tal-kompetizzjoni u l-effett fuq kummerċ intra-UE) humiex sodisfati f'dan il-każ. Dan għandu jiġi evalwat b'mod partikolari fir-rigward tan-nuqqas ta' ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u obbligazzjonijiet oħra lejn l-Istat matul il-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ f'falliment: (i) permezz tal-applikazzjoni tal-Att wara d-deċiżjoni tal-Gvern li tiddikjara lil NCHZ bħala kumpanija strateġika skont it-tifsira tal-Att (ara punt 5.2) u (ii) tal-kontinwazzjoni tal-operat skont id-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri bil-qbil tal-kredituri pubbliċi (ara l-punt 5.3).

(68)

Il-valutazzjoni jkollha titwettaq filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li, minħabba d-diffikultajiet finanzjarji ta' NCHZ li wasslu għal dikjarazzjoni ta' falliment, billi ddikjara lil NCHZ kumpanija strateġika l-Gvern kien f'riskju reali li NCHZ takkumula obbligazzjonijiet pubbliċi li hija mbagħad ma tkunx f'pożizzjoni li tonora. Kien hemm riskju sostanzjali li l-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ matul il-proċedimenti ta' falliment ma trendix biżżejjed dħul biex tkopri l-kostijiet operatorji kollha inklużi l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u ammonti riċevibbli oħra lill-istat u li l-obbligazzjonijiet dejjem jakkumulaw fil-konfront tal-Istat ma jkunux imħallsa kif dovut. Ġaladarba dan ix-xenarju fil-fatt immaterjalizza matul l-2010, dan ir-riskju ta' aktar akkumulazzjoni ta' obbligazzjonijiet mhux imħallsa fil-konfront tal-Istat kien saħansitra iktar ċar fil-bidu tal-2011 meta, wara l-iskadenza tal-Att, il-kumitat tal-kredituri iddeċieda li jkompli l-operat ta' NCHZ. Fil-fatt, il-kredituri ta' NCHZ ġew avżati speċifikament dwar din il-kwistjoni mill-amministratur.

(69)

Il-kontinwazzjoni tal-operat tal-kumpanija f'falliment wasslet għal akkumulazzjoni ta' dejn dovut lill-Istat. L-ammont ta' dejn mhux imħallas li akkumula matul il-perjodu tal-proċedimenti ta' falliment (2009-2012) jammonta għal aktar minn EUR 13,3 miljun.

(70)

Ta' min jinnota wkoll li l-obbligazzjonijiet pubbliċi akkumulati x'aktarx li ma jkunux irkuprati għalkollox mir-rikavati tal-bejgħ tan-negozju tal-NCHZ (EUR 2,2 miljun tal-prezz tal-bejgħ u […] ritorn ta' […]). Tabilħaqq, sa issa madwar EUR 4,0 miljun biss mill-pretensjonijiet minn entitajiet pubbliċi ġew imħallsa lura mir-rikavat tal-bejgħ.

5.2.   Applikazzjoni tal-Att għal NCHZ

(71)

Għal 13-il xahar (mid-dħul fis-seħħ tal-Att fl-1 ta' Diċembru 2009 sakemm din tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2010), l-applikazzjoni tal-Att għal NCHZ ipprovdiet l-bażi għall-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ minkejja l-fatt li l-kostijiet tal-operat tan-negozju kienu konsistentement ogħla mid-dħul miksub minnha, u b'hekk irriżultaw f'akkumulazzjoni ta' dejn.

(72)

Skont it-Taqsima 5(a) tal-Att, l-amministratur tal-falliment kien obbligat li jiżgura l-operat ta' kumpanija ddikjarata mill-Gvern bħala strateġikament importanti. Fir-risposta tiegħu għal talba għal informazzjoni, l-amministratur iddikjara li l-kontinwazzjoni tal-operat tal-kumpanija falluta kienet konsegwenza meħtieġa ta' konformità mal-obbligi tiegħu li jirriżultaw direttament mill-Att. B'hekk, NCHZ kienet kapaċi tkompli topera u żżomm ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha minkejja li kienet f'sitwazzjoni fejn l-amministratur kien ikun obbligat jikkunsidra l-possibilità li jwaqqaf l-operati u jtemm l-attivitajiet tan-negozju (għaliex ma kienx f'pożizzjoni li jħallas id-dejn kollu tiegħu).

5.2.1.   Trasferiment ta' riżorsi tal-istat u imputabbiltà

(73)

Kif indikat hawn fuq, is-Slovakkja adottat l-Att u ddikjarat lil NCHZ bħala kumpanija strateġika abbażi ta' dak l-Att. Għaldaqstant, l-amministratur kien obbligat bl-applikazzjoni tal-Att li jkompli l-operat ta' NCHZ matul il-proċedimenti ta' falliment.

(74)

Bis-saħħa ta' dik id-dikjarazzjoni, l-operat tal-kumpanija inżamm anki jekk kien hemm riskju ċar (li fil-fatt seħħ) li d-dħul ma kienx se jkun biżżejjed biex ikopri l-kostijiet operatorji tan-negozju waqt falliment, inklużi l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u obbligazzjonijiet oħra fil-konfront tal-Istat.

(75)

Konsegwentement, dan ir-riskju prevedibbli ta' akkumulazzjoni ta' obbligazzjonijiet mhux imħallsa lejn l-Istat seta' ġie evitat mill-Istat, billi eżerċita d-diskrezzjoni tiegħu skont l-Att u ma tax lil NCHZ l-istatus ta' kumpanija strateġika, li obbligat lill-amministratur biex ikompli jopera n-negozju ta' NCHZ matul il-proċedimenti ta' falliment.

(76)

Barra minn hekk, il-kontinwazzjoni tal-operati u l-akkumulazzjoni ta' obbligazzjonijiet addizzjonali bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tal-Att għamluha aktar diffiċli għal kredituri pubbliċi eżistenti ta' NCHZ li jirkupraw il-pretensjonijiet eżistenti tagħhom.

(77)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dikjarazzjoni ta' NCHZ bħala kumpanija strateġika wasslet għal trasferiment ta' riżorsi tal-istat skont it-tifsira tal- Artikolu 107(1) TFUE. Dan it-trasferiment seħħ fil-forma ta' dħul mitluf minn kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u kredituri pubbliċi oħrajn li ma kinux onorati minn NCHZ matul il-perjodu meta l-Att kien japplika għaliha. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-deċiżjoni li tiddikjara NCHZ kumpanija strateġika ġiet adottata mill-Gvern u hija għalhekk attribwibbli b'mod ċar għall-Istat Slovakk.

5.2.2.   Vantaġġ ekonomiku

(78)

L-applikazzjoni tal-Att għal NCHZ tatha vantaġġ ekonomiku, peress li pproteġiet lill-kumpanija mill-kors normali ta' proċedimenti ta' falliment skont il-leġislazzjoni fallimentari standard. Għal kważi 13-il xahar, NCHZ kompliet l-operati tagħha esklussivament bis-saħħa tal-applikazzjoni tal-Att. L-amministratur tal-falliment kellu jiżgura l-operat tal-impriża anke jekk id-dħul tagħha ma kienx ikopri l-kostijiet operatorji tagħha inklużi t-taxxi jew il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. L-applikazzjoni tal-Att b'hekk ċaħħdet lill-amministratur u l-kredituri mid-diskrezzjoni tagħhom biex jiddeċiedu jekk il-kontinwazzjoni tal-operat tal-kumpanija jkunx ekonomikament vantaġġjuż.

(79)

Minħabba l-karattru ta' telf tal-kontwinazzjoni tal-operati, NCHZ ma kinitx kapaċi tħallas għalkollox l-obbligazzjonijiet tagħha, inklużi l-kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali u tal-assigurazzjoni tas-saħħa għall-impjegati tagħha u obbligazzjonijiet oħra fil-konfront ta' bosta entitajiet statali matul il-proċedimenti ta' falliment.

(80)

L-applikazzjoni tal-Att għal NCHZ ħtieġet lill-amminstratur li: (i) jiżgura l-operat ta' NCHZ u (ii) jevita t-tkeċċija kollettiva mhux ġustifikata tal-impjegati. Fuq dik il-bażi, l-amministratur stess stqarr li fuq il-bażi tal-applikazzjoni tal-Att huwa kien obbligat ikompli jopera NCHZ b'mod sħiħ, mingħajr l-ebda possibbiltà ta' analiżi ta' alternattivi u l-għażla tal-iktar waħda vantaġġjuża għall-kredituri tal-kumpanija f'falliment.

(81)

Filwaqt li l-Att kien fis-seħħ, il-kredituri ma setgħux jiltaqgħu biex jiddeċiedu dwar il-futur ekonomiku ta' NCHZ u ma saret ebda analiżi biex ikun valutat jekk il-kontwinazzjoni tal-operat ta' NCHZ f'dak l-istadju kinitx fl-interess tal-kredituri. Kien biss meta l-Att wasal biex jiskadi li l-amministratur ikkummissjona analiżi ekonomika komprensiva u sejjaħ laqgħa tal-kredituri tal-kumpanija biex jiddeċiedu dwar jekk għandhomx ikomplu l-operat ta' NCHZ jew le.

(82)

Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-Att għal NCHZ kienet ibbażata, mhux fuq kunsiderazzjonijiet meħuda mill-kredituri tal-kumpanija, iżda fuq kunsiderazzjonijiet oħra ta' politika pubblika. Il-memorandum ta' spjegazzjoni għad-Deċiżjoni tal-Gvern tat-2 ta' Diċembru 2009 li jiddikjara lil NCHZ kumpanija strateġika skont l-Att isemmi t-theddida ta' telfa diretta ta' 1 700 impjieg f'NCHZ u t-telfa ta' 5 000 impjieg addizzjonali għand il-fornituri ta' NCHZ jekk il-kumpanija tagħlaq. Jiddikjara wkoll li l-waqfien tal-produzzjoni ta' NCHZ kienet se taffettwa b'mod negattiv il-prestazzjoni u l-kompetittività tal-industrija sħiħa tal-kimika fis-Slovakkja u b'hekk jgħarraq ferm il-pożizzjoni tal-ekonomija Slovakka kollha. L-applikazzjoni tal-Att għal NCHZ mill-Gvern evidentement ma kinitx, għaldaqstant, ġustifikata abbażi tal-prinċipju ta' kreditur f'ekonomija tas-suq. Is-Slovakkja ssostni li, għalkemm ma ttieħdet ebda deċiżjoni la mill-kredituri u lanqas mill-Qorti matul l-ewwel perjodu, x'aktarx il-kredituri kienu jiddeċiedu li jkomplu joperaw NCHZ anki kieku l-Att ma kienx ġie applikat għaliha. Is-Slovakkja tirreferi għal analiżi preliminari tas-26 ta' Ottubru 2009 u stqarrijiet pubbliċi magħmula mill-amministratur f'Ottubru 2009 (jiġifieri qabel l-Att daħal fis-seħħ) li jindika li l-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ kienet l-għażla ppreferuta tiegħu.

(83)

Madankollu, l-analiżi preliminari mill-amministratur hija pjuttost vaga, ma fihiex analiżi ta' għażliet alternattivi (bejgħ ta' assi jew likwidazzjoni) u għalhekk ma tistax tkun ikkunsidrata bħala bażi soda li l-kredituri kienu se jużaw għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ. Barra minn hekk, f'Diċembru 2009 il-qorti ssostitwiet l-amministratur oriġinali ta' NCHZ b'wieħed ġdid, li seta' wasal għal konklużjoni differenti abbażi ta' valutazzjoni aktar profonda. Madankollu, kwalunkwe valutazzjoni ulterjuri ta' din il-kwistjoni ġiet sospiża bid-dħul fis-seħħ tal-Att u b'hekk il-kredituri u l-qorti ma ngħatatilhom ebda opportunità biex jiddiskutu u jiddeċiedu dwar il-kwistjoni mill-perspettiva tal-interessi ekonomiċi tagħhom.

(84)

Għalkemm il-kredituri u l-qorti ġenerali ddeċidiet li NCHZ tkompli topera wara li l-Att skada, din id-deċiżjoni ttieħdet f'sitwazzjoni ekonomika differenti u kienet ibbażata fuq valutazzjoni ekonomika konsiderevolment aktar kumplessa u soda f'Diċembru 2010 fid-dawl tal-iskadenza tal-Att. Din l-analiżi primarjament kellha tqis li wara l-ewwel perjodu NCHZ kellha obbligazzjonijiet pendenti (kemm pubbliċi kif ukoll privati) mill-kontinwazzjoni preċedenti tal-operat tagħha li jammontaw għal EUR 16 miljun u dawn kienu prijorità fuq kwalunkwe obbligazzjoni ta' qabel il-falliment. Għalhekk, is-sitwazzjoni għall-kredituri ma kinitx l-istess bħal fil-bidu tal-proċedimenti ta' falliment meta parti kbira ta' dawk l-obbligazzjonijiet kienu għadhom ma ġewx imġarrba.

(85)

Barra minn hekk, l-inċertezza awtomatikament involuta fit-teħid ta' deċiżjonijiet taħt ir-regoli standard ta' falliment tneħħiet bl-applikazzjoni tal-Att għal NCHZ, li assigura li tal-anqas sakemm l-Att skada fi tmiem l-2010 NCHZ se tkun operattiva għalkollox. Din bagħtet sinjal qawwi lill-fornituri u lill-konsumaturi tal-kumpanija, li kienu żgurati li setgħu jżommu l-kummerċ ma' NCHZ, peress li l-kumpanija kienet se tibqa', minħabba l-istatus tagħha ta' kumpanija strateġika skont l-Att, operattiva għalkollox. Peress li s-sigurtà tal-provvista hija element importanti għal konsumaturi fis-settur kimiku, l-applikazzjoni tal-Att ipprovdiet vantaġġ sinifikanti lil NCHZ meta mqabbel mal-proċedura standard ta' falliment. Żgurat aktar lill-konsumaturi ta' NCHZ b'mod sinifikanti li minkejja telf ulterjuri u irrispettivament mill-fehmiet u l-interessi tal-kredituri tagħha, NCHZ se tkompli topera mill-inqas sakemm l-Att skada. NCHZ b'hekk irċeviet trattament privileġġjat meta mqabbel mal-kompetituri tagħha f'sitwazzjoni simili.

(86)

Ir-riskju li l-konsumaturi li jmorru għand fornituri oħra bħala riżultat tal-falliment mhux sempliċiment wieħed ipotetiku. Fil-fatt, anki bl-ilqugħ ipprovdut mill-applikazzjoni tal-Att, xi konsumaturi kienu ntilfu fl-2009 u fl-2010, kif indikat fl-analiżi ekonomika tal-amministratur magħmula wara li l-Att skada. Mingħajr l-applikazzjoni tal-Att ir-riskju li saħansitra iktar bejgħ jintilef minħabba l-inċertezzi maħluqa mill-proċedimenti ta' falliment kien se jkun sostanzjalment ogħla. Dan kien iżid ukoll ir-riskju li l-kredituri setgħu raw il-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ bħala li m'għadux jagħmel sens mil-lat ekonomiku.

(87)

Is-Slovakkja pprovdiet analiżi ipotetika mill-amministratur ibbażata fuq il-metodoloġija użata għall-analiżi fit-tieni perjodu li turi li li kieku l-likwidazzjoni ġiet ikkunsidrata fil-bidu tal-ewwel perjodu, ir-riżultat tal-analiżi ma kienx ikun differenti mill-eżitu tal-analiżi fit-tieni perjodu. Minkejja livell aktar baxx ta' obbligazzjonijiet kurrenti li jammontaw għal EUR 8,5 miljun, ir-rikavati mil-likwidazzjoni ma kinux ikunu akbar mill-kostijiet u l-obbligazzjonijiet kurrenti. Madankollu, din l-analiżi hija qasira ħafna u ipotetika u ġiet ippreżentata mill-amministratur biss wara l-avveniment (13), peress li ma kinitx imfassla u sottomessa qabel Marzu 2014.

(88)

Is-Slovakkja ma wrietx li l-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ kien tassew ikun approvat fil-bidu tal-perjodu tal-falliment fuq il-bażi ta' analiżi u diskussjoni xierqa u fil-fond mill-partijiet interessati kollha, anki kieku l-Att ma ġiex applikat għal NCHZ. Fil-fatt, kieku l-Att ma ġiex applikat għal NCHZ, il-kumpanija kienet tiffaċċja konsegwenzi negattivi addizzjonali (bħal konsumaturi li jibdlu għal fornituri aktar sikuri), li kienu jżidu b'mod sinifikanti r-riskju li l-kredituri jagħżlu li ma jkomplux l-operat f'dak l-istadju.

(89)

L-applikazzjoni tal-Att għalhekk ipprovdiet lil NCHZ b'vantaġġ ekonomiku selettiv, peress li pproteġiet lill-kumpanija mill-kors normali ta' proċedimenti ta' falliment skont il-leġislazzjoni fallimentari standard. Hija ċaħħdet lill-amministratur, lill-kredituri u lill-qorti mill-possibbiltà li ma jkomplux l-operat ta' NCHZ jew jagħmlu tnaqqis sinifikanti fil-persunal (ara l-premessa (27)), jew fil-bidu tal-proċedimenti ta' falliment jew aktar tard (jiġifieri matul l-2010) fid-dawl tal-iżviluppi fis-sitwazzjoni ekonomika ta' NCHZ. Hija pprovdiet ukoll lil NCHZ u l-partijiet terzi (bħalma huma l-konsumaturi u l-fornituri) b'ċertezza ta' kontinwazzjoni ta' operat, li taħt regoli ta' falliment standard qatt ma tkun garantita.

(90)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-applikazzjoni tal-Att pprovdiet lil NCHZ b'vantaġġ ekonomiku mhux dovut.

5.2.3.   Valutazzjoni tal-miżuri

(91)

Id-deċiżjoni li jiġi applikat l-Att għal NCHZ, biex b'hekk tkun garantita il-kontinwazzjoni tal-operat tagħha, hija miżura individwali adottata mill-Gvern speċifikament rigward NCHZ u għalhekk hija, b'definizzjoni, selettiva.

(92)

L-awtoritajiet Slovakki jargumentaw li l-Att kien miżura ġenerali applikabbli għall-kumpaniji kollha li jissodisfaw il-kriterji stipulati fiha. Apparti l-fatt li l-miżura rilevanti mhijiex l-Att innifsu, iżda l-applikazzjoni tiegħu għal NCHZ b'deċiżjoni tal-Gvern, il-Kummissjoni tinnota li skont il-każistika stabbilita tal-qrati tal-UE l-fatt li l-Att kien miżura ġenerali ma jeskludix il-possibbiltà li jagħti vantaġġ selettiv lil entità partikolari.

(93)

L-ewwel nett, anki jekk l-Att kien miżura leġiżlattiva ġenerali, iċ-ċirkostanzi tal-każ jissuġġerixxu li fil-fatt kien immirat speċifikament lejn NCHZ (xi artikli tal-istampa saħansitra laqqmu l-Att “lex NCHZ”). L-att ġie adottat xahar wara li l-kumpanija ġiet iddikjarata falluta u NCHZ kienet l-unika kumpanija li għaliha l-Att ġie applikat.

(94)

It-tieni, biex l-Att jiġi applikat għal kumpanija partikolari, kienet meħtieġa deċiżjoni mill-Gvern li tiddikjara l-kumpanija “strateġika”, peress li l-Att ma kienx japplika awtomatikament għal kull kumpanija li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 1(2) tal-Att. Barra minn hekk, fid-dawl tal-mod ġenerali kif inhuma miktuba dawn il-kundizzjonijiet, il-Gvern kellu diskrezzjoni sinifikanti rigward liem kumpaniji jqis strateġiċi (14).

(95)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-miżura li tippermetti l-akkumulazzjoni ta' djun mhux imħallas ta' NCHZ lill-Istat tikkostitwixxi miżura selettiva fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

5.2.4.   Tfixkil tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

(96)

Il-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ bis-saħħa tal-applikazzjoni tal-Att kellha l-effett li jitnaqqsu l-kostijiet li NCHZ kien ikollha tħallas kieku l-Att ma ġiex applikat. Madankollu, l-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ ma rendiex biżżejjed biex ikopri l-kostijiet operatorji kollha inklużi l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u riċevibbli oħra tal-istat imġarrba matul il-proċedimenti ta' falliment. Minkejja l-inabbiltà tagħha biex tkopri l-obbligazzjonijiet kollha tagħha, u b'mod partikolari dawk fil-konfront tal-Istat (li baqgħu ma tħallsux għat-13-il xahar li tulhom l-Att kien fis-seħħ), NCHZ baqgħet attiva fis-suq toffri l-prodotti tagħha f'kompetizzjoni ma' produtturi Ewropej oħra ta' prodotti kimiċi.

(97)

Barra minn hekk, kif deskritt hawn fuq, l-applikazzjoni tal-Att pprovdiet lil NCHZ b'vantaġġi ekonomiċi li ma tgawdewx minn kumpaniji oħra f'sitwazzjoni simili. B'mod partikolari, x'aktarx kienet tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskju ta' telf ta' konsumaturi u fornituri matul il-proċedimenti ta' falliment. Il-fatt li l-kumpanija kienet obbligata, skont l-Att, li tkompli l-operati ħeġġeġ lis-sħab kummerċjali ta' NCHZ iżommu r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija. Is-sigurtà tal-provvista għall-konsumaturi ta' NCHZ, partikolarment importanti fl-industrija tal-kimika, kienet żgurata permezz tal-kontinwazzjoni tal-operat tan-negozju kif previst mill-Att. Kieku l-Att ma ġiex applikat, il-konsumaturi ta' NCHZ kienu x'aktarx ifittxu sorsi alternattivi ta' provvista minħabba l-biża' ta' waqfien għall-għarrieda ta' operati minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tiddeterjora tal-kumpanija falluta.

(98)

It-tnaqqis tal-kostijiet ta' kumpanija waħda jammonta għal għajnuna operattiva u għalhekk tfixkel il-kompetizzjoni għax il-kompetituri ta' NCHZ kellhom jħallsuhom dawk il-kostijiet jew ibatu l-konsegwenzi tal-inabbiltà li jħallsuhom. Barra minn hekk, il-miżuri setgħu wasslu għal xkiel tal-kompetizzjoni, billi b'mod artifiċjali jżżommu lil NCHZ fis-suq tal-karbur tal-kalċju u fi swieq oħra fejn hija kienet attiva.

(99)

Peress li hemm biss għadd limitat ta' produtturi ta' karbur tal-kalċju fl-UE u l-prodotti huma nnegozjati mal-Ewropa kollha, il-miżura inkwistjoni taffettwa wkoll b'mod ċar lill-kummerċ bejn l-Istati Membri.

5.2.5.   Konklużjoni dwar il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat

(100)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dikjarazzjoni ta' NCHZ bħala kumpanija strateġika skont l-Att kienet tikkostitwixxi vantaġġ selettiv favur dik il-kumpanija, kienet imputabbli għall-Istat u kienet tinvolvi l-użu ta' riżorsi tal-Istat biex tfixkel il-kompetizzjoni f'suq miftuħ għall-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-miżura għalhekk tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(101)

L-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi għall-obbligazzjonijiet mhux imħallsa dovuti lill-Istat u lil entitajiet statali akkumulati matul il-perjodu meta l-Att applika għal NCHZ. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mis-Slovakkja, id-dejn mhux imħallas fil-bidu tal-perjodu kien jammonta għal EUR 735 817,44 (15). Meta l-Att skada, l-obbligazzjonijiet pendenti kienu jammontaw għal EUR 5 519 241,54 (16). Għalhekk, l-ammont ta' għajnuna huwa ta' EUR 4 783 424,10.

5.3.   Il-kontinwazzjoni tal-operat skont id-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri

(102)

Wara li l-Att skada, l-amministratur ma kienx għadu legalment obbligat li jkompli l-operat tal-kumpanija. Huwa informa lill-kredituri (kemm garantiti u mhux garantiti) li t-telf ta' NCHZ kien akkumula kontinwament minn mindu ġiet iddikjarata falluta u li l-kostijiet biex joperaw in-negozju kienu ogħla mir-rikavat mill-operat tagħha. Minkejja l-fatt li kienu konxji tal-kundizzjoni ħażina tal-kumpanija, il-kredituri kollha fil-kumitat tal-kredituri u l-kredituri garantiti qablu f'Jannar 2011 li NCHZ għandha tkompli topera. Din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata sussegwentement mill-qorti tal-fallimenti skont l-Att Slovakk dwar il-Falliment u għalhekk saret vinkolanti għal amministratur.

5.3.1.   Imputabbiltà u vantaġġ ekonomiku

(103)

Il-kontinwazzjoni tal-operati ta' NCHZ wara l-iskadenza tal-Att kienet ibbażata fuq deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri (korp rappreżentattiv ta' kredituri mhux garantiti), li l-membri tiegħu kienu prinċipalment kumpaniji privati. Il-proċedura ta' investigazzjoni formali wriet li l-ebda membru tal-kumitat tal-kredituri jew il-kredituri garantiti ma kellu d-dritt ta' veto skont l-Att Slovakk dwar il-Falliment. Fil-fatt, il-votazzjoni f'dawn il-korpi saret b'maġġoranza. Għaldaqstant, l-ebda entità statali ma setgħet tinforza l-interessi tagħha billi twaqqaf aktar akkumulazzjoni tad-djun.

(104)

Għaldaqstant jista' jiġi konkluż li l-kontinwazzjoni tal-operati ta' NCHZ kien ibbażata fuq deċiżjoni determinata mill-kredituri privati, peress li l-kredituri pubbliċi ma kinux f'pożizzjoni li jagħmlu veto fuq it-tkomplija tal-operat tal-NCHZ. Għal din ir-raġuni, id-deċiżjoni li NCHZ tkompli topera wara li l-Att skada ma tistax titqies bħala imputabbli lill-Istat.

(105)

Dan juri wkoll li d-deċiżjoni ta' diversi kredituri pubbliċi biex b'mod attiv jappoġġjaw li-kontinwazzjoni tal-operat tal-NCHZ fit-tieni perjodu ttieħdet fl-istess żmien u taħt l-istess kondizzjonijiet (pari passu) bħad-deċiżjonijiet tal-kredituri privati komparabbli, li tfisser li l-kredituri pubbliċi aġixxew f'konformità mal-prinċipju tal-kreditur f'ekonomija tas-suq.

(106)

Barra minn hekk, għal finijiet ta' kompletezza, il-Kummissjoni vverifikat l-analiżi ekonomika magħmula mill-amministratur, li kien disponibbli għall-kredituri u l-qorti fil-mument relevanti. L-analiżi tidentifika diversi xenarji possibbli u tqabbel il-kostijiet u d-dħul mill-perspettiva tal-kredituri ta' NCHZ. B'mod partikolari, l-analiżi tindika li li kieku ma tkompliex l-operat ta' NCHZ kien iwassal għal kostijiet sinifikanti li jammontaw għal aktar minn EUR 48 miljun. Il-biċċa l-kbira tal-kostijiet relatati mal-għeluq u tindif ambjentali tas-siti tal-produzzjoni kimika (madwar EUR 37,3 miljun) u kostijiet tal-persunal (EUR 10,5 miljun kieku l-obbligi legali kollha ġew sodisfatti). Fl-istess ħin, id-dħul mistenni mill-bejgħ ta' assi individwali kien fl-akwati ta' EUR 47-52 miljun (mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kostijiet addizzjonali taż-żarmar u t-tneħħija tat-tagħmir).

(107)

Peress li l-obbligazzjonijiet pendenti (pubbliċi u privati) imġarrba mill-operat waqt il-proċedimenti ta' falliment (EUR 16 miljun f'dak iż-żmien) kellhom trattament preferenzjali, l-ebda pretensjoni ta' qabel il-falliment ma kienet tiġi ssodisfata. Madankollu, l-analiżi tqis li l-bejgħ tal-impriża b'kontinwazzjoni tal-operat x'aktarx kien iwassal għal dħul ogħla, peress li xi tagħmir teknoloġiku kien jiġi ddanneġġat b'mod irreparabbli kieku l-operart ma tkompliex. L-analiżi tindika wkoll li, minkejja l-falliment tal-ewwel sejħa għall-offerti, kien hemm bosta xerrejja interessati. B'mod ġenerali, l-analiżi kkonkludiet li kien fl-interess tal-kredituri li jkompli l-operat ta' NCHZ u li n-negozju jinbiegħ bħala negozju avvjat.

(108)

L-analiżi ekonomika tal-amministratur kienet ukoll akkumpanjata minn analiżi magħmula mill-maniġment ta' NCHZ. Dik l-analiżi kkunsidrat li l-valur reali mistenni tal-assi tal-kumpanija f'każ li ma tkompliex l-operat kien jammonta biss għal EUR 15,5 miljun, li tagħmel il-waqfien tal-operat ta' NCHZ saħansitra inqas attraenti għall-kredituri. Barra minn hekk, l-istudju argumenta li l-kumpanija setgħet tkun mibjugħa b'suċċess wara li ċertu miżuri ta' ristrutturar jiġu adottati; peress li l-Att għamel is-sensi ta' ħaddiema pjuttost diffiċli, tnaqqis fil-persunal ġew implimentati minn NCHZ biss wara li l-Att ma baqax japplika fil-bidu tat-tieni perjodu. B'mod ġenerali, l-istudju kkonkluda wkoll li l-kredituri kienu jmorru aħjar kieku NCHZ inbiegħet bħala negozju avvjat.

(109)

Il-proposta għall-kontinwazzjoni tal-operat abbażi ta' dawk id-dokumenti kienet sussegwentement aċċettata mill-kredituri kollha, kemm pubbliċi kif ukoll privati. Il-Kummissjoni tinnota li d-djun dovuti lil mill-inqas xi wħud mill-kredituri privati kienu wkoll qed jiżdiedu matul il-perjodu ta' falliment, bl-ammont finali ta' EUR 11,5 miljun.

(110)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni fil-fond uriet li tnejn biss mill-erba' kredituri pubbliċi rrappreżentati fil-korpi ta' kreditur (il-Fond Nazzjonali tal-Proprjetà, il-Fond Ambjentali, il-Bank Slovakk għall-Garanziji u l-Iżvilupp u l-Belt ta' Nováky) kienu direttament ikkonċernati bit-theddida ta' akkumulazzjoni ulterjuri tad-djun dovuti lilhom minn NCHZ matul il-kontinwazzjoni tal-operat tagħha. Dawn kienu l-Fond Ambjentali, li l-pretensjonijiet addizzjonali tiegħu matul it-tieni perjodu kienu biss EUR [100-500] elf, u l-Belt ta' Nováky, li l-pretensjonijiet pendenti addizzjonali tagħha matul it-tieni perjodu tela' għal EUR [300-800] elf. Il-kredituri pubbliċi ewlenin li l-ammonti dovuti lilhom akkumulawlhom matul il-proċedimenti ta' falliment, b'mod partikolari l-kumpaniji tas-saħħa pubblika u tal-assigurazzjoni tas-sigurtà soċjali, ma kienu rappreżentati fuq l-ebda korp ta' kredituri li jiddeċiedi dwar il-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ. Għalhekk, huma ma kellhom l-ebda possibbiltà li jinfluwenzaw direttament it-teħid ta' deċiżjonijiet u b'hekk ma setgħux jevitaw li il-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ. Dawk il-kredituri pubbliċi għamlu kulma setgħu biex jirkupraw id-djun billi rreġistraw il-pretensjonijiet tagħhom mal-amministratur tal-falliment u bl-użu ta' mekkaniżmi ta' infurzar kollha disponibbli taħt l-Att dwar il-Falliment.

(111)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-imġiba ta' entitajiet statali differenti kienet skont it-test tal-kreditur privat.

(112)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li NCHZ ma bbenefikatx minn vantaġġ fuq il-kompetituri tagħha li ma kinitx tirċevieh xorta f'kundizzjonijiet normali tas-suq fit-tieni perjodu meta l-Att ma kienx iktar applikabbli u NCHZ kompliet l-operat tagħha fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri.

5.3.2.   Konklużjoni dwar il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat

(113)

Peress li minn tal-inqas żewġ kundizzjonijiet kumulattivi li jiddefinixxu l-għajnuna mill-istat (l-imputabbiltà lill-Istat u l-eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku) mhumiex sodisfatti, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ skont id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-kredituri ma tikkostitwixxix għajnuna mill-istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

5.4.   Għajnuna illegali

(114)

Il-Kummissjoni tinnota li, peress li l-applikazzjoni ta' dan l-Att għal NCHZ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, ġiet mogħtija bi ksur tan-notifika u tal-obbligi ta' sospensjoni stabbiliti fl-Artikolu 108(3) TFUE. B'hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna mogħtija lil NCHZ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali.

5.5.   Il-kompatibbiltà tal-miżuri mas-suq intern

(115)

Peress li l-miżura identifikata hawn fuq tikkostitwixxi għajnun mill-istat fi ħdan it-tifsira fl-Artikolu 107(1) TFUE, il-kompatibbiltà tagħha trid tiġi evalwata fid-dawl tal-eċċezzjonijiet stabbiliti f'paragrafi 2 u 3 ta' dak l-Artikolu.

(116)

Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa kompitu tal-Istat Membru li jinvoka raġunijiet possibbli ta' kompatibbiltà u li juri li l-kundizzjonijiet għal tali kompatibbiltà jintlaħqu (17). L-awtoritajiet Slovakki jqisu li l-miżuri ma jikkostitwixxux għajnuna mill-istat u ma ċċitaw l-ebda raġuni possibbli li fuqhom tiġi vvalutata l-kompatibbiltà.

(117)

Il-Kummissjoni madankollu vvalutat jekk kwalunkwe waħda mir-raġunijiet stipulati fit-TFUE ikunux applikabbli prima facie għall-miżuri taħt valutazzjoni.

(118)

Peress li l-NCHZ kienet is-suġġett ta' proċedimenti ta' falliment fi żmien meta ġew konċessi l-miżuri, kienet ċarament kumpanija f'diffikultà fi ħdan it-tifsira tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' kumpaniji f'diffikultà (“il-Linji gwida S u R”) (18).

(119)

Għaldaqstant, kwalunkwe evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta' għajnuna mill-istat mas-suq intern għandha fil-prinċipju ssir abbażi tal-kriterji stabbiliti f'dawk il-linji gwida.

(120)

Il-Kummissjoni tinnota li l-kundizzjonijiet għal għajnuna ta' salvataġġ stipulati f'punt 3.1 tal-Linji Gwida S u R ma jidhrux li huma ssodisfati: b'mod partikolari, il-miżuri ma jikkonsistux f'għajnuniet ta' likwidità fil-forma ta' garanziji ta' self jew self u ma kinux akkumpanjati minn impenn mis-Slovakkja li tikkomunika lill-Kummissjoni pjan ta' ristrutturar jew pjan ta' likwidazzjoni u l-bqija.

(121)

F'dak li għandu x'jaqsam ma' għajnuna għar-ristrutturar kif definit fil-punt 3.2 al-Linji Gwida S u R, il-Kummissjoni tosserva li s-Slovakkja ma nnotifikat l-ebda miżura identifikata hawn fuq bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni u li hija naqset milli turi li xi elementi meħtieġa sabiex dawn ikunu jistgħu jitqiesu bħala tali huma preżenti (pjan ta' ristrutturar, il-kontribuzzjoni proprja, il-miżuri kompensatorji u l-bqija).

(122)

Il-punt 34 tal-Linji Gwida S u R jeħtieġ li l-għoti tal-għajnuna jkun kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar, li għandu jkun approvat mill-Kummissjoni fil-każijiet kollha ta' għajnuna individwali. L-għajnuna f'dan il-każ kienet mogħtija mingħajr pjan ta' ristrutturar kredibbli li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Linji Gwida S u R. Din iċ-ċirkustanza fiha nnifisha kienet tkun biżżejjed biex teskludi l-kompatibbiltà ta' dawn il-miżuri mas-suq intern.

(123)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li s-Slovakkja ma ġabet għall-attenzjoni tal-Kummissjoni l-ebda fatt li għandu jiżgura konformità mar-rekwiżiti meħtieġa biex l-għajnuna għar-ristrutturar tinstabb kompatibbli: ir-restawr tal-vijabbiltà fit-tul ta' NCHZ, livelli aċċettabbli ta' kontribuzzjoni proprja, miżuri kompensatorji adegwati, u l-bqija.

(124)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura identifikata hawn fuq mhijiex kompatibbli fuq il-bażi tal-Linji Gwida S u R, u għalhekk tikkostitwixxi għajnuna mill-istat li hija inkompatibbli mas-suq intern.

5.6.   L-irkupru tal-għajnuna

(125)

Skont it-Trattat u l-każistika stabbilita tal-qorti, il-Kummissjoni għandha normalment tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat irid jannulla għajnuna mogħtija illegalment meta din l-għajnuna tinstabli kienet inkompatibbli mas-suq intern (19). Il-Qorti sostniet ukoll b'mod konsistenti li l-obbligu fuq Stat Membru li jannulla għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti (20).

(126)

F'dan il-kuntest, il-Qorti stabbiliet li dan l-objettiv jintlaħaq ġaladarba r-riċevitur ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija bħala għajnuna illegali, b'hekk jitlef il-vantaġġ li jkun ibbenefika minnu minflok il-kompetituri tiegħu fis-suq, u tkun ġiet restawrata s-sitwazzjoni ta' qabel il-ħlas tal-għajnuna (21).

(127)

F'konformità mal-każistika, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 jistipula li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju …” (22).

(128)

B'hekk, minħabba li l-miżuri inkwistjoni ma kinux innotifikati lill-Kummissjoni, bi ksur tal-Artikolu 108 tat-Trattat, iżda jridu jiġu kkunsidrati bħala għajnuna illegali u inkomptibbli, l-ammonti mogħtija jridu jiġu rkuprati sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel ma ngħataw. L-irkupru għandu għalhekk ikopri ż-żmien minn meta seħħ il-vantaġġ għall-benefiċjarju, jiġifieri meta l-għajnuna tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sal-irkupru effettiv tagħha u s-somom li għandhom jiġu rkuprati għandu jkollhom imgħax sal-irkupru effettiv. L-irkupru għandu jqis l-ammonti ta' djun pendenti li jikkostitwixxu għajnuna statali li ntwerew li kienu diġà mħallsa lura mir-rikavat tal-bejgħ tal-assi ta' NCHZ.

(129)

Fid-dawl tal-bejgħ tan-negozju ta' NCHZ lil Via Chem Slovakia u Fortischem, il-Kummissjoni ser teżamina l-possibbiltà ta' kontinwità ekonomika bejn dawn il-kumpaniji sabiex tanalizza jekk l-irkupru tal-għajnuna għandux ikun estiż għalihom jew le.

5.7.   Kontinwità ekonomika ta' NCHZ permezz tal-bejgħ tan-negozju

(130)

Kif indikat, f'każ ta' deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni rigward l-irkupru ta' għajnuna inkompatibbli lil impriża fil-kuntest tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, l-Istat Membru inkwistjoni huwa meħtieġ li jirkupra l-għajnuna inkompatibbli. L-obbligu ta' rkupru jista' jiġi estiż għal kumpanija ġdida li lilha l-kumpanija inkwistjoni ġiet trasferita jew mibjugħa parti mill-assi tagħha, fejn dik l-istruttura ta' trasferiment jew bejgħ twassal għall-konklużjoni li hemm kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpaniji (23).

(131)

Fir-rigward tal-għan tat-tranżazzjoni, il-Kummissjoni tinnota li, għalkemm m'għandhiex evidenza diretta li l-intenzjoni tat-tranżazzjoni kienet li tevita l-effetti ta' deċiżjoni potenzjali ta' rkupru, kien madankollu ċar għall-awtoritajiet Slovakki li l-Kummissjoni kienet qed tinvestiga b'mod preliminarju ilment kontra NCHZ mis-17 ta' Ottubru 2011 (ara premessa (2)) u li kien hemm pretensjoni eżistenti għall-ħlas tal-multa tal-kartell ta' EUR 19,6 miljun imposta fuq NCHZ b'deċiżjoni tat-22 ta' Lulju 2009 (ara l-premessa (12)).

(132)

Skont id-deċiżjoni tal-Qorti f'l-Italja u SIM 2 vs il-Kummissjoni  (24), li fuqhom il-Kummissjoni bbażat id-deċiżjonijiet tagħha dwar il-kumpaniji Olympic Airlines, Alitalia u SERNAM (25), il-valutazzjoni ta' kontinwità ekonomika bejn il-benefiċjarju tal-għajnuna u l-impriża li l-assi tagħha ġew trasferiti huwa stabbilit abbażi ta' sett ta' indikaturi. Il-fatturi li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati: il-prezz tal-bejgħ korrispondenti għal prezz tas-suq jew le, l-ambitu tal-assi mibjugħin (assi u obbligazzjonijiet, iż-żamma tal-persunal, l-assi kollha kemm huma), l-identità tax-xerrej(ja), iż-żmien ta' bejgħ (wara l-bidu ta' valutazzjoni preliminari, il-proċedura ta' investigazzjoni formali jew id-deċiżjoni finali) u l-loġika ekonomika tat-tranżazzjoni. Dan is-sett ta' indikaturi ġie kkonfermat mill-Qorti fis-sentenza tagħha tat-28 ta' Marzu 2012, Ryanair vs il-Kummissjoni, li kkonfermat id-deċiżjoni Alitalia (26).

(133)

Fid-dawl tal-bejgħ tan-negozju ta' NCHZ lil Via Chem Slovakia, u sussegwentement lil Fortischem, il-Kummissjoni se tanalizza għalhekk, abbażi tal-kriterji elenkati hawn fuq, jekk hemmx kontinwità ekonomika bejn NCHZ u n-negozju finalment miksub u attwalment operat minn Fortischem.

(134)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li mhuwiex xieraq li jiġu analizzati separatament il-kontinwitajiet ekonomiċi taż-żewġ tranżazzjonijiet li wasslu għall-akkwist tal-attivitajiet tan-negozju ta' NCHZ minn Fortischem, jiġifieri l-ewwel bejgħ lil Via Chem Slovakia u mbagħad il-bejgħ lil Fortischem. Via Chem Slovakia biegħet in-negozju lil Fortischem fit-tieni tranżazzjoni fl-1 ta' Awwissu 2012, jiġifieri ġurnata biss wara li għalqet l-ewwel tranżazzjoni. Għalhekk, Via Chem Slovakia filfatt qatt ma mmaniġġjat u operat l-attivitajiet tan-negozju ta' NCHZ li akkwistat.

(135)

Il-Kummissjoni tagħraf li l-ambitu taż-żewġ tranżazzjonijiet mhuwiex eżattament l-istess, peress li Via Chem Slovakia żammet is-sjieda ta' ċerti assi immobbli (bini u art). Madankollu, huwa evidenti mill-informazzjoni pprovduta li l-attivitajiet ekonomiċi kollha ta' NCHZ akkwistati minn Via Chem Slovakia ġew trasferiti immedjatament lil Fortischem. Bl-eċċezzjoni waħdanija tal-assi immobbli, Fortischem ħadet f'idejha minn Via Chem Slovakia l-assi u drittijiet kollha relatati mal-produzzjoni kimika (magni u tagħmir ta' produzzjoni, kuntratti, eċċ.) kif ukoll impenji relatati mal-produzzjoni kimika (inkluż il-kuntratti tal-impjieg kollha). L-assi immobbli li ma nbigħux lil Fortischem iżda kienu meħtieġa għall-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi ta' NCHZ kienu disponibbli għal Fortischem abbażi ta' kuntratt tal-lokazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni se tanalizza direttament jekk kienx hemm kontinwità ekonomika bejn NCHZ u l-attivitajiet tan-negozju tagħha miksuba minn Fortischem. Il-karatteristiċi speċifiċi ta' dawn iż-żewġ tranżazzjonijiet ser ikunu kkunsidrati sal-punt li huma rilevanti għal din il-valutazzjoni.

5.7.1.   Prezz tal-bejgħ

(136)

Fid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-prezz ta' EUR 2,2 miljun imħallas għall-assi tal-kumpanija minn Via Chem Slovakia, l-offerent rebbieħ, kienx jirrappreżenta prezz tas-suq.

(137)

Is-sejħa għall-offerti ġabet magħha kundizzjonijiet mehmuża li jidhru li x'aktarx baxxew il-valur tal-assi. Skont il-kundizzjonijiet tas-sejħa, offerenti potenzjali setgħu jagħżlu jekk jagħmlux l-offerta tagħhom bl-“Impenji taċ-Ċessjonarju” jew mingħajrhom (għad-dettalji ara l-premessi (17) u (18)).

(138)

Ir-regoli tas-sejħa kienu jistipulaw li, jekk l-ogħla offerta kienet minn offerent li għażel ma jżommx ma' dawn l-impenji, l-ogħla offerent li jagħmel dawk l-impenji jkollu l-possibbiltà li jirrikonċilja mal-ogħla offerta. Il-Kummissjoni tqis li din il-possibilità għal offerent wieħed biex iżid l-offerta tiegħu wara li l-offerti kollha ġew sottomessi x'aktarx li tiskoraġġixxi lil parteċipanti potenzjali u/jew ikollha impatt negattiv fuq l-offerti li jsiru.

(139)

Fil-fatt, wieħed mill-elementi li jiżguraw li l-ogħla prezz huwa miksub f'offerta hija l-inċertezza fir-rigward tal-prezzijiet offruti minn offerenti oħra. Jekk offerent li jissottometti offerta bl-impenji jaf li l-offerta tiegħu għandha għalfejn biss tkun l-ogħla fost l-offerti b'impenji u li se jkun jista' jirrikonċilja l-offerta tiegħu għal dak li jagħmel l-ogħla offerta mingħajr l-impenji, huwa jista' jkun li jagħmel offerta iktar baxxa milli kieku ma kienet prevista l-ebda opportunità biex jirrikonċilja fil-kundizzjonijiet tas-sejħa.

(140)

Barra minn hekk, din il-kundizzjoni setgħet tiskoraġġixxu l-offerenti li ma jixtiqux jagħmlu offerta b'impenji peress li jafu li, anki jekk l-offerta tagħhom hija l-ogħla, tista' tkun rifjutata għaliex xerrej ieħor li huwa ppreparat li jieħu l-impenji jista' jirrikonċilja mal-offerta tiegħu. Jekk dan iseħħ, l-offerent mingħajr impenji mhuwiex mogħti l-opportunità biex jagħmel l-offerta mill-ġdid u joffru prezz ogħla ta' xiri.

(141)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti jidhru li jagħtu preferenza lil offerenti li jżommu l-impenji, peress li jekk żewġ offerenti joffru l-istess prezz, wieħed b'impenji u waħda mingħajr, l-offerta mal-impenji hija ppreferut fuq l-oħra. Din tidher li hija indikazzjoni li l-prezz li jista' jinkiseb fl-assenza ta' dawn l-impenji jistgħu ikun potenzjalment ogħla mill-prezz offrut mill-offerent rebbieħ. Jista' jiġi raġonevolment preżunt li l-obbligu li jiġu ssodisfati l-impenji għandu implikazzjonijiet finanzjarji għax-xerrej li jieħu inkunsiderazzjoni meta jissottometti l-offerta tiegħu. Mingħajr l-impenji, il-prezz offrut minn dak ix-xerrej x'aktarx għalhekk li jkun ogħla.

(142)

Is-Slovakkja targumenta li anki offerent li offra li jaċċetta l-impenji ma setax ikun ċert li ma jkun hemm ebda offerent ieħor joffri impenji b'offerta potenzjalment ogħla. Madankollu, dan ma jimminax il-fatt li offerenti mingħajr impenji kienu b'mod ġenerali ttrattati b'mod inqas favorevoli minn offerenti b'impenji, u li l-offerenti potenzjali li mhux lesti li jżommu l-impenji jistgħu b'hekk ġew skoraġġuti milli jipparteċipaw.

(143)

Is-Slovakkja targumenta wkoll li, fid-dawl tal-volum totali tal-impenji, li qabżu EUR 11-il miljun, kien improbabbli ħafna li xi offerent se jissottometti offerta li żżomm dawn l-impenji. Hija ssostni li, b'mod partikolari fid-dawl tal-prezz ta' EUR 2 miljuni biss offruti matul l-ewwel sejħa, li l-ebda parteċipant razzjonali fis-sejħa għall-offerti ma kien se jidħol għal impenji b'tali implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti. L-impenji fil-fatt jinkludu investimenti ta' mill-inqas EUR 11-il miljun. Madankollu, l-investiment huwa allokat biex jiffinanzja miżuri li jiżguraw il-konformità mar-regoli ambjentali applikabbli meħtieġa għall-kontinwazzjoni tal-produzzjoni kimika. Kull offerent li jixtieq ikompli l-produzzjoni kimika jkollu bżonn jagħmel tali investiment u dan l-ammont b'hekk jeħtieġ li jiġi kkunsidrati wkoll minn offerenti li ma jidħlux għall-impenji. Filwaqt li ż-żewġ impenji l-oħra (msemmija fil-premessa (17)) kellhom effett potenzjali fuq il-prezz, xerrej li jippjana li jżomm jew anke jespandi l-attivitajiet ta' NCHZ ma jsibx dawk l-impenji ta' piż eċċessiv, meta wieħed iqis il-vantaġġ mogħti fis-sejħa lil offerenti bl-impenji. Għaldaqstant, il-possibbiltà ta' offerta li tidħol għall-impenji ma tistax tiġi mwarrba bħala “estremament improbabbli” u li din il-possibbiltà kienet għalhekk suxxettibbli li tinfluwenza l-prezz offrut fl-offerta.

(144)

Għalkemm fl-aħħar mill-aħħar ebda offerta b'impenji ma ġiet irċevuta, il-kundizzjonijiet ma ppermettewx għall-inklużjoni tal-ogħla għadd possibbli ta' offerenti joffru kontra xulxin l-aħjar offerti tagħhom, li huwa prerekwiżit għal bejgħ bl-ogħla prezz tas-suq possibbli.

(145)

Barra minn hekk, il-bejgħ kien organizzat bħala bejgħ tan-negozju sħiħ bħala negozju avvjat, jiġifieri bl-assi kollha miġbura flimkien u l-ebda offerent ma seta' jixtri xi assi separatament. Dan eskluda l-possibbiltà li jiġi mmassimizzat il-prezz finali permezz ta' offerti għal oqsma parzjali tal-attivitajiet ta' NCHZ (filwaqt li fl-istess ħin jiġu evitati jew limitati d-diffikultajiet potenzjali li jirriżultaw min-nuqqas ta' kontinwazzjoni possibbli tal-operati). Il-Kummissjoni tosserva li d-dokumenti sottomessi mill-awtoritajiet Slovakki jindikaw li kien hemm offerenti potenzjali li kienu interessati jakkwistaw biss xi partijiet min-negozju ta' NCHZ (pereżempju, bluO Epsilon Limited kienet interessata biss fl-akkwist tal-faċilitajiet ta' produzzjoni tal-karbur). Għaldaqstant, ma jistax jiġi eskluż li bejgħ ta' oqsma parzjali tan-negozju ta' NCHZ ma kinux iwasslu għal prezz tal-bejgħ totali ogħla.

(146)

Fir-rigward tal-bejgħ minn Via Chem Slovakia lil Fortischem, kienet tranżazzjoni bejn żewġ partijiet privati fejn l-ebda sejħa ma ġiet organizzata. Il-prezz kien sempliċiment negozjat bejn iż-żewġ partijiet privati mingħajr ebda possibbiltà għal partijiet oħra li joffru prezz ogħla. Għaldaqstant, dubji dwar jekk il-prezz imħallas minn Via ChemSlovakia kienx jikkorrispondi għal prezz tas-suq għandhom ukoll x'jaqsmu mal-prezz imħallas minn Fortischem.

(147)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, jidher probabbli li l-assi ta' NCHZ ma kinux mibjugħa f'mod li żgura l-massimizzazzjoni tad-dħul min-negozju trasferit.

(148)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prezz imħallas minn Via Chem Slovakia għan-negozju ta' NCHZ ma kienx probabbilment prezz tas-suq realistiku, peress li l-kundizzjonijiet tal-offerta kif ukoll il-fatt li l-offerenti kellhom jagħmlu offerta għall-assi kollha miġbura flimkien kellhom impatt fuq il-prezz.

5.7.2.   Ambitu tat-tranżazzjoni

(149)

Sabiex tiġi evitata kontinwità ekonomika, l-assi u l-elementi l-oħra tan-negozju trasferiti jeħtieġu li jirrappreżentaw biss parti mill-kumpanija preċedenti jew l-attivitajiet tagħha. Ikbar ma tkun il-parti tan-negozju oriġinali li tiġi trasferita lil entità ġdida, aktar ikun hemm probabbiltà li l-attività ekonomika relatata ma' dawn l-assi tkompli tibbenefika mill-għajnuna inkompatibbli.

(150)

Għalkemm is-Slovakkja ssostni li l-bejgħ kien “asset deal”, it-termini tal-bejgħ effettivament jindikaw li l-kumpanija kienet mibjugħa bħala negozju avvjat. Kif indikat fil-premessa (19) hawn fuq, l-assi kollha u mill-inqas parti mill-impenji trasferibbli nbiegħu lis-sid il-ġdid.

(151)

Il-bejgħ ta' NCHZ lil Via Chem Slovakia ġiet approvata mill-Awtorità Slovakka tal-Kompetizzjoni fid-19 ta' Lulju 2012. Minn din id-deċiżjoni jirriżulta li n-negozju sħiħ ta' NCHZ, bħala negozju avvjat, kien is-suġġett ta' fużjoni nnotifikata u b'hekk tal-bejgħ (27).

(152)

L-ambitu tal-attività tan-negozju akkwistat minn Fortischem jibqa' l-istess bħall-ambitu preċedenti tal-attivitajiet ta' NCHZ. Dan jintwera permezz ta' paragun bejn il-programm tal-produzzjoni ta' NCHZ fil-bidu nett tal-proċedimenti ta' falliment (28) ma' programm ta' produzzjoni attwali skont il-websajt ta' Fortischem (29). Fiż-żewġ każi, l-oqsma prinċipali tal-attività ta' NCHZ u Fortischem rispettivament jikkonsistu f'kimiki inorganiċi (elettrolitiku), inklużi l-karbur tal-kalċju, kimiki organiċi, polimeri u prodotti tal-ipproċessar tal-PVC. L-14-il prodott ewlieni minn dawn l-oqsma ta' produzzjoni, li jirrappreżentaw 99 % tad-dħul ta' NCHZ fl-2008 (30), huma wkoll prodotti minn Fortischem. Id-dħul iġġenerat minn dawn il-prodotti mibjugħa minn Fortischem kien jammonta għal EUR 161,3 miljun fl-2013 (31). Dan id-dħul huwa komparabbli għad-dħul tal-NCHZ ta' madwar EUR 150-160 miljun matul il-proċedimenti ta' falliment (32). Għaldaqstant, kemm il-programm tal-produzzjoni u d-dħul tan-negozju trasferit baqgħu l-istess bħal dawk ta' NCHZ. Iktar minn 95 % tal-1 412-il impjegat ta' NCHZ kienu trasferiti wkoll lil Fortischem. L-impjegati ma ngħatawx is-sensja u reġgħu ġew impjegati minn Fortischem, minflok il-kuntratti tax-xogħol tagħhom kienu sempliċiment trasferiti lil Fortischem.

(153)

Is-Slovakkja targumenta li inqas minn 60 % tan-negozju ġie trasferit, b'mod partikolari minħabba li ma ġiet inkluża l-ebda proprjetà immobbli. Madankollu, kif spjegat hawn fuq (ara l-premessa (134)), Fortischem tikri b'lokazzjoni l-proprjetà immobbli (art u bini) meħtieġa għall-produzzjoni kimika mingħand Via Chem Slovakia. Barra mill-proprjetà immobbli, l-assi l-oħra kollha, id-drittijiet u l-obbligi relatati mat-trasferiment tan-negozju ġew akkwiżiti minn Fortischem. Għalhekk Fortischem tmexxi n-negozju ta' NCHZ u tkompli bl-istess portafoll ta' prodotti.

(154)

Barra minn hekk, Fortischem żammet ukoll il-maniġment eżistenti ta' NCHZ. Pereżempju, is-CEO ta' NCHZ qabel it-trasferiment tan-negozju sar il-President tal-Bord tad-Diretturi ta' Fortischem.

(155)

Fil-mument tal-akkwist tan-negozju ta' NCHZ, Fortischem wkoll ħabbret pubblikament fl-istampa li hija ma kinitx qed tippjana xi bidliet kbar fir-rigward tal-persunal jew il-produzzjoni u li kienet se żomm il-maniġment eżistenti (33).

(156)

Għaldaqstant, fir-rigward tal-ambitu tat-tranżazzjoni, Fortischem effettivament ħadet f'idejha l-attivitajiet ekonomiċi kollha ta' NCHZ, flimkien mal-assi, id-drittijiet u l-obbligi assoċjati kollha. Il-fatt li parti mill-assi huma użati abbażi ta' kuntratt ta' lokazzjoni aktar milli bi sjieda diretta ma jbiddilx il-fatt li Fortischem sempliċiment qed tkompli l-attivitajiet ekonomiċi ta' NCHZ fl-istess ambitu bħal qabel it-tranżazzjoni.

(157)

Barra minn hekk, iż-żewġ partijiet interessati li ssottomettew kummenti jsostnu wkoll li Fortischem qed tkompli taġixxi bl-istess mod bħal NCHZ, toffri l-istess portafoll ta' prodotti fl-istess swieq ġeografiċi u li l-unika bidla viżibbli hija l-bidla fl-isem.

(158)

Għaldaqstant, Fortischem qed tkompli n-negozju ta' NCHZ mingħajr ebda bidliet kbar ta' politika kummerċjali, ta' persunal jew ta' produzzjoni.

5.7.3.   L-identità tas-sidien

(159)

Fejn is-sidien ta' kumpanija li takkwista huma l-istess bħal dawk ta' kumpanija tal-bejgħ, din tkun indikazzjoni qawwija ta' kontinwità ekonomika.

(160)

F'dan il-każ, il-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tiġbor ebda evidenza li tikkonferma l-allegazzjonijiet tal-ilmentatur li hemm rabtiet bejn is-sidien l-oriġinali u l-ġodda finali tan-negozju NCHZ. Filwaqt li l-proprjetarji diretti huma differenti, mhuwiex possibbli li jiġi vverifikat minn sorsi indipendenti u affidabbli li s-sidien aħħarija huma wara xi wħud mill-kumpaniji prinċipali diretti jew indiretti bbażati Ċipru.

(161)

Madankollu, l-awtoritajiet Slovakki ppreżentaw dikjarazzjonijiet ġuramentati minn Energochemica, il-kumpanija prinċipali attwali ta' Fortischem, li jiddikjaraw li s-sidien ta' Fortischem b'ebda mod ma huma marbuta mas-sidien preċedenti ta' NCHZ.

(162)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe evidenza li turi bil-kontra, il-Kummissjoni tippreżumi li ma hemm ebda rabta bejn is-sidien l-oriġinali u l-ġodda tan-negozju NCHZ ittrasferit lil Fortischem.

5.7.4.   Iż-żmien tal-bejgħ

(163)

Il-bejgħ sar wara li l-Kummissjoni kienet fetħet l-investigazzjoni preliminari dwar l-ilment u ressqet l-ilment għall-kummenti lill-Istat. Għaldaqstant, għallinqas l-Istat Slovakk kien konxju li kien hemm il-possibbiltà li l-miżuri inkwistjoni setgħu jikkostitwixxu għajnuna illegali u inkompatibbli li trid tiġi rkuprata.

5.7.5.   Loġika ekonomika tal-operazzjoni

(164)

L-iskop tal-kriterju loġiku ekonomiku huwa li jiġi vverifikat jekk l-akkwirent tal-assi użahomx bl-istess mod bħall-bejjiegħ jew jekk, għall-kuntrarju, integrax l-assi fl-istrateġija kummerċjali tiegħu stess u b'hekk irrealizza sinerġiji li jiġġustifikaw l-interess tiegħu fl-akkwist ta' dawn l-assi.

(165)

L-akkwist minn Fortischem involva d-diviżjoni kimika sħiħa ta' NCHZ, jiġifieri l-parti ewlenija tan-negozju NCHZ bħala negozju avvjat, flimkien ma' aktar minn 95 % tal-impjegati u d-drittijiet u l-obbligi relatati. Kif muri hawn fuq, il-portafoll tal-produzzjoni u l-ambitu tal-attivitajiet ta' Fortischem huma identiċi għal dawk ta' NCHZ.

(166)

Fortischem ukoll ħabbret pubblikament fl-istampa li ma kellha pjan għal ebda tibdiliet kbar fil-mod kif in-negozju ta' NCHZ jopera u fl-ambitu tal-attivitajiet tagħha (34). Għalkemm Fortischem tifforma parti minn grupp akbar ta' kumpaniji, fil-grupp Energochemica, ma jidhirx li hemm xi effetti kbar ta' sinerġija ma' membri oħra tal-grupp. Għalkemm xi wħud minnhom huma wkoll attivi fl-industrija tal-kimiki, il-qasam ta' attività tagħhom huwa differenti (stabilizzaturi tad-dawl, reżini fenoliċi, deterġenti, eċċ.), u konsegwentement ma jidhirx li hemm rabta kbira mal-attivitajiet ta' Fortischem.

(167)

Għalhekk, ma kien hemm ebda bidla fl-istrateġija kummerċjali u Fortischem sempliċement tuża l-assi bl-istess mod bħall-bejjiegħ.

5.7.6.   Konklużjoni dwar il-kontinwità ekonomika bejn NCHZ u l-attivitajiet ekonomiċi akkwistati u operati minn Fortischem

(168)

Kumplessivament, jidher li l-uniċi tibdiliet jikkonċernaw l-isem tal-kumpanija u l-entità legali li għaliha tappartjeni. Artikolu 1.2 tal-kondizzjonijiet tas-sejħa għall-offerti jistipula li NCHZ hija maħsuba li tinbiegħ fl-intier tagħha bħala sett ta' assi tanġibbli u intanġibbli flimkien mal-persunal tagħha. Artiklu 3.1 tal-ftehim ta' bejgħ bejn Via Chem Slovakia u NCHZ datat is-16 ta' Jannar 2012 jiddikjara li “in-negozju avvjat li qed jiġi trasferit skont dan il-Ftehim jinkludi l-assi kollha immobbli, l-assi mobbli, id-drittijiet u l-valuri tal-propjetà l-oħra li: (i) iservu l-operat tan-negozju avvjat, jew, skont il-karatteristika tagħhom, huma intenzjonati biex iservi tali għan, u (ii) mid-data deċiżiva jappartjenu għall-Bejjiegħ”. Barra minn hekk, l-akkwirent ikompli bil-portafoll tal-produzzjoni u l-politika kummerċjali ta' NCHZ. Fl-aħħar nett, il-prezz imħallas għan-negozju NCHZ probabbilment ma jikkostitwixxix prezz tas-suq.

(169)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm kontinwità ekonomika bejn NCHZ u Fortischem.

(170)

Bħala konsegwenza ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-vantaġġ mogħti mis-Slovakkja lil NCHZ jikkostitwixxi għajnuna mill-istat illegali u inkompatibbli, u li l-irkupru ta' din l-għajnuna mill-istat inkompatibbli mogħtija lil NCHZ għandha tiġi estiża wkoll lis-sid il-ġdid tan-negozju. Bil-preżenza operattiva kontinwa tagħha fis-suq, Fortischem ikompli jibbenefika minn għajnuna mill-istat li kienet irċevuta għal attivitajiet ekonomiċi ta' NCHZ u li tkompli tfixkel il-kompetizzjoni.

6.   KONKLUŻJONI

(171)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjoni tal-Gvern Slovakk li jiddikjara lil NCHZ kumpanija strateġika skont l-Att, u b'hekk ikennha mill-applikazzjoni normali tal-liġi tal-falliment, kienet tikkostitwixxu għajnuna mill-istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(172)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li din l-għajnuna ġiet mogħtija illegalment bi ksur tal-obbligu tan-notifika u ta' sospensjoni previsti mill-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(173)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikkonkludi li din l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern, għax il-kundizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar tal-2004 ma ġewx issodisfati u ebda bażi oħra ta' kompatibbiltà ma ġiet identifikata.

(174)

Din l-għajnuna trid tiġi rkuprata minn NCHZ u l-ordni ta' rkupru għandha tiġi estiża wkoll għal Fortischem, li għandha kontinwità ekonomika ma' NCHZ,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-istat ta' EUR 4 783 424,10 ipprovduta lil NCHZ permezz tad-dikjarazzjoni li hija kumpanija strateġika skont l-Att dwar Kumpanija Strateġikament Importanti, u b'hekk ingħatat kenn mill-applikazzjoni normali tal-liġi tal-falliment, kienet mogħtija llegalment mis-Slovakkja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 2

Id-deċiżjoni li tippermetti l-kontinwazzjoni tal-operat ta' NCHZ wara l-iskadenza tal-Att abbażi tad-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Artikolu 3

1.   Is-Slovakkja tirkupra l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 1 mingħand NCHZ.

2.   Minħabba l-kontinwità ekonomika bejn NCHZ u Fortischem, l-obbligu li titħallas lura l-għajnuna jiġi estiż wkoll lil Fortischem.

3.   Is-somom biex jiġu rkuprati jġorru imgħax mid-data li fihom kienu mpoġġija għad-dispożizzjoni ta' NCHZ sal-irkupru attwali tagħhom.

4.   L-imgħaxijiet ikunu kkalkolati skont l-iskema ta' imgħax kompost tal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 (35) u tar-Regolament (KE) Nru 271/2008 (36) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.

Artikolu 4

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmi fl-Artikolu 1 ikun immedjat u effettiv.

2.   Is-Slovakkja tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data ta' notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, is-Slovakkja tissottometti l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ammont totali (kapital u mgħax tal-irkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarji;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda jew ippjanati li jittieħdu biex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni;

(c)

dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna.

2.   Is-Slovakkja żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex tkun implimentata din id-Deċiżjoni sakemm l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 jkun tlesta. Hija tissottometti immedjatament, fuq talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u li huma ppjanati li jittieħdu biex tiġi konformi ma' din id-Deċiżjoni. Hija tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-imgħax ta' rkupru li diġà ġew irkuprati mill-benefiċjarji.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lis-Slovakkja.

Brussell, 15 ta' Ottubru 2014

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3555 finali tat-2 ta' Lulju 2013 (ĠU C 297, 12.10.2013, p. 85).

(2)  L-ilmentatur talab li l-identità tiegħu ma tinkixifx.

(3)  Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġna.

(4)  Is-sid tal-kumpanija kienet Disor Holdings Limited, kumpanija b'ebda attività kummerċjali ddikjarata reġistrata f'Ċipru li s-sidien finali tagħha mhumiex magħrufa pubblikament.

(5)  Il-multa kienet imposta b'deċiżjoni tal-Kummissjoni fit-22 ta' Lulju 2009 fil-Każ COMP/39.396 — reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass (ĠU C 301, 11.12.2009, p. 18).

(6)  Skont ir-regoli applikabbli, membri tal-kumitat ta' kredituri huma kredituri mhux garantiti eletti fil-laqgħa tal-kredituri kollha fejn il-voti ta' kull kreditur jikkorrispondu għall-ammont tal-pretensjonijiet tiegħu.

(*)  Informazzjoni konfidenzjali.

(7)  Zákon č. 7/2005 Z.z. z 9. decembra 2004 o konkurze a reštrukturalizácii a o zmene a doplnení niektorých zákonov [Att Nru 7/2005 tad-9 ta' Diċembru 2004 dwar il-Falliment u r-Ristrutturar u li Jemenda Ċerti Atti].

(8)  Memorandum ta' spjegazzjoni lid-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 534/2009 tat-2 ta' Diċembru 2009 li tipproklama NCHZ kumpanija strateġika.

(9)  Il-membri privati fil-kumitat tal-kredituri kienu INVEST — KREDIT, s.r.o. (proprjetà ta' DISOR HOLDINGS LIMITED, l-uniku azzjonist ta' NCHZ); Novácká energetika, a.s. (oriġinarjament sussidjarja ta' NCHZ, l-azzjonist maġġoritarju sa minn Jannar 2011 kien STUPEFY HOLDINGS LIMITED); M-ENERGO, s.r.o. (azzjonista maġġoritarju STUPEFY HOLDINGS LIMITED) u DAK KIABA, s.r.o.

(10)  Obchodný vestník [Gazzetta Kummerċjali] Nru 37B, 23.2.2011.

(11)  Il-Kumpanija tal-Assigurazzjoni Soċjali ma kinitx kreditur garantit minħabba li l-obbligazzjonijiet lejha ġew imġarrba biss wara l-bidu tal-proċedimenti ta' falliment.

(12)  Iċ-ċifri kollha huma arrotonditi.

(13)  Is-sentenza tal-5 ta' Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs EDF, C-124/10, UE:C:2012:318, paragrafi 83-85 u 105; Is-sentenza tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni, C-482/99, UE:C:2002:294, paragrafi 71 and 72; Is-sentenza tat-30 ta' April 1998, City Flyer Express Ltd vs Il-Kummissjoni, IT-16/96, UE:T:1998:78, paragrafu 76.

(14)  F'dan ir-rigward, ara b'mod partikolari l-Każ T-152/99, Hijos de Andrés Molina SA (HAMSA) vs Il-Kummissjoni, UE:T:2002:188, paragrafu 157.

(15)  Dan l-ammont jikkorrispondi għad-djun pendenti dovuti lill-kredituri pubbliċi fil-31 ta' Diċembru 2009. L-awtoritajiet Slovakki jsostnu li ma hemm ebda informazzjoni preċiża dwar l-ammonti fid-data eżatta meta NCHZ ġiet iddikjarata bħala kumpanija strateġika. Għaldaqstant, iċ-ċifra hija l-aktar stima preċiża disponibbli (u waħda pjuttost konservattiva) tal-ammont tal-obbligazzjonijiet pendenti fil-bidu tal-applikazzjoni tal-Att.

(16)  Dan l-ammont jikkorrispondi għad-djun pendenti dovuti lill-kredituri pubbliċi fil-31 ta' Diċembru 2010. L-awtoritajiet Slovakki jsostnu li ma hemm ebda informazzjoni preċiża dwar l-ammonti fid-data eżatta meta NCHZ ma baqgħetx kumpanija strateġika skont l-Att. Għaldaqstant, iċ-ċifra hija l-aktar stima preċiża disponibbli (u waħda pjuttost konservattiva) tal-ammont tal-obbligazzjonijiet pendenti fit-tmiem tal-applikazzjoni tal-Att.

(17)  Il-Każ C-364/90, l-Italja vs il-Kummissjoni, UE:C:1993:157, paragrafu 20.

(18)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(19)  Il-Każ C-364/72, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, UE:C:1973:87, paragrafu 13.

(20)  Ara l-Kawżi Konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92, Spanja vs il-Kummissjoni UE:C:1994:325, paragrafu 75.

(21)  Il-Każ C-364/97, il-Belġju vs il-Kummissjoni, UE:C:1999:311, paragrafu 64.

(22)  Ir- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(23)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali ta8-28 ta' Marzu 2012, Ryanair Ltd vs il-Kummissjoni Ewropea; Il-każ T-123/09, paragrafu 155.

(24)  Is-sentenza tal-Qorti tat-8 ta' Mejju 2003, ir-Repubblika Taljana u Sim 2 Multimedia SpA vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Kawżi Konġunti C-328/99 u C-399/00.

(25)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2008, Għajnuna mill-istat N 321/2008, N 322/2008 u N 323/2008– Il-Greċja — Vente de certains actifs d'Olympic Airlines/Olympic Airways Services; Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2008, Għajnuna mill-Istat N 510/2008 — L-Italja — Bejgħ ta' assi ta' Alitalia; Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2012 SA.34547 — Franza– Reprise des actifs du groupe SERNAM dans le cadre de son redressement judiciaire.

(26)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Marzu 2012 fil-Każ T-123/09, Ryanair Ltd vs il-Kummissjoni Ewropea.

(27)  Ara b'mod partikolari l-premessi (25) — (29) tad-deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-fużjoni (id-Deċiżjoni Nru 2012/FH/3/1/032) disponibbli fuq http://www.antimon.gov.sk/2012fh31032/.

(28)  Ara l-preżentazzjoni tal-amministratur tal-falliment tas-26 ta' Ottubru 2009“Novácké chemické závody, a.s. — Prezentácia správcu”, slajds 4 u 5.

(29)  Ara www.fortischem.sk.

(30)  Ara slajd 5 tal-preżentazzjoni tal-amministratur tal-falliment tas-26 ta' Ottubru 2009“Novácké chemické závody, a.s. — Prezentácia správcu”.

(31)  Ara r-Rapport Annwali tal-2013, ta' Energochemica Group, li tiegħu Fortischem hija l-akbar membru, http://www.energochemica.eu/data/files/Vyrocka_ECH_2013.pdf.

(32)  Ara, pereżempju, l-analiżi ekonomika magħmula mill-amministratur f'Diċembru 2010, paġna 3 (ara l-premessa (106)).

(33)  Ara, pereżempju, l-artiklu “Novácku chemičku bude prevádzkovať spoločnosť Fortischem” [NCHZ se tiġi operata minn Fortischem] tat-2 ta' Awwissu 2012, ippubblikata fuq Webnoviny: http://www.webnoviny.sk/ekonomika/novacku-chemicku-bude-prevadzkovat-s/526742-clanok.html

(34)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 33.

(35)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(36)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).


15.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/93


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1827

tat-23 ta' Marzu 2015

dwar l-għajnuna mill-Istat SA 28876 (12/C) (ex CP 202/09) implimentata mill-Greċja għal Piraeus Container Terminal S.A. u Cosco Pacific Limited

(notifikata bid-dokument C(2015) 66)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti li rċeviet mingħand il-Greċja u l-Piraeus Container Terminal S.A.,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra tat-30 ta' April 2009, il-Prefett ta' Piraeus ressaq ilment quddiem il-Kummissjoni fejn allega li l-Istat Grieg ta għajnuna mill-Istat illegali lid-detentur il-ġdid tal-konċessjoni ta' parti mill-port ta' Piraeus, il-Piraeus Container Terminal S.A. (“PCT”), kumpanija sussidjarja bi skop speċjali ta' COSCO Pacific Limited (“COSCO”). L-allegata għajnuna ngħatat fil-forma ta' eżenzjonijiet mit-taxxa u dispożizzjonijiet favorevoli mdaħħla fil-ftehim ta' konċessjoni wara s-sejħa għall-offerti.

(2)

Fis-7 ta' Mejju 2009 il-Federazzjoni tal-ħaddiema Griegi tal-Port bagħtet ittra (2) li fiha informat lill-Kummissjoni dwar l-allegati vantaġġi fiskali li l-Istat Grieg ta lil PCT. Permezz tal-ittra tal-31 ta' Awwissu 2009, il-Federazzjoni tal-ħaddiema Griegi tal-Port ikkonfermat li l-ittra inizjali tagħha għandha tkun ittrattata bħala lment u allegat li ngħatat għajnuna fil-forma ta' vantaġġi fiskali u wkoll fil-forma ta' dispożizzjonijiet favorevoli mdaħħla fil-ftehim ta' konċessjoni.

(3)

Permezz tal-ittra tat-23 ta' Settembru 2009 (3), il-Kunsill Internazzjonali tal-Ħaddiema tat-Tarzna ressaq ilment b'deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li allegatament jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

(4)

Permezz tal-ittra datata l-14 ta' Ottubru 2009 il-Kummissjoni talbet lill-Greċja informazzjoni dwar l-allegati miżuri ta' għajnuna mill-Istat. B'ittra tat-12 ta' Novembru 2009 l-awtoritajiet Griegi talbu għal estensjoni ta' dewmien, li l-Kummissjoni qablu fl-ittra tagħha tat-18 ta' Novembru 2009. Il-Kummissjoni bagħtet tfakkira dwar din it-talba fit-3 ta' Frar 2010 u fit-23 ta' Frar 2010 l-awtoritajiet Griegi wieġbu għal din it-talba għall-informazzjoni.

(5)

Fil-5 ta' Mejju 2010 is-servizzi tal-Kummissjoni ltaqgħu mar-rappreżentanti tal-awtoritajiet Griegi sabiex jiddiskutu aktar kjarifiki.

(6)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Griegi b'ittra datata s-27 ta' Ottubru 2010. L-awtoritajiet Griegi talbu għal estensjoni ta' dewmien permezz ta' ittra datata t-18 ta' Novembru 2011 li l-Kummissjoni aċċettat bl-ittra tat-2 ta' Diċembru 2011. L-awtoritajiet Griegi wieġbu għal din it-talba għal informazzjoni fit-8 ta' Frar 2011.

(7)

Permezz tal-ittra datata l-11 ta' Lulju 2012 (4), il-Kummissjoni informat lill-Greċja li kienet iddeċidiet li d-differenzi bejn il-ftehim ta' konċessjoni u l-avviż tal-kuntratt, kif ukoll il-miżura fiskali relatata mal-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji għal prodotti, xogħlijiet u servizzi pprovduta lil PCT barra l-Greċja ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. Kienet iddeċidiet ukoll li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-allegati miżuri l-oħrajn kollha ta' għajnuna mill-Istat.

(8)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-5 ta' Ottubru 2012 (5). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri.

(9)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-benefiċjarja fil-5 ta' Novembru 2012. Dawn il-kummenti ntbagħtu lill-Greċja fl-14 ta' Jannar 2013, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi. Il-kummenti tagħha u informazzjoni addizzjonali waslu permezz tal-ittri datati t-2 ta' Novembru 2012, is-27 ta' Marzu 2013 u l-10 ta' Lulju 2013. Fit-13 ta' Settembru 2013 saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Griegi akkumpanjati mill-benefiċjarja. Fit-23 ta' Ottubru 2013 l-awtoritajiet Griegi ssottomettew informazzjoni addizzjonali. Il-Kummissjoni bagħtet tfakkira dwar informazzjoni li kienet għadha nieqsa fis-17 ta' Jannar 2014. L-awtoritajiet Griegi wieġbu fl-4 ta' Frar 2014 u saret laqgħa oħra fl-10 ta' Frar 2014. Wara din il-laqgħa, l-awtoritajiet Griegi pprovdew aktar informazzjoni fl-10 ta' Marzu 2014 u saret laqgħa oħra fit-12 ta' Marzu 2014. Wara dik il-laqgħa l-awtoritajiet Griegi ssottomettew informazzjoni supplimentari fil-31 ta' Marzu 2014, fis-16 ta' April 2014 u fit-28 ta' April 2014. Saru laqgħat addizzjonali mal-awtoritajiet Griegi u l-benefiċjarja fid-19 ta' Mejju 2014 u fit-8 ta' Diċembru 2014.

2.   DESKRIZZJONI TAL-BENEFIĊJARJA U TAL-ALLEGATI MIŻURI TA' GĦAJNUNA

2.1.   Il-Port ta' Piraeus

(10)

Il-Port ta' Piraeus huwa maqsum f'żewġ żoni: il-port kummerċjali u l-port tal-passiġġieri. Il-port kummerċjali għandu 3 terminali; it-terminal tal-kontejners, it-terminal tal-merkanzija u t-terminal tal-vetturi.

(11)

It-terminal tal-kontejners għandu żewġ mollijiet. Il-Piraeus Port Authority (“PPA”) iddeċidiet li tkabbar l-infrastruttura tat-terminal tal-kontejners bl-estensjoni ta' Moll I, l-ameljorament tat-tagħmir ta' Moll II u l-kostruzzjoni ta' Moll III.

2.2.   Il-Piraeus Port Authority S.A.

(12)

Il-kumpanija, Piraeus Port Authority S.A. ġiet stabbilita bil-Liġi 2688/1999, permezz tal-konverżjoni ta' korp irregolat mil-liġi pubblika, Piraeus Port Authority maħluqa fl-1930, f'kumpanija ta' utilità pubblika.

(13)

Fit-13 ta' Frar 2002 ġie ffirmat ftehim ta' konċessjoni għal 40 sena bejn l-Istat Grieg u PPA. Dan il-ftehim ġie ratifikat bil-Liġi 3654/2008. Skont dan il-Ftehim, PPA għandha d-dritt esklussiv tal-użu u l-isfruttar tal-art, il-bini u l-infrastruttura taż-żona tal-art tal-port tal-Port ta' Piraeus (6). B'mod partikolari, il-ftehim ta' konċessjoni jipprovdi għad-dritt ta' PPA li tissottokuntratta bi ħlas l-operat ta' parti mill-port lil parti terza (7).

2.3.   Il-ftehim ta' konċessjoni bejn PPA u PCT u l-proġett ta' investiment

(14)

Bl-għan li tikkonċedi l-Mollijiet II u III, PPA għamlet offerta pubblika Ewropea (8) għal servizzi ta' ġestjoni tal-port. F'din l-offerta PPA rċeviet żewġ applikazzjonijiet mingħand COSCO u mingħand konsorzju ta' kumpaniji magħmul minn Hutchinson Port Holdings L.T.D., Hutchinson Ports Investments S.A.R.L., Alapis Joint Stock Company S.A. u Lyd S.A.

(15)

Is-sejħa għall-offerti kienet tipprovdi għal proċeduri ta' appell. Madankollu, l-ebda wieħed mill-parteċipanti ma ressaq xi appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji rigward il-proċedura ta' sejħa għall-offerti jew rigward ir-riżultat finali. Barra minn hekk, il-proċedura u l-abbozz tal-ftehim ġew ikkontrollati u approvati mill-Qorti Griega tal-Awdituri.

(16)

F'Novembru 2008 PPA ffirmat ma' PCT ftehim ta' konċessjoni li permezz tiegħu PPA kkonċediet lil PCT l-isfruttrar u l-użu esklussiv tal-hekk imsejjaħ “Terminal Ġdid tal-Kontejners” (New Container Terminal — NCT), li kien jinkludi l-Moll II eżistenti, li kellu jiġi mmodernizzat, il-Moll III il-ġdid, li kellu jinbena, u ż-żona biswitu, kif ukoll l-użu taż-żona tal-baħar biswitu għall-immanuvrar għall-irmiġġ, li jippermetti l-irmiġġ sigur u s-servizzi tal-vapuri.

(17)

Skont il-ftehim ta' konċessjoni PCT għandha l-obbligu li timmodernizza l-Moll II eżistenti, tibni l-Moll III il-ġdid u tipprovdi firxa sħiħa ta' servizzi portwarji relatati mal-operat tat-terminal tal-kontejners. Barra minn hekk, id-detentur tal-konċessjoni ser jiffinanzja kompletament a spejjeż proprji l-ameljoramenti kollha ta' Moll II kif ukoll il-kostruzzjoni u l-operat ta' Moll III. Għaldaqstant, l-offerta kif ukoll il-ftehim ta' konċessjoni pprevedew li d-detentur tal-konċessjoni ma kellux jirċievi flejjes pubbliċi għall-investimenti tiegħu.

(18)

Barra minn hekk, huwa previst li d-detentur tal-konċessjoni jassumi r-riskji (kummerċjali) kollha fir-rigward tal-immodernizzar u l-bini tal-infrastruttura meħtieġa. Huwa jintrabat ukoll għal numru ta' obbligi sabiex jiżgura kapaċità garantita tat-Terminal il-Ġdid tal-Kontejners.

(19)

Il-ftehim ta' konċessjoni bejn PPA u PCT kien irratifikat bil-Liġi 3755/2009 (“il-Liġi”). L-Artikolu 1 tal-Liġi jinkorpora l-ftehim ta' konċessjoni kif ġie ffirmat, filwaqt li l-Artikolu 2 jistabbilixxi eżenzjonijiet fiskali speċifiċi għal PCT u l-Artikolu 3 jipprovdi l-possibbiltà li l-investimenti ta' PCT relatati mal-ftehim ta' konċessjoni jgawdu minn skema protettiva speċifika ta' investimenti barranin stipulata fid-digriet leġiżlattiv 2687/1953.

3.   IR-RAĠUNIJIET GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(20)

Il-Kummissjoni ddeċidiet fid-Deċiżjoni tagħha tal-11 ta' Lulju 2012 (9) li d-differenzi bejn il-ftehim ta' konċessjoni u l-avviż tal-kuntratt, kif ukoll żewġ miżuri fiskali (10) ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. Fl-istess deċiżjoni, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha u fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali fir-rigward ta' allegati miżuri oħrajn ta' għajnuna mill-Istat:

1.

Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mill-imgħax akkumulat sad-data tal-bidu tal-operat tal-Moll III (11);

2.

Id-dritt għar-rifużjoni ta' kreditu tal-VAT irrispettivament mill-istadju ta' tlestija tal-oġġett tal-kuntratt; id-definizzjoni tal-kunċett ta' “oġġett ta' investiment” għall-finijiet tar-regoli dwar il-VAT; id-dritt għall-imgħax arretrat mill-ewwel jum wara s-sittin jum mit-talba għar-rifużjoni tal-VAT (12);

3.

Ir-riport tat-telf mingħajr limitazzjoni ta' żmien (13);

4.

L-għażla minn fost tliet metodi ta' deprezzament rigward l-ispejjeż ta' investiment tar-rikostruzzjoni tal-Moll II u l-kostruzzjoni tal-Moll III (14);

5.

Eżenzjoni minn taxxi tal-boll fuq ftehimiet dwar self u kwalunkwe ftehim anċillari għall-iffinanzjar tal-proġett (15);

6.

Eżenzjoni mit-taxxi, taxxi tal-boll, kontribuzzjonijiet u kwalunkwe drittijiet favur l-Istat jew partijiet terzi fuq kuntratti bejn il-kredituri tal-ftehimiet ta' self fejn huma ttrasferiti l-obbligi u d-drittijiet li jirriżultaw minn dan (16);

7.

Eżenzjoni minn taxxi tal-boll għal kwalunkwe kumpens imħallas minn PPA lil PCT skont il-ftehim ta' konċessjoni, li jaqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi tal-VAT (17);

8.

Il-protezzjoni taħt l-iskema speċjali ta' protezzjoni għall-investimenti barranin (18).

9.

Eżenzjoni mir-regoli ġenerali ta' esproprjazzjoni furzata.

(21)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-miżuri inkwistjoni jagħtu vantaġġ selettiv lil PCT, peress li jikkostitwixxu deroga mir-regoli ta' tassazzjoni li normalment jiġu applikati li ma tistax tiġi ġġustifikata bil-kunsiderazzjonijiet tal-politika ekonomika li invokaw l-awtoritajiet Griegi. B'mod partikolari l-Kummissjoni kkunsidrat li l-għan ta' trawwim tal-investimenti magħmula minn proġetti kbar ta' infrastruttura huwa kunsiderazzjoni ta' politika ekonomika li hija estrinsika għas-sistema ta' tassazzjoni inkwistjoni u ma jistax jiġġustifika t-trattament differenzjat favur PCT.

(22)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-fatt li xi wħud minn dawk l-eżenzjonijiet jew eżenzjonijiet simili ta' taxxa kienu inklużi f'kuntratti pubbliċi preċedenti li dwarhom il-Kummissjoni adottat deċiżjonijiet pożittivi mhuwiex rilevanti biex jintwera li dawn il-miżuri huma ġġustifikati mil-loġika tas-sistema fiskali Griega.

(23)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni mal-Artikolu 107(3)(a) u 107(3)(c) TFUE, argumentata mill-awtoritajiet Griegi. B'mod partikolari, il-Kummissjoni qajmet dubji rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(a) TFUE, peress li l-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà ta' dan l-Artikolu ġew żviluppati mill-Kummissjoni fil-Linji Gwida tagħha dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 u l-awtoritajiet Griegi ma pprovdew l-ebda argumentazzjoni rilevanti rigward il-konformità tal-miżuri mal-kundizzjonijiet ta' dawn il-Linji Gwida. Rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 107(3)(c), il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha rigward il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-miżuri.

4.   IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-GREĊJA

(24)

Il-Greċja u l-benefiċjarja ssottomettew kummenti konġunti f'dan il-każ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand partijiet terzi oħrajn wara li fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali.

4.1.   Rigward l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat

L-assenza ta' vantaġġ

(25)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li eżenzjoni minn regola tat-taxxa applikabbli b'mod ġenerali mhux neċessarjament tagħti vantaġġ selettiv, u li l-Kummissjoni ma tiddistingwix bejn l-eżistenza ta' selettività u dik ta' vantaġġ. Għaldaqstant anki meta tiġi identifikata miżura selettiva, ma jistax jingħad li din awtomatikament tagħti vantaġġ u viċe versa. L-applikazzjoni tal-istess regola ġenerali għal sitwazzjonijiet differenti tista' toħloq diskriminazzjoni jew żvantaġġ għal ċerti persuni li jkunu soġġetti għal din ir-regola. L-eżenzjoni jista' jkollha l-għan li tiżgura li sitwazzjonijiet oġġettivament differenti jiġu ttrattati b'mod differenti u b'hekk ma tinħoloq l-ebda diskriminazzjoni jew żvantaġġ involontarju.

(26)

Barra minn hekk jargumentaw li l-istess bħall-impriżi fdati bil-prestazzjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, l-impriżi fdati b'konċessjonijiet fit-tul sabiex joħolqu u joperaw infrastruttura pubblika permezz ta' fondi privati jassumu obbligi kuntrattwali sabiex jinvestu somom konsiderevoli ta' flus għal infrastruttura li tkun ser tingħata lura lill-Istat fi tmiem il-perjodu ta' konċessjoni. B'hekk il-miżuri ta' taxxa inkwistjoni huma maħsuba sabiex jikkumpensaw l-“iżvantaġġi strutturali” li għandhom dawn il-kumpaniji. Għal dan huma jirreferu għas-sentenza Combus (19), fejn il-Qorti Ġenerali ddikjarat li t-tneħħija ta' “żvantaġġ strutturali” ma tfissirx l-għoti ta' “vantaġġ” stabbilit mill-Artikolu 107(1) TFUE.

L-assenza ta' selettività u/jew il-ġustifikazzjoni skont il-loġika tas-sistema tat-taxxa

i.    Rigward is-“sistema ta' referenza” tal-miżuri investigati

(27)

Skont l-awtoritajiet Griegi u PCT, is-sistema korretta ta' referenza hija l-iskema ġenerali applikata għall-proġetti ta' infrastruttura pubblika fil-Greċja, inklużi Sħubiji Pubbliċi-Privati. Din l-iskema tapplika għall-impriżi kollha impenjati fi proġetti kbar ta' infrastruttura u sħubiji pubbliċi-privati u ma tagħmilx distinzjoni bejniethom. Id-dispożizzjonijiet fiskali tal-Liġi 3755/2009 jirrappreżentaw l-applikazzjoni individwali ta' din l-iskema ġenerali.

(28)

Peress li dawn il-proġetti għandhom karatteristiċi speċjali (20) li jiddistingwuhom minn proġetti oħrajn, l-impriżi responsabbli għall-proġetti ta' infrastruttura pubblika huma oġġettivament f'sitwazzjoni legali u fattwali differenti b'mod ċar meta mqabbla ma' impriżi oħrajn impenjati f'tipi oħrajn ta' attività. B'hekk ir-regoli fiskali applikabbli b'mod ġenerali ma jistgħux jitqiesu bħala s-“sistema ta' referenza valida”. Is-sistema korretta ta' referenza hija dik li ħadet inkunsiderazzjoni dawn il-karatteristiċi rikonoxxuti wkoll mil-leġiżlazzjoni tal-UE (21) li titlob trattament speċjali (22).

(29)

B'hekk il-mekkaniżmu stabbilit mill-Greċja sabiex tiżgura t-trattament xieraq tal-karatteristiċi partikolari ta' proġetti ta' infrastruttura pubblika, li jiddistingwuhom minn attivitajiet oħrajn, huwa l-introduzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fiskali li jiċċaraw ir-regoli li japplikaw f'ċerti oqsma ta' tassazzjoni, li l-applikazzjoni tagħhom i) tista' altrimenti twassal għal diskriminazzjoni kontra proġetti ta' infrastruttura pubblika, ii) hija kkaratterizzata min-nuqqas ta' ċarezza u konsistenza mal-prinċipji ġenerali tas-sistema fiskali jew iii) hija megħluba mir-rekwiżit obbligatorju msemmi hawn fuq f'termini ta' żgurar tal-użu/allokazzjoni l-aktar effiċjenti ta' riżorsi pubbliċi.

(30)

Barra minn hekk, huma jindikaw li t-teknika leġiżlattiva użata fl-introduzzjoni ta' miżura fiskali ma tiddeterminax in-natura ġenerali ta' miżura. B'referenza għas-sentenza ta' Ġibiltà (23), huma jargumentaw li l-introduzzjoni minn Stat Membru ta' eżenzjoni għal regoli ġeneralment applikabbli ma toħloqx awtomatikament selettività u vantaġġ. Li wieħed isegwi sempliċiment approċċ “ibbażat fuq deroga” ikun metodoloġija formalistika li faċli tiġi evitata.

ii.    L-għan tal-miżura kkonċernata

(31)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li fid-dawl tal-każistika Adria-Wien, l-għan tal-miżura li taħtha d-dispożizzjonijiet favur PCT għandhom ikunu evalwati jikkonsisti fil-promozzjoni tal-implimentazzjoni b'suċċess ta' proġetti ta' infrastruttura pubblika. Huma jirribattu l-valutazzjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ f'dak li jirrigwarda l-“irrilevanza” u l-“invalidità” ta' dan it-tip ta' għan.

(32)

Huma jirreferu wkoll għall-għan imfittex mill-imposti ambjentali, sabiex jargumentaw li l-konklużjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ għandha l-konsegwenza li kwalunkwe miżura fiskali b'għan speċifiku għajr dak tal-ġbir tad-dħul mit-taxxa qatt ma jista' jkun iġġustifikat min-natura tas-sistema fiskali ġenerali. L-Istati Membri huma liberi fil-limiti tal-konformità mal-liġi tal-UE li jsegwu l-politika li jqisu xierqa permezz tas-sistemi fiskali tagħhom.

(33)

Barra minn hekk, huma jargumentaw li l-Kummissjoni żbaljat meta kkonkludiet li l-għan imsemmi tas-sistema fiskali huwa “irrilevanti” (24), peress li l-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża Azores (25) ma ddikjaratx li l-għan mhuwiex importanti. Taħt l-analiżi tas-selettività l-għan mhuwiex li jiġi ddeterminat jekk l-“għan” tal-miżura investigata “waħdu” huwiex “validu” jew “rilevanti” jew le. L-“għan” tal-miżura jikkonsisti f'“il-bażi” li fuqha jista' jsir il-paragun bejn is-“sitwazzjoni legali u fattwali” tal-kumpaniji.

(34)

Huma jargumentaw li l-Kummissjoni ma tispjegax għalfejn l-“għan” tal-politika mhuwiex “validu” jew “rilevanti” għall-finijiet tal-valutazzjoni tas-selettività. Għal dan huma jirreferu għas-sentenzi Adria-Wien (26), Regione Sardegna (27) u British Aggregates (28) filwaqt li jargumentaw li l-Qorti tal-Ġustizzja ma ppronunzjatx ruħha kontra dawn l-għanijiet, iżda sempliċiment ivvalutat jekk il-miżuri inkwistjoni kinux selettivi.

iii.    Is-sitwazzjoni legali u fattwali ta' PCT fid-dawl tal-għan tal-miżura kkonċernata

(35)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li fid-dawl tal-għan tal-implimentazzjoni b'suċċess ta' proġetti ta' infrastruttura pubblika PCT u l-impriżi l-oħrajn li jassumu proġetti kbar ta' infrastruttura jinsabu f'sitwazzjoni legali u fattwali differenti minn dik ta' impriżi oħrajn. Fuq din il-bażi, huma jargumentaw li l-Kummissjoni injorat fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha ċ-ċirkustanzi/il-karatteristiċi partikolari ta' dawn il-proġetti. It-trattament fiskali mogħti lil PCT u oħrajn f'sitwazzjoni simili ma jistax jagħti vantaġġ kompetittiv fuq impriżi oħrajn li ma jirċevux dan it-trattament, peress li ż-żewġ tipi ta' impriżi ma jikkompetux fir-rigward tal-prestazzjoni tal-proġetti ta' infrastruttura pubblika kkonċernati.

(36)

L-impriżi kollha li qegħdin jimplimentaw proġetti bħal dawn huma soġġetti għal din l-iskema b'mod ugwali u ħadd ma għandu jkun eskluż, u m'hemm l-ebda limiti stabbiliti f'dak li jirrigwarda r-reġjun jew is-settur ta' applikazzjoni, il-baġit jew il-limiti ta' żmien. Għaldaqstant m'hemm l-ebda selettività de facto.

(37)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Griegi ma żammew l-ebda setgħa diskrezzjonali dwar kif japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet fiskali li ġew introdotti sistematikament f'kull proġett ta' infrastruttura pubblika għal bosta snin.

iv.    Il-loġika tas-sistema fiskali

(38)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li d-dispożizzjonijiet fiskali inkwistjoni u l-iskema li minnha jiffurmaw parti huma konsistenti mal-prinċipji bażiċi jew ta' gwida li jirregolaw ir-regoli fiskali Griegi rilevanti, peress li (a) huma maħsuba sabiex jilħqu għan ta' politika pubblika konsistenti mal-prinċipji bażiċi tas-sistema fiskali ġenerali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' proporzjonalità, l-għan tal-ekonomija u taż-żieda tad-dħul tas-sistema fiskali u politiki ewlenin tal-Greċja rigward il-ħolqien ta' infrastruttura pubblika, (b) għandhom l-għan li jiżguraw li sitwazzjonijiet differenti oġġettivi jiġu ttrattati b'mod differenti, u b'hekk japplikaw il-prinċipji tal-ugwaljanza u tal-proporzjonalità u jiżguraw li r-riżultati maħsuba mis-sistema fiskali ma jiġux imfixkla, (c) huma applikati fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, (d) huma mfassla b'mod speċifiku bħala l-mekkaniżmu leġiżlattiv li jindirizza tħassib finanzjarju ewlieni li jinħoloq fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' infrastruttura pubblika, li jistgħu jipperikolaw il-parteċipazzjoni tas-settur privat (29).

(39)

Barra minn hekk bil-provvediment ta' ċertezza legali permezz ta' dawn id-dispożizzjonijiet, u għalhekk bil-ħarsien tal-abbiltà tal-kontribwent li jħallas it-taxxa, l-investiment tas-settur privat f'infrastrutturi pubbliċi u allura l-estensjoni tal-bażi tat-taxxa u l-ġbir ta' aktar dħul mit-taxxa tiġi promossa. B'hekk il-miżuri rilevanti huma ġġustifikati mil-loġika tas-sistema.

L-assenza ta' valutazzjoni rigward il-kundizzjonijiet relatati mad-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(40)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li l-Kummissjoni naqset milli tidentifika s-swieq tas-servizzi u dawk ġeografiċi li huma relatati mal-valutazzjoni kompetittiva, ma analizzatx il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti u ma stabbilixxietx li l-portijiet Ewropej imsemmija fid-deċiżjoni tal-ftuħ u li qegħdin jikkompetu huma kompetituri attwali jew potenzjali tal-Port ta' Piraeus u PCT.

(41)

Huma jkomplu jargumentaw li l-Kummissjoni naqset milli teżamina s-suq rilevanti li fih jopera t-terminal tal-kontejners ta' PCT kif ukoll il-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq rilevanti. Tali eżami juri li d-dispożizzjonijiet fiskali inkwistjoni ma għandhomx effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ fl-UE.

(42)

Rigward il-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq, huma jargumentaw li fuq il-bażi tas-sentenza WAM (30) is-sempliċi fatt li hemm merkanzija f'kontejners innegozjata bejn l-Istati Membru tal-UE u li hemm diversi portijiet li jikkompetu kontra xulxin għall-forniment ta' servizzi ta' faċilitajiet portwarji għall-kontejners ma jfissirx awtomatikament li kwalunkwe għajnuna mogħtija lil operatur ta' port tissodisfa l-kriterju tal-effett fuq il-kummerċ u/jew tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni stipulati fl-Artikolu 107(1) TFUE. B'hekk huma jargumentaw li l-Kummissjoni ma analizzatx l-effett tad-dispożizzjonijiet fiskali dwar il-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-swieq rilevanti.

(43)

PCT ipprovdiet aktar kummenti dettaljati dwar l-argumentazzjoni msemmija hawn fuq.

Id-definizzjoni tas-suq rilevanti

(44)

Rigward id-definizzjoni tas-suq rilevanti, PCT tirreferi għal deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-fużjonijiet (31) sabiex targumenta li hemm żewġ swieq rilevanti distinti għas-servizzi portwarji ta' terminal għall-kontejners; it-traffiku intern u t-traffiku tat-trasbord.

(45)

Hija targumenta wkoll li rigward it-traffiku intern, il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha tidher li tikkunsidra li l-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tas-suq jiġbor fih lill-“Greċja u l-Mediterran tal-Lvant”, mingħajr ma tispjega għalfejn tiddefinixxih b'mod differenti mill-Kummissjoni tal-Kompetizzjoni Ellenika, li ddeċidiet li l-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tas-suq għas-servizzi tal-burdnara fir-rigward tat-traffiku intern huwa limitat għall-Greċja Ċentrali u dik tan-Nofsinhar (32).

(46)

Barra minn hekk, PCT targumenta li kemm minn perspettiva ta' provvista kif ukoll ta' domanda, il-parti Ċentrali u tan-Nofsinhar tal-Greċja jikkostitwixxu suq ġeografiku differenti mill-parti ta' Fuq tal-Greċja, minħabba: a) il-kapaċità tat-terminal portwarju tal-kontejners ta' PCT li jimmaniġġja volum ferm akbar ta' traffiku mill-port ta' Tessalonika u minn kwalunkwe port Grieg ieħor, u f'termini aktar kompetittivi minħabba l-kapaċità teknika akbar li għandu, b) il-konċentrazzjoni tal-industrija, tal-kummerċ u tal-popolazzjoni fiż-żona usa' ta' Ateni u b'mod ġenerali fil-parti ċentrali/ta' isfel tal-pajjiż, c) it-topografija tal-Greċja li tiddetta l-ispiża addizzjonali għat-trasportar tat-traffiku ta' kontejners bejn il-port ta' Tessalonika fil-parti ta' Fuq tal-Greċja u l-partijiet ċentrali u ta' isfel tal-pajjiż u viċe versa.

(47)

Rigward is-servizzi ta' kontejners tat-trasbord, PCT tirreferi għad-deċiżjonijiet ta' Maersk/ECT u Hutchinson/Evergreen tal-Kummissjoni fejn il-Kummissjoni identifikat bħala suq ġeografiku rilevanti għas-servizzi ta' kontejners ta' trasbord, iż-żona tal-Mediterran tal-Lvant u tal-Baħar l-Iswed. Hija tikkunsidra wkoll li l-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha tikkunsidra li l-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tas-suq jiġbor fih lill-“Greċja u l-Mediterran tal-Lvant”.

Il-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq rilevanti

(48)

Rigward it-traffiku tat-trasbord, PCT targumenta li t-terminal tal-kontejners ta' PCT ma jikkompetix ma' portijiet Ewropej għall-provvista ta' servizzi ta' burdnara għat-traffiku tat-trasbord ta' kontejners fil-baħar fond fil-Mediterran tal-Lvant, ħlief għat-terminal tal-kontejners tal-Moll I ta' PPA. Barra minn hekk hija targumenta li l-Kummissjoni ma spjegatx għalfejn tikkunsidra li hemm diversi portijiet fl-Istati Membri tal-UE (33) f'dan is-suq li jikkompetu mal-port tat-terminal tal-kontejners ta' PCT. Skont PCT id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li “…il-Port ta' Tessalonika, il-Port ta' Kostanza fir-Rumanija, il-Port ta' Koper fis-Slovenja u għadd ta' portijiet fl-Italja jistgħu jitqiesu bħala kompetituri diretti” tikkontradixxi s-sejbiet tal-Kummissjoni fil-Kawża C 21/2009 (34). Il-portijiet tal-Italja u l-port ta' Koper fis-Slovenja mhumiex fis-segment tas-suq tal-Mediterran tal-Lvant li l-Kummissjoni identifikat skont PCT, iżda pjuttost f'dak taċ-ċentru tal-Mediterran. Barra minn hekk, it-traffiku tat-trasbord maħsub għall-intern tal-pajjiż kopert minn dawn il-partijiet (“żona ta' qbid”) mhuwiex attwalment immaniġġjat mill-port ta' Piraeus (35).

(49)

Minn perspettiva ta' provvista, PCT targumenta li dawn il-portijiet jistgħu jitqiesu sa ċertu punt bħala sostituti għat-terminal portwarju tal-kontejners ta' PCT, peress li jistgħu jservu xi wħud mit-tipi ta' bastimenti tal-kontejners li l-port tal-kontejners ta' PCT jista' jservi, iżda mhux kollha, minħabba l-fatt li għandhom baħar aktar baxx u kapaċità ta' krejnijiet iżgħar (36). Mill-perspettiva tad-domanda, dawn il-portijiet ma jistgħux jitqiesu bħala sostituti għall-port ta' Piraeus, peress li: (a) Piraeus joffri l-iqsar u l-orħos (37) devjazzjoni mill-assi ta' Suez/Ġibiltà li jirrappreżentaw il-linji ewlenin ta' tbaħħir tal-kontejners tal-baħar fond fil-Baħar Mediterran (38), (b) Piraeus joffri l-orħos prezzijiet tal-karburant tal-bastimenti fuq livell dinji, (c) Konstanza b'mod partikolari jkun jinvolvi spejjeż addizzjonali ta' tmunieri fid-Dardanelli u l-Bosporus.

(50)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, PCT targumenta li l-portijiet imsemmija fid-deċiżjoni tal-ftuħ ma jistgħux jitqiesu bħala sostituti attwali jew potenzjali għall-port tal-kontejners ta' PCT f'dak li jirrigwarda l-provvista ta' servizzi ta' burdnara għat-traffiku tat-trasbord fil-Mediterran tal-Lvant.

(51)

Barra minn hekk PCT tirreferi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-investimenti fil-port ta' Piraeus, fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kompetizzjoni bejn portijiet speċifiċi u l-Port ta' Piraeus hija insinifikanti (39). Barra minn hekk, hija targumenta li l-Kummissjoni naqset milli tanalizza l-effett tad-dispożizzjonijiet fiskali fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-swieq rilevanti. Barra minn hekk il-valutazzjoni ta' dan l-effett tkun teħtieġ eżami tas-sistemi fiskali ekwivalenti li japplikaw fis-swieq rilevanti peress li portijiet oħrajn jistgħu jibbenefikaw minn dispożizzjonijiet fiskali simili jew ekwivalenti.

(52)

Hija targumenta wkoll li PCT tiffaċċja biss kompetizzjoni fis-swieq ikkonċernati minn PPA, li topera t-terminal tal-kontejners ta' Moll I fil-port ta' Piraeus. Madankollu rigward PPA, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-konċessjoni lil PCT sejra żżid il-kompetizzjoni għas-servizzi tal-burdnara għat-traffiku tal-kontejners fil-port ta' Piraeus (40).

(53)

Rigward il-kompetituri potenzjali li jistgħu jirriżultaw mill-privatizzazzjoni ta' PPA u ta' portijiet Griegi oħrajn, PCT targumenta li l-operaturi tal-port Grieg li ma jiġux fdati b'konċessjoni simili mhumiex f'pożizzjoni simili, u b'hekk la jinħoloq vantaġġ kompetittiv u lanqas distorsjoni fil-kompetizzjoni mid-dispożizzjonijiet fiskali inkwistjoni.

(54)

Hija targumenta wkoll li l-Kummissjoni ma tirreferix għal xi evidenza li operaturi portwarji oħrajn ikunu interessati li jidħlu għal investiment kbir sabiex jistabbilixxu terminal portwarju kbir tal-kontejners fil-Greċja. Skont PCT huwa ferm improbabbli li tista' tinħoloq tali kompetizzjoni, peress li l-ebda port eżistenti ieħor fil-Greċja mhu ser ikollu l-karatteristiċi kollha ta' Piraeus (41).

(55)

Fl-aħħar nett rigward il-kompetizzjoni minn PPA, hija targumenta li l-opinjoni tal-Kummissjoni mhijiex eżatta, peress li PCT diġà tiffaċċja l-kompetizzjoni mit-terminal tal-kontejners tal-Moll I ta' PPA u l-effett tal-konċessjoni huwa l-ftuħ tas-suq għall-kompetizzjoni u mhux distorsjoni tal-kompetizzjoni. F'dan ir-rigward hija targumenta wkoll li PPA tibbenefika minn ċerti dispożizzjonijiet legiżlattivi ta' natura fiskali, li fid-dawl tagħhom l-adozzjoni ta' xi wħud mid-dispożizzjonijiet fiskali inkwistjoni kienet meqjusa bħala mekkaniżmu neċessarju biex ikun żgurat li PCT ma taqax fi żvantaġġ kompetittiv.

4.2.   Dwar il-paragun tal-allegati miżuri ta' għajnuna mill-Istat ma' dispożizzjonijiet simili f'kuntratti oħrajn ta' proġetti kbar ta' infrastruttura  (42)

(56)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jindikaw li dispożizzjonijiet simili għal dawk tal-Artikolu 2 u 3 tal-Liġi kienu inklużi fil-liġijiet Griegi li rratifikaw bosta proġetti individwali ta' infrastruttura pubblika kif ukoll fil-Liġi 3389/2005 dwar is-Sħubiji Pubbliċi-Privati. Billi l-Kummissjoni eżaminat dawk il-liġijiet skont l-Artikolu 107(1) TFUE u ddeċidiet li ma ħolqux għajnuna mill-Istat, konklużjoni li d-dispożizzjonijiet fiskali favur PCT jikkostitwixxu miżura selettiva u jagħtu vantaġġ mhux dovut li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE tipperikola ċ-ċertezza legali u tkun kontrarja għall-prattika tal-Kummissjoni u għal dikjarazzjonijiet preċedenti rigward l-applikazzjoni ta' tali dispożizzjonijiet għall-proġetti ta' infrastruttura pubblika fil-Greċja.

(57)

Rigward il-kawża tal-Ajruport Internazzjonali ta' Ateni (43), fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li d-dispożizzjonijiet fiskali applikati fir-rigward ta' servizzi tal-ajruport li dak iż-żmien ma kinux liberalizzati, huma jargumentaw li l-istess konklużjoni tista' tittieħed għas-servizzi ta' infrastruttura portwarja f'dan il-każ. Barra minn hekk l-awtoritajiet Griegi jinsistu bl-argument li l-Kummissjoni eżaminat l-imsemmija dispożizzjonijiet f'dak il-każ.

(58)

Rigward il-kawża ta' Athens Ring Road (44) u l-Kawża Il-Pont tal-Awtostrada Rio Antirrion, fil-fehma tagħhom il-Kummissjoni eżaminat bl-attenzjoni l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tas-settur pubbliku u privat għall-ispejjeż tal-proġett kif ukoll id-dispożizzjonijiet fiskali kkonċernati. Il-Kummissjoni mbagħad ikkonkludiet li l-ammont tal-kontribuzzjoni tas-settur pubbliku (fil-forma ta' għotjiet u garanziji tal-Istat) kien stabbilit bħala “prezz tas-suq” (jiġifieri l-inqas ammont tal-kontribuzzjoni meħtieġ mis-settur pubbliku) permezz ta' sejħa għall-offerti miftuħa, nondiskriminatorja u kompetittiva. Fid-deċiżjoni dwar Athens Ring Road il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dispożizzjonijiet fiskali kkostitwew kjarifika tal-iskema fiskali applikabbli, li n-nuqqas tagħha seta' pperikola s-suċċess tal-proġett u ma kkunsidrathomx bħala parti mir-remunerazzjoni tal-konċessjonarju. Kwalunkwe valur finanzjarju li jista' jkun assoċjat mal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fiskali adottati ma setax ikun ikkunsidrat bħala parti mill-kontribuzzjoni tas-settur pubbliku, peress li seta' jkun iddeterminat b'eżattezza biss meta jiskadi l-perjodu ta' konċessjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet kienu biss il-kjarifiki meħtieġa sabiex l-investituri privat ma jaqtgħux qalbhom b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda dan it-tip ta' proġetti ta' kostruzzjoni mhux vijabbli ta' riskju għoli. Għaldaqstant PCT ma tistax tiġi distinta mill-konċessjonarji f'dawn il-każijiet, peress li dawn id-dispożizzjonijiet kienu fi kwalunkwe każ “kjarifika” u mhux “remunerazzjoni” kif il-Kummissjoni kkunsidrat fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha.

(59)

Barra minn hekk, il-każistika (45) li ssemmi l-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha rigward il-fatt li s-skiet tal-Kummissjoni dwar miżuri speċifiċi ma jfissirx li ġew approvati (46), ma tistax tiġi applikata f'kawżi notifikati bħal dawk invokati mill-awtoritajiet Griegi u PCT.

(60)

Rigward id-deċiżjonijiet sussegwenti ta' għajnuna mill-Istat fuq il-bqija tal-proġetti ta' infrastruttura, il-Kummissjoni ma kellhiex għalfejn tirreferi fid-dettall għad-dispożizzjonijiet fiskali inkwistjoni peress li ma bidlitx il-pożizzjoni tagħha espressa fil-kawżi Il-Pont tal-Awtostrada Rion Antirion u Athens Ring Road (47).

(61)

Huma jargumentaw li l-kwistjoni li tinħoloq hija jekk fid-dawl tal-approvazzjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet preċedenti msemmija hawn fuq, id-dispożizzjonijiet fiskali inkwistjoni jistgħux ikunu kkunsidrati konsistenti mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u mhux jekk dawn id-dispożizzjonijiet humiex ikkonċernati mill-valutazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni, kif indikat fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Barra minn hekk, kieku dawn id-dispożizzjonijiet ġew inklużi fid-dokumenti tal-offerti ta' din il-konċessjoni, il-Kummissjoni kienet tikkonkludi l-istess bħal fid-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni.

(62)

Huma jargumentaw ukoll li d-distinzjoni magħmula mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha bejn il-kawża attwali u l-kawżi preċedenti hija bbażata fuq teknikalità, jiġifieri l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet fiskali fil-Liġi 3755/2009 minflok l-inklużjoni tagħhom fil-kuntratt ta' konċessjoni. Barra minn hekk hija tindika li: (i) l-offerenti tas-sejħa għall-offerti kienu konxji mill-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet fiskali bħala l-qafas standard użat mill-Greċja għall-proġetti ta' infrastruttura pubblika u fir-rigward tal-PPPs fil-Greċja; (ii) il-kuntratti ta' PCT fir-rigward tal-konċessjonijiet portwarji tal-kontejners ta' Piraeus u Tessalonika saru fil-livell tal-Prim Ministru u tal-Ministru tas-settur Marittimu tal-Ġreċja li kienu qegħdin jippromwovu dan il-proġett ma' investituri f'livell internazzjonali u kienu qegħdin joffru l-pakkett sħiħ ta' miżuri li l-Greċja għandha stabbilit għal proġetti ta' infrastruttura pubblika ffinanzjati mir-riżorsi tas-settur privat; (iii) PCT kienet konxja li l-Kummissjoni kienet eżaminat u ma kienet qajmet l-ebda oġġezzjoni għal kull proġett simili preċedenti; (iv) PCT talbet lill-gvern Grieg u lil PPA waqt il-proċedura tal-offerti li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu inklużi fil-kuntratt ta' konċessjoni; (v) PCT reġgħet qajmet din il-kwistjoni mal-Prim Ministru Grieg u mal-Ministru tas-settur Marittimu u għal darba oħra ġiet assigurata li din il-leġiżlazzjoni kienet sejra tiġi introdotta; (vi) fid-dawl ta' dawn l-assigurazzjonijiet u matul is-sejħa għall-offerti u t-tħejjija tal-offerta tagħha, PCT ħadet inkunsiderazzjoni li l-kuntratt ta' konċessjoni kien ser ikun operat fuq l-istess bażi tal-konċessjonijiet tal-infrastruttura pubblika l-oħrajn kollha u li għalhekk, il-mutwanti jkunu familjari mat-termini tal-konċessjoni.

(63)

Għaldaqstant, il-proċess tas-sejħa għall-offerti għall-għoti tal-kuntratt ta' konċessjoni lil PCT ma jistax ikun distint mill-kawżi preċedenti, peress li l-qafas fiskali standard għal proġetti kbar ta' infrastruttura kien magħruf fost l-offerenti kollha. Huma jkomplu jindikaw li ma kien hemm ebda raġuni partikolari biex iżommu rekord ta' dawn l-iskambji fil-kuntest tal-proċess tal-offerti peress li PPA m'għandhiex is-setgħa li tadotta tali dispożizzjonijiet u fi kwalunkwe każ l-applikazzjoni tagħhom kienet kwistjoni ta' prattika stabbilita fil-Greċja f'konformità mal-preċedent tal-Kummissjoni.

(64)

B'hekk, jekk il-Kummissjoni tibbaża fuq teknikalità bħala l-unika raġuni biex tagħmel distinzjoni bejn PCT mill-impriżi l-oħrajn kollha li jwettqu infrastruttura pubblika fil-Greċja, din il-formalità tkun kontra l-prinċipju taċ-ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi.

(65)

Rigward id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li “l-evidenza pprovduta mill-awtoritajiet Griegi ssaħħaħ is-sejba li l-offerenti ma ħadux vantaġġi speċifiċi inkunsiderazzjoni… (48), PCT targumenta li mhijiex konxja tal-evidenza msemmija u li l-adozzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet permezz tal-liġi li tirratifika l-kuntratt ta' konċessjoni ma tistax titqies bħala xi evidenza.

4.3.   Dwar il-kompatibbiltà tal-allegati miżuri ta' għajnuna mill-Istat

(66)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li f'każ li l-Kummissjoni tikkonkludi li d-dispożizzjonijiet fiskali inkwistjoni joħolqu għajnuna mill-Istat, tali għajnuna għandha titqies kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(a) u 107(3)(c), fid-dawl tal-importanza tal-investimenti rilevanti, l-infrastruttura u s-servizzi għall-iżvilupp ekonomiku tal-Greċja u, b'mod partikolari, għall-iżvilupp u l-immodernizzar tas-settur tat-trasport tal-kontejners marittimi.

(67)

Il-proġett ta' investiment inkwistjoni għandu l-għan li jiżviluppa lill-Port ta' Piraeus bħala terminal tal-kontejners marittimi modern fil-Baħar Mediterran, b'aktar kapaċità u spazju għall-ħażna, filwaqt li ttejjeb il-prestazzjoni tiegħu fl-immaniġġjar tat-traffiku tal-kontejners marittimi b'aktar effiċjenza. Id-dejta dwar il-prestazzjoni rilevanti għall-operat ta' Moll II (49) diġà turi l-kisba ta' dan l-għan. Barra minn hekk, il-proġett għandu l-għan ta' interess komuni tal-Kummissjoni b'rabta mal-politika tat-trasport tal-UE, kif ġie analizzat f'diversi regolamenti u komunikazzjonijiet tal-UE.

(68)

L-akkwist ta' tagħmir u l-bini ta' Moll III jitqiesu bħala investiment inizjali taħt ir-regoli Ewropej dwar l-għajnuna reġjonali li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(a) TFUE. Dawn jikkorrispondu għal EUR […] (*) miljun u diġà ħolqu madwar 900 impjieg full-time diretti u indiretti li sejrin jibqgħu għall-perjodu ta' 35 sena konċessjoni. Minħabba l-ammont kbir ta' investiment, kwalunkwe ammont ta' għajnuna possibbli jkun ferm taħt il-limitu massimu ta' 30 % għajnuna li kien applikabbli għar-reġjun ta' Attika sa tmiem l-2010 jew l-ammonti ta' għajnuna massima approvati mill-Kummissjoni f'deċiżjonijiet rilevanti għall-infrastruttura portwarja (50). B'hekk il-miżuri ta' għajnuna jikkonsistu fil-minimu meħtieġ u f'miżuri xierqa għall-appoġġ ta' proġett ta' infrastruttura daqstant kbir. Il-kontribuzzjoni proprja ta' PCT għall-proġett hija sew fil-limiti stabbiliti fir-regoli dwar l-għajnuna reġjonali. Barra minn hekk kwalunkwe għajnuna possibbli tkun kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(a) TFUE għall-istess raġunijiet tal-għajnuna lil PPA approvata mill-Kummissjoni fil-Kawża C 21/2009 (51).

(69)

B'mod partikolari l-għajnuna tista' titqies meħtieġa fid-dawl tal-ħtieġa ta' finanzjament pubbliku għall-iżvilupp ta' infrastruttura portwarja matul il-kriżi finanzjarja, skont il-politika tal-UE f'dan ir-rigward (52), kif ukoll sabiex tiżgura ċ-ċarezza, il-flessibbiltà u l-prevedibbiltà tas-sistema ta' taxxa applikabbli għal konċessjonijiet bħal din. Rigward il-ħtieġa tal-miżuri ta' għajnuna, huma jargumentaw li d-dispożizzjonijiet fiskali żguraw il-konformità mal-arranġamenti finanzjarji tal-proġett tas-settur privat u l-evitar tal-inadempjenza tal-kumpanija li tħallas is-self u l-obbligazzjonijiet potenzjali tagħha. Mingħajr dawn id-dispożizzjonijiet fiskali, l-arranġamenti finanzjarji tal-proġett li PCT setgħet tikseb kienu jkunu materjalment aktar onerużi, xi ħaġa li setgħet tipperikola l-offerta tagħha jew l-implimentazzjoni tal-kuntratt ta' konċessjoni (falliment tas-suq). Fil-prattika d-dispożizzjonijiet fiskali kienu meħtieġ biex jiġi żgurat l-aċċess tal-konċessjonarju għall-finanzjament meħtieġ mill-finanzjaturi tas-settur privat (53). Finalment għotja fil-forma ta' flus minflok dawn il-miżuri ma kinitx tkun inċentiv xieraq u meħtieġ minħabba d-diffikultà fl-ikkalkular minn qabel bl-eżatt tar-rekwiżiti finanzjarji li jinħolqu minn dan il-falliment tas-suq.

(70)

Barra minn hekk huma jargumentaw li l-miżuri għandhom effett ċar ta' inċentiv, peress li l-bidu u l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' konċessjoni u kwalunkwe xogħol ta' investiment seħħew wara l-adozzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet fiskali. Fid-dawl tal-kriżi ekonomika u n-nuqqas ta' kreditu finanzjarju prevalenti fil-Greċja u fid-dinja kollha fl-2008/2009, PCT kellha inċentiv li tkompli bl-implimentazzjoni tal-konċessjoni wara l-adozzjoni tal-liġi biss. Inkella setgħet abbandunat il-konċessjoni akkost li titlef biss l-ittra ta' garanzija tagħha tal-bank ta' EUR 5 miljun. L-effett ta' inċentiv kien ippruvat ukoll bil-fatt li PCT kienet assumiet ir-riskju tal-finanzjament kollu tal-proġett.

(71)

Huma jargumentaw ukoll li l-istimi li pprovdew (54) juru li d-dispożizzjonijiet fiskali jipprovdu ammont bejn EUR […] miljun u EUR […] miljun (55) għall-perjodu sħiħ ta' konċessjoni, jiġifieri […] % sa […] % tal-ispejjeż totali ta' investiment ta' EUR […] miljun, ferm aktar baxx mill-ammonti ta' għajnuna approvati mill-Kummissjoni f'kawżi relatati mal-investimenti għall-portijiet.

(72)

Barra minn hekk huma jargumentaw li l-kwantifikazzjonijiet ex-ante tal-vantaġġi speċifiċi ma kinux meħtieġa għall-approvazzjoni tagħhom jew għall-implimentazzjoni tal-investiment. Fil-fehma tagħhom, dan l-approċċ ex-ante għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-Artikolu 107 TFUE ta' kwalunkwe allegat benefiċċju li jista' jingħad li jinħoloq minn kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet fiskali hija konformi ma' każistika stabbilita (56).

(73)

Huma jirreferu wkoll għal ċerti deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (57) fejn il-Kummissjoni approvat għajnuna mill-Istat mhux notifikata, billi stabbiliet l-effett ta' inċentiv u l-karattru meħtieġ u proporzjonat ta' tali għajnuna, f'każijiet fejn l-għajnuna ma kinitx ġiet ikkwantifikata fuq bażi ex ante u/jew ma setgħetx tiġi kkwantifikata anki meta ġiet adottata d-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni. B'hekk il-kalkolu (58) tal-benefiċċju finanzjarju ma kienx meħtieġ għall-istabbiliment tal-effett ta' inċentiv u ta' proporzjonalità.

(74)

Finalment indikaw li l-ebda waħda mill-miżuri eżaminati ma ġiet applikata fil-prattika.

5.   IL-VALUTAZZJONI TAL-KARATTRU TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT TAL-MIŻURI

(75)

L-Artikolu 107(1) TFUE jiddefinixxi l-għajnuna mill-Istat bħala kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għaldaqstant, biex ikun iddeterminat jekk il-miżuri inkwistjoni jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin iridu jkunu ssodisfati. Jiġifieri, il-miżura trid a) tingħata permezz ta' riżorsi mill-Istat, b) tagħti vantaġġ ekonomiku lil xi impriża, c) tkun selettiva, d) tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

5.1.   Kunċett ta' impriża

(76)

Skont l-Artikolu 107(1) TFUE, ir-regoli tal-għajnuna dwar l-Istat japplikaw biss meta r-riċevitur ta' għajnuna tkun “impriża”. Skont każistika stabbilita, impriża hija entità impenjata f'attività ekonomika irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod kif inhi ffinanzjata (59). Barra minn hekk, kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta' oġġetti u/jew servizzi f'suq partikolari hija attività ekonomika (60).

(77)

Il-Kummissjoni diġà kkunsidrat li l-bini u t-tħaddim ta' ċerti tipi ta' infrastruttura jistgħu jitqiesu bħala attività ekonomika (61). Barra minn hekk skont każistika stabbilita (62), il-provvediment ta' faċilitajiet ta' infrastruttura lil partijiet terzi bi ħlas jikkostitwixxi attività ekonomika.

(78)

Billi PCT immodernizzat il-Moll II eżistenti, bniet il-Moll III il-ġdid u tipprovdi firxa sħiħa ta' servizzi portwarji relatati mal-operat tat-terminal tal-kontejners, tista' titqies bħala impriża għall-finijiet tar-regoli ta' għajnuna mill-Istat. B'hekk PCT hija soġġetta għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

5.2.   Ir-riżorsi tal-Istat

(79)

Skont l-Artikolu 107(1) TFUE, allegata miżura ta' għajnuna mill-Istat għandha tingħata minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat. Il-miżura hija deċiża mill-Istat u imputabbli lill-Istat. Billi jippermetti lil PCT tgawdi trattament fiskali speċifiku, l-Istat Grieg jirrinunzja għal riżorsi tal-Istat li kien jikseb li kieku ma kienx ippromulga l-allegati dispożizzjonijiet fiskali vantaġġjużi. B'hekk il-miżuri inkwistjoni jinvolvu telf ta' riżorsi tal-Istat u jistgħu jitqiesu li ngħataw mir-riżorsi tal-Istat.

5.3.   L-eżistenza ta' vantaġġ selettiv

(80)

Skont każistika kostanti, sabiex ikun iddeterminat jekk miżura tal-Istat tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, jeħtieġ li wieħed jistabbilixxi jekk l-impriża riċeventi hijiex tirċievi vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent mill-Istat (63).

(81)

L-effett tal-miżura biss fuq l-impriża huwa rilevanti, la l-kawża u lanqas l-għan tal-intervent tal-Istat (64). Biex dan jiġi vvalutat, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża wara l-miżura għandha titqabbel mas-sitwazzjoni finanzjarja li kieku l-miżura ma ġietx introdotta. Il-kunċett ta' għajnuna jiġbor fih mhux biss benefiċċji pożittivi, iżda wkoll miżuri li, f'diversi forom, itaffu l-imposti li normalment ikunu inklużi fil-baġit ta' impriża u li, mingħajr mhuma sussidji fit-tifsira stretta tal-kelma, huma simili fil-karattru u għandhom l-istess effett (65). Rigward it-taxxa, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlitha ċara li miżura li permezz tagħha l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu lil ċerti impriżi eżenzjoni mit-taxxa li tqiegħed lir-riċevitur f'pożizzjoni aktar favorevoli minn kontribwenti oħrajn hija kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. Bl-istess mod, miżura li tippermetti lil ċerti impriżi tnaqqis ta' taxxa jew li tipposponi pagament ta' taxxa normalment dovuta tista' tammonta għal għajnuna mill-Istat (66).

(82)

Il-miżuri eżaminati jikkonsistu f'eżenzjonijiet u posponimenti ta' pagamenti tat-taxxi jew l-imposti normali li PCT ikollha tħallas fin-nuqqas tad-dispożizzjonijiet rilevanti jew fi trattament differenzjat li jippermetti lil PCT tiżgura fluss aqwa ta' flus matul l-ewwel snin tal-fażi ta' kostruzzjoni (ara minn hawn 'il quddiem id-deskrizzjoni ta' sistema fiskali normali jew sistemi ta' referenza). B'hekk permezz ta' dawn il-miżuri s-sitwazzjoni finanzjarja ta' PCT tjiebet meta mqabbla mas-sitwazzjoni tagħha mingħajr il-miżuri. Għaldaqstant jagħtu vantaġġ lil PCT.

(83)

L-eżistenza ta' vantaġġ tista' tiġi eskluża fil-każ fejn l-impriża inkwistjoni tipprovdi servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali f'konfomità mal-kriterji stabbiliti fil-każistika Altmark (67) jew meta l-intervent tal-Istat ikun seħħ f'konformità mal-kundizzjonijiet normali tas-suq (68). Madankollu dawn iż-żewġ xenarji mhumiex applikabbli f'dan il-każ.

(84)

Rigward l-“iżvantaġġ strutturali” invokat mill-benefiċjarja u l-awtoritajiet Griegi, il-Kummissjoni tinnota l-ewwel li f'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-eżistenza ta' żvantaġġ strutturali mhuwiex rilevanti għall-esklużjoni tal-eżistenza ta' vantaġġ u b'hekk ta' għajnuna mill-Istat (69). Barra minn hekk, il-Kawża Combus mhijiex applikabbli fi kwalunkwe każ fil-każ investigat. F'dak il-każ, Combus kellha tabilħaqq żvantaġġ strutturali meta mqabbla mal-kompetituri tas-settur privat u l-miżura f'dak il-każ tabilħaqq eskludiet l-eżistenza ta' vantaġġ. Dan kien dovut għall-fatt li ħafna mis-sewwieqa ta' Combus kellhom l-istatus ta' uffiċjali li kien ifisser spejjeż tal-persunal ogħla milli kieku kienet impjegat sewwieqa fuq bażi ta' kuntratt, bħall-operaturi l-oħrajn kollha tax-xarabanks. Madankollu, PCT m'għandhiex żvantaġġ strutturali meta mqabbla mal-kompetituri tagħha, peress li l-fatt li ntrabtet li tinvesti f'infrastruttura pubblika kbira ma jikkostitwixxix waħdu żvantaġġ strutturali, iżda deċiżjoni ta' investitur privat li ttieħdet mill-kumpanija prinċipali Cosco fil-kuntest tal-attività tan-negozju normali tagħha. B'hekk is-sejbiet fil-każistika Combus mhumiex applikabbli f'dan il-każ.

(85)

B'mod partikolari fir-rigward tal-miżura relatata mal-eżenzjoni mit-taxxi, il-kontribuzzjonijiet u kwalunkwe dritt favur l-Istat jew partijiet terzi fuq il-kuntratti bejn il-kredituri, u b'mod partikolari l-kumpanija prinċipali tagħha Cosco, tal-ftehimiet ta' self li taħthom jiġu trasferiti l-obbligi u d-drittijiet li jirriżultaw minnhom (70), il-Kummissjoni tikkunsidra li din id-dispożizzjoni hija ekwivalenti għall-għoti ta' kuntratt ta' assigurazzjoni li l-Istat jagħti lill-kredituri ta' PCT bla ħlas. Essenzjalment, il-kredituri ta' PCT, u b'mod partikolari Cosco, jistgħu jgawdu l-immunità mill-pagament ta' kwalunkwe taxxa, kontribuzzjoni u kwalunkwe dritt favur l-Istat jew partijiet terzi li l-Istat Grieg jista' jiddeċiedi li jimponi fil-futur, mingħajr ma jkollhom iħallsu xi kumpens lill-Istat għal immunità bħal din. B'hekk minħabba din il-miżura Cosco tinsab f'pożizzjoni aktar vantaġġjuża minn kredituri ta' investituri oħrajn, peress li ma għandhiex għalfejn tħallas primjum lill-Istat għal tali immunità.

(86)

Minħabba n-natura ta' din il-miżura li hija prevista li tapplika f'każ li l-Istat jadotta regoli ġeneralment applikabbli li jimponu taxxi indiretti għal dawn it-tip ta' tranżazzjonijiet, essenzjalment hija tipprevedi immunità mit-taxxa favur il-kredituri ta' PCT, b'mod partikolari Cosco, meta mqabbla mal-kumpaniji fl-istess sitwazzjoni legali u fattwali bħal kredituri oħrajn ta' kumpaniji li jagħmlu investimenti. F'każ li l-Istat jadotta regoli ġeneralment applikabbli li jimponu taxxi indiretti fuq it-trasferiment ta' obbligi ta' self magħmul minn kumpaniji, il-kredituri tal-investituri l-oħrajn kollha jkollhom iħallsu tali taxxi indiretti fil-każ ta' trasferiment ta' dawn id-drittijiet ta' self. Għall-kuntrarju fil-każ ta' PCT it-trasferiment ta' kwalunkwe dritt li jinħoloq minn kwalunkwe self li jiffinanzja l-investiment tagħha bejn il-kredituri tagħha u b'mod partikolari Cosco, mhux ser ikun soġġett għal xi taxxa bħal din, mingħajr ma l-Istat ikun ikkumpensat għall-għoti ta' tali immunità. B'hekk il-vantaġġ inkwistjoni huwa selettiv peress li jikkonċerna biss lill-kredituri ta' PCT, b'mod partikolari Cosco, li jittrasferixxu drittijiet u/jew obbligi li joħorġu mis-self relatat mal-finanzjament tal-kuntratt ta' konċessjoni u PCT.

(87)

Biex taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, miżura ta' Stat għandha “tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti” meta mqabbla ma' oħrajn li, fid-dawl tal-għan segwit minn dik l-iskema, jinsabu f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli (71). B'hekk, fil-prinċipju, għal miżuri fiskali, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-selettività materjali tal-miżura permezz ta' analiżi fi tliet fażijiet.

(88)

L-ewwel jeħtieġ li tidentifika l-iskema komuni jew “normali” taħt is-sistema ta' taxxa applikabbli (“sistema ta' referenza”). It-tieni, irid ikun ivvalutat jekk il-miżura tikkostitwixxix deroga minn dik is-sistema ta' referenza diment li tagħmel differenza bejn operaturi ekonomiċi, li fid-dawl tal-għan intrinsiku għas-sistema, huma f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli (72).

(89)

Jekk tali deroga tiġi stabbilita, jiġifieri jekk il-miżura inkwistjoni hija prima facie selettiva, fit-tielet stadju, irid ikun eżaminat jekk il-miżura derogatorja tirriżultax min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema fiskali li minnha tifforma parti u għaldaqstant tista' tkun iġġustifikata. F'dan il-kuntest, skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istat Membru jkollu juri jekk id-differenzjazzjoni hijiex ġejja direttament mill-prinċipji bażiċi jew gwida ta' dik is-sistema (73).

(90)

L-awtoritajiet Griegi u PCT ipprovdew argumentazzjoni estiża sabiex jargumentaw li għall-miżuri fiskali kollha s-sistema ta' referenza korretta hija l-iskema ġenerali applikata għall-proġetti kbar ta' infrastruttura pubblika fil-Greċja bl-għan li tiffaċilita l-aċċess tagħhom għall-finanzi fid-dawl tar-riskji kbar li jġorru magħhom dawn il-proġetti, u li jirriżulta mis-sentenza ta' Ġibiltà (74) li l-introduzzjoni minn Stat Membru ta' eżenzjoni għal regoli ġeneralment applikabbli ma toħloqx awtomatikament selettività u vantaġġ.

(91)

Il-Kummissjoni l-ewwel ser tanalizza jekk din l-argumentazzjoni tistax tiġi aċċettata f'dak li jirrigwarda l-elementi kollha tal-analiżi tas-selettività, jiġifieri s-sistema ta' referenza, l-għan tas-sistema, it-tqabbil ta' sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli fuq il-bażi ta' dan l-għan. Imbagħad hija tkompli bl-analiżi tas-selettività ta' kull miżura b'mod separat.

i.    Rigward is-“sistema ta' referenza” u l-għan tagħha

(92)

Is-sistema ta' referenza tikkostitwixxi l-qafas li fl-isfond tiegħu tiġi vvalutata s-selettività ta' miżura. Hija tiddefinixxi l-limiti għall-eżami ta' jekk ċerti impriżi jibbenefikawx minn deroga mir-regoli normali li flimkien jifformaw dik is-sistema ta' referenza u għaldaqstant huma ttrattati b'mod vantaġġjuż meta mqabbla ma' impriżi oħrajn soġġetti għar-regoli ġenerali tas-sistema.

(93)

Meta jiġi stabbilit dan il-qafas fiskali ta' referenza, il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jrid jiġi ddeterminat b'mod konsistenti sabiex jiġi evitat li l-għanijiet li huma estrinsiċi għas-sistema jittieħdu bħala bażi għad-definizzjoni tagħha. Jekk id-definizzjoni tas-sistema ta' referenza kienet stabbilita fid-dawl tal-għan politiku li l-Istati Membri jsegwu f'kull każ li huwa estrinsiku għal-loġika tas-sistema fiskali, allura l-miżuri fiskali kollha li l-Istati Membri jimplimentaw sabiex jippromwovu ċerti setturi, attivitajiet jew tipi ta' impriżi fil-prattika jaħarbu mill-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE (75).

(94)

F'dan il-każ, l-għan ta' faċilitazzjoni ta' kumpaniji impenjati fi proġetti kbar ta' infrastruttura permezz tal-għoti ta' ċertezza legali u fluss addizzjonali ta' kontanti waqt il-fażi tal-kostruzzjoni, invokat mill-awtoritajiet Griegi u PCT, huwa għan politiku li huwa estern għal kunsiderazzjonijiet fiskali u ma jistax jintuża għall-finijiet tal-analiżi tas-selettività. Il-karatteristiċi ta' proġetti kbar ta' infrastruttura pubblika huma estrinsiċi għas-sistema fiskali u ma jistgħux iservu bħala bażi għad-determinazzjoni tas-sistema ta' referenza applikabbli. Fi kwalunkwe każ, il-fatt li l-Istat Grieg jadotta liġi speċifika kull darba li jixtieq jippermetti trattament fiskali speċifiku lil kumpanija speċifika, ma jistax jitqies bħala qafas ġenerali li l-amministrazzjoni tapplika mingħajr diskrezzjoni.

ii.    Is-sitwazzjoni legali u fattwali ta' PCT fid-dawl tal-għan tal-miżura kkonċernata

(95)

Ladarba s-sistema ta' referenza tiġi stabbilita, il-pass li jmiss fl-analiżi huwa l-eżami ta' jekk miżura partikolari tagħmilx differenza bejn l-impriżi f'deroga minn dik is-sistema. Biex dan isir, jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk il-miżura aktarx li tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jinsabu f'sitwazzjoni fattwali u legali simili, fid-dawl tal-għan intrinsiku tas-sistema ta' referenza. Madankollu, għal dan il-għan, wieħed ma jistax jibbaża fuq l-għanijiet ta' politika esterna biex janalizza t-trattament differenzjat ta' impriżi taħt sistema fiskali partikolari.

(96)

Rigward il-karattru “orizzontali” tal-iskema argumentata li tapplika għall-impriżi kollha li jimplimentaw proġetti kbar ta' infrastruttura, hija każistika stabbilita (76) li l-fatt li n-numru ta' impriżi li jistgħu jippretendu li jkunu intitolati taħt miżura huwa kbir ħafna, jew li jappartjenu għal setturi differenti ta' attività, mhuwiex biżżejjed biex jikkontesta n-natura selettiva ta' dik il-miżura u, għaldaqstant, li jeskludi l-klassifikazzjoni tagħha bħala għajnuna mill-Istat (77). Għaldaqstant il-fatt li l-kumpaniji li jassumu proġetti kbar ta' infrastruttura jistgħu jibbenefikaw minn diversi eżenzjonijiet fiskali, mhuwiex suffiċjenti sabiex wieħed jeskludi l-karattru selettiv tal-miżuri inkwistjoni. Għall-kuntrarju, il-kriterji li skonthom dawn il-kumpaniji jiksbu aċċess għal dawn l-eżenzjonijiet jistgħu jinvolvu de facto selettività (78).

(97)

Għaldaqstant is-sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli ta' PCT trid tiġi eżaminata kull darba fid-dawl tal-għan tas-sistema fiskali rilevanti applikabbli u mhux fuq il-bażi ta' għanijiet politiċi esterni.

iii.    Ġustifikazzjoni skont il-loġika tas-sistema fiskali

(98)

Miżura li tidderoga mis-sistema ta' referenza, li għalhekk hija prima facie selettiva, tista' xorta waħda tinstab li mhijiex selettiva jekk tkun iġġustifikata min-natura jew l-iskema ġenerali ta' dik is-sistema. Dan huwa l-każ meta miżura tirriżulta direttament mill-prinċipji intrinsiċi jew il-prinċipji gwida bażiċi tas-sistema ta' referenza jew meta tkun ir-riżultat ta' mekkaniżmi inerenti meħtieġa għall-funzjonament u l-effettività tas-sistema (79). Għall-kuntrarju l-għanijiet ta' politika esterna li mhumiex inerenti fis-sistema ma jistgħux jiġu invokati għal dak il-għan (80). Għaldaqstant l-eżenzjonijiet mit-taxxa li huma r-riżultat ta' għan li mhuwiex relatat mas-sistema fiskali li jiffurmaw parti minnha ma jistgħux jevitaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(99)

F'dak ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea stabbilixxiet li anki jekk għan politiku jkun wieħed mill-għanijiet essenzjali tal-Unjoni Ewropea, il-ħtieġa li dak l-għan jittieħed inkunsiderazzjoni ma tiġġustifikax l-esklużjoni ta' miżuri selettivi milli jiġu kklassifikati bħala għajnuna (81). L-implimentazzjoni b'suċċess tal-proġetti kbar ta' infrastruttura u ċ-ċertezza legali għall-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti ma jistgħux jitqiesu bħala għan intrinsiku tas-sistema fiskali. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Griegi u PCT ma wrewx kif dan l-għan huwa konsistenti mal-prinċipju tal-ugwaljanza u l-proporzjonalità tas-sistema fiskali ġenerali, u b'mod partikolari l-għan li żżid l-introjtu. Huwa diffiċli li tirrikonċilja dan l-aħħar għan mal-għoti ta' tnaqqis fit-taxxi (82). Lanqas ma jista' t-tħassib finanzjarju ewlieni tal-kumpaniji li jkunu qegħdin jimplimentaw proġetti kbar ta' infrastruttura jitqies bħala għan li jiġġustifika trattament differenzjat għal dawn il-kumpaniji speċifiċi u b'mod partikolari għal PCT.

(100)

Għaldaqstant jekk il-miżuri fiskali li sejrin ikunu eżaminati hawn taħt jikkostitwixxu miżuri selettivi, ma jistgħux jitqiesu ġġustifikati mill-għan ta' politika pubblika mressaq mill-awtoritajiet Griegi u mill-benefiċjarja.

5.3.1.   Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu imposta fuq l-imgħax akkumulat sad-data tal-bidu  (83) tal-operat ta' Moll III  (84)

Sistema ta' referenza

(101)

Taħt is-sistema Griega tat-taxxa fuq l-introjtu, fil-prinċipju l-qligħ kollu ta' S.A., kumpaniji ta' responsabilità limitata u kumpaniji b'kapital privat stabbiliti fil-Greċja, li jiġi ġġenerat fil-Greċja u barra l-pajjiż, inkluż dak fil-forma ta' imgħax, jiġi intaxxat (85) bir-rata applikabbli fis-sena finanzjarja kkonċernata u l-ammont ta' qligħ li jifdal wara t-taxxa jista' jew jitqassam lill-azzjonisti, jiġi akkumulat bħala riżerva jew inkorporat/ikkonvertit f'kapital azzjonarju permezz ta' żieda fil-kapital. Ladarba l-ammont tal-qligħ wara t-taxxa jitqassam lill-azzjonisti jew inkorporat/ikkonvertit f'kapital azzjonarju, jiġi intaxxat għal darba oħra bir-rata applikabbli fis-sena finanzjarja kkonċernata (86).

(102)

Għaldaqstant, is-sistema ta' referenza għat-tassazzjoni tal-imgħaxijiet akkumulati sad-data tal-bidu tal-operat ta' Moll III hija s-sistema Griega ta' taxxa fuq il-kumpaniji, b'mod partikolari t-tassazzjoni ta' kumpaniji fuq il-qligħ inkluż dak li jirriżulta minn imgħaxijiet akkumulati.

Deroga mis-sistema ta' referenza

(103)

L-“imgħaxijiet akkumulati” (87) jikkostitwixxu parti mid-dħul gross taxxabbli ta' PCT u normalment ikunu soġġetti għal tassazzjoni. Madankollu, PCT hija eżenti mit-taxxa fuq l-introjtu mill-imgħax akkumulat sal-bidu tal-operat ta' Moll III (88), trattament li jiddevja mis-sistema ta' referenza, l-aktar it-taxxa fuq l-introjtu taħt il-kodiċi Grieg dwar it-taxxa fuq l-introjtu (“GITC”). PCT tista' titqies li hija f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli mal-S.A kollha li huma intaxxati fuq il-qligħ tagħhom taħt il-qafas ġeneralment applikabbli. Għaldaqstant wieħed jista' jikkonkludi li ngħatat vantaġġ selettiv.

(104)

Skont l-awtoritajiet Griegi u PCT, l-Artikolu 99 tal-GITC jipprovdi li d-dħul eżenti mit-tassazzjoni huwa soġġett għat-taxxa fuq il-kumpaniji meta jitqassam jew jiġi kapitalizzat. Fuq din il-bażi huma jargumentaw li d-dispożizzjoni inkwistjoni tippermetti biss differiment tat-taxxa lil PCT, fis-sens li ladarba PCT tikkapitalizza jew tqassam il-qligħ tagħha, PCT ikollha tħallas it-taxxa fuq il-kumpaniji fuq il-qligħ tagħha kif ukoll taxxa minn ras il-għajn fuq id-dividendi tal-azzjonisti.

(105)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 99§1, a), it-tielet inċiż tal-GITC jiddikjara li għall-kumpaniji li huma eżenti mit-taxxa fuq il-kumpaniji skont leġiżlazzjoni speċifika (f'dan il-każ id-dispożizzjoni taħt eżami), il-qligħ li jiġi kapitalizzat jew imqassam biss jiġi intaxxat, wara li titnaqqas it-taxxa fuq il-kumpaniji korrispondenti mill-valur tiegħu. B'hekk dan ifisser li permezz ta' din id-dispożizzjoni, PCT ma jkollhiex taxxa fuq l-introjtu xi tħallas mill-imgħax akkumulat sakemm id-dħul relatat tagħha ma jiġix kapitalizzat jew imqassam jew sa mhux aktar tard mill-bidu tal-operat ta' Moll III. B'hekk id-differiment tat-taxxa jirreferi biss għall-qligħ li jista' jiġi mqassam jew kapitalizzat. Minħabba din id-dispożizzjoni, PCT tista' tuża l-qligħ tagħha li jkun ġej mill-imgħax akkumulat sal-bidu tal-operat ta' Moll III, biex takkumula riżervi mingħajr ma jkollha għalfejn tħallas it-taxxa fuq il-kumpaniji f'dan ir-rigward. Barra minn hekk billi skont l-awtoritajiet Griegi m'hemm l-ebda obbligu taħt il-liġi Griega li wieħed jikkonverti r-riżervi f'kapital azzjonarju jew li jqassam il-qligħ, PCT tista' minħabba din id-dispożizzjoni tgawdi eżenzjoni sħiħa mit-taxxa fuq il-qligħ tagħha li jkun ġej mill-imgħax akkumulat iġġenerat fil-Greċja u barra l-pajjiż (89). Fi kwalunkwe każ, differiment tat-taxxa jikkostitwixxi vantaġġ selettiv għal PCT.

(106)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jindikaw li PCT trid iżżomm depożiti ta' flus kontanti sinifikanti sabiex tiffinanzja l-investimenti meħtieġa matul il-fażi ta' kostruzzjoni u l-perjodu ta' qabel il-bidu ta' Moll III u li din l-eżenzjoni għandha l-għan li tiffaċilita dawn l-investimenti fl-infrastruttura pubblika. F'dan is-sens huma jqisu li PCT hija f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli mal-kumpaniji kollha li jwettqu investimenti kbar fl-infrastruttura pubblika.

(107)

Madankollu, il-fatt li l-miżura hija disponibbli għall-kumpaniji kollha li jwettqu investimenti f'infrastruttura pubblika ma jfissirx li l-miżura mhijiex selettiva. Għall-kuntrarju, huwa stabbilit li ċerta kategorija ta' kumpaniji biss, dawk li jinvestu fl-infrastrutturi pubbliċi, jistgħu jibbenefikaw mill-miżura. Kumpaniji oħrajn li mhumiex attivi f'dan is-settur ta' attività ma jistgħux igawdu mill-istess miżura. Barra minn hekk, kif diġà ġie analizzat hawn fuq (90) l-għan politiku ta' faċilitazzjoni lill-kumpaniji impenjati fi proġetti kbar ta' infrastruttura matul il-fażi ta' kostruzzjoni ma jistax jitqies bħala għan inerenti għal skema fiskali li fuq il-bażi tagħha tista' tiġi ddeterminata s-sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli tal-kumpaniji.

Ġustifikazzjoni skont il-loġika tas-sistema fiskali

(108)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jindikaw li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-imgħaxijiet akkumulati hija bbażata direttament fuq dispożizzjoni ġenerali tal-GITC (91) li tinkludi fost ċerti tipi ta' dħul eżenti mit-taxxa, “dħul eżenti minħabba kuntratt ratifikat bil-liġi”. Huma jargumentaw li peress li l-leġiżlatur Grieg juża b'mod konsistenti din l-eżenzjoni ġenerali sabiex jintroduċi eżenzjonijiet mit-taxxa li japplikaw b'mod speċifiku għal kull proġett kbir ta' infrastruttura pubblika li jitwettaq fil-Greċja, id-dispożizzjoni eżaminata ma tintroduċix xi eżenzjoni speċjali mit-taxxa. Għall-kuntrarju, hija tifforma parti minn skema ġenerali bbażata fuq is-sistema tat-taxxa ġenerali li għandha l-għan li tiffaċilita u tappoġġja l-implimentazzjoni ta' proġetti kbar ta' infrastruttura pubblika jew ta' investiment. Din id-dispożizzjoni ġiet applikata b'mod konsistenti għal kull proġett ta' infrastruttura pubblika sabiex ikun żgurat li l-kumpaniji li jidħlu għal dawn il-proġett ma jkunux diskriminati jew jingħataw “żvantaġġ strutturali”.

(109)

Jirriżulta mill-każistika tal-qrati tal-UE li t-trattament ta' aġenti ekonomiċi fuq bażi diskrezzjonali jista' jfisser li l-applikazzjoni individwali ta' miżura ġenerali tassumi l-karatteristiċi ta' miżura selettiva, b'mod partikolari meta l-eżerċitar tas-setgħa diskrezzjonali jmur lil hinn mis-sempliċi ġestjoni tad-dħul tat-taxxa b'referenza għal kriterji oġġettivi (92).

(110)

Fid-dawl ta' din il-każistika, wieħed jista' jikkonkludi li l-allegata dispożizzjoni “ġenerali” tippermetti diskrezzjoni sħiħa lil-leġiżlatur li jeżenta kwalunkwe dħul mit-tassazzjoni, f'termini prattiċi wara li l-Istat ikun innegozja u kkonkluda kwalunkwe tip ta' kuntratt ma' kwalunkwe persuna taxxabbli. Għaldaqstant fil-prattika din id-dispożizzjoni “ġenerali” tippermetti eżenzjonijiet li mhumiex fil-loġika tas-sistema ta' tassazzjoni ġenerali, iżda fil-loġika li tiffavorixxi lill-kumpanija speċifika li magħha jista' jiġi nnegozjat u konkluż kuntratt kull darba. Għaldaqstant, l-allegata dispożizzjoni “ġenerali” tal-GITC ma tistax titqies li tifforma parti mil-loġika tas-sistema ta' taxxa fuq l-introjtu.

(111)

Rigward il-ġustifikazzjoni tal-miżura bħala inerenti mal-għan ta' politika pubblika ta' faċilitazzjoni ta' proġetti ta' infrastruttura pubblika, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn l-argumenti jistgħu ma jittieħdux inkunsiderazzjoni meta jiġi vvalutat il-kunċett ta' għajnuna.

(112)

Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tikkostitwixxi vantaġġ selettiv favur PCT li huwa ugwali għat-taxxa fuq l-introjtu li PCT normalment ikollha tħallas fuq l-imgħaxijiet akkumulati sal-bidu tal-operat ta' Moll III.

5.3.2.   Rifużjoni tal-bilanċ tal-kreditu tal-VAT irrispettivament mill-istadju ta' tlestija tal-oġġett tal-kuntratt — “oġġett ta' investiment uniku” — rifużjoni tal-VAT fi żmien 60 jum mill-applikazzjoni; imgħaxijiet minħabba dewmien  (93)

Sistema ta' referenza

(113)

Skont is-sistema fiskali Griega tal-VAT, persuna taxxabbli hija intitolata li tnaqqas il-VAT tal-input li huwa marbut direttament mat-twettiq ta' atti li huma taxxabbli (94) jew li mhumiex taxxabbli iżda jagħtu dritt għal tnaqqis. It-tnaqqis jingħata għall-parti tal-oġġetti u servizzi li huma tabilħaqq użati għat-twettiq ta' atti soġġetti għat-taxxa. Barra minn hekk, il-kreditu tal-VAT li jirriżulta mit-tnaqqis tal-VAT tal-input u tal-VAT tal-output f'perjodu partikolari tat-taxxa ma jitħallasx lura iżda jiġi riportat għall-perjodu tat-taxxa sussegwenti (95). Rifużjoni hija permessa jekk il-kumpanija ma tkunx tista' tpaċi l-kreditu tal-VAT tagħha mal-VAT tal-output fuq perjodu ta' 3 snin u malli jintemm dan il-perjodu (96).

(114)

Il-kreditu tal-VAT jista' jitħallas lura u ma jiġix paċut għall-perjodu tat-taxxa sussegwenti biss skont l-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34 tal-Kodiċi dwar il-VAT. Waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet tirrigwarda l-VAT li tkun tħallset fuq “oġġetti ta' investiment”, kif inhuma definiti fil-Kodiċi dwar il-VAT (97), jiġifieri “oġġetti tanġibbli, proprjetà tal-kumpanija u esplojtati kontinwament minnha, kif ukoll il-bini u tipi oħrajn ta' kostruzzjonijiet li huma mibnija mill-kumpanija taxxabbli fuq proprjetà residenzjali li mhijiex tagħha, iżda li tagħha għandha l-użu abbażi ta' kwalunkwe relazzjoni legali, għal perjodu ta' mill-inqas 9 snin… L-ispejjeż ta' tiswija u manutenzjoni mhumiex inklużi fil-valur tal-oġġett ta' investiment”.

(115)

Skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Ministerjali 1073/2004 (98), fil-każijiet eċċezzjonali previsti (99), il-kreditu tal-VAT jista' jitħallas lura kif ġej: a) għall-ewwel applikazzjoni għar-rifużjoni tal-VAT, fi żmien xahrejn mid-data tal-applikazzjoni; b) għall-applikazzjonijiet sussegwenti għal rifużjoni tal-VAT ta' aktar minn EUR 6 000: (i) 90 % imħallsin lura fi żmien xahar mid-data tal-applikazzjoni u ii) l-10 % li jifdal fi żmien xahrejn mid-data tal-applikazzjoni; c) għal applikazzjonijiet sussegwenti ta' rifużjoni tal-VAT ta' inqas minn EUR 6 000, l-ammont sħiħ tal-VAT fi żmien xahar mid-data tal-applikazzjoni.

(116)

Kif l-awtoritajiet Griegi u PCT ġustament jindikaw, għall-kostruzzjoni ta' proprjetà immobbli, ir-rifużjoni ta' kreditu tal-VAT issir wara li jibda x-xogħol u sal-ammont li jikkorrispondi għan-nefqa relatata max-xogħol li jkun sar u fatturat matul kull perjodu li għalih tista' tintalab il-VAT (100).

(117)

B'mod partikolari fir-rigward ta' oġġetti ta' investiment, id-dritt li titnaqqas il-VAT jiġi deċiż b'mod definit meta l-oġġetti ta' investiment jibdew jintużaw. Barra minn hekk, biex jiġu evitati l-abbużi fil-mekkaniżmu ta' rifużjoni tal-VAT, jekk fi żmien 5 snin mit-twettiq tan-nefqa għall-akkwist jew il-kostruzzjoni ta' oġġett ta' investiment, dan l-oġġett ma jintużax, allura l-VAT tal-input li tkun tnaqqset ikollha titħallas lura lill-Istat, peress li titqies li ma ntużatx għal atti taxxabbli (101).

(118)

Finalment skont il-qafas ġeneralment applikabbli, il-komputazzjoni tal-imgħax fuq it-taxxa jew ir-rifużjoni ta' ammonti mħallsa indebitament tibda 6 xhur wara l-ewwel jum tax-xahar wara d-dikjarazzjoni fiskali tal-persuna taxxabbli (102). Madankollu, il-qrati amministrattivi Griegi kkunsidraw li din id-dispożizzjoni mhijiex konformi mal-prinċipju kostituzzjonali tal-ugwaljanza tal-kontribwenti (103). Għaldaqstant huma warrbu din id-dispożizzjoni meta kkunsidraw li l-imgħax għandu jinħadem mill-jum li fih il-persuna taxxabbli tressaq l-appell kontra d-deċiżjoni tal-awtorità tat-taxxa li ma tħallasx lura l-kreditu tal-VAT mitlub (104).

(119)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn id-dispożizzjonijiet jikkostitwixxu s-sistema ta' referenza dwar ir-rifużjoni tal-kreditu tal-VAT fil-Greċja.

Deroga mis-sistema ta' referenza

—   Rigward ir-rifużjoni tal-kreditu tal-VAT irrispettivament mill-istadju ta' tlestija tal-oġġett tal-kuntratt

(120)

Skont l-Artikolu 2(3) tal-Liġi 3755/2009, PCT hija intitolata għal rifużjoni tal-kreditu tal-VAT irrispettivament mill-grad ta' tlestija tal-proġett ta' kostruzzjoni jew ta' strutturi individwali jew ta' partijiet minnu. Barra minn hekk skont l-istess artikolu PCT ma titlifx id-dritt tagħha ta' rifużjoni tal-kreditu tal-VAT, f'każ li ma tkunx użat l-oġġett ta' investiment fi żmien ħames snin mit-twettiq tan-nefqa relatata, għalkemm dan ikun il-każ skont ir-regoli ġeneralment applikabbli.

(121)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li billi l-kumpaniji kollha għandhom id-dritt għal rifużjoni tal-VAT ladarba n-nefqa rilevanti tkun saret u ġiet fatturata, id-dispożizzjoni rigward PCT ma tagħtiha l-ebda vantaġġ addizzjonali, peress li fi kwalunkwe każ PCT tkun intitolata għal rifużjoni tal-VAT wara l-bidu tax-xogħlijiet u mhux biss meta dawn ix-xogħlijiet ikunu tlestew.

(122)

Abbażi tal-informazzjoni addizzjonali u l-ispjegazzjonijiet ipprovduti, il-Kummissjoni wasslet għall-konklużjoni li PCT tabilħaqq ikollha fi kwalunkwe każ id-dritt għar-rifużjoni tal-VAT wara l-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett u sal-ammont korrispondenti għall-fatturi maħruġa. Madankollu, dan id-dritt jiġi definittivament deċiż ladarba l-oġġett ta' investiment jintuża. Billi PCT għandha d-dritt għal rifużjoni tal-VAT irrispettivament mit-tlestija tal-proġett ta' investiment u fl-istess waqt ma titlifx dan id-dritt f'każ li ma tużax l-oġġett ta' investiment fi żmien 5 snin, kif għandu jseħħ taħt ir-regoli normalment applikabbli, hija tgawdi vantaġġ selettiv.

(123)

Dan il-vantaġġ jikkonsisti fir-rifużjoni tal-VAT li PCT hija intitolata li żżomm jekk sa 5 snin wara t-twettiq tan-nefqa relatata ma' din ir-rifużjoni, il-proġett ma jkunx inbeda, filwaqt li kumpaniji oħrajn ikollhom iħallsu lura lill-Istat Grieg il-VAT rimborżata f'każ li l-proġett ma jinbediex fi żmien ħames snin (mit-twettiq tan-nefqa relatata). Huwa mfakkar li, taħt ir-regoli ġeneralment applikabbli, f'dawn il-każijiet, l-atti rilevanti (ikkonċernati min-nefqa) ma jibqgħux jitqiesu bħala atti taxxabbli (ara l-premessa 117 ta' hawn fuq). Dan ifisser li, f'ċirkustanzi simili, kumpaniji oħrajn normalment ma jitħallewx jużaw il-kreditu tal-VAT marbut ma' dawn in-nefqiet sabiex ipaċu l-VAT dovuta f'perjodu sussegwenti. Għaldaqstant, il-vantaġġ li tgawdi PCT minn din id-dispożizzjoni huwa ugwali għall-ammont sħiħ tar-rifużjoni tal-VAT li għandha permess iżżomm (taħt din id-dispożizzjoni) jekk sa 5 snin wara t-twettiq tan-nefqa relatata, il-proġett ma jkunx inbeda.

(124)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li din id-devjazzjoni hija applikabbli wkoll għall-kumpaniji ta' utilità pubblika, peress li huma dawk li ħafna drabi jibnu proġetti ta' infrastruttura li jistgħu jieħdu aktar ħin biex jitlestew minn dan il-perjodu ta' 5 snin ġeneralment applikabbli. Fil-fehma tagħhom, l-istess linja ta' raġunament tapplika wkoll għal PCT, li sejra tibni proġett kbir ta' infrastruttura li jista' jeħtieġ aktar żmien minn 5 snin. Huwa għalhekk ukoll li din id-dispożizzjoni ddaħħlet fil-kuntratti l-oħrajn kollha ta' konċessjoni relatati ma' proġetti kbar ta' infrastruttura. Għaldaqstant huma jikkunsidraw li din id-devjazzjoni mir-regoli ġeneralment applikabbli mhijiex eċċezzjoni iżda applikazzjoni differenti tar-regoli għal sitwazzjonijiet differenti li mhumiex komparabbli.

(125)

Il-Kummissjoni tqis li din id-devjazzjoni tikkostitwixxi vantaġġ selettiv, peress li tagħti lil PCT il-flessibbiltà li jkollha aċċess għar-rifużjoni tal-kreditu tal-VAT irrispettivament minn meta tuża l-oġġett ta' investiment, jiġifieri għal perjodu ta' żmien mhux definit. B'dan il-mod, anki jekk qatt ma tuża l-oġġett ta' investiment, id-dritt tagħha għal rifużjoni tal-kreditu tal-VAT qatt ma jkun deċiż b'mod definit u aġġustat kif xieraq, li fil-prattika jfisser li jekk ma tlestix il-proġett, ma tkunx obbligata tħallas lura l-kreditu tal-VAT li hija tkun irċeviet matul il-perjodu kollu ta' kostruzzjoni. Il-fatt li l-kumpaniji ta' utilità pubblika jistgħu jibbenefikaw mill-istess vantaġġ ma jfissirx li dan il-vantaġġ mhuwiex selettiv. Il-kumpaniji ta' utilità pubblika huma kategorija ta' kumpaniji li jistgħu jibbenefikaw mill-miżura. Għaldaqstant, din il-miżura hija selettiva.

—   Rigward id-definizzjoni ta' oġġett ta' investiment

(126)

L-Artikolu 2(3) tal-Liġi 3755/2009 jipprovdi li għall-finijiet tal-kodiċi tal-VAT, il-proġett ta' kostruzzjoni tal-ftehim ta' konċessjoni u kwalunkwe provvista ta' oġġetti, xogħlijiet, servizzi u xogħlijiet anċillari relatati mal-kostruzzjoni għandhom jitqiesu bħala “oġġett ta' investiment uniku”. Din id-dispożizzjoni tiddikjara essenzjalment li għall-finijiet tal-ftehim ta' konċessjoni, il-kunċett ta' “oġġett ta' investiment” previst fil-kodiċi dwar il-VAT għandu jinkludi l-attivitajiet kollha relatati mal-oġġett tal-ftehim ta' konċessjoni, jiġifieri mhux l-“oġġetti tanġibbli” (105) mibnija biss iżda wkoll kull provvista ta' oġġetti, xogħlijiet u servizzi relatati jew anċillari għall-oġġett tal-ftehim ta' konċessjoni.

(127)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li fid-dawl tal-Artikoli 34 u 33§4 tal-Kodiċi dwar il-VAT dwar l-“oġġett ta' investiment”, id-dispożizzjoni taħt eżami tikkonsisti sempliċiment fi kjarifika tar-regoli ġeneralment applikabbli sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni żbaljata tar-regoli dwar ir-rifużjoni tal-kreditu tal-VAT mill-awtoritajiet tat-taxxa fid-dawl tal-partikolaritajiet u l-ammonti kbar involuti fi proġetti kbar ta' infrastruttura. Fil-fehma tagħhom, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tal-ftehim ta' konċessjoni, il-miżura taħt eżami għandha l-għan li tittratta lil kull element tal-ispejjeż tal-investiment bħala unità ta' negozju waħda għall-finijiet tal-VAT. Peress li kull nefqa relatata mal-proġett ta' investiment hija fi kwalunkwe każ integrata fl-oġġett ta' investiment minn perspettiva kontabilistika, din id-dispożizzjoni sempliċiment tiċċara dak li huwa diġà applikabbli. Peress li PCT wettqet investimenti konsiderevoli li jinkludu azzjonijiet u stadji separati u tipi ta' nefqa fuq oġġetti u servizzi, jekk kull waħda minn dawn l-ispejjeż kellhom jiġu ttrattati separatament, PCT tiġi ttrattata b'mod differenti għall-finijiet tal-iskema tal-VAT minn kwalunkwe impriża li tinvesti sabiex twettaq attività ekonomika.

(128)

Biex jappoġġjaw l-argument tagħhom, l-awtoritajiet Griegi u PCT jirreferu għall-każistika INZO (106), li tgħid li l-attivitajiet ekonomiċi fis-sens tad-Direttiva dwar il-VAT “…jistgħu jikkonsistu f'bosta tranżazzjonijiet konsekuttivi u atti preparatorji…” (107) li jippermettu r-rifużjoni tal-kreditu tal-VAT rilevanti waqt il-perjodu ta' kostruzzjoni. Barra minn hekk huma jindikaw li fl-istess linja ta' raġunament il-liġi dwar il-PPPs ġiet emendata fl-2011 (108) sabiex tipprovdi li l-PPPs ikunu eliġibbli għat-talba ta' rifużjoni tal-kreditu tal-VAT kull sena mal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tal-VAT tagħhom, mingħajr ma jkollhom jirriportaw il-bilanċ ta' kreditu għall-perjodu kontabilistiku.

(129)

Finalment huma jargumentaw li anki jekk l-investiment ma jiġix ikkunsidrat li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-definizzjoni ta' “oġġett ta' investiment”, PCT tkun intitolata li titlob ir-rifużjoni (i) fuq bażi annwali kieku tkun tista' tistabbilixxi li mhijiex sejra tkun kapaċi tpaċi l-kreditu tal-VAT tagħha mal-VAT tal-output fuq perjodu ta' tliet snin u (ii) malli jgħaddu t-tliet snin.

(130)

Il-Kummissjoni tinnota li d-dispożizzjoni taħt eżami tinkludi definizzjoni speċifika tal-kunċett ta' “oġġett ta' investiment” li hija usa' għal PCT milli għal kumpaniji oħrajn li jinsabu fl-istess sitwazzjoni legali u fattwali. Fil-prattika din id-definizzjoni għandha konsegwenza li PCT għandha d-dritt li tieħu rifużjoni għall-kreditu tal-VAT fir-rigward tax-xogħlijiet, servizzi u oġġetti kollha relatati mal-oġġett ta' kostruzzjoni, għalkemm skont ir-regoli ġeneralment applikabbli din il-possibbiltà teżisti biss għal oġġetti tanġibbli u mhux għal servizzi, xogħlijiet, spejjeż ta' tiswijiet u manutenzjoni. Billi skont ir-regoli ġeneralment applikabbli PCT tkun intitolata għal rifużjoni tal-kreditu tal-VAT fuq bażi annwali meta tistabbilixxi li mhijiex sejra tkun kapaċi tpaċi l-kreditu tal-VAT tagħha mal-VAT tal-output fuq perjodu ta' tliet snin u malli jgħaddu t-tliet snin, id-definizzjoni usa' tal-oġġett ta' investiment uniku għall-finijiet tal-kuntratt ta' konċessjoni fil-prattika tirriżulta fl-għoti lil PCT ta' flus kontanti addizzjonali bil-quddiem minn kreditu tal-VAT li normalment jitħallsu lura aktar tard (109).

(131)

Tabilħaqq, bis-saħħa ta' din id-dispożizzjoni, PCT tista' tieħu rifużjoni tat-taxxa mhux biss għal oġġetti tanġibbli iżda wkoll għal spejjeż relatati ma' servizzi, xogħlijiet, tiswijiet u manutenzjoni, filwaqt li kumpaniji oħrajn jistgħu biss ipaċu l-VAT tal-input mal-VAT tal-output għal dawn l-ispejjeż jew jistennew 3 snin qabel jieħdu r-rifużjoni. Għaldaqstant, il-vantaġġ li PCT tgawdi bis-saħħa ta' din id-dispożizzjoni huwa ugwali għall-imgħaxijiet akkumulati fuq il-VAT imħallsa lura għall-ispejjeż kollha minbarra dawk għall-oġġetti tanġibbli (relatati mal-oġġett ta' investiment), mill-mument li r-rifużjoni tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta' PCT sal-mument li PCT kienet tkun intitolata għal din ir-rifużjoni, jiġifieri 3 snin wara jew sal-mument fejn PCT kienet tkun tista' tpaċi l-kreditu tal-VAT tagħha (li jirrigwarda dawk l-ispejjeż) mal-VAT tal-output.

(132)

Il-fatt li l-awtoritajiet tat-taxxa setgħu possibbilment japplikaw ir-regoli dwar ir-rifużjoni tal-kreditu tal-VAT b'mod differenti fl-assenza ta' din id-definizzjoni, juri li din id-definizzjoni tinvolvi vantaġġ selettiv għal PCT li ma japplikax għall-kumpaniji kollha. Barra minn hekk il-fatt li l-liġi dwar il-PPPs li hija prinċipalment applikabbli għal proġetti ta' infrastruttura, ġiet emendata biex tipprovdi d-dritt tal-PPPs li jitolbu r-rifużjoni u jevitaw ir-riportar tal-kreditu tal-VAT għas-sena ta' wara, huwa wkoll prova li skont ir-regoli ġeneralment applikabbli kull nefqa relatata ma' proġett ta' infrastruttura mhux ser tkun ittrattata bħala “oġġett ta' investiment uniku” għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rifużjoni tal-kreditu tal-VAT. L-ittra tal-Ministeru għall-Marina Merkantili lill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi (110) li titlob arranġamenti speċifiċi ta' rifużjoni tal-kreditu tal-VAT (111) għal PCT u għall-offerent rebbieħ tal-Port ta' Tessalonika f'dak iż-żmien, turi li r-regoli ġeneralment applikabbli relatati mar-rifużjoni ma jkunux l-istess. Finalment il-fatt li wara d-deċiżjoni ministerjali tal-2013 m'hemm l-ebda differenzjazzjoni fir-regoli dwar ir-rifużjoni irrispettivament mid-definizzjoni ta' oġġett ta' investiment, ukoll juri li din id-definizzjoni kienet tikkostitwixxi vantaġġ selettiv favur PCT fiż-żmien meta ngħatat.

(133)

Barra minn hekk il-Kummissjoni tinnota li l-każistika INZO imsemmija tirreferi għad-dritt li titnaqqas il-VAT għal tranżazzjonijiet soġġetti għall-VAT li huma relatati mal-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli u mhux mad-dritt għal rifużjoni.

—   Rigward il-komputazzjoni tal-imgħaxijiet mill-ewwel jum ta' wara l-iskadenza ta' 60 jum

(134)

Id-dispożizzjoni taħt eżami tagħti wkoll lil PCT id-dritt għall-imgħaxijiet mill-kreditu tal-VAT kontra l-Istat li jinħolqu b'mod awtomatiku ladarba l-iskadenza ta' 60 jum tagħlaq, mingħajr ma jkollha ssegwi r-rekwiżiti proċedurali jew temporali stabbiliti mill-qafas ġenerali applikabbli relatat mar-rifużjoni tal-kreditu tal-VAT, jiġifieri fi stadju aktar bikri milli għal kumpaniji oħrajn u mingħajr ma jkollha tgħaddi mill-proċedura tal-qrati amministrattivi. Għaldaqstant tinvolvi vantaġġ selettiv ieħor għal PCT.

(135)

Dan il-vantaġġ jikkonsisti fl-imgħaxijiet li PCT tista' titlob (skont din id-dispożizzjoni) mill-Istat Grieg ladarba jkunu għaddew 60 jum mill-mument li tkun ippreżentat id-dikjarazzjoni fiskali rilevanti (biex titlob ir-rifużjoni tal-VAT), filwaqt li kumpaniji oħrajn f'sitwazzjoni simili ma jkunux intitolati għall-imgħaxijiet fl-istess punt ta' żmien.

(136)

L-awtoritajiet Griegi jsostnu l-argumentazzjoni tagħhom appoġġjata minn PCT billi jirreferu għall-każistika tal-UE dwar il-VAT (112) li tiddikjara li r-rifużjoni ta' bilanċ ta' kreditu tal-VAT tikkostitwixxi r-rifużjoni ta' riżorsi tal-persuna taxxabbli u mhux riżorsi tal-Istat. Huma jkomplu jargumentaw li l-limitu ta' żmien ta' 60 jum joħroġ mill-prinċipju tan-newtralità u tal-ugwaljanza li ġej mill-każistika tal-UE dwar il-VAT (113). Meta l-Istat idewwem ir-rifużjoni tal-bilanċ ta' kreditu tal-VAT aktar minn kemm ikun stabbilixxa bħala “perjodu raġonevoli ta' żmien”, għandu jkun meħtieġ iħallas l-imgħax arretrat permezz ta' kumpens lill-kontribwent li jitlob din ir-rifużjoni. B'hekk il-pagament ta' dan it-tip ta' imgħax arretrat fuq il-bilanċ ta' kreditu tal-VAT ma jikkostitwixxix riżorsi tal-Istat.

(137)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-komputazzjoni tal-imgħaxijiet fir-rigward tad-dewmien fil-pagament tar-rifużjoni tal-VAT timplika riżorsi tal-Istat, f'dak li jirrigwarda l-imgħaxijiet addizzjonali li l-Istat ikollu jħallas lil PCT minħabba din id-dispożizzjoni. Fil-prattika minħabba din id-dispożizzjoni l-Istat ser iħallas imgħaxijiet awtomatikament mill-jum ta' wara l-perjodu ta' 60 jum u mhux mid-data li PCT tressaq appell f'dan ir-rigward, kif ikun il-każ skont ir-regoli applikabbli. Peress li PCT biss tikseb dan id-dritt b'mod awtomatiku għalkemm dan huwa possibbli inġenerali biss wara l-preżentazzjoni ta' appell, id-dispożizzjoni tinvolvi vantaġġ selettiv għal PCT.

(138)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li din id-dispożizzjoni sempliċiment tiżgura li l-Istat ma jiksibx benefiċċju finanzjarju a spejjeż ta' PCT. Fil-każ ta' ftehimiet ta' konċessjoni ta' dan it-tip dewmien kbir fir-rifużjoni tal-kreditu tal-VAT ikun spiża konsiderevoli u b'hekk żvantaġġ strutturali serju għal PCT. Barra minn hekk il-possibbiltà ta' pagament ta' ammonti iżgħar ta' imgħaxijiet arretrati lil impriżi oħrajn ma tnaqqasx l-ispiża li PCT ikollha ġġorr normalment fl-attività tan-negozju tagħha. B'hekk PCT ma għandha l-ebda vantaġġ kompetittiv u mhijiex ittrattata b'mod differenti minn kumpaniji oħrajn.

(139)

Il-Kummissjoni ma tqisx li PCT tinsab f'sitwazzjoni differenti minn kumpaniji oħrajn li tiġġustifika trattament differenti. Kif diġà ntqal il-fatt li PCT twettaq investiment kbir mhuwiex argument rigward il-kunċett ta' selettività. Barra minn hekk, il-ħlas awtomatiku ta' imgħax lil PCT inaqqas l-ispejjeż normali tal-kumpanija u jagħti lil PCT vantaġġ meta mqabbla ma' kumpaniji oħrajn.

Ġustifikazzjoni skont il-loġika tas-sistema fiskali

(140)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li anki kieku kien hemm element ta' selettività fid-dispożizzjonijiet relatati mar-rifużjoni tal-kreditu tal-VAT, dan kien ikun iġġustifikat mill-prinċipji bażiċi jew gwida li huma inerenti fis-sistema tal-VAT, peress li dan ġie kkonfermat mill-qrati Ewropej u Griegi.

(141)

Il-Kummissjoni tinnota li f'dan il-każ il-miżuri favur PCT jindikaw li PCT ingħatat trattament favorevoli rigward ir-rifużjoni tal-VAT meta mqabbla ma' kumpaniji oħrajn li jagħmlu investimenti u jnaqqsu l-VAT u dan ma jistax jitqies iġġustifikat mill-prinċipju tan-newtralità jew saħansitra tal-ugwaljanza tas-sistema fiskali tal-VAT.

(142)

B'mod partikolari fir-rigward tar-rifużjoni tal-kreditu tal-VAT irrispettivament mill-istadju ta' tlestija tal-oġġett tal-kuntratt, anki li kieku potenzjalment jista' jkun aċċettat li devjazzjoni tista' tkun possibbli minħabba perjodu itwal ta' kostruzzjoni, li jista' jkun antiċipat fi proġetti akbar, tul ta' żmien indefinit ta' din id-devjazzjoni ma jistax jitqies li jirrispetta l-prinċipju tal-ugwaljanza jew tan-newtralità tas-sistema tal-VAT. B'mod partikolari, peress li skont it-termini tal-kuntratt ta' konċessjoni PCT kienet taħt l-obbligu li tlesti l-Moll II sat-30 ta' April 2014 u l-Moll III sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2015, l-imsemmija flessibbiltà għal perjodu mhux limitat ta' żmien ma tistax tispjega f'liema termini s-sitwazzjoni komparabbli u legali fattwali ta' PCT hija differenti minn dik ta' impriżi oħrajn li jagħmlu investimenti u jieħdu rifużjoni tal-kreditu tal-VAT. Fid-dawl tal-prinċipji tas-sistema tal-VAT, li skonthom irid ikun żgurat li l-kumpaniji ma jibbenefikawx minn vantaġġ mhux dovut mis-sistema tal-VAT stabbilita, dan it-trattament speċifiku ma jistax jitqies iġġustifikat mil-loġika tas-sistema.

(143)

Rigward id-definizzjoni wiesgħa tal-kunċett ta' oġġett ta' investiment, il-Kummissjoni tinnota li d-Direttiva dwar il-VAT tippermetti lill-Istati Membri diskrezzjoni sabiex jiddeċiedu jekk il-kumpaniji jistgħux jieħdu rifużjonijiet ta' kreditu tal-VAT jew jekk għandhomx jirriportaw il-kreditu tal-VAT għas-sena ta' wara, kif ukoll kif sejrin jiddefinixxu l-“oġġett ta' investiment” għall-finijiet tal-VAT. B'hekk l-Istat Grieg kellu d-diskrezzjoni li jiddetermina r-regoli applikabbli f'dan ir-rigward u jispeċifika f'liema każijiet tista' tintalab rifużjoni u fuq liema bażi. Madankollu, id-definizzjoni wiesgħa tal-kunċett ta' oġġett ta' investiment li ppermettiet li PCT ikollha rifużjoni ffaċilitata u bikrija tal-kreditu tal-VAT ma tistax titqies iġġustifikata mil-loġika tas-sistema fiskali, peress li dan imur kontra l-prinċipju tal-ugwaljanza li għandu jkun applikat għall-kumpaniji kollha li jagħmlu investimenti u mhux biss għal PCT.

(144)

Rigward il-komputazzjoni tal-imgħaxijiet wara l-iskadenza ta' 60 xahar, il-Kummissjoni tikkunsidra li lanqas din ma tista' tkun iġġustifikata mil-loġika tas-sistema Griega tal-VAT. Il-prinċipju ġenerali tan-newtralità tal-VAT jista' jiġġustifika l-impożizzjoni fuq l-imgħaxijiet f'każ ta' dewmien tar-rifużjoni tal-VAT, biex jobbliga lill-Istat ma jittrasferixxix l-oneru tas-sistema tal-VAT fuq il-kontribwent. Id-dispożizzjonijiet Griegi f'dan ir-rigward ġew interpretati mill-Qrati Griegi b'mod li l-kontribwent ta' kwalunkwe tip ma jbatix il-konsegwenzi tal-possibbiltà ta' nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Istat. Din l-interpretazzjoni saret indipendentement mill-ammonti li l-Istat għandu jħallas lill-kontribwent. B'hekk il-vantaġġ li PCT tieħu mid-dispożizzjoni taħt eżami li suppost għandha tagħmel aktar pressjoni fuq l-Istat Grieg f'każ li ma jħallas lura l-VAT fil-ħin ma jistax jitqies iġġustifikat fid-dawl tan-nefqa kbira tal-investiment tagħha.

(145)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri msemmija hawn fuq rigward il-kundizzjonijiet tar-rifużjoni tal-VAT jagħtu vantaġġ selettiv lil PCT.

5.3.3.   Telf riportat mingħajr limitazzjoni temporali — Taxxa fuq l-introjtu (l-Artikolu 2§5 tal-Liġi 3755/2009)

Sistema ta' referenza

(146)

Skont il-qafas ġenerali applikabbli (114), għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa fuq l-introjtu, it-telf ta' sena għall-attivitajiet kummerċjali u attivitajiet ta' professjoni libera jista' jiġi riportat sa perjodu massimu ta' ħames snin. Il-GITC ma tipprovdi l-ebda eċċezzjoni fir-rigward ta' din ir-regola.

Deroga mis-sistema ta' referenza

(147)

Skont l-Artikolu 2(5) tal-Liġi 3755/2009, PCT tista' tirriporta t-telf tagħha mingħajr ebda limitazzjoni fiż-żmien. Din il-miżura tagħti vantaġġ selettiv ċar lil PCT peress li tiddevja mir-regola ġeneralment applikabbli li m'għandhiex eċċezzjonijiet taħt il-GITC. Minħabba din id-dispożizzjoni PCT tkun tista' tirriporta t-telf tagħha għal kwalunkwe ħin li jkun jaqblilha l-aktar, prinċipalment ladarba l-bilanċ bejn l-ispejjeż tal-investiment tagħha u d-dħul taxxabbli tagħha jinbidel, jiġifieri meta jkollha qligħ kbir, sabiex tevita li tħallas taxxi li normalment ikollha tħallas fin-nuqqas tal-benefiċċju ta' din l-eċċezzjoni.

(148)

Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni tagħti lil PCT vantaġġ li huwa ugwali għad-differenza bejn it-taxxa fuq l-introjtu li attwalment tħallas u t-taxxa fuq il-kumpaniji li kien ikollha tħallas fin-nuqqas tal-possibbiltà li tirriporta t-telf tagħha aktar minn 5 snin wara li jseħħ dan it-telf.

(149)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw ukoll li d-dritt li t-telf jiġi riportat sakemm iddum il-konċessjoni f'dan il-każ ġie kkunsidrat xieraq bħala applikazzjoni tal-prinċipju ta' tqabbil tal-introjtu u l-ispejjeż. Skont l-awtoritajiet Griegi u PCT wieħed mill-prinċipji bażiċi tal-GITC f'dan ir-rigward u ġie applikat bħala tali fl-iskema ġenerali li minnha jifforma parti l-Artikolu 2(5), li huma jqisu għandha tittieħed bħala s-sistema ta' referenza.

(150)

Barra minn hekk huma jargumentaw li f'konċessjonijiet fit-tul għall-bini u t-tħaddim ta' infrastruttura pubblika, hemm nuqqas ta' bilanċ ovvju bejn il-perjodu ta' kostruzzjoni inizjali tal-infrastruttura u l-istadji sussegwenti ta' tħaddim tal-infrastruttura meta l-infrastruttura tkun mistennija li ssir profittabbli biex tkopri t-telf inizjali. Peress li l-investimenti kienu jeħtieġu vantaġġ bil-quddiem għal telf sinifikanti fuq aktar minn 5 snin u jistgħu biss jiġu paċuti fl-aħħar parti tal-perjodu ta' konċessjoni, il-limitu ta' ħames snin iċaħħad lill-konċessjonarju l-benefiċċju tar-regola dwar ir-riportar tat-telf mit-taxxa. F'dan ir-rigward, l-impriżi responsabbli għal proġetti kbar ta' infrastruttura jkunu f'sitwazzjoni differenti minn impriżi ordinarji.

(151)

Il-Kummissjoni tqis li din id-deroga mir-regola ġenerali ma tistax titqies inerenti fil-loġika tas-sistema fiskali Griega. Peress li r-regola ta' 5 snin għar-riportar tat-telf fiskali hija ġenerali u mingħajr ebda differenzjazzjoni, ir-riportar tat-telf mingħajr ebda limitu temporali ma jistax jitqies iġġustifikat għall-proġetti kbar ta' infrastruttura. Il-limitu ta' 10 snin li issa huwa applikabbli għall-PPPs ikompli jsaħħaħ il-konklużjoni li perjodu mhux definit previst b'mod speċjali għal PCT huwa vantaġġ selettiv ċar għaliha. Finalment il-Kummissjoni tikkunsidra li l-impriżi kollha li jwettqu investimenti li jistgħu jieħdu bosta snin huma fl-istess sitwazzjoni legali u fattwali bħal PCT u l-konċessjonarji l-oħrajn fil-Greċja, fid-dawl tal-għanijiet tal-Kodiċi Ġenerali dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu. Perress li s-sistema fiskali Griega ma tippermettix differenzjazzjonijiet skont it-tul tal-investimenti tal-impriżi iżda tistabbilixxi din ir-regola ġenerali ta' 5 snin għal kulħadd, PCT ma tistax titqies differenti minn kumpaniji oħrajn fir-rigward ta' din ir-regola. Kif imsemmi fil-punt 107, miżura applikabbli għall-impriżi kollha responsabbli għal proġetti kbar ta' infrastruttura hija selettiva peress li tapplika biss għal kategorija limitata ta' impriżi.

Ġustifikazzjoni skont il-loġika tas-sistema fiskali

(152)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li a) l-“għan imfittex” għal din il-miżura għandu jkun dak imfittex mid-dispożizzjoni li tidderoga, b) din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tapplika l-prinċiplu ġenerali tas-sistema fiskali ta' tqabbil tad-dħul mal-ispejjeż mal-karatteristiċi partikolari tal-konċessjonijiet, c) l-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju għal dawn il-proġetti ma tistax tiġi kkunsidrata bħala tneħħija tar-riskju li jġorr il-konċessjonarju iżda għandha l-għan li tiżgura trattament ugwali u tneħħija tal-“iżvantaġġ strutturali” ta' dawn il-proġetti, d) din id-dispożizzjoni ġiet applikata b'mod konsistenti għall-proġetti kbar ta' infrastruttura pubblika fil-Greċja, e) il-possibbiltà li jiġi riportat it-telf tul il-konċessjoni huwa l-mekkaniżmu xieraq fl-indirizzar tal-karatteristiċi partikolari ta' tali konċessjonijiet u d-differenza oġġettiva bejn il-konċessjonarju u impriżi kummerċjali oħrajn.

(153)

Il-Kummissjoni tinnota li l-għan tas-sistema fiskali jrid ikun stabbilit fil-livell tas-sistema ta' referenza u mhux fil-livell tal-miżura eċċezzjonali (115). Kieku l-miżura nnifisha kienet tikkostitwixxi s-sistema ta' referenza, allura kwalunkwe miżura fiskali taħrab il-klassifikazzjoni ta' għajnuna mill-Istat, tkun kemm tkun eċċezzjonali. L-għan tas-sistema tat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji huwa li jiġġenera d-dħul għall-baġit tal-Istat u jkun ipperikolat kieku kumpaniji speċifiċi jitħallew inaqqsu l-bażi tat-taxxa tagħhom meta jidhrilhom skont l-interessi finanzjarji tagħhom. Barra minn hekk l-ammonti kbar ta' investiment involuti fi proġetti kbar ta' infrastruttura ma jfissrux li l-kumpaniji li jidħlu għalihom huma fi żvantaġġ strutturali li jrid ikun korrett permezz tas-sistema tat-taxxa fuq l-introjtu. Il-kumpaniji li jagħmlu investimenti għandhom telf matul l-ewwel snin tal-kostruzzjoni tal-investiment tagħhom u jista' ma jkollhomx dħul fil-perjodu ta' 5 snin previst mill-GITC. Tali ġustifikazzjoni ma toħroġx fi kwalunkwe każ mill-prinċipji tas-sistema Griega tat-taxxa fuq l-Introjtu. Barra minn hekk il-fatt li dispożizzjoni simili ġiet applikata għal ċerti proġetti kbar ta' infrastruttura fil-Greċja ma jfissirx li l-miżura tista' tkun iġġustifikata għal PCT. Finalment l-allegati karatteristiċi speċifiċi ta' konċessjonijiet kbar ma jistgħux jiġu aċċettati bħala għan validu tar-regoli ġeneralment applikabbli dwar ir-riport tat-telf fiskali, kif spjegat aktar 'il fuq fil-premessi 98 sa 100. B'hekk l-awtoritajiet Griegi u PCT naqsu milli jagħtu prova li fid-dawl tal-prinċipji tas-sistema Griega tat-taxxa fuq l-introjtu id-differenzjazzjoni favur PCT tista' tkun iġġustifikata.

(154)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura selettiva taħt eżami ma tistax tkun iġġustifikata mil-loġika tas-sistema fiskali Griega ta' referenza deskritta hawn fuq.

5.3.4.   Għażla minn fost tliet metodi ta' deprezzament

Sistema ta' referenza

(155)

Il-GITC jipprovdi li għad-deprezzament tal-assi r-regola ġenerali hija l-“metodu tal-linja dritta fissa” ta' deprezzament (116)  (117). Skont l-Artikolu 1(2) tad-Digriet Presidenzjali 299/2003 (118) il-kumpaniji huma obbligati jiddeprezzaw l-assi fiskali tagħhom kull sena bir-rati ta' deprezzament stabbiliti f'dan id-digriet, irrispettivament minn jekk jagħmlux qligħ jew telf matul il-perjodu ta' deprezzament. Għaldaqstant jekk id-deprezzament isir b'rati li huma ogħla minn dawk ipprovduti fid-digriet presidenzjali, ma jiġux ikkunsidrati għall-finijiet tat-taxxa.

(156)

B'mod speċjali fir-rigward ta' kuntratti ta' konċessjoni, ir-riżervi għall-irkupru ta' assi li jiġu rritornati lill-Istat jew lil partijiet terzi (119) wara ċertu perjodu ta' żmien fuq il-bażi ta' kuntratt huma deduċibbli mid-dħul gross (120). Skont id-Deċiżjoni Ministerjali 100/2005 (121), ir-riżervi għall-irkupru tal-assi li jiġu rritornati lill-Istat jew lil partijiet terzi mingħajr kumpens, jiġu ffurmati kull sena u għal daqstant snin daqs kemm iddum għaddejja l-konċessjoni tax-xogħol. Din ir-riżerva titnaqqas mid-dħul gross u ma tiġix iffurmata mill-qligħ tal-kumpanija. Il-kumpanija mhijiex intitolata li tikkalkula d-deprezzamenti fuq il-bażi tad-Digriet Presidenzjali 299/2003, li huwa ġeneralment applikabbli, minħabba din id-dispożizzjoni speċifika, iżda wkoll minħabba l-fatt li x-xogħol magħmul mill-kumpanija għall-użu ma jappartjenix għall-kumpanija iżda għall-Istat jew għall-parti terza. It-tnaqqis inkwistjoni jiġi kkalkulat irrispettivament mill-eżistenza ta' qligħ.

(157)

Finalment l-ispejjeż relatati mat-titjib u s-supplimenti fuq proprjetà immobbli mikrija huma ddeprezzati f'porzjonijiet indaqs tul il-perjodu tal-lokazzjoni, diment li r-rata ta' deprezzament applikabbli ma tkunx aktar baxxa mir-rata stabbilita fid-Digriet Presidenzjali 299/2003 (122).

(158)

B'hekk is-sistema ġenerali ta' referenza rigward din il-miżura tikkonsisti fil-metodu tal-linja dritta fissa li huwa ġeneralment applikabbli, għall-perjodu sħiħ ta' konċessjoni, li huwa l-perjodu ta' żmien determinat għall-kuntratti li taħthom l-assi deprezzati jkunu sejrin jiġu rritornati lill-Istat jew lil parti terza.

(159)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li d-dispożizzjonijiet relatati mad-deprezzament jippermettu l-flessibbiltà tal-għażla bejn metodi ta' deprezzament u rati ta' deprezzament alternattivi, biex jippermettu trattament xieraq ta' ċirkustanzi differenti. F'dak il-prospett, huma jirreferu għall-possibbiltà ta' impriżi industrijali, tal-minjieri, tal-barrieri u impriżi mħallta ta' dan it-tip li jiddeċiedu dwar l-użu tal-metodu tal-linja dritta fissa jew il-metodu tal-bilanċ li jkun qiegħed jonqos. Fil-fehma tagħhom, l-għażla tal-metodu ta' deprezzament, kif ukoll l-għażla tar-rati ta' deprezzament, hija fid-diskrezzjoni tal-kontribwenti. F'konformità ma' dawn iż-żewġ metodi u b'riflessjoni tal-prinċipju tal-flessibbiltà f'dan ir-rigward, huma jirreferu għall-possibbiltà tal-PPPs li jagħżlu bejn il-metodu tal-linja dritta li japplika għall-perjodu sħiħ tal-proġett u l-metodu tal-linja dritta għal 10 snin bl-opzjoni ta' għażla ta' perjodu ta' deprezzament itwal fi żmien xahar mit-tlestija tal-proġett (123). Finalment huma jtennu l-argument mogħti qabel id-deċiżjoni tal-ftuħ, billi jindikaw li l-flessibbiltà ta' din is-sistema tintwera wkoll bil-fatt li kumpaniji oħrajn li jingħataw konċessjonijiet ta' proġetti kbar ta' infrastruttura pubblika fil-Greċja għandhom l-għażla bejn metodi differenti ta' deprezzament.

(160)

Il-Kummissjoni tinnota li l-possibbiltà għall-impriżi industrijali, tal-minjieri, tal-barrieri u impriżi mħallta ta' dan it-tip, li jagħżlu bejn żewġ tipi ta' metodi ta' deprezzament ma tapplikax għal PCT peress li din il-possibbiltà ma kinitx tkopri kuntratti li permezz tagħhom l-assi jiġi rritornat lill-Istat jew lil xi parti terza fi tmiem il-kuntratt.

(161)

Barra minn hekk il-fatt li kumpaniji oħrajn setgħu bbenefikaw minn vantaġġi simili ma jfissirx li dawn il-vantaġġi jistgħu jikkostitwixxu sistema ta' referenza. B'mod partikolari, il-fatt li kumpaniji oħrajn mogħtija konċessjonijiet ta' proġetti kbar ta' infrastruttura pubblika fil-Greċja għandhom l-għażla bejn metodi differenti ta' deprezzament juri biss li l-possibbiltà hija limitata għal kategorija ta' kumpaniji, dawk li jkunu qegħdin iwettqu proġetti kbar ta' infrastruttura pubblika.

(162)

B'hekk il-Kummissjoni tqis li s-sistema ta' referenza għal din il-miżura hija dik iddeterminata hawn fuq fil-premessi 155 sa 156.

Deroga mis-sistema ta' referenza

(163)

L-Artikolu 2§6 tal-Liġi taħt eżami, jipprovdi lil PCT l-għażla bejn 3 metodi differenti ta' deprezzament:

a.

Il-metodu tal-linja dritta fissa matul il-perjodu sħiħ ta' konċessjoni.

b.

Deprezzament tal-ispejjeż ta' kostruzzjoni tax-xogħlijiet fi żmien 10 snin mill-mument li jitlestew ix-xogħlijiet b'ammonti ndaqs kull sena (124). F'każ li PCT tixtieq tiddeprezza dawn l-ispejjeż f'perjodu itwal, tista' tagħmel dan, iżda mbagħad ikollha tinnotifika b'dan lill-awtorità tat-taxxa fi żmien xahar minn tmiem is-sena fiskali li matulha jkun tlesta x-xogħol.

c.

Deprezzament ta' kwalunkwe ammont sa 100 % tal-ispejjeż ta' kostruzzjoni fi żmien 5 snin mill-bidu tal-isfruttament kummerċjali tax-xogħol (125). Għas-snin sussegwenti kollha, tista' tiddeprezza sa 50 % tal-ispejjeż ta' kostruzzjoni mhux deprezzati ta' xogħlijiet lesti irrispettivament minn meta jitlestew. F'każ li PCT tkun tixtieq tuża dan il-metodu, hija trid tiddikjara l-intenzjoni tagħha lill-awtorità tat-taxxa kompetenti fi kwalunkwe ħin fi żmien sitt 6 wara l-bidu tal-konċessjoni.

(164)

PCT ingħatat il-possibbiltà li tagħżel bejn il-metodu ta' deprezzament standard ġeneralment applikabbli tal-linja dritta u żewġ metodi ta' deprezzament oħrajn li huma disponibbli għal ċerti proġetti kbar ta' infrastruttura fil-Greċja. Id-dispożizzjoni tippermetti lil PCT id-dritt tagħżel metodi ta' deprezzament li jistgħu jinvolvu vantaġġ meta mqabbla mas-sistema ġenerali. Jekk pereżempju PCT tagħżel waħda miż-żewġ metodi ta' deprezzament aċċelerati, tkun tista' tnaqqas il-bażi taxxabbli tagħha ferm aktar u fi stadju aktar bikri milli bl-applikazzjoni tal-metodu standard tal-linja dritta. Barra minn hekk, id-diskrezzjoni mogħtija lilha biex tagħżel it-tielet metodu ta' deprezzament fi żmien 6 snin mill-bidu tal-konċessjoni, fil-prattika tfisser li PCT tista' tagħżel il-mod u l-livell sa fejn hija tnaqqas il-bażi taxxabbli tagħha fi stadju aktar tard, meta tkun f'qagħda li tikkalkula d-dħul taxxabbli tagħha b'mod aktar preċiż. B'hekk skont id-dħul tagħha f'dak iż-żmien hija tista' tibbenefika mill-vantaġġ li tbaxxi l-qligħ taxxabbli tagħha u tħallas inqas taxxi milli kieku tħallas kieku kellha tiddeprezza l-assi kollha tagħha skont ir-regoli ġeneralment applikabbli.

(165)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li l-għażla tal-metodu ta' deprezzament ma tistax tikkostitwixxi vantaġġ minħabba li l-benefiċċju tal-allowance tat-taxxa jibqa' l-ispejjeż sħaħ tad-deprezzament u n-numru ta' snin li fuqhom ser ikun mifrux biss ser ikun differenti.

(166)

Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li d-deprezzament sħiħ ta' assi f'perjodu ta' żmien iqsar jew itwal jista' jwassal għal differenzjazzjoni tar-riżultat finanzjarju u s-sitwazzjoni taxxabbli tal-kumpanija f'ċertu perjodu ta' żmien u għaldaqstant iwassal għal benefiċċju. Jekk pereżempju kumpanija tiddeprezza l-valur totali ta' assi fi żmien 10 snin minflok fi żmien 35 sena, allura tkun tista' tnaqqas il-bażi taxxabbli tagħha fi stadju aktar bikri. Il-valur tal-ispejjeż deprezzati li jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-ewwel każ ikun ogħla mill-valur tal-istess spejjeż deprezzati f'perjodu itwal ta' żmien. B'hekk il-Kummissjoni tikkunsidra li tabilħaqq l-allowance tat-taxxa tibqa' l-ispiża sħiħa tad-deprezzament iżda l-mod li bih l-ispiża ta' deprezzament tintuża għall-finijiet tat-taxxa jista' jirriżulta f'vantaġġ addizzjonali għal PCT li kumpaniji oħrajn m'għandhomx.

(167)

L-awtoritajiet Griegi u PCT semmew li l-flessibbiltà inerenti għar-regoli dwar id-deprezzament fil-Greċja għandha tinkludi firxa sħiħa ta' opzjonijiet li tippermetti trattament xieraq ta' ċirkustanzi differenti ta' proġetti ta' infrastruttura pubblika, waqt li tiżgura deprezzament sħiħ tal-ispejjeż tal-assi.

(168)

Madankollu, ir-regola ġeneralment applikabbli tal-metodu tal-linja dritta fissa għall-kuntratti ta' konċessjoni, jiġifieri għal kumpaniji li jinsabu fl-istess sitwazzjoni legali u fattwali, hija prevista b'mod ċar fil-liġi u l-“flessibbiltà” relatata mal-medda ta' rati ta' deprezzament mhijiex ġeneralment applikabbli għall-ispejjeż ta' kuntratti ta' konċessjoni, iżda għal tipi oħrajn ta' spejjeż ta' investiment.

(169)

L-awtoritajiet Griegi jargumentaw ukoll li fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha l-Kummissjoni interpretat ħażin il-flessibbiltà addizzjonali mogħtija lil PCT li mhux neċessarjament u awtomatikament tinvolvi vantaġġ. Il-kalkoli ta' kull metodu ta' deprezzament disponibbli u b'mod partikolari l-medda ta' rati ta' deprezzament f'kull metodu flimkien mas-sett partikolari ta' ċirkustanzi (126) ifissru li fil-prinċipju ma jistax ikun eskluż li eżitu simili jista' joħroġ minn kwalunkwe metodu alternattiv. Barra minn hekk, is-sempliċi fatt li impriża għandha aktar alternattivi minn oħra ma jfissirx awtomatikament li jinħoloq vantaġġ. L-eżistenza ta' vantaġġ kompetittiv jew le tista' biss tiġi stabbilita fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-kundizzjonijiet kompetittivi u l-eżiti differenti li jistgħu jirriżultaw f'ċirkustanzi speċifiċi mill-applikazzjoni tal-metodi ta' deprezzament alternattivi disponibbli għal kull kompetitur.

(170)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunament tagħha fid-deċiżjoni tal-ftuħ (127) f'dan ir-rigward huwa essenzjalment ikkonfermat mill-argumentazzjoni ta' hawn fuq. Peress li kull metodu ta' deprezzament jinvolvi parametri differenti li jeħtieġu li jkunu eżaminati biex jintgħażel l-aktar wieħed vantaġġjuż, minħabba din id-dispożizzjoni, PCT għandha l-libertà li tagħmel il-kalkoli tagħha u tagħżel mid-diversi metodi ta' deprezzament dak li jaqbel l-aktar għall-interessi tagħha. B'mod partikolari l-fatt li sa 6 snin mill-bidu tal-proġett tista' tiddeċiedi li tibdel il-metodu ta' deprezzament applikabbli, il-marġni ta' libertà tagħha huwa akbar minn dak ta' operatur normali (128). Barra minn hekk, peress li PCT tista' tagħżel il-metodu ta' deprezzament li jidhrilha, għall-kuntrarju ta' impriżi oħrajn li jistgħu biss japplikaw ir-regoli normali ta' deprezzament għall-konċessjonijiet, hija żgur tgawdi vantaġġ selettiv meta mqabbla ma' dawn il-kumpaniji. Huwa irrilevanti f'dan ir-rigward li wieħed jeżamina l-kundizzjonijiet kompetittivi u l-eżiti differenti li jistgħu jirriżultaw għad-diversi kompetituri fiċ-ċirkustanzi speċifiċi, peress li dan mhuwiex l-għan li miegħu trid tiġi mqabbla s-sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli ta' PCT.

(171)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Griegi jsostnu l-argument inizjali tagħhom rigward ir-regoli ta' deprezzament applikabbli għal PPA u l-Port ta' Tessalonika (129), iż-żewġ portijiet il-kbar l-oħrajn tal-Greċja, u jinsistu fuq l-opinjoni tagħhom li d-dispożizzjoni inkwistjoni tiżgura li PCT ma tiġix ittrattata agħar minn dawk iż-żewġ operaturi tal-port l-oħrajn.

(172)

Il-Kummissjoni tinnota li fi kwalunkwe każ il-fatt li rati ta' deprezzament speċifiċi setgħu kienu applikabbli dak iż-żmien għal PPA u l-Port ta' Tessalonika ma jfissirx li PCT tista' tkun intitolata li tgawdi trattament speċifiku, jew li dan it-trattament speċifiku kien iġġustifikat. Għalhekk il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dispożizzjoni taħt eżami tinvolvi vantaġġ selettiv għal PCT.

(173)

Dan il-vantaġġ jikkonsisti fil-possibbiltà għal PCT li tagħżel bejn 3 metodi ta' deprezzament u huwa ugwali għad-differenza bejn it-taxxa fuq l-introjtu li PCT ikollha tħallas li kieku ġie applikat il-metodu tal-linja dritta fissa u t-taxxa fuq l-introjtu li eventwalment ħallset bl-applikazzjoni ta' metodu ta' deprezzament differenti.

Ġustifikazzjoni skont il-loġika tas-sistema fiskali

(174)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li a) l-għażla ta' metodi alternattivi ta' deprezzament hija parti mill-iskema ġenerali applikata għall-impriżi kollha fdati bi proġetti ta' infrastruttura pubblika f'kull settur tal-ekonomija, b) m'hemm l-ebda diskriminazzjoni peress li l-konċessjonarji ta' proġetti kbar ta' infrastruttura jinsabu f'sitwazzjoni legali u fattwali differenti minn attivitajiet oħrajn, c) id-dispożizzjoni hija konsistenti mal-għan tagħha u disponibbli għal dawn il-kumpaniji kollha, d) il-kunsiderazzjonijiet li huma rilevanti huma l-għan imfittex, il-mekkaniżmu magħżul u l-prinċipju tal-flessibbiltà fis-sistema ta' deprezzament ġenerali tal-assi, e) fin-nuqqas ta' din id-dispożizzjoni ikun hemm inċertezza legali peress li hemm tipi ta' assi li għalihom m'hemmx rati ta' deprezzament disponibbli, f) l-essenza tad-dispożizzjoni hija li tippermetti flessibbiltà akbar għad-deprezzament tal-assi li mhumiex koperti minn rati standard, minħabba l-partikolaritajiet tal-konċessjonijiet ta' infrastruttura pubblika, g) peress li dan il-mekkaniżmu japplika għall-konċessjonijiet kollha ta' infrastruttura pubblika f'kull settur, huwa konsistenti mal-prinċipju rilevanti tal-flessibbiltà tas-sistema ta' deprezzament, h) dan il-mekkaniżmu huwa xieraq u proporzjonat peress li japplika l-prinċipju tal-flessibbiltà u m'hemm l-ebda alternattiva oħra aktar xierqa li tiżgura tali flessibbiltà fid-deprezzament minħabba li ċ-ċirkustanzi li tiffaċċja kull impriża fiż-żmien li tagħżel il-metodu ta' deprezzament tagħha ma jistgħux ikunu magħrufa minn qabel, i) PCT ma għandha l-ebda diskrezzjoni speċjali ħlief dik iġġustifikata skont il-prinċipju ġenerali tal-flessibbiltà.

(175)

L-ewwel nett il-Kummissjoni tfakkar li, skont il-każistika standard, l-Istat Membru għandu jagħti ġustifikazzjoni għal miżuri selettivi (130). L-argument mogħti mill-awtoritajiet Griegi u l-benefiċjarja ma jistabbilixxix kif miżura li tippermetti diskrezzjoni lill-benefiċjarja tista' titqies iġġustifikata skont il-loġika tas-sistema tat-taxxa. B'hekk hija ssostni l-konklużjonijiet preliminari tagħha fid-deċiżjoni tal-ftuħ li din il-miżura ma tistax tkun iġġustifikata min-natura u l-iskema ġenerali tas-sistema.

(176)

Barra minn hekk hija tinnota li l-flessibbiltà li tippermetti diskrezzjoni sħiħa lill-benefiċjarja biex tiddeprezza l-assi tagħha, ma tistax titqies bħala prinċipju sottostanti għas-sistema fiskali li tista' tiġġustifika l-miżura. Essenzjalment dan iwassal biex ikun ikkunsidrat li l-miżura nnifisha hija s-sistema ġenerali u l-mekkaniżmi tagħha jkunu l-għan li għalih il-miżura tista' tiġi ġġustifikata. Kieku dan ir-raġunament kien applikabbli allura kwalunkwe miżura fiskali diskrezzjonali tista' taħrab mill-klassifikazzjoni ta' għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk l-argumentazzjoni kollha mressqa rigward il-fatt li regoli simili japplikaw għal kuntratti oħrajn ta' konċessjoni ta' infrastruttura pubblika fil-Greċja ma tistax titqies li tiġġustifika l-miżura (131). Għaldaqstant din il-miżura tikkostitwixxi vantaġġ selettiv li ma jistax ikun iġġustifikat mil-loġika jew l-iskema ġenerali tas-sistema.

5.3.5.   Eżenzjoni mit-taxxi tal-boll fuq il-ftehimiet ta' self u ftehim anċillari għall-finanzjament tal-proġett ta' investiment (l-Artikolu 2§8)

Sistema ta' referenza

(177)

Skont il-leġiżlazzjoni ġeneralment applikabbli, it-taxxi tal-boll jiġu imposti fuq il-forma miktuba ta' diversi atti tal-liġi ċivili u kummerċjali, għaldaqstant din tinkludi ftehimiet ta' self, kreditu u ftehimiet anċillari. Skont id-digriet presidenzjali dwar it-taxxi tal-boll (132), it-taxxi tal-boll jinġabru b'konnessjoni ma' dokument speċifiku li jistabbilixxi tranżazzjoni bil-miktub. It-taxxa tal-boll hija relatata mal-att innifsu; għaldaqstant hija r-responsabbiltà tal-partijiet li jiftiehmu liema parti għandha tħallasha. Madankollu, fil-prattika dan ifisser li għal ftehimiet ta' self, kreditu u ftehimiet anċillari, min jissellef huwa l-aktar responsabbli li jħallas it-taxxi tal-boll relatati, peress li l-kreditur għandu s-setgħa li jimponi tali pagament. L-introduzzjoni tal-VAT bħala taxxa ġenerali fuq in-nefqa bil-Liġi 1642/1986 fl-ordni legali Griega kellha bħala konsegwenza s-sostituzzjoni ta' diversi taxxi tal-boll u taxxi fuq l-introjtu tan-negozju mill-VAT (133).

(178)

Skont l-Artikolu 16 tal-Liġi 1676/1986 u l-Artikolu 36 tal-Liġi 3220/2004 huma eżenti mit-taxxi tal-boll il-ftehimiet ta' self u ta' kreditu, kif ukoll il-ftehimiet anċillari tagħhom li huma pprovduti minn banek Griegi u barranin fil-Greċja jew li għandhom xi konnessjoni mal-Greċja, jiġifieri huma konklużi u/jew eżegwiti fil-Greċja, joħolqu obbligi eżegwibbli fil-Greċja, jinvolvu kollaterali fil-Greċja (il-prinċipju tat-territorjalità) (134). B'hekk skont il-kodiċi eżistenti dwar it-taxxa tal-boll, is-self li jingħata mill-impriżi li mhumiex banek huwa soġġett għat-taxxa tal-boll (135) diment li ma jkollhomx konnessjoni mal-Greċja jew jinħarġu bħala self obbligazzjonarju. Self trasferit bejn impriżi apparti l-banek huwa wkoll soġġett għat-taxxa tal-boll (136), jekk is-self prinċipali kien inizjalment soġġett għat-taxxa tal-boll.

(179)

Il-Kummissjoni tinnota li l-liġi dwar it-taxxa tal-boll tinkludi diversi eżenzjonijiet b'mod partikolari wara l-introduzzjoni tas-sistema tal-VAT u/jew is-sostituzzjoni tat-taxxa tal-boll b'imposti jew taxxi oħrajn. Madankollu, il-qafas applikabbli ġenerali għal din il-miżura jibqa' s-sistema Griega tat-taxxa tal-boll, kif kienet fiż-żmien meta d-dispożizzjoni taħt eżami ġiet adottata. L-eżistenza ta' eżenzjonijiet għal din is-sistema ma tfissirx li s-sistema tat-taxxa tal-boll ma teżistix, iżda li kull eżenzjoni (137) trid tiġi vvalutata fuq il-merti tagħha.

Deroga mis-sistema ta' referenza

(180)

Peress li skont il-qafas ġeneralment applikabbli, il-ftehimiet ta' self, kreditu u ftehimiet anċillari ma' kumpaniji minbarra banek li jkunu kuntrattati u eżegwiti fil-Greċja jew għandhom xi konnessjoni mal-Greċja (138) huma soġġetti għat-taxxa tal-boll, PCT normalment ikollha tħallas taxxi tal-boll għal dan it-tip ta' atti. Madankollu, fuq il-bażi ta' din id-dispożizzjoni taħt eżami, lil PCT tnaqqsulha t-taxxi tal-boll li normalment ikollha tħallas għal dan it-tip ta' atti. Lil PCT tnaqqsulha t-taxxi tal-boll li normalment ikollha tħallas għal self ma' kwalunkwe tip ta' kumpanija minbarra banek, u b'mod partikolari mill-kumpanija prinċipali tagħha Cosco (139).

(181)

B'dan il-mod, PCT tgawdi vantaġġ selettiv meta mqabbla ma' impriżi oħrajn f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli. Dan il-vantaġġ huwa ugwali għat-taxxa tal-boll li PCT normalment ikollha tħallas taħt ir-regoli ġeneralment applikabbli.

(182)

L-awtoritajiet Griegi u PCT ma għandhomx dubju li dawn it-tranżazzjonijiet ta' self huma eżenti mill-pagament tat-taxxa tal-boll li normalment hija dovuta. Madankollu, huma jargumentaw li din l-eżenzjoni tipprovdi lil PCT b'aktar flessibbiltà rigward il-finanzjament meħtieġ għat-twettiq tal-obbligi tal-konċessjoni tagħha mingħajr ebda spiża addizzjonali, f'każ li din il-flessibbiltà titqies meħtieġa f'ċirkustanzi eċċezzjonali. Huma jirreferu wkoll għall-fatt li PPA bbenefikat ukoll minn din l-eżenzjoni fil-kuntest tal-konċessjoni tagħha biex timmaniġġja l-port ta' Piraeus. B'hekk din il-miżura għandha titqies bħala parti minn miżura ġenerali inerenti fis-sistema fiskali Griega, li għandha l-għan li tiffaċilita l-finanzjament ta' proġetti kbar ta' infrastruttura.

(183)

Madankollu, kif diġà ddikjarat aktar 'il fuq għall-miżuri l-oħrajn, il-faċilitazzjoni tal-finanzjament ta' infrastruttura kbira tikkostitwixxi element li għandu jiġi kkunsidrat fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà possibbli ta' għajnuna mill-Istat u mhux tal-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat.

(184)

Barra minn hekk l-awtoritajiet Griegi u l-benefiċjarja jargumentaw li ż-żewġ selfiet subordinati ta' EUR […] miljun u EUR 54,8 miljun li Cosco tat lil PCT sabiex tibda l-investimenti tagħha fil-port ta' Piraeus ma kinux soġġetti għat-taxxa tal-boll skont ir-regoli ġeneralment applikabbli, billi (a) ġew eżegwiti barra l-Greċja, (b) tħallsu f'kont tal-bank ta' PCT miftuħ ma' bank barra l-Greċja, (c) tħallsu lura minn PCT permezz ta' trasferiment ta' flus mill-kont bankarju tagħha barra l-Greċja. Għal dan huma pprovdew rapport tal-awditu tat-taxxa regolari tas-sena fiskali ta' PCT li jikkonferma din l-eżenzjoni.

(185)

Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li l-fatt li PCT ma ħallsitx taxxa tal-boll fit-tranżazzjonijiet imsemmija hawn fuq mhuwiex prova li skont ir-regoli ġeneralment applikabbli ma tħallasx lanqas. Ir-rapport tal-awditu tat-taxxa pprovdut jagħmel referenza speċifika għad-dispożizzjoni eżaminata. Barra minn hekk it-tranżazzjonijiet inkwistjoni huma perfettament identiċi għal tranżazzjoni simili li fuqha l-Qorti Amministrattiva tal-Appelli f'Ateni kkunsidrat (140) li l-prinċipju tat-territorjalità tal-kodiċi dwar it-taxxa tal-boll (141) inkiser. B'mod partikolari f'dak il-każ il-ftehim ta' self sar bejn kumpanija bbażata fil-Greċja bħala l-mutwatarja u kumpanija barranija bbażata barra l-Greċja bħala l-mutwanti. Is-self ġie ffirmat barra l-Greċja. Il-mutwanti ddepożita l-ammont tas-self f'kont bankarju tal-mutwatarja barra l-Greċja, u wara d-depożitu l-bank barrani kien obbligat jittrasferixxi l-ammont tas-self fil-kont bankarju tal-mutwatarju fil-Greċja fl-istess jum. Il-Qorti Amministrattiva tal-Appelli kkunsidrat li dan is-self kellu l-istess riżultati legali daqs li kieku ġie ffirmat fil-Greċja u daqslikieku l-ammont tas-self ġie trasferit direttament fil-Greċja mingħajr l-intermedjazzjoni tal-bank barrani u għaldaqstant kien soġġett għat-taxxa tal-boll.

(186)

L-istess xenarju tal-każ japplika wkoll għas-selfiet li Cosco tat lil PCT. B'mod partikolari, il-ftehim tas-self kien iffirmat barra l-Greċja, l-ammonti tas-self ġew iddepożitati fil-kont ta' PCT fl-HSBC tal-Lussemburgu fil-21 ta' April 2009 u fit-22 ta' April 2009 ġew trasferiti fil-kont ta' PCT fl-HSBC ta' Piraeus. Skont is-sottomissjonijiet tal-awtoritajiet Griegi PCT użat EUR 50 miljun flimkien mal-VAT bħala ittra ta' garanzija li PCT kellha tipprovdi lil PPA għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim tas-self (142). B'hekk iċ-ċirkustanzi fattwali tal-ftehim tas-self involut fil-każ ta' hawn fuq, huma ekwivalenti għal dawk tal-ftehimiet ta' self bejn Cosco u PCT. B'mod partikolari għalkemm is-self kien iffirmat barra l-Greċja u ddepożitat f'kont bankarju barra l-Greċja, wara ġie trasferit fil-kont ta' PCT fil-Greċja biex tużah għall-iskopijiet tal-ftehim ta' konċessjoni fil-Greċja. B'hekk, skont il-prinċipju tat-territorjalità stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Kodiċi dwar it-Taxxa tal-Boll kif interpretat mill-Qrati Griegi, il-ftehimiet tas-self inkwistjoni kellhom ikunu soġġetti għall-ħlas tat-taxxa tal-boll skont ir-regoli ġeneralment applikabbli. B'hekk il-Kummissjoni tikkunsidra li PCT diġà bbenefikat minn vantaġġ finanzjarju konkret minħabba din id-dispożizzjoni li ma tikkostitwixxix l-applikazzjoni tar-regoli ġeneralment applikabbli iżda deroga għalihom.

(187)

L-awtoritajiet Griegi u l-benefiċjarju jargumentaw li din id-deċiżjoni tal-Qorti ma tapplikax fil-każ ta' PCT peress li ċ-ċirkustanzi fattwali ta' dan il-każ huma differenti minn dawk tal-ftehimiet tas-self ta' PCT. Huma jargumentaw li PCT setgħet użat dawn l-ammonti ta' self barra l-Greċja għall-iskopijiet tagħha. Barra minn hekk huma jargumentaw li din id-deċiżjoni ġiet appellata quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema Griega u l-amministrazzjoni Griega tapplika ċirkolari interpretattiva (143) fejn jingħad li tranżazzjoni bħal din ma tkunx soġġetta għat-taxxa tal-boll. Din iċ-ċirkolari għandha validità ġenerali u hija vinkolanti għall-Amministrazzjoni Pubblika. B'hekk in-nuqqas ta' ħlas ta' taxxi tal-boll f'dawn iż-żewġ tranżazzjonijiet ma jikkostitwixxix devjazzjoni mir-regoli ġeneralment applikabbli.

(188)

Il-Kummissjoni tinnota li ċirkolari interpretattiva dwar l-applikazzjoni tal-kodiċi dwar it-taxxa tal-boll ma tistax titqies li għandha validità akbar mid-deċiżjonijiet tal-Qorti. Il-fatt li d-deċiżjoni tal-Qorti Amministrattiva tal-Appelli ta' Ateni ġiet appellata ma jfissirx lanqas li din id-deċiżjoni ma tapplikax. Barra minn hekk l-interpretazzjoni tal-prinċipju tat-territorjalità kif deskritta hawn fuq (144) mill-qrati Griegi hija fl-istess linja tal-imsemmija deċiżjoni. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-fatti rilevanti għall-ftehimiet ta' self ta' PCT huma l-istess u għaldaqstant jista' jkun konkluż li skont ir-regoli normalment applikabbli kif interpretati mill-qrati Griegi, PCT ikollha tħallas it-taxxa tal-boll rilevanti. Minħabba din l-interpretazzjoni d-dispożizzjoni taħt eżami tagħti b'mod ċar vantaġġ selettiv lil PCT.

Ġustifikazzjoni skont il-loġika tas-sistema fiskali

(189)

L-awtoritajiet Griegi jargumentaw li din l-eżenzjoni hija konsistenti mal-iskema ġenerali tat-tneħħija gradwali tat-taxxa tal-boll fejn il-leġiżlatur jiddeċiedi li l-eżenzjoni mit-taxxa tal-boll hija mekkaniżmu xieraq biex jiġi żgurat li sitwazzjonijiet oġġettivament differenti jiġu ttrattati b'mod differenti għall-finijiet tat-taxxa. F'dan is-sens, l-eżenzjoni tapplika għall-impriżi kollha li jimplimentaw proġetti ta' infrastruttura pubblika. Bħala mekkaniżmu li jindirizza l-karatteristiċi partikolari tagħhom huwa wkoll proporzjonat peress li ma jirriskjax li jikkomprometti d-dħul mit-taxxa tal-boll, billi bosta tipi oħrajn ta' tranżazzjonijiet alternattivi, li huma wkoll eżenti mit-taxxa tal-boll, jistgħu fi kwalunkwe każ jintużaw minn impriżi bħal dawn.

(190)

Il-Kummissjoni tinnota li t-tneħħija gradwali tat-taxxa tal-boll ma tistax tapplika bħala prinċipju tas-sistema tat-taxxa tal-boll li jiġġustifika din il-miżura, peress li tali tneħħija gradwali tista' tiġi prevista biss fir-rigward tal-ftehimiet ta' self kollha u mhux dawk ta' PCT biss. Rigward il-karatteristiċi partikolari ta' proġetti ta' infrastruttura pubblika, il-Kummissjoni tirreferi għall-analiżi tagħha fil-premessi 98 sa 100 ta' din id-deċiżjoni. B'hekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-awtoritajiet Griegi u PCT naqsu milli juru li din il-miżura selettiva hija ġġustifikata bil-loġika tas-sistema tat-taxxa.

5.3.6.   L-eżenzjoni mit-taxxi tal-boll fuq il-kuntratti bejn il-kredituri tal-ftehimiet tas-self li taħthom jiġu trasferiti l-obbligi u d-drittijiet li jirriżultaw minnhom (l-Artikolu 2§9)

(191)

Skont il-kodiċi eżistenti dwar it-taxxa tal-boll, is-self trasferit bejn impriżi li mhumiex banek huwa soġġett għat-taxxa tal-boll (145), jekk is-self prinċipali kien inizjalment soġġett għat-taxxa tal-boll.

(192)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dispożizzjoni tal-Artikolu 2.9 ta' hawn fuq tinvolvi vantaġġ dirett favur il-kredituri ta' PCT, li fosthom hemm il-kumpanija ewlenija tagħha Cosco. Dan il-vantaġġ huwa ugwali għall-ammont ta' taxxa tal-boll li l-kredituri ta' PCT normalment ikollhom iħallsu, taħt ir-regoli ġeneralment applikabbli, f'każ ta' trasferiment ta' self relatat mal-ftehim ta' konċessjoni kuntrattat ma' PCT. Din id-dispożizzjoni tinvolvi wkoll vantaġġ indirett favur PCT sal-punt li jagħmilha aktar faċli għal PCT li tieħu self.

(193)

Skont l-awtoritajiet Griegi, Cosco tat żewġ selfiet lil PCT fl-2009 li skont l-awtoritajiet Griegi u PCT tħallsu fl-2011. Minħabba d-dispożizzjoni taħt eżami, Cosco li hija l-kumpanija prinċipali ta' PCT tista' tibbenefika minn eżenzjoni mit-taxxa tal-boll kieku kellha titrasferixxi dan is-self lil impriżi oħrajn. Skont l-awtoritajiet Griegi u PCT dan is-self diġà tħallas minn PCT. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni m'għandha l-ebda raġuni biex temmen li dan it-trasferiment seħħ. Madankollu din id-dispożizzjoni tista' tinvolvi vantaġġ selettiv għal Cosco jew għal kredituri oħrajn ta' PCT.

(194)

L-argumentazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Griegi u PCT rigward l-eżenzjoni mit-taxxa tal-boll hija l-istess bħall-eżenzjoni mit-taxxa tal-boll għal self lil PCT. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-raġunament tagħha żviluppat taħt dik l-eżenzjoni huwa validu wkoll għal din il-miżura. B'hekk din il-miżura hija selettiva u ma tistax titqies iġġustifikata min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema.

5.3.7.   L-eżenzjoni mit-taxxi tal-boll għal kwalunkwe kumpens imħallas minn PPA lil PCT taħt il-ftehim ta' konċessjoni, li huwa barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi dwar il-VAT (l-Artikolu 2§10)

Sistema ta' referenza

(195)

Rigward din il-miżura, is-sistema ta' referenza hija l-iskema tat-taxxa tal-boll applikabbli għal atti tal-liġi ċivili jew kummerċjali fil-Greċja. Ir-regoli li jirregolaw din l-iskema huma diġà msemmijin fil-premessi 177 u 179 ta' din id-deċiżjoni. Skont ir-regoli dwar it-taxxa tal-boll, it-taxxi tal-boll huma imposti b'rabta mad-dokumenti legali li huma marbuta magħhom u mhux il-persuni taxxabbli speċifiċi li jiffirmaw dawn id-dokumenti. Skont iċ-Ċirkolari Ministerjali 44/1987 (146) li tinterpreta d-dispożizzjonijiet dwar it-taxxa tal-boll wara l-bidliet introdotti bl-iskema tal-VAT, il-kuntratti, l-atti legali jew it-tranżazzjonijiet soġġetti għall-VAT mhumiex soġġetti għat-taxxa tal-boll.

(196)

Barra minn hekk skont il-liġi ġeneralment applikabbli kif interpretata u infurzata mill-awtoritajiet kompetenti Griegi tat-taxxa, il-ħlas ta' kumpens ma jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-VAT u għaldaqstant huwa soġġett għat-taxxa tal-boll (147).

(197)

Skont l-istess ċirkolari, l-attivazzjoni ta' ftehim anċillari (kollateral, garanzija, self ipotekarju, klawżola penali u kull tip ieħor ta' sigurtà) relatat ma' kuntratt li huwa soġġett għall-VAT u b'hekk eżenti mit-taxxa tal-boll, mhuwiex soġġett għat-taxxa tal-boll proporzjonata. Madankollu, meta l-kuntratt ewlieni jkun soġġett għall-VAT jew ikun soġġett għal taxxa fissa (u mhux proporzjonata) l-attivazzjoni ta' ftehim anċillari għal dan il-kuntratt hija soġġetta għal taxxa tal-boll fissa.

(198)

Finalment il-ħlas ta' tipi oħrajn ta' kumpens, bħal pereżempju għal danni jew ksur internazzjonali ta' kuntratt, huwa soġġett għat-taxxa tal-boll.

(199)

L-awtoritajiet Griegi indikaw li skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Grieg dwar it-Taxxa tal-Boll, il-kumpens imħallas fil-Greċja minħabba danni huwa soġġett għal taxxa tal-boll b'rata ta' 3,6 %. Il-ħlas ta' kumpens skont klawżola ta' indennizz inkluża f'kuntratt huwa soġġett għat-taxxa tal-boll b'rata ta' 2,4 %.

Deroga mis-sistema ta' referenza

(200)

L-Artikolu 2§10 tal-liġi ta' ratifika kien jipprovdi li kwalunkwe tip ta' kumpens li PPA ikollha tħallas lil PCT skont il-ftehim ta' konċessjoni li huwa barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi dwar il-VAT, huwa eżenti mit-taxxa tal-boll.

(201)

Minħabba li skont il-qafas ġeneralment applikabbli t-taxxa tal-boll hija imposta fuq id-dokumenti legali u mhux speċifikament fuq il-partijiet tat-tranżazzjoni u minħabba li PPA kienet eżentata mit-taxxa tal-boll bil-liġi (148) meta ġiet adottata l-liġi ta' ratifika, kull darba li pagament ta' kumpens f'isem PPA b'rabta mal-kuntratt ta' konċessjoni jkun barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi dwar il-VAT u jkun soġġett għat-taxxa tal-boll, PCT tkun obbligata tħallsu taħt ir-regoli ġeneralment applikabbli. B'mod partikolari minħabba din id-dispożizzjoni, PCT tkun eżentata mill-pagament ta' taxxa tal-boll fissa fil-każ tal-attivazzjoni ta' klawsola penali tal-kuntratt ta' konċessjoni, kif ukoll f'każ li PPA tħallas kumpens minħabba danni relatati mal-kuntratt ta' konċessjoni jew ksur tal-kuntratt ta' konċessjoni. Barra minn hekk kif jindikaw l-awtoritajiet Griegi u l-benefiċjarju, peress li PPA kienet eżentata dak iż-żmien mill-pagament tat-taxxa tal-boll fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li jirrigwardaw l-implimentazzjoni ta' xogħlijiet f'isimha minn partijiet terzi, minħabba din id-dispożizzjoni, tkun eżentata wkoll mill-pagament ta' taxxa tal-boll li jirriżultaw mill-arranġamenti tagħha ma' PPA soġġetti għat-taxxa tal-boll. B'hekk l-eżenzjoni inkwistjoni għandha l-effett li teżenta lil PCT mill-obbligu li tħallas taxxi tal-boll f'każijiet bħal dawn, u għalhekk b'mod ċar tfisser vantaġġ selettiv għal PCT.

(202)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li meta l-pagament tal-kumpens ikollu rabta kawżali ma' kuntratt li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema tal-VAT skont klawżola ta' indennizz (“klawżola penali”) li tkun inkluża fih, dan ikun eżenti mit-taxxa tal-boll. Dan għaliex tali klawżola ta' indennizz hija kkunsidrata bħala ftehim anċillari eżentat mit-taxxa tal-boll meta l-ftehim prinċipali jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-VAT. Peress li l-kuntratt ta' konċessjoni huwa soġġett għall-VAT kwalunkwe pagament taħt klawżola penali pprovduta fil-kuntratt ta' konċessjoni huwa eżenti mit-taxxa tal-boll skont ir-regoli ġeneralment applikabbli.

(203)

Il-Kummissjoni tinnota li tabilħaqq skont il-qafas ġeneralment applikabbli l-ebda taxxa tal-boll proporzjonata mhija imposta fuq l-attivazzjoni ta' klawżola penali ta' kuntratt soġġett għall-VAT. Madankollu f'dawn il-każijiet taxxa tal-boll fissa hija imposta skont l-istess ċirkolari invokata mill-awtoritajiet Griegi. Għaldaqstant f'każ li PPA jkollha tħallas kumpens minħabba l-attivazzjoni ta' klawżola penali tal-kuntratt ta' konċessjoni, minħabba d-dispożizzjoni taħt eżami, PCT ma jkollhiex tħallas it-taxxa tal-boll fissa li tkun applikabbli. Għaldaqstant din id-dispożizzjoni kienet tinvolvi vantaġġ selettiv favur PCT.

(204)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jindikaw ukoll li l-pagament ta' tipi oħrajn ta' kumpens, jiġifieri għal danni jew ksur internazzjonali ta' kuntratt, huwa soġġett għat-taxxa tal-boll. F'dan is-sens, l-Artikolu 2§10 jintroduċi eżenzjoni rigward dawn it-tipi oħrajn ta' kumpens. Madankollu fil-fehma tagħhom din l-eżenzjoni hija parti mill-iskema ġenerali li għandha l-għan li tindirizza b'mod oġġettiv il-karatteristiċi/partikolaritajiet differenti tal-konċessjonijiet ta' infrastruttura pubblika. B'hekk ma tinħoloq l-ebda differenzjazzjoni ġenwina u selettività f'dan ir-rigward.

(205)

Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Griegi u PCT jikkonfermaw is-sejba tagħha li f'każijiet fejn PPA tħallas kumpens lil PCT minħabba danni relatati mal-kuntratt ta' konċessjoni u/jew kwalunkwe ksur tiegħu, minħabba d-dispożizzjoni taħt eżami PCT, ma tħallasx it-taxxa tal-boll li normalment ikollha tħallas. B'hekk, din id-dispożizzjoni tipprovdi lil PCT vantaġġ li huwa ugwali għat-taxxa tal-boll li jkollha tħallas f'tali ċirkustanzi u li minnha hija eżentata. Rigward l-argumentazzjoni dwar l-iskema ġenerali speċifika għall-proġetti ta' infrastruttura pubblika, il-Kummissjoni tirreferi għall-analiżi tagħha fil-premessi 92 sa 97 u 107 ta' hawn fuq. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tikkunsidra li miżura applikabbli għall-kumpaniji inkarigati mill-proġetti ta' infrastruttura pubblika tapplika biss għal kategorija ta' impriżi u għalhekk hija selettiva.

Ġustifikazzjoni skont il-loġika tas-sistema fiskali

(206)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li din l-eżenzjoni hija konsistenti mal-iskema ġenerali tat-tneħħija gradwali tat-taxxa tal-boll u mal-prinċipju tal-ugwaljanza, peress li tirrappreżenta l-mekkaniżmu għall-iżgurar li l-karatteristiċi partikolari tal-proġetti ta' infrastruttura pubblika jkunu ttrattati kif xieraq għall-finijiet ta' taxxa. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta li dawn l-“għanijiet” jiġġustifikaw il-miżura inkwistjoni u tirreferi għal kull analiżi fil-premessi 189 sa 190 hawn fuq fir-rigward tal-eżenzjoni tat-taxxa tal-boll tas-self ta' PCT.

(207)

Barra minn hekk l-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li din l-eżenzjoni hija konsistenti mal-prinċipju tal-ugwaljanza. B'mod partikolari fin-nuqqas tagħha u minħabba li PPA kienet eżentata fi żmien l-adozzjoni tal-liġi ta' ratifika, mill-ħlas tat-taxxa tal-boll fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li jirrigwardaw l-implimentazzjoni ta' xogħlijiet f'isimha minn persuni oħrajn, PCT tkun obbligata tħallas taxxa tal-boll kull meta din tinħoloq mill-arranġamenti tagħha ma' PPA.

(208)

Madankollu, kif diġà nnotat fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha (149) il-fatt li PPA tista' tkun eżentata minn taxxi tal-boll ma jfissirx li tali eżenzjoni favur PCT hija ġġustifikata min-natura tas-sistema fiskali.

(209)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Liġi 4152/2013 neħħiet din id-dispożizzjoni. B'hekk il-vantaġġ selettiv favur PCT jirreferi biss għall-passat.

5.3.8.   Wara l-applikazzjoni ta' PCT, il-protezzjoni pprovduta fid-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953 għall-investiment tal-kuntratt ta' konċessjoni (l-Artikolu 3)

Deskrizzjoni tad-digriet leġiżlattiv u l-miżuri li jista' jinvolvi

a.   Il-proċedura

(210)

Id-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953 jippermetti lill-amministrazzjoni Griega tagħti skema favorevoli speċifika lil kwalunkwe kumpanija li timporta kapital barrani sabiex tagħmel “investimenti produttivi”. Biex il-kumpanija tibbenefika minn din l-iskema, ikollha tapplika mal-Ministeru tal-Ekonomija Nazzjonali. Wara l-applikazzjoni tal-kumpanija, kumitat speċifiku joħroġ opinjoni wara li jivvaluta:

jekk l-investiment huwiex “produttiv”, jiġifieri jekk għandux l-għan li jiżviluppa l-produzzjoni nazzjonali jew jekk jikkontribwixxix għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż;

jekk jirrigwardax kapital barrani, inkluż kwalunkwe tip ta' kapital, jiġifieri muniti barranin, makkinarju u materjali, invenzjonijiet, metodi tekniċi, kif ukoll marki kummerċjali;

l-“utilità” tal-importazzjoni ta' kapital barrani; dwar dan il-punt speċifiku d-digriet ma jinkludix xi definizzjoni jew kriterju li jrid ikun issodisfat, u għalhekk jipprovdi diskrezzjoni lill-amministrazzjoni nazzjonali.

(211)

Wara din l-opinjoni l-Ministru responsabbli, skont l-importanza tal-investiment, jipproponi digriet presidenzjali irrevokabbli jew jadotta deċiżjoni ministerjali li tapprova l-importazzjoni ta' kapital barrani taħt kundizzjonijiet speċifiċi deċiżi fiha u jagħti skema favorevoli irrevokabbli (150).

b.   Il-privileġġi li jistgħu jingħataw

(212)

Id-digriet presidenzjali/id-deċiżjoni ministerjali li jistgħu jkunu adottati għal kumpanija speċifika jagħtu l-“faċilitajiet” fiskali li ġejjin (151):

friża fuq ir-rata tat-taxxa applikata fuq il-qligħ għal perjodu li ma jaqbiżx l-10 snin jew applikazzjoni ta' rata ta' taxxa aktar baxxa (152);

tnaqqis jew eżenzjoni minn dazji doganali jew bidliet fuq l-importazzjonijiet ta' makkinarju eċċ., għal perjodu li ma jaqbiżx l-10 snin;

rata ta' taxxa aktar baxxa jew eżenzjoni minn kwalunkwe taxxa imposta mill-awtoritajiet lokali jew awtoritajiet portwarji għal perjodu li ma jaqbiżx l-10 snin;

tnaqqis jew eżenzjoni minn kwalunkwe imposta jew royalty ta' kwalunkwe tip b'rabta mar-reġistrazzjoni ta' selfiet ipotekarji jew mal-ħolqien ta' rahan bħala sigurtà għall-kapital importat jew għall-konklużjoni ta' kwalunkwe kuntratt relatat miegħu;

projbizzjoni ta' restrizzjonijiet jew taxxi tal-esportazzjoni;

projbizzjoni tal-impożizzjoni retroattiva ta' taxxi;

eżenzjoni minn espropjazzjoni furzata favur l-Istat ta' assi tal-kumpanija benefiċjarja;

projbizzjoni tar-rekwiżizzjoni ta' assi tal-impriżi protetti;

reklutaġġ ta' ċittadini barranin bħala persunal tekniku u amministrattiv u permess għall-esportazzjoni tal-ammont tar-remunerazzjoni tagħhom f'muniti barranin;

permess għar-ripatrijazzjoni ta' self jew kapital azzjonarju (sa 10 % tal-kapital annwali importat); esportazzjoni kumulattiva ta' qligħ (sa 12 % mingħajr taxxa, tal-kapital annwali importat u ripatrijat); l-esportazzjoni tal-imgħaxijiet (sa 10 % fis-sena) (153).

(213)

Skont id-digriet leġiżlattiv, l-assi ta' kumpaniji li jinħolqu jew jiżdiedu b'mod sinifikanti (154) b'kapital barrani taħt dan id-digriet huma eżenti minn kwalunkwe esproprjazzjoni furzata favur l-Istat, kif ukoll minn kwalunkwe rekwiżizzjoni tal-assi tagħhom (155). Finalment, hemm dispożizzjoni speċifika li tistabbilixxi l-prinċipju ta' ebda impożizzjoni retroattiva ta' taxxi għall-kumpaniji kollha koperti mid-digriet leġiżlattiv (156).

Sistema ta' referenza

(214)

Peress li l-protezzjoni pprovduta taħt id-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953 tista' tvarja skont il-miżuri li huma deċiżi kull darba fir-rigward ta' kull impriża speċifika li taqa' taħt din il-“protezzjoni”, u l-eżenzjonijiet li jistgħu jingħataw lil PCT minħabba dan id-digriet ġew iddeterminati f'dan id-digriet b'mod indikattiv, is-sistema ġenerali ta' referenza tista' tinkludi l-miżuri fiskali differenti li l-benefiċjarja tgawdi minnhom ladarba l-amministrazzjoni tadotta l-iskema speċifika li sejra titlob PCT.

(215)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li billi dan id-digriet ġie stabbilit bħala liġi ta' validità superjuri marbuta miegħu mill-Kostituzzjoni, ma jistax jitqies bħala miżura “speċjali” li tista' titqabbel mal-qafas leġiżlattiv “ġenerali”. Meta dan id-digriet ġie adottat u mogħti l-validità leġiżlattiva superjuri tiegħu, il-parti l-kbira tal-qafas leġiżlattiv nazzjonali li l-Kummissjoni tuża bħala “sistema ta' referenza” lanqas biss kienet teżisti. B'hekk is-“sistema ta' referenza” li teħtieġ li tiġi kkunsidrata f'dan ir-rigward hija l-Kostituzzjoni Griega u d-Digriet Leġiżlattiv 2687/1953 innifsu bħala miżura ġenerali. Barra minn hekk il-Kummissjoni kienet diġà konxja mill-eżistenza tiegħu sa mis-sħubija tal-Greċja.

(216)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw ukoll li l-iskema protettiva speċjali għall-investimenti barranin hija miżura ġenerali li tapplika għall-investimenti barranin kollha li jissodisfaw kriterji oġġettivi għall-applikazzjoni tagħha. Huma jargumentaw ukoll li r-raġuni għad-digriet kienet il-ħtieġa li (a) jiġi rikonoxxut li l-investimenti barranin fiċ-ċirkustanzi li japplikaw għall-Greċja kienu jiffaċċjaw riskji u sfidi partikolari u għaldaqstant kienu jeħtieġu trattament partikolari, sabiex jintlaħaq l-għan li jinġiebu dawn l-investimenti u (b) jiġi pprovdut trattament xieraq f'dan ir-rigward.

(217)

Barra minn hekk l-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li t-tweġiba tal-Kummissarju Tajani (157) rigward dan id-digriet kienet teskludi biss il-miżuri l-ġodda fil-qasam tat-tariffi doganali u mhux miżuri ta' għajnuna mill-Istat. Fil-fehma tagħhom, huwa ċar li l-applikazzjoni ta' dan id-digriet sa issa ma ħolqitx għajnuna illegali mill-Istat, peress li kien fis-seħħ meta l-Greċja daħlet fl-UE u kompliet tapplikah mingħajr emenda u sa issal-Kummissjoni ma ħadet l-ebda pass biex tpoġġi f'dubju l-legalità ta' dan id-digriet taħt il-liġi tal-UE.

(218)

Il-Kummissjoni tinnota li d-digriet leġiżlattiv inkwistjoni ma jistax jitqies bħala sistema ta' referenza valida. Għalkemm huwa minnu li dan id-digriet kien jeżisti qabel l-adeżjoni tal-Greċja fl-UE, dan ma jfissirx li dan id-digriet għandu validità akbar mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk mid-dispożizzjonijiet ta' dan it-Trattat f'dak li jirrigwarda l-għajnuna mill-Istat. Meta l-Greċja ngħaqdet mal-UE kellha tikkonforma mal-“acquis communautaire” u b'mod partikolari għandha tirrispetta r-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat. B'hekk f'każ li l-Greċja tuża dan id-digriet billi tagħti vantaġġi speċifiċi lil kumpaniji speċifiċi, l-ewwel trid tinnotifikahom lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-approvazzjoni possibbli skont ir-regoli tat-Trattat (158).

(219)

Barra minn hekk, dan id-digriet jippermetti marġni wiesgħa ta' diskrezzjoni (159) lill-amministrazzjoni biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet, kif ukoll il-vantaġġi li jingħataw lill-impriżi speċifiċi li jagħmlu użu minnu. It-trattament speċifiku ta' investimenti barranin fil-Greċja bl-għan li dawn jiġu promossi diġà jinvolvi elementi selettivi. Fl-istess waqt jimmira lejn għan ta' politika pubblika u mhux għan ta' tassazzjoni. Sistema valida ta' referenza għall-finijiet tal-analiżi tas-selettività tista' tkun ibbażata biss fuq prinċipji ta' tassazzjoni. L-għanijiet ta' politika pubblika huma għanijiet estrinsiċi għal sistema fiskali kif diġà ġie indikat fil-premessi 92 sa 94 ta' din id-deċiżjoni u b'hekk ma jistgħux jitqiesu bħala l-finijiet ta' sistema ta' referenza għall-finijiet tal-valutazzjoni tas-selettività.

Deroga mis-sistema ta' referenza

(220)

L-Artikolu 3 tal-Liġi 3755/2009 jippermetti lil PCT tapplika għall-iskema protettiva prevista skont id-digriet leġiżlattiv deskritt. Din id-dispożizzjoni għandha konsegwenza li bosta vantaġġi selettivi jistgħu jingħataw lil PCT meta din titlobhom lill-amministrazzjoni Griega. Dawn il-vantaġġi jikkonsistu prinċipalment f'taxxi li PCT ikollha tħallas skont regoli normali u li minnhom tista' tkun eżentata permezz ta' din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, l-eżenzjoni minn restrizzjonijiet legali oħrajn (l-esproprjazzjoni furzata, ir-rekwiżizzjoni ta' assi, il-permess għar-reklutaġġ ta' persunal barrani u l-esportazzjoni tar-remunerazzjoni tagħhom f'muniti barranin, il-permess għar-ripatrijazzjoni tas-self jew tal-kapital azzjonarju) ukoll tista' tiffavorixxi lil PCT fil-futur. Il-fatt li dawn il-vantaġġi, skont l-awtoritajiet Griegi, attwalment ma ngħatawx lil PCT sa issa, ma jneħħix il-fatt li d-dispożizzjoni taħt eżami tagħti d-dritt lil PCT li titlob u tikseb il-qafas privileġġjat stipulat fid-digriet.

(221)

Rigward il-miżura favur PCT l-awtoritajiet Griegi ma jipprovdux argumenti addizzjonali minn dak ipprovdut inizjalment. B'hekk il-konklużjoni tal-Kummissjoni rigward il-karattru selettiv ta' din il-miżura tibqa' l-istess (160).

(222)

Kif diġà indikat hawn fuq (161) il-fatt li miżura jista' jkollha għan ta' politika ekonomika ma jfissirx li mhijiex selettiva, iżda li tista' tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern, jekk ċerti kundizzjonijiet jiġu ssodisfati (162).

(223)

Barra minn hekk, irrispettivament min-natura tal-iskema pprovduta skont id-digriet leġiżlattiv (163), l-applikazzjoni individwali tagħha tista' tieħu l-karatteristika ta' vantaġġ selettiv (164), minħabba li kull deċiżjoni tal-amministrazzjoni Griega tista' titbiegħed mir-regoli fiskali ġenerali għall-benefiċċju ta' PCT. Skont l-Avviż Fiskali (165), tali sejba twassal għal preżunzjoni ta' għajnuna mill-Istat u għandha tkun analizzata fid-dettall. Fuq din il-bażi l-Kummissjoni tikkunsidra li d-dispożizzjoni inkwistjoni tinvolvi vantaġġ selettiv favur PCT li jiġi implimentat f'każ li PCT tiddeċiedi li tagħmel użu minnha.

Ġustifikazzjoni skont il-loġika tas-sistema fiskali

(224)

L-awtoritajiet Griegi jargumentaw li l-iskema speċifika skont dan id-digriet għandha l-għan li tiġbed kapital barrani u tiffaċilita r-rikostruzzjoni tal-pajjiż wara t-Tieni Gwerra Dinjija u l-gwerra ċivili fis-snin erbgħin. Minħabba l-importanza tiegħu għall-iżvilupp ekonomiku Grieg, l-Artikolu 107 tal-Kostituzzjoni Griega jirrikonoxxi espressament li jipprevali fuq liġijiet ordinarji. Tabilħaqq dan sar biex ikun żgurat li l-investituri ta' kapital barrani jkunu protetti kontra l-modifikazzjonijiet kostanti tal-liġi fiskali Griega li ma jiffavorixxux l-investimenti barranin. Madankollu l-istess skop ta' din l-iskema protettiva li huwa l-iżvilupp tal-ekonomija Griega ma jistax jiġġustifika l-karattru selettiv tal-miżura, iżda jista' jiġi kkunsidrat biss fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà.

(225)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li peress li din l-iskema protettiva li tista' tingħata lil PCT fuq talba tagħha, tingħata fuq bażi diskrezzjonali, ma tistax tkun iġġustifikata min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema fiskali (166).

(226)

Għaldaqstant id-dispożizzjoni inkwistjoni tinvolvi vantaġġ selettiv favur PCT li ma jistax ikun iġġustifikat min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema.

Għajnuna eżistenti

(227)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li f'każ li l-Kummissjoni tikkunsidra li l-applikazzjoni ta' dan id-digriet tikkostitwixxi għajnuna, din tkun għajnuna eżistenti.

(228)

Il-Kummissjoni tinnota li d-dispożizzjoni favur PCT kienet adottata fl-2009 u mhux qabel l-adeżjoni tal-Greċja mal-UE. Din id-dispożizzjoni tagħti d-dritt lil PCT li tapplika u tikseb din l-iskema speċifika. Ladarba PCT tapplika, irid jiġi adottat digriet presidenzjali jew deċiżjoni ministerjali li tiddetermina l-vantaġġi speċifiċi li PCT sejra tgawdi minnhom. B'hekk applikazzjoni speċifika tad-digriet fuq talba ta' PCT ikollha l-konsegwenza li l-implimentazzjoni konkreta tal-miżuri tidħol fis-seħħ fil-mument li l-att ta' għoti jiġi adottat. Għaldaqstant il-miżura favur PCT tikkostitwixxi għajnuna ġdida.

5.3.9.   Eżenzjoni mir-regoli ġenerali ta' esproprjazzjoni furzata

(229)

L-ilmenti riċevuti f'dan il-każ kienu jirreferu għal eżenzjoni pprovduta lil PCT fir-rigward tar-regoli ta' esproprjazzjoni furzata. Il-liġi li rratifikat il-kuntratt ta' konċessjoni ma rreferiet għal ebda eżenzjoni bħal din. L-awtoritajiet Griegi u PCT jindikaw li ma ngħatat l-ebda eżenzjoni bħal din u l-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni biex temmen li dan mhuwiex il-każ. Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkunsidra li dan it-tip ta' vantaġġ ma ngħatax lil PCT.

5.4.   Tqabbil tal-miżuri ta' għajnuna mill-Istat imsemmija hawn fuq ma' dispożizzjonijiet simili f'kuntratti oħrajn ta' proġetti kbar ta' infrastruttura

(230)

L-argumentazzjoni ewlenija sottomessa fir-rigward tal-ġustifikazzjoni tal-miżuri fiskali ta' hawn fuq tirreferi għall-ħtieġa ta' appoġġ għal proġetti kbar ta' infrastruttura pubblika bl-iżgurar ta' skema fiskali ċara, flessibbli u stabbli lill-kumpaniji li jimplimentawhom fil-Greċja. Bħala appoġġ għall-argumentazzjoni tagħhom, l-awtoritajiet Griegi u PCT jirreferu għal għadd ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li kkunsidraw li l-ebda għajnuna mill-Istat ma kienet involuta fil-finanzjament ta' kuntratti ta' konċessjoni ta' infrastruttura kbira li jinkludu eżenzjonijiet fiskali simili.

(231)

Il-Kummissjoni eżaminat l-argumentazzjoni pprovduta u waslet għal dawn il-konklużjonijiet li ġejjin.

(232)

L-ewwel nett, skont każistika stabbilita sew (167), dan it-tip ta' argument huwa irrilevanti għall-valutazzjoni tal-legalità ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Kull każ għandu jkun ivvalutat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE, waqt li jiġu kkunsidrati l-merti proprji. Fi kwalunkwe każ kif intqal fil-punt 107 ta' din id-deċiżjoni, l-eżistenza ta' miżuri simili f'kuntratti oħrajn ta' proġetti kbar ta' infrastruttura tfisser biss li dawn il-miżuri huma applikabbli għal kategorija ta' kumpaniji u għalhekk huma selettivi.

(233)

Fi kwalunkwe każ, id-deċiżjonijiet kollha, li għalihom jirreferu l-awtoritajiet Griegi u PCT, kienu jittrattaw sitwazzjonijiet differenti.

(234)

Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li l-konklużjoni tal-każ tal-ajruport Internazzjonali ta' Ateni (168) mhijiex applikabbli f'dan il-każ. F'dak il-każ, l-attivitajiet li kienu qegħdin jibbenefikaw mill-għajnuna jew ma kinux ekonomiċi jew ma kinux liberalizzati f'dak iż-żmien, u għaldaqstant ma kienx hemm għajnuna mill-Istat involuta. Għall-kuntrarju fil-każ attwali, l-Istat Grieg innifsu fetaħ id-dispożizzjoni tas-servizzi tal-infrastruttura portwarja għall-kompetizzjoni billi offra l-parti tal-port li hija s-suġġett tal-kuntratt ta' konċessjoni. B'hekk ir-raġunament tan-“non-liberalizzazzjoni” ta' din id-deċiżjoni qadima mhuwiex applikabbli f'dan il-każ.

(235)

Rigward il-kawżi ta' Athens Ring Road u tal-Pont tal-Awtostrada ta' Rio Antirrio, il-Kummissjoni tinnota li anki jekk sommarju tad-dispożizzjonijiet fiskali applikabbli f'dawk il-konċessjonijiet kien inkluż fid-deskrizzjoni tal-miżuri tal-Istat fir-rigward ta' dawk il-proġetti, il-Kummissjoni ma esprimietx ruħha espressament dwar dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi, iżda vvalutat biss jekk l-appoġġ tal-Istat għall-proġett kienx il-minimu meħtieġ, kif ukoll jekk il-proċedura tal-offerti li saret kellhiex bħala riżultat il-prezz tas-suq. Il-parti l-kbira tad-deċiżjonijiet l-oħrajn (169) lanqas biss jirreferu għall-eżenzjonijiet mit-taxxa favur il-konċessjonarji (aħseb u ara l-fatt li huma ġġustifikati mil-loġika tas-sistema fiskali) u sempliċiment jivvalutaw jekk il-proċedura tal-offerti kinitx miftuħa biżżejjed jew le, non-diskriminatorja u bbażata fuq l-inqas prezz. Il-fatt li l-Kummissjoni rċeviet il-kuntratti ta' konċessjoni rilevanti li rreferew għal diversi eżenzjonijiet fiskali waqt in-notifika ma jfissirx li l-Kummissjoni eżaminathom mill-perspettiva tal-għajnuna mill-Istat jew esprimiet lilha nfisha dwar dawk il-miżuri speċifiċi. Skont il-każistika tal-Qorti, il-Kummissjoni għandha tieħu pożizzjoni ċara u espressa dwar il-miżuri sabiex il-benefiċjarji jikkunsidraw li dawn il-miżuri ma jinvolvux għajnuna mill-Istat. Is-silenzju tal-Kummissjoni ma jfissirx li dawn il-miżuri kienu approvati (170).

(236)

Fl-istess linja ta' raġunament, il-fatt li fid-deċiżjoni dwar l-iżvilupp tal-broadband (171), il-Kummissjoni semmiet bħala bażi legali l-liġi dwar is-Sħubija Pubblika-Privata li tinkludi dispożizzjonijiet simili, ma jfissirx lanqas li l-Kummissjoni vvalutat b'mod impliċitu dawk id-dispożizzjonijiet. Finalment il-Kawża dwar il-Mina Sommersa ta' Tessalonika (172) ma tidhirx li hija rilevanti peress li l-miżuri fiskali ma kinux inklużi fil-valutazzjoni lanqas u fi kwalunkwe każ l-offerent li rebaħ qagħad lura milli jieħu vantaġġ mill-opzjoni, inkluża fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti, li jibbenefika mis-sussidji operattivi.

(237)

Barra minn hekk l-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li l-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha rigward il-valutazzjoni rilevanti tagħha f'dawn il-każijiet wara l-ħruġ f'Diċembru 2013 tad-deċiżjonijiet tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat f'dak li jirrigwarda l-emendi għal erbgħa minn dawn il-proġetti (173). Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li dawn id-deċiżjonijiet lanqas biss jirreferu għal xi dispożizzjoni fiskali, peress li s-suġġett tagħhom kien differenti, aħseb u ara għal xi valutazzjoni f'isem il-Kummissjoni.

(238)

Fid-dawl ta' dak li ntqal ma jistax ikun ikkunsidrat li l-Kummissjoni “approvat” dispożizzjonijiet simili fil-passat u li tali “approvazzjoni” tista' tiġi invokata mill-benefiċjarja sabiex teskludi l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat (174).

(239)

B'hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri eżaminati hawn fuq (bl-eċċezzjoni tal-miżura f'5.3.9) huma vantaġġi selettivi mhux iġġustifikati permezz tan-natura u l-iskema ġenerali tas-sistema fiskali.

5.5.   Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(240)

Il-miżuri msemmija hawn fuq li jikkostitwixxu vantaġġi selettivi, jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat jekk joħolqu distorsjoni jew jheddu li joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni u sakemm jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Skont il-każistika stabbilita, vantaġġ selettiv mogħti mill-Istat jitqies li joħloq distorsjoni jew jhedded li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni meta aktarx li jtejjeb il-pożizzjoni kompetittiva ta' min jirċevih meta mqabbel ma' impriżi oħrajn li magħhom jikkompeti (175). Distorsjoni tal-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 107 TFUE hija għalhekk preżunta inkwantu l-Istat jagħti vantaġġ finanzjarju lil xi impriża f'settur liberalizzat fejn hemm, jew jista' jkun hemm, kompetizzjoni (176).

(241)

Billi l-Istat Grieg offra l-konċessjoni li wettqet Cosco f'livell internazzjonali, huwa kien fetaħ is-servizzi tas-suq tal-port għall-kompetizzjoni. Peress li impriżi differenti minn diversi Stati Membri jistgħu jikkompetu għall-aġġudikazzjoni tal-konċessjonijiet portwarji, l-għoti tal-vantaġġi fiskali speċifiċi lil PCT li ma kinux disponibbli għall-kandidati kollha possibbli fi żmien is-sejħa għall-offerti jista' jitqies li tal-inqas potenzjalment joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni.

(242)

Diġà meta PCT ħadet il-ftehim ta' konċessjoni, il-Port ta' Piraeus kellu kapaċità sostanzjali (1,6 M TEUs) u kien meqjus li jista' jikkompeti ma' portijiet oħrajn tal-UE (177). Pereżempju, il-Port ta' Tessalonika, il-Port ta' Kostanza fir-Rumanija, il-Port ta' Koper fis-Slovenja u għadd ta' portijiet fl-Italja jistgħu jitqiesu bħala kompetituri diretti jew tal-inqas potenzjali ta' PCT. Skont il-ftehim ta' konċessjoni, il-Mollijiet II u III tat-Terminal tal-Kontejners li huma mħaddma minn PCT huma previsti li jilħqu kapaċità kbira ħafna (sa 3,7 M TEUs) sal-2015. Din il-kapaċità ġdida, li l-ħolqien tagħha ġie ffaċilitat mill-miżuri inkwistjoni, għandha l-potenzjal li taffettwa kemm il-kompetizzjoni kif ukoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri, peress li portijiet differenti f'diversi Stati Membri jistgħu wkoll ikollhom l-istess klijenti bħal PCT u huma mill-inqas potenzjalment f'kompetizzjoni magħha.

(243)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li t-terminali tal-kontejners tat-trasbord, bħal dak tal-benefiċjarja, huma ferm aktar esposti għall-kompetizzjoni, inkluż minn pajjiżi terzi (fiż-żona tal-Mediterran). Pereżempju, minħabba dan l-investiment, Cosco kkonċentrat l-operazzjonijiet ta' tbaħħir tagħha fil-Mediterran f'Piraeus minflok fil-portijiet tat-trasbord Taljani u Spanjoli li kienet qiegħda tuża qabel. PCT tikkompeti ma' portijiet oħrajn tal-UE u sejra żżid il-pożizzjoni tagħha fis-suq fis-snin li ġejjin.

(244)

Peress li l-miżuri fiskali inkwistjoni kienu jassiguraw fluss ta' flus addizzjonali lil PCT, b'mod partikolari fl-ewwel stadji tal-proġett ta' kostruzzjoni, dawn għenu lil Cosco tespandi l-attivitajiet tagħha fis-suq Ewropew tas-servizzi tal-port u potenzjalment saħħet il-pożizzjoni kompetittiva tagħha f'dan is-suq.

(245)

Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti li l-miżuri inkwistjoni aktarx li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u joħolqu distorsjoni jew jheddu l-kompetizzjoni. Skont il-każistika standard tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa biżżejjed li jiġi stabbilit li l-għajnuna inkwistjoni aktarx li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni (178). Fid-dawl tal-analiżi preċedenti, il-Kummissjoni ma tqisx li għandha bżonn tiddefinixxi aktar il-medda eżatta ta' servizzi jew is-suq ġeografiku inkwistjoni jew tanalizza fid-dettall l-istruttura tiegħu u r-relazzjonijiet kompetittivi li jirriżultaw (179).

(246)

Rigward l-argument ippreżentat minn PCT li l-valutazzjoni tal-effett tal-miżuri fiskali fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ tkun teħtieġ eżami tas-sistemi fiskali ekwivalenti li japplikaw fis-swieq relatati, il-Kummissjoni tinnota li skont il-każistika stabbilita (180) il-fatt li Stat Membru jfittex li jqarreb permezz ta' miżuri unilaterali l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni f'settur partikolari tal-ekonomija għal dawk prevalenti fi Stati Membri oħrajn ma jistax jelimina mill-miżuri inkwistjoni l-karattru ta' għajnuna li għandhom.

Konklużjoni

(247)

Fid-dawl ta' dak li ntqal il-Kummissjoni tikkonkludi li l-vantaġġi fiskali kollha mogħtija lil PCT jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE bl-eċċezzjoni tal-allegata eżenzjoni mir-regoli ġenerali ta' esproprjazzjoni furzata.

6.   IL-VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ TAL-MIŻURI

(248)

L-awtoritajiet Griegi u PCT jargumentaw li l-miżuri ta' għajnuna għandhom jitqiesu kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(a) u 107(3)(c) TFUE, kif ukoll mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna reġjonali.

6.1.   L-applikabbiltà tal-linji gwida dwar l-Għajnuna reġjonali 2007-2013  (181) (“RAG”)

(249)

Il-Kummissjoni tinnota li d-dritt legali ta' PCT li tuża l-miżuri ta' għajnuna ngħatalha mal-pubblikazzjoni fil-ġurnal uffiċjali tal-liġi inklużi l-miżuri, jiġifieri fit-30 ta' Marzu 2009 (182). B'hekk il-Kummissjoni sejra tivvaluta l-miżuri fuq il-bażi tal-RAG 2007-2013 li kienu applikabbli f'Marzu 2009.

(250)

Il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri ta' għajnuna taħt valutazzjoni jikkonsistu f'vantaġġi fiskali mhux limitati li ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna għall-investiment iżda għajnuna operatorja taħt ir-regoli dwar l-għajnuna reġjonali. L-RAG 2007-2013 jistgħu b'mod eċċezzjonali u f'każijiet limitati ħafna jippermettu l-għajnuna operatorja (183) f'reġjuni eliġibbli taħt id-deroga fl-Artikolu 107(3)(a) TFUE. Il-Port ta' Piraeus jinsab fir-reġjun ta' Attika li f'Marzu 2009 kien reġjun eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) TFUE, bħala reġjun ta' “effett statistiku” (184). Għalhekk irid jiġi eżaminat jekk il-miżuri ta' għajnuna jikkonformawx mal-kundizzjonijiet tal-għajnuna operatorja stipulati fl-RAG. L-għajnuna operatorja taħt l-RAG 2007-2013 tista' tkun permessa diment li tkun iġġustifikata f'termini tal-kontribuzzjoni tagħha għall-iżvilupp reġjonali u n-natura tagħha u l-livell tagħha huwa proporzjonat mal-iżvantaġġi li tipprova ttaffi. Barra minn hekk l-għajnuna operatorja għandha fil-prinċipju tingħata għal sett definit minn qabel ta' nefqa jew spejjeż eliġibbli (185) u tkun limitata għal ċertu proporzjon ta' dawn l-ispejjeż. Għandha tkun ukoll temporanja u mnaqqsa maż-żmien u għandha titneħħa gradwalment meta r-reġjuni kkonċernati jiksbu konverġenza reali maż-żoni aktar sinjuri tal-UE.

(251)

Il-Kummissjoni tinnota li minħabba n-natura tal-għajnuna u l-iżvantaġġi li tipprova ttaffi, fil-prinċipju għajnuna ad hoc, ma tistax tindirizza tali żvantaġġi, peress li huwa improbabbli ħafna li l-għoti ta' għajnuna operatorja lil impriża waħda jindirizza l-iżvantaġġi b'mod olistiku. Barra minn hekk, il-ġustifikazzjoni mressqa mill-awtoritajiet Griegi u PCT għall-miżuri ta' għajnuna, jiġifieri l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tas-settur tat-trasport tat-terminals tal-kontejners marittimi, permezz tal-ħolqien ta' ċertezza legali tal-iskema applikabbli għall-proġett ta' investiment, ma jistgħux jitqiesu bħala żvantaġġi relatati mar-reġjun ikkonċernat li jkunu jeħtieġu jittaffew. Barra minn hekk, anki kieku l-Kummissjoni kellha taċċetta din il-ġustifikazzjoni bħala rilevanti f'dan il-każ, m'hemm l-ebda nefqa eliġibbli definita minn qabel relatata ma' dawn l-iżvantaġġi u għalhekk ammont ta' għajnuna. Barra minn hekk il-miżuri ta' għajnuna mhumiex digressivi maż-żmien u ma kinux maħsuba li jitneħħew gradwalment meta r-reġjun ta' Attika jsir reġjun “c” fl-1 ta' Jannar 2011 (186). Għaldaqstant il-miżuri ta' għajnuna ma jistgħux jitqiesu kompatibbli fuq il-bażi tal-RAG 2007-2013.

6.2.   Applikazzjoni diretta tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE

Għan ta' interess komuni

(252)

Fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata Futur Sostenibbli għat-Trasport: Lejn sistema integrata, iggwidata mit-teknoloġija u faċli għall-utent  (187), il-Kummissjoni enfasizzat li l-iżvilupp tal-portijiet u tat-terminali intermodali huwa essenzjali għall-kisba ta' sistema loġistika integranti u intelliġenti fl-UE. Fil-Komunikazzjoni dwar il-Miri Strateġiċi u Rakkomandazzjoni għall-Politika tat-Trasport Marittimu sal-2018  (188), il-Kummissjoni tenfasizza li l-provvediment ta' infrastrutturi portwarji ġodda, kif ukoll it-titjib tal-użu tal-kapaċitajiet eżistenti, huwa essenzjali biex ikun żgurat li l-portijiet tal-UE ilaħħqu b'mod effiċjenti mal-funzjoni tagħhom ta' portal.

(253)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (189), it-TEN-T jista' jkun żviluppat l-aħjar permezz ta' approċċ ta' żewġ saffi, li jikkonsisti f'netwerk komprensiv u netwerk ċentrali. In-netwerk komprensiv jikkostitwixxi s-saff bażiku tat-TEN-T il-ġdid. Jikkonsisti fl-infrastruttura kollha eżistenti jew ippjanata li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament dwar it-TEN-T. In-netwerk ċentrali għandu jikkostitwixxi s-sinsla tal-iżvilupp ta' netwerk tat-trasport multimodali sostenibbli, għandu jistimula l-iżvilupp tan-netwerk komprensiv sħiħ u jkun fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-2030. Il-port ta' Piraeus huwa wieħed mill-portijiet marittimi inklużi fin-netwerk ċentrali tal-UE.

(254)

F'dan il-kuntest, il-port ta' Piraeus huwa wieħed mill-akbar u l-aktar portijiet sinifikanti fil-Baħar Mediterran u l-operat tiegħu huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-ekonomija Griega u importanti għall-iżvilupp tal-għanijiet ta' politika tat-trasport tal-UE. L-investiment li PCT għamlet żviluppa parti mill-port ta' Piraeus f'terminal modern tal-kontejners marittimi billi tejjeb l-effiċjenza, il-kapaċità tal-ħażna, l-abbiltà li jservi bastimenti tat-tagħbija ta' ġenerazzjoni ġdida u l-interkonnettività tiegħu. Taħt il-ftehim ta' konċessjoni huwa mistenni li l-kapaċità sejra tiżdied minn mill-inqas 300 000 TEU matul l-ewwel sena tal-perjodu ta' konċessjoni għal tal-inqas 3 700 000 TEUs wara t-tmien sena tal-perjodu ta' konċessjoni. B'hekk jista' jitqies li l-investiment fil-faċilitajiet portwarji kkaratterizzati b'elementi ta' għajnuna mill-Istat jista' jikkontribwixxi għal għan ta' interess komuni.

Ħtieġa u effett ta' inċentiv

(255)

Skont il-prattika tal-Kummissjoni dwar il-kawżi f'dan il-qasam, il-ħtieġa tal-għajnuna tiġi stabbilita jekk jista' jintwera li l-ammont tal-influss ta' dħul nett iġġenerat mill-proġett ta' investiment mhuwiex suffiċjenti biex iħallas l-ispejjeż tal-investiment tal-investitur. Essenzjalment jekk dan id-dħul ma jkunx suffiċjenti l-proġett ma kienx jitwettaq minn investitur privat mingħajr appoġġ pubbliku u tkun neċessarja l-għajnuna mill-Istat.

(256)

L-awtoritajiet Griegi u l-benefiċjarja jargumentaw li l-miżuri ta' għajnuna kienu meħtieġa minħabba li mingħajrhom l-arranġamenti ta' finanzjament tal-proġett li PCT kienet tikseb kienu jkunu ferm aktar onerużi u setgħu potenzjalment jipperikolaw l-implimentazzjoni tal-proġett.

(257)

Il-Kummissjoni dejjem qieset li l-proġetti ta' infrastruttura portwarja jeħtieġu investimenti ta' kapital konsiderevoli li jistgħu jiġu rkuprati biss fit-tul u l-vijabbiltà ekonomika tagħhom mhux dejjem tista' tkun assigurata mingħajr appoġġ pubbliku. Madankollu, f'dan il-każ, PPA, l-awtorità kontraenti li wettqet il-proċedura tas-sejħa għall-offerti għall-għażla tal-konċessjonarju tal-Port ta' Piraeus, kienet diġà stmat li l-vijabbiltà ekonomika tal-proġett kienet sejra tkun assigurata, xi ħaġa li hija ppruvata mill-fatt li skont id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti l-benefiċjarju magħżul kellu suppost iwettaq l-investiment sħiħ fuq spejjeż tiegħu stess. Barra minn hekk, PCT wettqet l-estensjoni tal-Moll II u l-bini ta' Moll III, billi ħallset l-ispejjeż kollha ta' investiment li dan il-proġett jinvolvi. Meta ssottomettiet l-offerta tagħha li kienet aċċettata minn PPA, hija kienet stmat li l-investiment tagħha fil-Port ta' Piraeus ikun profittabbli għaliha mingħajr il-ħtieġa ta' kwalunkwe appoġġ pubbliku, inkella kienet tissottomettiha b'riżerva fir-rigward tal-profittabbiltà tal-proġett fin-nuqqas ta' trattament fiskali speċifiku. Barra minn hekk, il-fatt li Cosco kellha l-għan li tibdel il-port ta' Piraeus fl-ewwel terminal tal-kontejners fil-Baħar Mediterran juri l-potenzjal ta' dan il-port, kif ukoll il-profittabbiltà tal-proġett ta' investiment li qatt ma kien hemm dubji fuqha (190). Għaldaqstant ma jistax ikun ikkunsidrat li l-miżuri eżaminati kienu meħtieġa biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika tal-proġett ta' investiment.

(258)

Il-fatt li ċ-China Development Bank stenna għall-adozzjoni tal-liġi dwar ir-ratifika ma jurix il-ħtieġa tal-miżuri ta' għajnuna. Minħabba li l-kuntratt ta' konċessjoni kellu jkun ratifikat bil-liġi skont il-prattika leġiżlattiva Griega, kwalunkwe bank kien ser jistenna għall-adozzjoni tal-liġi ta' ratifika, mingħajr dan ma jkun relatat b'mod speċifiku mal-għoti tal-miżuri taħt eżami. Barra minn hekk lanqas il-protezzjoni mitluba mill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra bidla ġenerali jew diskriminatorja fil-liġi, mhija prova tal-ħtieġa tal-għajnuna.

(259)

PCT bdiet biss ix-xogħol ta' kostruzzjoni wara r-ratifika tal-kuntratt ta' konċessjoni skont il-liġi. Iżda dan huwa wkoll relatat mal-fatt li l-kuntratti pubbliċi kollha ta' dan it-tip iridu jiġu ratifikati mil-liġi. Kwalunkwe kumpanija fil-pożizzjoni tal-PCT kienet fi kwalunkwe każ sejra tistenna għar-ratifika tal-kuntratt. Barra minn hekk, Cosco kienet intrabtet li timplimenta l-proġett diġà meta ssottomettiet l-offerta tagħha u dan seħħ qabel l-adozzjoni tal-att tal-għoti, jiġifieri l-liġi tar-ratifika. Ladarba saret is-sottomissjoni tal-offerta, Cosco kienet taf li kienet legalment marbuta li timplimenta l-investiment, kieku kellha tintgħażel minn PPA bħala offerent rebbieħ.

(260)

Barra minn hekk, il-benefiċjarja qatt ma invokat l-eżistenza ta' diskrepanza tal-likwidità li kienet teħtieġ li tiġi koperta mill-miżuri taħt eżami. Il-fatt li PCT ikkwantifikat biss l-ammont tal-għajnuna wara l-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali mill-Kummissjoni, jiġfieri kważi 5 snin wara l-iffirmar tal-kuntratt ta' konċessjoni, juri li l-ammont ta' għajnuna ma tteħidx inkunsiderazzjoni minn PCT fil-pjan tan-negozju inizjali tagħha, u b'mod partikolari meta Cosco iddeċidiet li twettaq l-investiment. Rigward id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni invokati mill-benefiċjarja, fejn il-Kummissjoni approvat għajnuna mhux ratifikata f'każijiet fejn l-għajnuna ma kinitx ġiet ikkwantifikata minn qabel, il-Kummissjoni tinnota li l-każijiet imsemmija mhumiex applikabbli f'dan il-każ, peress li ma jirrigwardawx il-finanzjament ta' infrastruttura portwarja, fejn diskrepanza tal-likwidità speċifika trid tiġi ddeterminata anki għal analiżi ex-post tal-kompatibbiltà. Għaldaqstant, din l-għajnuna ma tistax titqies meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett, peress li PCT ikollha fi kwalunkwe każ twettqu.

(261)

Fi kwalunkwe każ, kif diġà spjegat hawn fuq, il-miżuri taħt eżami jikkonsistu f'vantaġġi fiskali mhux limitati li jikkostitwixxu għajnuna operatorja li normalment hija pprojbita. Din l-għajnuna tista' tiġi aċċettata biss f'kundizzjonijiet eċċezzjonali ddeterminati b'mod speċifiku. Fil-kuntest tal-analiżi tal-kompatibbiltà tal-finanzjament tal-proġett ta' infrastruttura portwarja fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c), dan it-tip ta' għajnuna ma jistax jitqies kompatibbli.

(262)

Il-benefiċjarja targumenta li l-falliment tas-suq f'dan il-każ jikkonsisti fil-ħtieġa li jiġu żgurati l-istabbiltà, iċ-ċertezza legali u l-flessibbiltà f'dak li jirrigwarda l-qafas fiskali tal-implimentazzjoni tal-kuntratt ta' konċessjoni. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li skont il-prattika kostanti tagħha, il-ħtieġa li jiġu żgurati l-istabbiltà, iċ-ċertezza legali u l-flessibbiltà ma tistax titqies bħala falliment tas-suq, jew bħala bażi valida tal-kompatibbiltà tal-miżuri ta' għajnuna. Barra minn hekk u aktar importanti, in-nuqqas ta' tali “qafas” ma waqqafx lil Cosco milli titħajjar li tinvesti fil-Port ta' Piraeus. B'hekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għan li jiġu żgurati l-istabbiltà, iċ-ċertezza legali u l-flessibbiltà ma jistax juri l-ħtieġa jew l-effett ta' inċentiv tal-miżuri ta' għajnuna taħt eżami.

(263)

Fid-dawl ta' dak li ntqal il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri ta' għajnuna mogħtija lil PCT ma kinux meħtieġa, peress li ma ġiex ippruvat li Cosco kienet sejra tabbanduna l-implimentazzjoni tal-proġett fin-nuqqas tagħhom. B'hekk il-miżuri ta' għajnuna jikkostitwixxu għajnuna operatorja, li jeħilsu lil PCT minn spejjeż li normalment ikollha ġġorr u ma jistgħux jiġu ddikjarati kompatibbli. Fid-dawl ta' din il-konklużjoni, il-Kummissjoni ma tqisx li għandha għalfejn tkompli teżamina l-kundizzjonijiet l-oħrajn tal-Artikolu 107(3)(c), dwar il-proporzjonalità u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, sabiex tikkonkludi li l-miżuri ta' għajnuna mhumiex kompatibbli.

7.   L-IRKUPRU TAL-GĦAJNUNA

Skont il-każistika stabbilita, għajnuna li l-Kummissjoni tqis inkompatibbli mas-suq komuni trid tiġi rkuprata sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel (191). Peress li l-miżuri msemmija hawn fuq jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, il-Kummissjoni għandha tordna l-irkupru ta' għajnuna mogħtija b'mod illegali li hija inkompatibbli mas-suq intern, sakemm il-benefiċjarja ma jkollhiex aspettattivi leġittimi jew ma tistrieħx fuq prinċipju ġenerali tal-liġi tal-UE (192).

Kwantifikazzjoni

(264)

Il-kwantifikazzjoni tal-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi u l-benefiċjarja kienet ibbażata fuq is-suppożizzjonijiet ipotetiċi tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' PCT fl-2009. Għaldaqstant ma jistgħux iservu bħala bażi għall-kwantifikazzjoni eżatta tal-ammonti tal-għajnuna.

(265)

Fin-nuqqas ta' informazzjoni xierqa f'isem l-awtoritajiet Griegi, din id-deċiżjoni ma tistabbilixxix l-ammont eżatt ta' għajnuna riċevuta minn PCT għal kull waħda minn dawn il-miżuri. Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Istat Membru għandu jsegwi l-metodoloġija li ġejja sabiex jiddetermina l-ammont ta' għajnuna mill-Istat inkompatibbli li għandha tiġi rkuprata mingħand PCT:

—   Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu fuq l-imgħax akkumulat sad-data tal-bidu tal-operazzjoni ta' Moll III:

(266)

Din il-miżura tinvolvi għajnuna lil PCT li hija ugwali għat-taxxa fuq l-introjtu li PCT normalment ikollha tħallas fuq l-imgħaxijiet akkumulati sal-bidu tal-operazzjonijiet ta' Moll III u li minnha PCT kienet eżentata abbażi tal-Artikolu 2§1 tal-Liġi.

(267)

L-awtoritajiet Griegi indikaw li PCT ma bbenefikatx minn din id-dispożizzjoni fil-prattika, peress li fl-introjtu taxxabbli tagħha hija inkludiet l-ammont ta' imgħax akkumulat fuq id-depożiti fi flus (u allura dan id-dħul kien soġġett għat-taxxa fuq l-introjtu). Għaldaqstant huma għandhom jipprovdu evidenza li dan kien fil-fatt il-każ.

(268)

F'każ li PCT għamlet użu minn din id-dispożizzjoni, l-awtoritajiet Griegi għandhom l-ewwel jipprovdu d-dati li ġejjin:

Id-data minn meta PCT kienet eżentata mit-taxxa fuq l-introjtu fuq l-imgħax akkumulat;

Id-data li fiha beda jopera l-Moll III.

(269)

L-awtoritajiet Griegi għandhom jieħdu bħala bażi d-depożiti rilevanti ta' PCT fil-banek Griegi kull sena (wara d-data ta' eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu fuq l-imgħax akkumulat), l-imgħaxijiet rilevanti li rriżultaw kull sena u japplikawlhom ir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu applikabbli kull sena.

—   Dritt għar-rifużjoni tal-kreditu tal-VAT irrispettivament mid-data tat-tlestija tax-xogħol ta' kostruzzjoni jew ta' partijiet minnu

(270)

Din il-miżura tinvolvi għajnuna lil PCT li hija ugwali għall-ammont sħiħ tar-rifużjoni tal-VAT li PCT għandha permess iżżomm (taħt din id-dispożizzjoni) jekk sa 5 snin wara t-twettiq tan-nefqa relatata, il-proġett ma jkunx beda.

(271)

L-awtoritajiet Griegi indikaw li PCT diġà użat il-proġett ta' investiment fil-5 snin mill-bidu tal-proġett, u għalhekk il-perjodu ta' eżenzjoni ta' 5 snin ma rriżultax għal ammont speċifiku li jrid jiġi rkuprat.

(272)

Madankollu, l-awtoritajiet Griegi ma ssottomettew l-ebda prova li turi li l-kostruzzjoni tal-proġett tlestiet u li l-investiment intuża. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Griegi għandhom jipprovdu evidenza li turi t-tlestija tal-kostruzzjoni tal-proġett. Barra minn hekk, għandhom jipprovdu wkoll il-lista ta' fatturi relatati ma' din il-kostruzzjoni u d-dati meta PCT irċeviet rifużjonijiet tal-VAT għal dawn il-fatturi.

(273)

F'każ li l-kostruzzjoni tal-proġetti ma titlestiex, il-ħames anniversarju mid-data ta' rifużjoni tal-VAT għal kull fattura relatata ma' din il-kostruzzjoni jkun id-data tal-għoti tal-għajnuna. L-għajnuna fi kwalunkwe każ tkun l-ammont tal-VAT imħallsa lura.

—   Definizzjoni wiesgħa tal-oġġett ta' investiment => dritt dirett għal 90 % rifużjoni tal-kreditu tal-VAT mingħajr awditjar

(274)

Din il-miżuri tinvolvi għajnuna lil PCT li hija ugwali għall-imgħaxijiet akkumulati fuq il-VAT imħallsa lura għan-nefqiet kollha għajr għall-oġġetti tanġibbli (relatati mal-oġġett ta' investiment), mill-mument li r-rifużjoni tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta' PCT sal-mument li PCT kienet tkun intitolata għal tali rifużjoni, jiġifieri 3 snin wara jew sal-mument li fih PCT setgħet tkun tista' tpaċi l-input tal-VAT tagħha (rigward dawn in-nefqiet) kontra l-output tal-VAT.

(275)

L-awtoritajiet Griegi għandhom jagħmlu distinzjoni bejn il-VAT relatata mal-assi tanġibbli li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-kunċett ta' oġġett ta' investiment u l-input tal-VAT relatat ma' xogħlijiet u ma' servizzi oħrajn. Dan l-input tal-VAT imbagħad irid jiġi kkalkulat. Fuq il-bażi tal-ammont li jirriżulta minn dan il-kalkolu l-awtoritajiet Griegi jkollhom jikkalkulaw l-imgħax li l-Istat għandu jitlob għall-pagament fi flus bil-quddiem qabel il-perjodu ta' 3 snin, li fih PCT tista' fi kwalunkwe każ titħallas lura. Dawn l-imgħaxijiet għandhom ikunu kkalkulati għall-perjodu mill-mument li r-rifużjoni tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta' PCT sal-mument li PCT kienet tkun intitolata għal tali rifużjoni, jiġifieri tliet 3 wara. Jekk jista' jintwera li setgħet titħallas lura qabel il-perjodu ta' 3 snin, l-imgħax relatat jiġi kkalkulat sal-mument fejn PCT setgħet tpaċi l-input tal-VAT tagħha (li jirrigwarda dawn in-nefqiet) mal-output tal-VAT.

—   Dritt għall-imgħaxijiet arretrati mingħajr rekwiżiti temporali jew proċedurali f'każ li l-Istat ma jħallasx lura l-VAT

(276)

Din il-miżura tinvolvi għajnuna lil PCT li hija ugwali għall-imgħaxijiet li PCT tista' titlob (skont din id-dispożizzjoni) mingħand l-Istat Grieg ladarba jkunu għaddew 60 jum mill-mument li tkun ressqet id-dikjarazzjoni fiskali rilevanti (sabiex titlob rifużjoni tal-VAT), filwaqt li kumpaniji oħrajn f'sitwazzjoni simili ma jkunux intitolati għall-imgħaxijiet.

(277)

PCT indikat li ma għamlitx użu minn din id-dispożizzjoni. Madankollu, jekk dan ma kienx il-każ u tali imgħaxijiet tabilħaqq tħallsu mill-Istat, allura l-awtoritajiet Griegi għandhom jindikaw l-imgħaxijiet eżatti mħallsa flimkien mad-dati ta' meta saru dawn il-pagamenti. Dawn id-dati jkunu d-dati tal-għoti u l-imgħaxijiet korrispondenti mħallsa jkunu l-ammonti ta' għajnuna mogħtija f'dawn id-dati.

—   Riport tat-telf mingħajr limitazzjoni temporali

(278)

L-għajnuna f'dan il-każ tkun it-taxxa addizzjonali fuq il-kumpaniji li PCT ikollha tħallas li kieku ma seħħ l-ebda riport tat-telf lil hinn mil-limitazzjoni temporali ta' ħames snin. Fi kliem ieħor, l-għajnuna hija ugwali għad-differenza bejn it-taxxa fuq l-introjtu li PCT effettivament ħallset u t-taxxa fuq l-introjtu li kien ikollha tħallas fin-nuqqas tal-possibbiltà li tirriporta t-telf tagħha għal aktar minn 5 snin wara li jkun seħħ dan it-telf.

(279)

Id-data tal-għoti f'dan il-każ tkun id-data meta t-taxxa kienet tkun dovuta. L-awtoritajiet Griegi għandhom jissottomettu data li turi t-telf fiskali li PCT kellha kull sena u jekk dan ġiex riportat għal perjodu ta' aktar minn 5 snin. Jekk dan huwa l-każ, allura jkollhom jikkalkulaw l-impatt ta' dan it-telf fuq il-bażi taxxabbli tagħha u għalhekk it-taxxa fuq l-introjtu korrispondenti li PCT ma ħallsitx minħabba dan ir-riport.

—   Għażla bejn 3 metodi ta' deprezzament

(280)

PCT indikat li hija użat il-metodu tal-linja dritta fissa. L-awtoritajiet Griegi għandhom jipprovdu evidenza li l-metodu tal-linja dritta fissa biss intuża u ma jipprovdux kwalunkwe possibbiltà ta' tibdil għall-metodi l-oħrajn ta' deprezzament. Jekk intuża xi metodu ta' deprezzament ieħor, l-għajnuna tkun id-differenza bejn it-taxxa fuq il-kumpaniji li PCT ikollha tħallas meta tuża l-metodu ta' deprezzament lineari fissa u t-taxxa fuq il-kumpaniji meta tuża kwalunkwe wieħed miż-żewġ metodi l-oħrajn. Id-data tal-għoti tal-għajnuna tkun id-data meta t-taxxa addizzjonali kienet tkun dovuta.

—   Eżenzjoni mit-taxxa tal-boll fuq il-ftehimiet ta' self u kwalunkwe ftehim anċillari għall-finanzjament tax-xogħol

(281)

L-awtoritajiet Griegi għandhom jindikaw jekk PCT ikkuntrattatx ftehimiet ta' self oħrajn minbarra dawk imsemmija ma' Cosco. Rigward dawn il-ftehimiet, l-għajnuna mogħtija lil PCT tkun ugwali għat-taxxi tal-boll korrispondenti applikabbli għal dan is-self. Id-dati tal-għoti tal-ammonti ta' għajnuna jkunu d-dati li fihom dawn it-taxxi tal-boll kienu dovuti.

—   Eżenzjoni favur il-kredituri ta' PCT minn taxxi, taxxi tal-boll, kontribuzzjonijiet u kwalunkwe dritt favur l-Istat jew partijiet terzi li normalment ikollhom iħallsu fuq kuntratti li jittrasferixxu l-obbligi u d-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehimiet ta' self ta' PCT

(282)

Din il-miżura tinvolvi għajnuna lill-kredituri ta' PCT, b'mod partikolari Cosco li hija ugwali għall-ammont ta' taxxa tal-boll li Cosco normalment ikollha tħallas, skont ir-regoli ġeneralment applikabbli, f'każ ta' trasferiment ta' self ikkuntrattat ma' PCT lil xi parti terza.

(283)

Skont l-awtoritajiet Griegi, Cosco tat żewġ selfiet lil PCT fl-2009 li tħallsu lura fl-2011. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni m'għandha l-ebda raġuni biex temmen li dan it-trasferiment seħħ.

(284)

L-awtoritajiet Griegi għandhom jiċċaraw jekk din id-dispożizzjoni ntużatx. Jekk dan huwa l-każ allura jkollhom jiddeterminaw it-taxxa tal-boll li tkun dovuta għal tali atti legali.

—   Eżenzjoni minn taxxi tal-boll għal kwalunkwe kumpens imħallas minn PPA lil PCT skont il-ftehim ta' konċessjoni, li jaqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi tal-VAT

(285)

Din il-miżuri tipprovdi vantaġġ lil PCT li huwa ugwali għat-taxxa tal-boll li jkollha tħallas f'ċirkustanzi bħal dawn u li minnhom hija eżentata. L-awtoritajiet Griegi għandhom jindikaw jekk din id-dispożizzjoni ntużatx. Jekk intużat allura jkollhom jidentifikaw l-ammonti ta' għajnuna mogħtija lil PCT u d-dati tal-għoti korrispondenti bl-istess mod kif deskritt għall-miżuri ta' hawn fuq.

—   Skont it-talba ta' PCT, skema preferenzjali għall-investimenti barranin

(286)

L-awtoritajiet Griegi indikaw li din l-iskema ma ntużatx. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa 220, PCT għandha d-dritt li titlob u li tikseb din l-iskema preferenzjali.

L-Azzjoni ta' Twaqqit

(287)

Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-deċiżjoni lir-Repubblika tal-Greċja, il-Greċja għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu jew dawk ippjanati:

i.

indikazzjoni tal-miżuri li tabilħaqq jistgħu jaqgħu taħt ir-regolament de minimis u sottomissjoni tad-dokumentazzjoni rilevanti li turi dan;

ii.

indikazzjoni tal-miżuri li ġew irkuprati jew tal-ippjanar tal-irkupru li ddaħħal fis-seħħ;

(288)

Fi żmien erba' xhur wara n-notifika ta' din id-deċiżjoni lir-Repubblika tal-Greċja, il-Greċja għandha tinforma lill-Kummissjoni li implimentat l-irkupru.

(289)

Fil-prinċipju din tkun l-iskadenza finali għall-irkupru.

(290)

Fil-każijiet fejn PCT irċeviet vantaġġ li jaqbeż il-limiti speċifikati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1407/2013 (193), tali vantaġġ mhuwiex ikkunsidrat għajnuna mill-Istat jekk il-kundizzjonijiet kollha stipulati permezz ta' dan ir-Regolament huma ssodisfati, u mhuwiex soġġett għall-irkupru.

(291)

Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-imgħax mid-data li fiha tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' PCT sal-irkupru attwali tagħhom. L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 (194) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 (195).

8.   KONKLUŻJONI

(292)

Il-Kummissjoni tqis li l-Greċja implimentat b'mod illegali dawn il-miżuri ta' għajnuna li ġejjin bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:

1.

Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu fuq l-imgħax akkumulat sad-data tal-bidu tat-tħaddim ta' Moll III;

2.

Id-dritt għar-rifużjoni tal-kreditu tal-VAT irrispettivament mill-istadju ta' tlestija tal-oġġett tal-kuntratt; id-definizzjoni tal-kunċett ta' “oġġett ta' investiment” għall-finijiet tar-regoli dwar il-VAT; id-dritt għall-imgħaxijiet arretrati mill-ewwel jum ta' wara s-60 jum wara t-talba għar-rifużjoni tal-VAT;

3.

Riport tat-telf mingħajr ebda limitazzjoni temporali;

4.

Għażla minn fost tliet metodi ta' deprezzament li jirrigwardaw l-ispejjeż tal-investiment tar-rikostruzzjoni ta' Moll II u l-kostruzzjoni ta' Moll III;

5.

Eżenzjoni mit-taxxi tal-boll fuq il-ftehimiet ta' self u kwalunkwe ftehim anċillari għall-finanzjament tal-proġett;

6.

Eżenzjoni mit-taxxi, taxxi tal-boll, kontribuzzjonijiet u kwalunkwe dritt favur l-Istat jew partijiet terzi fuq il-kuntratti bejn il-kredituri tal-ftehimiet ta' self li taħthom huma trasferiti l-obbligi u d-drittijiet li jirriżultaw minnhom;

7.

Eżenzjoni minn taxxi tal-boll għal kwalunkwe kumpens imħallas minn PPA lil PCT taħt il-kuntratt ta' konċessjoni, li huwa barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi dwar il-VAT;

8.

Protezzjoni taħt skema protettiva speċjali għall-investimenti barranin.

(293)

L-awtoritajiet Griegi ma eżentawx lil PCT minn regoli li jirrigwardaw l-esproprjazzjoni furzatau għalhekk ma taw l-ebda għajnuna lil PCT f'dan il-kuntest.

(294)

Il-miżuri kollha ta' għajnuna identifikati hawn fuq mhumiex kompatibbli mat-Trattat u jkollhom jiġu rkuprati.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri li ġejjin ta' għajnuna mill-Istat favur Piraeus Container Terminal S.A. u l-kreditur tagħha, Cosco, li ddaħħlu fis-seħħ illegalment mill-Greċja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huma inkompatibbli mas-suq intern:

1.

Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu fuq l-imgħax akkumulat sad-data tal-bidu tat-tħaddim ta' Moll III;

2.

Id-dritt għar-rifużjoni tal-kreditu tal-VAT irrispettivament mill-istadju ta' tlestija tal-oġġett tal-kuntratt; id-definizzjoni tal-kunċett ta' “oġġett ta' investiment” għall-finijiet tar-regoli dwar il-VAT; id-dritt għall-imgħaxijiet arretrati mill-ewwel jum ta' wara s-60 jum wara t-talba għar-rifużjoni tal-VAT;

3.

Riport tat-telf mingħajr ebda limitazzjoni temporali;

4.

Għażla minn fost tliet metodi ta' deprezzament li jirrigwardaw l-ispejjeż tal-investiment tar-rikostruzzjoni ta' Moll II u l-kostruzzjoni ta' Moll III;

5.

Eżenzjoni mit-taxxi tal-boll fuq il-ftehimiet ta' self u kwalunkwe ftehim anċillari għall-finanzjament tal-proġett;

6.

Eżenzjoni mit-taxxi, taxxi tal-boll, kontribuzzjonijiet u kwalunkwe dritt favur l-Istat jew partijiet terzi fuq il-kuntratti bejn il-kredituri tal-ftehimiet ta' self li taħthom huma trasferiti l-obbligi u d-drittijiet li jirriżultaw minnhom;

7.

Eżenzjoni minn taxxi tal-boll għal kwalunkwe kumpens imħallas minn PPA lil PCT taħt il-kuntratt ta' konċessjoni, li huwa barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi dwar il-VAT;

8.

Il-protezzjoni taħt l-iskema speċjali ta' protezzjoni għall-investimenti barranin

Artikolu 2

L-awtoritajiet Griegi ma taw l-ebda għajnuna mill-Istat billi eżentaw lil Piraeus Container Terminal S.A. minn regoli li jirrigwardaw l-esproprjazzjoni furzata.

Artikolu 3

1.   Il-Greċja għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli mogħtija u msemmija fl-Artikolu 1 mingħand PCT u l-kumpanija prinċipali tagħha Cosco.

2.   Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-imgħax mid-data li fiha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarja sal-irkupru attwali tagħhom.

3.   L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u r-Regolament (KE) Nru 271/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.

4.   Il-Greċja għandha tabolixxi kwalunkwe dispożizzjoni li tippermetti l-kontinwazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.

5.   Il-Greċja għandha tħassar il-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   L-irkupru tal-għajnuna mogħtija u msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   Il-Greċja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1.   Fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Greċja għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ammont totali (prinċipali u imgħaxijiet fuq l-irkupru) li jrid jiġi rkuprat mingħand PCT u l-kumpanija prinċipali tagħha Cosco;

(b)

deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u li huma ppjanati biex tinżamm konformità ma' din id-Deċiżjoni;

(c)

dokumenti li juru li PCT u l-kumpanija prinċipali tagħha Cosco ġew ordnati jħallsu lura l-għajnuna.

2.   Il-Greċja għandha żżomm lill-Kummissjoni informata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda biex timplimenta din id-Deċiżjoni sakemm ikun intemm l-irkupru tal-għajnuna mogħtija msemmija fl-Artikolu 1. Fuq talba sempliċi tal-Kummissjoni, tissottometti minnufih informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ħadet u dawk ippjanati, sabiex tkun f'konformità ma' din id-Deċiżjoni. Il-Greċja għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u ta' imgħaxijiet fuq l-irkupru li jkunu diġà ġew irkuprati mingħand il-benefiċjarja.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Greċja.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(2)  Irreġistrata mill-Kummissjoni fit-13 ta' Mejju 2009.

(3)  Irreġistrata mill-Kummissjoni fl-istess jum.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Lulju 2012 C(2012) 4217 finali, fil-Kawża SA. 28876 (C (12/C) (ex CP 202/09) — Il-Greċja — Container Terminal Port ta' Piraeus u Cosco Pacific Limited (ĠU C 301, 5.10.2012, p. 55).

(5)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 4.

(6)  Ara l-Artikolu 1.1 tal-ftehim ta' konċessjoni fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, u Sezzjoni 3 dwar id-dritt tal-użu u l-isfruttar.

(7)  Ara l-Artikolu 3.1.iii tal-ftehim ta' konċessjoni.

(8)  Ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Referenza 2008/S 20-026332 mit-30 ta' Jannar 2008, emendata bir-Referenza 2008/S 54-072476 mit-18 ta' Marzu 2008, li testendi l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti sad-19 ta' Mejju 2008.

(9)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 4.

(10)  i) eżenzjoni mit-taxxa tal-kumpaniji fuq l-introjtu għal prodotti, xogħlijiet u servizzi pprovduti lil PCT 'il barra mill-Greċja minn kumpaniji jew impriżi konġunti 'il barra mill-Greċja, f'każ ta' ftehim fiskali bilaterali biex tiġi evitata t-taxxa doppja bejn il-Greċja u l-pajjiżi ta' reġistrazzjoni, ii) rifużjoni tal-VAT fi żmien 60 jum mill-perjodu tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni rilevanti u rata tal-imgħax applikabbli għall-komputazzjoni tal-imgħaxijiet f'każ li l-Istat ma jirrifondix il-kreditu tal-VAT fi żmien 60 jum mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni rilevanti.

(11)  L-Artikolu 2§1 tal-Liġi.

(12)  L-Artikolu 2§3 u §4 tal-Liġi.

(13)  L-Artikolu 2§5 tal-Liġi.

(14)  L-Artikolu 2§6 tal-Liġi.

(15)  L-Artikolu 2§8 tal-Liġi.

(16)  L-Artikolu 2§9 tal-Liġi.

(17)  L-Artikolu 2§10 tal-Liġi.

(18)  L-Artikolu 3 tal-Liġi.

(19)  Il-Kawża T-157/01, Danske Busvogmaend v Il-Kummissjoni, [2004] Ġabra I — 917.

(20)  i) in-natura twila tal-kuntratti, ii) il-ħtieġa għal investiment sinifikanti ħafna bil-quddiem, liema prattika tfisser dħul imnaqqas jew ebda dħul matul il-perjodu inizjali, iii) il-ħtieġa li jiġi żgurat il-finanzjament estern, iv) in-natura inċerta tar-redditi finanzjarji, v) interess pubbliku ġenerali fil-ħolqien ta' infrastruttura pubblika ġdida, vi) interess qawwi u pubbliku fit-tlestija b'suċċess u profittabbli tal-proġett.

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 670/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2012 li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija (ĠU L 204, 31.7.2012, p. 1), u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(22)  B'mod partikolari huma jsemmu li r-Regolament 1370/2007 tal-PSO jirrikonoxxi li jekk ikun iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat il-benefiċċju tat-taxxa jew l-amortizzazzjoni sħiħa tal-kapital b'rabta ma' infrastruttura eċċezzjonali, materjal fuq ir-roti jew investiment veikolari, kuntratt ta' servizz pubbliku jista' jdum aktar minn kemm ikun permess normalment.

(23)  Il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P, Il-Kummissjoni (C-106/09) u r-Renju ta' Spanja (C-107/09 P) v Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq, [2011] ECLI:EU:C:2011:732, il-paragrafi 90-92.

(24)  Il-premessa 115 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni.

(25)  Il-Kawża C-88/03, Il-Portugall v Il-Kummissjoni, [2006] Ġabra I-7115, il-paragrafu 81.

(26)  Il-Kawża C-143/99, Adria-Wien Pipeline, [2001] Ġabra I-8384.

(27)  Il-Kawża C-169/08, Presidente del Consiglio del Ministri v Regione Sardegna, [2009] Ġabra I-10821.

(28)  Il-Kawża T-210/02 RENV, British Aggregates Association v Il-Kummissjoni Ewropea, [2012].

(29)  Ara pereżempju l-analiżi tal-Qorti Ġenerali f'dan ir-rigward fil-Kawża T-210/02 RENV, British Aggregates Association v Il-Kummissjoni Ewropea, [2012], il-paragrafi 83-91.

(30)  Kawżi Magħquda T-304/04 u T-316/04, L-Italja u WAM SpA v Il-Kummissjoni, [2006] Ġabra II-64.

(31)  Il-Kawżi COMP/M.5398 — HUTCHINSON/EVERGREEN, COMP/M.5450 — KUHNE/HGV/TIU/HAPAG-LLOYD, COMP/JV.55 — HUTCHINSON/RCPM/ECT, COMP/JV.56 — HUTCHINSON/ECT, COMP/M.3863 — TUI/CP SHIPS, COMP/M.5398 — HUTCHINSON/EVERGREEN, COMP/M.3576 — ECT/PONL/EUROMAX, COMP/M.3973 –CMA CGM/DELMAS, COMP/M.3829 MAERRSK/PONL, COMP/M.1674 — MAERSK/ECT, IV/M.831 — P&O/ROYAL NEDLLOYD.

(32)  Il-Kawża 409/V/2009, id-Deċiżjoni tat-23 ta' Jannar 2009, p. 22.

(33)  Il-port ta' Tessalonika, il-port ta' Kostanza fir-Rumanija, il-port ta' Koper fis-Slovenja u għadd ta' portijiet fl-Italja (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 173 tad-deċiżjoni tal-ftuħ).

(34)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2009 dwar il-Kawża C 21/09 (ex N 105/08, N 168/08 u N 169/08) — Il-Greċja — Il-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura u t-tagħmir fil-Port ta' Piraeus (ĠU C 402, 29.12.2012, p. 25).

(35)  Minħabba: id-distanza ta' Piraeus minn dawn iż-żoni; in-nuqqas ta' konnessjoni u servizzi ferrovjarji moderni; l-ispiża konsiderevoli addizzjonali li tkun meħtieġa; u l-arranġamenti tal-linji ta' tbaħħir ewlenin għall-kontejners tal-baħar fond li jservu ż-żona tal-Mediterran Ċentrali permezz ta' terminali portwarji tal-kontejners f'Malta (eż. Maersk), Taranto (eż. Evergreen), Venezja (eż. MSC) u Gioia Tauro (eż. MSC)

(36)  Pereżempju Koper joffri fond ta' madwar 9 metri minflok il-15 sa 19-il metru li joffri Piraeus (li normalment jeħtieġ ferm aktar minn 12-il metru għall-bastimenti li jservi). 13 500 TEU bastiment tal-kontejners jidħlu fil-port tal-kontejners ta' Piraeus kull ġimgħa u li ma jkunux jistgħu jinqdew f'dawn il-portijiet l-oħrajn.

(37)  L-ispiża konsiderevoli tal-vjaġġ addizzjonali involuta fil-ġarr tat-traffiku tat-trasbord lejn kwalunkwe wieħed mill-portijiet l-oħrajn tagħmel lil dawn il-portijiet inqas attraenti għal dan it-tip ta' traffiku.

(38)  Id-distanza ta' Piraeus minn u lejn din il-linja ta' tbaħħir għal bastiment normali tal-baħar fond hija biss madwar 16-il siegħa ta' tbaħħir, meta mqabbla mal-44 għal Tessalonika, 120 siegħa għal Koper u bosta ġranet għal Kostanza (minħabba li jkollu jivvjaġġa mid-Dardanelli u l-Bosporus u l-problemi ta' konġestjoni ta' traffiku hemmhekk).

(39)  Skont § 117 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni: “L-uniċi portijiet tal-UE li jifformaw parti mis-suq tal-baħar Mediterran tal-Lvant huma dawk li jmissu mal-Baħar l-Iswed (bħal Konstanza fir-Rumanija, Varna fil-Bulgarija). Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni speċjali tal-istretti li jgħaqqdu lill-Baħar l-Iswed mal-Baħar Eġew, il-portijiet tal-Baħar l-Iswed mhumiex il-kompetituri ewlenin tal-Port ta' Piraeus. Bl-istess mod, għalkemm ma jistax ikun eskluż għal kollox li portijiet oħrajn Ewropej, bħall-portijiet Adrijatiċi tal-Italja u tas-Slovenja, jistgħu wkoll ikunu f'kompetizzjoni mal-Port ta' Piraeus, il-kompetizzjoni bejniethom u l-Port ta' Piraeus hija insinifikanti”.

(40)  §§ 114 u 115 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża C 21/2009 imsemmija fin-nota ta' qiegħ il-paġna 4.

(41)  (i) il-pożizzjoni tiegħu fl-akbar żona urbana tal-Greċja b'aktar minn 5 miljun persuna, l-akbar żona industrijali/kummerċjali bl-aqwa konnessjonijiet ferrovjarji u tat-triq disponibbli fil-pajjiż, (ii) spazju estensiv għall-irmiġġ, faċilitajiet ta' ħażna u ankraġġ kbir, (iii) l-akbar fond tal-baħar, (iv) l-eqreb distanza mill-assi ta' bejn Suez u Ġibiltà, (v) wieħed mill-aktar swieq dinjija kompetittivi tal-karburant tal-bastimenti, (vi) faċilitajiet estensivi ta' tiswija tal-bastimenti u l-firxa wiesgħa ta' servizzi meħtieġa mill-operaturi tal-bastimenti.

(42)  Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Kawżi N 508/07 Ionia Odos, N 45/2008 — L-Awtostrada Elefsina-Korinthos-Patras-Pirgos-Tsakona, N 566/07 L-Awtostrada Korinthos-Tripoli-Kalamata u l-Fergħa Lefktro-Sparti, N 565/07 L-Awtostrada Ċentrali Griega, N 633/07 Il-kuntratt ta' konċessjoni tas-sezzjoni Maliakos-Kleidi tal-Awtostrada ta' Patras-Athens-Thessaloniki-Evzona, N 134/07 Il-kuntratt ta' konċessjoni tal-Mina Sommersa Thessaloniki, N 462/99 Attiki Odos, NN 143/97 Il-Pont tal-Awtostrada Rion Antirrion, NN 27/96 L-Ajruport Internazzjonali ta' Spata.

(43)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża NN 27/96 L-Ajruport Internazzjonali ta' Spata.

(44)  Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Kawżi N 462/99 Attiki Odos u NN 143/97 Il-Pont tal-Awtostrada Rion Antirrion.

(45)  Il-Kawżi Magħquda T-427/04 Franza v Il-Kummissjoni u T-17/05 France Telecom v Il-Kummissjoni, Ġabra [2009] II-0435, il-paragrafi 264-266, C-474-09 P sa C-476/09 P, Territorio Historico de Vizcaya ECLI:EU:C:2011:522, il-paragrafu 70.

(46)  Ara l-premessa 221 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(47)  Fl-istess linja ta' raġunament, il-Kummissjoni approvat ukoll skema fuq l-infrastruttura għall-broadband f'żoni rurali (SA. 32866 (2011/N) li kellha bħala bażi legali l-Liġi 3389/2005 dwar il-PPPs li tinkludi dispożizzjonijiet fiskali simili għal dawk tal-liġi 3755/2009.

(48)  Ara l-premessi 225 u 226 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(49)  Fl-2012 a) it-traffiku fil-Moll II żdied b'76,5 % meta mqabbel mal-2011 (2,108 miljun TEU fl-2012 meta mqabbel ma' 1,188 miljun TEU fl-2011), b) il-kapaċità kienet 700 000 TEU ogħla minn dak li kien previst fil-kuntratt ta' konċessjoni, c) id-dħul żdied bi 43 % meta mqabbel mal-2011 (minn EUR 72,87 miljun għal EUR 104,3 miljun). Fl-2012 PCT, TRAINOSE u Hewlett Packard iffirmaw ftehim li permezz tiegħu Hewlett Packard kellha tgħaddi l-prodotti tagħha mill-Greċja lejn pajjiżi oħrajn ġirien.

(*)  Koperti mill-obbligu tas-sigriet professjonali

(50)  Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Kawżi C 39/2009 — il-Latvja — Ventspills Free Port Authority (50 % intensità ta' għajnuna), SA. 30742 Il-Kostruzzjoni ta' Infrastruttura għat-Terminal tal-Lanċa fi Klaipeda (65 % intensità ta' għajnuna), SA 34940 (2012/N) il-Port ta' Augusta (68,87 % intensità ta' għajnuna), N 649/2001 Għotja għall-faċilitajiet tal-merkanzija (94 % intensità ta' għajnuna), C 21/2009 Finanzjament pubbliku ta' infrastruttura u tagħmir fil-port ta' Piraeus.

(51)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 34.

(52)  Ir-Regolament (UE) Nru 670/2012.

(53)  Għal dan huma jirreferu għall-fatt li ċ-China Development Bank, wieħed mill-kredituri ta' PCT, stenna l-adozzjoni tal-liġi ta' ratifika sabiex jiffirma s-self tiegħu lil PCT. Barra minn hekk, huma jirreferu għal ittra elettronika li l- […] bagħat lil PCT f'Jannar 2009 fejn esprima t-tħassib ewlieni tiegħu dwar il-finanzjament tal-imsemmi ftehim ta' konċessjoni. Skont din l-ittra elettronika l-ftehim ta' konċessjoni ma kienx jipprovdi protezzjoni kontra bidla ġenerali jew diskriminatorja fil-liġi u huma jargumentaw li dan kien jirrigwarda l-qafas fiskali tal-ftehim ta' konċessjoni.

(54)  L-istimi pprrovduti kienu bbażati fuq studju prodott minn PricewaterhouseCoopers Business Solutions S.A. Dawn l-istimi kienu jikkonsistu fi tqabbil tas-suppożizzjonijiet tal-pjan tan-negozju ta' Cosco fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-liġi ta' ratifika (Marzu 2009) u d-dispożizzjonijiet ġeneralment applikabbli. Mir-riżultat ta' dan it-tqabbil huma ddeduċew l-ammont korrispondenti għall-ħtiġijiet ta' finanzjament addizzjonali li PCT jkollha fin-nuqqas tal-miżuri fiskali. L-ammont li jirriżulta minn dawn il-kalkoli kien finalment ikkalkulat f'valuri skontati (bl-użu ta' rata ta' skont annwali ta' 9.0 %, jiġifieri r-rata ta' skont użata minn PPA fl-iskontar tal-miżati ta' konċessjoni minimi garantiti offruti minn PCT waqt l-offerta, iżda wkoll rata ta' skont annwali ta' 4.47 % ta' Marzu 2009, jiġifieri rata ta' referenza pprovduta fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni). Finalment dawn il-kalkoli ma jinkludux il-miżuri fl-Artikoli 2.3, 2.5, 2.9, 2.10 u l-Artikolu 3 tal-liġi.

(55)  Fl-agħar xenarju.

(56)  Pereżempju, il-Kawża C-143/99 Adria-Wien Pipeline GmbH u Wieterdorfer & Peggauer Zementwerke GmbH v Finanzlandesdirektion für Kärnten, [2001] Ġabra I-8365, il-paragrafu 41; il-Kawża T-335/08 BNP Paribas u Banca Nazionale del Lavoro SpA (BNL) v Il-Kummissjoni, [2010] Ġabra II-3323, il-paragrafu 204; u l-Kawżi T-425/04, T-444/04, T-450/04 u T-456/04, Franza, France Télécom, Bouyges SA, Bouyges Télécom SA u AFORS Télécom v Il-Kummissjoni, [2010] Ġabra II-2009, il-paragrafu 216.

(57)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.21918 — Franza — Tariffi tal-elettriku regolati fi Franza (ĠU C 398, 22.12.2012, p. 10), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/353/KE tas-16 ta' Settembru 1997 dwar l-għajnuna mill-Istat għal Gemeinnützige Abfallverwertung GmbH (ĠU L 159, 3.6.1998, p. 58), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 134 tal-24 ta' Jannar 2007 fil-Kawża ta' għajnuna mill-Istat NN 67/05 — il-Litwanja — it-tnaqqis ta' rata tat-taxxa tal-qliegħ għal UAB “Bite GSM”, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/227/KE tat-2 ta' Awwissu 2002 dwar diversi miżuri u l-għajnuna mill-Istat investita minn Spanja f'Terra Mítica SA, park ta' divertiment qrib Benidorm (Alicante) (ĠU L 91, 8.4.2003, p. 23), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2010 fil-Kawża tal-għajnuna mill-Istat NN 30/09 — l-Irlanda — allowances ta' kapital għal-lukandi għar-Ritz-Carlton Hotel, Powerscourt, Co. Wicklow, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/590/KE tal-5 ta' Marzu 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat li r-Renju Unit qiegħed jippjana li jagħti lil CDC Group plc (ĠU L 199, 7.8.2003, p. 28), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/476/KE tat-28 ta' Jannar 2009 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mil-Lussemburgu fil-forma tal-ħolqien ta' fond ta' kumpens għall-organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku (C 43/02 (ex NN 75/01) (ĠU L 159, 20.6.2009, p. 11), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/212/KE tas-16 ta' April 1997 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Italja lil Enirisorse SpA (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 32), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2007 fl-għajnuna mill-Istat NN4/07 — “Delitissue Sp. z o.o.” taħt id-dokument C(2007) 769.

(58)  Skont il-kalkoli ta' PCT, l-impatt tal-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet fiskali fuq ir-rata ta' redditu interna reali (“IRR”) ikkunsidrata fil-Mudell tal-Pjan tan-Negozju ta' PCT ta' Marzu 2009 ġie stmat għal […] punti bażi (jiġifieri […] %) li jirrifletti żieda f'din l-IRR ikkalkulata fin-nuqqas tad-dispożizzjonijiet fiskali kkonċernati ta' madwar […] % (jiġifieri minn […] % għal […] %).

(59)  Il-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, Pavlov u oħrajn, [2000] Ġabra I-6451.

(60)  Il-Kawżi 118/85 Il-Kummissjoni v l-Italja [1987] Ġabra 2599, il-paragrafu 7, C-35/96 Il-Kummissjoni v L-Italja [1998] Ġabra I-3851, il-paragrafu 36, Il-Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, Rec.2000, p.I-6451.

(61)  Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni f'dawn il-Kawżi ta' għajnuna mill-Istat: N 44/10 — Il-finanzjament pubbliku ta' infrastruttura portwarja fi Krievu Sala (ĠU C 215, 21.7.2011, p. 21, il-paragrafi 60-68); C 39/2009 — Il-finanzjament pubbliku ta' infrastruttura portwarja fil-Port Ventspils (ĠU C 62, 20.3.2010, p. 7, il-paragrafi 53-58), N 60/06 — Il-Port ta' Rotterdam (ĠU C 196, 24.8.2007, p. 1, il-paragrafi 42-52); N 520/03 il-portijiet Fjammingi (ĠU C 176, 16.7.2005, p. 12, il-paragrafi 34-54).

(62)  Ara inter alia is-sentenza tal-24 ta' Ottubru 2002, il-Kawża C-82/01P Aéroport de Paris, Ġabra 2002, I-9297, kif ukoll is-sentenza tal-24 ta' Marzu 2011 fil-Kawżi Magħquda T-455/08 Flughafen Leipzig-Halle GmbH u Mitteldeutsche Flughafen AG c/Il-Kummissjoni u Il-Kawża T-443/08 Freistaat Sachsen u Land Sachsen- Anhalt v Il-Kummissjoni, [2011] II-1311.

(63)  Il-Kawża C-39/94 SFEI u Oħrajn [1996] Ġabra I-3547, il-paragrafu 60; il-Kawża C-342/96 Spanja v Il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-2459, il-paragrafu 41.

(64)  Il-Kawża 173/73 l-Italja v Il-Kummissjoni [1974] Ġabra 709, il-paragrafu 13.

(65)  Il-Kawżi C-143/99 Adria-Wien Pipeline [2001] Ġabra I-8365, il-paragrafi 38; C-387/92 Banco Exterior de España [1994] Ġabra I-877, il-paragrafu 13; u l-Kawża C-200/97 Ecotrade [1998] Ġabra I-7907, il-paragrafu 34.

(66)  Il-Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze u oħrajn, [2006] Ġabra I-289, il-paragrafu 132.

(67)  Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans [2003] Ġabra I-7747.

(68)  Il-Kawża C-39/94 SFEI u Oħrajn [1996] Ġabra I-3547, il-paragrafi 60-61.

(69)  Ara l-Kawżi Magħquda C-71/09 P, C-73/09 P u C-76/09 P Comitato “Venezia vuole vivere”, Hotel Cipriani Srl u Società Italiana per il gas SpA (Italgas) v Il-Kummissjoni, [2011] I-4727, il-paragrafi 92 u 94 sa 96, u l-Ordni tal-President tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-172/14 R Stahlwerk Bous v Il-Kummissjoni, il-paragrafi 59 u 60.

(70)  L-Artikolu 2§9 tal-Liġi.

(71)  Il-Kawżi C-143/99 Adria-Wien Pipeline [2001] Ġabra I-8365, il-paragrafu 41; C-308/01 GIL Insurance u Oħrajn [2004] Ġabra I-4777, il-paragrafu 68; C-172/03 Heiser [2005] Ġabra I-1627, il-paragrafu 40.

(72)  Ara, il-Kawżi C-143/99 Adria-Wien, il-paragrafu 41, il-Kawża C-308/01 GIL Insurance [2004] Ġabra I-4777, il-paragrafu 68, C-172/03, Heiser [2005] Ġabra I-1627, il-paragrafu 40, C-88/03, Il-Portugall v Il-Kummissjoni [2006] Ġabra I-7115, il-paragrafu 54, T-233/04, Il-Pajjiżi l-Baxxi v Il-Kummissjoni, il-paragrafu 86.

(73)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-279/08P, Il-Kummissjoni v Il-Pajjiżi l-Baxxi (NOx) [2011] Ġabra I-7671, il-paragrafu 62.

(74)  Il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P il-Kummissjoni u Spanja v Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit [2011] Ġabra I-11113.

(75)  Ara l-Kawżi Magħquda T-92/00 u T-103/00, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, Ramondín, SA u Ramondín Cápsulas v Il-Kummissjoni, [2002] II-1385, il-paragrafu 51.

(76)  Ara l-Kawża C-279/08 P, Il-Kummissjoni v ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, [2011], I-7671, il-paragrafu 50.

(77)  Il-Kawżi C-75/97 Il-Belġju v Il-Kummissjoni [1999] Ġabra I 3671, il-paragrafu 32; il-Kawża C-143/99 Adria Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke [2011] Ġabra I 8365, il-paragrafu 48; il-Kawża C- 409/00 Spanja v Il-Kummissjoni [2003] Ġabra I 1487, il-paragrafu 48.

(78)  Il-Kawżi Magħquda T-92/00 u T-103/00 Ramondin SA u Ramondín Cápsulas SA v Il-Kummissjoni [2002] Ġabra II-1385, il-paragrafu 39: f'din is-sentenza il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-applikazzjoni ta' miżura fiskali lill-investimenti li jaqbżu ċertu limitu biss kien ifisser li l-miżura kienet de facto riżervata għal impriżi b'riżorsi finanzjarji sinifikanti.

(79)  Ara pereżempju l-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos u oħrajn [2011] Ġabra I-7611, il-paragrafu 69.

(80)  Ara l-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos u oħrajn [2011] Ġabra I-7611, il-paragrafi 69 u 70; il-Kawża C-88/03 Il-Portugall v Il-Kummissjoni [2006] Ġabra I-7115, il-paragrafu 81; il-Kawża C-279/08 P, Il-Kummissjoni v il-Pajjiżi l-Baxxi (NOx) [2011] Ġabra I-7671; il-Kawża C-487/06 P British Aggregates v Il-Kummissjoni [2008] Ġabra I-10515.

(81)  Ara inter alia il-Kawżi C-279/08P Il-Kummissjoni v Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi [2011] I-07671, il-paragrafu 75, C-487/06 P, British Aggregates v Il-Kummissjoni [2008] I-10505, il-paragrafu 92; C-241/94 Franza v Il-Kummissjoni [1996] Ġabra I-4551, il-paragrafu 21; C-342/96 Spanja v Il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-2459, il-paragrafu 23; C-75/97 Il-Belġju v Il-Kummissjoni, il-paragrafu 25.

(82)  Ara f'dan ir-rigward il-Kawżi Magħquda T-92/00 u T-103/00 Ramondin SA u Ramondín Cápsulas SA v Il-Kummissjoni [2002] Ġabra II-1385, il-paragrafu 62.

(83)  Jew sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2015.

(84)  L-Artikolu 2(1) tal-Liġi 3755/2009.

(85)  L-Artikoli 99§1, a) l-ewwel inċiż flimkien mal-Artikoli 12§1, 105§1, b) u 109§1 tal-Kodiċi Grieg dwar it-taxxa fuq l-introjtu; din it-taxxa fuq il-kumpaniji kienet tammonta għal 25 % fis-sena finanzjarja 2010, 24 % fis-sena finanzjarja 2011, 20 % fis-sena finanzjarja 2012, 22 % fis-sena finanzjarja 2013, 26 % fis-sena finanzjarja 2014 'il quddiem.

(86)  F'dak il-punt tapplika taxxa minn ras il-għajn, skont l-Artikolu 99§1, a) tal-GITC.

(87)  Skont l-awtoritajiet Griegi, it-terminu “imgħax akkumulat” jintuża sabiex jiddeskrivi l-metodu kontabilistiku użat biex tiġi kkalkulata l-akkumulazzjoni tal-imgħax, li permezz tagħha l-imgħax jakkumula skont id-dati tal-fluss ta' flus u l-ammonti involuti. Fi kliem ieħor, “imgħax akkumulat” huwa l-imgħax fuq ammont speċifiku fuq perjodu speċifiku ta' żmien (irrispettivament minn jekk l-imsemmi imgħax huwiex mistenni jew dovut). Skont l-awtoritajiet Griegi PCT normalment tistenna li tiġbor dan l-imgħax f'depożiti ta' flus ma' istituzzjonijiet ta' kreditu.

(88)  L-eżenzjoni tat-taxxa fuq l-imgħaxijiet akkumulati tapplika għal perjodu ta' żmien li jista' jvarja, skont jekk ix-xogħol jitlestiex kmieni jew tard, iżda li għandu tmiem speċifiku. Skont l-Artikolu 12 tal-kuntratt ta' konċessjoni, il-bidu tal-operat ta' Moll III għandu jiġi effettwat 48 xahar wara d-data tal-bidu tal-kostruzzjoni u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2015.

(89)  F'każ li ma japplika ebda trattat dwar l-evitar tat-taxxa doppja.

(90)  Ara l-premessi 95 sa 97.

(91)  jiġifieri l-Artikolu 103 §1 ib).

(92)  Il-Kawża C-241/94, Franza v Il-Kummissjoni (Kimberly Clark) [1996], Ġabra I-4451. Ara wkoll il-premessa 21 tal-Avviż Fiskali.

(93)  L-Artikolu 2(2) u (3) tal-Liġi 3755/2009.

(94)  L-Artikolu 30§1 tal-Kodiċi dwar il-VAT.

(95)  L-Artikolu 32§3 tal-Kodiċi dwar il-VAT.

(96)  Peress li hemm limitu ta' tliet snin għat-tpaċija ta' bilanċ ta' kreditu tal-VAT.

(97)  L-Artikolu 33§4 tal-Kodiċi dwar il-VAT.

(98)  Kif kienet din id-deċiżjoni meta ġiet adottata l-liġi ta' ratifika.

(99)  Inkluż fil-każ meta jkun involut oġġett ta' investiment.

(100)  L-Artikolu 2§7 tad-Deċiżjoni Ministerjali 1073/2004.

(101)  L-Artikolu 33§3 tal-Kodiċi dwar il-VAT. Din ir-restrizzjoni ta' 5 snin ma tapplikax għall-kumpaniji ta' utilità pubblika.

(102)  L-Artikolu 38§2 tal-Liġi 1473/1984.

(103)  Is-sentenzi 1948/1992, 3035/1992, 1274/2002, 1207/2012, 1501/2012 tal-Conseil d'Etat, kif ukoll 222/2009, 223/2009 u 2141/2009 tal-Qorti Amministrattiva ta' Ateni u 4793/2013 tal-Qorti Amministrattiva ta' Tessalonika. Din l-interpretazzjoni kienet ibbażata fuq l-Artikolu 21 tad-Digriet Regolatorju 26-6/10-7/1944 (kodiċi tal-proċeduri tal-Qorti tal-Istat) li jgħid “l-imgħax normali legali u l-imgħax fuq il-ħlasijiet tardivi…jibda mill-mument li l-azzjoni legali tiġi notifikata lill-Istat”.

(104)  Skont il-Kodiċi ta' proċedura legali fiskali l-persuna taxxabbli tista' tressaq appell fi żmien 20 jum wara l-jum li fih l-att ġie nnotifikat lilha.

(105)  Skont id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 33§4 tal-Kodiċi dwar il-VAT.

(106)  Il-Kawża C-110/94, Intercommunale voor Zeewaterontzilting (INZO), [1997] Ġabra — I 870.

(107)  Il-paragrafu 15 tas-sentenza fil-Kawża C-110/94.

(108)  Ara l-Artikolu 29(3) tal-Liġi 3389/2005 kif ġie emendat mill-Artikolu 18(2) tal-Liġi 4013/2011.

(109)  Dan jinvolvi wkoll iċ-ċertezza legali li kull tip ta' nefqa ta' PCT tiġi ttrattata bl-istess mod, għalkemm dan ma jkunx il-każ taħt ir-regoli ġeneralment applikabbli.

(110)  Din l-ittra hija datata l-31 ta' Ottubru 2008 u ġiet sottomessa mill-awtoritajiet Griegi matul il-proċedura qabel il-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali bħala Anness 2 tas-sottomissjoni datata l-1 ta' Frar 2011. Ġiet irreġistrata mill-Kummissjoni fit-8 ta' Frar 2011 bin-numru 2011/013591.

(111)  B'mod partikolari huma talbu 90 % rifużjoni tal-kreditu tal-VAT fi żmien xahar mid-data tal-applikazzjoni u l-10 % li jifdal fi żmien sena. Din ir-rifużjoni tikkorrispondi essenzjalment għar-rifużjoni applikabbli għall-oġġetti ta' investiment.

(112)  Kawżi T-68/03, Olympic Airways v Il-Kummissjoni, [2007] Ġabra II-2911, il-paragrafu 361, C-25/07 Alicja Sosnowska v Dyrektor Izby Skarbowej [2008] Ġabra I-5129.

(113)  L-obbligu tar-rifużjoni tal-VAT jinħoloq meta titħallas il-VAT tal-input u meta d-dritt li titnaqqas il-VAT “…ikun eżerċitabbli immedjatament…għalkemm l-Istati Membri għandhom ċerta libertà ta' manuvrar biex jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għar-rifużjoni tal-VAT żejda, dawk il-kundizzjonijiet ma jistgħux jimminaw il-prinċipju tan-newtralità tas-sistema tat-taxxa tal-VAT billi jġiegħlu lill-persuna taxxabbli ġġorr l-oneru tal-VAT kollu jew parti minnu”… Dan jimplika li r-rifużjoni ssir f'perjodu raġonevoli ta' żmien. Kawża C-25/07 Alicjia Sosnowska, [2008] Ġabra I-5129, il-paragrafi 15-16.

(114)  L-Artikolu 105§11 flimkien mal-Artikolu 4§3 GITC.

(115)  Il-Kawża T-55/99, Confederación Española de Transporte de Mercancías (CETM) v Il-Kummissjoni, [2000] II-03207, il-paragrafu 53.

(116)  Bil-metodu tal-linja dritta fissa, id-deprezzament jiġi kkalkulat abbażi tar-rata fissa fuq il-valur tal-akkwist inizjali jew tal-valur tal-akkwist riaġġustat flimkien mal-valur tat-titjib jew ta' partijiet addizzjonali.

(117)  Fiż-żmien meta ġiet adottata d-dispożizzjoni taħt eżami, l-Artikolu 31.1.f) tal-GITC kien ipprovda eċċezzjoni għal din ir-regola, relatata mad-deprezzament ta' makkinarju ġdid u tagħmir mekkaniku jew tekniku ta' impriżi industrijali, tal-minjieri, tal-barrieri u ta' impriżi mħallta ta' dan it-tip. F'dawn il-każijiet il-kumpaniji setgħu wkoll jużaw il-metodu ta' deprezzament tal-bilanċ li jkun qiegħed jonqos. Din id-dispożizzjoni ġiet modifikata u issa tipprovdi biss il-metodu tal-linja dritta fissa għall-każijiet kollha.

(118)  Id-Digriet Presidenzjali 299/2003 dwar id-“Definizzjoni tal-ogħla u l-inqas rati ta' deprezzament”. Dan id-digriet jistabbilixxi l-medda bejn l-ogħla u l-inqas rata ta' deprezzament skont il-kategorija ta' assi fissi. Il-kumpaniji taxxabbli jistgħu jagħżlu kwalunkwe rata ta' deprezzament f'din il-medda. Ladarba kumpanija tkun għażlet rata ta' deprezzament f'din il-medda, hija obbligata li tkompli d-deprezzament billi tapplika l-istess rata fuq l-assi kollha tal-istess kategorija li jkunu ġew akkwistati mill-kumpanija matul l-istess perjodu fiskali. Għall-assi tal-istess kategorija akkwistati f'perjodi fiskali differenti, il-kumpaniji huma intitolati jużaw rata ta' deprezzament differenti, iżda fi kwalunkwe każ huwa obbligatorju li l-kumpanija tkompli l-proċedura ta' deprezzament bir-rata ta' deprezzament inizjali applikata għall-assi kollha tal-istess kategorija akkwistati fl-istess perjodu fiskali.

(119)  Dan it-tip ta' “riżervi” mhuwiex assi reali tal-kumpanija iżda deprezzamenti tal-assi fissi li sejrin jiġu rritornati lill-Istat jew lil partijiet terzi.

(120)  Artikolu 31.1.g) GITC.

(121)  YA 100/2005 (YA 1003821/10037/B0012, ĠU B 80 tal-2005): Spejjeż deduċibbli mid-dħul gross tal-kumpaniji abbażi ta' soluzzjonijiet amministrattivi u l-każistika.

(122)  l-Artikolu 31.1.l) tal-GITC.

(123)  L-Artikolu 105(12) tal-GITC kif emendat mil-Liġi 4013/2011. Dan il-metodu huwa dak previst fl-Artikolu 97(5) tal-Liġi 1892/1990 għall-kostruzzjoni tal-ispazji tal-parkeġġ.

(124)  Il-metodu stabbilit bil-Liġi 1914/1990 għall-proġetti BOT. Skont l-Artikolu 9§8 tal-Liġi 2052/1992, xogħlijiet li jsiru b'finanzjament totali jew parzjali pprovdut minn partijiet terzi, id-deprezzament tal-ispejjeż ta' kostruzzjoni u l-imgħaxijiet fuq is-self u l-krediti matul il-perjodu ta' kostruzzjoni, li jitqiesu bħala spejjeż ta' kostruzzjoni, isir skont l-istess metodu.

(125)  Metodu ta' deprezzament għall-kumpaniji ta' kostruzzjoni ta' ajruporti stabbilit mill-Artikolu 26(8) tal-Liġi 2093/1992.

(126)  eż. il-valur tal-assi, il-profittabbiltà, il-pjan tan-negozju.

(127)  Ara l-premessa 165 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(128)  Huwa saħansitra akbar minn dak previst pereżempju għall-PPP's (dan huwa mingħajr preġudizzju għall-fehma li l-Kummissjoni tista' tassumi dwar id-dispożizzjonijiet fiskali rilevanti għall-PPPs).

(129)  Id-dispożizzjoni taħt eżami għenet biex tiġi eliminata lakuna fis-sistema tat-taxxa ġenerali Griega rigward id-deprezzament tal-assi użati fl-operat ta' terminal ta' port tal-kontejners, bħal dawk li sejrin jintużaw minn PCT għall-finijiet tal-ftehim ta' konċessjoni. L-Artikolu 34 tal-Liġi 2937/2001 jistipula rati speċifiċi ta' deprezzament li PPA u l-Port ta' Tessalonika sejrin jużaw taħt il-metodu ta' deprezzament lineari fissa, għat-tipijiet speċifiċi ta' assi tal-port li jużaw. L-awtoritajiet Griegi jargumentaw li dawn ir-rati mhumiex applikabbli għal PCT. Skont l-awtoritajiet Griegi, kieku PCT għażlet li tapplika l-metodu tal-linja dritta u tħalliet tuża dawn ir-rati ta' deprezzament, il-perjodu ta' deprezzament kien jaqbeż il-perjodu ta' konċessjoni. Min-naħa l-oħra, kieku PCT kienet obbligata tapplika l-metodu tal-linja dritta b'rati ta' deprezzament differenti minn dawk applikati għal PPA u l-Port ta' Tessalonika, kien ikollha żvantaġġ meta mqabbla ma' dawn l-operaturi (il-premessa 166 tad-deċiżjoni tal-ftuħ).

(130)  Ara l-Kawża Il-Portugall v Il-Kummissjoni, il-paragrafu 81 fin-nota ta' qiegħ il-paġna 80.

(131)  Ara f'dan ir-rigward il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessi 98 sa 100 ta' hawn fuq.

(132)  Id-Digriet Presidenzjali tat-28 ta' Lulju 1931, ĠU A 239 1931, kif modifikat b'mod speċjali mil-Liġi 2873/2000.

(133)  Madankollu, l-introduzzjoni tal-VAT ma affettwatx it-taxxa tal-boll imposta fuq il-ftehimiet ta' self.

(134)  Skont każistika stabbilita, self li wieħed ikun daħal għalih barra l-Greċja permezz ta' att privat huwa soġġett għat-taxxa tal-boll fil-Greċja meta s-self jiġi eżegwit fil-Greċja. “Eżekuzzjoni fil-Greċja” isseħħ meta l-kunsinna tal-ammont tas-self mill-mutwanti barrani lill-mutwatarju, li jinsab fil-Greċja, isseħħ fil-Greċja. “Il-kunsinna tal-ammont tas-self fil-Greċja” isseħħ meta l-mutwanti effettivament jittrasferixxi l-ammont tas-self fil-kont tal-mutwatarju f'bank Grieg (Opinjoni 964/1955 tal-Kunsill Legali tal-Istat Grieg, il-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Tessalonika 2123/1963, il-Qorti tat-Taxxa tal-Prim'Istanza 2163/1967, il-Qorti Amministrattiva tal-Prim'Istanza 6043/2001, il-Kunsill tal-Istat 2996/1991 u 984/1992). Barra minn hekk, is-sentenza 3639/2013 tal-Conseil d'Etat iddeċidiet li “… ftehim ta' self konkluż permezz ta' att privat barra 'l pajjiż, huwa soġġett għat-taxxa tal-boll, diment li jipprovdi għal obbligi li għandhom jiġu eżegwiti fil-Greċja, u dan huwa l-obbligu tal-mutwatarju li jirriżulta mill-imsemmi ftehim għat-trasferiment fil-Greċja, permezz tal-ordni tiegħu lill-bank barrani, tal-ammont ta' self miftiehem li kien iddepożitat mill-mutwanti barra l-pajjiż f'isem [il-mutwatarju].”.

(135)  Bir-rata ta' 2,4 %.

(136)  Għal darb'oħra bir-rata ta' 2,4 %.

(137)  Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni f'dan il-każ hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni li tista' tassumi barra din il-proċedura fuq l-eżenzjonijiet.

(138)  Kif deskritti fin-nota ta' qiegħ il-paġna 134 ta' hawn fuq.

(139)  L-awtoritajiet Griegi u PCT jirreferu għal żewġ selfiet ta' EUR 54,8 miljun u EUR […] miljun li PCT ikkonkludiet mal-kumpanija prinċipali tagħha, Cosco, sabiex tibda l-investimenti tagħha fil-port ta' Piraeus.

(140)  Id-Deċiżjoni 617/2006 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Kodiċi dwar it-Taxxa tal-Boll.

(141)  L-Artikolu 8 tal-Kodiċi dwar it-Taxxa tal-Boll. Ara l-każistika dwar dan fin-nota ta' qiegħ il-paġna 134 ta' hawn fuq.

(142)  Skont l-Artikolu 3.1 tal-kuntratt ta' konċessjoni.

(143)  Ċirkolari interpretattiva 1027/1990.

(144)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 134.

(145)  Għal darb'oħra bir-rata ta' 2,4 %.

(146)  L-Artikolu 3 taċ-Ċirkolari Ministerjali 44/1987: L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' impożizzjoni ta' taxxi tal-boll għal diversi kuntratti u atti.

(147)  Skont l-Artikolu 57§1 (b) tal-Liġi 1642/1986, it-tranżazzjonijiet li huma soġġetti għall-VAT skont l-Artikolu 2 tal-istess liġi, kif ukoll il-ftehimiet anċillari tagħhom, huma eżenti mit-taxxa tal-boll. Skont l-Artikolu 2 tal-Kodiċi Grieg dwar il-VAT (il-Liġi 2859/2000 li jissostitwixxi l-Liġi 1642/1986 li introduċiet il-VAT fl-ordni legali Griega), il-VAT tapplika għall-provvista ta' oġġetti u servizzi meta din il-provvista tkun effettwata għall-ħlas tal-korrispettiv. Skont l-interpretazzjoni prevalenti ta' dawn id-dispożizzjonijiet, il-ħlas ta' kumpens ma jaqax fit-tifsira tal-provvista ta' servizzi bi ħlas u b'hekk ma jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-VAT u minflok huwa soġġett għat-taxxa tal-boll.

(148)  Skont l-Artikolu 2 tal-Liġi 2688/1999, flimkien mal-Artikolu 362 tal-Liġi 1559/1950. Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni f'din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pożizzjoni li tista' tieħu fil-futur rigward din id-dispożizzjoni.

(149)  Ara l-premessi 188 u 203 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(150)  Din l-iskema speċifika tista' tiġi modifikata biss f'każ li l-kumpanija, li lilha tingħata, taqbel.

(151)  L-Artikoli 8 u 11 tad-digriet leġiżlattiv.

(152)  Jista' jkun previst ukoll aġġustament f'każ ta' tnaqqis tal-limitazzjonijiet applikabbli normalment.

(153)  Din il-miżura mhijiex prevista fid-digriet presidenzjali, iżda l-awtoritajiet Griegi semmewha fil-lista ta' miżuri li ġew ipprovduti fil-passat permezz ta' skema speċjali.

(154)  Skont l-Artikolu 9(2) tad-digriet presidenzjali, din iż-żieda tfisser aktar min-nofs l-ammont korrispondenti għall-assi totali ta' dawk il-kumpaniji jew aktar minn miljun dollaru Amerikan.

(155)  Diment li r-rekwiżizzjoni ma tkunx immirata biex tkopri l-ħtiġijiet tal-forzi armati fi żminijiet ta' gwerra u biss sakemm idum il-kunflitt u soġġett għal kumpens ġust.

(156)  Id-digriet jipprovdi wkoll privileġġi/kundizzjonijiet oħrajn għall-kumpaniji koperti: i) kundizzjonijiet speċifiċi għar-ripatrijazzjoni tas-self jew tal-kapital azzjonarju permess għar-ripatriazzjoni tas-self jew tal-kapital azzjonarju (sa 10 % tal-kapital importat fis-sena); rimessa kumulattiva tal-qligħ (sa 12 %, nett mit-taxxa, fuq il-kapital importat u mhux ripatrijat fis-sena); u rimessa ta' imgħax (sa 10 % fis-sena) u permess għat-trasferiment barra l-Greċja ta' muniti barranin meħtieġa għall-pagamenti ta' lokazzjoni li jirrigwardaw makkinarju jew forom oħrajn ta' kapital mikrijin minn barra), ii) ir-reklutaġġ ta' ċittadini barranin bħala persunal tekniku u amministrattiv u permess għall-esportazzjoni tal-ammont tar-remunerazzjoni tagħhom f'muniti barranin; u l-permess biex jinżammu l-kontijiet tal-kumpanija b'entrati f'munita barranija.

(157)  Ara l-premessa 213 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(158)  Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni f'dan il-każ hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni li tista' tieħu fir-rigward ta' dan id-digriet presidenzjali.

(159)  L-Artikolu 3§2 tad-digriet jirreferi b'mod indikattiv għal xi wħud mill-privileġġi u l-eżenzjonijiet li jistgħu jingħataw permezz tal-użu tiegħu. L-Artikolu 5§3 tad-digriet leġiżlattiv 4256/1962 li jinterpreta dak tal-1953, jistabbilixxi li l-amministrazzjoni għandha diskrezzjoni sħiħa sabiex tirregola kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-investiment fi kwalunkwe mod li tara xieraq għall-kisba tal-iskop tad-digriet presidenzjali, jiġifieri l-attrazzjoni ta' kapital barrani, sakemm dawn il-kwistjonijiet ma jmorrux kontra d-dispożizzjonijiet tiegħu. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li l-amministrazzjoni għandha diskrezzjoni sħiħa fl-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ġodda, kif ukoll “faċilitajiet” li jistgħu jagħmlu investimenti bħal dawn aktar attraenti għall-kumpaniji.

(160)  Ara l-premessi 209 sa 216 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(161)  Ara l-premessi 92 sa 97 ta' din id-deċiżjoni.

(162)  Il-Kawża C-487/06 P, British Aggregates [2008] Ġabra I-10515, il-paragrafu 92.

(163)  Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni li l-Kummissjoni tista' tieħu fir-rigward ta' dan id-digriet Leġiżlattiv.

(164)  Ara l-premessi 21 u 22 tal-Avviż Fiskali tal-Kummissjoni.

(165)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri relatati mat-tassazzjoni diretta tan-negozju (ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3).

(166)  Ara l-premessi 24 u 27 tal-Avviż Fiskali tal-Kummissjoni.

(167)  Ara pereżempju s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-445/05, Assogestioni et Fineco Asset Management/Commission, il-punt 145, u l-każistika kkwotata.

(168)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża NN 27/96 Spata International Airport.

(169)  Ara d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-kawżi N 508/07 Ionia Odos, N 45/08 — Awtostrada Elefsina-Korinthos-Patras-Pirgos-Tsakona, N 566/07 Awtostrada Korinthos-Tripoli-Kalamata u l-Fergħa Lefktro-Sparti, N 565/07 L-Awstostrada Ċentrali Griega, N 633/07 Il-kuntratt ta' konċessjoni tas-sezzjoni Maliakos-Kleidi tal-Awtostrada Patras-Athens-Thessaloniki-Evzona, N 134/07 Il-kuntratt ta' konċessjoni tal-Mina Sommersa Thessaloniki.

(170)  Il-Kawżi Magħquda T-427/04 Franza v Il-Kummissjoni u T-17/05 France Telecom v Il-Kummissjoni, Ġabra [2009] II-0435, il-paragrafi 264-266, C-474-09 P sa C-476/09 P, Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava, u Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa v Il-Kummissjoni Ewropea, [2011] I-113, il-paragrafu 70.

(171)  SA. 32866 (11/N) — Il-Greċja — L-iżvilupp tal-broadband fiż-żoni rurali Griegi.

(172)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża N 134/07 Il-kuntratt ta' konċessjoni tal-Mina Sommersa ta' Tessalonika.

(173)  Ara d-Deċiżjoni C(2013) 9253 finali — Għajnuna mill-Istat SA.36894 rigward ir-risettjar tal-proġett ta' Ionia Odos S.A.; id-Deċiżjoni C(2013) 9275 finali — Għajnuna mill-Istat SA.36877 rigward ir-risettjar tal-proġett Aegean Motorway S.A.; id-Deċiżjoni C(2013) 9253 finali — Għajnuna mill-Istat SA.36878 rigward il-proġett ta' Olympia Odos S.A.; u d-Deċiżjoni C(2013) 9274 finali — Għajnuna mill-Istat SA.36893 rigward il-proġett tal-Awtostrada Ċentrali (E65).

(174)  Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tifhem ukoll li l-eżenzjonijiet mit-taxxa favur PCT ġew introdotti biss fil-liġi li rratifikat il-ftehim ta' konċessjoni u mhux fil-ftehim ta' konċessjoni nnifsu, peress li PPA mhijiex kompetenti biex tagħti eżenzjonijiet fiskali. Kuntrarju għall-każijiet invokati mill-awtoritajiet Griegi u PCT, il-konċessjonarju f'dan il-każ kellu suppost iwettaq b'mod esklussiv u waħdu l-proġett ta' investiment, mingħajr ebda appoġġ ta' kwalunkwe tip mill-Istat jew pubbliku.

(175)  Il-Kawża 730/79 Philip Morris [1980], Ġabra 267, il-paragrafu 11, il-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa 607/97, T-1/98, T-3/98 sa T-6/98 u T-23/98, Alzetta Mauro u oħrajn v Il-Kummissjoni, [2000] Ġabra II-2325, il-paragrafu 80.

(176)  Il-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97 eċċ. Alzetta [2000] Ġabra II-2325, il-paragrafi 141 sa 147, il-Kawża C-280/00, Altmark Trans [2003] Ġabra I-7747.

(177)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2009 dwar il-Kawża C21/09 (ex N 105/08, N 168/08 u N 169/08 — Il-Greċja — Il-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura u t-tagħmir fil-port ta' Piraeus (ĠU C 402, 29.12.2012, p. 25, il-paragrafi 90 u 91).

(178)  Ara l-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/097 eċċ. Alzetta [2000] Ġabra II-2325 il-paragrafu 95, u l-Kawża 730/97 Philip Morris [1980] Ġabra 267, il-paragrafi 9 sa 12.

(179)  Ara fost oħrajn il-Kawżi Magħquda Alzetta, il-paragrafu 95.

(180)  Ara l-Kawża C-372/97, L-Italja v Il-Kummissjoni [2004] Ġabra I-3679, il-paragrafu 67 u l-każistika msemmija fih.

(181)  Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13).

(182)  Ara l-Artikolu 8 tal-Liġi 3755/2009 li jiddetermina l-bidu tal-validità ta' din il-liġi.

(183)  Ara l-Kapitolu 5 tal-RAG 2007-2013 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2008 fil-Kawża C 7/08 (ex N 655/07) — Il-Ġermanja — Skema ta' garanzija tal-Art tas-Sassonja għal self ta' likwidità operatorja.

(184)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Awwissu 2006 fil-Kawża N 408/06 — Il-Greċja — Mappa tal-Għajnuna Reġjonali 2007-2013 (ĠU C 286, 23.11.2006, p. 5).

(185)  Pereżempju investiment ta' sostituzzjoni, spejjeż tat-trasport jew kost lavorattiv.

(186)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 184.

(187)  COM(2009) 279/4, il-paragrafu 46.

(188)  COM(2009), 8.

(189)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(190)  Barra minn hekk, il-vijabbiltà ekonomika u l-profittabbiltà tal-proġett ta' investiment diġà ġiet ikkonfermata mill-fatt li l-investimenti ta' PCT fil-port ta' Piraeus diġà għandhom riżultati finanzjarji pożittivi ħafna.

(191)  Ara pereżempju l-Kawża C-348/93, Il-Kummissjoni v L-Italja, [1995] I-00673, il-paragrafu 26, u l-każistika msemmija fih.

(192)  Ara pereżempju l-Kawżi Magħquda T-239/04 u T-323/04, L-Italja u Brandt Italia SpA v Il-Kummissjoni, [2007] II-3265, il-paragrafi 153-154 u l-każistika msemmija fihom.

(193)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(194)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(195)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).